Brussell, 14.9.2016

COM(2016) 597 final

2016/0276(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

{SWD(2016) 297 final}
{SWD(2016) 298 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa f’Novembru 2014, il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-PDG jikber bir-rata ta' 2 % fl-2015. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017 għalkemm għadu taħt livelli storiċi.

1 Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" li jiddeskrivi fil-qasir il-kisbiet tal-Pjan ta' Investiment sa issa u l-passi ppjanati li jmiss, inkluż l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) lil hinn mill-perjodu inizjali tiegħu ta' tliet snin, iż-żieda fit-tieqa għall-SMEs fil-qafas attwali u t-titjib tal-EIAH. Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li "l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, b'mod partikolari l-FEIS, diġà ta riżultati konkreti u huwa pass ewlieni biex jgħin jimmobilizza l-investiment privat, filwaqt li jagħmel użu intelliġenti minn riżorsi baġitarji skarsi. Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposti dwar il-futur tal-FEIS, li jeħtieġ li jiġu eżaminati bħala kwistjoni ta' urġenza mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill".

Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Minħabba s-suċċess tiegħu, il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika ppreżentata llum tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Il-proposta hija konsistenti mar-reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju li l-Kummissjoni qed tipproponi fl-istess ħin sabiex twaqqaf qafas robust għall-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni, sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, tistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità. F'dan il-kuntest, illum il-Kummissjoni adottat proposta biex tiffaċilita l-kontribuzzjonijiet fil-livell tal-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS billi tipprovdi l-possibiltà li Stati Membri jittrasferixxu riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) allokati lilhom fl-implimentazzjoni komuni sabiex ikomplu jsaħħu l-FEIS.

Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku jkompli f'livell sostenibbli.

Mit-tnedija tiegħu sena ilu, il-FEIS, implimentat u kosponsorjat mis-sieħeb strateġiku tal-Kummissjoni għall-investimenti, il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), huwa fit-triq it-tajba biex iwettaq l-objettiv li jimmobilizza tal-anqas EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018 filwaqt li jipprova jimmassimizza l-kontribuzzjonijiet tas-settur privat. L-assorbiment mis-suq kien partikolarment mgħaġġel fl-ambitu tat-tieqa għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni. Sabiex jiġi żgurat li finanzjament suffiċjenti jkun disponibbli biex ikompli jiġi pprovdut finanzjament lill-SMEs bl-appoġġ tal-FEIS, f'Lulju 2016 it-Tieqa għall-SMEs ġiet miżjuda b'EUR 500 miljun fil-parametri eżistenti tar-Regolament (UE) 2015/1017. Il-proġetti approvati mill-Grupp tal-BEI sa Lulju 2016 għal kopertura taħt l-FEIS huma mistennija li jimmobilizzaw EUR 115,7 biljun f'investimenti totali f'26 Stat Membru u li jappoġġaw xi 200 000 SMEs, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi fil-futur inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ, it-tkabbir u l-kompetittività. Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH - European Investment Advisory Hub) u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (PEPI) ukoll kellhom bidu pożittiv. L-EIAH diġà indirizza xi 230 talba minn 27 Stat Membru u l-PEPI diġà ppubblika aktar minn 100 proġett ta' investiment mit-tnedija tiegħu fl-1 ta' Ġunju 2016, filwaqt li ppermetta lill-investituri jaċċessaw opportunitajiet ta' investiment fl-Ewropa kollha b'mod immedjat.

Bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-ambjent tal-investiment fl-Ewropa, il-Kummissjoni ppreżentat għadd ta’ inizjattivi biex tgħin tappoġġa l-investiment u tiffaċilita l-finanzjament tal-ekonomija reali, bħat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet ta’ kapital għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fir-rigward tal-investimenti fl-infrastruttura u tal-adozzjoni ta' gwida prattika għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura. Barra minn hekk, l-Unjoni tal-Enerġija, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, is-Suq Uniku u l-Istrateġiji tas-Suq Uniku Diġitali u l-pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari kollha jinkludu miżuri speċifiċi li se jneħħu l-ostakli konkreti u se jtejbu aktar l-ambjent għall-investiment, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ. Pereżempju, il-proposti li ġejjin relatati mas-suq intern tal-elettriku, l-enerġija rinnovabbli u l-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija se joħolqu aktar ċarezza regolatorja fit-tul u stabbiltà, filwaqt li jippermettu l-investimenti fis-settur tal-enerġija. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-BEI sar mexxej globali fil-ħruġ ta' bonds ħodor biex jgħin jiffinanzja proġetti sostenibbli. L-Unjoni tas-Swieq Kapitali se tgħin biex tneħħi l-ostakli finanzjarji għall-investiment, l-Istrateġija għal Suq Uniku se tikkontribwixxi għal swieq tal-akkwist pubbliku aktar effiċjenti, u l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġital se ttejjeb iċ-ċertezza regolatorja fis-suq diġitali.

Il-finanzjament fil-FEIS ma jissostitwixxix il-ħtieġa li l-Istati Membri li jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex ineħħu l-ostakli għall-investiment identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, f'oqsma bħall-insolvenza, l-akkwist pubbliku, is-sistemi ġudizzjarji u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika jew tar-regolamenti speċifiċi għas-settur. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi għal riformi fil-qasam tal-investiment. Dawn ir-riformi huma kundizzjoni meħtieġa biex isostnu u jżidu l-livelli ta' investiment fl-Istati Membri.

Il-momentum pożittiv iġġenerat mill-Pjan ta' Investiment għandu jinżamm u jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa' lura għax-xejra sostenibbli fid-durata tiegħu. Il-mekkaniżmi għal Pjan ta' Investiment jaħdmu u jeħtieġ li jiġu rinforzati biex titkompla l-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati f'setturi importanti għall-futur tal-Ewropa u fejn għad hemm sitwazzjonijiet ta' fallimenti tas-suq jew ta' investimenti subottimali. L-għan tal-FEIS jibqa' dak li jappoġġa l-investimenti li ma setgħux jitwettqu fl-istess perjodu jew sal-istess ammont mill-BEI, mill-FEI jew taħt strumenti finanzjarji tal-Unjoni mingħajr l-appoġġ tal-FEIS.

Konformi mal-perjodu ta' investiment inizjali, l-investiment privat jeħtieġ li jiġi attirat kemm jista' jkun possibbli, u l-SMEs se jkunu l-benefiċjarju ewlieni tal-appoġġ previst skont din il-proposta. Se tingħata wkoll attenzjoni partikolari għal proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. L-estensjoni tad-durata tal-FEIS mhux biss se tippermetti l-estenjoni ta' skema b'suċċess, hija se tgħaddi wkoll messaġġ importanti lil promoturi ta' proġetti u tinkoraġġihom iressqu proġetti lill-BEI.

Element ewlieni tal-proposta huwarinforz ulterjuri tal-addizzjonalità tal-proġetti appoġġati fil-qafas tal-FEIS. Kompla ġie ċċarat li l-proġetti fil-qafas tal-FEIS jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u lakuni fis-suq, bħala parti mill-kriterji ta' eliġibbiltà. Fid-dawl tal-importanza tagħhom għall-Ewropa, proġetti ta' infrastruttura transfruntiera, inluż servizzi relatati, ġew identifikati speċifikament bħala li jipprovdu l-addizzjonalità.

Lil hinn mill-estensjoni tad-durata tal-FEIS, il-proposta tipprevedi għadd ta' titjib tekniku għall-FEIS u l-EIAH, biex b'hekk tinkorpora t-tagħlimiet meħuda fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-FEIS.

Objettiv importanti tal-proposta huwa li jiġi infurzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni ta' tranżizzjoni. F'dan ir-rigward, kombinament aktar faċli ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni bħall-FSIE, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mal-appoġġ tal-FEIS huuwa element ewlieni u jikkontribwixxi biex jiġi mobilizzat investiment addizzjonali tas-settur privat. B'mod parallel, illum il-Kummissjoni adottat proposta mmirata biex tissimplifika r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni sabiex tiffaċilita tali kombinament. F'dan il-kuntest, ikun xieraq li jiġi permess li l-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' assigurazzjoni relatati ma' operazzjonijiet li jibbenefikaw minn appoġġ tal-FEIS ikunu jistgħu jintużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti korrispondenti fl-ambitu ta' finanzjament ieħor tal-UE għall-istess proġett sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri u tinkiseb aktar effiċjenza.

L-appoġġ għal reġjuni anqas żviluppati u għal reġjuni fi tranżizzjoni fl-Ewropa huwa mkabbar permezz ta' referenza espliċita għal kull industrija li kieku ma kinitx tkun koperta b'objettivi ġenerali. Barra minn hekk, investimenti bl-appoġġ tal-FEIS f'awtostradi li b'mod ġenerali għandhom jiġu evitati jiġu permessi f'pajjiżi tal-koeżjoni fl-ambitu ta' ċerti kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li l-FEIS jiġi ffokat aħjar fuq il-prijoritajiet politiċi tal-UE fir-rigward ta' tibdil fil-klima, pereżempju billi tiġi stabbilita mira minima għal proġetti li ma jagħmlux ħsara lill-klima u billi l-appoġġ għal awtostradi jiġi ristrett għal dawk biss li jinvolvu investiment privat f'pajjiżi ta' koeżjoni jew fi proġetti ta' transport transfruntier li jinvolvu tal-anqas pajjiż wieħed ta' koeżjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li tuża parti mill-baġit tal-Unjoni, bħal dak disponibbli fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, fil-forma ta' għotjiet għal taħlit mal-FEIS. L-użu kkombinat ta' għotjiet u l-FEIS se jgħin biex il-proġetti jsiru ekonomikament u finanzjarment vijabbli, biex b'hekk itejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati. Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat l-effett multiplikatur ekonomiku sinifikanti li l-investimenti fis-settur tad-difiża għandhom f'termini ta' ħolqien ta' spin-offs u trasferiment tat-teknoloġija għal setturi oħra, kif ukoll il-ħolqien ta' impjiegi, ikun xieraq li wieħed jikkunsidra li jinkludi proġetti ta' investiment relatati mad-difiża fil-FEIS u biex għalhekk tiġi kkunsidrata l-modifikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbilta li jwasslu għal politika ta' self tal-BEI għal dak il-għan.

Għall-EIAH, il-proposta tipprevedi servizzi ta' assistenza aktar mmirati għal proġetti li jinvolvu diversi Stati Membri, proġetti li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi tal-COP21 u għall-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, bħal Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, permezz tal-FEIS. Dan l-appoġġ se jiffoka fuq il-ħtiġijiet mhux koperti adegwatament bl-arranġamenti attwali.

Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi li l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS, billi jappoġġa l-BEI biex joriġina proġetti fejn meħtieġ.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Fis-26 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, strateġija komprensiva biex tindirizza d-diskrepanza fl-investiment tal-Ewropa li rriżultat minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja. Il-proposta li l-FEIS jiġi estiż hija konsistenti bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam ta' politika, b'mod partikolari mal-FSIE u ma' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mmirati lejn investimenti fl-infrastruttura fl-Istati Membri. Il-kombinament ta' tali fondi mal-FEIS huwa possibbli u l-Kummissjoni qed tipproponi bidliet leġiżlattivi biex tkompli tiffaċilita tali kombinament.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti mal-prijoritajiet ta' politika ewlenin tal-UE bħall-oqfsa għall-klima u l-enerġija għall-2020, l-2030 u l-2050 u tikkontribwixxi għalihom, inkluż l-Unjoni tal-Enerġija u impenji li ttieħdu fil-konferenza tal-klima ta' Pariġi (COP21), il-pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija tal-Ewropa 2020, is-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-Istrateġija tas-Suq Uniku, iż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, l-Aġenda Ġdida tal-Ħiliet għall-Ewropa u prijoritajiet strateġiċi fit-tul oħrajn tal-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażijiet ġuridiċi għal din il-proposta huma l-Artikoli 172, 173, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din il-proposta tistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv meħtieġ biex l-FEIS jiġi estiż sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, kif ukoll għal bidliet tekniċi fl-EIAH.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

L-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar mill-Unjoni. Minħabba d-disparitajiet li jeżistu fil-kapaċità fiskali tal-Istati Membri biex jaġixxu, azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tikseb aħjar l-objettivi segwiti, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha. B'mod aktar speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni se tipprovdi għal ekonomiji ta' skala fl-użu ta' fondi tal-baġit tal-Unjoni kkombinati mal-finanzjament tal-Grupp tal-BEI billi jiġi katalizzat investiment privat fl-Unjoni kollha u jsir l-aħjar użu mill-Istituzzjonijiet Ewropej u l-kompetenzi u l-għarfien tagħhom għal dan il-għan. L-effett multiplikatur u l-impatt fil-post għaldaqstant se jkun ħafna akbar minn dak milħuq minn inizjattiva ta' investiment fi Stat Membru waħdu jew minn grupp ta' Stati Membri. Is-Suq Uniku tal-Unjoni, flimkien mal-fatt li mhu se jkun hemm l-ebda allokazzjoni għal proġett li hu speċifiku għal pajjiż jew għal settur, se jipprovdu attraenza akbar għall-investituri u inqas riskji aggregati.

Proporzjonalità

Il-proposta hija intiża li tkompli ssaħħaħ il-prospetti ta' tkabbir fit-tul tal-Ewropa billi jiġu mobilizzati fondi privati għal investimenti strateġiċi f'kuntest ta' riżorsi baġitarji skarsi. Hija ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi segwiti.

3.KONSULTAZZJONI TA' PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONIJIET

Wara li l-President Juncker ippreżenta l-Pjan ta' Investiment lill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Novembru 2014, il-Kunsill Ewropew appoġġa l-Pjan bil-komponenti kollha tiegħu f'Diċembru 2014, filwaqt li talab li dan jiġi implimentat malajr. Il-Grupp tal-BEI sema' t-talba tal-Kunsill Ewropew u minn Jannar 2015 beda attivitajiet ta' investiment skont il-Pjan. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sussegwentement adottaw il-qafas leġiżlattiv meħtieġ (ir-Regolament (UE) 2015/1017) b'veloċità eċċezzjonali f'Ġunju tal-2015. Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" li tiddeskrivi l-kisbiet tal-Pjan ta' Investiment sa issa u l-passi ppjanati li jmiss, inkluż l-estensjoni tad-durata tal-FEIS lil hinn mill-perjodu inizjali tiegħu ta' tliet snin, it-tkabbir tat-Tieqa għall-SMEs fil-qafas attwali u t-titjib tal-EIAH. Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonluda li "[…] il-FEIS diġà pprovda riżultati konkreti […]" u talab lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jeżaminaw il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-FEIS "bħala kwistjoni urġenti".

Bi tħejjija għal din il-proposta, il-Kummissjoni qagħdet fuq diskussjonijiet li seħħew regolarment fil-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew, kif ukoll il-Kunsill tal-Ministri. Il-proposta ġiet diskussa wkoll mal-Grupp tal-BEI u mar-rappreżentanti tas-settur pubbliku u ta' dak privat u r-rappreżentati ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi. Kien hemm laqgħa tal-partijiet ikkonċernati fis-7 ta' Settembru 2016.

Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw l-importanza ta' kriterji ta' kwalità robusti u aktar trasparenti fl-għażla ta' proġetti biex jiġu appoġġati mill-garanzija tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-provvediment tal-addizzjonalità. Barra minn hekk, sar appell għal kopertura ġeografika u settorjali aktar wiesgħa tal-FEIS, fejn għandha tingħata attenzjoni partikolari lil proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-COP21, kif ukoll lil proġetti li jinvolvu investimenti fl-infrastruttura f'diversi Stati Membri. Il-partijiet ikkonċernati talbu wkoll involviment aktar attiv tal-EIAH f'żoni speċifiċi, kif ukoll kapaċità aktar ġenerali biex jikkontribwixxu għall-ġenerazzjoni ta' proġetti fejn ikun meħtieġ. Din il-proposta tikkunsidra l-feedback irċevut.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kisbet għarfien addizzjonali importanti għall-estensjoni tad-durata tal-FEIS mill-evalwazzjoni tagħha meħtieġa skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017 dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-fond ta' garanzija.

Barra minn din l-evalwazzjoni interna, għadha għaddejja evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017, imwettqa minn esperti esterni. Huwa previst li din tkun lesta f'Novembru, sabiex il-kontenut ta' din l-evalwazzjoni jkun jista' jagħti informazzjoni għad-diskussjonijiet leġiżlattivi.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-garanzija tal-UE prevista għall-FEIS se tiżdied minn EUR 16-il biljun għal EUR 26 biljun. Mis-EUR 26 biljun, massimu ta' EUR 16-il biljun se jkunu disponibbli għal talbiet għal ħlas ta' garanzija qabel is-6 ta' Lulju 2018. Skont l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017 li takkompanja din il-proposta, il-provvediment tal-fond ta' garanzija tal-UE se jilħaq 35 % tat-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE sal-2020. Fl-istess ħin, sabiex tiġi pprovduta garanzija ta' EUR 26 biljun tul il-perjodu ta' investiment sħiħ, il-fond ta' garanzija jeħtieġ li jiżdied b'EUR 1,1 biljun, biex b'hekk jilħaq EUR 9,1 biljun bħala total.

Il-pagamenti fil-fond ta' garanzija se jammontaw għal EUR 500 miljun fl-2016, EUR 2,3 biljun fl-2017, EUR 1,6 biljun fl-2018, EUR 1,4 biljun fl-2019, EUR 2,0 biljun fl-2020, EUR 450 miljun fl-2021 u EUR 400 miljun fl-2022. L-approprjazzjonijiet ta' impenn se jammontaw għal EUR 1,35 biljun fl-2015, EUR 2,104 biljun fl-2016, EUR 2,641 biljun fl-2017, EUR 2,010 biljun fl-2018, EUR 167 miljun fl-2019 u EUR 378 miljun fl-2020. Il-provvediment progressiv tal-fond ta’ garanzija ma għandux joħloq riskji għall-baġit tal-UE matul l-ewwel snin, peress li s-sejħiet possibbli tal-garanzija relatati mat-telf imġarrab se jimmaterjalizzaw biss maż-żmien. Il-possibiltà għall-proponiment ta' miżuri eċċezzjonali, jekk dawn ikunu meħtieġa, ġiet rinforzata.

Bħalma huwa l-każ fl-attivitajiet kurrenti tal-BEI, il-benefiċjarji jintalbu jħallsu l-ikostijiet tal-operazzjonijiet tal-BEI fil-FEIS. Dawn l-operazzjonijiet u l-investiment tar-riżorsi tal-fond ta' garanzija tal-UE għandhom irendu dħul pożittiv nett, li attwalment huwa stmat li jammonta għal EUR 450 miljun u se jintużaw biex jibnu l-fond ta' garanzija. L-approprjazzjonijiet operazzjonali meħtieġa minn din il-proposta jridu jiġu kompletament iffinanzjati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. EUR 500 miljun għandhom jiġu riallokati fit-titolu 1A mill-istrumenti finanzjarji tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u EUR 150 miljun għandhom jiġu ffinanzjati mill-marġini mhux allokat.

Ir-riallokazzjoni mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa titlob emenda tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 1316/2013, kif inkluż fl-Artikolu 2 ta' din il-proposta.

Il-pakketti finanzjarji għas-settur tat-trasport u tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 5 għandhom jitnaqqsu b'rispettivament EUR 155 miljun u EUR 345 miljun.

Għal raġunijiet ta' konsistenza ġuridika, din l-emenda fl-Artikolu 2 tinkludi wkoll żieda fil-pakkett finanzjarju għas-settur tat-telekomunikazzjonijiet ta' EUR 50 miljun kif inkluża fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fir-rigward tal-promozzjoni tal-konnettività tal-Internet f'komunitajiet lokali 2 .

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar huma previsti b'mod adegwat fir-Regolament (UE) 2015/1017. Din il-proposta taġġusta l-evalwazzjoni u r-rappurtar biex tiġi kkunsidrata l-estensjoni tad-durata tal-perjodu ta' investiment.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2015/1017 tinkludi l-elementi prinċipali li ġejjin:

a) Finanzjament

L-estensjoni tad-durata tal-FEIS sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2020, bil-għan li tintlaħaq il-mira ta' mill-anqas EUR 500 biljun ta' investiment privat u pubbliku għall-perjodu ta' investiment sħiħ.

Iż-żieda tal-garanzija tal-UE għal EUR 26 biljun, li minnhom ammont massimu ta' EUR 16-il biljun ikunu disponibbli għal talbiet għal ħlas ta' garanzija qabel is-6 ta' Lulju 2018.

Aġġustament tar-rata fil-mira tal-fond ta' garanzija tal-UE għal 35 % mit-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE.

Iż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-BEI minn EUR 5 biljun għal EUR 7,5 biljun għall-perjodu ta' investiment sħiħ. Kemm din iż-żieda, kif ukoll id-distribuzzjoni tal-kontribuzzjoni tal-BEI bejn it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni u t-tieqa għall-SMSs huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-korpi relevanti tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-BEI.

Kontribuzzjoni oħra mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta' garanzija tal-UE għall-investimenti li għandhom isiru matul il-perjodu sħiħ ta' investiment permezz ta' trasferiment ta' EUR 500 miljun mill-pakkett disponibbli tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għal strumenti finanzjarji u EUR 150 miljun mill-marġini mhux allokat

Stima ta' EUR 450 miljun ta' introjtu nett pożittiv minn kostijiet li jintalbu lill-benefiċjarji u mill-investiment tar-riżorsi tal-fond ta' garanzija se jintużaw biex jibnu l-fond ta' garanzija.

b) Governanza u għażla tal-proġetti

It-titjib fl-addizzjonalità, fejn operazzjonijiet taħt l-FEIS għandhom jindirizzaw b'mod ċar nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali bħala parti mill-kriterji ta' eliġibbiltà. Il-proposta tinkludi wkoll definizzjoni aktar dettaljata tal-addizzjonalità u tikkunsidra l-proġetti fl-ambitu tat-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar biex jissodisfaw ir-rekwiżit ta' addizzjonalità minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud tal-Unjoni għoli.

Fokus addizzjonali fuq proġetti li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21). Il-proġetti prijoritarji tal-interkonnessjoni tal-enerġija u l-proġetti tal-effiċjenza enerġetika se jkunu dejjem aktar fil-mira. Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi li l-appoġġ tal-FEIS għal awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi ta' koeżjoni jew fi proġetti tat-trasport transfrunter li jinvolvu mill-anqas pajjiż ta' koeżjoni wieħed. Din il-proposta tipprevedi wkoll l-inklużjoni espliċita tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS. Barra minn hekk, sehem akbar ta' finanzjament se jiġi mmirat lejn l-SMEs minħabba d-domanda eċċezzjonali tas-suq għal finanzjament tal-SMEs fil-FEIS. 40 % miż-żieda tal-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS għandha tkun immirata lejn iż-żieda tal-aċċess għal finanzjament għall-SMEs.

Iż-żieda fit-trasparenza permezz tal-obbligu li l-Kumitat tal-Investiment jispjega d-deċiżjonijiet tiegħu, li jsiru pubbliċi u aċċessibbli, ir-raġunijiet għaliex jikkunsidra li ċerta operazzjoni għandha tingħata l-garanzija tal-UE u permezz tal-pubblikazzjoni ta' tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi ladarba tiġi ffirmata l-operazzjoni fil-garanzija tal-UE. Din il-proposta tinkludi wkoll l-obbligu li l-BEI u l-FEI jinformaw lill-benefiċjarji finali, inklużi l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS.

L-aġġustamenti u r-rinforzar ta' dispozzjonijiet li jirrigwardaw il-konformità mal-prinċipji tal-Unjoni dwar governanza fiskali tajba sabiex jipprovdu għall-iżviluppi ta' politika riċenti f'dan il-qasam.

Kjarifiki tekniċi limitati fir-rigward ta': (i) il-kontenut tal-ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI dwar il-ġestjoni tal-FEIS u dwar l-għoti ta' garanzija tal-UE u dwar l-istrumenti koperti, b'mod partikolari l-finanzjament subordinat, u (ii) il-kopertura ta' telf minħabba flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju f'ċerti sitwazzjonijiet.

c) Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

Servizzi ta' assistenza teknika aktar immirati għal proġetti li jinvolvu diversi Stati Membri, għal proġetti li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-COP21, għal infrastrutturi diġitali u għall-kombinament ta' sorsi oħra ta' fondi tal-Unjoni mal-FEIS. Dan l-appoġġ se jiffoka fuq il-ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat mill-arranġamenti attwali. Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi li l-EIAH għandu jikkontribwixxi b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS.

2016/0276 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 172 u 173, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 182(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa f’Novembru 2014 3 , il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-Prodott Domestiku Gross jikber bi 2 % fl-2015. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017, għalkemm għadu taħt livelli storiċi.

(2)Dan il-momentum pożittiv għandu jinżamm u jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa' lura għax-xejra sostenibbli tiegħu fit-tul ta' żmien. Il-mekkaniżmi għal Pjan ta' Investiment jiffunzjonaw u jeħtieġ li jiġu rinforzati biex titkompla l-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati f'setturi importanti għall-futur tal-Ewropa u fejn għad hemm sitwazzjonijiet ta' fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali.

(3)Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" li tiddeskrivi l-kisbiet tal-Pjan ta' Investiment sa issa u l-passi ppjanati li jmiss, inkluż l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) lil hinn mill-perjodu inizjali tiegħu ta' tliet snin, it-tkabbir tat-Tieqa għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SME) fil-qafas attwali u t-titjib taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH).

(4)Il-FEIS, li ġie implimentat u kosponsorjat mill-Grupp tal-BEI, huwa fit-triq it-tajba biex iwettaq l-objettiv li jimmobilizza tal-anqas EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018. L-assorbiment mis-suq kien partikolarment mgħaġġel fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs, fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni. F'Lulju 2016, it-Tieqa għall-SMEs b'hekk ġiet imsaħħa b'EUR 500 miljun fil-parametri attwali tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Sehem akbar ta' finanzjament għandu jiġi mmirat lejn l-SMEs minħabba d-domanda tas-suq eċċezzjonali għal finanzjament tal-SMEs taħt il-FEIS. 40 % taż-żieda fil-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS għandhom ikunu mmirati biex jiżdied l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs.

(5)Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), diġà ta riżultati konkreti u huwa pass ewlieni biex jgħin jimmobilizza l-investiment privat filwaqt li jagħmel użu intelliġenti minn riżorsi baġitarji skarsi. Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposti dwar il-futur tal-FEIS, li jeħtieġ li jiġu eżaminati bħala kwistjoni ta' urġenza mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill".

(6)Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Minħabba s-suċċess tiegħu, il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

(7)Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku se jkompli f'livell sostenibbli.

(8)Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

(9)L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

(10)Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli.

(11)Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

(12)Għall-perjodu sħiħ ta' investiment, jeħtieġ li l-Unjoni tipprovdi garanzija tal-Unjoni (il-"garanzija tal-UE") li ma għandhiex, f'xi żmien, taqbeż EUR 26 000 000 000 sabiex tippermetti li l-FEIS jappoġġa l-investimenti, li minnhom jeħtieġ li massimu ta' EUR 16 000 000 000 jkunu disponibbli qabel is-6 ta' Lulju 2018.

(13)Huwa mistenni li meta l-garanzija tkun ikkombinata mal-EUR 7 500 000 000 li għandhom jiġu pprovduti mill-BEI, l-appoġġ tal-FEIS għandu jiġġenera EUR 100 000 000 000 f'investiment addizzjonali mill-BEI u l-FEI. L-ammont ta' EUR 100 000 000 000 appoġġati mill-FEIS huma mistennija jiġġeneraw mill-anqas EUR 500 000 000 000 f'investiment addizzjonali fl-ekonomija reali sa tmiem l-2020.

(14)Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta' garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, jeħtieġ li jsir trasferiment mill-envelop disponibbli tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), previst fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 . Barra minn hekk, jeħtieġ li EUR 1 145 797 000 ta' approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF lejn il-parti tal-għotja tas-CEF bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tħallit mal-FEIS jew ma' strumenti rilevanti oħra, b'mod partikolari dawk dedikati għall-effiċjenza enerġetika.

(15)Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġati mill-FEIS, l-ammont immirat tal-fond ta' garanzija għandu jinġieb għal 35 % tat-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni.

(16)Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament tal-UE taħt l-FEIS li hija mistennija tkompli, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS għandha tittejjeb. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda.

(17)Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

(18)Bil-għan li tittejb it-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-FEIS, il-Kumitat tal-Investiment jeħtieġ li fid-deċiżjonijiet tiegħu , li jkunu disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli, jispjega r-raġunijiet għaliex huwa jqis li operazzjoni għandha tingħata garanzija tal-UE, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Jeħtieġ li t-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tkun disponibbli għall-pubbliku ladarba tiġi ffirmata operazzjoni taħt il-garanzija tal-UE.

(19)L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jeħtieġ li jaderixxu mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

(20)Barra minn hekk, ikun adegwat li jsiru ċerti kjarifiki tekniċi fir-rigward tal-kontenut tal-ftehim dwar il-ġestjoni tal-FEIS u dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE u dwar l-istrumenti koperti minnha, inkluż il-kopertura għar-riskju tar-rata tal-kambju kurrenti f'ċerti sitwazzjonijiet. Il-ftehim mal-BEI dwar il-ġestjoni tal-FEIS u dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE jeħtieġ li jkun adatt f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(21)Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

(22)Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 għandhom għalhekk jiġu emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 huwa emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 4(2) huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(ii)    l-ammont, li ma jkunx inferjuri għal EUR 7 500 000 000 f’garanziji jew flus, u t-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi pprovduta mill-BEI permezz tal-FEIS;";

(b)fil-punt (c), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:

"(i)    konformi mal-Artikolu 11, ir-regoli dettaljati dwar il-provvediment tal-garanzija tal-UE, inkluż l-arranġamenti tagħha dwar il-kopertura, il-kopertura definita tagħha ta' portafolli ta' tipi speċifiċi ta' strumenti u l-avvenimenti rispettivi li jiskattaw il-possibbiltà ta' talbiet għall-garanzija tal-UE;";

(2)Fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f'attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu wkoll ikunu sostnuti mill-FEIS jekk l-użu tal-garanzija tal-UE ikun mitlub jiżgura addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-proġetti apoġġati mill-FEIS li jikkonsistu f'infrastruttura fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar jew mill-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew mis-servizzi marbut ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.";

(3)Fl-Artikolu 6(1), il-kliem tad-dħul huma mibdula b’li ġej:

"Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS jagħti appoġġlil proġetti li jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li:";

(4)L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 8 qed jiġi emendat kif ġej:

(i)il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

"(e)    l-azzjoni klimatika, il-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;";

(ii)jiżdied il-punt (l) li ġej:

"(l)    l-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura.";

(b)fil-paragrafu 10, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Kull membru tal-Kumitat tal-Investiment għandu jikkomunika bla dewmien lill-Bord ta' Tmexxija, lid-Direttur Maniġerjali u lill-Viċi Direttur Maniġerjali l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li ma hemm ebda konflitt ta' interess.";

(c)fil-paragrafu 11, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli li jinforma lill-Bord ta' Tmexxija dwar kull ksur li jsir jaf bih u jipproponi azzjoni adegwata.";

(d)Fil-paragrafu 12, it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

"Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.";

(5)L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu l-punti (h) u (i) li ġejjin:

"(h)    l-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura;

(i)    għal reġjuni inqas żviluppati u reġjuni fi tranżizzjoni kif elenkati rispettivament fl-Anness I u l-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE 5 , industrija u servizzi oħra eliġibbli għal appoġġ mill-BEI.";

(b)fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b'komponenti li jikkontribwixxiu għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.";

(c)il-paragrafu 3 qed jinbidel b’dan li ġej:

"3.    Il-perjodu ta' investiment li matulu tista' tingħata l-garanzija tal-UE biex ikunu sostnuti operazzjonijiet finanzjarji u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament għandu jibqa' fis-seħħ sa:

(a)    il-31 ta’ Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-BEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-BEI u l-benefiċjarju jew intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2022;

(b)    il-31 ta’ Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-FEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-FEI u l-intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2022.";

(d)jitħassar il-paragrafu 4.;

(6)fl-Artikolu 10(2), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"(a)self, garanziji, kontrogaranziji, strumenti tas-suq tal-kapital, jew kwalunkwe forma oħra ta' finanzjament jew strument għat-titjib tal-kreditu, inkluż dejn subordinat, investiment ta' ekwità jew kważi ekwità tal-BEI, inkluż favur banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, pjattaformi jew fondi ta' investiment;";

(7)L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

"1.    Il-garanzija tal-UE ma għandhiex, fi kwalunkwe żmien, teċċedi l-ammont ta' EUR 26 000 000 000, li minnhom parti tista' tiġi allokata għall-finanzjament jew garanziji tal-BEI lill-FEI b'konformità mal-paragrafu 3. Pagamenti netti aggregati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni taħt il-garanzija tal-UE ma għandhomx jeċċedu EUR 26 000 000 000 u ma jeċċedux EUR 16 000 000 000 sas-6 ta' Lulju 2018.";

(b)il-paragrafu 3 qed jinbidel b’dan li ġej:

"3.    "Fejn il-BEI jipprovdi finanzjament jew garanziji lill-FEI sabiex dan iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI, il-garanzija tal-UE għandha tipprevedi garanzija sħiħa fuq tali finanzjament jew garanziji sakemm il-BEI jipprovdi ammont ta' EUR 4 000 000 000 ta' finanzjament jew garanziji mingħajr kopertura mill-garanzija tal-UE, sa limitu inizjali ta' EUR 6 500 000 000. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dan il-limitu jista', fejn ikun adegwat, jiġi aġġustat minn Bord ta' Tmexxija.

(c)fil-paragrafu 6, il-punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"(a)fil-każ tal-istrumenti ta' dejn imsemmija fl-Artikolu 10(2)(a), il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lill-BEI iżda li dan ma jkunx irċieva f'konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta' finanzjament sa każ ta' inadempjenza; it-telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti barra mill-euro fi swieq fejn il-possibiltajiet għall-iħħeġġjar fit-tul huma limitati; għal dejn subordinat diferiment, ribass jew ċessjoni mitluba għandhom jiġu kkunsidrati bħala każ ta' inadempjenza;

(b)għal investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità msemmija fl-Artikolu 10(2)(a), l-ammonti investiti u l-kost ta' finanzjament assoċjat tagħhom u t-telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti barra mill-euro;";

(8)L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

"5.Kontribuzzjonijiet għall-fond ta' garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jintlaħaq livell adatt (l-ammont immirat) li jirrifletti t-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE. L-ammont immirat għandu jiġi stabbilit għal 35 % tal-obbligi ta' garanzija totali tal-UE.";

(b)il-paragrafu 7 qed jinbidel b’dan li ġej:

"7.Mill-1 ta' Lulju 2018, jekk minħabba talbiet għall-garanzija tal-UE, il-livell tal-fond ta' garanzija jaqa' taħt 50 % tal-ammont immirat, jew jekk jaqa' aktar 'l isfel minn dak il-livell fi żmien sena skont il-valutazzjoni tar-riskju tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar miżuri addizzjonali li jistgħu ikunu meħtieġa.";

(c)il-paragrafi 8, 9 u 10 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"8.    Wara l-attivar tal-garanzija tal-UE, il-kontribuzzjonijiet għall-garanzija previsti fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 2 'il fuq mill-ammont immirat, għandhom jintużaw fil-limiti tal-perjodu ta' investiment previst fl-Artikolu 9 biex il-garanzija tal-UE terġa' lura għall-ammont sħiħ tagħha.

9.    Dotazzjonijiet għall-fond ta' garanzija msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jirrestawraw il-garanzija tal-UE għall-ammont sħiħ tagħha.

10.Fil-każ li l-garanzija tal-UE tiġi restawrata kompletament għal ammont ta' EUR 26 000 000 000, kwalunkwe ammont fil-fond ta' garanzija li jeċċedi l-ammont immirat għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dħul assenjat intern f'konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal kwalunkwe linja baġitarja li tista' tkun intużat bħala sors ta' riallokazzjoni għall-fond ta' garanzija.";

(9)L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 qed jiġi emendat kif ġej:

(i)fl-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza qed tinbidel b'dan li ġej:

"Tali appoġġ għandu jinkludi l-għoti ta' appoġġ immirat dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar tal-proġetti, dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u dwar l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta' Stati Membri bi swieq finanzjarji anqas żviluppati.";

(ii)Fit-tieni subparagrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Għandu jagħti wkoll appoġġ għat-tħejjija ta' proġetti ta' azzjoni klimatika u tal-ekonomija ċirkolari jew komponenti tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest ta' COP21, it-tħejjija ta' proġetti fis-settur diġitali, kif ukoll it-tħejjija ta' proġetti msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu  5(1).";

(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

"(c)l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI boex joriġina operazzjonijiet;";

(ii)il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

"(e)l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment;";

(iii)Huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

"(f)il-provvediment ta' parir dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS.";

(c)il-paragrafu 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

"5.Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tiġi faċilitata l-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.";

(d)fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Il-kooperazzjoni bejn, min-naħa l-waħda, l-EIAH u, min-naħa l-oħra, bank jew istituzzjoni nazzjonali promozzjonali jew istituzzjoni jew awtorità maniġerjali, inklużi dawk li jaġixxu bħala konsulent nazzjonali, li għandhom għarfien espert rilevanti għall-finijiet tal-EIAH, tista' tieħu l-forma ta' sħubija kuntrattwali.

(10)L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 6 qed jinbidel b’dan li ġej:

"6.Sat-30 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.";

(b)il-paragrafi 7 u 8 jitħassru.;

(11)fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-BEI u l-FEI għandhom jinformaw jew għandhom jobbligaw intermedjarji finanzjarji li jinformaw lill-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS.";

(12)L-Artikolu 22(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.    Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, il-BEI, il-FEI u l-intermedjarji finanzjarji kollha ma għandhom jittolleraw l-ebda attività li titwettaq għal finijiet illegali, inklużi l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

B'mod partikolari l-BEi u l-FEI ma għandhom jipparteċipaw f'ebda operazzjoni ta' finanzjament jew investiment permezz ta' mezz li jinsab f'ġuriżdizzjoni li ma tikkooperax mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni.

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, il-BEI u il-FEI ma għadhomx jagħmlu użu jew jinvolvu ruħhom fi strutturi ta' evitar tat-taxxa, b'mod partikolari skemi ta' ippjanar aggressiv tat-taxxa, jew prattiki li mhumiex konformi ma' prinċipji ta' governanza tajba tat-taxxa tal-UE, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż rakkomandazzjonijiet u komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dettaljata, meta jkun meħtieġ.";

(13)Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2), l-ewwel u t-tieni sentenzi huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(13) u (14) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-4 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin.";

(14)L-Anness II hu emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif ġej:

1.    fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-CEF għall-perjodu 2014 sa 2020 hu stabbilit għal EUR 29 992 259 000 fil-prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam kif ġej:

(a)    is-settur tat-trasport: EUR 23 895 582 000, li minnhom EUR 11 305 500 000 għandhom jiġu ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jintefqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(b)    is-settur tat-telekomunikazzjoni: EUR 1 091 602 000;

(c)    is-settur tal-enerġija: EUR 5 005 075 000.

Dawn l-ammonti huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' flessibbiltà previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(*).

________________

(*)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-20 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).".

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva:

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva:

1.4.Objettiv (i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta' irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda r-Regolament (UE) Nru 2015/1017

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB 6  

Il-qasam ta’ politika: Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività tal-ABB: Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

Għall-Attivitajiet tal-ABB fid-detall, irreferi għat-Taqsima 3.2

Il-qasam ta’ politika: Mobilità u Trasport

Il-qasam ta’ politika: Netwerks tal-komunikazzjoni, kontenut u teknoloġija

Il-qasam ta’ politika: Enerġija

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva:

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi l-proġett pilota/azzjoni preparatorja 7  

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-Għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/ital-nizjattiva

L-appoġġ ta' investimenti li jsaħħu t-tkabbir b'konformità mal-prijoritajiet baġitarji tal-Unjoni, speċjalment fl-oqsma tal-:

1)    Infrastruttura strateġika (Investimenti fit-teknoloġija diġitali u fl-enerġija b'konformità mal-politiki tal-UE)

2.    Infrastruttura tat-trasport fiċ-ċentri industrijali, fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni

3.    Investimenti li jagħtu spinta lill-impjiegi, b'mod partikolari permezz ta' finanzjament tal-SMEs u miżuri għall-impjiegi taż-żgħażagħ

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku / ċi u attività / ajiet ABM / ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru 1

Żieda fl-għadd u l-volum ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f'oqsma prijoritarji

Għan speċifiku Nru 2

Żieda fil-volum ta' finanzjament mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) għal impriżi żgħar u ta' daqs medju

Attività / ajiet ABM / ABB konċernata/i:

ECFIN: Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta / inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-inizjattiva għandha tippermetti lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment iwettqu operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment fl-oqsma msemmijin f'1.4.1 b'volum ta' finanzjament akbar u, fil-każ tal-BEI, bi proġetti aktar riskjużi iżda xorta waħda vijabbli.

Għandu jiġi ġġenerat effett multiplikatur permezz tal-provvediment ta' garanzija tal-UE għall-BEI, sabiex kull EUR 1 tal-garanzija tal-UE taħt din l-inizjattiva jiġġenera madwar EUR 15 investiti fil-proġetti.

B'hekk l-inizjattiva għandha tgħin timmobilizza l-finanzjament għal proġetti ta' mhux inqas minn EUR 500 biljun sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali. Dan għandu jgħin biex jgħolli l-investimenti kumplessivifl-Unjoni u għaldaqstant it-tkabbir u l-impjiegi potenzjali u reali.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

L-għan hu li jiżdiedu l-investimenti fl-oqsma strateġiċi kif elenkati f'1.4.1.

F'dak il-kuntest, se jiġu applikati l-indikaturi li ġejjin:

- L-għadd ta' proġetti/SMEs li rċevew finanzjament mingħand il-BEI / FEI taħt l-inizjattiva.

- L-effett multiplikatur medju miksub. L-effett multiplikatur mistenni huwa ta' madwar 15 f’termini tal-garanzija tal-UE meta mqabbel mal-investiment totali ġġenerat għall-proġetti appoġġati fl-inizjattiva u t-termini tat-tranżazzjonijiet.

- Il-volum kumulattiv tal-finanzjament iġġenerat għal proġetti appoġġati

Il-monitoraġġ tar-riżultati se jkun ibbażat fuq ir-rappurtar mill-BEI u r-riċerka tas-suq.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva:

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

[…]

[…]

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa f’Novembru 2014 8 , il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-PDG li qed jikber bir-rata ta' 2 % fl-2015. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017 għalkemm għadu taħt livelli sostenibbli mill-aspett storiku.

Dan il-momentum pożittiv jenħtieġ li jinżamm u għandhom jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa' lura għax-xejra sostenibbli fit-tul tiegħu ta' żmien. Il-mekkaniżmi għal Pjan ta' Investiment jaħdmu u jeħtieġ li jiġu rinforzati sabiex ikomplu jimmobilizzaw l-investimenti privati f'setturi importanti għall-futur tal-Ewropa u fejn għad hemm sitwazzjonijiet ta' fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-FEIS wriet is-solidità tal-pjan inizjali. Il-FEIS, implimentat u kosponsorjat mill-Grupp tal-BEI, huwa fit-triq it-tajba biex jilħaq l-għan li jimmobilizza mhux inqas minn EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018. L-assorbiment mis-suq kien partikolarment mgħaġġel fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs, fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni. F'Lulju 2016, it-Tieqa għall-SMEs ġiet miżjuda b'EUR 500 miljun fil-parametri eżistenti tar-Regolament (UE) 2015/1017.

Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), diġà ta riżultati konkreti u huwa pass ewlieni biex jgħin jimmobilizza l-investiment privat filwaqt li jagħmel użu intelliġenti minn riżorsi baġitarji skarsi."

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-inizjattiva hija kompatibbli għal kollox ma' programmi eżistenti taħt l-Intestatura 1a, notevolment il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020 u COSME. Is-sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) huma wkoll ċari; fi Frar tal-2016 inħareġ fuljett dwar il-komplimentarjetà bejn l-FSIE u l-FEIS. Barra minn hekk, ġiet ippreżentata proposta biex temenda r-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Komuni tal-fondi strutturali sabiex jiġi ffaċilitat il-kombinament tal-FSIE u FEIS.

Se jiġu sfruttati sinerġiji billi jsir użu mill-kompetenzi eżistenti tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u l-esperjenza miksuba fl-istrumenti finanzjarji UE-BEI.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta' durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

X Proposta/inizjattiva ta' durata mhux limitata

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Il-Fond ta' Garanzija se jkun taħt il-ġestjoni diretta tal-Kumissjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli ta' monitoraġġ u ta' rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/1017, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI kif xieraq, jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI. Barra minn hekk, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI kif xieraq, jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI. Sal-31 ta’ Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni hi meħtieġa tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija u dwar il-ġestjoni tiegħu fis-sena ta’ qabel.

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament, il-BEI jevalwa l-funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u jipprovdi l-evalwazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-Fond ta' Garanzija u tipprovdiha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Rapport komprensiv tal-funzjonament tal-FEIS huwa meħtieġ sat-30 ta' Ġunju 2018 u wara dan kull tliet snin, kif ukoll rapport komprensiv dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-Fond ta' Garanzija.

2.2.Sat-30 ta’ Ġunju 2018 u t-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

L-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE jġorru riskju finanzjarju mhux negliġibbli. Il-probabbiltà li l-garanzija tintalab hija tanġibbli. Madankollu, huwa stmat li l-Fond ta' Garanzija jipprovdi l-protezzjoni meħtieġa għall-baġit tal-Unjoni. Il-proġetti nfushom jistgħu jkunu suġġetti għal dewmien fl-implimentazzjoni u sabiex jonqabżu l-kosti.

Anke jekk abbażi ta' suppożizzjonijiet konservattivi, il-kosteffiċjenza tal-inizjattiva tista' ssofri minn nuqqas ta' użu fis-suq tal-istrumenti u tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq maż-żmien li jnaqqsu l-effett multiplikatur maħsub.

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2015/1017, ir-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija jridu jiġu investiti. Dawn l-investimenti se jġorru riskju ta' investiment (eż. riskju tas-suq u tal-kreditu) u xi riskju operazzjonali.

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Il-FEIS huwa mmexxi minn Bord ta' Tmexxija, li jiddetermina l-orjentazzjoni strateġika tal-FEIS, il-politiki u l-proċeduri ta' operazzjoni, ir-regoli applikabbli għall-operazzjonijiet mal-pjattaformi ta' investiment u l-banek promozzjonali nazzjonali u l-profil tar-riskju tal-FEIS.

Id-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-appoġġ tal-FEIS għall-infrastruttura u l-proġetti akbar b'kapitalizzazzjoni medja għandhom isiru minn Kumitat tal-Investiment. Il-Kumitat tal-Investiment huwa magħmul minn esperti indipendenti li għandhom l-għarfien u l-esperjenza fl-oqsma tal-proġetti ta' investiment u jwieġbu lill-Bord ta' Tmexxija, li jissupervizza t-twettiq tal-objettivi tal-FEIS.

Hemm ukoll Direttur Amministrattiv responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-FEIS u għat-tħejjijiet tal-laqgħa tal-Kumitat tal-Investiment. Id-Direttur Amministrattiv iwieġeb direttament lill-Bord ta' Tmexxija u jirrapporta kull tliet xhur dwar l-attivitajiet tal-FEIS lill-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur Amministrattiv ġie maħtur mill-President tal-BEI, wara l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew tal-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija.

Il-Kummissjoni tamministra l-assi tal-Fond ta' Garanzija skont ir-Regolament u skont ir-regoli u l-proċeduri interni tagħa li jkunu fis-seħħ.

2.3.Miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-frodi u l-irregolaritajiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2015/1017 jikkjarifika l-kompetenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) sabiex jinvestiga operazzjonijiet appoġġati minn din l-inizjattiva. B'konformità mad-Deċiżjoni tas-27 ta' Lulju 2004 tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI rigward il-kooperazzjoni tal-BEI mal-OLAF, il-Bank stabbilixxa regoli speċifiċi għal kooperazzjoni mal-OLAF b'konnessjoni ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li hija ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.

Lil hinn minn dan, huma applikabbli r-regoli u l-proċeduri tal-BEI. Notevolment dawn jinkludu l-Proċeduri ta' Investigazzjoni interni tal-BEI approvati mill-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI f'Marzu 2013. Barra minn hekk, f'Settembru 2013, il-BEI adotta l-"Politika dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ mġiba pprojbita f’attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment" (Politika tal-BEI kontra l-Frodi).

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati

Il-linji baġitarji eżistenti

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

Il-proposta mhux se żżid il-livell totali ta' nefqa pprogrammata fl-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, peress li l-pakkett tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jitnaqqas biex jiffinanzja l-kontribuzzjoni mill-Baġit tal-UE lill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.

                                               miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sorsi ta' finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

2016

2017

2018

2019

2020

Total

IL-FAĊILITÀ NIKKOLLEGAW L-EWROPA, li minnha

73,908

-

31,277

106,879

287,936

500,000

06.020105 – Ħolqien ta’ ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti fl-infrastruttura tat-trasport

155,000

155,000

32.020104 - Ħolqien ta’ ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi

73,908

-

31,277

106,879

132,936

345,000

Marġini mhux allokat

60,000

90,000

150,000

Sorsi ta' finanzjament totali għall-provvediment tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS

73,908

-

31,277

166,879

377,936

650,000

Sabiex tiġi eliminata id-diskrepanza f'kull sena baġitarja speċifika bejn is-sorsi ta' finanzjament u l-iskeda ta' impenn ippjanata, l-iskeda ta' impenn inkluża fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja r-Regolametn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2015/1017 (FEIS) għandha tiġi emendata kif ġej:

                                               miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Emenda tal-iskeda ta' impenn tal-FEIS

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Totali

Skeda ta' impenn eżistenti – 01.0405

1350,000

2030,000

2641,000

1979,000

8000,000

Emenda

73,908

-

-73,908

000,000

Skeda ta' impenn riveduta – 01.0405

1350,000

2 103,908

2 641,000

1 905,092

8000,000

 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas
finanzjarju pluriennali

1 A

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

DĠ: ECFIN

2017

2018

2019

2020

2021

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

01.0405

Impenji

(1)

105,185

166,879

377,936

650,000

Pagamenti

(2)

150,000

250,000

250,000.

650,000.

01.0407

Impenji

(1)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Pagamenti

(2)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 10  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ ECFIN

Impenji

=1

105,185

166,879

377,936.

650,000.

Pagamenti

=2

150,000

250,000

250,000.

650,000.



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

105,185

166,879

377,936

650,000

Pagamenti

(5)

150,000

250,000

250,000

650,000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 1A
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

105,185

166,879

377,936

650,000.

Pagamenti

=5+ 6

150,000

250,000

250,000

650,000






Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2019

2020

TOTAL

DĠ: ECFIN

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ ECFIN

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2017

2018

2019

2020

2021

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

105,185

166,879

377,936

650,000

Pagamenti

150,000

250,000

250,000

650,000

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

2018

2019

2020

TOTAL

Tip 11

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

Għanijiet speċifiċi

nru 1: Żieda fl-għadd u l-volum ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI f'oqsma prijoritarji

u 2: Żieda fil-volum ta' finanzjament mill-FEI għal impriżi żgħar u ta' daqs medju

105,185

166,879

377,936

650,000

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva lil hinn minn dak li diġà ġie inkluż fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja r-Regolament 2015/1017.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani lil hinn minn dak li diġà ġie konkluż fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja r-Reg 2015/1017.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

X    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

Xfuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

L-impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 12

2019

2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu 660 – Kontribuzzjonijiet u ribassi oħrajn

200,000

250,000

Għal dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

01 04 05 Provvediment tal-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

Remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE kif prevista fil-ftehim tal-FEIS iffirmat mal-BEI.

(1) COM(2016) 359 finali.
(2) COM(2016)589 finali.
(3) COM(2014) 903 finali.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 12.2013, p. 129.
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/99/UE tat-18 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta’ Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020, ĠU L 50, 20.2.2014, p.22.
(6) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(7) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(8) COM(2014) 903 finali.
(9) Id-dettalji tal-modi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(10) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(11) Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija eċċ).
(12) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 14.9.2016

COM(2016) 597 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

{SWD(2016) 297 final}
{SWD(2016) 298 final}


ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

Anness

(1)It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)fil-punt (b), jiżdied it-tieni subparagrafu:

"L-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa investiment fit-trasport fil-pajjiżi ta' koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvu almenu pajjiż wieħed ta' koeżjoni.";

(b)fil-punt (c), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“F’dan il-kuntest, huwa mistenni li l-BEI se jipprovdi finanzjament fl-ambitu tal-FEIS bil-ħsieb li jilħaq mira totali ta’ mhux inqas minn EUR 500 000 000 000 f’investiment pubbliku jew privat, inkluż finanzjament mobilizzat permezz tal-FEI fl-ambitu tal-operazzjonijiet tal-FEIS relatati mal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 10(2)(b), tal-banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u aċċess akbar għall-finanzjament għal entitajiet li għandhom sa 3 000 impjegat.”;

(2)Fit-Taqsima 3 jiżdied il-punt (d):

“(d) il-preżenza ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi tipikament twassal għal klassifikazzjoni ta’ operazzjoni bħala attivitajiet speċjali:

subordinazzjoni fir-rigward ta' mutwanti oħra, inklużi l-banek promozzjonali nazzjonali u mutwanti privati;

parteċipazzjoni fi strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju meta l-pożizzjoni meħuda tesponi lill-BEI għal livelli ta' riskju għoli;

espożizzjoni għal riskji speċifiċi bħal pereżempju, teknoloġija mingħajr provi, dipendenza fuq kontropartijiet ġodda, bla esperjenza, jew b’riskju għoli, strutturi finanzjarji ġodda jew riskju għall-BEI, is-settur jew il-ġeografija inkwistjoni;

karatteristiċi tat-tip tal-ekwità, bħalma huma pagamenti marbuta mal-prestazzjoni; jew

aspetti oħra identifikabbli li jwasslu għal skopertura għar-riskju ogħla skont il-linji gwida tal-BEI dwar il-politika tar-riskju tal-kreditu;”;

(3)fit-Taqsima 5, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tkun ippubblikata hekk kif operazzjoni skont il-garanzija tal-UE tkun iffirmata, bl-esklużjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.”;

(4)It-Taqsima 6 hija emendata kif ġej:

(a)il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)fl-ewwel inċiż, l-ewwel u t-tieni sentenzi jinbidlu b’dan li ġej:

"Għall-operazzjonijiet tat-tip ta' dejn, il-BEI jew il-FEI għandu jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju standard tiegħu, bl-involviment tal-kalkolu tar-rata ta' probabbiltà ta' inadempjenza u ta' rkupru. Abbażi ta' dawn il-parametri, il-BEI jew il-FEI għandu jikkwantifika r-riskju għal kull operazzjoni.";

(ii)fit-tieni inċiż, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Kull operazzjoni tat-tip ta' dejn għandha tirċievi klassifikazzjoni tar-riskju (il-Gradazzjoni tas-Self tat-Tranżazzjoni) skont is-sistema ta' gradazzjoni tas-self tal-BEI jew tal-FEI.";

(iii)fit-tielet inċiż, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Il-proġetti għandhom ikunu vijabbli ekonomikament u teknikament u l-finanzjament tal-BEI għandu jkun strutturat skont prinċipji bankarji sodi u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' ġestjoni tar-riskju ta' livell għoli stabbiliti mill-BEI jew mill-FEI fil-linji gwida interni tiegħu.";

(b)il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

(i)fl-ewwel inċiż, it-tieni sentenza tinbidel b' dan li ġej:

"Id-determinazzjoni dwar jekk operazzjoni ġġorrx magħha riskji tat-tip ta' ekwità jew le, irrispettivament mill-forma u n-nomenklatura ġuridika tagħha, għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni standard tal-BEI jew tal-FEI.";

(ii)fit-tieni inċiż, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"L-operazzjonijiet ta' titoli tat-tip ta' ekwità tal-BEI għandhom isiru f'konformità mar-regoli u l-proċeduri interni tal-BEI jew tal-FEI.";

(5)Fit-Taqsima 7, il-punt (c), titħassar il-kelma "inizjali";

(6)It-Taqsima 8 hija emendata kif ġej:

(a)fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu, titħassar il-kelma "inizjali";

(b)fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a), titħassar il-kelma "inizjali";

(c)fl-ewwel sentenza tal-punt (b), titħassar il-kelma "inizjali”.