Brussell, 16.11.2016

COM(2016) 731 final

2016/0357(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest

L-akbar prijorità tagħna hi li tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini f’Ewropa miftuħa. Il-pressjonijiet tal-kriżijiet tal-migrazzjoni u tar-refuġjati, flimkien ma’ sensiela ta’ attakki terroristiċi, ittestjaw bil-qawwi l-oqfsa tal-UE dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà. Iċ-ċittadini tal-UE jistennew li l-fruntieri esterni taż-Żona ta' Schengen jiġu ġestiti b’mod effettiv biex jipprevjenu l-migrazzjoni irregolari u li niżguraw is-sigurtà interna msaħħa 1 . L-effettività tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni hija prekundizzjoni essenzjali għall-moviment liberu fiż-Żona ta’ Schengen u biex tiffaċilita l-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE f’dinja ta’ mobbiltà. Kull sena, il-fruntiera ta’ Schengen tinqasam daqs 400 miljun darba miċ-ċittadini tal-UE, u 200 miljun darba minn ċittadini mhux tal-UE.

Illum, madwar 1,4 biljun persuna minn madwar 60 pajjiż mad-dinja kollha jistgħu jibbenefikaw minn vjaġġar mingħajr viża lejn l-Unjoni Ewropea. Dan jagħmel lill-UE l-aktar destinazzjoni li tilqgħek fid-dinja industrijalizzata, u fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ reċiproċità, jibbenefikaw ukoll iċ-ċittadini tal-UE billi jiġi ffaċilitat ukoll l-ivvjaġġar mingħajr viża barra mill-pajjiż. L-għadd ta’ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża lejn il-pajjiżi ta’ Schengen se jkompli jikber, b’żieda mistennija ta’ aktar minn 30 % fl-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li jaqsmu l-fruntieri ta’ Schengen sal-2020, minn 30 miljun fl-2014 għal 39 miljun fl-2020 2 . Dawn iċ-ċifri juru l-bżonn li tiġi stabbilita sistema li tkun kapaċi tikseb objettivi simili għar-reġim tal-viża, jiġifieri biex jiġi vvalutat u ġestit il-potenzjal ta' riskji ta' migrazzjoni irregolari u għas-sigurtà rrappreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jżuru l-UE, iżda b’mod eħfef u aktar faċli għall-viżitatur, f’konformità mal-għanijiet tal-UE dwar il-politika dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża.

Il-Kummissjoni kkonfermat fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016 "It-tisħiħ tas-sigurtà f’dinja ta’ mobbiltà: titjib fl-iskambju tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-tisħiħ tal-fruntieri esterni" 3 il-ħtieġa li jinstab bilanċ tajjeb bejn l-iżgurar tal-mobilità u t-tisħiħ tas-sigurtà legali, filwaqt li jiġi ffaċilitat d-dħul legali fiż-Żona ta' Schengen mingħajr il-ħtieġa ta’ viża. Il-liberalizzazzjoni tal-viża wriet li kienet għodda importanti fit-tiswir ta’ sħubijiet ma’ pajjiżi terzi, inkluż bħala mezz biex tiżgura sistemi effettivi ta’ ritorn u ta’ riammissjoni, u biex l-UE tkun iktar attraenti għan-negozji u għat-turiżmu.

Meta mqabbla ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu l-viża, l-awtoritajiet tal-fruntiera u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandhom ftit informazzjoni dwar ċittadini minn pajjiżi terzi eżentati mill-viża fir-rigward tar-riskji li jista’ jkollhom qabel il-wasla tagħhom fil-fruntiera ta’ Schengen. Iż-żieda ta’ dan is-saff nieqes ta’ informazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju dwar il-viżitaturi mingħajr viża se jġibu valur miżjud sinifikanti tal-miżuri eżistenti biex tinżamm u tissaħħaħ is-sigurtà taż-Żona ta’ Schengen u se tippermetti lill-viżitaturi mingħajr viża li jgawdu l-istatus tagħhom mingħajr viża.

Fil-Komunikazzjoni "Sistemi ta’ Informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà" 4 , ġie stabbilit il-bini ta’ ġestjoni effettiva u integrata tal-fruntieri esterni bbażata fuq teknoloġiji ġodda billi jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-interoperabilità, u applikata fi proposta leġiżlattiva riveduta għal Sistema ta’ Dħul/Ħruġ fl-UE  (Entry/Exit System, EES) 5 . Il-proposta tal-EES għandha l-għan li timmodernizza l-ġbir u r-reġistrazzjoni ta’ reġistri tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini mhux tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. B’mod parallel, il-Kummissjoni varat studju ta’ fattibilità 6  dwar it-twaqqif ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, ETIAS). L-ETIAS tiġbor l-informazzjoni minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma għandhomx bżonn viża, u tiżgura l-interoperabilità f’termini ta’ informazzjoni u ta’ infrastruttura teknoloġika mal-EES u sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE. Biex tkun żgurata l-interoperabilità massima u l-kondiviżjoni tar-riżorsi, jinħtieġ li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-EES u l-ETIAS isiru flimkien u b’mod parallel. L-importanza li tiġi proposta malajr Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar ġiet enfasizzata mill-President Juncker fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni li għamel f’Settembru u l-Kummissjoni ħabbret li l-proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta’ din is-sistema tiġi adottata sa Novembru 2016.

F’dan il-kuntest, u wara referenza għal ETIAS fil-Pjan Direzzjonali ta’ Bratislava 7 , il-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2016 8 stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta biex tistabbilixxi l-ETIAS, waqt li enfasizza l-ħtieġa “li jiġu permessi l-kontrolli avvanzati ta’ sigurtà fuq il-vjaġġaturi eżentati mill-viża u fejn meħtieġ, ma jitħallewx jidħlu.

Il-ħsieb wara t-twaqqif tal-ETIAS

L-ETIAS se tkun sistema awtomatizzata li nħolqot biex tidentifika r-riskji assoċjati ma’ viżitaturi eżentati mill-viża li jivvjaġġaw lejn iż-Żona ta' Schengen. Pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja diġà qed jużaw sistemi simili u jikkunsidrawhom bħala parti essenzjali mill-oqfsa tas-sigurtà tagħhom – u b’hekk dawn is-sistemi issa huma familjari għal bosta Ewropej.

L-ETIAS se tiġbor informazzjoni dwar dawn il-vjaġġaturi qabel jibdew il-vjaġġ tagħhom, sabiex ikun hemm lok għall-ipproċessar minn qabel. Għall-vjaġġaturi, dan jagħtihom serħan il-moħħ li se jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri bla intoppi.

It-tisħiħ tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u t-titjib tas-sigurtà interna

Bħalissa, ma hemm l-ebda informazzjoni bil-quddiem fir-rigward tal-viżitaturi eżentati mill-viża li jkunu ġejjin lejn il-fruntieri esterni ta’ Schengen. Kemm mill-perspettiva tal-migrazzjoni u kemm minn dik tas-sigurtà, hemm ħtieġa ċara biex isiru verifiki minn qabel sabiex jidentifikaw kwalunkwe riskji assoċjati ma’ viżitaturi eżentati mill-viża li jivvjaġġaw lejn iż-Żona ta' Schengen. Fil-preżent, il-gwardji tal-fruntiera jridu jieħdu d-deċiżjoni fil-fruntiera esterna taż-Żona ta' Schengen mingħajr il-benefiċċju ta’ valutazzjoni minn qabel. Fl-2014, madwar 286 000 ċittadin ta’ pajjiżi terzi kienu miċħuda milli jidħlu fil-fruntieri esterni tal-UE-28. Ġew irreġistrati aktar ċaħdiet fil-fruntieri esterni tal-art (81 %), segwit minn ċaħdiet fil-fruntieri tal-ajru (16 %). Madwar wieħed minn kull ħamsa ta’ dawn iċ-ċaħdiet kienu minħabba n-nuqqas ta’ viża valida, iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kellhom x’jaqsmu ma’ valutazzjoni negattiva tar-riskju ta' migrazzjoni u/jew għas-sigurtà rappreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz 9 . Il-valutazzjonijiet tar-riskju li jsiru mill-Europol u mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jikkonfermaw 10 l-eżistenza ta’ dawn ir-riskji, kemm mill-perspettiva tal-migrazzjoni irregolari u kemm mil-lat tas-sigurtà.

Għaldaqstant, il-funzjoni ewlenija tal-ETIAS tkun tikkonsisti fl-iċċekkjar tal-informazzjoni ppreżentata minn ċittadini minn pajjiżi terzi eżentati mill-viża, permezz ta’ applikazzjoni onlajn qabel il-wasla tagħhom fil-fruntieri esterni tal-UE, jekk dawn jippreżentaw ċerti riskji ta’ migrazzjoni irregolari, ta’ sigurtà jew ta’ saħħa pubblika. Dan isir billi tiġi pproċessata awtomatikament kull applikazzjoni ppreżentata permezz ta’ websajt jew applikazzjoni għall-apparati mobbli kontra sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE, lista’ ta' sorveljanza ddedikata tal-ETIAS u regoli ta’ skrinjar iddefiniti b’mod ċar. Dan l-eżami jippermetti li jiġi ddeterminat jekk hemm xi indikazzjonijiet fattwali jew fatturi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Permezz tat-twaqqif tal-ETIAS, se jingħata mandat lill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex jiġi żgurat permezz tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-ġestjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS li se jkunu kkollegati mal-infrastrutturi tal-gwardji tal-fruntieri nazzjonali. L-applikazzjonijiet miċħuda mill-ipproċessar awtomatiku se jiġu trasferiti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta li jivverifikaw malajr il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija u t-twissijiet identifikati. L-applikazzjonijiet soġġetti għal twissija jew avviż jingħaddu lill-Istat(i) Membru/i responsabbli. L-Aġenzija għall-ġestjoni operazzjonali ta’ sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira fiż-żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja ("eu-LISA") se tiżviluppa s-sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS u tiżgura l-ġestjoni teknika tagħha. Il-Europol se jagħti l-kontribut tiegħu fir-rigward tal-aspetti tas-sigurtà.

Billi tirrikjedi awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża, irrispettivament mill-mezz tal-ivvjaġġar jew mill-punt ta’ dħul tagħhom, l-UE se tiżgura li l-viżitaturi ssirilhom spezzjoni qabel jaslu filwaqt li tirrispetta b’mod sħiħ l-istatus tagħhom ta’ eżenzjoni mill-viża. Madankollu, is-sistema hija partikolarment rilevanti għall-fruntieri tal-art billi dawk ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li jivvjaġġaw bl-art (bil-mixi, bil-karozza, bix-xarabank, bit-trakk, bit-tren) ma jiġġenerawx Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri (Advance Passenger Information, API) jew ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) kif inhu l-każ tal-ivvjaġġar bl-ajru u/jew l-ivvjaġġar bil-baħar.

Għaldaqstant, l-ETIAS se ssaħħaħ is-sigurtà interna tal-UE b’żewġ modi: l-ewwel, permezz tal-identifikazzjoni tal-persuni li joħolqu riskju għas-sigurtà qabel ma jaslu fil-fruntiera esterna ta’ Schengen; u t-tieni, billi l-informazzjoni ssir disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol, fejn dan ikun meħtieġ f’każ speċifiku ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni jew investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

L-iffaċilitar tal-ivvjaġġar

L-ETIAS se tiffaċilita wkoll il-qsim tal-fruntieri esterni tax-Schengen minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-viża. L-awtorizzazzjoni tal-ETIAS tinkiseb permezz ta’ proċess ta’ applikazzjoni, li jkun sempliċi, irħis, veloċi u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jirrikjedi ebda pass ulterjuri. Skont l-esperjenza ta’ pajjiżi oħra li għandhom sistemi simili għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar (l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja), huwa stmat li 95 % jew aktar iwasslu għal risposta pożittiva, li tiġi kkomunikata lill-applikanti fi ftit minuti. Il-marki tas-swaba’ u d-dejta bijometrika oħra ma jinġabrux. L-awtorizzazzjoni tkun valida għal ħames snin u t-tariffa tal-applikazzjoni għal vjaġġi multipli se tkun biss EUR 5. L-awtorizzazzjoni qabel il-vjaġġ toffri ċarezza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li jkunu sejrin lejn iż-Żona ta' Schengen. Ladarba l-applikanti jirċievu l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, ikollhom indikazzjoni kredibbli bikrija ta’ ammissibbiltà fiż-Żona ta' Schengen. Dan huwa titjib sinjifikanti għal min jivvjaġġa meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali.

Anki jekk id-deċiżjoni finali dwar il-permess tad-dħul fiż-Żona ta' Schengen xorta tkun f’idejn il-gwardji tal-fruntiera fuq il-fruntieri esterni skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, l-ETIAS tnaqqas b’mod sostanzjali n-numru ta’ każijiet ta’ ċaħdiet ta’ dħul fil-punti tal-qsim tal-fruntieri. Il-gwardji tal-fruntieri jkunu jistgħu jaraw jekk il-persuna quddiemhom tkunx kisbet awtorizzazzjoni ta’ vjaġġar jew le qabel ma waslet fuq il-fruntiera. B’dan il-mod l-ETIAS tnaqqas ukoll l-ispejjeż għat-trasportaturi biex jieħdu lura l-passiġġieri mill-fruntieri tal-baħar u tal-ajru. Il-persuni li tkun inċaħditilhom l-awtorizzazzjoni ma jaħlux ħin u flus biex jivvjaġġaw lejn iż-Żona ta' Schengen. Tali deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati fl-Istat Membru li jkun ħa dik id-deċiżjoni u ma jirrikjedux li jiġi mniedi proċess ta’ applikazzjoni twil u għali għall-viża, bħal fil-każ ta’ sistemi simili għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

L-elementi ewlenin tal-ETIAS

Definizzjoni

Is-sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) tkun sistema tal-UE għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża għal meta jaqsmu l-fruntieri esterni. Is-sistema tippermetti li jiġi ddeterminat jekk il-preżenza ta’ dawn il-persuni fit-territorju tal-Istati Membri tistax toħloq riskju ta’ migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika.

Għal dan il-għan, se tiġi introdotta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar bħala kundizzjoni ġdida għad-dħul fiż-Żona ta’ Schengen u l-assenza ta’ awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar twassal għaċ-ċaħda ta’ dħul fiż-Żona ta’ Schengen.

Barra minn hekk, jekk applikabbli, it-trasportaturi jridu jivverifikaw li l-passiġġieri tagħhom ikollhom awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar tal-ETIAS qabel ma dawn jitħallew jitilgħu abbord il-mezzi ta’ trasport li jkunu sejrin lejn iż-Żona ta’ Schengen.

Awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar tkun indikazzjoni affidabbli lill-viżitatur li l-valutazzjonijiet tar-riskju li jkunu saru minn qabel il-wasla fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen jagħmluh, a priori, eliġibbli biex jidħol fiż-Żona ta’ Schengen. Il-Gwardja tal-Fruntiera xorta jwettaq kontrolli mal-fruntiera kif previst skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u għandu jieħu d-deċiżjoni finali dwar l-għoti jew iċ-ċaħda ta’ dħul.

L-ETIAS tkun magħmulha mis-Sistema tal-Informazzjoni tal-ETIAS, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS.

Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS tkun komposta minn Sistema Ċentrali biex tipproċessa l-applikazzjonijiet; Interfaċċa Uniformi Nazzjonali f’kull Stat Membru bbażata fuq l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi għall-Istati Membri kollha, u li tikkollega l-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali tagħhom mas-Sistema Ċentrali; Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi; websajt pubblika u applikazzjoni għall-apparati mobbli; servizz tal-email; servizz ta’ kont sikur li jpoġġi lill-applikanti f’pożizzjoni li jipprovdu informazzjoni u/jew dokumentazzjoni addizzjonali, jekk ikun meħtieġ; gateway tat-trasportaturi; servizz tal-internet li jippermetti l-komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-partijiet interessati esterni, u softwer li jippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali sabiex jipproċessaw l-applikazzjonijiet.

Sa fejn hu possibbli u fattibbli teknikament, is-Sistema tal-Informazzjoni tal-ETIAS terġa’ tuża l-komponenti tal-ħardwer u s-softwer tal-EES u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha. L-interoperabilità tkun stabbilita wkoll b’konsultazzjoni ma’ sistemi oħra ta’ informazzjoni mill-ETIAS, bħall-VIS, id-dejta tal-Europol, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS).

L-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun stabbilita fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u tkun parti minn qafas ta’ politika u legali. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS se taħdem fuq bażi ta’ 24/7 u jkollha erba’ kompiti ċentrali: 1) li tiżgura li d-dejta maħżuna fil-fajls tal-applikazzjoni u d-dejta rreġistrata fis-Sistema tal-Informazzjoni tal-ETIAS tkun korretta u aġġornata, 2) jekk meħtieġ, tivverifika l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar sabiex titneħħa kull ambigwità dwar l-identità tal-applikant f’każ ta’ hit miksuba matul il-proċess awtomatizzat, 3) tiddefinixxi, tittestja, timplimenta, tevalwa u tirrevedi l-indikaturi speċifiċi tar-riskju tar-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS b’konsultazzjoni mal-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS u 4) it-twettiq ta’ verifiki regolari dwar il-ġestjoni tal-applikazzjonijiet u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali u speċjalment dawk dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta.

L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ikunu stabbiliti f’kull Stat Membru, u jkollhom ir-responsabbiltà primarja li jwettqu valutazzjoni tar-riskju u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ vjaġġar miċħuda mill-proċess ta’ applikazzjoni awtomatizzat. Dawn ikollhom bżonn ir-riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom fuq bażi ta’ 24/7. Jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jikkonsultaw ma’ Unitajiet Nazzjonali oħra u l-Europol, u jagħtu opinjonijiet meta jiġu kkonsultati minn Stati Membri oħra. Iservu wkoll bħala punti ta’ aċċess ċentrali nazzjonali fir-rigward ta’ talbiet għall-aċċess tad-dejta tal-ETIAS għall-iskopijiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu ipprevenuti, identifikati u investigati reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom.

Se jiġi stabbilit ukoll Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS b’funzjoni konsultattiva fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan ikun magħmul minn rappreżentant minn kull Unità Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol, u jiġi kkonsultat għad-definizzjoni, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tal-indikaturi tar-riskju kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS.

Ambitu

L-ETIAS tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża, inkluż, u fir-rigward tal-kontroll tar-riskju għas-sigurtà u għas-saħħa pubblika, għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu jekk dawn ma jkollhomx karta ta’ residenza.

L-ETIAS ma tapplikax għal: detenturi ta’ viża għal permanenza twila, ta’ permessi tat-traffiku lokali tal-fruntiera, iċ-ċittadini tal-mikrostati fiż-Żona ta' Schengen, id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi u membri tal-ekwipaġġ ta’ vapuri jew inġenji tal-ajru waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni u li jkollhom karta ta’ residenza valida u refuġjati rikonoxxuti, persuni apolidi u persuni oħra li jgħixu u jkollhom dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn Stat Membru.

L-ETIAS ma tapplikax għaċ-ċittadini tal-UE. B’konsegwenza ta’ dan, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom aktar minn nazzjonalità waħda, inkluża n-nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-UE jridu jużaw il-passaport maħruġ minn Stat Membru tal-UE biex jidħlu fiż-Żona ta' Schengen.

Detenturi ta’ permessi ta’ traffiku lokali tal-fruntiera huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-ETIAS, sakemm issir valutazzjoni bir-reqqa tar-riskji ta’ sigurtà assoċjati ma’ din il-kategorija ta’ persuni skont ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006, li jistabbilixxi r-regoli dwar traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. Il-Kummissjoni Ewropea teżamina l-ħtieġa ta’ modifika tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006, biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ permessi ta’ traffiku lokali tal-fruntieri jiggarantixxu valutazzjonijiet tar-riskju ta’ sigurtà xierqa, waqt li ma jippreġudikaw bl-ebda mod il-faċilitazzjonijiet previsti għad-detenturi tal-permessi ta’ traffiku lokali tal-fruntiera skont ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Il-Kummissjoni Ewropea teżamina wkoll il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-permess innifsu.

Applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar u l-Proċess tal-Ħruġ

Il-proposta leġiżlattiva tistabbilixxi fid-dettall il-passi prattiċi u l-proċess għall-ħruġ jew iċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Iċ-ċifra ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn il-proċess mill-perspettiva taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża.

Grafika 1: Il-vjaġġ tal-vjaġġatur bl-ETIAS

Applikazzjoni onlajn

Qabel il-vjaġġ previst, l-applikant joħloq applikazzjoni onlajn, permezz ta’ websajt apposta jew applikazzjoni għal apparati mobbli.

Biex jimla l-applikazzjoni, kull applikant jintalab li jipprovdi d-dejta li ġejja:

Kunjom (isem il-familja) l-ewwel isem/ismijiet, il-kunjom mat-twelid, l-isem/ismijiet abitwali; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità attwali, l-ewwel ismijiet tal-ġenituri tal-applikant; l-indirizz tad-dar;

id-dokument tal-ivvjaġġar;

jekk applikabbli, kwalunkwe nazzjonalità oħra;

l-informazzjoni tar-residenza permanenti;

l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown;

l-Istat Membru u l-intenzjoni tal-ewwel dħul;

id-dettalji tal-edukazzjoni u tal-impjieg attwali;

it-tweġibiet għal sensiela ta’ mistoqsijiet ta’ sfond tal-ETIAS (fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ mard potenzjalment epidemiku jew mard ieħor infettiv jew parassitiku li jittieħed; ir-rekords kriminali; il-preżenza f’żoni ta’ gwerra; u kull deċiżjoni preċedenti biex jirritorna lejn il-fruntieri jew ordnijiet biex jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru tal-UE),

Jekk l-applikant ikun minorenni, l-identità tal-persuna responsabbli għall-minuri,

Jekk l-applikazzjoni hija ppreżentata minn persuna differenti mill-applikant, l-identità tal-persuna jew kumpanija li hu jew hi jirrappreżenta/tirrappreżenta (jekk applikabbli).

Għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-moviment liberu mingħajr karti ta’ residenza: l-istatus tagħhom bħala membri tal-familja; id-dettalji tal-identità tal-membru tal-familja li l-applikant ikollu rabtiet magħhom; l-irbit familjari tagħhom.

Biex timtela l-formola ta’ applikazzjoni onlajn fil-prinċipju ma għandhiex tieħu aktar minn 10 minuti. Barra mill-passaport validu, ma hemm bżonn l-ebda dokumentazzjoni oħra biex jitwieġbu l-mistoqsijiet.

L-ETIAS taċċetta applikazzjonijiet introdotti f’isem l-applikant f’sitwazzjonijiet jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża ma jistgħux joħolqu applikazzjoni huma stess (pereżempju, minħabba l-età, il-livell ta’ litteriżmu, l-aċċess u l-inabbiltà għall-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni). F’każijiet bħal dawn, tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni minn terza persuna sakemm l-identità ta’ din il-persuna tkun inkluża fl-applikazzjoni.

L-applikanti li jkunu beħsiebhom jivvjaġġaw mill-bogħod, normalment jixtru biljett minn fuq l-internet jew permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar. Iż-żewġ possibilitajiet jinvolvu l-użu tat-teknoloġija tal-informatika. Bħala konsegwenza, l-applikant ikollu aċċess dirett sabiex it-teknoloġija meħtieġa għall-introduzzjoni tal-applikazzjoni tal-ETIAS jew ikollu l-possibbiltà li jitlob lill-aġent tal-ivvjaġġar biex jintroduċi l-applikazzjoni f’ismu.

Il-ħlas tat-tariffa

Ladarba l-applikazzjoni tkun lesta, jintalab ħlas ta’ tariffa ta’ EUR 5 għal kull applikazzjoni tal-applikanti kollha li għandhom ’il fuq minn 18-il sena. Dan ikun pagament elettroniku f’euro bl-użu ta’ karta ta’ kreditu jew metodi oħra ta’ pagament. Il-metodi ta’ pagament disponibbli jistgħu jiġu speċifikati ulterjorment aktar tard, biex jiġu inklużi aktar metodi ta’ ħlas u aktar aġġornati, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà tagħhom, sabiex ma jiġix imxekkel l-ivvjaġġar taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li jista’ ma jkollhomx aċċess għal ċerti metodi ta’ ħlas meta japplikaw għal awtorizzazzjoni tal-ETIAS.

Il-ħlas ikun ġestit minn bank jew intermedjarju finanzjarju. Id-dejta mitluba biex jitlesta l-ħlas tingħata biss lill-kumpanija li tagħmel it-tranżazzjoni finanzjarja u ma tkunx ipproċessata mill-ETIAS fil-kuntest tal-applikazzjoni.

Meta jasal il-ħlas, tkun introdotta awtomatikament l-applikazzjoni tal-ETIAS.

L-ipproċessar tal-applikazzjoni

Il-proċess ta’ valutazzjoni u deċiżjoni dwar applikazzjoni jibda immedjatament wara jiġi kkonfermat il-ħlas tat-tariffa.

L-applikazzjoni tiġi pproċessata b’mod awtomatiku. Jekk applikabbli, l-applikazzjoni tgħaddi minn ipproċessar manwali mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u mill-Unità(jiet) Ċentrali tal-ETIAS.

Pass 1 — Ipproċessar awtomatizzat

Dan il-pass awtomatizzat jipproċessa d-dejta relatata mad-dejta tal-identità, dokument tal-ivvjaġġar, u t-tweġibiet għal mistoqsijiet ġenerali. Is-Sistema Ċentrali għandha, fi ftit minuti, tipproċedi għal kontroverifika awtomatizzata kompletament tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant kontra sistemi ta’ informazzjoni oħrajn, lista ta' sorveljanza stabbilita fl-ETIAS kontra r-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS iddefiniti b’mod ċar.

Grafika 2: Il-Proċess Awtomatizzat tal-Applikazzjoni

L-għan ta’ dan il-proċess awtomatizzat huwa li jiġi żgurat li:

l-ebda awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar oħra ma teżisti diġà, id-dejta mogħtija fl-applikazzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar ma tikkorrispondix ma’ applikazzjoni oħra għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar assoċjata mad-dejta differenti tal-identità, u l-applikant jew id-dokument tal-ivvjaġġar assoċjat ma jikkorrispondux mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ vjaġġar (ETIAS) miċħuda, revokata jew annullata;

l-applikant ma jkunx soġġett għal twissija ta’ ċaħda ta’ dħul (SIS) u/jew id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni ma jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar rappurtat mitluf, misruq jew invalidat (SIS u SLTD tal-Interpol);

jekk l-applikant hux soġġett għal twissija fuq il-bażi tal-Mandat tal-Arrest Ewropew jew hux imfittex għall-arrest għal skop ta’ estradizzjoni (SIS)

l-applikant ma ġiex irrappurtat bħala xi ħadd b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta, fil-preżent jew fil-passat, jew kellu d-dħul miċħud (EES);

l-applikant ma kellu ebda applikazzjoni miċħuda fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS — din kienet tkun valida għal ċittadini ta’ pajjiżi li ngħataw l-istatus għall-eżenzjoni mill-viża fi żmien ħames snin jew inqas u għall-applikanti li jkollhom iktar minn nazzjonalità waħda);

l-applikant u d-dejta pprovduta fl-applikazzjoni jikkorrispondu mal-informazzjoni rreġistrata fid-dejta tal-Europol;

issir valutazzjoni tar-riskju għar-riskji ta' migrazzjoni irregolari, b’mod partikolari dwar jekk l-applikant kienx soġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tkeċċija maħruġa wara l-irtirar jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali (EURODAC 11 );

l-ebda rekord kriminali (ECRIS) ma hu rreġistrat;

l-applikanti u/jew id-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom ma jkunux soġġetti għal twissija tal-Interpol (TDAWN).

Dan il-proċess awtomatizzat jiżgura wkoll li l-applikant mhuwiex fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS u kieku jivverifika jekk l-applikant irrispondiex fl-affermattiv għal kull domanda ta’ sfond tal-ETIAS.

Fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jintużaw regoli tal-iskrinjar iddefiniti biċ-ċar biex jiġi vvalutat il-fajl tal-applikazzjoni. Dawn ir-regoli jikkonsistu f’algoritmu li jqabbel id-dejta rrekordjata fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS, u indikaturi speċifiċi ta’ riskju li jippontaw lejn riskji identifikati ta’ migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. L-indikaturi speċifiċi tar-riskju jiġu stabbiliti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS (ara hawn taħt).

Ir-riskji ta’ migrazzjoni irregolari, ta’ sigurtà jew ta’ saħħa pubblika jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’:

statistika tal-EES fuq rati anormali ta’ permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta jew ċaħdiet ta’ dħul għal gruppi speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

statistika tal-ETIAS dwar ċaħdiet ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar minħabba riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika assoċjati ma’ gruppi speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

statistika ġġenerata kemm mill-EES kif ukoll mill-ETIAS li turi korrelazzjonijiet bejn l-informazzjoni miġbura permezz ta’ formola ta’ applikazzjoni tal-ETIAS u minn permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta jew ċaħdiet ta’ dħul.

Informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar indikaturi speċifiċi tar-riskju jew theddid għas-sigurtà identifikati mill-Istati Membri.

informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri kif ukoll miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (European Centre for Disease Prevention and Control, ECDC) dwar riskji speċifiċi għas-saħħa pubblika.

Dawn ir-regoli ta’ skrinjar u r-riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika jkunu mmirati, proporzjonati u speċifiċi. Is-settijiet tad-dejta użati għal dawn ir-regoli fl-ebda ċirkostanza ma jkunu bbażati fuq ir-razza, l-oriġini etnika, il-fehmiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali tal-persuna.

Jekk il-proċess awtomatiku ma jirrapporta l-ebda hit jew ebda element li jirrikjedi analiżi addizzjonali, l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tinħareġ awtomatikament u l-applikant jiġi mgħarraf bil-posta elettronika. Tali tweġiba pożittiva tikkonċerna lill-biċċa l-kbira sew tal-applikazzjonijiet (li mistennija li taqbeż il-95% tal-każijiet) u tiġi kkomunikata lill-applikant fi żmien ftit minuti wara l-ħlas.

Jekk il-proċess awtomatiku rrapporta hit jew identifika l-elementi li jirrikjedu analiżi addizzjonali, l-applikazzjoni tiġi vvalutata ulterjorment bl-idejn.

Pass 2 (jekk ikun meħtieġ) - ipproċessar manwali mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS

Jekk l-eżami awtomatiku jirrapporta hit minn sistemi oħra ta’ informazzjoni jew il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jew indikaturi ta’ riskju speċifiku, jew tkun indeċiża għaliex ikun hemm l-inċertezza dwar l-identità tal-applikant issir eżami manwali mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS tiċċekkja l-applikazzjoni biex titneħħa kull ambigwità dwar l-identità tal-applikant, bl-użu tal-informazzjoni rrappurtata permezz ta’ proċess awtomatiku. Għal darb’oħra dan jista’ jwassal għal deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni, fi żmien 12-il siegħa. Jekk ikun hemm konferma ta’ hit, l-applikazzjoni tiġi trasferita lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul, kif iddikjarat mill-applikant waqt il-proċess ta’ applikazzjoni.

Huwa mistenni li 3-4 % tal-applikazzjonijiet addizzjonali jirċievu deċiżjoni pożittiva wara l-verifika tad-dejta magħmul mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Dan iħalli l-1-2 % tal-applikazzjoni tal-ETIAS li jifdal li jirrappurtaw hit jew hits biex jiġu trasferiti għall-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għal ipproċessar manwali u deċiżjoni.

Pass 3 (fejn applikabbli) — ipproċessar manwali mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul previst

Jekk il-proċess awtomatiku tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jidentifika hit (ikkonfermata) kontra kwalunkwe wieħed mill-bażijiet tad-dejta kkonsultati jew il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS, u/jew jindika li l-applikant jikkorrispondi għall-iskrinjar, l-applikant jiġi trasferit għall-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS.

L-attribuzzjoni tal-applikazzjoni mill-ETIAS għal Stat Membru speċifiku tkun awtomatizzata, u diretta lejn Stat Membru tal-intenzjoni tal-vjaġġatur għall-ewwel dħul kif iddikjarat fil-formola tal-applikazzjoni.

Ladarba l-applikazzjoni tkun ġiet ittrasferita lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tkun trid tivvaluta l-fajl tal-applikazzjoni u tinforma lill-applikant mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda (pożittiva jew negattiva). Il-kompitu tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli jkun li tivvaluta r-riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u tiddeċiedi jekk toħroġx jew tiċħadx l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Jekk l-applikant ikun irċieva deċiżjoni negattiva dwar l-applikazzjoni tiegħu, dejjem ikollu d-dritt għall-appell. L-appelli jitnedew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, hi prevista proċedura speċjali f’sitwazzjonijiet umanitarji, ta’ interess nazzjonali jew ta’ obbligi internazzjonali fejn l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata u temporali.

Jekk l-informazzjoni pprovduta minn vjaġġatur fil-formola tal-applikazzjoni ma tippermettix lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli biex tiddeċiedi jekk toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, aktar informazzjoni u/jew dokumentazzjoni tista’ tintalab mill-applikant permezz tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS. It-talba tkun ikkomunikata lill-applikant permezz tal-email u tindika biċ-ċar l-informazzjoni nieqsa u/jew id-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta. Din l-informazzjoni tiġi pprovduta fi żmien 7 ijiem tax-xogħol, u l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ikollha bżonn tipproċessa din l-informazzjoni mhux aktar tard minn 72 siegħa wara d-data tas-sottomissjoni mill-vjaġġatur. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-applikant jista’ jiġi mistieden bl-email għal intervista f’konsolat fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu/tagħha.

Meta jivvalutaw manwalment l-applikazzjonijiet li għalihom huma responsabbli, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ikunu f’pożizzjoni li jużaw l-informazzjoni disponibbli fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali jew sistemi deċentralizzati oħra li jkollhom aċċess għalihom. F’dan il-proċess, l-awtoritajiet responsabbli ta’ Stati Membri oħrajn u l-Europol jiġu kkonsultati wkoll u jingħataw aċċess għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali rilevanti, jekk dawn ikunu responsabbli għad-dejta wara li jkunu skattaw hit matul il-kontroverifika ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati mbagħad fi żmien 24 siegħa toħroġ opinjoni motivata, pożittiva jew negattiva, dwar l-applikazzjoni, li tkun irreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni. Jekk Unità Nazzjonali tal-ETIAS waħda jew aktar ikkonsultati joħorġu opinjoni negattiva dwar l-applikazzjoni, l-Istat Membru responsabbli jiċħad l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Fil-kuntest ta’ dan il-proċess manwali, huwa imperattiv li l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, ikollhom aċċess għal informazzjoni relevanti u definiti b’mod ċar fl-ETIAS, meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. L-aċċess għad-dejta miżmuma fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għall-fini ta’ infurzar tal-liġi diġà wera li hu effettiv biex jgħin lill-investigaturi biex jagħmlu progress sostanzjali f’każijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi. Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, madankollu, ma għandhiex dejta dwar ċittadini minn pajjiżi terzi eżentati mill-viża.

F’era ta’ kriminalità globalizzata, l-informazzjoni ġġenerata mill-ETIAS tista’ tkun meħtieġa biex tiġi aċċessata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi matul investigazzjoni speċifika u sabiex tistabbilixxi evidenza u informazzjoni relatata ma’ persuna suspettata li wettqet reat kriminali jew li jkun vittma ta’ delitt. Id-dejta maħżuna fl-ETIAS tista’ wkoll tkun bżonnjuża biex tidentifika l-awtur ta’ reat terroristiku jew reati kriminali serji oħra, speċjalment meta jkun hemm bżonn azzjoni urġenti. Jinħtieġ li l-aċċess għad-dejta tal-ETIAS għal dawn l-għanijiet jingħata biss wara talba ġġustifikata mill-awtoritajiet kompetenti li tagħti r-raġunijiet għal din il-ħtieġa. Jinħtieġ li t-talba tkun suġġetta għal rieżami minn qabel minn qorti jew minn awtorità li tipprovdi garanziji ta’ indipendenza u imparzjalità sħiħa. Madankollu, f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza estrema, għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jista’ jkun kruċjali li jiksbu immedjatament id-dejta personali meħtieġa biex jipprevjenu reat serju milli jitwettaq jew sabiex l-awturi jkunu jistgħu jiġu mħarrka. F’dawn il-każijiet, ir-rieżami tad-dejta personali miksub mill-ETIAS isir malajr kemm jista’ jkun wara li jkun ingħata l-aċċess għal tali dejta lill-awtoritajiet kompetenti.

Biex jiġi evitat it-tiftix sistematiku mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-ETIAS, l-aċċess għal dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS isir biss f’każijiet speċifiċi u biss meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra. Għaldaqstant, jinħtieġ li l-awtoritajiet maħtura u l-Europol jitolbu aċċess lill-ETIAS biss meta jkollhom raġunijiet motivati biex jemmnu li dan l-aċċess ikun se jipprovdi informazzjoni li tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor. Jinħtieġ li l-awtoritajiet maħtura u l-Europol jitolbu aċċess lill-ETIAS biss jekk it-tfittxijiet preċedenti fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru u l-bażijiet ta’ dejta tal-Europol ma jwasslux għall-informazzjoni mitluba.

Jekk l-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni jsir bħala riżultat ta’ hit fid-dejta tal-Europol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli tikkonsulta lill-Europol f’każijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol. F’dawk il-każijiet, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ta’ dak l-Istat Membru tittrasmetti lill-Europol id-dejta rilevanti tal-fajl tal-applikazzjoni kif ukoll il-hit(s) li huma meħtieġa għall-fini tal-konsultazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali rilevanti jew id-dokumentazzjoni pprovduta mill-applikant. Il-Europol jipprovdi opinjoni motivata fi żmien 24 siegħa.

L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ittella’ l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni finali fis-sistema ċentrali. Meta s-sistema tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant, hu jew hi jkunu infurmati, jekk rilevanti, b’liema awtorità nazzjonali kienet responsabbli mill-ipproċessar u mid-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiegħu jew tagħha. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-Unità Ċentrali u l-Unità Nazzjonali jżommu rekord tal-operazzjonijiet kollha mwettqa tal-ipproċessar tad-dejta. Dawk ir-reġistri juru d-data u l-ħin, id-dejta użata għall-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet u l-hits misjuba waqt il-verifiki. Id-deċiżjoni meħuda dwar l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, pożittiva jew negattiva tkun ġustifikata u spjegata. Id-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni korrispondenti huma rreġistrati f’kull fajl individwali tal-applikazzjoni tal-ETIAS mill-entità li tkun ħadet id-deċiżjoni.

Fil-każijiet kollha għandha tittieħed deċiżjoni finali mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-applikazzjoni mis-sistema ċentrali.

Tweġiba għal applikanti

L-applikanti jirċievu email b’ċertifikat validu ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u n-numru tal-awtorizzazzjoni, jew il-ġustifikazzjoni għaċ-ċaħda. Il-validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ta’ 5 snin (jew sad-data tal-iskadenza tal-passaport). Jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi miċħuda, l-applikant jiġi mgħarraf liema awtorità nazzjonali kienet responsabbli għall-ipproċessar u d-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tiegħu jew tagħha, kif ukoll informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tkun segwita f’każ ta’ appell.

Verifika mit-trasportaturi

Qabel it-tlugħ abbord, it-trasportaturi jridu jivverifikaw jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża jkollhomx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tal-ETIAS. Jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ interfaċċa onlajn, jew permezz ta’ soluzzjonijiet tekniċi mobbli oħrajn.

Jekk vjaġġatur b’awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar sussegwentement jiġi miċħud mad-dħul, it-trasportatur jibqa’ responsabbli biex jieħu lill-vjaġġatur lura sal-ewwel punt ta’ imbarkazzjoni mingħajr ma jġarrab xi penali.    

Jekk vjaġġatur li ma jkollux awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar ikun awtorizzat biex jitla’ abbord u sussegwentement jiġi miċħud mad-dħul, it-trasportatur mhux talli jibqa’ responsabbli biex jieħu lill-vjaġġatur lura sal-ewwel punt ta’ imbarkazzjoni imma jġarrab ukoll penali.

Wasla fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera taż-Żona ta' Schengen

Meta l-vjaġġatur jasal fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera, il-gwardja tal-fruntiera, bħala parti mill-istandard tal-proċess tal-kontroll tal-fruntieri, irid jaqra elettronikament id-dejta tad-dokument tal-ivvjaġġar. Din tiskatta mistoqsija lil bażijiet tad-dejta differenti kif previst skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen inkluża mistoqsija lill-ETIAS li tipprovdi l-istatus aġġornat tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Il-fajl innifsu tal-ETIAS ma jkunx aċċessibbli għall-gwardja tal-fruntiera għall-kontrolli fil-fruntiera.

Jekk ma jkunx hemm awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar, il-gwardja tal-fruntiera jkollu jiċħad d-dħul fiż-Żona ta' Schengen u jlesti l-proċess tal-kontroll skont dan. Il-vjaġġatur ikun irreġistrat fl-EES, flimkien maċ-ċaħda tad-dħul u l-ħruġ skont ir-Regolament tal-EES.

Jekk ikun hemm awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar, il-proċess tal-kontroll fuq il-fruntiera jitwettaq skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Bħala riżultat ta’ dan il-proċess, il-vjaġġatur jista’ jkun awtorizzat biex jidħol fiż-Żona ta' Schengen jew jiġi miċħud l-aċċess skont il-kundizzjonijiet definiti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Revoka jew annullament ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar

Il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar trid tiġi annullata jew revokata hekk kif isir evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-viża ma jkunux ġew issodisfati fiż-żmien tal-ħruġ, jew ma jkunux baqgħu jiġu ssodisfati, partikolarment meta jkun hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar nkisbet b’mod frawdolenti. Id-deċiżjoni tar-revoka jew tal-annullament fil-prinċipju tittieħed mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun fil-pussess ta’ provi li jwasslu għar-revoka jew l-annullament, jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant.

B’mod partikolari, meta tinħoloq twissija tas-SIS għal ċaħda ta’ dħul, is-SIS tinforma lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, li mbagħad tivverifika jekk din it-twissija l-ġdida tikkorrispondix għal awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar. Jekk dan ikun il-każ, l-Istat Membru li jkun ħoloq it-twissija jiġi infurmat minnufih u jkollu jipproċedi għar-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Ir-rwol tal-Europol

Il-Europol jikkontribwixxi għall-valur miżjud li l-ETIAS tipprovdi għas-sigurtà interna tal-UE. Dan jirrifletti r-rwol tal-Europol bħala ċ-ċentru tal-informazzjoni tal-UE u l-għodda ewlenija ta’ kooperazzjoni tas-sigurtà f'qafas regolatorju msaħħaħ. Id-dejta pprovduta minn applikanti għal awtorizzazzjoni tal-ETIAS tiġi kontroverifikata ma’ dejta miżmuma mill-Europol marbuta ma’ persuni li huma suspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat kriminali, li ġew ikkundannati għal tali reat, jew li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti biex wieħed jemmen li se jwettqu tali reat. Il-Europol qiegħed f’pożizzjoni unika biex iġib flimkien informazzjoni li mhix disponibbli għall-Istati Membri individwali jew f’bażijiet ta’ dejta oħra tal-UE.

Din hija r-raġuni għaliex il-Europol huwa involut fid-definizzjoni ta’ regoli ta’ skrinjar tal-ETIAS permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS. Dan jiġġestixxi wkoll il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS fid-dejta tal-Europol. Barra minn hekk, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw lill-Europol fis-segwitu għall-hit li tkun saret matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-ETIAS f’każijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol. Dan jippermetti lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS sabiex jibbenefikaw minn informazzjoni rilevanti li tista’ tkun disponibbli għand il-Europol meta tkun qed tivvaluta applikazzjoni tal-ETIAS minn persuna li tista’ tkun ta’ theddida. Fl-aħħar nett, il-Europol jista’ jitlob konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna f’Sistema Ċentrali tal-ETIAS f’każ speċifiku fejn l-Europol jappoġġa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra li jaqgħu fil-mandat tal-Europol.

L-infrastruttura teknika tal-ETIAS

L-ETIAS tipprovdi l-infrastruttura teknika:

għall-applikanti li jintroduċu d-dejta meħtieġa għal kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar onlajn, bi gwida xierqa f’każ ta’ dubju;

għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex toħloq, taġġorna jew tħassar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, u l-informazzjoni miġbura biex tittratta l-applikazzjoni, sakemm tieħu d-Deċiżjoni li tagħti jew li tiċħad l-awtorizzazzjoni;

għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tipproċessa d-dejta personali tal-applikant biex tikkonsulta ma’ bażijiet ta’ dejta speċifiċi u biex tiġbor l-informazzjoni kollha minnhom li jikkonċernaw lill-applikant, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni;

għall-gwardji tal-fruntieri biex jidħlu fl-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar minn kwalunkwe punt ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen, billi jaqraw id-dejta miż-żona tal-qari bil-magna jew in-numru tal-applikazzjoni tad-dokument tal-ivvjaġġar;

għat-trasportaturi biex jikkonsultaw l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jużaw biss dejta miż-żona tal-qari bil-magna jew in-numru tal-applikazzjoni tad-dokument tal-ivvjaġġar;

għall-persunal fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS u fl-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS li jiġġestixxu l-proċess għat-trattament tal-applikazzjonijiet, inklużi l-iskambji mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru u n-notifiki lill-applikanti;

għall-Unità Ċentrali tal-ETIAS kif ukoll għall-persunal u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS biex jipproduċu statistika bl-użu ta’ dejta anonimizzata, mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta’ individwi billi jirriduċu l-istatistika għal grupp żgħir ħafna.

L-infrastruttura teknika tal-ETIAS jeħtieġ li tipprovdi tweġibiet f’waqthom għall-operazzjonijiet tal-kontroll tal-fruntieri u lit-trasportaturi fuq bażi ta’ 24/7 b’disponibbiltà ta’ 99,9 %. Is-Sistema tal-Informazzjoni tal-ETIAS jeħtieġ ukoll li tiżgura l-ogħla protezzjoni ta’ sigurtà ta’ mekkaniżmi kontra l-intrużjoni, l-aċċess u l-iżvelar ta’ dejta lil persuni mhux awtorizzati, korruzzjoni u nuqqas ta’ integrità tad-dejta. Wieħed għandu jirsisti biex ikun hemm konformità ma’ dan ir-rekwiżit permezz tal-adozzjoni ta’ pjan ta’ sigurtà, bħala miżura ta’ implimentazzjoni.

Perjodu ta’ Żamma tad-Dejta

Bħala regola ġenerali, it-tul ta’ żmien tal-ħażna tal-applikazzjoni tad-dejta tal-ETIAS se jkun ta’ 5 snin wara l-aħħar użu tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew mill-aħħar deċiżjoni li tiċħad, tirrevoka jew tannulla awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Il-perjodu taż-żamma jikkorrispondi mal-perjodu taż-żamma tar-rekord tal-EES b’awtorizzazzjoni għad-dħul li tingħata fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS. Is-sinkronizzazzjoni tal-perjodi taż-żamma tiżgura li kemm ir-rekord tad-dħul kif ukoll l-awtorizzazzjoni relatata għall-ivvjaġġar jinżammu għall-istess tul ta’ żmien u hija element addizzjonali ta’ interoperabilità bejn l-ETIAS u l-EES. Is-sinkronizzazzjoni tal-perjodi taż-żamma tad-dejta hi meħtieġa biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-analiżi relatata tar-riskju mitluba mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u mill-ETIAS. Il-perjodu taż-żamma jnaqqas ukoll il-frekwenza tal-ingaġġar mill-ġdid u jkun ta’ benefiċċju għal dawk kollha li jivvjaġġaw. Lil hinn minn dan il-perjodu, il-fajl ta’ applikazzjoni tal-ETIAS ikun imħassar awtomatikament u b’mod komplet.

L-interoperabilità u l-kondiviżjoni tar-riżorsi mal-EES

Ir-Regolament propost jinkludi prinċipju ġenerali li l-ETIAS hi mibnija fuq l-interoperabilità tas-sistemi tal-informazzjoni li jridu jiġu kkonsultati (l-EES, is-SIS, il-VIS, id-dejta tal-Europol, il-EURODAC, u l-ECRIS) u dwar l-użu mill-ġdid ta’ komponenti żviluppati għal dawk is-sistemi tal-informazzjoni, l-EES b’mod partikolari. Dan l-approċċ jirriżulta wkoll fi ffrankar sinifikanti fl-ispejjeż għat-twaqqif u l-operat tal-ETIAS.

L-ETIAS u l-EES jikkondividu repożitorju ta’ dejta personali ta’ ċittadin ta’ pajjiżi terzi, b’dejta addizzjonali mill-applikazzjoni tal-ETIAS (eż. Informazzjoni dwar ir-residenza, tweġibiet għal mistoqsijiet ta’ sfond, u l-indirizz tal-IP) u r-reġistri ta’ dħul u ħruġ EES maħżuna separatament, iżda marbuta ma’ dan il-fajl ta’ identifikazzjoni komuni u uniku. Dan l-approċċ huwa konformi bis-sħiħ mal-istrateġija ta’ interoperabilità propost fil-Komunikazzjoni dwar Sistemi ta’ Informazzjoni aktar Qawwija u Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà tas-6 ta’ April 2016, u jinkludi salvagwardji xierqa ta’ protezzjoni tad-dejta.

Il-komponenti li ġejjin tal-EES huma kondiviżi u użati mill-ġdid:

in-netwerk fuq skala wiesgħa (implimentat bħala netwerk virtwali u bħalissa jissejjaħ Testa-ng li jikkollega d-dominji nazzjonali tal-Istati Membri mad-dominju ċentrali) għandu kapaċità biżżejjed biex jittrażmetti l-komunikazzjonijiet bejn l-infrastrutturi nazzjonali u s-sistema ċentrali;

l-Interfaċċa Uniformi Nazzjonali li hija sistema ġenerika żviluppata u mħaddma minn eu-LISA biex tipprovdi sett ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bejn l-infrastrutturi tal-kontroll tal-fruntieri nazzjonali u s-sistema ċentrali se tintuża wkoll għal ġestjoni tal-messaġġi tal-ETIAS.

il-mezzi tekniċi li jippermettu lit-trasportaturi li jikkontestaw l-istatus tal-ETIAS ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li jkunu qed jivvjaġġaw lejn iż-Żona ta' Schengen jużaw l-istess servizz kif previst għall-EES.

il-mezzi tekniċi li jippermettu li l-applikanti jintroduċu talbiet lill-ETIAS (implimentati bħala interfaċċa tal-web u pjattaforma mobbli) se jużaw ukoll l-infrastruttura stabbilita fl-EES li tippermetti lill-vjaġġaturi biex jikkonsultaw it-tul pendenti tas-soġġorn awtorizzat.

Spejjeż tal-fażi tal-iżvilupp u l-fażi operazzjonali

L-ispiża biex tiġi żviluppata s-sistema tal-ETIAS hija ta’ madwar EUR 212,1 miljun u l-ispiża annwali medja ta’ operazzjonijiet hi ta’ EUR 85 miljun. L-ETIAS tkun finanzjarjament awtosuffiċjenti hekk kif l-ispejjeż annwali tal-operazzjonijiet jiġu koperti mid-dħul mit-tariffi.

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen).

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 767/2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS).

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi.

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 COM(2016) 194 final.

Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' dejta tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja.

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE.

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE.

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI.

2.KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta tal-ETIAS ġiet żviluppata fuq il-bażi ta’ studju ta’ fattibilità. Bħala parti minn dan l-istudju, il-Kummissjoni ġabret l-opinjonijiet ta’ esperti tal-Istati Membri dwar il-kontroll tal-fruntieri u s-sigurtà. Barra minn hekk l-elementi ewlenin tal-proposta tal-ETIAS ġew diskussi fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-interoperabilità li twaqqfet bħala segwitu tal-Komunikazzjoni dwar il-Fruntieri Intelliġenti u iktar B’saħħitha tas-6 ta’ April 2016. Saru konsultazzjonijiet ma’ rappreżentanti minn trasportaturi tal-ajru, tal-baħar u tal-ferrovija, kif ukoll ma’ rappreżentanti ta’ Stati Membri tal-UE bi fruntieri esterni fuq l-art. Bħala parti mill-istudju ta’ fattibilità, saret ukoll konsultazzjoni mal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta legali tal-ETIAS hija bbażata fuq ir-riżultati tal-istudju ta’ fattibilità mwettaq minn Ġunju sa Ottubru tal-2016.

3.ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjonijiet proposti

L-għanijiet, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-ETIAS huma ddefiniti fil-proposta leġiżlattiva. Il-proposta tagħti mandat lill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta biex tiżgura l-ħolqien u l-ġestjoni ta’ Unità Ċentrali tal-ETIAS. Barra minn hekk, jingħata mandat lill-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (eu-LISA) biex tiżviluppa u tiżgura l-ġestjoni teknika u operazzjonali tas-sistema. Il-Europol qed tingħata wkoll rwol sinifikanti f’termini tal-iżgurar tal-objettivi tas-sigurtà tal-ETIAS.

Għalhekk, l-emendi konsegwenzjali għar-Regolament (UE) Nru 2016/399, ir-Regolament (UE) Nru 2016/1624, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, u r-Regolament (UE) Nru 2016/794 huma inklużi f’din il-proposta.

Emendi konsegwenzjali għar-Regolamenti dwar is-sistemi tal-UE li se jiġu kkontestati mill-ETIAS għandhom ikunu s-suġġett ta’ proposti separati tal-Kummissjoni.

Din il-proposta leġiżlattiva tistabbilixxi l-elementi tal-ETIAS. Id-dettalji tekniċi u operattivi għandhom jiġu miftiehma fi stadju aktar tard fil-qafas tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni, fejn il-Kummissjoni għandha tadotta aktar miżuri u regoli dwar:

it-twaqqif u d-disinn ta’ livell għoli tal-interoperabilità;

l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għas-sit web;

id-dħul tad-dejta;

id-definizzjoni ta’ kategoriji speċifiċi tad-dejta;

l-aċċess għad-dejta;

id-determinar tas-sistemi ta’ informazzjoni li għandhom jiġu kkonsultati;

id-definizzjoni tar-regoli tal-iskrinjar;

l-emendar, it-tħassir u t-tħassir bil-quddiem tad-dejta;

iż-żamma u l-aċċessar tar-reġistri;

rekwiżiti ta’ prestazzjoni, inklużi speċifikazzjonijiet minimi għal tagħmir tekniku.

Il-bażi ġuridika

Il-proposta tuża l-Artikolu 77(2)(b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi legali għal dan ir-Regolament. L-Artikolu 77(2)(b) u (d) huwa l-bażi legali adatta biex jiġu speċifikati aktar il-miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri, l-iżvilupp ta’ standards u proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-Istati Membri fit-twettiq ta’ kontrolli fuq persuni f’dawn il-fruntieri u jispeċifika miżuri bl-għan li jwasslu għat-twaqqif gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni.

Barra minn hekk, il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 87(2)(a) bħala bażi legali li tippermetti l-aċċess għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, taħt kondizzjonijiet stretti. Din il-bażi legali addizzjonali għall-aċċess tal-infurzar tal-liġi tinvolvi l-istess proċedura leġiżlattiva ordinarja applikabbli skont l-Artikolu 77(2)(b) u (d).

Fl-aħħar nett, il-proposta sserraħ ukoll fuq l-Artikolu 88(2) (a) sal-punt li temenda l-lista tal-kompiti tal-Europol.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

L-inizjattiva proposta taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 77(2)(b) TFUE, fejn l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza li tadotta miżuri marbuta mal-kontrolli fuq il-persuni u s-sorveljanza effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

Il-qafas attwali tal-UE dwar il-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri ma joffrix possibbiltà ta’ skrinjar minn qabel awtomatizzat, ikkoordinat u omoġenju ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża. Dan ma jippermettix lill-Istati Membri japplikaw ir-regoli ta’ Schengen b’mod aktar armonizzat u kkoordinat. Huwa ċar li hemm problema transfruntiera hekk kif ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża jistgħu liberament jagħżlu l-ewwel punt ta’ dħul fiż-Żona ta’ Schengen sabiex jiġu evitati ċerti kontrolli f’ċerti partijiet tal-fruntiera. F’dak li jirrigwarda l-applikanti għal viża, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kontrolli tas-sigurtà u l-immigrazzjoni fuq il-persuni u l-kwalità ġenerali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE.

Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu weħidhom, u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità

L-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li azzjoni mill-Unjoni ma tridx tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat. L-inizjattiva proposta tikkostitwixxi fi żvilupp ieħor tal-acquis ta’ Schengen sabiex jiġi żgurat li regoli komuni fil-fruntieri esterni jkunu applikati bl-istess manjiera fl-Istati Membri kollha li neħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni. Toħloq strument li jipprovdi lill-Unjoni Ewropea bil-mezzi biex jiġi żgurat li r-regoli biex issir valutazzjoni tar-r-riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà u għas-saħħa pubblika minn ċittadini minn pajjiżi terzi eżentati mill-viża huma applikati b’mod konsistenti fir-rigward tal-pajjiżi terzi fejn il-viża hija meħtieġa għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha.

Tipprovdi wkoll għal konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi meta dan ikun meħtieġ f’każ speċifiku ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni jew investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. F’każ bħal dan u fejn it-tfittxijiet preċedenti fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali u tal-Europol ma jwasslux għall-informazzjoni mitluba, l-ETIAS tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-Europol b’mezz f’waqtu, preċiż, sigur u kosteffiċjenti sabiex tinvestiga ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li huma ssuspettati (jew vittmi) ta’ terroriżmu jew ta’ reati serji. Dan jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jikkonsultaw il-fajl tal-applikazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-viża jew vittmi (suspettati) ta’ tali reati serji.

Il-proposta tinkludi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta u hija proporzjonali f’termini tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Hija tosserva l-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-dejta, tinkludi dispożizzjonijiet stretti ta’ sigurtà tad-dejta, u ma tesiġix li l-ipproċessar ta’ dejta għal perjodu itwal milli huwa assolutament meħtieġ biex tippermetti li s-sistema taħdem u tilħaq l-għanijiet tagħha. Is-salvagwardji u l-mekkaniżmi kollha meħtieġa għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, se jiġu previsti u implimentati bis-sħiħ (ara wkoll it-taqsima ta’ hawn taħt fuq Drittijiet Fundamentali).

Fil-livell tal-UE mhux se jkun hemm il-bżonn ta’ proċessi jew armonizzazzjoni ulterjuri biex is-sistema tiffunzjona; għalhekk il-miżura prevista hija proporzjonata fis-sens li ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ f’termini ta’ azzjoni fil-livell tal-UE biex jintlaħqu l-għanijiet definiti.

L-għażla tal-istrument

L-istrumenti proposti: Regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in:

Il-proposta attwali se twaqqaf sistema ċentralizzata li permezz tagħha l-Istati Membri jikkooperaw ma’ xulxin dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni ta’ Schengen, ħaġa li tirrikjedi arkitettura u regoli operattivi komuni. Se tistabbilixxi regoli dwar il-verifiki tal-valutazzjoni tar-riskju dwar il-migrazzjoni irregolari, is-sigurtà u s-saħħa pubblika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża qabel il-wasla tagħhom fil-fruntieri esterni u dwar l-aċċess għas-sistema inkluż għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li huma uniformi għall-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, is-sistema Ċentrali tiġi ġestita mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Bħala konsegwenza, huwa biss Regolament li jista' jilħaq kompletament dawn l-objettivi u jinħtieġ li jintgħażel bħala strument legali.

Drittijiet fundamentali

Ir-Regolament propost għandu impatt fuq id-drittijiet fundamentali, b'mod notevoli fuq id-dritt għad-dinjità (l-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE); id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà (l-Artikolu 6 tal-Karta), ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8 tal-Karta), id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18 tal-Karta) u l-protezzjoni f’każ ta’ tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni (l-Artikolu 19 tal-Karta), id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 tal-Karta), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24 tal-Karta) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta).

L-interess pubbliku leġittimu tal-iżgurar ta’ livell għoli ta’ sigurtà huwa affettwat b’mod pożittiv mill-implimentazzjoni tal-ETIAS. Identifikazzjoni aħjar u aktar preċiża tar-riskju għas-sigurtà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu ta’ viża li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera esterna taż-Żona ta' Schengen tappoġġa l-identifikazzjoni ta’ traffikar ta’ bnedmin (partikularment fil-każ ta’ minuri) u l-kriminalità transfruntiera u tiffaċilita b’mod aktar ġenerali l-identifikazzjoni ta’ persuni li l-preżenza tagħhom fiż-Żona ta' Schengen hija ta’ theddida għas-sigurtà. L-ETIAS, għalhekk, tikkontribwixxi biex ittejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini preżenti fiż-Żona ta' Schengen u biex ittejjeb is-sigurtà interna fl-UE.

L-ETIAS tiggarantixxi aċċess nondiskriminatorju għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta’ viża għall-proċess ta’ applikazzjoni, filwaqt li tiżgura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-ebda ċirkostanza ma jkunu bbażati fuq ir-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna. L-ETIAS tipprovdi garanziji li jiżguraw informazzjoni għall-persuna li ppreżentat applikazzjoni u rimedji effettivi.

Rigward id-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali, il-proposta fiha s-salvagwardji kollha adegwati fir-rigward tad-dejta personali, b’mod partikolari rigward l-aċċess, li għandu jkun strettament limitat biss għall-iskop ta’ dan ir-Regolament. Hija tipprevedi wkoll id-drittijiet ta’ rimedju tal-individwi, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Il-limitazzjoni tal-perjodu taż-żamma tad-dejta msemmi hawn fuq tikkontribwixxi wkoll għar-rispett għall-protezzjoni ta’ dejta personali bħala dritt fundamentali.

Il-proposta tipprevedi konsultazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u mill-Europol tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn. Kif stabbilit mill-Artikolu 52(1) tal-Karta, kull limitazzjoni għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali għandha tkun xierqa sabiex jintlaħaq l-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq. L-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxi wkoll li l-interferenza minn awtorità pubblika fid-dritt ta’ persuna għall-privatezza tista’ tkun ġustifikata kif ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew il-prevenzjoni tal-kriminalità, kif huwa l-każ fil-proposta attwali. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ukoll li l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja, b’mod partikolari kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, hija tabilħaqq ta’ importanza kbira sabiex tiġi żgurata s-sigurtà pubblika u l-effikaċja tagħha tista’ tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-użu ta’ teknoloġiji informatiċi u tekniki investigattivi moderni u għalhekk, l-aċċess għad-dejta personali li jingħata għal dawn l-għanijiet speċifiċi jista’ jkun ġustifikat jekk dan jitqies neċessarju. Għalhekk, il-proposta tikkonforma b’mod sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali, u hija konformi wkoll mal-Artikolu 16 tat-TFUE li jiggarantixxi lil kulħadd id-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali li tirrigwardahom.

Il-proposta tipprevedi l-aċċess għall-ETIAS għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra għall-fini tal-aċċess għad-dejta ppreżentata minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta’ viża meta japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Għalkemm fil-VIS teżisti dejta simili dwar titulari jew applikanti ta’ viża, fl-ebda bażi tad-dejta oħra tal-UE ma hemm disponibbli dejta bħal din dwar ċittadini eżentati mill-obbligu ta’ viża. Il-globalizzazzjoni tal-kriminalità timxi fil-passi tal-globalizzazzjoni tal-ekonomija 12 . L-organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali qed jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom lil hinn mill-fruntieri 13 . L-attivitajiet kriminali bħat-traffikar ta’ bnedmin, il-kuntrabandu tan-nies jew il-kuntrabandu ta’ oġġetti illeċiti jinvolvu ħafna qsim tal-fruntieri. L-informazzjoni maħżuna fil-VIS hija sors ta’ informazzjoni importanti għall-investigazzjonijiet kriminali kontra ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma involuti f’attività kriminali, kif indikat biż-żieda fl-użu tal-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll bl-effikaċja u l-utilità tas-sistema 14 . Madankollu, attwalment informazzjoni bħal din mhijiex disponibbli fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiż terzi li huma eżentati mill-obbligu ta’ viża.

Il-provvista ta’ konsultazzjoni ta’ dejta fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn b’hekk tindirizza d-distakk fl-informazzjoni rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi mingħajr l-obbligu ta’ viża u tippermetti, fejn ikun meħtieġ, li ssir rabta mal-informazzjoni maħżuna fil-fajl ta’ applikazzjoni tal-ETIAS. Barra minn hekk, peress li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġeneralment se tkun valida għal perjodu ta’ ħames snin, tista’ tkun meħtieġa konsultazzjoni minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali jew mill-Europol ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS meta informazzjoni relatata ma’ persuna u att ta’ terroriżmu jew reati serji oħra ssir disponibbli wara li dik il-persuna tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Il-Konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati kriminali jew reati kriminali serji oħra tikkostitwixxi limitazzjoni għad-dritt tal-protezzjoni ta’ dejta personali. Il-proposta tipprevedi salvagwardji effettivi li jimmitigaw din il-limitazzjoni:

L-ambitu ċar ta’ diskrezzjoni mogħti lill-awtoritajiet kompetenti u kif jiġi eżerċitat: L-aċċess għal dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi jista’ jingħata biss għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati kriminali jew ta’ reati kriminali serji oħra kif definit fid-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u biss jekk ikun meħtieġ għal każ speċifiku. Dan jeskludi l-aċċess għall-ETIAS għal reati li mhumiex serji, kif ukoll tqabbil sistematiku jew tal-massa tad-dejta.

Ġustifikazzjoni motivata ta’ talbiet għall-aċċess għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi: L-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u l-Europol jistgħu jitolbu konsultazzjoni tad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biss jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed iqis li dan l-aċċess se jikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni tar-reat kriminali inkwistjoni.

Verifikazzjoni indipendenti qabel il-konsultazzjoni tad-dejta: It-talbiet għal konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS fil-każ speċifiku ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni jew investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji huma soġġetti għal verifika indipendenti dwar jekk il-kundizzjonijiet stretti għat-talba ta’ konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi humiex ssodisfati. Tali verifika indipendenti għandha titwettaq minn qorti jew minn awtorità li tipprovdi garanziji ta’ indipendenza sħiħa u ta’ imparzjalità, u li hija ħielsa minn kull influwenza esterna diretta jew indiretta.

Il-minimizzar tad-dejta biex jiġi limitat l-estent tal-ipproċessar sal-ammont minimu meħtieġ fir-rigward tal-finijiet tagħha: Mhux id-dejta kollha maħżuna fil-fajl ta’ applikazzjoni tal-ETIAS se tkun disponibbli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn. Xi elementi tad-dejta mhumiex se jkunu disponibbli minħabba r-rilevanza limitata tagħhom għal investigazzjonijiet kriminali (eż. informazzjoni rigward l-edukazzjoni ta’ persuna jew dwar jekk tistax tkun ta’ riskju għas-saħħa pubblika). Elementi oħra tad-dejta se jkunu disponibbli biss jekk ikun hemm bżonn ġustifikat espliċitament fit-talba motivata għall-konsultazzjoni tal-infurzar tal-liġi u kkonfermata minn verifika indipendenti (eż. dejta rigward l-impjieg attwali), li element ta’ dejta bħal dan jiġi kkonsultat.

Il-konsultazzjoni tad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bħala miżura aħħarija: L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol jistgħu jitolbu biss konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jekk tfittxijiet preċedenti fil-bażijiet ta' dejta kollha rilevanti tal-Istat Membru tal-Europol ma jkunux wasslu għall-informazzjoni mitluba.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Wara li kien sar l-istudju tal-fattibbiltà, il-proposta attwali hija bbażata fuq l-għażla preferuta tas-sistema tal-ETIAS u l-ammont meħtieġ ġie stmat li jlaħħaq l-EUR 212,1 miljun, li jqis ukoll l-għan għal aċċess għall-infurzar tal-liġi.

Dan l-appoġġ finanzjarju għandu jkopri mhux biss l-ispejjeż ta’ komponenti ċentrali għall-perjodu sħiħ tal-QFP (EUR 113,4 miljun - fil-livell tal-UE, kemm l-ispiża għall-iżvilupp kif ukoll operattiva permezz ta’ ġestjoni indiretta), iżda wkoll l-ispejjeż għall-integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti tal-fruntieri fl-Istati Membri mal-ETIAS permezz tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi (NUI) (EUR 92,3 miljun - permezz ta’ ġestjoni komuni). Il-provvediment ta’ appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż tal-integrazzjoni nazzjonali se jiżgura li ċ-ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli fil-livell nazzjonali ma jipperikolawx jew idewmu l-proġetti. Matul il-fażi ta’ żvilupp (2018-2020), il-Kummissjoni se tonfoq ammont totali ta’ EUR 4,2 miljun (permezz ta’ ġestjoni komuni) għall-ispejjeż relatati mal-operazzjonijiet fl-Istati Membri.

Mill-2020, meta s-sistema l-ġdida tibda topera, l-ispejjeż operattivi futuri fl-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati mill-programmi nazzjonali tagħhom fil-qafas tal-FSI (ġestjoni kondiviża). Madankollu, l-operazzjoni se tibda wara t-tmiem tal-QFP attwali u l-finanzjament tagħhom għandu konsegewentement jiġi kkunsidrat matul id-diskussjonijiet rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

Kemm eu-LISA, kif ukoll il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jeżiġu riżorsi umani u finanzjarji biex iwettqu l-kompiti ġodda tagħhom taħt ir-Regolament tal-ETIAS. Għal eu-LISA, il-fażi tal-iżvilupp se tibda mill-2018, filwaqt li l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jkollha bżonn tkun attrezzata biex timmaniġġa l-fażi operattiva, li tirrikjedi introduzzjoni gradwali ta’ riżorsi li tibda fit-tieni nofs tal-2020.

Kif stipulat fit-Taqsima 1 aktar ’il fuq, mill-2020 is-Sistema tal-ETIAS se tiġġenera dħul mill-miżati, li fid-dawl tal-karattru speċifiku tiegħu, huwa propost li jiġi trattat bħala dħul assenjat estern. Fuq il-bażi ta’ stimi attwali tal-għadd ta’ applikazzjonijiet, id-dħul mill-miżati se jkopri sew l-iżvilupp dirett u l-kost operazzjonali tal-ETIAS. Min-naħa tiegħu, dan se jippermetti l-finanzjament tan-nefqa relatata fil-qasam ta’ Fruntieri Intelliġenti.

5.INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Parteċipazzjoni

Din il-proposta tibni fuq l-acquis ta’ Schengen billi għandha x’taqsam mal-qsim tal-fruntieri esterni. Għalhekk, għandhom ikunu kkunsidrati l-konsegwenzi li ġejjin fir-rigward tad-diversi protokolli u l-ftehimiet mal-pajjiżi assoċjati:

Id-Danimarka: Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skont it-Titolu V tat-Tielet parti tat-TFUE.

Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-Renju Unit u l-Irlanda: Skont l-Artikoli 4 u 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 li tikkonċerna t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, ir-Renju Unit u l-Irlanda la jieħdu sehem fir-Regolament (UE) 2016/399 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) u lanqas fl-ebda wieħed mill-istrumenti legali l-oħra li huma magħrufa b'mod komuni bħala "l-acquis ta' Schengen", viz. l-istrumenti legali li jorganizzaw u japoġġaw it-tneħħija tal-verifiki fil-fruntieri interni u l-miżuri li jmorru magħhom rigward il-verifiki fil-fruntieri esterni.

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta’ dan l-acquis, u għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma humiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma humiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.

B'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-482/08, ir-Renju Unit vs. il-Kunsill ECLI:EU:C:2010:631, iċ-ċirkostanza li dan ir-Regolament għandu l-Artikoli 87(2)(a) u 88(2)(a) bħala l-bażi legali flimkien mal-Artikolu 77(2)(b) u (d) TFUE ma taffettwax il-konklużjoni ta’ hawn fuq, billi l-aċċess għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi huwa anċillari għat-twaqqif tal-ETIAS.

L-Iżlanda u n-Norveġja: Il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Kunsill u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dan tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen huma applikabbli, peress li l-proposta attwali hija bbażata fuq l-acquis ta’ Schengen kif definit fl-Anness A ta’ dan il-Ftehim 15 .

L-Iżvizzera: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif previst bil-Ftehim ta’ bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 16 .

Il-Liechtenstein: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif previst bil-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 17 .

Il-Kroazja, Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija: Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-ETIAS jibni fuq il-kundizzjonijiet ta’ dħul kif deskritt fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399. Din id-dispożizzjoni kellha tiġi applikata mill-Istati Membri aderenti mal-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea.



2016/0357 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 18 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 19 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2016 intitolata “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar B’Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” 20 iddeskriviet fil-qasir il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT tagħha, l-arkitettura tad-dejta u l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Hija tenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni. Huwa importanti li tistabbilixxi opzjonijiet possibbli biex jiġu massimizzati l-benefiċċji ta’ sistemi ta’ informazzjoni attwali u, jekk ikun meħtieġ, jiġu żviluppati sistemi ġodda u kumplimentari biex jindirizzaw in-nuqqasijiet li għadhom preżenti fl-informazzjoni. 

(2)Fil-fatt, il-Komunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 identifikat serje ta’ nuqqasijiet fl-informazzjoni. Fosthom, il-fatt li l-awtoritajiet tal-fruntieri fil-fruntieri esterni ta’ Schengen ma għandhom ebda informazzjoni dwar vjaġġaturi li huma eżentati mill-obbligu li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni. Il-Kommunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 ħabbret li l-Kummissjoni se tniedi riċerka dwar il-fattibbiltà tat-twaqqif ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). Sistema awtomatizzata bħal din tista’ tiddetermina l-eliġibbiltà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu ta’ viża qabel ma jivvjaġġaw lejn iż-Żona ta' Schengen, u jekk ivvjaġġar bħal dan huwiex ta’ riskju għas-sigurtà jew għall-migrazzjoni irregolari.

(3)Il-Komunikazzjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 “It-titjib tas-sigurtà f’dinja ta’ mobbiltà: titjib fl-iskambju tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fruntieri esterni aktar b’saħħithom” 21 tikkonferma l-prijorità li jiġu żgurati l-fruntieri esterni u tippreżenta inizjattivi konkreti biex tiġi aċċellerata u mwessgħa r-reazzjoni tal-UE biex tkompli tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

(4)Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), biex tiġi definita l-arkitettura teknika tagħha, biex jiġu stabbiliti l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS, biex jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim u l-użu tad-dejta li għandha tiddaħħal fis-sistema mill-applikant, biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-ħruġ jew iċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar, u biex jiġu stabbiliti l-iskopijiet li għalihom għandha tiġi pproċessata d-dejta, biex jiġu identifikati l-awtoritajiet awtorizzati li jaċċessaw id-dejta u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali.

(5)Jinħtieġ li l-ETIAS tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni.

(6)Jinħtieġ li tapplika wkoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu tal-viża li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE 22 , jew għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma jkollux karta ta’ residenza msemmija fid-Direttiva 2004/38/KE. L-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-pajjiżi tal-Istati Membri, bla preġudizzju għal-limitazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u d-dispożizzjonijiet meħuda sabiex dawn jitwettqu. Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet rispettivi jinstabu fid-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.

(7)Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea 23 , membri tal-familja bħal dawn għandhom id-dritt li jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru u jiksbu viża tad-dħul għal dan il-għan. Konsegwentement, jinħtieġ li anki membri tal-familja eżentati mill-obbligu tal-viża jkollhom id-dritt li jiksbu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jinħtieġ li l-Istati Membri jagħtu lil persuni bħal dawn kull faċilità biex jiksbu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li trid tinħareġ mingħajr ħlas.

(8)Id-dritt għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma huwiex mingħajr ebda kundizzjoni, peress li jista’ jiċċaħħad lil dawk il-membri tal-familja li jirrappreżentaw riskju għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika skont id-Direttiva 2004/38/KE. F’dan l-isfond, il-membri tal-familja jistgħu jiġu obbligati jipprovdu d-dejta personali tagħhom relatata mal-identifikazzjoni u l-istatus tagħhom biss sakemm dawn ikunu relevanti għall-valutazzjoni tat-theddida tas-sigurtà li jistgħu jirrappreżentaw. Bl-istess mod, jinħtieġ li l-eżami tal-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom isir esklussivament fil-konfront tat-tħassib dwar is-sigurtà u mhux ta’ dak relatat mar-riskji tal-migrazzjoni.

(9)Jinħtieġ li l-ETIAS tistabbilixxi awtorizzazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni (“ir-rekwiżit ta’ viża”) li tiffaċilita li jiġi determinat jekk il-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri hijiex ta’ riskju ta’ migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Jinħtieġ li ż-żamma ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tkun kundizzjoni ta’ dħul ġdida għat-territorju tal-Istati Membri, madankollu mhuwiex meħtieġ li s-sempliċi pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jagħti dritt awtomatiku ta’ dħul.

(10)Jinħtieġ li l-ETIAS tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà, għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jipprovdi valutazzjoni għall-viżitaturi qabel il-wasla tagħhom fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni.

(11)Jinħtieġ li l-ETIAS tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni ta’ verifiki fil-fruntieri mwettqa mill-gwardji tal-fruntiera fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni u tiżgura valutazzjoni koordinata u armonizzata ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar bl-intenzjoni li jżuru ż-Żona ta' Schengen. Barra minn hekk, jinħtieġ li tiffaċilita li l-applikanti jiġu informati aħjar dwar l-eliġibbiltà li jżuru ż-Żona ta' Schengen. Barra minn hekk, jinħtieġ li l-ETIAS tikkontribwixxi wkoll biex tiffaċilita l-verifiki fil-fruntieri billi tnaqqas l-ammont ta’ ċaħdiet tad-dħul fil-fruntieri esterni.

(12)Jinħtieġ li l-ETIAS tappoġġa wkoll l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) relatata mal-allerti fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta’ estradizzjoni, persuni nieqsa, persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi. Għal dan il-għan, jinħtieġ li l-ETIAS twettaq proċessar awtomatiku tal-fajls tal-applikazzjoni mal-allerti rilevanti tas-SIS. Dan l-ipproċessar se jitwettaq għall-fini tal-appoġġ tas-SIS. B'dan il-mod, jinħtieġ li kull hit li tirriżulta minn dan it-tqabbil tinħażen fis-SIS.

(13)Jinħtieġ li l-ETIAS tikkonsisti f’sistema ta’ informazzjoni fuq skala kbira, is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, tim ċentrali, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u tims nazzjonali, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS.

(14)Jinħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun parti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jinħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun responsabbli biex tivverifika l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar li ġew miċħuda mill-proċess awtomatiku sabiex tiddetermina jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix mad-dejta personali tal-persuna li skattat il-hit, għar-regoli tal-iskrinjar u għat-twettiq ta’ awditi regolari dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Jinħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS taħdem b’sistema 24/7.

(15)Jinħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi Unità Nazzjonali tal-ETIAS prinċipalment responsabbli mill-eżami u mid-deċiżjoni dwar jekk toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jinħtieġ li l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Europol għall-fini tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet. Jinħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS taħdem b’sistema 24/7.

(16)Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, jinħtieġ li l-ETIAS tipprovdi formola ta’ applikazzjoni onlajn li jinħtieġ li timtela mill-applikanti b’dikjarazzjonijiet rigward l-identità tiegħu jew tagħha, id-dokument tal-ivvjaġġar, l-informazzjoni ta’ residenza, id-dettalji tal-kuntatt, l-edukazzjoni u l-impjieg attwali, il-kundizzjoni tiegħu jew tagħha ta’ membru tal-familja ta’ ċittadini tal-UE jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jibbenefika minn moviment liberu filwaqt li ma għandux karta ta’ residenza, jekk l-applikant ikun minuri, l-identità tal-persuna responsabbli u tweġibiet għal sett ta’ mistoqsijiet ta’ sfond (jekk l-applikant huwiex soġġett għal xi marda b’potenzjal ta’ epidemija kif definit mir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mard ta’ parassitiku li jittieħed jew kontaġġuż, rekords kriminali, preżenza f’żoni ta’ gwerra, deċiżjoni ta’ ritorn lejn fruntieri / ordni biex iħalli t-territorju). Jinħtieġ li l-aċċess għad-dejta tas-saħħa tal-applikanti jkun permess biss biex jiddetermina jekk jirrappreżentawx theddida għas-saħħa pubblika.

(17)Jinħtieġ li l-ETIAS taċċetta applikazzjonijiet li jiġu introdotti f’isem l-applikant għal sitwazzjonijiet fejn il-vjaġġaturi nfushom mhumiex f’pożizzjoni li joħolqu applikazzjoni, għal xi raġuni jew oħra. F’każijiet bħal dawn, jinħtieġ li l-applikazzjoni titwettaq minn terza persuna awtorizzata mill-vjaġġatur jew legalment responsabbli għalih/għaliha sakemm din l-identità tal-persuna tiġi inkluża fil-formola ta’ applikazzjoni.

(18)Sabiex din l-applikazzjoni tiġi finalizzata, jinħtieġ li l-applikanti kollha li għandhom aktar min 18-il sena jintalbu jħallsu miżata. Jinħtieġ li l-pagament jiġi ġestit minn bank jew minn intermedjarju finanzjarju. Jinħtieġ li d-dejta rikjesta biex tiżgura l-pagament elettroniku tiġi pprovduta biss lill-bank jew lill-intermedjarju finanzjarju li jopera t-tranżazzjoni finanzjarja u li mhumiex parti mid-dejta tal-ETIAS.

(19)Jinħtieġ li l-maġġorparti tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar jinħarġu fi ftit minuti, madankollu għadd inqas jista’ jieħu sa 72 siegħa. Għal każijiet eċċezzjonali, jekk it-talba għal informazzjoni addizzjonali jew dokumentazzjoni tiġi notifikata lill-applikant, il-proċedura tista’ tieħu sa ġimgħatejn.

(20)Jinħtieġ li d-dejta personali pprovduta mill-applikanti tiġi proċessata mill-ETIAS għar-raġuni biss ta’ verifika minn qabel tal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 24 u ta’ valutazzjoni jekk l-applikant huwiex probabbli li jemigra irregolarment, jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni huwiex ta’ theddida għas-sigurtà jew is-saħħa pubblika tal-Unjoni.

(21)Il-valutazzjoni ta’ riskji bħal dawn ma tistax issir mingħajr l-ipproċessar tad-dejta personali elenkata fil-premessa (16). Jinħtieġ li kull oġġett ta’ dejta personali fl-applikazzjonijiet jitqabbel mad-dejta li tinsab fir-rekord, fajl jew allert irreġistrati f’sistema ta’ informazzjoni (is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, il-bażi ta' dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), il-Eurodac, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) u/jew il-bażi tad-dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN)) jew ma’ listi ta’ sorveljanza tal-ETIAS, jew ma’ indikaturi speċifiċi tar-riskji. Jinħtieġ li l-kategoriji ta’ dejta personali li jinħtieġ li jintużaw għat-tqabbil ikunu limitati għall-kategoriji tad-dejta preżenti fis-sistemi ta’ informazzjoni, il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS jew l-indikaturi ta’ riskju speċifiku li jiġu kkonsultati.

(22)Jinħtieġ li t-tqabbil isir permezz ta’ mezz awtomatizzat. Kull meta tqabbil bħal dan jiżvela li hemm korrispondenza (“hit”) ma’ kull dejta personali jew kumbinazzjoni tagħha fl-applikazzjonijiet u rekord, fajl jew allert fis-sistema ta' informazzjoni hawn fuq, jew ma’ dejta personali fil-lista’ ta’ sorveljanza tal-ETIAS, jew ma’ indikaturi tar-riskju, jinħtieġ li l-applikazzjoni tiġi proċessata manwalment minn operatur fl-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul dikjarat. Jinħtieġ li l-valutazzjoni mwettqa mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS twassal għal deċiżjoni biex l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tinħareġ jew le.

(23)L-ipproċessar awtomatizzat jista’ jirriżulta fil-ħruġ tal-awtorizzazzjoni. Huwa mistenni li l-maġġoranza vasta ta’ applikazzjonijiet tikseb tweġiba pożittiva permezz ta’ mezz awtomatizzat. Jinħtieġ li l-ebda ċaħda ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma tkun ibbażata biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali fl-applikazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, jinħtieġ li l-applikazzjonijiet li għalihom ġiet iġġenerata “hit” jiġu vvalutati manwalment minn operatur f’Unità Nazzjonali tal-ETIAS.

(24)Jinħtieġ li l-applikanti li ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikollhom id-dritt tal-appell. Jinħtieġ li l-appelli jitmexxew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

(25)Jinħtieġ li r-regoli tal-iskrinjar jintużaw biex janalizzaw il-fajl ta’ applikazzjoni billi jippermettu tqabbil bejn id-dejta rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-indikaturi tar-riskju speċifiku li jikkorrispondu ma’ riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika identifikat qabel. Jinħtieġ li l-kriterji użati biex jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi tar-riskju fl-ebda ċirkostanza ma jkunu bbażati fuq l-oriġini ta' razza jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' applikant.

(26)Jinħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS biex tidentifika l-konnessjonijiet bejn id-dejta f’fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u informazzjoni relatata ma’ persuni li huma suspettati li kkommettew att kriminali serju jew ta’ terroriżmu, jew li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li se jikkommettu att kriminali serju jew ta’ terroriżmu. Jinħtieġ li l-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS tkun parti mid-dejta proċessata mill-Europol f’konformità mal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/794 u l-Kunċett Integrat ta’ Ġestjoni tad-Dejta tal-Europol li jimplimenta dak ir-Regolament. Meta jipprovdu l-informazzjoni lill-Europol, jinħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw il-fini jew il-finijiet li għalihom għandha tiġi proċessata, inkluż il-possibbiltà li dan l-ipproċessar jiġi limitat għal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS.

(27)L-emerġenza kontinwa ta’ forom ġodda ta’ theddid ta’ sigurtà, tendenzi ġodda ta’ migrazzjoni irregolari u theddid għas-saħħa pubblika tirrikjedi li reazzjonijiet effettivi u ħtiġijiet jiġu kkontrollati b’mezzi moderni. Billi dawn il-mezzi jinkludu l-ipproċessar ta’ ammonti importanti ta’ dejta personali, jinħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji adegwati biex iżommu l-interferenza bid-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata u d-dritt tal-protezzjoni ta’dejta personali limitata għal dak li hu meħtieġ f’soċjetà demokratika.

(28)Jinħtieġ, għalhekk, li d-dejta personali tal-ETIAS, tinżamm sikura; l-aċċess għaliha hu mistenni li jkun limitat għal persunal strettament awtorizzat u jinħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma tintuża biex jintlaħqu deċiżjonijiet bbażati fuq xi forma ta’ diskriminazzjoni. Jinħtieġ li d-dejta personali tinżamm b’mod sikur f’faċilitajiet ta’ eu-LISA fl-Unjoni.

(29)Jinħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar li jinħarġu jiġu annullati jew revokati hekk kif isir evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħhom ma ntlaħqux jew ma għadhomx jintlaħqu. B’mod partikolari, meta jinħoloq allert ta’ SIS ġdid għal ċaħda ta' dħul jew għal dokument tal-ivvjaġġar rapportat mitluf jew misruq, jinħtieġ li s-SIS tinforma lill-ETIAS, li min-naħa tagħha jinħtieġ li tivverifika jekk dan l-allert jikkorrispondix ma’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. F’każ bħal dan, jinħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li ħolqot l-allert tiġi informata immedjatament u tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Skont approċċ simili, jinħtieġ li elementi ġodda introdotti fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS jitqabblu mal-fajls tal-applikazzjoni maħżuna fl-ETIAS sabiex jiġi verifikat jekk dan l-element il-ġdid jikkorrispondix ma’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. F’każ bħal dan, jinħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul tivvaluta l-hit u, jekk ikun meħtieġ, tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jinħtieġ li tiġi pprovduta wkoll possibilità ta’ revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'talba tal-applikant.

(30)Jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jikkonsidra li hu meħtieġ li ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi permess jivvjaġġa fit-territorju tiegħu fuq bażijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali, jinħtieġ li huwa jkollu l-possibilità li joħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali u temporali limitata.

(31)Qabel l-imbarkazzjoni, trasportaturi tal-ajru u tal-baħar, kif ukoll trasportaturi li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta’ kowċ jinħtieġ li jkollhom l-obbligu li jivverifikaw jekk il-vjaġġaturi għandhomx id-dokumenti kollha tal-ivvjaġġar meħtieġa biex jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta’ Schengen 25 . Jinħtieġ li dan jinkludi verifikazzjoni li l-vjaġġaturi huma fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Jinħtieġ li l-fajl tal-ETIAS innifsu ma jkunx aċċessibbli għat-trasportaturi. Jinħtieġ li aċċess għall-internet sikur, inkluża l-possibbiltà tal-użu ta’ soluzzjonijiet tekniċi mobbli, jippermetti lit-trasportaturi jipproċedu b’din il-konsultazzjoni bl-użu ta’ dejta tad-dokument tal-ivvjaġġar.

(32)Sabiex ikunu konformi mal-kundizzjonijiet riveduti għad-dħul, jinħtieġ li l-gwardji tal-fruntieri jivverifikaw jekk vjaġġatur huwiex fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Għalhekk, waqt il-proċess standard tal-kontroll tal-fruntiera, jinħtieġ li l-gwardja tal-fruntiera jaqra d-dejta tad-dokument tal-ivvjaġġar elettronikament. Jinħtieġ li din l-operazzjoni tiskatta konsultazzjoni f’bażijiet tad-dejta differenti kif previst skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, inkluża konsultazzjoni lill-ETIAS li jinħtieġ li tipprovdi status aġġornat tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jinħtieġ li l-fajl tal-ETIAS innifsu ma jkunx aċċessibbli għall-gwardja tal-fruntiera għall-kontroll tal-fruntieri. Jekk ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, jinħtieġ li l-gwardja tal-fruntiera tiċħad id-dħul u ttemm il-proċess tal-kontroll tal-fruntiera b’dan il-mod. Jekk hemm awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, jinħtieġ li d-deċiżjoni li tawtorizza jew tiċħad id-dħul tittieħed mill-gwardja tal-fruntiera.

(33)Fil-ġlieda kontra reati terroristiċi u reati kriminali serji oħrajn u minħabba l-globalizzazzjoni ta’ netwerks kriminali, huwa imperattiv li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv. L-aċċess għad-dejta miżmuma fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għall-fini ta’ infurzar tal-liġi diġà wera li hu effettiv biex jgħin lill-investigaturi biex jagħmlu progress sostanzjali f’każijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi. Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ma tinkludix dejta dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu tal-viża.

(34)L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fl-ETIAS hija meħtieġa biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga reati terroristiċi kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI 26 jew reati kriminali serji oħrajn kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI 27 . F’investigazzjoni speċifika u sabiex tiġi stabbilita evidenza u informazzjoni relatati ma’ persuna suspettata li kkomettiet reat jew vittma ta’ reat, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jeħtieġu aċċess għad-dejta ġġenerata mill-ETIAS. Id-dejta maħżuna fl-ETIAS tista’ wkoll tkun bżonnjuża biex tidentifika l-awtur ta’ reat terroristiku jew reati kriminali serji oħra, speċjalment meta jkun hemm bżonn azzjoni urġenti. L-aċċess għall-ETIAS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza mad-dritt fundamentali tar-rispett tal-ħajja privata tal-individwi u tal-protezzjoni tad-dejta personali ta’ persuni li d-dejta personali tagħhom tiġi pproċessata fl-ETIAS. Għalhekk, jinħtieġ li d-dejta fl-ETIAS tinżamm u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet maħtura tal-Istati membri u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“Europol”), soġġetta għal kundizzjonijiet stretti stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex aċċess bħal dan ikun limitat għal dak li hu strettament neċessarju għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u reati kriminali serji f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti notevolment fil-ġurisprudenza tal-Qorti, b’mod partikolari il-każ tad-Drittijiet Diġitali fl-Irlanda 28 .

(35)B’mod partikolari, l-aċċess għad-dejta tal-ETIAS għall-fini tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati jew reati kriminali serji oħrajn jinħtieġ li jingħata biss wara talba motivata mill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu r-raġunijiet għall-ħtieġa tagħha. Jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull talba bħal din għal aċċess għad-dejta maħżuna fl-ETIAS tkun is-suġġett ta’ rieżami preċedenti mill-qorti jew minn awtorità li tipprovdi garanziji ta’ indipendenza sħiħa u imparzjalità, u li tkun ħielsa minn kull influwenza esterna diretta jew indiretta. Madankollu, f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema, jista’ jkun kruċjali li l-awtoritajiet kompetenti jiksbu immedjatament dejta personali meħtieġa għall-prevenzjoni tal-għemil ta’ reat serju jew sabiex l-awturi tiegħu jkunu jistgħu jiġu mħarrka. F’każijiet bħal dawn, jinħtieġ li jkun aċċettat li r-rieżami ta’ dejta personali miksuba mill-ETIAS isir malajr kemm jista’ jkun wara li jkun ingħata l-aċċess għal dejta bħal din lill-awtoritajiet kompetenti. 

(36)Huwa meħtieġ, għalhekk, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma awtorizzati li jitolbu aċċess bħal dan jinħatru għall-finijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali oħrajn.

(37)Jinħtieġ li l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jaġixxu bħala l-punt ta’ aċċess ċentrali u jinħtieġ li jivverifikaw li l-kundizzjonijiet biex jintalab aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jiġu ssodisfati fil-każ konkret attwali.

(38)L-Europol huwa ċ-ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni fl-Unjoni u għandu rwol kruċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni ta’ reati transfruntieri fis-sostenn tal-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjoni tal-kriminalità fl-Unjoni. Konsegwentement, jinħtieġ li l-Europol ikollu aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS fil-qafas tal-kompiti tiegħu u skont ir-Regolament (UE)2016/794 29 fil-każijiet speċifiċi jekk dan huwa meħtieġ għall-Europol biex jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn.

(39)Biex jiġu esklużi tfittxijiet sistematiċi, l-ipproċessar ta’ dejta tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hu mistenni li jsir biss f’każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. Għaldaqstant, jinħtieġ li l-awtoritajiet maħtura u l-Europol jitolbu aċċess lill-ETIAS biss meta jkollhom raġunijiet motivati biex jemmnu li dan l-aċċess ikun se jipprovdi informazzjoni li tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor. Jinħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol jitolbu aċċess għall-ETIAS biss jekk tfittxijiet preċedenti fil-bażijiet tad-dejta rilevanti kollha tal-Istat Membru u l-bażijiet tad-dejta tal-Europol ma jkunux wasslu għall-informazzjoni mitluba.

(40)Hu mistenni li d-dejta personali rreġistrata fl-ETIAS tinżamm għal mhux aktar minn kemm hu meħtieġ għall-finijiet tagħha. Sabiex l-ETIAS tiffunzjona, jinħtieġ li d-dejta relatata mal-applikanti tinżamm għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Sabiex jiġu vvalutati r-riskji għas-sigurtà, il-migrazzjoni irregolari u s-saħħa pubblika ppreżentati mill-applikanti, jinħtieġ li d-dejta personali tinżamm għal ħames snin mill-aħħar rekord ta’ dħul tal-applikant maħżun fl-EES. Huwa mistenni li l-ETIAS joqgħod fuq valutazzjonijiet preliminari preċiżi tar-riskji għas-sigurtà, għas-saħħa pubblika u ta' migrazzjoni irregolari, b’mod partikolari bl-użu tar-regoli tal-iskrinjar. Sabiex tiġi stabbilita bażi kredibbli għall-valutazzjoni tar-riskju manwali mill-Istati Membri, u l-okkorrenza ta’ hits li ma jikkorrispondux ma’ riskji reali (“pożittivi foloz”) titnaqqas kemm jista’jkun, jinħtieġ li hits li jirriżultaw minn regoli tal-iskrinjar bbażati fuq statistika ġġenerata mid-dejta tal-ETIAS innifisha jkunu rappreżentattivi għal popolazzjoni wiesgħa biżżejjed. Dan ma jistax jinkiseb esklussivament fuq il-bażi tad-dejta tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar fil-perjodu ta’ validità tagħhom. Il-perjodu taż-żamma huwa mistenni li jibda mill-aħħar rekord ta’ dħul tal-applikant maħżun fl-EES, billi dan jikkostitwixxi l-aħħar użu attwali tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Il-perjodu taż-żamma ta’ ħames snin jikkorrispondi mal-perjodu taż-żamma tar-rekord tal-EES jekk l-awtorizzazzjoni għad-dħul tingħata fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS jew ċaħda ta’ dħul. Dan is-sinkronizzar ta’ perjodi taż-żamma jiżgura li kemm ir-rekord tad-dħul, kif ukoll l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar relatata jinżammu għall-istess dewmien u huwa element addizzjonali li jiżgura l-interoperabilità futura bejn l-ETIAS u l-EES. Dan is-sinkronizzar tal-perjodi taż-żamma tad-dejta huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-analiżi tar-riskju mitluba mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. Deċiżjoni biex tiġi miċħuda, revokata jew annullata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tista’ tindika sigurtà ogħla jew riskju ta’ migrazzjoni irregolari ppreżentat mill-applikant. Jekk deċiżjoni bħal din tkun ħarġet, il-perjodu taż-żamma ta’ 5 snin għad-dejta relatata jinħtieġ li jibda mid-data ta’ ħruġ tagħha, sabiex l-ETIAS tkun tista’ tikkunsidra b’mod preċiż ir-riskju ogħla ppreżentat possibbilment mill-applikant konċernat. Jinħtieġ li wara l-iskadenza ta’ perjodu bħal dan, id-dejta personali titħassar.

(41)Jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-Aġenzija għall-ġestjoni operazzjonali ta’ sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (eu-LISA) għat-tfassil, l-iżvilupp u l-ġestjoni teknika tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u r-responsabbiltajiet tal-Europol.

(42)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 japplika għall-attivitajiet ta’ eu-LISA u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta meta jwettqu l-kompiti fdati lilhom f’dan ir-Regolament.

(43)[Ir-Regolament (UE) 2016/679] 31 japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm ipproċessar bħal dan ma jsirx mill-awtoritajiet maħtura jew ta’ verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra.

(44)L-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati serji oħra skont dan ir-Regolament jinħtieġ li jkun soġġett għal standard ta’ protezzjoni ta’ dejta personali skont il-liġi nazzjonali tagħhom li tkun konformi mad-[Direttiva (UE) 2016/680] 32 . 

(45)Jinħtieġ li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti stabbiliti f’konformità mar-[Regolament (UE) 2016/679] jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri, filwaqt li jinħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Jinħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma’ xulxin fil-monitoraġġ tal-ETIAS.

(46)"(...) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fi ... "

(47)Jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli stretti dwar l-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-salvagwardji meħtieġa. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti d-drittijiet ta’ aċċess, ta’ korrezzjoni, ta’ tħassir u ta’ rimedju tal-individwi b’mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet tal-ipproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti.

(48)Sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għas-sigurtà, ta' migrazzjoni irregolari jew għas-saħħa pubblika li jista’ jitqajmu minn vjaġġatur, jinħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabilità bejn l-Informazzjoni tal-ETIAS u s-sistemi ta’ informazzjoni oħrajn kkonsultati mill-ETIAS bħas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS). Madankollu, din l-interoperabilità tista’ tiġi żgurata biss ladarba l-proposti biex jiġu stabbiliti l-EES 33 , l-ECRIS 34 u l-proposta ta’ riformulazzjoni tar-Regolament tal-Eurodac 35 jiġu adottati.

(49)Il-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jeħtieġ valutazzjoni f’intervalli regolari. Jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jiġu implimentati.

(50)Sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jinħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni:

biex tadotta lista predeterminata ta’ tweġibiet rigward il-mistoqsijiet dwar il-livell u l-qasam ta’ edukazzjoni, l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg li għandhom jiġu identikati fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar,

biex tispeċifika l-kontenut u l-format ta’ mistoqsijiet addizzjonali li jistgħu jitressqu lil applikanti għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar,

biex tistabbilixxi l-metodi tal-pagamenti u l-proċess għall-miżata tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’kunsiderazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà tagħhom u biex temenda l-ammont tal-miżata,

biex testendi d-dewmien tal-perjodu ta’ konċessjoni li fih ma hija rikjesta ebda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar,

biex tkompli tispeċifika r-riskji għas-sigurtà, ta' migrazzjoni irregolari jew għas-saħħa pubblika li għandhom jintużaw biex jiġu stabbiliti l-indikaturi tar-riskju.

(51)Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f’livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(52)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jinħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni tas-sit web pubbliku u tal-applikazzjoni għall-apparati mobbli u dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà applikabbli għas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli, kif ukoll skema ta’ awtentikazzjoni riservata esklussivament għat-trasportaturi u biex jiġu speċifikati d-dettalji tal-proċeduri ta’ riżerva li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ impossibilità teknika għal aċċess tal-ETIAS. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 .

(53)It-twaqqif ta’ ETIAS u l-ħolqien ta’ obbligi, kundizzjonijiet u proċeduri komuni għall-użu tad-dejta ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-impatt tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.

(54)L-ispejjeż previsti għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS u għat-twaqqif tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS huma inqas mill-ammont li fadal fil-baġit allokat għal Fruntieri Intelliġenti fir-Regolament (UE) 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 . Għaldaqstant, dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, jinħtieġ li jalloka mill-ġdid l-ammont attwalment attribwit għall-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT insostenn tal-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni.

(55)Jinħtieġ li d-dħul iġġenerat mill-pagament ta’ miżati ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jiġi assenjat biex ikopri l-ispejjeż operazzjonali u ta’ manutenzjoni rikorrenti tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS. Fid-dawl tal-karattru speċifiku tas-sistema, ikun adegwat li d-dħul jiġi trattat bħala dħul assenjat estern.

(56)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE.

(57)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u la hija marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(58)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE 38 ; ir-Renju Unit, għaldaqstant, ma huwiex se jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma huwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(59)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 39 ; L-Irlanda għalhekk mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(60)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 40 li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 41 .

(61)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis 42 ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE 43 u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI 44 .

(62)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis 45 ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE 46 u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE 47 .

(63)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella li huwa marbut miegħu fi ħdan, rispettivament, it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.

(64)Sabiex dan ir-Regolament ikun joqgħod fil-qafas legali attwali u jirrifletti t-tibdiliet għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Europol, jinħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624 jiġu emendati kif ġej,


ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi “Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali” (ETIAS) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu tal-viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni (“ir-rekwiżit tal-viża”) li jiffaċilita li jiġi ddeterminat jekk il-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru hijiex ta’ riskju ta’ migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Għal din ir-raġuni, tiġi introdotta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi miċħuda.

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jistgħu jikkonsultaw id-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra li jkunu fil-kompetenza tagħhom.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għall-kategoriji li ġejjin ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżenti mir-rekwiżit ta' viża:

(a)ċittadini ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 48 li huma eżenti mir-rekwiżit ta' viża għal tranżiti fl-ajruporti jew għal permanenzi intenzjonati fit-territorju tal-Istati Membri għal durata ta' mhux aktar minn 90 jum waqt kwalunkwe perjodu ta' 180 jum;

(b)refuġjati u apolidi meta l-pajjiż terz fejn ikunu jirrisjedu u li jkun ħarġilhom id-dokument tal-ivvjaġġar ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u li huma eżentati mir-rekwiżit ta' viża skont l-Artikolu 4(2)(b) ta' dak ir-Regolament;

(c)ċittadini ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

i)ikunu membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li d-Direttiva 2004/38/KE tapplika għalihom jew ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta' moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni; u

ii)ma jkollhomx karta ta' residenza bħal dik imsemmija fid-Direttiva 2004/38/KE.

2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)refuġjati jew apolidi jew persuni oħra li m'għandhom in-nazzjonalità tal-ebda pajjiż li jirrisjedu fi Stat Membru u li huma detenturi ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru;

(b)ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li d-Direttiva 2004/38/KE tapplika għalihom u li jkollhom karta ta’ residenza f’konformità ma’ dik id-Direttiva;

(c)ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terz li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni u li jkollhom karta ta' residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE;

(d)detenturi ta’ permessi ta’ residenza msemmija fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 minbarra dawk koperti mill-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu;

(e)detenturi ta’ viżi għal soġġorn fit-tul;

(f)ċittadini ta' Andorra, Monaco u San Marino u detenturi ta' passaport maħruġ mill-Istat tal-Vatikan;

(g)iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li huma detenturi ta' permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera maħruġ mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 50 jekk dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera;

(h)persuni jew kategoriji ta' persuni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

1.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)"fruntieri esterni" tfisser fruntieri esterni kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(b)“verifiki fuq il-fruntiera” tfisser verifiki fuq il-fruntiera kif definit fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(c)“gwardja tal-fruntiera” tfisser gwardja tal-fruntiera kif definit fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(d)"awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar" tfisser deċiżjoni maħruġa skont dan ir-Regolament li tindika li ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza ta' persuna fit-territorju tal-Istati Membri joħloq riskju ta' migrazzjoni illegali, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u li hi rekwiżit għal ċittadini ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2 biex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni għad-dħul stipulata fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/399.

(e)“riskju għas-saħħa pubblika” tfisser theddida għas-saħħa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(21) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(f)"applikant" tfisser kull ċittadin ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2 li jkun ippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(g)"dokument tal-ivvjaġġar" tfisser passaport jew dokument ekwivalenti ieħor, li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista’ titwaħħal viża;

(h)"soġġorn qasir" tfisser soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(i)"persuna b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta" tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet li jirrelataw mat-tul ta’ soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri;

(j)"applikazzjoni għall-apparati mobbli" tfisser softwer f'forma ta' applikazzjoni ddisinjata biex taħdem fuq apparati mobbli bħal smartphones u tablets;

(k)"hit" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza stabbilita billi d-dejta personali rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS titqabbel mad-dejta personali maħżuna f'reġistru, fajl jew allert irreġistrat f'sistema ta' informazzjoni mitluba mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jew bl-indikaturi għal riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28;

(l)"reati terroristiċi" tfisser ir-reati li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikoli minn 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI;

(m)"reati kriminali serji" tfisser ir-reati li jikkorrispondu jew li huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, jekk ikunu punibbli skont il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ priġunerija jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin;

(n)"dejta tal-Europol" tfisser dejta personali pprovduta mill-Europol għall-fini msemmija fl-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794.

2.Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 45/2001 għandhom japplikaw fir-rigward ta' dejta personali li tkun ipproċessata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-eu-LISA

3.Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-[Regolament (UE) 2016/679] għandhom japplikaw fir-rigward ta' dejta personali li tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

4.Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-[Direttiva (UE) 2016/680] għandhom japplikaw fir-rigward ta' dejta personali li tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għal finijiet ta' infurzar tal-liġi.

Artikolu 4
Għanijiet tal-ETIAS

Billi tappoġġa l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-ETIAS:

(a)tikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà stretta tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, biex jiġi ddeterminat ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex ikun konkluż jekk il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskju għas-sigurtà;

(b)tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali billi tipprovdi valutazzjoni tar-riskju tal-migrazzjoni irregolari tal-applikanti qabel ma jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni;

(c)tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi tipprovdi valutazzjoni ta' jekk l-applikant jistax ikun ta' riskju għas-saħħa pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(e) qabel ma jasal fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni;

(d)issaħħaħ l-effikaċja tal-verifiki fuq il-fruntiera;

(e)tappoġġa l-għanijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) relatati mal-allerti fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest jew għal finijiet ta' ċediment jew estradizzjoni, ta' persuni neqsin, ta' persuni mfittxija biex jgħinu bi proċedura ġudizzjarja u għal persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi;

(f)tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra.

Artikolu 5
L-Istruttura Ġenerali tal-ETIAS

L-ETIAS tikkonsisti:

(a)fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 6;

(b)fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 7;

(c)fl-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 6

Twaqqif u arkitettura teknika tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS

1.L-Aġenzija għall-immaniġġjar operazzjonali ta' sistema ta' informazzjoni fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja ("eu-LISA") għandha tiżviluppa s-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u tiżgura l-immaniġġjar tekniku tagħha.

2.Is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS għandhom ikunu komposti minn:

(a)Sistema Ċentrali;

(b)Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f’kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identika għall-Istati Membri kollha li tippermetti lis-Sistema Ċentrali taqbad mal-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali fl-Istati Membri;

(c)Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni sikura bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi;

(d)Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sikura bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10;

(e)websajt pubblika u applikazzjoni għall-apparati mobbli;

(f)servizz ta' posta elettronika;

(g)servizz ta' kont sikur li jippermetti lill-applikanti jipprovdu informazzjoni addizzjonali u/jew dokumentazzjoni, jekk ikun hemm bżonn;

(h)gateway tat-trasportaturi;

(i)servizz fuq l-internet li jippermetti l-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali, minn naħa u s-sit web pubbliku, l-applikazzjoni għall-apparati mobbli, is-servizz tal-posta elettronika, is-servizz ta' kont sikur, il-gateway tat-trasportaturi, l-intermedjarju għall-ħlas u s-sistemi internazzjonali (is-sistemi/bażijiet ta' dejta tal-Interpol), min-naħa l-oħra;

(j)softwer li jippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jipproċessaw l-applikazzjonijiet;

3.[Is-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi , is-servizz web, il-gateway tat-trasportaturi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-ETIAS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli l-ħardwer u s-softwer tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi tal-EES, is-servizz web tal-EES, il-gateway tat-trasportaturi tal-EES u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-EES rispettivament.]

Artikolu 7
Twaqqif tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.B'dan qed tiġi stabbilita Unità Ċentrali tal-ETIAS fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

2.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS li taħdem f'reġim ta' 24/7 għandha tkun inkarigata li:

(a)tiżgura li d-dejta maħżuna fil-fajls tal-applikazzjonijiet u fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun korretta u aġġornata;

(b)tivverifika l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar miċħuda mill-proċess awtomatizzat sabiex ikun iddeterminat jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix mad-dejta personali tal-persuna li tkun skattat hit f'waħda mis-sistemi/bażijiet ta' dejta ta' informazzjoni kkonsultati jew l-indikaturi ta' riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28;

(c)tiddefinixxi, tittestja, timplimenta, tivvaluta u tirrevedi l-indikaturi ta' riskju speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 28 wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS;

(d)twettaq awditjar regolari dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 inkluża l-valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni ta' dejta personali.

Artikolu 8
Twaqqif
tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS

1.Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti bħala l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS.

2.L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom ikunu responsabbli li:

(a)jiżguraw li d-dejta maħżuna fil-fajls tal-applikazzjonijiet u fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun korretta u aġġornata;

(b)jeżaminaw u jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar miċħuda mill-proċess ta' applikazzjoni awtomatizzat, u jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju manwali msemmija fl-Artikolu 22;

(c)jiżguraw il-koordinament bejn l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol rigward it-talbiet ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikoli 24 u 25;

(d)jipprovdu informazzjoni lill-applikanti dwar il-proċedura li trid tiġi segwita f'każ ta’ appell b’konformità mal-Artikolu 31(2);

(e)jaġixxu bħala punt ċentrali ta’ aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-fini stipulata fl-Artikolu 1(2) u b’konformità mal-Artikolu 44.

3.L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżorsi adegwati lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS biex dawn jissodisfaw il-kompiti tagħhom fir-reġim 24/7.

Artikolu 9
Il-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS

1.B'dan qed jiġi stabbilit Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan għandu jkun kompost minn rappreżentant ta' kull Unità Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol.

2.Il-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS għandu jkun ikkonsultat dwar:

(a)id-definizzjoni, il-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-indikaturi tar-riskju speċifiku msemmi fl-Artikolu 28;

(b)l-implimentazzjoni tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29.

3.Għall-fini msemmi fil-paragrafu 1, il-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS għandu joħroġ opinjonijiet, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki.

4.Il-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ, u tal-anqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u l-ġestjoni tal-laqgħat tiegħu huma r-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

5.Il-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Artikolu 10
Interoperabbiltà ma' sistemi ta' informazzjoni oħrajn

Interoperabbiltà bejn is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u sistemi ta' informazzjoni kkonsultati mill-ETIAS bħas-[Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), [l-Eurodac] u [is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS)] għandha tkun stabbilita biex tippermetti t-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 18.

Artikolu 11
Aċċess għad-dejta maħżuna fl-ETIAS

1.Aċċess għas-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS għandha tkun irriservata esklussivament għal persunal dovutament awtorizzat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS.

2.Aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-gwardji tal-fruntiera b'konformità mal-Artikolu 41 għandu jkun limitat għal tiftix fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-ksib ta' status ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' vjaġġatur preżenti f'punt ta' qsim ta' fruntiera esterna.

3.Aċċess mit-trasportaturi għas-sistema Ċentrali tal-ETIAS b'konformità mal-Artikolu 39, għandu jkun limitat għat-tiftix fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jinkiseb l-istatus ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' vjaġġatur.

Artikolu 12
Nondiskriminazzjoni

L-ipproċessar ta' dejta personali fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS minn kwalunkwe utent ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilità.

KAPITOLU II
Applikazzjoni

Artikolu 13
Arranġamenti prattiċi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni

1.L-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni billi jimlew il-formola tal-applikazzjoni onlajn permezz tas-sit web pubbliku apposta jew permezz tal-applikazzjoni mobbli għall-apparati web bil-quddiem biżżejjed ta' kull vjaġġ li jkun beħsiebhom jagħmlu.

2.L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mill-applikant jew minn persuna jew permezz ta' intermedjarju kummerċjali awtorizzat mill-applikant biex jippreżenta applikazzjoni f'ismu.

Artikolu 14
Is-sit web pubbliku u applikazzjoni għall-apparati mobbli

1.Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jippermettu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar biex ivaraw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, biex tiġi pprovduta d-dejta meħtieġa fil-formola ta’ applikazzjoni b'konformità mal-Artikolu 15 u biex isir il-ħlas tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

2.Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jagħmlu l-formola tal-applikazzjoni disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-applikanti bla ħlas.

3.Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri.

4.Jekk il-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 ma tkunx/jkunux tikkorrispondi/jikkorrispondu mal-lingwi msemmijin fil-paragrafu 3, għandu jkun hemm skedi informattivi bl-informazzjoni li tikkonċerna l-kontenut u l-użu tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u informazzjoni ta' spjegazzjoni f'tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi msemmija.

5.Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jinfurmaw lill-applikanti bil-lingwi li jistgħu jintużaw meta timtela l-formola ta' applikazzjoni.

6.Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jipprovdu servizz ta' kont għall-applikant li jippermetti lill-applikanti jipprovdu informazzjoni u/jew dokumentazzjoni addizzjonali, jekk ikun meħtieġ.

7.Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-regoli tas-sigurtà applikabbli għas-sit web pubbliku u għall-applikazzjoni għall-apparati mobbli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 79(2). 

Artikolu 15
Formola ta' applikazzjoni u dejta personali tal-applikant

1.Kull applikant għandu jippreżenta formola ta' applikazzjoni li tkun tinkludi dikjarazzjoni ta' awtentiċità, kompletezza u affidabilità tad-dejta mibgħuta u dikjarazzjoni tal-veraċità u l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet li saru. Il-minuri għandhom jippreżentaw formola tal-applikazzjoni ffirmata elettronikament minn persuna li qiegħda teżerċita awtorità ta’ ġenitur permanenti jew temporanja jew tutela legali.

2.L-applikant għandu jipprovdi d-dejta personali li ġejja fil-formola tal-applikazzjoni:

(a)il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħti(ja), il-kunjom mat-twelid; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità attwali, l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri tal-applikant;

(b)ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet użwali);

(c)nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);

(d)it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(e)id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(f)l-indirizz tad-dar tal-applikant jew, jekk mhux disponibbli, il-belt jew il-pajjiż ta' residenza tiegħu;

(g)l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown;

(h)l-edukazzjoni (livell u qasam);

(i)l-impjieg attwali;

(j)L-Istat Membru tal-ewwel dħul previst;

(k)għall-minuri, il-kunjom u l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri fl-awtorità jew tal-kustodju legali tal-applikant;

(l)jekk jikklejmjaw status ta' membru tal-familja kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c):

i)l-istatus tagħhom ta' membru tal-familja;

ii)il-kunjom, l-ewwel isem/ismijiet, id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, in-nazzjonalità attwali, l-indirizz tad-dar, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-membru tal-familja li l-applikant għandu rabta familjari miegħu;

iii)ir-rabta familjari tagħhom mal-membru tal-familja b'konformità mal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38/KE;

(m)fil-każ ta’ applikazzjonijiet mimlijin minn persuna li mhix l-applikant, il-kunjom, l-ewwel isem/ismijiet, isem il-kumpanija, organizzazzjoni jekk applikabbli, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown; ir-relazzjoni mal-applikant u dikjarazzjoni rappreżentattiva ffirmata elettronikament.

3.L-applikant għandu jagħżel il-livell u l-qasam tal-edukazzjoni, l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg minn lista predeterminata. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 78 biex tistabbilixxi dawn il-listi predeterminati.

4.Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)jekk l-applikant hux suġġett għal kwalunkwe marda b'potenzjal epidemiku kif definit mir-Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mard parasitiku ieħor infettuż jew kontaġġuż;

(b)jekk kienx ikkundannat għal kwalunkwe reat kriminali fi kwalunkwe pajjiż;

(c)rigward kwalunkwe soġġorn f'żona speċifika ta' gwerra jew kunflitt tul l-aħħar għaxar snin u r-raġunijiet għal dak is-soġġorn;

(d)rigward kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi li jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru jew ta' kwalunkwe pajjiż ieħor jew jekk kienx is-suġġett ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' ritorn maħruġa tul l-aħħar għaxar snin.

5.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 li jispeċifikaw il-kontenut u l-format ta' dawk il-mistoqsijiet.

6.L-applikant għandu jipprovdi t-tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet. Jekk l-applikant iwieġeb fl-affermattiv għal kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet, huwa jkollu jwieġeb mistoqsijiet addizzjonali dwar il-formola ta' applikazzjoni bl-għan li tinġabar iktar informazzjoni billi jingħataw tweġibiet għal lista predeterminata ta’ mistoqsijiet. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 biex tistabbilixxi l-kontenut u l-format ta' dawk il-mistoqsijiet addizzjonali u l-lista predeterminata ta' tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet.

7.Id-dejta msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandha tiġi introdotta mill-applikant f'karattri tal-alfabett Latin mingħajr dijakritiċi.

8.Wara l-preżentazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni, is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS għandha tiġbor l-indirizz IP minn fejn tkun intbagħtet il-formola tal-applikazzjoni.

Artikolu 16
Ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.Għandu jsir ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' EUR 5 mill-applikant għal kull applikazzjoni.

2.Tfal ta' inqas minn tmintax-il sena għandhom ikunu eżenti mill-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

3.Il-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jintalab f'euro.

4.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 dwar il-metodi ta’ pagament u l-proċess għall-ħlas tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u dwar bidliet fl-ammont ta' dak il-ħlas.

KAPITOLU III
Il-ħolqien tal-fajl tal-applikazzjoni u l-eżami tal-applikazzjoni mis-Sistema Ċe
ntrali tal-ETIAS

Artikolu 17
Ammissibilità u l-ħolqien tal-fajl tal-applikazzjoni

1.Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika awtomatikament jekk, wara l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni:

(a)imtlewx il-partijiet kollha tal-formola ta' applikazzjoni u fihomx dak kollu msemmi fl-Artikolu 15(2) u (4),

(b)inġabarx il-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

2.Jekk l-applikazzjoni titqies li tkun ammissibbli skont il-paragrafu 1, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha awtomatikament toħloq fajl tal-applikazzjoni mingħajr dewmien u tassenjalu numru tal-applikazzjoni.

3.Malli jinħoloq fajl tal-applikazzjoni, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tirreġistra u taħżen id-dejta li ġejja:

(a)in-numru tal-applikazzjoni;

(b)informazzjoni dwar l-istatus, li tindika li ntalbet awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(c)id-dejta personali msemmija fl-Artikolu 15(2) u (4) inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;

(d)id-dejta msemmija fl-Artikolu 15(5);

(e)id-data u l-ħin ta' meta ntbagħtet il-formola ta' applikazzjoni flimkien ma' referenza għall-pagament li jkun sar tal-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u n-numru ta' referenza uniku tal-pagament.

4.Malli jinħoloq il-fajl ta' applikazzjoni, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tiddetermina jekk l-applikant għandux diġà applikazzjoni oħra fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS billi titqabbel id-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(a) mad-dejta personali tal-fajls ta' applikazzjoni maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. F'dak il-każ, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tgħaqqad il-fajl ta' applikazzjoni l-ġdid ma' kull fajl ta' applikazzjoni eżistenti preċedenti maħluq għall-istess applikant.

Artikolu 18
Ipproċessar awtomatizzat

1.Il-fajls ta’ applikazzjoni għandhom ikunu pproċessati awtomatikament mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tidentifika l-hit(s). Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha teżamina kull fajl ta’ applikazzjoni individwalment.

2.Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tqabbel id-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a),(b),(d),(f),(g),(m) u (8) mad-dejta preżenti f'reġistru, fajl jew allert irreġistrat fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), [fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), [fil-Eurodac], [fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS)], fid-dejta tal-Europol, fil-bażi ta' dejta ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa tal-Interpol (SLTD) u fil-bażi ta' dejta ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Dokument tal-Ivvjaġġar tal-Interpol (Interpol TDAWN).

B'mod partikolari, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika:

(a)jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat bħala mitluf, misruq jew invalidat fis-SIS;

(b)jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat bħala mitluf, misruq jew invalidat fl-SLTD;

(c)jekk l-applikant huwiex suġġett ta' ċaħda ta' dħul irreġistrata fis-SIS;

(d)jekk l-applikant huwiex suġġett ta' allert fir-rigward ta' persuni mfittxijin għall-arrest għal finijiet ta' ċediment fuq il-bażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxijin għall-arrest għal finijiet ta' estradizzjoni fis-SIS;

(e)jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jikkorrispondux għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar miċħuda, irrevokata jew annullata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

(f)jekk id-dejta pprovduta fl-applikazzjoni li tikkonċerna d-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix ma' applikazzjoni oħra għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar assoċjata ma' dejta tal-identità differenti fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

(g)[jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES;]

(h)[jekk l-applikant ġiex miċħud dħul permezz ta’ konsultazzjoni tal-EES;]

(i)jekk l-applikant kienx suġġett ta' deċiżjoni ta' ċaħda, revoka jew annullament ta' viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;

(j)jekk id-dejta pprovduta fl-applikazzjoni tikkorrispondix għad-dejta rreġistrata fid-dejta tal-Europol;

(k)[jekk l-applikant kienx suġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tneħħija maħruġa wara l-irtirar jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal protezzjoni interna fil- Eurodac;]

(l)[jekk l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-dejta tagħha hija rreġistrata fl-ECRIS;]

(m)jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat f'fajl fl-Interpol TDAWN;

3.Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk l-applikant weġibx fl-affermattiv għal kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet fl-Artikolu 15(4) u jekk li l-applikant ipprovdiex biss il-belt jew il-pajjiż residenzjali tiegħu minflok indirizz residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(f).

4.Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandu jqabbel id-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a), (b), (d), (f), (g), (i), (m) u (8) mad-dejta preżenti fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29.

5.Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tqabbel id-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a), (f), (h) u (i) mal-indikaturi ta' riskju speċifiku imsemmija fl-Artikolu 28.

6.Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha żżid referenza għal kull hit li tikseb skont il-paragrafi minn (2) sa (5) mal-fajl tal-applikazzjoni.

7.Għall-finijiet tal-Artikolu 4(e), is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tippermetti t-tqabbil tad-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a), (b) u (d) mad-dejta preżenti fis-SIS biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant hux suġġett għal wieħed mill-allerti li ġejjin:

(a)allert fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ ċediment jew ta’ estradizzjoni;

(b)allert fir-rigward ta' persuni neqsin;

(c)allert fir-rigward ta' persuni mfittxijin biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;

(d)allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi.

Kull hit li tirriżulta minn dan it-tqabbil għandha tinħażen fis-SIS.

Artikolu 19
Riżultati tal-
ipproċessar awtomatizzat

1.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) ma jirrapporta l-ebda hit, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha toħroġ awtomatikament awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 30 u għandha minnufih tinnotifika lill-applikant b'konformità mal-Artikolu 32.

2.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) jirrapporta hit jew bosta hits, l-applikazzjoni għandha tkun ivvalutata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22.

3.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) ma jkunx konklussiv minħabba li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma tkunx f'pożizzjoni li tiċċertifika li d-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni jikkorrispondi mad-dejta li skattat hit, l-applikazzjoni għandha tkun ivvalutata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 20.

Artikolu 20
Verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.Jekk is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma tkunx f'pożizzjoni li tiċċertifika li d-dejta rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tikkorrispondi għad-dejta li skattat hit waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 18 minn (2) sa (5), is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha awtomatikament tikkonsulta lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

2.Jekk tkun ikkonsultata, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u għall-fajl(s) ta' applikazzjoni konness(i) miegħu, jekk ikun hemm, kif ukoll mal-hits kollha skattati waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 18 minn (2) sa (5).

3.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk id-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni jikkorrispondix mad-dejta preżenti f'waħda mis-sistemi/bażijiet ta' dejta tal-informazzjoni kkonsultati, il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29 jew l-indikaturi ta' riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28.

4.Jekk id-dejta ma tikkorrispondix, u ma tkun ġiet irrappurtata l-ebda hit oħra waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 18 minn (2) sa (5), l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tħassar il-hit żbaljata mill-fajl tal-applikazzjoni u s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha toħroġ awtomatikament awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 30.

5.Jekk id-dejta tikkorrispondi mal-identità tal-applikant jew ikun għad fadal dubji dwarha, l-applikazzjoni għandha tiġi vvalutata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22.

6.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tlesti l-eżami manwali fi żmien massimu ta' 12-il siegħa mill-wasla tal-fajl tal-applikazzjoni.

Artikolu 21
Regoli speċifiċi għall-membri
tal-familja ta’ ċittadini tal-UE jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgawdu d-dritt tal-moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni

1.Għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)(c), l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif definita fl-Artikolu 3(d) għandha tinftiehem bħala deċiżjoni maħruġa skont dan ir-Regolament li tindika li ma hemm l-ebda indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika skont id-Direttiva 2004/38/KE.

2.Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, għandhom japplikaw ir-regoli speċifiċi li ġejjin:

(a)l-applikant għandu jipprovdi d-dejta personali addizzjonali msemmija fl-Artikolu 15(2)(l);

(b)l-applikant ma għandux iwieġeb il-mistoqsija msemmija fl-Artikolu 15(4)(d);

(c)il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 16 għandu jiġi eżentat.

3.[Waqt l-ipproċessar ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għal ċittadin ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c), is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tivverifika jekk:

(a)l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(g);

(b)l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-dejta tagħha hija rreġistrata fil-Eurodac kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(j).]

L-indikaturi ta' riskju speċifiku bbażati fur ir-riskji ta' migrazzjoni irregolari ddeterminati skont l-Artikolu 28(2) ma għandhomx japplikaw.

4.Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għandhiex tiġi miċħuda fuq il-bażi ta' riskju għall-migrazzjoni irregolari kif imsemmi fl-Artikolu 31(1)(b).

5.Għandhom japplikaw ukoll ir-regoli segwenti:

(a)fin-notifika stipulata fl-Artikolu 32(1), l-applikant għandu jirċievi informazzjoni dwar il-fatt li, hu u jaqsam il-fruntiera esterna, irid ikun jista' jagħti prova tal-istatus tiegħu bħala membru tal-familja ta’ ċittadin li qed jeżerċita d-dritt tal-moviment liberu kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(l), li għandha tinkludi wkoll tfakkira li l-membru tal-familja ta' ċittadin li jeżerċita d-dritt tal-moviment liberu li jkun fil-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu biss id-dritt jekk il-membru tal-familja jakkumpanjah jew jekk jingħaqad maċ-ċittadin li qed jeżerċita d-dritt tiegħu tal-moviment liberu;    

(b)appell kif imsemmi fl-Artikolu 32 għandu jsir skont id-Direttiva 2004/38/KE;

(c)il-perjodu taż-żamma tal-fajl ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 47(1) għandu jkun:

i)il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

ii)[sena mill-aħħar entrata rreġistrata tal-applikant maħżuna fl-EES, jekk dak il-perjodu ta’ sena jintemm f'data li tiġi wara l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; jew]

iii)ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tiċħad, tirrevoka jew tannulla l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikoli 31, 34 u 35.

KAPITOLU IV
Eżami tal-applikazzjoni mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS

Artikolu 22
Ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS

1.L-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu ("l-Istat Membru responsabbli") għandu jkun l-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant skont l-Artikolu 15(2)(j).

2.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) ikun irrapporta hit jew bosta hits, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata manwalment mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru Responsabbli. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u għall-fajl(s) ta' applikazzjoni konness(i) miegħu, jekk ikun hemm, kif ukoll mal-hits kollha skattati waqt l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5).

3.Wara l-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha:

(a)toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; jew

(b)tiċħad awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

4.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(2) ikun irrapporta hit l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru Responsabbli għandha:

(a)jekk il-hit tikkorrispondi għal waħda jew bosta mill-kategoriji stipulati fl-Artikolu 18(2) minn (a) sa (c), tiċħad awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

(b)jekk il-hit tikkorrispondi għal waħda jew bosta mill-kategoriji stipulati fl-Artikolu 18(2) minn (d) sa (m), tivvaluta r-riskju għas-sigurtà jew ta' migrazzjoni irregolari u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

5.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(3) ikun irrapporta li l-applikant ikun wieġeb fl-affermattiv għal waħda mill-mistoqsijiet imsemmija fl-Artikolu 15(4), l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

6.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(4) ikun irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju għas-sigurtà u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

7.Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(5) ikun irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Artikolu 23
Talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali mill-applikant

1.Jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fil-formola ta’ applikazzjoni ma tippermettix lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli jiddeċiedi joħroġx jew jiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha titlob lill-applikant għal informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali.

2.It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni. It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tindika b'mod ċar l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li l-applikant ikun mitlub jipprovdi. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS permezz tas-servizz ta' kont sikur imsemmi fl-Artikolu 6(2)(g) fi żmien 7 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba.

3.L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tipproċessa l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali fi żmien 72 siegħa mid-data tal-preżentazzjoni mill-applikant.

4.F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tista' tistieden lill-applikant għal intervista f'konsulat fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu.

5.L-istedina għandha tiġi nnotifikata lill-applikant mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Membru u għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni.

6.Jekk l-applikant jonqos milli jwieġeb l-istedina fiż-żmien stipulat jew jekk l-applikant jonqos milli jattendi l-intervista, l-applikazzjoni tiġi miċħuda skont l-Artikolu 31(1) u l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandu jinforma lill-applikant mingħajr dewmien.

7.L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni mill-mument li l-applikant jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali.

Artikolu 24
Konsultazzjoni ma’ Stati Membri oħra

1.Għall-fini tat-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(4)(b) l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-Istat(i) Membru/i responsabbli għad-dejta li tkun skattat hit skont l-Artikolu 18(2)(d),(e),(g),(h),(i) jew (k).

2.Għall-fini tat-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(4)(b), (6) u (7) l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli tista' tikkonsulta lill-awtoritajiet ta' Stat Membru jew bosta Stati Membri.

3.Jekk l-Istat Membru responsabbli jikkonsulta ma' Stat Membru jew bosta Stati Membri waqt l-ipproċessar manwali ta’ applikazzjoni, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ta' dawk l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għad-dejta rilevanti tal-fajl ta’ applikazzjoni kif ukoll għall-hits miksuba mis-sistema awtomatizzata skont l-Artikolu 18(2), (4) u (5) li huma neċessarji għall-fini tal-konsultazzjoni. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati għandu jkollhom aċċess ukoll għall-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali rilevanti pprovduta mill-applikant wara talba mingħand l-Istat Membru responsabbli fir-rigward tal-kwistjoni li jkunu qed jiġu kkonsultati dwarha.

4.L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati għandha:

(a)tipprovdi opinjoni pożittiva motivata dwar l-applikazzjoni; jew

(b)tipprovdi opinjoni negattiva motivata dwar l-applikazzjoni.

L-opinjoni pożittiva jew negattiva għandha tiġi rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru kkonsultat.

5.L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati għandha twieġeb fi żmien 24 siegħa mid-data tan-notifika tal-konsultazzjoni. In-nuqqas ta' tweġiba mingħand Stati Membri fiż-żmien stipulat, għandu jitqies bħala opinjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni. 

6.Jekk jiġu kkonsultati bosta Stati Membri, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tiżgura l-koordinament.

7.Waqt il-proċess ta' konsultazzjoni, it-talba għall-konsultazzjoni u t-tweġibiet għalih għandhom jiġu trażmessi permezz tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni tal-ETIAS.

8.Jekk Stat Membru jew bosta Stati Membri kkonsultati jagħtu opinjoni negattiva dwar l-applikazzjoni, l-Istat Membru responsabbli għandu jiċħad l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 31.

Artikolu 25
Konsultazzjoni tal-Europol

1.Għall-fini tat-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà wara hit skont l-Artikolu 18(2)(j) u (4), l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-Europol f'każijiet li jaqgħu fil-mandat tal-Europol. Il-konsultazzjoni għandha ssir permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni eżistenti bejn l-Istat Membru u l-Europol kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/794.

2.Jekk l-Istat Membru responsabbli jikkonsulta lill-Europol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ta' dak l-Istat Membru għandu jittrażmetti lill-Europol id-dejta rilevanti tal-fajl ta' applikazzjoni kif ukoll il-hit(s) li jkunu neċessarji għall-fini tal-konsultazzjoni. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tista' tittrażmetti lill-Europol l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali rilevanti pprovduta mill-applikant fir-rigward tat-talba għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li l-Europol tkun ikkonsultata dwarha.

3.F'kull każ, l-Europol ma għandux ikollha aċċess għad-dejta personali li tikkonċerna l-edukazzjoni tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(h) u s-saħħa tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(a).

4.Jekk tkun ikkonsultata skont il-paragrafu 1, l-Europol għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar l-applikazzjoni. L-opinjoni tal-Europol għandha tiġi rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni mill-Istat Membru responsabbli.

5.L-Europol għandha twieġeb fi żmien 24 siegħa mid-data tan-notifika tal-konsultazzjoni. In-nuqqas ta' tweġiba mingħand l-Europol fiż-żmien stipulat, għandu jitqies bħala opinjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni.

6.Jekk l-Europol tagħti opinjoni negattiva dwar l-applikazzjoni u l-Istat Membru responsabbli jiddeċiedi li joħroġ l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha u għandha tirreġistraha fil-fajl tal-applikazzjoni.

Artikolu 26
Skadenzi għan-notifika lill-applikant

Fi żmien 72 siegħa mid-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni li tkun ammissibbli skont l-Artikolu 17, l-applikant għandu jirċievi notifika li tindika:

(a)jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiegħu nħarġitx jew ġietx miċħuda, jew

(b)jekk intalbitx informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali.

Artikolu 27
Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

1.Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għandhom jittieħdu mhux aktar minn 72 siegħa wara l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni li tkun ammissibbli skont l-Artikolu 17.

2.Eċċezzjonalment, jekk tiġi nnotifikata talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali, il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 għandu jiġi estiż skont l-Artikolu 23. Applikazzjonijiet bħal dawn għandhom f'kull każ jiġu deċiżi mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali mill-applikant.

3.Qabel l-iskadenza taż-żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandha tittieħed deċiżjoni li:

(a)tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 30; jew

(b)tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 31;

KAPITOLU V
Ir-regoli ta' skrinjar tal-ETIAS
u l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS

Artikolu 28
Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS

1.Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS għandhom ikunu algoritmu li jippermetti t-tqabbil bejn id-dejta rreġistrata f’fajl ta’ applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-indikaturi ta' riskju speċifiku li jindikaw riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS għandhom ikunu rreġistrati fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

2.Ir-riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta':

(a)[statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta u ċaħdiet tad-dħul għal grupp speċifiku ta' vjaġġaturi; ]

(b)statistika ġġenerata mill-ETIAS skont l-Artikolu 73 li jindika rati anormali ta' ċaħdiet ta' awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar minħabba riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika għal grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi;

(c)[statistika ġġenerata mill-ETIAS skont l-Artikolu 73 u l-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn l-informazzjoni miġbura permezz tal-formola ta' applikazzjoni u permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta jew ċaħdiet tad-dħul;]

(d)informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri li tikkonċerna indikaturi jew theddid ta' riskju għas-sigurtà identifikati minn dak l-Istat Membru;

(e)informazzjoni pprovduta minn Stati Membri li tikkonċerna rati anormali ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta u ċaħdiet tad-dħul għal grupp speċifiku ta' vjaġġaturi lejn dak l-Istat Membru;

(f)informazzjoni li tikkonċerna riskji għas-saħħa pubblika pprovduti mill-Istati Membri kif ukoll informazzjoni ta' sorveljanza epidemoloġika u l-valutazzjonijiet tar-riskju pprovduti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).

3.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 biex tispeċifika ulterjorment ir-riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika msemmija fil-paragrafu 2.

4.Abbażi tar-riskji ddeterminati skont il-paragrafu 2, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tistabbilixxi indikaturi ta' riskju speċifiku li jikkonsistu f'kumbinazzjoni ta' dejta li tinkludi wieħed jew bosta mill-fatturi li ġejjin:

(a)il-grupp ta' età, is-sess, in-nazzjonalità attwali;

(b)il-pajjiż u l-belt ta’ residenza;

(c)il-livell ta' edukazzjoni;

(d)l-impjieg attwali.

5.L-indikaturi ta' riskju speċifiku għandhom ikunu mmirati u proporzjonati. Ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jkunu bbażati fuq l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna.

6.L-indikaturi ta' riskju speċifiku għandu jkun iddefinit, immodifikat, miżjud jew imħassar mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS.

Artikolu 29
Il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS

1.Il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS għandha tikkonsisti f'dejta relatata mal-persuni li jkunu suspettati li kkommettew jew ħadu sehem f'reat kriminali jew persuni li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li se jwettqu reati kriminali.

2.Il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS għandha tkun stabbilita fuq il-bażi:

(a)tal-lista tan-Nazzjonijiet Uniti ta' kriminali tal-gwerra;

(b)ta' informazzjoni relatata ma' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn ipprovduti mill-Istati Membri;

(c)ta' informazzjoni relatata ma' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn miksuba permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali.

3.Fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u tad-dejta tal-Europol rilevanti, l-Europol għandha tistabbilixxi lista ta' sorveljanza tal-ETIAS li tkun magħmula minn dettalji li jikkonsistu f'element jew iktar tad-dejta li ġejja:

(a)kunjom, l-ewwel isem/ismijiet, il-kunjom mat-twelid; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità;

(b)ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet użwali);

(c)dokument tal-ivvjaġġar (it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(d)l-indirizz tad-dar;

(e)l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown;

(f)l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown ta' kumpanija jew organizzazzjoni;

(g)l-indirizz IP.

KAPITOLU VI
Ħruġ, ċaħda, annullament jew revoka ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

Artikolu 30
Ħruġ ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.Jekk l-eżami ta’ applikazzjoni skont il-proċeduri stipulati fil-Kapitoli III, IV u V jindika li ma hemm l-ebda indikazzjoni fattwali jew bażijiet raġonevoli biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli.

2.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tibqa' valida għal ħames snin jew sa tmiem il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar irreġistrat waqt l-applikazzjoni, skont liem minnhom jiġri l-ewwel, u tkun valida għat-territorju tal-Istati Membri.

3.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għandhiex tikkonferixxi dritt awtomatiku ta’ dħul.

Artikolu 31
Ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tkun miċħuda jekk l-applikant:

(a)jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li jkun irrappurtat bħala mitluf, misruq jew invalidat;

(b)joħloq riskju ta' migrazzjoni irregolari;

(c)joħloq riskju għas-sigurtà;

(d)joħloq riskju għas-saħħa pubblika;

(e)hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;

(f)jonqos milli jwieġeb talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali qabel l-iskadenza taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 23.

Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tkun miċħuda jekk ikun hemm dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dejta, l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-applikant, id-dokumenti ta' prova pprovduti mill-applikant jew il-veraċità tal-kontenuti tagħhom.

2.L-applikanti li jkunu ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu jkollhom id-dritt għall-appell. L-appelli għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tipprovdi lill-applikanti b'informazzjoni li tirrigwarda l-proċedura li trid tiġi segwita fil-każ ta’ appell. 

Artikolu 32
Notifika għall-ħruġ jew iċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.Jekk tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-applikant għandu jirċievi notifika minnufih permezz tas-servizz tal-posta elettronika, li tkun tinkludi:

(a)indikazzjoni ċara li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun inħarġet u n-numru tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(b)id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(c)jekk ikun applikabbli, tfakkira tal-kalkolu tad-durata tas-soġġorn qasir (90 jum f'kull perjodu ta’ 180 jum) u tad-drittijiet ġejjin minn awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar maħruġa skont l-Artikolu 30(3); u

(d)ħolqa għas-sit web pubbliku tal-ETIAS li fih informazzjoni dwar il-possibbiltà għall-applikant li jirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

2.Jekk awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi miċħuda, l-applikant għandu jirċievi notifika minnufih permezz tas-servizz tal-posta elettronika, li tkun tinkludi:

(a)indikazzjoni ċara li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet miċħuda u n-numru tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(b)referenza għall-awtorità li tkun ċaħdet l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u fejn tinsab;

(c)il-bażi(jiet) għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, kif stipulat fl-Artikolu 31(1);

(d)informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita biex isir appell.

Artikolu 33
Id-d
ejta li trid tiżdied mal-fajl ta' applikazzjoni wara d-deċiżjoni ta' ħruġ jew ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

Jekk tittieħed deċiżjoni ta' ħruġ jew ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew, jekk ikun rilevanti, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandhom iżidu d-dejta li ġejja mal-fajl ta' applikazzjoni:

(a)    informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar inħarġet jew ġiet miċħuda;

(b)referenza għall-awtorità li tkun ħarġet jew ċaħdet l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u fejn tinsab;

(c)il-post u d-data tad-deċiżjoni ta' ħruġ jew ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(d)id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(e)il-bażi(jiet) għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif stipulat fl-Artikolu 31(1).

Artikolu 34
Annullament ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tiġi annullata jekk ikun evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma kinux issodisfati fil-mument li nħarġet. L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tiġi annullata fuq il-bażi ta' waħda jew aktar mill-bażijiet għaċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar stipulati fl-Artikolu 31(1).

2.Jekk Stat Membru jkun fil-pussess ta' evidenza li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma kinux issodisfati fil-mument li nħarġet, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ta' dak l-Istat Membru għandha tannulla l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

3.Persuna li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħha tkun ġiet annullata għandu jkollha d-dritt li tappella. L-appelli għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-annullament skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 35
Rev
oka ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tiġi rrevokata jekk ikun evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma jkunux għadhom issodisfati. L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tiġi rrevokata fuq il-bażi ta' waħda jew aktar mill-bażijiet għaċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar stipulati fl-Artikolu 31(1).

2.Jekk Stat Membru jkun fil-pussess ta' evidenza li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma jkunux għadhom issodisfati, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ta' dak l-Istat Membru għandha jirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

3.Bla preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk jiġi rrappurtat allert ġdida fis-SIS dwar ċaħda ta' dħul jew dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq jew invalidat, is-SIS għandha tinforma lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk dan l-allert il-ġdid jikkorrispondix ma' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Jekk dan ikun il-każ, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert li għandu jirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

4.Elementi ġodda introdotti mill-Europol fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS għandhom jitqabblu mad-dejta tal-fajls ta' applikazzjoni fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Jekk it-tqabbil jirriżulta f'hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant skont l-Artikolu 15(2)(j) għandha tivvaluta r-riskju għas-sigurtà u, jekk tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ma għadhomx issodisfati, hija għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

5.Applikant li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jkollu d-dritt li jappella. L-appelli għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar ir-revoka u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

6.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tista' tiġi rrevokata wara talba mill-applikant.

Artikolu 36
Notifika
dwar l-annullament jew ir-revoka ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

Jekk awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi annullata jew irrevokata, l-applikant għandu jirċievi notifika minnufih permezz tas-servizz tal-posta elettronika, li tkun tinkludi:

(a)indikazzjoni ċara li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet annullata jew irrevokata u n-numru tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(b)referenza għall-awtorità li tkun annullat jew irrevokat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u fejn tinsab;

(c)il-bażi(jiet) għall-annullament jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, kif stipulat fl-Artikolu 31(1);

(d)informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita biex isir appell.

Artikolu 37
Id-dejta li trid tiżdied mal-fajl ta' applikazzjoni wara l-annu
llament jew ir-revoka ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.Jekk tittieħed deċiżjoni ta' annullament jew revoka ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Istat Membru responsabbli għar-revoka jew annullament tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu jżid id-dejta li ġejja mal-fajl ta' applikazzjoni:

(a)informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġiet annullata jew irrevokata;

(b)referenza għall-awtorità li tkun annullat jew irrevokat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u fejn tinsab;

(c)il-post u d-data tad-deċiżjoni.

2.Il-fajl ta' applikazzjoni għandu jindika wkoll il-bażi(jiet) għall-annullament jew ir-revoka kif stipulat fl-Artikolu 31(1).

Artikolu 38
Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata fuq ba
żi umanitarja, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali

1.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata tista' tinħareġ eċċezzjonalment, jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li tkun meħtieġa fuq bażi umanitarja, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali minkejja li l-proċess ta' valutazzjoni manwali skont l-Artikolu 22 ikun għadu ma tlestiex jew li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet miċħuda, annullata jew irrevokata.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-applikant jista' japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata għall-Istat Membru li beħsiebu jivvjaġġa lejh. Huwa għandu jindika l-bażi umanitarja, ir-raġunijiet ta' interess nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali fl-applikazzjoni tiegħu.

3.L-Istat Membru li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun beħsiebu jivvjaġġa lejh għandu jkun l-Istat Membru responsabbli għad-deċiżjoni dwar jekk tinħariġx jew tiġix miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata.

4.Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata għandha tkun valida għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha u għal massimu ta' 15-il jum.

5.Jekk tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali, id-dejta li ġejja għandha tiddaħħal fil-fajl tal-applikazzjoni:

(a)informazzjoni dwar l-istatus li tindika li nħarġet jew ġiet miċħuda l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata;

(b)it-territorju li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jista' jivvjaġġa fih;

(c)l-awtorità tal-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali;

(d)referenza għall-bażi umanitarja, ir-raġunijiet ta' interess nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali.

KAPITOLU VII
Użu tal-ETIAS mit-trasportaturi

Artikolu 39
Aċċess għad
-dejta għall-verifika tat-trasportaturi

1.Skont l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi għandhom jikkonsultaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS sabiex jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandhomx jew le fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.

2.Aċċess bl-internet sikur għall-gateway tat-trasportaturi, inkluża l-possibbiltà li jintużaw soluzzjonijiet tekniċi mobbli, imsemmi fl-Artikolu 6(2)(h) għandu jippermetti lit-trasportaturi jipproċedu bil-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel l-imbarkazzjoni ta' passiġġier. Għal din il-fini, it-trasportatur għandu jitħalla jikkonsulta s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-dejta li tinsab fil-parti tad-dokument tal-ivvjaġġar li tista' tinqara minn magna.

Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twieġeb billi tindika jekk dik il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u t-tweġiba li jirċievu.

3.Għandha titwaqqaf skema ta’ awtentifikazzjoni, irriżervata esklussivament għat-trasportaturi, biex tippermetti aċċess għall-gateway tat-trasportaturi għall-finijiet tal-paragrafu 2 mill-membri dovutament awtorizzati tal-persunal tat-trasportaturi. L-iskema ta' awtentifikazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 79(2).

Artikolu 40
Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà
teknika biex tiġi aċċessata dejta mit-trasportaturi

1.Jekk jkun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(1), minħabba nuqqas tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS jew għal raġunijiet oħra li ma jkunux fil-kontroll tat-trasportaturi, it-trasportaturi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jivverifikaw il-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. F'każ ta' ħsara fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinnotifika lit-trasportaturi.

2.Id-dettalji tal-proċeduri ta' riżerva għandhom ikunu stipulati f'att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmi fl-Artikolu 79(2).

KAPITOLU VIII
Użu tal-ETIAS mill-awtoritajiet tal-fruntiera fil-fruntieri estern
i

Artikolu 41
Aċċess għad-dejta għal verifika fil-fruntieri esterni

1.L-awtoritajiet kompetenti li jwettqu kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntiera skont ir-Regolament (UE) 2016/399 għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-dejta li tinsab fil-parti li tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar, għall-unika fini li jiġi vverifikat jekk il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.

2.Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twieġeb billi tindika jekk dik il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. 

Artikolu 42
Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li tiġi aċċessata dejta fil-fruntieri esterni jew ħsara fl-ETIAS

1.Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(1), minħabba ħsara fis-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS, l-awtoritajiet tal-Istat Membru kompetenti għat-twettiq tal-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom jinnotifikaw lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. 

2.Jekk ikun teknikament impossibbli li ssir it-tiftixa msemmija fl-Artikolu 41(1) minħabba ħsara fl-infrastruttura tal-fruntiera nazzjonali fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha tinnotifika lil eu-LISA, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Kummissjoni.

3.Fiż-żewġ xenarji, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jwettqu l-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom isegwu l-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali tagħhom.

KAPITOLU IX
Il-proċedura u l-kundizzjon
ijiet għall-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi

Artikolu 43
L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nnominati tal-Istati Membri

1.L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li huma intitolati jikkonsultaw id-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jipprevjenu, jidentifikaw u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

2.Fil-livell nazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm lista tal-punti ta' kuntatt fl-awtoritajiet innominati li huma awtorizzati jitolbu konsultazzjoni tad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS permezz tal-punt(i) ta’ aċċess ċentrali.

Artikolu 44
Il-proċedura għall-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet ta’ infurzar
tal-liġi

1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-dejta kollha jew għal sett speċifiku ta’ dejta maħżun fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS lill-punti ta’ aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 8(2)(c). Meta tkun mixtieqa l-konsultazzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d), talba elettronika motivata għandha tinkludi ġustifikazzjoni tal-ħtieġa li tkun ikkonsultata dik id-dejta speċifika.

2.Qabel ma jaċċessa s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, kull Stat Membru għandu jiżgura li skont id-dritt nazzjonali u d-dritt proċedurali tiegħu talba għall-konsultazzjoni hija suġġetta għal verifika indipendenti, effiċjenti u f’waqtha jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45 ikunux sodisfatti, inkluż jekk kull talba għal konsultazzjoni ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d) tkunx ġustifikata.

3.Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45 ma jkunux issodisfati, il-punt ċentrali ta’ aċċess għandu jipproċessa t-talbiet. Id-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS aċċessata mill-punt ċentrali ta’ aċċess għandha tiġi trażmessa lill-punti ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 43(2) b’tali mod li ma tiġix kompromessa s-sigurtà tad-dejta.

4.F’każ eċċezzjonali ta’ urġenza, jekk ikun hemm il-ħtieġa li tinkiseb dejta personali meħtieġa immedjatament biex jiġi evitat it-twettiq ta’ reat serju jew biex jittieħdu passi legali kontra l-awturi tiegħu, il-Punt ta’ Aċċess Ċentrali għandu jipproċessa t-talba immedjatament u mingħajr verifika indipendenti pprovduta fil-paragrafu 2. Għandha ssir verifika indipendenti ex post mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba, anki jekk kien jeżisti każ eċċezzjonali ta’ urġenza.

5.Jekk verifika ex post tiddetermina li l-konsultazzjoni u l-aċċess għad-dejta fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma kinux ġustifikati l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw u/jew ikkonsultaw din id-dejta għandhom iħassru d-dejta li oriġinat mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u għandhom jinfurmaw lill-punti ta’ aċċess ċentrali dwar it-tħassir.

Artikolu 45
Kundizzjonijiet għal aċċess għad-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS minn awtoritajiet magħżula tal-Istati Membri

1.L-awtoritajiet magħżula jistgħu jitolbu konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-konsultazzjoni hija meħtieġa għall-fini ta' prevenzjoni, identifikazzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reat kriminali serju ieħor;

(b)l-aċċess għal konsultazzjoni huwa meħtieġ f’każ speċifiku;

(c)jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor taqa’ fil-kategorija ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz koperta b’dan ir-Regolament;

(d)il-konsultazzjoni minn qabel tal-bażijiet tad-dejta nazzjonali rilevanti kollha u tad-dejta tal-Europol ma wasslitx għall-informazzjoni mitluba.

2.Il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun limitata għal tiftix bid-dejta li ġejja rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni:

(a)kunjom (isem tal-familja); l-ewwel isem/ismijiet;

(b)ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet użwali);

(c)numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(d)l-indirizz tad-dar;

(e)l-indirizz tal-posta elettronika; in-numru tat-telefown;

(f)l-indirizz IP.

3.Il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bid-dejta msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tingħaqad mad-dejta li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni biex tispeċifika t-tiftixa:

(a)nazzjonalità jew nazzjonalitajiet;

(b)sess;

(c)data tat-twelid jew grupp ta' età.

4.F’każ ta’ hit b’dejta rreġistrata f’fajl ta’ applikazzjoni, il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tagħti aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2) minn (a) sa (g) u minn (j) sa (m) kif irreġistrata f’dan il-fajl ta’ applikazzjoni kif ukoll għal dejta mdaħħla f’dan il-fajl ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-ħruġ, iċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikoli 33 u 37. L-aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d) kif irreġistrati fil-fajl tal-applikazzjoni għandha tingħata biss jekk il-konsultazzjoni ta’ din id-dejta ġiet espliċitament mitluba mill-unitajiet operatorji fit-talba elettronika motivata ppreżentata skont l-Artikolu 44(1) u approvata mill-verifika indipendenti. Il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tagħti aċċess għal dejta dwar l-edukazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(h) jew dwar jekk l-applikant jistax ikun ta’ riskju għas-saħħa pubblika kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(a).

Artikolu 46
Proċedura u kundizzjonijiet għal aċċess għad-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-Europol

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 1(2), l-Europol tista’ titlob konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u tippreżenta talba elettronika motivata għal konsultazzjoni ta’ sett speċifiku ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

2.It-talba motivata għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a)il-konsultazzjoni hija neċessarja biex tiġi appoġġata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra li jaqgħu fil-mandat tal-Europol;

(b)il-konsultazzjoni hija neċessarja f’każ speċifiku;

(c)il-konsultazzjoni għandha tkun limitata għal tiftix bid-dejta msemmija fl-Artikolu 45(2);

(d)jeżistu raġunijiet raġonevoli biex wieħed jikkunsidra li l-konsultazzjoni tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' kwalunkwe mir-reati kriminali kkonċernati;

(e)il-konsultazzjoni minn qabel tal-bażijiet tad-dejta nazzjonali relevanti kollha u tad-dejta tal-Europol ma wasslitx għall-informazzjoni mitluba.

3.It-talbiet tal-Europol biex tikkonsulta d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom ikunu soġġetti għal verifika minn qabel mill-EDPS, fejn xieraq skont il-proċedura tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 2016/794, li għandu jeżamina b’mod effiċjenti u fil-ħin jekk it-talba tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha tal-paragrafu 2.

4.F’każ ta’ hit b’dejta maħżuna f’fajl ta’ applikazzjoni, il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tagħti aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2) minn (a) sa (g) u minn (j) sa (m) kif ukoll għal dejta mdaħħla f’dan il-fajl ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-ħruġ, iċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikoli 33 u 37. L-aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d) kif maħżuna fil-fajl tal-applikazzjoni għandha tingħata biss jekk il-konsultazzjoni ta’ din id-dejta ġiet espliċitament mitluba mill-Europol.

5.Jekk l-EDPS approva t-talba, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tipproċessa t-talba għal konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

KAPITOLU X
Żamma u emendar tad-dejta

Artikolu 47
Żamma tad-dejta

1.Kull fajl ta’ applikazzjoni għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS:

(a)il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(b)[ħames snin wara l-aħħar dħul irreġistrat tal-applikant maħżuna fl-EES; jew]

(c)ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tiċħad, tirrevoka jew tannulla l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikoli 31, 34 u 35.

2.Mal-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tiegħu l-fajl tal-applikazzjoni għandu jitħassar awtomatikament mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

Artikolu 48
Emendar tad-dejta u t-tħassir minn qabel tad-dejta

1.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom l-obbligu li jaġġornaw d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u li jiżguraw li din tkun korretta. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ma għandux ikollhom id-dritt li jimmodifikaw dejta mdaħħla fil-formola tal-applikazzjoni direttament mill-applikant skont l-Artikolu 15(2) jew (4).

2.Meta l-Unità Ċentrali tal-ETIAS ikollha evidenza li dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun fattwalment ineżatta jew li dik id-dejta kienet ipproċessata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bi ksur ta’ dan ir-Regolament, hija għandha tivverifika d-dejta kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, temendaha jew tħassarha mingħajr dewmien mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

3.Meta l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun fattwalment ineżatta jew li dik id-dejta kienet ipproċessata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bi ksur ta’ dan ir-Regolament, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tiegħu għandha tivverifika d-dejta kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, temendaha jew tħassarha mingħajr dewmien mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

4.Jekk Stat Membru differenti mill-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun fattwalment ineżatta jew li din id-dejta kienet ipproċessata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bi ksur ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jikkuntattja lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli f’limitu ta’ żmien ta’ 14-il ġurnata. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unita Nazzjonali tal-ETIAS kompetenti għandhom jivverifikaw il-korrettezza tad-dejta u l-legalità tal-ipproċessar tagħha f’limitu ta’ żmien ta’ xahar u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw jew iħassru d-dejta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mingħajr dewmien.

5.Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz ikun akkwista n-nazzjonalità ta’ Stat Membru, jew jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) minn (a) sa (e), l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru għandhom jivverifikaw jekk dik il-persuna jkollhiex permess validu ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u, fejn rilevanti, għandhom iħassru mingħajr dewmien il-fajl tal-applikazzjoni mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. L-awtorità responsabbli għat-tħassir tal-fajl tal-applikazzjoni għandha tkun:

(a)l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li tkun ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

(b)l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li tiegħu huwa jkun akkwista n-nazzjonalità;

(c)l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-karta jew il-permess ta’ residenza;

(d)l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għal soġġorn twil.

6.Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) minn (f) sa (h), hu għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jidħol wara dan b’din il-bidla. Dan l-Istat Membru għandu jikkuntattja lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS f’limitu ta’ żmien ta’ 14-il jum. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika l-korrettezza tad-dejta fi żmien xahar u, jekk meħtieġ, tħassar il-fajl tal-applikazzjoni u d-dejta li tinsab fih mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mingħajr dewmien. L-individwu għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiżgura li d-dejta titħassar.

KAPITOLU XI
Il-Protezzjoni tad-dejta

Artikolu 49
Il-Protezzjoni tad-dejta

1.Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-eu-LISA.

2.[Ir-Regolament 2016/679] għandu japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS.

3.[Id-Direttiva (UE) 2016/680] għandha tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 1(2).

4.Ir-Regolament (UE) Nru 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Europol skont l-Artikoli 24 u 46.

Artikolu 50
Il-kontrollur tad-dejta

1.L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha titqies bħala kontrollur tad-dejta skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

2.Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS minn Stat Membru, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha titqies bħala kontrollur skont l-Artikolu 4(7) tar-[Regolament (UE) 2016/679] li għandu jkollu r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar tad-dejta personali fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS minn dan l-Istat Membru.

Artikolu 51
Il-proċessur tad-dejta

1.L-eu-LISA għandha titqies bħala proċessur tad-dejta skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS.

2.L-eu-LISA għandha tiżgura li s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS titħaddem skont dan ir-Regolament.

Artikolu 52
Is-sigurtà tal-ipproċessar

1.Kemm l-eu-LISA u wkoll l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jiżguraw li s-sigurtà tal-ipproċessar ta’ dejta personali ssir skont l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-eu-LISA u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jikkooperaw fuq kompiti relatati mas-sigurtà.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni tal-mowbajl, is-servizz tal-posta elettronika, is-servizz ta’ kont sikur, il-gateway tat-trasportaturi, is-servizz tal-web u s-software li jippermetti li jkunu pproċessati l-applikazzjonijiet;

3.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 32 u 34 tar-[Regolament (UE) Nru 2016/679], kemm l-eu-LISA u wkoll l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jadottaw l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta’ sigurtà, u pjan għall-kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastri, biex:

(a)fiżikament jipproteġu d-dejta, anki billi jagħmlu pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(b)iwaqqfu persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għall-websajt li jwettaq operazzjonijiet skont l-għanijiet tal-ETIAS;

(c)jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-dejta;

(d)jimpedixxu d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta personali rreġistrata;

(e)jimpedixxu l-ipproċessar mhux awtorizzat ta’ dejta fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta pproċessata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

(f)jiżguraw li persuni awtorizzati li jaċċessaw is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta’ modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

(g)jiżguraw li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta' aċċess ikollhom aċċess biex joħolqu profili fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS fejn jiġu deskritti l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jidħlu, jemendaw, iħassru u jfittxu fid-dejta u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji;

(h)jiżguraw li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema entitajiet tista’ tiġi trażmessa dejta personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta;

(i)jiżguraw li huwa possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema dejta tkun ġiet ipproċessata fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, meta, minn min u għal liema skop;

(j)jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta personali matul it-trażmissjoni ta’ dejta personali lejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew minnha jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-dejta, b’mod partikulari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ;

(k)jimmonitorjaw l-effikaċja tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħdu l-miżuri organizzattivi meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiġi żgurata konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.L-eu-LISA għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta dwar il-miżuri li tieħu skont dan l-Artikolu.

Artikolu 53
Awtomonitoraġġ

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess tad-dejta tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u għandha tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtorità superviżorja.

Artikolu 54
Dritt ta’ informazzjoni, aċċess, korrezzjoni u tħassir

1.Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ informazzjoni fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-applikanti li d-dejta tagħhom tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom ikunu informati meta tinġabar id-dejta tagħhom, dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli.

2.Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-[Regolament (UE) Nru 2016/679] kull applikant għandu jkollu d-dritt li jindirizza hu stess lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli mill-applikazzjoni, li għandha teżamina din it-talba u twieġeb għaliha.

Meta wara eżami jinstab li d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hija fattwalment ineżatta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni għandha tikkoreġi jew tħassar din id-dejta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

Meta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun emendata mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS matul il-perjodu ta’ validità tagħha, is-sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twettaq l-ipproċessar awtomatizzat stabbilit fl-Artikolu 18 biex tiddetermina jekk il-fajl emendat jagħtix lok għal hit skont l-Artikolu 18 minn (2) sa (5). Meta l-ipproċessar awtomatizzat ma jirrapporta l-ebda hit, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar emendata bl-istess validità oriġinali u għandha tinnotifika lill-applikant. Jekk l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta hit wieħed jew aktar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant skont l-Artikolu 15(2)(j) għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u għandha tiddeċiedi jekk toħroġx verżjoni emendata tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew, tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, meta tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għadhomx jiġu ssodisfati.

3.Jekk l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni ma taqbilx li d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hija fattwalment ineżatta jew li kienet ġiet irreġistrata kontra l-liġi, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli mill-applikazzjoni għandha tadotta deċiżjoni amministrattiva li tispjega bil-miktub minnufih lill-persuna kkonċernata dwar ir-raġuni għaliex mhux lesta tikkoreġi jew tħassar id-dejta dwarha.

4.Din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata bl-informazzjoni li tispjega l-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif għandha tinġieb azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati u kwalunkwe assistenza, inkluża dik mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti.

5.Kull talba li ssir skont il-paragrafu 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata, inklużi l-marki tas-swaba’. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u għandha titħassar immedjatament wara.

6.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni għandha żżomm reġistru fil-forma ta’ dokument bil-miktub li saret talba kif imsemmi fil-paragrafu 2 u kif din ġiet indirizzata, u għandha tagħmel dak id-dokument disponibbli lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta mingħajr dewmien.

Artikolu 55
Komunikazzjoni tad-dejta personali lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati

1.Id-dejta personali maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tkun ittrasferita jew magħmula disponibbli għal pajjiż terz, għal organizzazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe parti privata bl-eċċezzjoni tat-trasferimenti lill-Interpol għall-iskop li jitwettaq l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 18(2)(b) u (m). Trasferimenti ta’ dejta personali lill-Interpol huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tar-Regolament 45/2001.

2.Id-dejta personali aċċessata mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS minn Stat Membru jew mill-Europol għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-dejta tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri.

Artikolu 56
Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

1.L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 51 tar-[Regolament 2016/679] għandhom jiżguraw li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti talanqas kull erba’ snin.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

3.Kull Stat Membru għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet superviżorji u għandu, b’mod partikolari jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa skont ir-responsabilitajiet tagħhom f’dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji aċċess għar-rekords tiegħu u jippermettilhom aċċess għall-binjiet kollha tiegħu relatati mal-ETIAS.

Artikolu 57
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzj
oni tad-dejta

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ dejta personali tal-eu-LISA u tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull erba’ snin. Rapport ta’ dak l-awditu għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-eu-LISA u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jingħataw opportunità li jikkummentaw qabel jiġi adottat ir-rapport.

Artikolu 58
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jew awtorità superviżorja nazzjonali ssib diskrepanzi kbar bejn prassi tal-Istati Membri jew issib trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta’ komunikazzjoni tal-ETIAS, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità superviżorja nazzjonali jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jistgħu, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni relevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta’ interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi relatati mal-eżerċitar ta’ superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif neċessarju.

3.L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jiltaqgħu għal dak il-għan almenu darbtejn fis-sena bħala parti mill-Bord stabbilit mir-[Regolament (UE) 2016/679]. L-ispejjeż ta’ dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Bord stabbilit mir-[Regolament (UE) Nru 2016/679]. Fl-ewwel laqgħa għandhom jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura. Metodi ta’ ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b’mod konġunt skont il-bżonn.

4.Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta’ attivitajiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA. Dan ir-rapport għandu jinkludi kapitolu għal kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 59
Żamma ta’ rekords

1.L-eu-LISA għandha żżomm rekords ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ dejta mwettqa fis-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS. Dawn ir-rekords għandhom juru l-għan tal-aċċess, id-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-dejta użata għall-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet, il-hits misjuba waqt it-twettiq tal-ipproċessar awtomatizzat stabbilit fl-Artikolu 18, id-dejta użata għall-verifika tal-identità fir-rigward tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet tad-dejta oħra, ir-riżultati tal-proċess ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 20 u l-persunal li wettaq dan.

2.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha żżomm ir-rekords tal-membri tal-persunal debitament awtorizzat biex iwettaq il-verifiki tal-identità.

3.L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha żżomm rekords fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta kollha filwaqt li twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22. Dawn ir-rekords għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-dejta użata għall-interrogazzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet tad-dejta oħra, id-dejta marbuta mal-hit irċevut, il-persunal li jkun wettaq il-valutazzjoni tar-riskju u l-ġustifikazzjoni wara d-deċiżjoni li jagħti, jiċħad, jirrevoka jew jannulla awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Minbarra dan, l-Unita Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru għandha żżomm rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal u jaċċessa d-dejta.

4.L-eu-LISA għandha żżomm rekords tal-operazzjonijiet ta’ proċessar kollha ta’ dejta fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS dwar l-aċċess minn trasportaturi għall-gateway u l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni msemmija fl-Artikoli 39 u 41. Dawn ir-reġistri għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-dejta użata biex jinbeda t-tiftix, id-dejta trażmessa mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-isem tal-persunal awtorizzati tat-trasportatur jew tal-awtorità kompetenti li ddaħħal u jaċċessa d-dejta.

Minbarra dan, it-trasportaturi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal u jaċċessa d-dejta.

5.Dawn ir-rekords jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-dejta tal-ammissibbiltà tal-ipproċessar tad-dejta kif ukoll biex ikunu żgurati s-sigurtà u l-integrità tad-dejta. Dawn ir-rekords għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jkun skada l-perjodu ta’ żamma msemmi fl-Artikolu 47, jekk ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew. 

L-eu-LISA u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jagħmlu disponibbli dawk ir-rekords lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u, rispettivament, lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti fuq talba.

Artikolu 60
Żamma ta’ rekords, logs u dokumentazzjoni għal talbiet għal konsultazzjoni ta’ dejta għal aċċess għall-eżekuzzjoni tal-liġi

1.L-eu-LISA għandha żżomm rekords tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha mwettqa fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS fir-rigward tal-aċċess minn punti ċentrali ta’ aċċess għall-finijiet tal-Artikolu 1(2). Dawn ir-reġistri għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-dejta użata biex jinbeda t-tiftix, id-dejta trażmessa mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-isem tal-persunal tal-punti ċentrali ta’ aċċess awtorizzat li jdaħħal u jaċċessa d-dejta.

2.Barra minn hekk, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iżommu rekords tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar ta’ dejta fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS li jirriżultaw minn talbiet għal konsultazzjoni ta’ dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew aċċess għaliha għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2). Ir-rekords għandhom jinkludu logs u dokumentazzjoni tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-dejta.

3.Ir-rekords għandhom juru:

(a)l-iskop preċiż tat-talba għall-konsultazzjoni tad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew l-aċċess għaliha, inkluż ir-reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor konċernat u, għall-Europol, l-iskop preċiż tat-talba għall-konsultazzjoni;

(b)id-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ammissibbiltà tat-talba;

(c)ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(d)id-data u l-ħin preċiż tat-talba għall-aċċess mill-Punt ta’ Aċċess Nazzjonali lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

(e)meta jkun applikabbli l-użu ta' proċedura urġenti msemmija fl-Artikolu 44(4) u d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-verifika ex post;

(f)liema dejta jew serje ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 45(2) u (3) intużat għall-konsultazzjoni;

(g)f’konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794, il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija jew il-forniment tad-dejta.

4.Ir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintużaw biss għall-verifika tal-ammissibilità tat-talba u għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u biex ikunu żgurati l-integrità u s-sigurtà tad-dejta. Għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 81 jistgħu jintużaw biss reġistrazzjonijiet li ma jkunx fihom dejta personali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti responsabbli għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta għandu jkollhom aċċess għal dawk ir-rekords b'talba tagħhom bl-iskop li jaqdu dmirijiethom. L-awtorità responsabbli għall-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba għandu jkollha wkoll aċċess għal dawk ir-rekords għal dan l-għan. Ħlief għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta personali, kif ukoll ir-rekords tat-talbiet għall-konsultazzjoni għal dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara perjodu ta’ xahar, ħlief jekk dik id-dejta u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha jkunu intalbu minn Stat Membru jew mill-Europol.

KAPITOLU XII
Sensibilizzazzjoni tal-pubbliku

Artikolu 61
Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali

L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tipprovdi lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni rilevanti kollha f’relazzjoni mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, b’mod partikolari:

(a)il-kriterji, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(b)l-informazzjoni dwar il-websajt u l-applikazzjoni tal-mowbajl għal apparat elettroniku fejn l-applikazzjoni tista’ tiġi mnedija;

(c)l-iskadenzi biex ikun deċiż dwar applikazzjoni prevista fl-Artikolu 27;

(d)li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża għandhom ikunu nnotifikati lill-applikant, li tali deċiżjonijiet għandhom, fejn rilevanti, jagħtu r-raġunijiet għaċ-ċaħda li huma bbażati fuqhom u li l-applikanti li jkollhom l-applikazzjonijiet miċħuda għandu jkollhom dritt ta’ appell, bl-informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, inkluża l-awtorità legali kompetenti, kif ukoll l-iskadenza ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell;

(e)li s-sempliċi pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul u li d-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar huma mitluba jippreżentaw prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul mal-fruntiera esterna, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2016/399.

Artikolu 62
Kampanja ta’ Informazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, u l-Istati Membri, takkumpanja l-bidu tal-operat tal-ETIAS b’kampanja ta’ informazzjoni, biex tinforma lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida għall-qsim tal-fruntieri esterni.

KAPITOLU XIII
Responsabilitajiet

Artikolu 63
Ir-Responsabilitajiet tal-eu-Lisa matul il-fażijiet tat-tfassil u tal-iżvilupp

1.Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandha tkun ospitata mill-eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha u għandha tipprovdi l-funzjonalitajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-ħeffa skont il-paragrafu 3.

2.L-infrastrutturi li jappoġġaw is-sit web pubbliku, l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u l-gateway tat-trasportaturi għandhom ikunu ospitati f’siti tal-eu-Lisa jew f’siti tal-Kummissjoni. Dawn l-infrastrutturi għandhom ikunu ġeografikament imqassma biex jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament skont il-kundizzjonijiet ta’ disponibbiltà, kwalità u ħeffa skont il-paragrafu 3.

3.L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, għal kwalunkwe żvilupp meħtieġa biex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10.

L-eu-LISA se tiddefinixxi l-proġettazzjoni tal-istruttura fiżika tas-sistema inkluż l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi, li għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija, soġġetti għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni L-eu-LISA għandha wkoll timplimenta l-adattamenti meħtieġa biex l-EES, is-SIS, l-Eurodac, l-ECRIS jew il-VIS li jirriżulta mill-istabbiliment tal-interoperabbiltà mal-ETIAS.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri provduti fl-Artikolu 15(2) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 40(2) u l-Artikolu 72(1) u (4).

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

4.Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jitwaqqaf Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta’ 10 membri. Huwa għandu jkun kompost minn sitt membri maħtura mill-l-Bord ta’ Ġestjoni tal-eu-LISA minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti tiegħu, il-President tal-Grupp Konsultattiv ETIAS-EES imsemmi fl-Artikolu 80, membru li jirrappreżenta l-eu-LISA maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, membru li jirrappreżenta l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta b’mod sħiħ taħt id-dritt tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA u li se jipparteċipaw fl-ETIAS. Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandu jiltaqa’ darba fix-xahar. Huwa għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi ta’ tfassil u żvilupp tal-ETIAS. Kull xahar il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-progress tal-proġett. Ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta l-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

5.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm li b’mod partikulari għandhom jinkludu regoli dwar:

(a)presidenza;

(b)postijiet tal-laqgħat;

(c)preparazzjoni tal-laqgħat;

(d)l-ammissjoni ta’ esperti għal-laqgħat;

(e)pjanijiet ta’ komunikazzjoni sabiex tiġi żgurata informazzjoni kompluta lill-Membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija.

Il-Presidenza għandha tinżamm mill-Istat Membru li jkun qed iżomm il-Presidenza sakemm ikun marbut b’mod sħiħ taħt id-dritt tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira mmexxija mill-eu-LISA jew, jekk din il-ħtieġa ma tiġix issodisfata, mill-Istat Membru li se jżomm il-Presidenza li jmiss u li jissodisfa dik il-ħtieġa.

L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza imġarrba mill-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandhom jitħallsu mill-Aġenzija u l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. L-eu-LISA għandha tiżgura s-segretarjat tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm.

Il-Grupp Konsultattiv EES-ETIAS msemmi fl-Artikolu 80 għandu jiltaqa’ regolarment qabel il-bidu tal-operat tal-ETIAS. Wara kull laqgħa, huwa għandu jirrapporta lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm. Huwa għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku biex jappoġġa l-kompiti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm u għandu jsegwi l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri.

Artikolu 64
Responsabilitajiet tal-eu-Lisa wara li bdiet topera l-ETIAS

1.Wara l-bidu tal-operat tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tas-Sistema Ċentrali u għall-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Hija għandha tiżgura, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-aħjar teknoloġija disponibbli f’kull ħin, soġġetta għal analiżi tal-kost-benefiċċji. L-eu-LISA għandha wkoll tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi kif ukoll għas-sit web pubbliku, tal-applikazzjoni għall-apparat mobbli, is-servizzi tal-email, is-servizz tal-kont sikur, il-gateway tat-trasportaturi, is-servizz tal-web u s-softwer biex jipproċessa l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

Il-ġestjoni teknika tal-ETIAS għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha neċessarji biex is-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa skont dan ir-Regolament, b’mod partikulari x-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji biex ikun żgurat li s-sistema tiffunzjona f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità teknika, b’mod partikulari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni tal-bażi tad-dejta ċentrali skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità għall-persunal tagħha kollu li huwa meħtieġ jaħdem bid-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun ħalla l-uffiċċju jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

3.L-eu-LISA għandha twettaq ukoll il-kompiti relatati mal-provvista ta’ taħriġ dwar l-użu tekniku tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS.

Artikolu 65
Responsabbiltajiet tal-Aġ
enzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tkun responsabbli għal:

(a)it-twaqqif u l-operazzjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(b)l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet;

(c)ir-regoli tal-iskrinjar.

2.Qabel ma jiġi awtorizzat biex jipproċessa d-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, il-persunal tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS li jkollu d-dritt li jaċċessa s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandu jingħata taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-dejta u dwar ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, partikolarment id-drittijiet fundamentali rilevanti.

Artikolu 66
Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:

(a)il-konnessjoni tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi;

(b)l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar miċħuda matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet u deċiżjonijiet dwarhom;

(c)l-organizzazzjoni tal-punti ta’ aċċess ċentrali u l-konnessjoni tagħhom mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi għall-fini tal-infurzar tal-liġi;

(d)il-ġestjoni u l-arranġamenti għall-aċċess tal-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS skont dan ir-Regolament u t-twaqqif u l-aġġornament regolari ta’ lista ta’ dawn il-membri tal-persunal u l-profili tagħhom;

(e)it-twaqqif u l-operazzjoni tal-Unitajiet Nazjonali tal-ETIAS.

2.Kull Stat Membru għandu juża proċessi awtomatizzati għar-rikjesta tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS fuq il-fruntiera esterna.

3.Qabel ma jiġi awtorizzat biex jipproċessa d-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, il-persunal tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS li jkollu d-dritt li jaċċessa s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandu jingħata taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-dejta u dwar ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, partikolarment id-drittijiet fundamentali rilevanti.

Artikolu 67
Ir-Responsabili
tajiet tal-Europol

1.L-Europol għandha tiżgura l-ipproċessar tat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 18(2)(j) u (4) u għaldaqstant l-adattament tas-sistema informatika tagħha.

2.L-Europol għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS skont l-Artikolu 29.

3.L-Europol għandha tkun responsabbli li tipprovdi opinjoni wara talba għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 26.

KAPITOLU XIV
Emendi lil strumenti oħra tal-Unjoni

Artikolu 68
Emendi għar-Regolament (UE) 515/2014

Ir-Regolament (UE) 515/2014 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu 3bis li ġej:

“3bis. Matul il-fażi ta’ żvilupp l-Istati Membri għandhom jirċievu allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 96,5 miljun mal-allokazzjoni bażika tagħhom u għandhom jallokaw dawn il-fondi kollha għall-ETIAS biex ikun żgurat żvilupp rapidu u effettiv tagħha f’konformità mal-implimentazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, kif previst fir-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)].”

Artikolu 69
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/399

Ir-Regolament (UE) 2016/399 huwa emendat kif ġej:

1.L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b) huma fil-pussess ta’ viża valida jekk meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 jew ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida jekk meħtieġa skont [ir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar], ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu jew viża għal soġġorn twil valida;

2.Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punt (a), is-sottopunt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i) il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa fil-pussess ta’ dokument validu biex jaqsam il-fruntiera u li ma jkunx skada, u li d-dokument ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża ,mill-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew mill-permess ta’ residenza meħtieġa."

(b) jiddaħħal il-punt (bb) li ġej:

“(bb) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b), il-verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u, jekk applikabbli, l-identità tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, permezz ta’ rikjesta fl-ETIAS skont l-Artikolu 41 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)]

3.Fl-Anness V, il-Parti B, fir-raġunijiet għaċ-ċaħda, il-punt (C) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(Cc) ma għandhomx viża valida, awtorizzazzjoni jew permess ta’ residenza.”

Artikolu 70
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/794

Ir-Regolament (UE) 2016/794 huwa emendat kif ġej:

1.(1) Fl-Artikolu 4, paragrafu 1, jiżdied il-punt (n) li ġej:

“(n) tistabbilixxi, timmaniġġja u taġġorna l-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)] skont l-Artikolu 18(2)(a).”

2.L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a) it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 21

Aċċess mill-Eurojust u l-OLAF u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal skopijiet tal-ETIAS biss għall-informazzjoni maħżuna mill-Europol”

(b) għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“L-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tippermetti li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, fil-mandat tagħha u għall-finijiet tar-Regolament [ir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)], ikollha aċċess indirett fuq il-bażi ta’ sistema hit/no hit għall-informazzjoni pprovduta għall-iskopijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 18(2) mingħajr ħsara għal kwalunkwe restrizzjoni indikata minn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li jipprovdu l-informazzjoni inkwistjoni, skont l-Artikolu 19(2).

F'każ ta' hit, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol u biss sal-punt li d-dejta li tiġġenera l-hit tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta relatati mal-ETIAS.

Il-paragrafi minn 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw skont dan.”

Artikolu 71
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/1624

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 1, il-punt (qq) li ġej:

“(qq) tissodisfa l-kompiti u l-obbligi fdati f’idejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmija fir-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)] u jiżgura l-ħolqien u l-ġestjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 7 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)].”

2.Fil-Kapitolu II, tiddaħħal it-Taqsima 5 li ġejja:

"It-Taqsima 5

L-ETIAS

Artikolu 33 a
Il-ħolqien ta’ Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.    Unità Ċentrali tal-ETIAS hija b’dan stabbilita.

2.    L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura l-ħolqien ta’ Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-ġestjoni tagħha skont l-Artikolu 7 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)].”

KAPITOLU XV
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 72
Perjodu tranżizzjonali u miżuri tranżizzjo
nali

1.Għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data li fiha l-ETIAS tibda topera, l-użu tal-ETIAS għandu jkun fakultattiv u r-rekwiżit ta’ pussess ta’ permess validu ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għandux japplika. Il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 78 biex testendi dan il-perjodu għal massimu ta’ sitt xhur oħra.

2.Matul dan il-perjodu ta’ sitt xhur, il-gwardji tal-fruntieri għandhom jinfurmaw lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jaqsmu l-fruntieri esterni bir-rekwiżit li jkollhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida mill-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur. Għal dan l-għan, il-gwardjani tal-fruntiera għandhom jqassmu fuljett komuni għal din il-kategorija ta’ vjaġġaturi.

3.Il-fuljett komuni għandu jitfassal u jkun stabbilit mill-Kummissjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 79(2) u għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61. Il-fuljett għandu jkun ċar u sempliċi u disponibbli f’lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem.

4.Perjodu ta’ grazzja jista’ jiġi stabbilit wara tmiem il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1. Matul tali perjodu, l-obbligu li jkollhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar validu għandu japplika. Waqt il-perjodu ta’ konċessjoni l-gwardji tal-fruntiera għandhom eċċezzjonalment jippermettu ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li mhumiex fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jaqsmu l-fruntieri esterni meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 dment li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri għall-ewwel darba minn meta jintemm il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jinnotifikaw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar bir-rekwiżit li jkollhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399.

5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati dwar it-tul tal-perjodu ta’ grazzja msemmi fil-paragrafu 4. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż 12-il xahar minn tmiem il-perjodu definit fil-paragrafu 1.

Artikolu 73
L-użu tad-dejta għar-rappurtar u l-istatistika

1.Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-eu-LISA u tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-dejta li ġejja, unikament għall-għanijiet ta’ rappurtar u statistika mingħajr ma jippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi:

(a)informazzjoni dwar l-istatus;

(b)nazzjonalità, sess u d-data tat-twelid tal-applikant;

(c)il-pajjiż ta’ residenza;

(d)l-edukazzjoni;

(e)l-impjieg attwali (dominju), it-titolu tal-impjieg;

(f)it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;

(g)it-tip ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u, għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata, referenza għall-Istat(i) Membru/i li toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata;

(h)il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(i)ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

2.Għall-fini tal-paragrafu 1, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali li jkun fih id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ individwi u li tippermetti li l-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 jiksbu rapporti li jistgħu jiġu modifikati u statistika biex itejbu l-valutazzjoni tar-riskji ta’migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà u għas-saħħa, biex itejbu l-effiċjenza tal-verifiki fuq il-fruntiera, biex jgħinu lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u jappoġġaw tfassil ta’ politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni bbażat fuq l-evidenza. Ir-repożitorju għandu jkun fih ukoll statistika ta’ kuljum dwar id-dejta msemmija fil-paragrafu 4. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta’ aċċess sigur permezz ta’ S-TESTA b’kontroll tal-aċċess u profili ta’ utenti speċifiċi unikament għall-fini ta’ rappurtar u ta’ statistika.

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta applikabbli għar-repożitorju skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 79(2).

3.Il-proċeduri stabbiliti mill-eu-LISA biex timmonitorja l-iżvilupp u l-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 81(1) għandhom jinkludu l-possibbiltà li tiġi prodotta statistika regolari biex jiġi żgurat dak il-monitoraġġ.

4.Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tippubblika statistika dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS li turi b’mod partikolari l-għadd u n-nazzjonalità tal-applikanti li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom tkun ġiet miċħuda, inklużi r-raġunijiet għaċ-ċaħda, u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom ġiet annullata jew revokata.

5.Fl-aħħar ta’ kull sena, id-dejta statistika għandha tiġi kompilata fil-forma ta’ statistika trimestrali għal dik is-sena.

6.Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdiha bi statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 3.

Artikolu 74
Kostijiet

L-ispejjeż imġarrba f’konnessjoni mal-iżvilupp ta’ Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, l-integrazzjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri nazzjonali eżistenti u rabta mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi kif ukoll minħabba l-ospitar tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, it-twaqqif tal-Unitajiet Ċentrali u Nazzjonali tal-ETIAS u l-operat tal-ETIAS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu esklużi:

(a)l-Uffiċċju tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-proġett (laqgħat, missjonijiet, uffiċċji);

(b)l-ospitar ta’ sistemi nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);

(c)it-tħaddim ta’ sistemi nazzjonali (kuntratti tal-operaturi u ta’ appoġġ);

(d)l-adattament speċifiku tal-verifiki fuq il-fruntieri;

(e)id-disinn, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ netwerks nazzjonali ta’ komunikazzjoni;

Artikolu 75
Dħulijiet

Id-dħul iġġenerat mill-ETIAS għandu jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

Artikolu 76
Notifiki

1.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità li trid tiġi kkunsidrata bħala l-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 50.

2.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 li għandhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS.

Lista kkonsolidata ta’ dawn l-awtoritajiet għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-ETIAS tkun bdiet l-operat f’konformità mal-Artikolu 77. Jekk ikun hemm emendi għal-lista, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata darba fis-sena.

3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura tagħhom imsemmija fl-Artikolu 43 u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.

4.L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tlestija b’suċċess tat-test imsemmi fl-Artikolu 77(1)(b).

5.Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta’ sit web pubbliku li jiġi kontinwament aġġornat.

Artikolu 77
Bidu tal-operat

1.Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-ETIAS għandha tibda topera, wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(3) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 40(2), l-Artikolu 72(1) u (5) u l-Artikolu 73(2) ġew adottati;

(b)l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tal-ETIAS;

(c)l-eu-Lisa u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jkunu vvalidaw l-arranġamenti tekniċi u legali biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikoli 15 lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u jkunu nnotifikawhom lill-Kummissjoni;

(d)l-Istati Membri u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dejta dwar id-diversi awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 76(1) u (3).

2.It-test tal-ETIAS msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jitwettaq mill-eu-LISA f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

3.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tat-test li jsir skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

4.Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.L-Istati Membri u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandhom jibdew jużaw l-ETIAS mid-data ddeterminata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 78
L-eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(3) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 72(1) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 15(3) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 72(1) u (5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti delegati diġà fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.L-Att delegat adottat skont l-Artikolu 15(2) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 72(1) u (4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 79
Proċedura tal-Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 80
Grupp konsultattiv

Ir-responsabbiltajiet tal-Grupp Konsultattiv tal-eu-Lisa EES għandhom ikunu estiżi għall-ETIAS. Dan il-Grupp Konsultattiv EES-ETIAS għandu jipprovdi lill-eu-Lisa bil-kompetenzi esperti relatati mal-ETIAS b'mod partikolari fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-programm annwali ta' ħidma tagħha u r-rapport ta’ attività annwali tagħha.

Artikolu 81
Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.L-Aġenzija għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jiġi mmonitorjat l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-ispejjeż u li jiġi mmonitorjat il-funzjonament tal-ETIAS fid-dawl tal-objettivi relatati mar-rendiment tekniku, il-kosteffettività, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.

2.Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament – OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċi Uniformi u tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

3.Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta mwettqa fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS.

4.Għall-ewwel darba sentejn wara li tkun bdiet topera l-ETIAS u kull sentejn wara dan, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, inkluża s-sigurtà tagħha.

5.Tliet snin wara l-bidu tal-operat tal-ETIAS u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ETIAS u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din l-evalwazzjoni tinkludi:

(a)ir-riżultati miksuba mill-ETIAS b'kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;

(b)l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-ETIAS u l-prassi ta' ħidma tagħha b'rabta mal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;

(c)ir-regoli tal-proċessur tal-applikazzjoni awtomatizzata użat għall-iskop tal-valutazzjoni tar-riskju;

(d)il-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(e)l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifiki tali;

(f)l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.L-Istat Membri u l-Europol għandhom jipprovdu lill-eu-LISA, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jabbozzaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafi 4 u 5. Din l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta’ ħidma u lanqas tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

7.L-eu-LISA u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja biex tipproduċi l-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.

8.Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effikaċja tal-aċċess għad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi li jkun fiha informazzjoni u statistika dwar:

(a)l-iskop preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju;

(b)raġunijiet raġonevoli mogħtija għas-suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma tkun koperta b’dan ir-Regolament;

(c)l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;

(d)l-għadd u t-tip ta’ każijiet li rriżultaw f’identifikazzjonijiet pożittivi;

(e)il-ħtieġa u l-użu magħmul tal-każ eċċezzjonali ta’ urġenza inklużi dawk il-każijiet fejn dik l-urġenza ma tkunx ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-punt ta’ aċċess ċentrali.

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 82
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) Fi stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru, 71 % ta’ dawk li wieġbu talbu għal aktar azzjoni tal-UE fir-rigward tal-fruntieri esterni u 82 % f’rabta mal-ġlieda kontra t-terroriżmu (Ewrobarometru Speċjali tal-Parlament Ewropew, Ġunju 2016).
(2) Technical Study on Smart Borders, il-Kummissjoni Ewropea, DG HOME, 2014. http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/smart-borders/index_en.htm Ġew konklużi djalogi dwar il-liberalizzazzjoni tal-Viża ma’ numru ta’ pajjiżi fil-viċinat tal-UE (Il-proposti tal-Kummissjoni ġew ippreżentati fil-Georgia, l-Ukrajna, it-Turkija u l-Kosovo).
(3) COM(2016) 602 final.
(4) COM(2016) 205 final.
(5) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tirreġistra d-dejta tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea COM(2016) 194 final, u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.
(6) Feasibility Study for a European Travel Information and Authorisation System (ETIAS), Rapport Finali; http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-security/legislative-documents/docs/20161116/etias_feasability_study_en.pdf .
(7) http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/09/16-bratislava-declaration-and-roadmap/  
(8) EUCO 31/16 CO EUR 8, CONCL 4 www.consilium.europa.eu/en/.../european-council/2016/10/21-euco-conclusions_pdf/  
(9) http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Statistics_on_enforcement_of_immigration_legislation  
(10) Europol TE-SAT 2016 https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/eu-terrorism-situation-and-trend-report
(11) COM(2016) 272 final.
(12) “Il-kriminali jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ġodda biex jiġġeneraw il-profitt, speċjalment meta jkunu jistgħu jiddependu fuq infrastrutturi attwali, persunal u kuntatti. Dan huwa partikolarment minnu għall-gruppi involuti fit-trasportazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ komoditajiet illeċiti. Il-faċilità tal-ivvjaġġar u tat-trasport internazzjonali, l-emerġenza globali tal-internet u avvanzi teknoloġiċi oħra naqqsu r-relevanza tal-kunsiderazzjonijiet ġeografiċi. Il-kriminali ma jaqtgħux qalbhom mill-fruntieri ġeografiċi u llum l-aktar gruppi sinifikanti huma globali f’termini tal-firxa ta’ attivitajiet, l-oqsma ta’ operazzjoni, il-livelli ta’ kooperazzjoni u ċ-ċittadinanza tas-sħubija tagħhom.”: Il-Valutazzjoni ta' Theddid mill-Kriminalità Organizzata tal-UE tal-Europol 2013 (OCTA 2013), p.37.
(13) “L-analiżi taċ-ċittadinanza ta’ kriminali u l-pajjiżi tal-attivitajiet ewlenin wriet li l-gruppi kriminali qed isiru dejjem iżjed internazzjonali. Kemm il-Belġju kif ukoll il-Portugall, pereżempju, irrapportaw gruppi kriminali li jikkonsistu f’aktar minn 60 ċittadinanza ta’ kriminali. Dawn iż-żewġ pajjiżi rraportaw ukoll gruppi kriminali li l-attivitajiet kriminali ewlenin tagħhom jestendu għal aktar minn 35 pajjiż. Dan jindika b’mod ċar livell sinifikanti ta’ kooperazzjoni kriminali internazzjonali, mobilità u lħiq.”: idem, p. 34.
(14) Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkompanja r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, SWD(2016) 328 final.
(15) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(16) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(17) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.
(18) ĠU C , , p. .
(19) ĠU C , , p. .
(20) COM(2016) 205 final.
(21) COM(2016) 602 final.
(22) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.
(23) Is-Sentenza tal-Qorti tal-31 ta’ Jannar 2006 fil-Kawża C-503/03 Il-Kummissjoni v Spanja (Rec. 2006, p. I-1097).
(24) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen).
(25) Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim dwar Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.
(26) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat- 13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 6).
(27) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(28) Is-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12 Digital Rights Ireland Ltd, ECLI:EU:C:2014:238.
(29) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132-149.
(30) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(31) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta).
(32) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.
(33) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 COM(2016) 194 final.
(34) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI.
(35) Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' dejta tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulazzjoni) COM(2016) 272 final.
(36) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(40) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(41) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(42) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(43) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(44) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).
(45) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(46) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(47) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).
(48) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.
(49) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 077, 23.3.2016, p. 1).
(50) ĠU L 405, 20.12.2006, p. 1.

Brussell, 16.11.2016

COM(2016) 731 final

ANNESS

Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva

mal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624


ANNESS

Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva

mal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS).

1.3.Qasam/Oqsma ta' politika kkonċernat/i fl-istruttura ta’ ABM/ABB 1  

Il-qasam ta’ politika: Qasam tal-Affarijiet Interni (titolu 18)

[…]

1.4.Natura tal-proposta/inizjattiva

⌧ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 2  

 Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.5.L-għan(ijiet)

1.5.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

- Il-ġestjoni tal-fruntieri - il-preservazzjoni tal-ħajjiet u s-sigurtà fil-fruntieri esterni

L-ETIAS se tkun sistema awtomatizzata maħluqa sabiex tidentifika kwalunkwe riskju assoċjat ma’ viżitatur eżenti mill-viża li jkun qed jivvjaġġa lejn iż-Żona Schengen. L-ETIAS se tiġbor informazzjoni dwar dawn il-vjaġġaturi qabel ma jibdew il-vjaġġ tagħhom, sabiex ikun hemm lok għal ipproċessar minn qabel. Għall-vjaġġaturi, din tipprovdilhom is-serħan il-moħħ li se jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri bla intoppi.

- Skambju aħjar ta’ informazzjoni

Standards għoljin komuni ta’ ġestjoni tal-fruntieri, b’rispett sħiħ lejn l-istat tad-dritt u lejn id-drittijiet fundamentali, huma essenzjali biex wieħed jipprevjeni l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

Il-proposta hija parti mill-iżvilupp kontinwu tal-Istrateġija Integrata għall-Ġestjoni tal-Fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

1.5.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet tal-ABM/tal-ABB ikkonċernata/i

Għanijiet speċifiċi

L-ETIAS se:

- tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju tas-sigurtà tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx indikazzjonijiet fattwali jew bażi raġonevoli biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza ta’ dik il-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tirrappreżenta riskju għas-sigurtà;

- tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ migrazzjoni irregolari billi tipprovdi għal valutazzjoni tar-riskju tal-migrazzjoni irregolari tal-applikanti qabel ma jaslu fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni;

- tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi tipprovdi għal valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa pubblika tal-applikanti qabel ma jaslu fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni;

- ittejjeb l-effettività tal-kontrolli fuq il-fruntieri;

- issostni l-għanijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) li jirrigwardaw it-twissijiet dwar persuni mfittxija għall-arrest jew għal finijiet ta’ konsenja jew estradizzjoni, persuni nieqsa, dwar persuni mfittxija biex jgħinu fi proċess ġudizzjarju jew dwar persuni għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi;

- tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra

Attività/ajiet tal-ABM/tal-ABB ikkonċernata/i

Kapitlu “Sigurtà u Salvagwardjar tal-Libertajiet”: Sigurtà Interna


1.5.3.Ir-riżultat(i) u l-impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi li hija diretta lejhom.

L-għanijiet ġenerali tal-politika huma:

(1)    It-tisħiħ tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u t-titjib tas-sigurtà interna,

(2)    Il-kontribuzzjoni għall-iffaċilitar tal-ivvjaġġar,

Il-funzjoni ewlenija tal-ETIAS tkun tikkonsisti fl-iċċekkjar tal-informazzjoni mogħtija minn ċittadini ta' pajjiżi terzi eżenti mill-viża, permezz ta’ applikazzjoni onlajn qabel ma jaslu fil-fruntieri esterni tal-UE, u jekk dawn joħolqux ċerti riskji għall-migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Dan isir permezz tal-ipproċessar awtomatiku ta’ kull applikazzjoni permezz ta’ tqabbil ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE, lista ta' sorveljanza apposta tal-ETIAS u ma’ regoli ta’ skrinjar. Dan l-eżami jgħin biex wieħed jiddetermina li ma hemmx indikazzjonijiet fattwali jew bażi raġonevoli biex ma tinħariġx l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Meta teżiġi awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar valida għal kull ċittadin ta' pajjiż terz eżenti mill-viża, l-UE tkun qiegħda tiżgura li l-viżitaturi kollha jiġu kkontrollati qabel ma jaslu.

Għaldaqstant, l-ETIAS se ssaħħaħ is-sigurtà interna tal-UE f’żewġ modi: l-ewwel, permezz tal-identifikazzjoni tal-persuni li jirrappreżentaw riskju għas-sigurtà qabel ma jaslu fil-fruntiera esterna ta’ Schengen; u t-tieni, billi toffri informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u lill-Europol, fejn ikun meħtieġ.

Illum, madwar 1,4 biljun persuna minn madwar 60 pajjiż madwar id-dinja jistgħu jibbenefikaw minn ivvjaġġar mingħajr viża lejn l-Unjoni Ewropea. In-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-viża li jżuru l-pajjiżi ta’ Schengen se jkompli jikber, b’żieda mistennija minn 30 miljun fl-2014 għal 39 miljun fl-2020.

Dawn iċ-ċifri juru l-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema li tista’ tivvaluta u timmaniġġja r-riskji ta’ migrazzjoni irregolari u ta’ sigurtà rrappreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jżuru l-UE, skont l-għanijiet tal-politika tal-UE dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża.

Għaldaqstant l-ETIAS hija meħtieġa wkoll sabiex tiffaċilita l-qsim tal-fruntieri esterni ta’ Schengen minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-viża. L-awtorizzazzjoni tal-ETIAS tinkiseb permezz ta’ proċess ta’ applikazzjoni, li jkun sempliċi, irħis, rapidu u li fil-parti l-kbira tal-każijiet ma jkun jeħtieġ l-ebda pass ieħor ta’ verifika. Ladarba l-applikanti jirċievu l-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar, dawn ikollhom indikazzjoni bikrija affidabbli li se jitħallew jidħlu fiż-żona Schengen. Dan huwa titjib sinifikanti għall-vjaġġaturi meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali.

Anki jekk id-deċiżjoni finali dwar il-permess tad-dħul fiż-Żona Schengen tibqa’ f’idejn il-gwardja tal-fruntiera fuq il-fruntieri esterni skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, l-ETIAS se tnaqqas b’mod sostanzjali l-għadd ta’ każijiet ta’ rifjut tad-dħul fil-punt ta' qsim tal-fruntiera. Il-gwardji tal-fruntiera se jkunu jistgħu jaraw jekk il-persuna ta’ quddiemhom kisbitx awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar jew le qabel ma waslet fil-fruntiera. Il-persuni li ma jingħatawx awtorizzazzjoni ma jaħlux ħin u flus biex jivvjaġġaw lejn iż-Żona Schengen. B’dan il-mod l-ETIAS tnaqqas ukoll l-ispejjeż għat-trasportaturi biex jieħdu lura lill-passiġġieri mill-fruntieri marittimi u mill-fruntieri tal-ajru.

Għanijiet speċifiċi tal-politika:

L-għanijiet speċifiċi ewlenin tal-politika tal-ETIAS huma li:

(1)    Ittejjeb l-effettività tal-kontrolli fuq il-fruntiera billi tintroduċi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni ta’ vvjaġġar minn qabel għall-vjaġġaturi eżenti mill-viża;

(2)    Tiżgura valutazzjoni kkoordinata u omoġenea ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’eżenzjoni mill-viża billi tikkonsulta lill-Istati Membri rilevanti fejn ikun meħtieġ;

(3)    Tnaqqas in-numru ta’ rifjuti tad-dħul fuq il-fruntieri esterni u b’hekk tnaqqas l-ammont ta’ xogħol tal-gwardja tal-fruntiera fl-immaniġġjar ta’ dawn il-każijiet.

(4)    Tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra.

1.5.4.L-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Matul l-iżvilupp

Wara l-approvazzjoni tal-abbozz ta' proposta u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (magħmula minn Sistema Ċentrali, Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f’kull Stat Membru, Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, sit web pubbliku u applikazzjoni mobbli għall-apparat mobbli, servizz tal-email, servizz ta’ kontijiet siguri, portal trasportatur, servizz web u softwer li jippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jipproċessaw l-applikazzjonijiet) se tkun żviluppata mill-eu-LISA.

eu-LISA se tikkoordina wkoll l-integrazzjoni tal-NUI mwettqa mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali. Hemm definita governanza globali ddettaljata għall-fażi tal-iżvilupp kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ rappurtar lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Għall-iżvilupp tas-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS, l-eu-LISA se tuża mill-ġdid kemm huwa teknikament possibbli l-komponenti tal-ħardwer u tas-softwer tal-EES. Fejn huwa teknikament possibbli, is-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS se tikkondividi l-komponenti ta’ ħardwer u tas-softwer tal-EES. B’mod partikolari, l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) tal-ETIAS se tkun żviluppata bħala funzjonalità ġdida tal-EES NUI.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta se tistabbilixxi l-Unità Ċentrali tal-ETIAS li se timmaniġġja l-fajls tal-applikazzjonijiet tal-ETIAS u d-dejta maħżuna fl-ETIAS. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS se tkun responsabbli mill-verifika ta’ jekk id-dejta rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tikkorrispondix mad-dejta li tkun fir-reġistru, fil-fajl jew fit-twissija rreġistrata f’sistema ta' informazzjoni jew fis-settijiet predeterminati ta’ dejta tar-regoli tal-iskrinjar. Fejn id-dejta tikkorrispondi, jew fejn jibqgħu dubji dwar l-identità tal-applikant, l-applikazzjoni tiġi ttrasferita għall-valutazzjoni għand l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li fih huwa intenzjonat id-dħul. Għaldaqstant, kull Stat Membru se jkollu jistabbilixxi Unità Nazzjonali tal-ETIAS li tamministra l-fajls tal-applikazzjonijiet tal-ETIAS mibgħuta lilhom.

Għan Speċifiku: Lest biex jibda jopera mill-2021.

Indikatur: Biex tibda taħdem, l-eu-LISA innotifikat li lestiet b’suċċess prova komprensiva tal-ETIAS li se ssir mill-Aġenzija flimkien mal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta nnotifikat li l-Unità Ċentrali għandha l-kapaċità disponibbli biex timmaniġġja l-volum ta’ applikazzjonijiet mistenni u l-Istati Membri nnotifikaw li l-Unitajiet Nazzjonali tagħhom huma lesti biex jimmaniġġjaw il-volum ta’ applikazzjonijiet mistenni.

Ladarba s-sistema tibda topera

l-eu-LISA se tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistemi sabiex jikkontrollaw il-funzjonament tas-Sistema ta' informazzjoni Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) skont l-għanijiet. Sentejn wara li s-sistema tibda taħdem u kull sentejn wara dan, eu-LISA għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-sistema inkluża s-sigurtà tagħha.

L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tiżgura li d-dejta maħżuna fil-fajls tal-applikazzjonijiet u fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hija korretta u aġġornata, għandha timmaniġġja l-indikaturi tar-riskju speċifiku u l-Lista ta' Sorveljanza tal-ETIAS u twettaq awditu regolari tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.

Barra minn hekk, tliet snin wara li l-ETIAS tibda topera u kull erba' snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tipprepara evalwazzjoni kumplessiva tas-sistema. Din l-evalwazzjoni ġenerali tinkludi analiżi tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u valutazzjoni tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-sigurtà tal-ETIAS u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri, u tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Għan Speċifiku: ittejjeb l-effettività tal-kontrolli fuq il-fruntiera billi tintroduċi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni ta’ vvjaġġar minn qabel għall-vjaġġaturi eżenti mill-viża;

Indikatur:

Il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet li ma kinux aċċettati mill-ipproċessar awtomatiku u ġew immaniġġjati mill-Unità Ċentrali u/jew l-Unitajiet Nazzjonali u li, la huma korrezzjonijiet ta’ żbalji fattwali u lanqas diżambigwità (= is-soluzzjoni għal meta titħallat persuna b'omonimu, li hija rreġistrata f’waħda mill-bażijiet tad-dejta kkonsultati mill-ETIAS).

Il-proporzjon ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ivvjaġġar mogħtija li ġew revokati fuq il-bażi ta’ informazzjoni aġġornata fil-bażijiet tad-dejta aċċessati mill-ETIAS.

Il-proporzjon ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ivvjaġġar mogħtija li ġew segwiti minn rifjut tad-dħul fil-punt ta' qsim tal-fruntiera.

Għan Speċifiku: Tiżgura valutazzjoni kkoordinata u omoġenea ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-viża billi tikkonsulta lill-Istati Membri rilevanti fejn ikun meħtieġ.

Indikatur:

Il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet li ma kinux aċċettati mill-ipproċessar awtomatiku u li ġew ivvalutati mill-Unitajiet Nazzjonali tal-Istati Membri mqabbel mal-valuri fil-mira stipulati fuq il-bażi tal-prattika attwali.

Għan Speċifiku: It-tnaqqis tan-numru ta’ rifjuti tad-dħul fuq il-fruntieri esterni

Indikatur:

In-numru ta’ applikazzjonijiet irrifjutati mill-ETIAS imqabbel man-numru attwali ta’ rifjut tad-dħul fil-punt ta' qsim tal-fruntiera.

In-numru ta’ vjaġġaturi li rċevew awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar u li jiġu rrifjutati milli jidħlu fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera.

1.6.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

(1) Is-salvagwardja u l-ikkomplementar tal-politika tal-UE dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. Meta l-vjaġġaturi jkunu meħtieġa li jkollhom viża, ammont kbir ta’ informazzjoni jkun disponibbli qabel ma jaslu fiż-żona Schengen u din tibqa’ rreġistrata fil-VIS għal ħames snin wara d-data tal-iskadenza tal-viża. Ladarba l-vjaġġaturi ta’ pajjiż partikolari jsiru eżenti mill-viża ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli qabel il-qsim tal-fruntiera. Dan in-“nuqqas ta’ informazzjoni” għall-vjaġġaturi eżenti mill-viża jrid jitnaqqas peress li l-eżenzjoni mill-viża tipprevedi riskju medju baxx fl-immigrazzjoni, li iżda jista’ jkun differenti ħafna skont kull individwu u mhux bilfors ifisser riskju baxx għas-sigurtà. Għaldaqstant jeħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tivvaluta b’mod individwali r-riskju potenzjali ta’ immigrazzjoni u ta’ sigurtà maħluq minn kull vjaġġatur eżenti mill-viża.

(2)    Iż-żamma u t-tisħiħ tal-kwalità ta’ ġestjoni tal-fruntieri ta’ Schengen, b’mod partikolari fil-fruntiera fuq l-art. Biex tipprovdi għall-valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà, tal-migrazzjoni u tas-saħħa pubblika meħtieġa, l-ETIAS se tintroduċi saff ieħor ta’ kontroll sistematiku b’paragun mal-lum, billi tippermetti kontrolli bikrija mqabbla mal-bażijiet tad-dejta rilevanti, qabel mal-vjaġġaturi jaslu fuq il-fruntieri esterni.

(3)    Tiżdied il-konvenjenza tal-ivvjaġġar. L-ETIAS se tnaqqas b’mod sostanzjali n-numru ta’ każijiet ta’ rifjut tad-dħul. Il-persuni li ma jingħatawx awtorizzazzjoni ma jaħlux ħin u flus biex jivvjaġġaw lejn il-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni ta’ Schengen. L-ETIAS se tnaqqas ukoll l-ispejjeż ta’ ritorn għat-trasportaturi fuq il-fruntieri marittimi u dawk tal-ajru.

(4)    Il-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali, it-terroriżmu u theddid ieħor għas-sigurtà hija msaħħa.

1.6.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tidentifika l-“ġestjoni tal-fruntieri” bħala waħda mill-“erba’ pilastri biex tiġi mmaniġġjata aħjar il-migrazzjoni”. Is-sigurtà tal-fruntieri esterni u l-ġestjoni aktar effiċjenti tagħhom timplika li jsir użu aħjar mill-opportunitajiet offruti mis-sistemi u mit-teknoloġiji tal-IT. L-użu tat-tliet sistemi eżistenti tal-IT fuq skala kbira tal-UE (SIS, VIS u Eurodac) jagħti benefiċċji għall-ġestjoni tal-fruntieri. Is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), ladarba tiġi implimentata, se żżid l-effiċjenza tal-qsim tal-fruntieri. Madankollu, l-unika informazzjoni dwar il-persuni eżenti mill-viża tiġi mid-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom. Fil-każ tal-vjaġġaturi bl-ajru jew bil-baħar din tista’ tkun issupplimentata qabel jaslu bid-dejta tal-API. Taħt id-direttiva proposta dwar il-PNR, id-dejta tal-PNR tagħhom tinġabar ukoll jekk jaslu fl-UE bl-ajru. Għall-persuni li jidħlu fl-UE mill-fruntieri fuq l-art, l-ebda informazzjoni ma tkun disponibbli qabel ma jaslu fuq il-fruntieri esterni tal-UE.

Din il-lakuna tista’ timtela permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivjaġġar li se tiġbor informazzjoni dwar il-vjaġġaturi eżenti mill-viża qabel ma jaslu fuq il-fruntieri u b’hekk ittaffi l-piż tar-riżorsi tal-kontroll fuq il-fruntiera u tawtomatizza ċerti kompiti u attivitajiet relatati mal-kontroll fuq il-fruntiera. Din l-awtomatizzazzjoni se tiżgura kontroll omoġenju u sistematiku tal-perjodu awtorizzat ta' permanenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Il-vjaġġaturi se jintalbu jdaħħlu sett ta’ dejta f’formola ta’ applikazzjoni onlajn qabel id-data tal-vjaġġ tagħhom. Wara skrinjar ibbażat fuq sett ta’ kriterji ta’ riskju (pereż. relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà), dawn jiġu nnotifikati dwar l-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tagħhom. Il-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet jiġu approvati b’mod awtomatiku fi ftit minuti u d-deċiżjoni tiġi kkollegata b’mod elettroniku mal-passaport tal-vjaġġatur 3 . Pereżempju fil-każ tal-ivvjaġġar bl-ajruplan jew bil-vapur, it-trasportaturi jivverifikaw fiċ-check-in, jekk il-passiġġier għandux awtorizzazzjoni valida tal-ivvjaġġar sabiex jagħtuh, jew ma jagħtuhx, id-dritt li jitla’ abbord l-ajruplan jew il-vapur. Meta wieħed jasal fuq fruntiera fuq l-art bil-karozza tiegħu jew bix-xarabank jew bil-ferrovija, il-gwardji tal-fruntiera jiċċekkjaw il-validità tal-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar.

L-użu tal-ETIAS flimkien ma’ possibbiltajiet ġodda għall-użu ta’ sistemi self-service u soluzzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri awtomatiċi jew semiawtomatiċi se jiffaċilitaw il-ħidma tal-gwardji tal-fruntiera u jgħinuhom jassorbu ż-żieda prevista ta’ qsim tal-fruntieri. Mill-perspettiva tal-vjaġġatur, dan se jwassal għall-faċilitazzjoni tal-qsim tal-fruntieri, peress li l-ħin ta’ stennija se jitnaqqas u l-kontrolli fil-fruntiera se jkunu aktar rapidi.

Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jżommu s-sistemi nazzjonali tagħhom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mas-sigurtà, Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar tippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jkollhom aċċess għad-dejta dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-viża li qasmu l-fruntiera esterna tal-UE.

1.6.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

L-esperjenza fl-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) tat it-tagħlimiet li ġejjin:

1) Bħala salvagwardja possibbli kontra spejjeż li jiżdiedu lil hinn mill-istimi u dewmien li jirriżulta minn bidla fil-kundizzjonijiet, kull sistema tal-informazzjoni ġdida fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, partikolarment jekk tkun tinvolvi sistema tal-IT fuq skala kbira, ma tiġix żviluppata qabel mal-istrumenti legali li jistabbilixxu l-għanijiet, l-iskop, il-funzjonijiet u d-dettalji tekniċi tagħha jkunu ġew adottati b'mod definittiv.

2) Għall-SIS II u l-VIS, l-iżviluppi nazzjonali tal-Istati Membri jistgħu jiġu kkofinanzjati taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) iżda dan ma kienx obbligatorju. Għalhekk ma kienx possibbli li tittieħed ħarsa ġenerali lejn il-livell ta’ progress f’dawk l-Istati Membri li ma kinux ipprevedew l-attivitajiet rispettivi fil-programmar pluriennali tagħhom jew li kellhom nuqqas ta’ preċiżjoni fil-programmar tagħhom. Għalhekk, qed jiġi propost li l-Kummissjoni tirrimborża l-ispejjeż kollha ta’ integrazzjoni mġarrba mill-Istat Membru, sabiex tkun tista' tissorvelja l-progress ta’ dawn l-iżviluppi.

3) Bl-għan li tiffaċilita l-koordinazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni, eu-LISA mhux biss se tiżviluppa biss is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS iżda wkoll interfaċċa nazzjonali uniformi (NUI) komuni li tintuża mill-Istati Membri kollha sabiex jgħaqqdu l-infrastruttura tal-IT eżistenti tagħhom fil-fruntieri nazzjonali u l-Unitajiet Nazzjonali li se jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju u jiddeċiedu dwar il-każijiet riferuti lill-Istati Membri mill-Unità Ċentrali.

1.6.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

Din il-proposta għandha titqies bħala l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jinsabu fil-Komunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 dwar “Sistemi ta' Informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà 4 li tenfasizza l-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT tagħha, l-arkitettura tad-dejta u l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-Komunikazzjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 “It-titjib tas-sigurtà f’dinja ta’ mobilità: skambju mtejjeb tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fruntieri esterni li jifilħu aktar” 5  tikkonferma l-prijorità ta’ fruntieri esterni aktar siguri u tippreżenta inizjattivi konkreti biex jitħaffef u jitwessa’ r-rispons tal-UE biex tkompli tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Hija tħabbar li l-Kummissjoni se tagħti prijorità lill-iżvilupp tal-ETIAS, u se tadotta proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta’ sistema bħal din sa Novembru 2016, deċiżjoni li ġiet enfasizzata wkoll mill-President Juncker fid-diskors tiegħu tal-Istat tal-Unjoni quddiem il-Parlament Ewropew tal-istess ġurnata 6 .

B’mod aktar operattiv din il-proposta għandha titqies ukoll bħala parti mill-iżvilupp kontinwu tal-Istrateġija dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll flimkien mal-fruntieri tal-ISF 7 , bħala parti mill-MFF, ir-Regolament li jistabbilixxi l-eu-LISA 8 u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta 9 . Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni għall-eu-LISA 10 tkopri l-ispejjeż għas-sistemi eżistenti tal-IT EURODAC, SIS II, VIS iżda mhux għas-sistemi futuri tal-ġestjoni tal-fruntieri li għadhom ma ingħatawx lill-Aġenzija permezz ta' qafas legali. Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) se tikkumplimenta lill-VIS u lill-EES 11 . Il-VIS tinkludi biss applikazzjonijiet għal viża u viżi maħruġa, l-EES se taħżen dejta konkreta dwar id-dħul u l-ħruġ relatata mal-viżi maħruġa filwaqt li l-ETIAS se tinkludi informazzjoni dwar iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-viża.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ma tkoprix lanqas il-kompitu ta’ twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju effettiva tal-applikazzjonijiet ta’ vjaġġaturi eżenti mill-viża peress li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta oriġinarjament ma kinitx fdata bit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar vjaġġaturi speċifiċi.


1.7.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

◻ Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

◻ Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat

Perjodu preparatorju mill-2017,

Implimentazzjoni b’perjodu għall-introduzzjoni mill-2018 sal-2020,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa fl-2021.

1.8.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 12  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

◻ mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi li ħatru;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

⌧ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi ta’ dritt pubbliku;

◻ korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku diment li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Ir-Regolament tal-fruntieri FSI huwa l-istrument finanzjarju fejn ġie inkluż il-baġit għall-implimentazzjoni tal-pakkett tal-fruntieri intelliġenti.

Fl-Artikolu 5 huwa jipprevedi li EUR 791 miljun jiġu implimentati permezz ta’ programm għat-twaqqif ta’ sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15. Minn dawn is-EUR 791 miljun, EUR 480 miljun huma riservati għall-iżvilupp tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ. Parti mill-bqija, EUR 311 miljun, se tintuża għall-ETIAS.

Rigward il-metodi ta’ implimentazzjoni, ir-Regolament tal-Fruntieri FSI jipprevedi kif ġej:

L-aħħar paragrafu tal-Artikolu 5(4) jipprevedi li “l-metodu(i) ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT, ibbażati fuq sistemi tal-IT eżistenti u/jew ġodda, għandhom jiġu stabbiliti fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni soġġett għall-adozzjoni tagħhom”.

L-Artikolu 15 jistipula kif ġej: “Il-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT, abbażi ta’ sistemi tal-IT eżistenti u/jew ġodda, għandu jiġi implimentat prevja l-adozzjoni tal-atti leġislattivi tal-Unjoni li jiddefinixxu dawk is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom bil-għan, b’mod partikolari, li tittejjeb il-ġestjoni u l-kontroll ta’ flussi ta’ ivvjaġġar fil-fruntieri esterni billi jissaħħu l-kontrolli filwaqt li jitħaffef il-qsim tal-fruntieri għal vjaġġaturi regolari. Fejn xieraq, jinstabu sinerġiji mas-sistemi eżistenti ta’ IT sabiex jiġi evitat l-infiq doppju.

It-tqassim tal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5(5) għandu jiġi definit jew fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni jew, insegwitu tal-adozzjoni ta’ dawk l-atti leġislattivi, permezz ta’ att delegat b’mod konformi mal-Artikolu 17.”

Il-metodi ta’ implimentazzjoni previsti fil-proposta huma dawn li ġejjin:

1) Ġestjoni indiretta: Matul il-perjodu 2018-2020, l-iżvilupp tas-sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS se jiġi eżegwit minn eu-LISA. Dan se jkopri l-iżvilupp ta’ parti mill-oqsma kollha tal-IT tal-proġett, jiġifieri Sistema Ċentrali, Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f’kull Stat Membru, Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, sit web pubbliku u applikazzjoni għall-apparat mobbli, servizz tal-email, servizz ta’ kontijiet siguri, portal trasportatur, servizz web u softwer li jippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jipproċessaw l-applikazzjonijiet. Matul il-perjodu tal-operat li se jibda fl-2021, l-eu-LISA se twettaq l-attivitajiet tekniċi kollha marbuta mal-manutenzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni tal-ETIAS.

Mill-2018, huwa previst li jiġi ttrasferit ammont totali ta’ EUR 100,8 miljun mill-FSI lil-linja baġitarja ta' eu-LISA, biex jitkoprew dawn l-attivitajiet matul il-perjodu ta’ żvilupp.

Fl-2020, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta se tistabbilixxi l-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Dan se jkopri l-preparazzjoni tal-ispazju għall-uffiċċji, l-akkwist u l-installazzjoni tat-tagħmir tal-IT li jrid jintuża mill-persunal u r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal tal-Unità Ċentrali. Matul il-perjodu tal-operazzjonijiet li jibda fl-2021, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS se twettaq l-attivitajiet operazzjonali relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-ETIAS kif deskritt fl-Artikolu 7.

Fl-2020, huwa previst li jiġi ttrasferit l-ammont totali ta’ EUR 12,3 miljun mill-FSI lil-linja baġitarja tal-Aġenzija EBCG biex jiġi kopert it-twaqqif tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

2) Ġestjoni kondiviża mid-DĠ HOME: Matul il-fażi ta’ żvilupp (2018-2020) il-Kummissjoni se tonfoq ammont totali ta’ EUR 92,3 miljun għall-ispejjeż relatati mal-integrazzjoni u l-operat tal-NUI tal-Istati Membri. Fl-2020, l-Istati Membri se jistabbilixxu l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS tagħhom. Ammont ta’ EUR 4,2 miljun se jkun magħmul disponibbli permezz tal-programmi nazzjonali tal-FSI għal dan il-għan. Dan se jkopri l-akkwist u l-installazzjoni tat-tagħmir tal-IT li jrid jintuża mill-persunal u r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal tal-Unità Ċentrali. Matul l-operazzjonijiet li se jibdew fl-2021 l-Istati Membri se jipprovdu l-persunal meħtieġ għal dawn l-operazzjonijiet (24siegħa/24siegħa) u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS se jwettqu l-attivitajiet operazzjonali relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-ETIAS kif deskritt fl-Artikolu 8. L-ammonti għal kull Stat Membru se jiġu ddeterminati f’Anness għar-regolament u implimentati bl-aktar mod xieraq biex jinkisbu l-objettivi operazzjonali.

Il-bqija tal-baġit tal-linja ta' Fruntieri Intelliġenti (l-allokazzjoni inizjali ta' EUR 311 miljun nieqes EUR 209,9* miljun għall-baġit ta' ETIAS = EUR 100,8 miljun) se jintuża kif definit fl-Artikolu 5(5) b tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 (ISF-B).

*Minbarra l-ispejjeż taħt l-intestatura 5

Blokki

Fażi ta’ żvilupp (2018-2020)

Fażi tal-operazzjonijiet (2021)

Il-mod ta' ġestjoni

Attur

Netwerk

X

X

Indirett

Eu-LISA

Żvilupp u Manutenzjoni tas-Sistema Ċentrali

X

X

Indirett

Eu-LISA

Tħaddim tas-Sistema Ċentrali

X

Indirett

EBCGA

Żvilupp tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI)

X

Indirett

Eu-LISA

Integrazzjoni NUI u amministrazzjoni relatata matul l-iżvilupp

X

X

Kondiviż

IL-KUMMISSJONI

Manutenzjoni tas-Sistemi Nazzjonali

X

X

Kondiviż

IL-KUMMISSJONI

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-regoli dwar l-iżvilupp u l-ġestjoni teknika tas-Sistema ta' informazzjoni Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) huma deskritti fil-Kapitolu XIII (u b’mod partikolari l-Artikoli 63 u 64) tal-proposta. Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni huma deskritti fl-Artikolu 81:

1.    L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jiġi mmonitorjat l-iżvilupp tas-Sistema ta' informazzjoni ETIAS fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-ispejjeż, u li jiġi mmonitorjat il-funzjonament tal-ETIAS fid-dawl tal-objettivi relatati mar-rendiment tekniku, il-kosteffettività, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.

2.    Sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull sitt xhur wara, waqt il-fażi tal-iżvilupp tas-Sistema ta' informazzjoni ETIAS, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Ladarba jiġi ffinalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

3.    Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta mwettqa fis-Sistema ta' informazzjoni ETIAS.

4.    Sentejn wara li tkun bdiet topera l-ETIAS u kull sentejn wara dan, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-Sistema ta' informazzjoni ETIAS, inkluż is-sigurtà tagħha.

5.    Tliet snin wara li l-ETIAS tkun tibda topera u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tħejji evalwazzjoni ġenerali tal-ETIAS u għandha tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi: ir-riżultati miksuba mill-ETIAS b'kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha; l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-ETIAS u l-prattiki ta' ħidma tagħha b'rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha; ir-regoli tal-ipproċessar awtomatiku tal-applikazzjonijiet użat għall-valutazzjoni tar-riskju; il-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS; l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din; l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.    L-Istati Membri u l-Europol għandhom jipprovdu lill-eu-LISA, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 4 u 5 skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni u/jew minn eu-LISA. Din l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta’ ħidma u lanqas tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

7.    L-eu-LISA u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 5.

8.    Filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effikaċja tal-aċċess għad-dejta tas-Sistema ta' informazzjoni ETIAS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

- l-iskop preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju;

- raġunijiet raġonevoli mogħtija għas-suspett sostanzjat li l-persuna ssuspettata, l-awtur jew il-vittma tkun koperta b’dan ir-Regolament;

- l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess għas-Sistema ta' informazzjoni ETIAS għall-fini ta’ infurzar tal-liġi;

- l-għadd u t-tip ta’ każijiet li rriżultaw f’identifikazzjonijiet pożittivi;

- il-ħtieġa u l-użu magħmula mill-każ eċċezzjonali ta’ urġenza inklużi dawk il-każijiet fejn din l-urġenza ma tkunx ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-punt ta’ aċċess ċentrali.

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

2.2.Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju(i) identifikat(i)

1) Diffikultajiet fl-iżvilupp tekniku tas-sistema

Is-sistema ċentrali tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni tista’ teħtieġ interfaċċi addizzjonali għall-partijiet ikkonċernati bħal pereżempju a) għat-trasportaturi bl-ajru u bil-baħar u b) għall-banek għall-ġbir tal-informazzjoni dwar il-karta tal-kreditu c) għall-vjaġġaturi li jkunu jeħtieġu rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi. L-istabbiliment ta’ pjattaforma amminstrattiva kbira li topera 24 siegħa kuljum biex tissorvelja s-sistema u timmaniġġja dawk il-każijiet li jkunu jeħtieġu trattament manwali kif ukoll l-istabbiliment ta’ regoli awtomatizzati li jippermettu valutazzjoni tat-talbiet jista’ jkun ikkumplikat.

L-Istati Membri għandhom sistemi tal-IT nazzjonali teknikament differenti. Barra minn hekk, il-proċessi tal-kontroll tal-fruntieri jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi lokali (spazju disponibbli fil-punt tal-qsim tal-fruntiera, il-flussi tal-vjaġġaturi, eċċ.). L-ETIAS trid tiġi integrata fl-arkitettura tal-IT nazzjonali u tal-proċessi nazzjonali għall-kontroll tal-fruntiera. Barra minn hekk, l-integrazzjoni tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi (NUIs) trid tkun kompletament allinjata mar-rekwiżiti ċentrali.

Jibqa’ r-riskju li l-aspetti tekniċi u legali tal-ETIAS jistgħu jiġu implimentati b'modi differenti minn Stati Membri differenti, minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni bejn in-naħa ċentrali u dik nazzjonali. Il-kunċett tal-NUI previst għandu jtaffi dan ir-riskju.

2) Diffikultajiet rigward l-iżvilupp fil-ħin

Mill-esperjenza miksuba matul l-iżvilupp tal-VIS u s-SIS II, wieħed jista' jantiċipa li fattur kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-ETIAS se jkun l-iżvilupp fil-ħin tas-sistema minn kuntrattur estern. Bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-iżvilupp u l-ġestjoni ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-eu-LISA se tkun responsabbli wkoll għall-għoti u l-ġestjoni tal-kuntratti, partikolarment għas-sottokuntrattar tal-iżvilupp tas-sistema. Hemm diversi riskji relatati mal-użu ta' kuntrattur estern għal din il-ħidma ta' żvilupp:

a) b'mod partikolari, ir-riskju li l-kuntrattur jonqos milli jalloka biżżejjed riżorsi għall-proġett jew li jfassal u jiżviluppa sistema li mhijiex l-iktar avvanzata;

b) ir-riskju li t-tekniki u metodi amministrattivi li jimmaniġġjaw proġetti tal-IT fuq skala kbira ma jiġux irrispettati bis-sħiħ, bħala mezz ta’ tnaqqis tal-ispejjeż mill-kuntrattur;

c) fl-aħħar nett, ir-riskju li l-kuntrattur jaffaċċja diffikultajiet finanzjarji għal raġunijiet esterni għal dan il-proġett ma jistax jiġi eskluż kompletament.

2.2.2.Tagħrif fuq it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll intern

L-Aġenzija hija maħsuba li tkun ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-iżvilupp u tal-ġestjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira. Hija se tkun qed twettaq l-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp u l-operat tal-parti ċentrali tas-sistema inklużi interfaċċi uniformi fl-Istati Membri u n-netwerks. Dan se jippermetti li jiġu evitati ħafna mill-iżvantaġġi li l-Kummissjoni affaċċjat meta kienet qed tiżviluppa s-SIS II u l-VIS.

Matul il-fażi ta’ żvilupp (2018-2020), l-attivitajiet kollha ta’ żvilupp se jiġu eżegwiti minn eu-LISA. Dan se jkopri l-parti tal-iżvilupp tal-oqsma kollha tal-proġett, jiġifieri s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI), l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, kwalunkwe Kanal ta’ Komunikazzjoni Sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u Sistemi Ċentrali oħrajn. L-ispejjeż għall-integrazzjoni tal-NUI kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-amministrazzjoni tas-sistemi fl-Istati Membri matul l-iżvilupp se jkunu ġestiti mill-Kummissjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża jew għotjiet.

Matul il-fażi operattiva li se tibda fl-2021, l-eu-LISA se tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika u finanzjarja tas-sistema ċentrali, b’mod speċjali l-għoti u l-ġestjoni tal-kuntratti filwaqt li l-Kummissjoni se tamministra l-fondi lill-Istati Membri għall-ispejjeż tal-Unitajiet Nazzjonali permezz tal-FSI/Fruntieri (il-programmi nazzjonali).

Sabiex jiġi evitat id-dewmien fil-livell nazzjonali, trid tiġi prevista governanza effiċjenti bejn il-partijiet ikkonċernati kollha qabel il-bidu tal-iżvilupp. Il-Kummissjoni pproponiet fl-abbozz tar-Regolament li Grupp Konsultattiv magħmul minn esperti nazzjonali tal-Istati Membri jipprovdi lill-Aġenzija bit-tagħrif espert relatat mal-ETIAS. Barra minn hekk waqt il-fażi ta’ żvilupp il-proġett kollu tal-IT jiġi rrappurtat lil Bord ta’ Ġestjoni tal-Programmi magħmul minn sitt membri mill-Bord ta’ Tmexxija tal-eu-LISA minn fost il-membri jew is-sostituti tiegħu, il-president tal-Grupp Konsultattiv tal-ETIAS u tliet membri li jirrappreżentaw rispettivament lill-eu-LISA, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Kummissjoni (ara l-Artikolu 63).

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell tar-riskju ta’ żbalji mistennija.

M/A

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Il-miżuri previsti kontra l-frodi huma stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 1077/2011 li jipprovdi kif ġej:

1. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandu japplika.

2. L-Aġenziji għandhom ikunu parti mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mingħajr dewmien, joħorġu d-dispożizzjonijiet adatti applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenziji.

3. Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Aġenziji u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.

Skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali detrimentali għall-interessi tal-Unjoni kienet adottata fit-28 ta’ Ġunju 2012.

Se tapplika l-istrateġija għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ frodi tad-DĠ HOME.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2021 u dawk sussegwenti f’din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva huwa miżjud bħala eżempju u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati

L-intestaturi baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja tal-baġit

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza

Diff./Mhux diff 13 .

minn pajjiżi tal-EFTA 14

minn pajjiżi kandidati 15

minn pajjiżi terzi

fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

Diff.

LE

LE

IVA

LE

3

18.020101 – Appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni dwar il-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu

Diff

LE

LE

IVA

LE

3

18.020103 – It-twaqqif ta’ Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)

Diff

LE

LE

IVA

LE

3

18.0203 – Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (Frontex)

Diff

LE

LE

IVA

LE

3

18.0207 – Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA)

Diff

LE

LE

IVA

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

L-impatt stmat fuq in-nefqa

Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Sigurtà u Ċittadinanza

DĠ: HOME

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

18.020103 (Fruntieri Intelliġenti)

Impenji

(1)

20,000

20,000

20,000

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

112,500

Pagamenti

(2)

16,000

20,000

20,000

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

108,500

18.020101 (Fruntieri u Viża)

Impenji

9,240

9,240

18,047

22,733

20,423

20,423

20,423

20,423

20,818

21,548

183,318

Pagamenti

16,499

9,166

9,166

15,711

9,036

7,340

17,909

14,568

13,211

21,666

131,772

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 16  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għad-DĠ HOME

Impenji

=1+1a +3

29,240

29,240

38,047

30,233

27,923

27,923

27,923

27,923

28,318

29,048

295,818

Pagamenti

=2+2a

+3

32,499

29,166

29,166

23,211

16,536

14,840

25,409

22,068

20,711

29,166,

242,772

Dawn in-nefqiet se jkopru l-ispejjeż relatati ma’:

l-integrazzjoni tal-NUI mal-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri u t-tħaddim ta’ dawn l-NUI;

l-istabbiliment u t-tħaddim tal-Unitajiet Nazzjonali Ċentrali.

18.0207 - Eu-LISA

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

Titolu 1: L-infiq għall-persunal

Impenji

(1)

1,638

1,813

2,684

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

31,111

Pagamenti

(2)

1,638

1,813

2,684

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

31,111

Titolu 2: Nefqa għall-Infrastruttura u l-Operat

Impenji

(1a)

1,658

1,395

1,395

0,770

0,770

0,770

0,770

0,770

0,770

0,770

9,838

Pagamenti

(2a)

1,658

1,395

1,395

0,770

0,770

0,770

0,770

0,770

0,770

0,770

9,838

Titolu 3: Nefqa Operazzjonali

Impenji

(3a)

23,467

11,023

55,800

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

220,168

Pagamenti

(3b)

23,467

11,023

55,800

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

220,168

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-eu-LISA

Impenji

=1+1a +3a

26,763

14,231

59,879

22,892

22,892

22,892

22,892

22,892

22,892

22,892

261,117

Pagamenti

=2+2a

3b

26,763

14,231

59,879

22,892

22,892

22,892

22,892

22,892

22,892

22,892

261,117

Dawn in-nefqiet se jkopru l-ispejjeż relatati ma’:

l-iżvilupp tal-oqsma kollha tal-IT tal-proġett, jiġifieri s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f’kull Stat Membru, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparat mobbli, is-servizz tal-email, is-servizz ta’ kontijiet siguri, il-portal trasportatur, is-servizz web u s-softwer li jippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jipproċessaw l-applikazzjonijiet;

l-operazzjoni teknika tas-Sistema ta' informazzjoni ETIAS u l-manutenzjoni tagħha.

L-infiq taħt it-titolu 1 (spejjeż tal-persunal) jiżdiedu fl-2019 minħabba ż-żieda ta’ inġiniera responsabbli mill-ittestjar u persuni li jagħmlu t-testijiet mat-tim eżistenti. Fl-2020 se jibqa' dan l-istess tim, u se jkompli jiżdied b’persunal għall-appoġġ tal-Helpdesk tal-Istati Membri u tat-trasportaturi (l-ewwel linja, li jaħdmu fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum), b'persunal tekniku (it-tieni linja, li jaħdmu fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum), u b'operaturi li jimmonitorjaw is-Sistema Ċentrali (li jaħdmu fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum). Il-persunal tal-eu-LISA meħtieġ biex joħloq is-sistema u jiżgura li l-kuntrattur iwassal is-sistema ETIAS se jibqa’ meta s-sistema tkun qed taħdem, kemm biex iħaddem is-sistema kif ukoll biex jieħu ħsieb il-manutenzjoni u l-iżviluppi tas-sistema. It-tqabbil ma’ sistemi oħrajn enfasizza l-importanza ta’ kompiti ta’ manutenzjoni biex jinżamm l-ogħla livell ta’ prestazzjoni, affidabilità u adegwatezza tar-regoli tal-iskrinjar applikati.

In-nefqa taħt it-titolu 2 (Nefqa għall-Infrastruttura u l-Operat) se tiżdied mill-2018 sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-ETIAS għall-operazzjonijiet tal-ispazju datacenter tas-sit ċentrali (fi Strasburgu, Franza) u tas-sit ċentrali ta’ backup (f’Sankt Johann im Pongau) kif ukoll l-ispazju addizzjonali għall-uffiċċji għall-persuna addizzjonali tal-eu-LISA u t-tim tal-kuntrattur inkarigat mill-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-Sistema ta' informazzjoni ETIAS.

In-nefqiet taħt it-titolu 3 fl-2018 huma affettwati mill-investiment inizjali għall-ħardwer u s-softwer għall-ambjenti li huma meħtieġa waqt l-iżvilupp. Fl-2019, in-nefqiet tat-titolu 3 jinkludu biss il-kost għall-iżvilupp (bħal fl-2018 u fl-2020), l-ispejjeż ta’ manutenzjoni għall-ħardwer u s-softwer u l-ispejjeż tan-netwerk waqt l-iżvilupp. In-nefqiet taħt it-titolu 3 (spejjeż operazzjonali) għandhom żieda fl-2020 peress li l-ispejjeż tal-investimenti fil-ħardwer u s-softwer għall-ambjenti operazzjonali tal-IT (produzzjoni u pre-produzzjoni kemm għall-unità ċentrali kif ukoll għall-unità ċentrali ta’ backup) jintefqu fis-sena qabel ma jibdew jaħdmu meta jridu jkunu lesti qabel jibdew l-operazzjonijiet.

18.0203 – EBCG 17

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

Titolu 1: Nefqiet fuq il-Persunal

Impenji

(1)

7,402

22,315

22,315

22,315

22,315

22,315

22,689

23,379

165,045

Pagamenti

(2)

7,402

22,315

22,315

22,315

22,315

22,315

22,689

23,379

165,045

Titolu 2: Nefqa għall-Infrastruttura u l-Operat

Impenji

(1a)

5,129

4,822

4,822

3,802

3,802

3,802

3,876

4,011

34,066

Pagamenti

(2a)

5,129

4,822

4,822

3,802

3,802

3,802

3,876

4,011

34,066

Titolu 3: Nefqa Operazzjonali

Impenji

(3a)

Pagamenti

(3b)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-EBCG

Impenji

=1+1a +3a

12,531

27,137

27,137

26,117

26,117

26,117

26,565

27,390

199,111

Pagamenti

=2+2a

3b

12,531

27,137

27,137

26,117

26,117

26,117

26,565

27,390

199,111

Dawn in-nefqiet se jkopru spejjeż relatati ma’:

it-twaqqif tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

l-attivitajiet operazzjonali relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-ETIAS.

In-nefqiet taħt it-titolu 1 għall-EBCG huma definiti abbażi tas-suppożizzjoni li 5% tal-applikazzjonijiet kollha se jkunu pproċessati manwalment u li l-ipproċessar ta’ applikazzjoni waħda għandu jieħu 10 minuti (fi kliem ieħor 48 applikazzjoni pproċessati manwalment minn persuna f’ġurnata). It-tim ta’ appoġġġ tal-Helpdesk għall-vjaġġaturi huwa definit abbażi tas-suppożizzjoni li 0,5% tal-applikazzjonijiet kollha se jinkludu talbiet/mistoqsijiet lit-tim tal-helpdesk u li għandhom jieħdu ħames minuti sabiex iwieġbu għat-talba. Mal-10% aktar persunal (jiġifieri persuna waħda għal kull għaxar ħaddiema li jittrattaw l-applikazzjonijiet) huwa pprovdut għal pożizzjonijiet ta’ maniġment u minbarra dawk 10% għall-UPD (l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Dejta), konsulenza legali, awditjar, monitoraġġ, Riżorsi umani, akkwist, finanzi, appoġġ lill-IT u pożizzjonijiet oħrajn ta’ appoġġ. Il-persunal tal-maniġment u ta’ appoġġ fl-EBCG se jibda jaħdem sitt xhur qabel mal-ETIAS tibda taħdem, filwaqt li l-bqija tal-persunal jibda jaħdem erba’ xhur qabel l-ETIAS issir operattiva. L-istimi tan-numru ta’ persunal meħtieġ huma bbażati fuq l-istudju ta’ fattibbiltà li sar qabel il-proposta u huma stess huma bbażati fuq valuri ta’ referenza minn sistemi u ambjenti simili.

In-nefqiet taħt it-titolu 2 (Nefqa għall-Infrastruttura u l-Operat) mill-2020 jiżdiedu sabiex ikopru l-ispejjeż addizzjonali relatati mat-twaqqif tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS (2020), il-kampanja ta’ informazzjoni dwar l-ETIAS (2020-2022), l-ispazju addizzjonali għall-uffiċċji tal-persunal tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-IT amminstrattiv (il-postijiet tax-xogħol użati mill-persunal tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS).





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

DĠ HOME

• Riżorsi umani

Numru tal-linja baġitarja 18.01

0,402

0, 402

0, 402

0,536

0, 536

0,134

0,134

0,134

0,134

0,134

2,948

Spejjeż amministrattivi oħrajn (laqgħat, eċċ.)

0,323

0,323

0,323

0,323

0,323

0,200

0,200

0,200

0,200

0,200

2,615

TOTAL DĠ HOME

Approprjazzjonijiet

0,725

0,725

0,725

0,859

0,859

0,334

0,334

0,334

0,334

0,334

5,563

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0,725

0,725

0,725

0,859

0,859

0,334

0,334

0,334

0,334

0,334

5,563

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

56,728

44,196

111,182

81,121

78,811

77,266

77,266

77,266

78,109

79,664

761,609

Pagamenti

59,987

44,122

102,301

74,099

67,424

64,183

74,752

71,411

70,502

79,782

708,563

3.1.1.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.1.1.1.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' eu-LISA

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ Euro (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Eu-LISA

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 18

Spiża medja

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Nru totali

Spiża Totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 19

L-Iżvilupp tas-Sistema Ċentrali

- Output

Kuntrattur

5,940

5,940

5,940

17,820

- Output

Softwer

6,888

0,000

28,277

35,165

- Output

Ħardwer

1,588

0,000

6,913

8,501

- Output

Amministrazzjoni

- Output

Oħrajn (uffiċċju)

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

14,416

5,940

41,130

61,486



GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2

Manutenzjoni tas-Sistema Ċentrali

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

- Output

Kuntrattur

4,010

4,010

4,010

4,010

4,010

4,010

4,010

28,070

- Output

Softwer

1,974

1,974

10,075

10,075

10,075

10,075

10,075

10,075

10,075

10,075

84,548

- Output

Ħardwer

0,343

0,343

1,829

1,829

1,829

1,829

1,829

1,829

1,829

1,829

15,318

- Output

Amministrazzjoni

- Output

Oħrajn (uffiċċju)

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

2,317

2,317

11,904

15,914

15,914

15,914

15,914

15,914

15,914

15,914

127,936

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3

Netwerk

- Output

Żvilupp

3,968

3,968

- Output

Operazzjonijiet

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

24,720

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3

6,440

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

2,472

28,688

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 4

Laqgħat/Taħriġ

0,294

0,294

0,294

0,168

0,168

0,168

0,168

0,168

0,168

0,168

2,058

SPEJJEŻ TOTALI eu-LISA

23,467

11,023

55,800

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

18,554

220,168



3.1.1.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-EBCG

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

◻Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

3.1.1.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' DĠ HOME

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

DĠ HOME

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 20

Spiża medja

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Le

Nefqa

Nru totali

Spiża Totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 21

Żvilupp tas-Sistemi Nazzjonali

- Adattament tal-NUI

20,000

20,000

20,000

60,000

- Amministrazzjoni (maniġers tekniċi u persunal ieħor)

9,240

9,240

18,047

36,527

Subtotal tal-Għan Speċifiku 1

29,240

29,240

38,047

96,527

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2

Manutenzjoni tas-Sistemi Nazzjonali

- Operazzjonijiet tal-NUI

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

7,500

52,500

- Amministrazzjoni (it-timijiet fl-Istati Membri, l-ipproċessar u persunal ieħor)

22,733

20,423

20,423

20,423

20,423

20,818

21,548

146,791

Subtotal tal-Għan Speċifiku 2

30,233

27,923

27,923

27,923

27,923

28,318

29,048

199,291

TOTAL DĠ HOME

29,240

29,240

38,047

30,233

27,923

27,923

27,923

27,923

28,318

29,048

295,818

Dawn in-nefqiet se jkopru l-ispejjeż relatati ma’:

(a)Taħt l-objettiv speċifiku 1,

l-“adattament tal-NUI” qed ikopri l-ispejjeż massimi ta’ integrazzjoni tal-NUI għal kull Stat Membru, li jfisser li huwa previst massimu ta’ żewġ miljuni għal kull Stat Membru għal din l-integrazzjoni.

l-“Amministrazzjoni (il-maniġers tekniċi u persunal ieħor)” qed tkopri n-nefqiet relatati mal-persunal involut fl-“adattament tal-NUI” fl-Istati Membri waqt il-fażi tal-iżvilupp kif ukoll, fl-2020, l-ispejjeż għat-twaqqif tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS fl-Istati Membri (ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal, in-nefqiet amministrattivi).

(b)Taħt l-objettiv speċifiku 2,

l-“Operazzjonijiet tal-NUI” qegħdin ikopru l-ispejjeż ta’ manutenzjoni għall-integrazzjoni tal-NUI għall-Istati Membri waqt l-operazzjonijiet. Dan l-ammont huwa kkalkolat bħala perċentwal annwali (12,5%) tal-isforzi inizjali ta’ żvilupp.

“L-Amministrazzjoni (it-timijiet fl-Istati Membri, l-ipproċessar u persunal ieħor)” qiegħda tkopri l-ispejjeż tal-Unitajiet Nazzjonali fl-Istati Membri waqt l-operazzjonijiet (in-nefqiet tal-persunal, in-nefqiet tal-persunal maniġerjali, in-nefqiet amministrattivi) kif ukoll, fl-2021, in-nefqiet relatati mal-persunal involut fl-“operazzjonijiet tal-NUI” fl-Istati Membri sabiex titlesta l-integrazzjoni tal-NUI.

Il-persunal għat-timijiet fl-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS fl-Istati Membri huwa definit fuq is-suppożizzjoni li f'daqqa l-Unitajiet Nazzjonali jkollhom jipproċessaw 3% tal-applikazzjonijiet tal-ETIAS kollha, u li jieħdu 30 minuta biex jipproċessaw applikazzjoni waħda. Abbażi ta’ din is-suppożizzjoni, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom ikunu komposti minn total ta’ 381 persuna. Dan il-persunal jiġi ingaġġat erba’ xhur qabel jibdew l-operazzjonijiet.

Il-pjanta ta’ distribuzzjoni għall-operazzjonijiet għandha tkun definita waqt id-diskussjonijiet dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss u skont ir-Regolament propost dwar l-ETIAS.

3.1.2.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani

3.1.2.1.Eu-LISA: Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD)

Uffiċjali (Gradi AST)

Persunal ikkuntrattat

0,700

0,875

1,746

2,630

2,630

2,630

2,630

2,630

2,630

2,630

21,731

Persunal temporanju

0,938

0,938

0,938

0,938

0,938

0,938

0,938

0,938

0,938

0,938

9,380

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

1,638

1,813

2,684

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

3,568

31,111

Ir-reklutaġġ tas-seba' aġenti temporanji u l-għaxar aġenti kuntrattwali (l-esperti tekniċi) huwa ppjanat għal Jannar 2018. Il-persunal kollu jrid ikun disponibbli mill-bidu tal-2018 sabiex ikun jista’ jibda l-perjodu ta' żvilupp ta' tliet snin fi żmien xieraq bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-ETIAS tibda topera fl-2021. Ir-riżorsi se jkunu ddedikati għall-ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratti kif ukoll għall-iżvilupp u l-ittestjar tas-sistema.

L-istima tal-persunal meħtieġ hija ppreżentata fit-tabella hawn taħt abbażi tal-estimi tal-istudju ta’ fattibbiltà.



Persunal addizzjonali tal-eu-LISA għall-ETIAS

2018

2019

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Tip

Żvilupp

Operazzjonijiet

10 Esperti tekniċi:

- Arkitett tas-Soluzzjonijiet (x1)

- Arkitett tas-Sistemi (x 1)

- Arkitett SOA (x 1)

- Disinjatur tal-bażijiet tad-dejta (x 1)

- Amministratur tal-applikazzjonijiet (x2)

- Amministratur tas-sistemi (x 1)

- Amministratur tan-netwerks (x 1)

- Uffiċjal tas-Sigurtà (x2)

10

10

10

10

10

10

10

10

10

10

Aġenti Kuntrattwali

Ittestjar

0

2,5

5

5

5

5

5

5

5

5

Aġenti Kuntrattwali

Appoġġ tal-Helpdesk (l-ewwel linja, meqjus il-fattur ta’ ħidma ta' 24 siegħa kuljum, li jfisser li post wieħed jeħtieġ ħames persuni)

0

0

5

10

10

10

10

10

10

10

Aġenti Kuntrattwali

Operaturi li jżommu taħt monitoraġġ is-Sistema Ċentrali (meqjus il-fattur ta’ ħidma ta' 24 siegħa kuljum)

0

0

5

10

10

10

10

10

10

10

Aġenti Kuntrattwali

Subtotal tal-Aġenti Kuntrattwali

10

12,5

25

35

35

35

35

35

35

35

(83% tat-total)

Ġestjoni tal-programmi/proġetti

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

Aġenti Temporanji

Ġestjoni tal-kuntratti

2

2

2

2

2

2

2

2

2

2

Aġenti Temporanji

Garanzija tal-kwalità

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

Aġenti Temporanji

Subtotal tal-Aġenti Temporanji

7

7

7

7

7

7

7

7

7

7

(17% tat-total)

TOTAL

17

19,5

32

42

42

42

42

42

42

42

L-aġenti kollha

Il-livelli tal-persunal jidhru għoljin iżda jieħdu inkonsiderazzjoni li s-sistema tal-ETIAS tinkludi moduli differenti (is-sit web għall-vjaġġaturi, il-bażi ta' dejta bl-applikazzjonijiet, il-magna tal-iskrinjar, iżda wkoll is-sistema għall-immaniġġjar tal-komunikazzjoni mat-trasportaturi u mat-timijiet tal-Istati Membri). Għaldaqstant, l-ETIAS trid tkun sigura ferm u jkollha disponibbiltà għolja. Dawn ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jżidu l-livell tal-persunal ferm lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal sistema għal skopijiet kummerċjali.

Il-persunal tal-eu-LISA għall-ittestjar se jiġi ingaġġat matul it-tieni sena ta’ żvilupp. Il-profili għall-appoġġ ta' 24 siegħa kuljum u għall-monitoraġġ tas-sistema se jiġu ingaġġati sitt xhur qabel ma l-ETIAS tibda topera.



3.1.2.2.EBCGA: Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

Uffiċjali (Grad AD)

165,045

Uffiċjali (Grad AST)

Persunal ikkuntrattat

4,710

16,011

16,011

16,011

16,011

16,011

16,332

16,921

118,018

Persunal temporanju

2,692

6,304

6,304

6,304

6,304

6,304

6,357

6,458

47,027

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

7,402

22,315

22,315

22,315

22,315

22,315

22,689

23,379

165,045

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq jikkorrispondu għan-numri ta’ membri tal-persunal li ġejjin 22 .

Persunal tal-EBCGA

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Tip

Il-persunal li se jipproċessa l-applikazzjonijiet tal-ETIAS manwalment (FTEs)

64

192

192

192

192

192

196

203

Aġenti Kuntrattwali

Persunal ta’ appoġġ tal-helpdesk għall-vjaġġaturi (FTEs)

3

10

10

10

10

10

10

10

Aġenti Kuntrattwali

Subtotal ta' Aġenti Kuntrattwali

67

202

202

202

202

202

206

213

Persunal maniġerjali tal-Unità Ċentrali (FTEs)

10

20

20

20

20

20

21

21

Aġenti Temporanji

Persunal ta’ appoġġ (l-UPD, il-konsulenza legali, l-awditjar, il-monitoraġġ, ir-riżorsi umani, l-akkwist pubbliku, il-finanzi, is-sostenn għall-IT eċċ.) (FTEs)

10

20

20

20

20

20

20

20

Aġenti Temporanji

Subtotal tal-Aġenti Temporanji

20

40

40

40

40

40

41

41

In-numru TOTALI ta’ membri tal-persunal għas-CMPE (FTEs)

87

242

242

242

242

242

247

254

Fl-2020 (is-sena qabel jibdew l-operazzjonijiet), in-numru ta’ FTEs huwa ekwivalenti għan-numru ta’ ħaddiema fl-2021 ingaġġati ftit xhur qabel it-tnedija tas-sistema. Wieħed jassumi li l-persunal li se jipproċessa l-applikazzjonijiet tal-ETIAS manwalment u l-persunal ta’ appoġġ tal-helpdesk se jiġu ingaġġati erba’ xhur qabel, filwaqt li l-persunal maniġerjali u ta’ appoġġ se jiġi ingaġġat sitt xhur qabel.

L-għadd ta’ persunal li se jipproċessa l-applikazzjonijiet tal-ETIAS fl-Unità Ċentrali huwa definit abbażi tas-suppożizzjoni li 5% tal-applikazzjonijiet kollha se jkunu pproċessati manwalment u li l-ipproċessar ta’ applikazzjoni waħda għandu jieħu 10 minuti (fi kliem ieħor 48 applikazzjoni pproċessati manwalment minn persuna f’ġurnata ta’ xogħol). L-ipproċessar manwali fl-Unità Ċentrali jrid jiġi assigurat 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa peress li l-Unità Ċentrali trid tlesti l-eżami manwali f’ħin massimu ta’ 12-il siegħa minn meta tirċievi l-fajl tal-applikazzjoni. Għaldaqstant, dejjem se jkun hemm tim ta’ persuni, minn 35 sa 40 persuna, li jipproċessaw manwalment l-applikazzjonijiet.

L-għadd stmat ta’ vjaġġaturi eżenti mill-viża li jżuru ż-żona Schengen matul il-perjodu 2021-2027 u li jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar ivarja minn 40,6 miljun vjaġġatur fl-2021 sa 50,5 miljun vjaġġatur fl-2027. L-għadd ta’ persunal li se jipproċessa l-applikazzjonijiet manwalment ivarja skont dan. Pereżempju, abbażi ta’ 48 applikazzjoni għal kull persuna kuljum, u 220 jum ta' xogħol fis-sena, il-192 FTE stmati għall-2021 ikunu jistgħu jipproċessaw madwar żewġ miljun applikazzjoni, li jikkorrispondu għal 5% tal-applikazzjonijiet kollha f’dik is-sena.

It-tim ta’ appoġġ tal-Helpdesk għall-vjaġġaturi huwa definit abbażi tas-suppożizzjoni li 0,5 % tal-applikazzjonijiet kollha se jinkludu talbiet/mistoqsijiet lit-tim tal-helpdesk u li sabiex iwieġbu għat-talba għandhom jieħdu ħames minuti. Din il-funzjoni trid tiġi żgurata fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum.

Il-persunal ta’ appoġġ se jkun responsabbli għall-funzjonijiet li ġejjin:

il-protezzjoni tad-dejta (2 impjegati);

il-monitoraġġ tal-fajls tal-applikazzjonijiet u tad-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali (2);

il-koordinazzjoni mal-Unitajiet Nazzjonali u l-appoġġ lill-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS (3);

id-definizzjoni, l-ittestjar, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-indikaturi tar-riskji speċifiċi u r-regoli tal-iskrinjar (3);

it-twettiq ta’ awditi regolari fuq l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-iskrinjar inkluża valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali (2);

l-appoġġ tal-IT fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum għat-tim li jipproċessa l-applikazzjonijiet tal-ETIAS (6);

it-tħejjija tal-istatistika u r-rapporti (2).

Peress li dejjem se jkun hemm tim ta’ 35 sa 40 persuna li jipproċessaw manwalment l-applikazzjonijiet kif ukoll helpdesk għall-applikanti, il-preżenza tal-persunal maniġerjali ukoll se tkun meħtieġa 24 siegħa kuljum, il-ġimgħa kollha. Żewġ kapijiet tat-tim u kap tal-unità jkollhom ikunu preżenti b’mod permanenti (15-il impjegat). Persunal maniġerjali jkun meħtieġ ukoll biex jiżgura l-funzjonijiet li ġejjin: il-kap tal-Unità Ċentrali, il-kap tat-tim tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, il-kap tat-tim ta’ appoġġ tal-helpdesk għall-vjaġġaturi, il-kap tat-tim ta’ appoġġ, il-kap tat-tim għall-appoġġ tal-IT.

L-istimi tan-numru ta’ persunal meħtieġ huma bbażati fuq l-istudju ta’ fattibbiltà li sar qabel il-proposta u huma stess huma bbażati fuq valuri ta’ referenza minn sistemi u ambjenti simili.


3.1.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.1.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani DĠ HOME

0,402

0,402

0,402

0,536

0,536

0,134

0,134

0,134

0,134

0,134

2,948

Nefqa amministrattiva oħra

0,323

0,323

0,323

0,323

0,323

0,200

0,200

0,200

0,200

0,200

2,615

Subtotal għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,725

0,725

0,725

0,859

0,859

0,334

0,334

0,334

0,334

0,334

5,563

Barra mill-INTESTATURA 5 23
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Subtotal 

barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,725

0,725

0,725

0,859

0,859

0,334

0,334

0,334

0,334

0,334

5,563

Il-persunal se jieħu ħsieb:

il-ġestjoni tal-programmi nazzjonali tal-Fond għas-Sigurtà Interna-Fruntieri u l-kuntatt mal-Bord tal-Iskrinjar sabiex jimplimenta l-proposta b’mod xieraq (tliet FTEs mill-2018 sal-2022).

il-ġestjoni tad-dħul tal-ETIAS (FTE wieħed mill-2021 sal-2027).

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DG li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riassenjati ġewwa d-DĠ, flimkien ma', jekk ikun hemm bżonn, kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.

Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

◻ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.

⌧Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

• Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (l-uffiċjali u l-persunal temporanju)

18 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) - DĠ HOME

3

3

3

4

4

1

1

1

1

1

22

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’Unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 24

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  25

- fil-Kwartieri Ġenerali

(1)

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

3

3

3

4

4

1

1

1

1

1

22

18 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà jkun ġie riallokat fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju ta' DĠ HOME

Il-persunal se jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-programmi nazzjonali tal-Fond għas-Sigurtà Interna-Fruntieri u l-kuntatti mal-Bord tal-Iskrinjar sabiex jimplimenta l-proposta b’mod xieraq, kif ukoll il-ġestjoni tad-dħul tal-ETIAS.

3.1.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali:

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva se tirrikjedi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Ir-Regolament dwar il-fruntieri FSI huwa l-istrument finanzjarju fejn ġie inkluż il-baġit għall-implimentazzjoni tal-pakkett tal-fruntieri intelliġenti.

Fl-Artikolu 5 hemm previst li EUR 791 miljun jiġu implimentati permezz ta’ programm għat-twaqqif ta’ sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15. Minn dawn is-EUR 791 miljun, EUR 480 miljun huma riservati għall-iżvilupp tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ. Il-bqija, EUR 311-il miljun, se jintużaw għall-ETIAS.

3.1.5.Kontribuzzjonijiet tal-partijiet terzi

⌧ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

- Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Approprjazzjonijiet TOTALI kkofinanzjati




3.2.L-impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 26

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Artikolu 6313

– kontribuzzjoni tal-pajjiżi assoċjati ma' Schengen (CH, NO, LI, IS)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Artikolu 6600

- dħul mill-miżati

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

18.02.01.03 (Fruntieri Intelliġenti), 18.0207 (eu-LISA) u 18.0203 (EBCG)

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Il-baġit għandu jinkludi kontribut mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac kif stabbilit fi ftehimiet rispettivi.

Il-baġit għandu jinkludi wkoll id-dħul iġġenerat mill-ħlas ta’ tariffa mill-applikanti għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar. Il-proposta tal-ETIAS tistabbilixxi tariffa ta’ EUR 5. L-applikanti taħt l-età ta’ 18-il sena ma jkunux meħtieġa jħallsu din it-tariffa. L-applikanti li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt tal-moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma għandhomx karta ta’ residenza wkoll ma jkunux meħtieġa jħallsu din it-tariffa. Huwa stmat li minn 15 % sa 20 % tal-applikazzjonijiet ikunu eżenti mit-tariffa. L-għadd stmat ta’ vjaġġaturi eżenti mill-viża li jżuru ż-żona Schengen matul il-perjodu 2021-2027 u li jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar ivarja minn 40,6 miljun vjaġġatur fl-2021 sa 50,5 miljun vjaġġatur fl-2027. Dawn l-istimi huma bbażati fuq l-istatistika disponibbli fl-Istudju Tekniku dwar il-Fruntieri Intelliġenti 27 . Madankollu, il-proposta tipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni u miżuri ta' tranżizzjoni li jaffettwaw id-dħul. Jekk wieħed iqis dawn l-elementi, mhuwiex possibbli li jingħataw estimi affidabbli rigward in-numru ta’ applikazzjonijiet li għalihom tkun trid titħallas tariffa u, għaldaqstant, id-dħul mistenni ma jistax ikun stmat b’mod affidabbli.

(1) ABM (Activity-Based Management): ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB (Activity-Based Budgeting): baġit ibbażat fuq l-attività.
(2) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(3) Ta’ min jinnota hawnhekk li l-pussess ta’ passaport elettroniku normalment huwa prekondizzjoni biex wieħed jidħol fi skema ta’ eżenzjoni mill-viża.
(4) COM(2016) 205 final.
(5) COM(2016) 602 final.
(6) Diskors disponibbli fuq: http://europa.eu/rapid/press-release_SPEECH-16-3043_mt.htm  
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE.
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. L-Artikolu 1.3 “L-Aġenzija tista’ wkoll tkun responsabbli għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2, biss jekk dan ikun previst mill-istrumenti leġiżlattivi rilevanti...”.
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE.
(10) COM(2010) 93 tad-19 ta' Marzu 2010.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/GAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra ur-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS).
(12) Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(13) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(14) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(15) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(16) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(17) Il-persunal fl-2020 u fis-snin ta’ wara huwa indikattiv u jrid jiġi vvalutat mill-ġdid kemm jekk ikun miżjud mal-previżjoni tal-persunal tal-EBCG stipulat f’COM(2015) 671 kif ukoll jekk le.
(18) L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (pereż.: numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, numru ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).
(19) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”.
(20) L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (pereż.: l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, numru ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).
(21) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”.
(22) Il-persunal fl-2020 u fis-snin ta’ wara huwa indikattiv u jrid jiġi vvalutat kemm jekk ikun miżjud mal-previżjoni tal-persunal tal-EBCG stipulata f’COM(2015) 671 kif ukoll jekk le. 
(23) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (il-linji “BA” preċedenti), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.
(24) AC = Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(25) Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi (il-linji 'BA' preċedenti).
(26) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
(27) Studju Tekniku dwar il-Fruntieri Intelliġenti, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ HOME, 2014. http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/smart-borders/index_en.htm