Brussell, 20.7.2016

COM(2016) 482 final

2016/0231(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2016) 247 final}
{SWD(2016) 248 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

F’Ottubru tal-2014, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija tal-2030. Il-qafas jistabbilixxi l-impenn tal-Unjoni Ewropea għal mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990. Is-setturi kollha għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet. Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-mira se titwassal b’mod kollettiv mill-Unjoni Ewropea bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % rispettivament sal-2030 meta mqabbel mal-2005.

Bil-politiki implimentati attwalment, l-emissjonijiet ta’ GHG mhumiex mistennija li jonqsu biżżejjed biex jilħqu l-mira tal-Unjoni Ewropea ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 40 % mill-1990 sal-2030 u b’mod aktar speċifiku, tnaqqis ta’ 30 % fil-GHG fis-setturi mhux tal-ETS meta mqabbel mal-2005. Skont ix-xejriet attwali, u b'implimentazzjoni sħiħa tal-miri eżistenti vinkolanti u politiki adottati li huma marbuta, fost oħrajn, mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, mat-tnaqqis tas-CO2 mill-vetturi tat-triq, mas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, mal-miżbliet, mal-ekonomija ċirkolari jew mal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, huwa pproġettat li sal-2030, l-emissjonijiet koperti fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 1 ('ESD') se jonqsu biss b'madwar 24% mil-livelli tal-2005. Għaldaqstant, huma meħtieġa miri nazzjonali tat-tnaqqis li jipprovdu l-inċentiv għal aktar politiki li huma l-mutur ta’ tnaqqis aktar profond. Din il-proposta tiddefinixxi miri nazzjonali konformi ma’ tnaqqis madwar l-UE ta’ 30 % sal-2030 fis-setturi mhux tal-ETS, meta mqabbel mal-2005 b’mod ġust, filwaqt li tiġi prevista l-kosteffikaċja kif approvata mill-Kunsill Ewropew. L-Istati Membri kkontribwixxew għal tnaqqis globali fl-UE fl-2030 b’miri li jvarjaw minn 0 % sa -40 % taħt il-livelli tal-2005. It-tnaqqis skont dan ir-Regolament jippromwovi titjib b’mod partikolari fis-setturi tal-bini, tal-agrikoltura, tal-immaniġġjar tal-iskart u tat-trasport.

Din il-proposta timplimenta wkoll l-impenji tal-UE skont il-ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Fl-10 ta’ Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex l-Unjoni Ewropea tirratifika l-ftehim ta’ Pariġi 2 . Din il-proposta segwiet il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ftehim ta’ Pariġi 3 .

Il-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) f’Diċembru 2015 adottat il-Ftehim ta’ Pariġi. Dan inkluda għan fit-tul biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C aktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm taħt il-1,5 °C. Bi qbil mas-sejbiet xjentifiċi tal-Grupp Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-għan klimatiku tal-UE huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG bi 80-95 % fl-2050 meta mqabbla mal-1990, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp.

L-Unjoni Ewropea u l-Partijiet l-oħra kollha huma obbligati jikkomunikaw il-kontributi maħsubin iddeterminati fil-livell nazzjonali kull ħames snin, infurmati mill-analiżi globali tal-Ftehim li jseħħ fl-2023 u kull ħames snin wara dan.

Sabiex jinkiseb l-għan domestiku fit-tul tal-Unjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’mill-inqas 80 % sal-2050, jinħtieġ progress kontinwu għat-tranżizzjoni tagħna lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. It-tranżizzjoni teħtieġ bidliet fl-aġir kummerċjali u tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. It-tranżizzjoni se tipprovdi l-opportunitajiet ta' impjiegi u tkabbir għall-Unjoni Ewropea. Se tistimula l-investiment u l-innovazzjoni fl-enerġija rinnovabbli, u b’hekk tikkontribwixxi biex tintlaħaq l-ambizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun fuq quddiem nett fid-dinja, u jiżdied it-tkabbir fis-swieq għall-oġġetti u s-servizzi prodotti fl-UE, pereżempju fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija. Fil-kuntest ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki u miżuri addizzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. Għandha tiġi mħeġġa b’mod qawwi l-azzjoni mill-gvernijiet lokali u reġjonali, mill- bliet u mill-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u lokali f’livelli differenti.

L-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ politika għall-klima robust hija element ewlieni għall-bini ta’ Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika klimatika li tħares ’il quddiem. Biex jinkiseb dan, tinħtieġ kontinwazzjoni ta’ azzjoni klimatika ambizzjuża anke fis-setturi mhux tal-ETS, u progress fl-aspetti kollha tal-Unjoni tal-Enerġija biex tiġi fornuta enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini kollha tagħha.

In-Norveġja u l-Iżlanda esprimew l-intenzjoni li jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. It-termini li jirregolaw il-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tan-Norveġja u tal-Iżlanda se jiġu stipulati f’leġiżlazzjoni assoċjata. Għall-perjodu mill-2021 sal-2030 in-Norveġja għamlitha ċara li biħsiebha tipparteċipa bis-sħiħ fl-isforz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-setturi mhux tal-ETS. Peress li l-miri tal-Istati Membri jvarjaw minn 0 % għal -40 %, abbażi tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita, in-Norveġja se tiġi allokata mira ta’ tnaqqis numeriku stmat ta’ 40 % taħt il-livelli tal-2005 u mekkaniżmi ta’ flessibbiltà bħal fil-każ tal-Istati Membri, se jkunu disponibbli għan-Norveġja u għall-Iżlanda. Il-miri finali se jiġu ddeterminati biss meta tiġi adottata l-proposta. Din il-proposta hija mingħajr preġudizzju għall-mod kif in-Norveġja u l-Iżlanda se jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti f'dan il-qasam ta’ politika

Din il-proposta, inġenerali, tkompli mal-approċċ ta’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti għas-setturi mhux tal-ETS stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Il-Kunsill Ewropew talab b’mod espliċitu kontinwazzjoni tal-arkitettura attwali tal-politika u ta gwida dwar kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati għall-perjodu 2021 sa 2030, inkluż għall-istabbiliment ta’ miri nazzjonali tat-tnaqqis.

L-approċċ prevalenti għall-istabbiliment tal-miri nazzjonali tat-tnaqqis, bi qbil mal-approċċ meħud fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi attwali u mal-gwida tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014, huwa abbażi tal-PDG relattiv per capita. Għall-Istati Membri b’PDG per capita ’l fuq mill-medja tal-UE, il-miri jkomplu jiġu aġġustati biex jirriflettu l-kosteffikaċja f’dan il-grupp. Dan l-approċċ jibbilanċja l-kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u kosteffikaċja kif ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew.

Sabiex tiġi stimulata azzjoni addizzjonali reali fis-settur ibbażat fuq l-art, inkluż l-agrikoltura, filwaqt li jiġu żgurati l-kontabbiltà robusta u l-integrità ambjentali globali, din il-proposta tinkludi flessibbiltà ġdida li tippermetti użu limitat ta’ assorbimenti netti minn ċerti kategoriji ta’ kontabbiltà tal-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF), filwaqt li jiġi żgurat li ma jseħħ l-ebda debitu fis-setturi tal-LULUCF, biex jekk ikun hemm bżonn, l-Istat Membru jkun jista' jżommmal-miri fis-setturi mhux tal-ESD.

Dan jaqbel mal-gwida li ta l-Kunsill Ewropew, li tindika l-potenzjal ta’ mitigazzjoni l-aktar baxx tas-settur tal-agrikoltura u tal-użu tal-art, u l-importanza li jiġu studjati l-aħjar mezzi biex jiġi ottimizzat il-kontribut ta’ dan is-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, anke permezz tal-afforestazzjoni.

Ġiet inkluża wkoll flessibbiltà ġdida, konsistenti mal-gwida tal-Kunsill Ewropew, għall-Istati Membri b’miri nazzjonali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li huma ’l fuq b’mod sinifikanti kemm mill-mira tal-medja tal-UE kif ukoll mill-potenzjal tat-tnaqqis kosteffikaċi tagħhom, kif ukoll għall-Istati Membri li ma kellhomx allokazzjoni libera għall-istallazzjonijiet industrijali fl-2013. Il-flessibbiltà tippermetti lill-Istati Membri eliġibbli jiffaċilitaw it-twettiq tal-obbligi tal-ESD tagħhom permezz tal-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-EU ETS.

Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Hemm previsti proposti leġiżlattivi kumplimentari għal aktar tard fl-2016 biex jgħinu biex jintlaħqu l-miri miftiehma mill-Kunsill Ewropew ta’ mill-inqas 27 % għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE sal-2030 u għat-titjib fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija fl-2030 b’mill-inqas 27 % (Dan se jiġi rivedut sal-2020, filwaqt li jitqies livell tal-UE ta’ 30 %). Dawn il-proposti għandhom jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri klimatiċi mhux tal-ETS, b’mod partikolari fis-settur tal-bini. Barra minn hekk, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tindirizza azzjoni biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG fit-trasport.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali li ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ azzjoni nazzjonali jew legali biss, Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika hija meħtieġa fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali. L-azzjoni tal-UE hija ġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà. Mill-1992, l-Unjoni Ewropea ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. B’mod aktar speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-UE tipprovdi twettiq kosteffikaċi tal-għanijiet tal-2030 u fit-tul tat-tnaqqis tal-emissjonijiet filwaqt li tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.

L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-TFUE. Skont l-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex, fost l-oħrajn, tikseb l-għanijiet li ġejjin: il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari li jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu sew mill-Istati Membri waħedhom, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Din il-proposta għal Regolament tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għaliex ma tagħmilx iżjed milli huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tal-implimentazzjoni b’mod kosteffikaċi tal-mira tal-UE tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2021 sa 2030 filwaqt li fl-istess ħin tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.

Il-Kunsill Ewropew qabel dwar tnaqqis globali domestiku u fis-setturi ekonomiċi kollha ta’ mill-inqas 40 % tal-livelli tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-livelli tal-1990. Din il-proposta tkopri aktar minn nofs dawn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u l-aħjar mod li jiġi segwit l-għan tal-proposta huwa permezz ta’ Regolament. Fiha għadd konsiderevoli ta' sinerġiji mar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ 4 ('MMR'). L-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollhom l-obbligu biex jikkontribwixxu biex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ ta’ emissjonijiet nazzjonali.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT.

L-evalwazzjonijiet ex-post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2015 twettqet evalwazzjoni tal-ESD qabel din il-proposta skont l-Artikolu 14 tagħha, li tirrikjedi li l-Kummissjoni Ewropea tfassal rapport li jevalwa l-implimentazzjoni tal-ESD sal-31 ta’ Ottubru 2016 5 .

Filwaqt li l-ESD għadha fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tagħha, l-impenji tal-ESD jistgħu jitqiesu li kienu effettivi tal-inqas parzjalment biex stimulaw politiki u miżuri nazzjonali ġodda li jippromwovu tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet ta’ GHG fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESD. Dan l-isforz issaħħaħ mill-fatt li tnieda flimkien ma’ għadd ta’ politiki oħra tal-UE għall-klima u l-enerġija, bħala parti mill-pakkett tal-2020, b’mod partikolari dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli. Għal diversi setturi tal-ESD, fosthom il-bini, it-trasport, l-agrikoltura u l-iskart, parti sinifikanti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-lum jista’ jiġi attribwit għal fatturi bħat-tibdil teknoloġiku li huwa influwenzat minn interventi politiċi li jirriżultaw mill-pakkett tal-2020. Minbarra l-politiki nazzjonali għall-klima u l-enerġija, il-kriżi ekonomika u t-tkabbir fl-attività ekonomika f’xi pajjiżi affettwaw l-emissjonijiet ta’ GHG.

B’mod ġenerali, bħala riżultat tal-ESD, l-Istati Membri saru aktar attivi fil-kunsiderazzjoni ta’ miżuri ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi tagħha u kif l-aħjar li jitfasslu. Instab li kien hemm piż amministrattiv addizzjonali limitat li rriżulta mill-ESD fil-livell tal-Istati Membri, għalkemm jista’ jkun hemm opportunitajiet għat-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi. L-ispejjeż amministrattivi tas-sistema ta' monitoraġġ u konformità huma ta' EUR 650 000 fis-sena, filwaqt li l-ispejjeż annwali għat-28 Stat Membru kollha f'daqqa huma stmati għal madwar EUR 500 000 fis-sena.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjoni pubblika 6 dwar l-isforz tal-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom biex jonoraw l-impenn tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’perspettiva tal-2030.

Il-konsultazzjoni kkumplimentat il-konsultazzjoni dwar il-Green Paper dwar qafas tal-2030 għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija, li twettqet fl-2013 u kienet kompletament miftuħa għall-pubbliku. Il-konsultazzjoni ffokat fuq it-tisħiħ tal-istrumenti ta’ flessibbiltà eżistenti; ir-rapportar u l-konformità; l-approċċ għall-istabbiliment ta’ miri nazzjonali ta’ tnaqqis fil-gassijiet serra; u flessibbiltà limitata ta’ darba bejn l-ETS u l-ESD. Indirizzat ukoll azzjoni kumplimentari madwar l-UE biex jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis, u l-bini ta’ kapaċità u appoġġ ieħor għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Kummissjoni rċeviet 114-il risposta formali minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati mill-Istati Membri 7 .

Il-Kummissjoni Ewropea kkonsultat ukoll lill-Istati Membri f’erba’ laqgħat tal-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima li saru fl-2015. Dawn il-konsultazzjonijiet indirizzaw diversi alternattivi għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà domestiċi eżistenti fl-ESD fil-perjodu wara l-2020 u kif jiġu amministrati r-rapportar u l-konformità.

Sommarju tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati jinsab fl-Anness 8.2 tal-valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Il-valutazzjoni kwalitattiva ta’ impatti futuri fl-UE tibni fuq l-analiżi mwettqa għall-proposta qafas tal-2030 u tikkumplimentaha u taġġornaha fir-rigward ta’ elementi speċifiċi relatati mal-ESD. Il-Kummissjoni kkuntrattat l-Università Nazzjonali Teknika ta’ Ateni, l-IIASA u l-EuroCare biex jagħmlu mudell ta’ xenarju ta’ referenza aġġornat 8 , u abbażi ta’ dan ġew ikkwantifikati x-xenarji ta’ politika. Is-sistema tal-enerġija u l-immudellar tal-emissjonijiet ta’ CO2 huma bbażati fuq il-mudell PRIMES. L-immudellar tal-emissjonijiet ta’ GHG mhux ta’ CO2 huwa bbażat fuq il-mudell GAINS. L-emissjonijiet agrikoli mhux ta’ CO2 huma vvalutati fil-qafas tal-immudellar CAPRI.

L-għarfien espert rifless fil-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati matul il-konsultazzjoni pubblika, kif ukoll il-projezzjonijiet nazzjonali tal-GHG ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ fl-2015, intużaw bħala sorsi addizzjonali ta’ għarfien biex jikkumplimentaw din l-analiżi.

Fl-2015 twettaq studju ta’ appoġġ għall-Kummissjoni għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ESD minn grupp ta’ konsulenti esterni 9 .

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta 10 tikkumplimenta l-analiżi mwettqa fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-2014 li jappoġġjaw il-qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija 11 . Din iffurmat il-bażi analitika għall-istabbiliment tal-għan tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG b’mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif ukoll il-qasma fil-miri rispettiva ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ 30 % u 43 % bejn is-setturi mhux tal-ETS u tal-ETS sal-2030 meta mqabbel mal-2005.

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat il-possibbiltajiet għall-implimentazzjoni tat-tnaqqis fis-setturi mhux tal-ETS minbarra s-setturi tal-LULUCF, li jibni fuq l-ESD attwali u l-gwida mogħtija mill-Kunsill Ewropew. Il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza x’ikun l-impatt tal-proposta fuq il-ġustizzja, il-kosteffikaċja u l-integrità ambjentali.

Il-valutazzjoni tal-impatt terġa’ teżamina l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti miri abbażi tal-PDG per capita biex tkun żgurata l-ġustizzja, u taġġornaha abbażi tad-dejta tal-2013. Tivvaluta kemm jistgħu jiġu aġġustati l-miri fi ħdan il-grupp ta’ Stati Membri li għandhom PDG per capita ’l fuq mill-medja, u għal liema Stati Membri l-ilħuq effiċjenti tal-miri jista’ jkun ta’ tħassib partikolari. Fir-rigward tal-punt tat-tluq għat-trajettorja lineari tal-mira, metodoloġija simili għall-metodoloġija eżistenti tal-ESD abbażi ta’ emissjonijiet riċenti tidher attraenti mill-perspettiva tal-integrità ambjentali filwaqt li hija fattibbli fuq livell amministrattiv.

Din il-valutazzjoni tal-impatt turi li l-flessibbiltajiet il-ġodda mis-setturi tal-ETS u l-LULUCF jeħtieġ li jkunu limitati biex jiġi żgurat li għadha qed tittieħed azzjoni addizzjonali reali fis-setturi mhux tal-ETS bi qbil mal-għanijiet ta’ tnaqqis fit-tul. Fl-istess ħin, iż-żewġ flessibbiltajiet jippermettu li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri. Għall-flessibbiltà ta’ darba biss, dan tipikament huwa marbut ma' tħassib dwar il-kosteffikaċja għal dawk l-Istati Membri bl-ogħla miri. Għas-settur LULUCF dan huwa marbut ma' tħassib ta’ potenzjal ta’ mitigazzjoni limitat fir-rigward ta’ emissjonijiet mhux tas-CO2 fis-settur agrikolu, li huwa importanti l-aktar għall-Istati Membri b’sehem kbir ta’ emissjonijiet agrikoli. Il-flessibbiltajiet eżistenti għadhom ma ġewx ippruvati u joffru ambitu wiesa' biex jitnaqqsu l-ispejjeż u tinkiseb il-kosteffikaċja. Kwalunkwe tisħiħ jeħtieġ li jqis l-impatti amministrattivi potenzjali. L-ispejjeż amministrattivi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea huma fil-preżent limitati u jitnaqqsu aktar mill-bidla lejn kontroll ta’ konformità ta’ ħames snin.

Il-politika proposta taffettwa l-aktar lill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Ma hemm l-ebda obbligu ta’ rapportar dirett jew konsegwenzi amministrattivi għan-negozji, għall-SMEs jew għall-mikrointrapriżi. Skont in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżuri nazzjonali u tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, dawn se jaffettwaw id-diversi partijiet ikkonċernati, inklużi n-negozji u l-konsumaturi. Kwalunkwe effett speċifiku ta' dan it-tip ikollu jiġi vvalutat fi ħdan dawk il-proposti ta’ politika.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati. Minħabba fil-kontroll propost tal-konformità annwali kull ħames sena, il-piż amministrattiv assoċjat u l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-konformità se jitnaqqsu għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. Biż-żamma tas-sistema attwali ta' rapportar kull sena iżda li jsiru l-kontrolli tal-konformità kull ħames snin, l-ispejjeż totali tul il-perjodu tal-impenn kollu tal-2021-2030 għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri huma stmati għal madwar 60% sa 70% tal-ispejjeż amministrattivi tal-ispejjeż ta' sistema b'kontrolli tal-konformità kull sena, li huma madwar EUR 1 150 000 fis-sena.

Fil-leġiżlazzjoni attwali ma hemmx obbligi ta' rapportar diretti għall-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju jew għal intrapriżi oħra. Il-proposta ma tbiddilx din is-sitwazzjoni.

Drittijiet fundamentali

Peress li l-politika proposta tindirizza primarjament lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali, hija konsistenti mal-Karta tad-drittijiet fundamentali.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatti indiretti fuq il-baġits tal-Istati Membri jiddependu mill-għażla tagħhom ta’ politiki u miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG u azzjoni ta’ mitigazzjoni oħra f’setturi koperti minn din l-inizjattiva. Il-proposta li jiġu stabbiliti miri nazzjonali tnaqqas l-effetti tal-ispejjeż għal dawk l-Istati Membri li għandhom dħul baxx meta mqabbla ma’ proposta li tistabbilixxi l-miri abbażi tal-kosteffikaċja biss. Tipprevedi l-flessibbiltà msaħħa biex jiġi żgurat li l-ispejjeż għall-Istati Membri bi dħul għoli jibqgħu limitati.

Il-proposta tipprevedi r-rapportar annwali kontinwu iżda b’kontrolli ta’ konformità inqas frekwenti. Dan inaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-Istati Membri.

Din il-proposta għandha implikazzjonijiet limitati ħafna għall-baġit tal-UE.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Ir-rapportar trasparenti u regolari tal-obbligi tal-Istati Membri flimkien ma’ kontrolli ta’ konformità regolari huma elementi fundamentali biex ikun żgurat il-progress biex jiġu onorati l-impenji fit-tul tal-UE ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet.

Il-monitoraġġ tal-progress u l-valutazzjoni tal-konformità se jkomplu jiddependu fuq qafas komprensiv ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika stabbilit fil-proposta bħala emenda għall-Artikoli rilevanti tar-Regolament dwar l-(MMR). Ir-rapportar u l-evalwazzjoni robusti kif iddefiniti skont l-ESD attwali se jinżammu għall-finijiet ta’ din il-proposta bl-unika differenza li issa ġew integrati għalkollox mad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-MMR. Huwa ppjanat li dawn jiġu integrati fil-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li dwarha hija prevista proposta tal-Kummissjoni sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u jistgħu jkomplu jiġu ssimplifikati bħala parti minn dik il-proposta.

Din il-proposta tistipula li jekk jirriżulta mill-evalwazzjoni annwali li twettaq il-Kummissjoni, il-progress ta' Stat Membru jiddevja mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu, hija trid tippreżenta pjan ta' azzjoni li jiżgura li l-Istat Membru jonora l-obligazzjonijiet tiegħu. Huwa mistenni li kull pjan ta' azzjoni ta' dan it-tip jitqies fil-kuntest tal-pjan integrat nazzjonali għall-enerġija u l-klima ta' dak l-Istat Membru u jkun jifforma parti mis-sistema ta' governanza li se tiġi stabbilita fil-proposta leġislattiva li ġejja dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija. Huwa previst li l-obbligu li l-Istati Membri jfasslu dawn il-pjanijiet integrati nazzjonali għall-enerġija u l-klima se jiddaħħal f'dik il-proposta leġislattiva.

Barra minn hekk, il-pjanijiet integrati nazzjonali għall-enerġija u l-klima fil-proposta leġislattiva li ġejja dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija għandhom jirreferu għal-limiti vinkolanti annwali nazzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jżommu obbligu li jikkonformaw mal-limiti annwali u mat-trajettorja lineari fil-perjodu 2021–2030 għalkemm l-analiżi komprensiva tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-GHG fl-Istati Membri u l-kontroll ta’ konformità se jiġu organizzati kull ħames snin minflok kull sena. Il-Kummissjoni twettaq żewġ kontrolli ta’ konformità, fl-2027 (għas-snin 2021–2025) u fl-2032 (għas-snin 2026– 2030). Dan jippermetti li jitqies il-kontribut potenzjali minn attivitajiet relatati ma’ art forestali, raba’ ġestita u bwar ġestiti li jseħħu skont ir-Regolament [ ].

Biex jiġi żgurat li l-valutazzjoni ta’ konformità tiddependi fuq dejta preċiża, l-inventarji tal-emissjonijiet ta’ GHG ppreżentati kull sena mill-Istati Membri jkomplu jiġu analizzati mill-Kummissjoni.

Analiżi tat-tħaddim ta’ dan ir-Regolament għandha sseħħ sat-28 ta’ Frar 2024 u kull ħames snin wara dan. Din l-analiżi se tivvaluta l-funzjonament globali ta’ dan ir-Regolament, bħall-flessibbiltà li jiġu ttrasferiti partijiet tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet bejn l-Istati Membri, li huwa importanti biex tiġi żgurata l-kosteffikaċja. L-analiżi tista’ tiġi infurmata wkoll mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Minbarra l-kontrolli ta’ konformità ma’ konsegwenzi legalment vinkolanti, il-progress lejn il-miri tal-2030 se jiġi mmonitorjat kull sena bħala parti mir-rapport ta’ progress ippubblikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21 tal-MMR u r-riżultati se jkomplu jintużaw fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jiġu integrati fir-Rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 12 . L-insegwiment tal-progress jipprovdi twissija bikrija f’każ li l-Istati Membri jkunu għadhom lura fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u jipprovdi inkoraġġiment biex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. Se jibqgħu jgħoddu r-rekwiżiti eżistenti biex l-Istati Membri jirrapportaw kull sentejn dwar il-politiki u l-miżuri implimentati sabiex jintlaħqu l-miri tal-obbligi tagħhom skont din il-proposta kif ukoll dwar il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tagħhom.

   Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1 – Is-suġġett

Dan l-Artikolu jispjega li r-Regolament jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2030 u r-regoli għad-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u dawk dwar l-evalwazzjoni tal-progress.

Artikolu 2 – Il-kamp ta’ applikazzjoni

L-Artikolu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Jagħmilha ċara li dan ir-Regolament ikopri l-emissjonijiet mill-kategoriji ta’ sorsi tal-IPCC: l-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti, l-agrikoltura u l-iskart. L-emissjonijiet mis-setturi koperti mill-EU ETS u mir-Regolament [ ] mhumiex indirizzati f'dan ir-Regolament. Artikolu 3 – Id-definizzjonijiet

Dan l-Artikolu jiddefinixxi t-terminu GHG f’termini tal-gassijiet serra koperti fih.

Artikolu 4 –Il-livelli ta’ emissjonijiet annwali għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030

Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-limiti tal-emissjonijiet tal-Istati Membri fl-2030 kif stabbiliti fl-Anness I, u kif il-livelli tal-emissjonijiet jiġu ddeterminati għall-2021–2030. L-approċċ ta’ limiti tal-emissjonijiet annwali vinkolanti kif stabbiliti fl-ESD jitkompla. Il-livelli tal-emissjonijiet annwali huma ddeterminati abbażi ta’ trajettorja lineari li tibda bl-emissjonijiet medji għall-2016–2018 abbażi tad-dejta l-aktar riċenti tal-emissjonijiet ta’ GHG analizzata. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) f’ekwivalenti għas-CO2 għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu se jiġu stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 5 – Strumenti ta’ flessibbiltà biex jinkisbu l-limiti annwali

Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-flessibbiltà disponibbli għall-Istati Membri biex jinkisbu l-limiti annwali tagħhom, inkluża l-flessibbiltà maż-żmien permezz ta’ attivitajiet bankarji u ta’ self ta’ AEAs fiil-perjodu ta’ impenn, u l-flessibbiltà bejn l-Istati Membri permezz ta’ trasferimenti tal-AEAs.

Artikolu 6 – Flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS

Tiġi stabbilita flessibbiltà ġdida permezz tal-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-ETS sa limitu stabbilit. L-Istati Membri eliġibbli se jiddeċiedu qabel l-2020 jekk jixtiqux jużaw din il-flessibbiltà u l-ammonti preċiżi se jiġu ddeterminati fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. Il-flessibbiltà hija disponibbli għall-Istati Membri elenkati fl-Anness II. L-att ta’ implimentazzjoni fl-Artikolu 4 jiddetermina wkoll il-kwantità massima ta’ kwoti li Stat Membru jista’ jagħżel li jikkanċella sabiex jiġi meqjus għall-konformità tiegħu mal-limiti.

Artikolu 7 - L-użu addizzjonali ta’ mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba’ ġestita u bwar ġestiti

Tiġi stabbilita flessibbiltà ġdida li tippermetti li sa fejn ikollhom il-bżonn,l-Istati Membri jużaw ammont limitat ta’ assorbiment nett mir-Regolament [ ] soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Il-limiti għal kull Stat Membru, f’ekwivalenti għas-CO2, huma elenkati fl-Anness III.

Artikolu 8 - Azzjoni korrettiva

Jekk, abbażi tal-evalwazzjoni annwali mwettqa mill-Kummissjoni, il-progress ta’ Stat Membru jiddevja mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu, dan ikollu jħejji pjan ta’ azzjoni b’miżuri addizzjonali li jridu jiġu implimentati biex jiġi żgurat li jikkonforma mal-obbligi tiegħu.

Artikolu 9 - Kontroll tal-konformità

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-konformità u l-azzjoni korrettiva stabbiliti fl-ESD se jinżammu, bil-modifika li l-kontroll tal-konformità se jsir kull ħames snin biss, għal kull waħda mis-snin preċedenti ta' dak il-perjodu ta' ħames snin. Jekk Stat Membru jinstab li mhuwiex konformi mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal xi sena tul il-perjodu, tapplika azzjoni korrettiva fil-forma taż-żieda mal-emissjonijiet tas-sena ta’ wara ta’ kwantità ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet żejda mmultiplikati b’fattur ta’ 1,08. Id-dritt li l-AEAs jiġu ttrasferiti jkun sospiż sakemm dak l-Istat Membru jerġa’ jikseb il-konformità.

Artikolu 10 – Aġġustamenti

Biex tiġi żgurata konsistenza tal-mira tal-2030 tal-emissjonijiet madwar l-UE, kull tibdil fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS (pereżempju billi jinbidel l-għadd ta’ stallazzjonijiet jew sorsi koperti mill-EU ETS) jeħtieġ li jiġi rifless minn aġġustament korrispondenti ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu jkompli mad-dispożizzjoni stabbilita fl-ESD billi jispjega kif isiru dawn l-aġġustamenti. L-użu ta’ krediti ġġenerati skont l-Artikolu 24a tal-EU ETS huwa previst ukoll, u dan ikompli mal-flessibbiltà li teżisti fl-ESD. Jindirizza wkoll is-sitwazzjoni speċifika ta' Stati Membri li jkollhom limiti pożittivi fl-ESD u allokazzjonijiet li jiżdiedu bejn l-2017 u l-2020.

Artikolu 11 – Ir-reġistru

L-Artikolu jkompli l-implimentazzjoni attwali tal-ESD fir-Regolament dwar ir-Reġistru u jadattaha għal dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament u jiġi evitat kull għadd doppju.

Artikolu 12 – L-Eżerċitu tad-Delega

Il-proposta tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont il-proċeduri rilevanti.

Artikolu 13 – Proċedura ta’ kumitat

Din hija l-istess proċedura ta’ kumitat kif stabbilit għall-ESD permezz tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima.

Artikolu 14 – Reviżjoni

Fl-2024, u kull ħames snin wara dan għandu jsir rieżami tal-elementi kollha tar-Regolament biex jiġi ddeterminat jekk għadhomx adattati għall-għan tiegħu .

Artikolu 15 - Emenda għar-Regolament Nru 525/2013/UE

L-MMR qed jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ rapportar li japplikaw attwalment għall-ESD jitkomplew fi ħdan il-qafas ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw kull sena l-emissjonijiet rilevanti ta’ GHG tagħhom u jibqgħu jinħtieġu jirrapportaw kull sentejn dwar il-projezzjonijiet u l-politiki u l-miżuri implimentati tagħhom biex tiġi żgurata l-konformità mal-miri tagħhom. Biex tissaħħaħ it-trasparenza u jiġu ffaċilitati t-trasferimenti bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri huma obbligati wkoll jirrapportaw dwar il-volumi li għandhom l-intenzjoni jixtru jew ibigħu skont l-Artikolu 5.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-progress tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet tagħhom billi tinkludi fir-rapport annwali ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika evalwazzjoni ta' sarx biżżejjed progress mill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

2016/0231 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, 13 ,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 14 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 15 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

(1)Mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-23–24 ta’ Ottubru 2014 dwar il-qafas ta’ politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija, ġiet approvata mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, u dan ġie kkonfermat mill-ġdid fil-laqgħa tal-Kunsill f’Marzu 2016. Il-laqgħa tal-Kunsill Ambjentali tas-6 ta’ Marzu 2015 approvat formalment dan il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom.

(2)Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 ipprevedew li l-mira għandha titwassal b’mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tas-Sistema għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 rispettivament, bl-isforzi distribwiti abbażi tal-Prodott Domestiku Gross relattiv per capita. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u l-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw f’dan l-isforz; il-bilanċ ta' kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u ta' solidarjetà, u l-miri nazzjonali fi ħdan il-grupp tal-Istati Membri b’PDG per capita ’l fuq mill-medja tal-Unjoni għandhom jiġu relattivament aġġustati biex jirriflettu l-kosteffikaċja b’mod ġust u bilanċjat. Il-kisba ta’ dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandha tagħti spinta lill-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea, u b’mod partikolari għandha tippromwovi t-titjib, speċifikament fil-bini, fl-agrikoltura, fil-ġestjoni tal-iskart u fit-trasport, sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(3)Fl-10 ta’ Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta li l-UE tirratifika l-ftehim ta’ Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta’ Pariġi. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta’ Marzu 2015.

(4)Il-Ftehim ta’ Pariġi jissostitwixxi l-approċċ deċiż skont il-Protokoll ta’ Kjoto tal-1997 li mhuwiex se jitkompla lil hinn mill-2020.

(5)It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli għaċ-ċittadini tagħha. Il-kisba ta’ dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta’ azzjoni klimatika ambizzjuża b’dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta’ aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares ’il quddiem 16 .

(6)Dan ir-Regolament ikopri l-emissjonijiet mill-kategoriji tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-enerġija, tal-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti, tal-agrikoltura u tal-iskart, kif determinati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 . L-attivitajiet koperti mir-Regolament [ ] [dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija fil-qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija] mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.

(7)Id-dejta li qed tiġi rrapportata bħalissa fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u fir-reġistri nazzjonali u tal-Unjoni mhijiex biżżejjed sabiex jiġu determinati, fil-livell tal-Istati Membri, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-avjazzjoni ċivili fil-livell nazzjonali li mhumiex koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. Meta tadotta l-obbligi tar-rapportar, l-Unjoni ma għandhiex timponi fuq l-Istati Membri u fuq impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) piżijiet li huma sproporzjonati mal-għanijiet li jridu jintlaħqu. L-emissjonijiet ta’ CO2 minn titjiriet mhux koperti mid-Direttiva 2003/87/KE jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra, u l-ħolqien ta’ sistema ta’ rapportar għal dawn l-emissjonijiet ikun ta’ piż bla bżonn fid-dawl tar-rekwiżiti eżistenti għas-settur usa’ skont id-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, l-emissjonijiet ta’ CO2 minn kategorija ta’ sorsi tal-IPCC “1.A.3.A avjazzjoni ċivili” għandhom jiġu ttrattati bħala ugwali għal żero għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(8)It-tnaqqis ta’ kull Stat Membru għall-2030 għandu jiġi ddeterminat fir-rigward tal-livell rivedut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-2005 tiegħu kopert minn dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet ivverifikati minn stallazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 iżda ġew inklużi biss fl-EU ETS wara l-2005. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-2021 sal-2030 għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-dejta ppreżentata mill-Istati Membri u analizzata mill-Kummissjoni.

(9)L-approċċ ta’ limiti nazzjonali vinkolanti annwali meħud fid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 għandu jitkompla mill-2021 sal-2030, u l-kalkolu tat-trajettorja jibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-perjodu mill-2016 sal-2018, u t-tmiem tat-trajettorja jkun il-limitu tal-2030 għal kull Stat Membru. Aġġustament tal-allokazzjoni fl-2021 huwa previst għall-Istati Membri li jkollhom kemm limitu pożittiv skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE kif ukoll allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet li jiżdiedu bejn l-2017 u l-2020 iddeterminati skont id-Deċiżjonijiet 2013/162/UE u 2013/634/UE, biex jirrifletti l-emissjonijiet miżjuda f'dawk is-snin. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li d-disponibbiltà u l-użu ta’ strumenti ta’ flessibbiltà eżistenti fis-setturi mhux tal-ETS għandhom jiġu msaħħa b’mod sinifikanti sabiex tiġi żgurata l-kosteffikaċja tal-isforz kollettiv tal-Unjoni u l-konverġenza ta’ emissjonijiet per capita sal-2030.

(10)Tinħoloq flessibbiltà ġdida ta’ darba sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-miri ta' dawk l-Istati Membri li għandhom miri nazzjonali ta’ tnaqqis li huma ħafna ogħla mill-medja tal-Unjoni u ogħla mill-potenzjal tat-tnaqqis kosteffikaċi, kif ukoll għal dawk l-Istati Membri li ma allokawx kwoti b’xejn lill-istallazzjonijiet industrijali fl-2013, kif stabbilit fil-valutazzjoni tal-impatt 20 .

(11)Teżisti firxa ta’ miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta’ CO2 mill-vetturi tat-triq, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima.

(12)Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta’ kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f’termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta’ mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, raba’ ġestita u bwar ġestiti kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta’ 280 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 ta’ dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Fejn jiġi adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8 (6) tar-Regolament [LULUCF], is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Unjoni fir-rigward tal-Artikolu 7 biex jirrifletti kontribuzzjoni tal-kategorija tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita fil-flessibbiltà prevista f'dak l-Artikolu. Qabel ma tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-robustezza tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita abbażi tad-dejta disponibbli, u b'mod partikolari l-konsistenza tar-rati tal-ħsad ipproġettati u reali. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta’ allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].

(13)Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta’ dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta’ tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ tnaqqis għandu jiġi kkunsidrat biss f’intervalli ta’ ħames snin, biex ikun jista’ jitqies il-kontribut potenzjali minn art deforestata, minn art forestali, minn raba’ ġestita u minn bwar ġestiti, li jseħħ skont ir-Regolament [ ]. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jew għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.

(14)Bħala mezz biex tissaħħaħ il-kosteffikaċja globali tat-tnaqqis totali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tagħhom lil Stati Membri oħra. It-trasparenza ta’ dawn it-trasferimenti għandha tiġi żgurata u tista’ titwettaq b’mod li huwa konvenjenti għal kull parti, inkluż permezz tal-irkantar, l-użu ta’ intermedjarji tas-suq li jaġixxu fuq bażi ta’ aġenzija, jew permezz ta’ arranġamenti bilaterali.

(15)L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista’ jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f’waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-pubbliku. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni, kif xieraq, skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha.

(16)Sabiex tiġi prevista l-kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta’ flessibbiltajiet u l-applikazzjoni ta’ kontrolli tal-konformità, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 11. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom jiddaħlu fi strument uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet dwar il-kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [ ] u dan ir-Regolament. Huwja ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawn jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(17)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 skont liema se jiġu stabbiliti l-limiti annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 .

(18)Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal għanijiet nazzjonali iktar stretti.

(19)Kull aġġustament fil-kopertura kif stabbilita fl-Artikoli 11, 24, 24a u 27 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 għandu jiġi mqabbel b’aġġustament korrispondenti fil-kwantità massima ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament. Konsegwentement, meta l-Istati Membri jinkludu l-emissjonijiet addizzjonali fl-impenji tagħhom skont dan ir-Regolament minn stallazzjonijiet li preċedentement kienu koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, dawk l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki u miżuri addizzjonali fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament sabiex jitnaqqsu dawk l-emissjonijiet.

(20)Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u kull ħames snin wara dan, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu. L-analiżi għandha tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.

(21)Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu tajjeb mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom.

Artikolu 2

Il-kamp ta’ Applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn kategoriji ta’ sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.Dan ir-Regolament ma japplikax għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għall-assorbimenti koperti mir-Regolament [ ][LULUCF].

3.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-kategorija tas-sorsi tal-IPCC “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili” għandhom jiġu ttrattati bħala żero.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2, emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju (CO2), ta' metan (CH4), ta' ossidu nitruż (N2O), ta' idrofluworokarburi (HFCs), ta' perfluworokarburi (PFCs), ta' trifluworur tan-nitroġenu (NF3) u ta' eżafluworur tal-kubrit (SF6) iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 u li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

2.“Allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra massimi permessi għal kull sena bejn l-2021 u l-2030 iddeterminati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10.

Artikolu 4

l-livelli annwali ta’ emissjonijiet għall-perjodu 2021 sa 2030

1.Fl-2030, kull Stat Membru għandu jillimita l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu b’mill-inqas il-perċentwal stabbilit għalih fl-Anness I ta' dan ir-Regolament imqabbel mal-emissjonijiet tiegħu fl-2005 ddeterminati skont il-paragrafu 3.

2.Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu f’kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminati skont il-paragrafu 3, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2. Għall-finijiet ta’ dan l-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi komprensiva tad-dejta tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

4.Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta’ 100 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.

5.Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 13.

Artikolu 5

Strumenti ta’ flessibbiltà biex jinkisbu l-limiti annwali

1.L-Istati Membri jistgħu jużaw il-flessibbiltajiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 6 u 7.

2.Fir-rigward tas-snin 2021 sa 2029, Stat Membru jista’ jissellef sa kwantità ta’ 5% mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena ta’ wara.

3Stat Membru li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt illi jitqies l-użu ta’ flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista’ jfaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030.

4.Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża din il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.

5.Stat Membru jista’ jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu li taqbeż l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet skont il-paragrafi 2 sa 4 u l-Artikolu 6, lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża din il-kwantità għal konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena jew għal snin sussegwenti sal-2030.

6.L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għal konformità skont l-Artikolu 9, mingħajr ebda limitu kwantitattiv u filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju.

Artikolu 6

Il-flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS

1.L-Istati Membri li jista’ jkollhom kanċellazzjoni limitata ta’ massimu ta’ 100 miljun kwota tal-EU ETS kif iddefinit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jitqiesu kollettivament għall-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.L-Istati Membri elenkati fl-Anness II għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 dwar kwalunkwe intenzjoni li jkollhom biex jagħmlu użu minn kanċellazzjoni limitata ta’ kwoti sal-perċentwal elenkat fl-Anness II għal dak l-Istat Membru, għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9.

3.Fuq talba tal-Istat Membru, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (minn hawn ’il quddiem “l-Amministratur Ċentrali”) għandu jqis il-kwantità msemmija fl-Artikolu 4(4) għall-konformità ta’ dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 9. Waħda fuq għaxra tal-kwantità tal-kwoti ddeterminati skont l-Artikolu 4(4) għandha tiġi kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull sena mill-2021 sal-2030.

Artikolu 7

L-użu addizzjonali ta’ mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba’ ġestita u bwar ġestiti

1.Sal-punt li emissjonijiet ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta’ mhux aktar mis-somma ta’ assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta’ art deforestata, art forestali, raba’ ġestita u bwar ġestiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista’ titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

(a) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin kollha tal-perjodu mill-2021 sal-2030 ma taqbiżx il-livell stabbilit fl-Anness III għal dak l-Istat Membru;

(b) din il-kwantità taqbeż ir-rekwiżiti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ][LULUCF];

(c) l-Istat Membru ma akkwistax aktar assorbimenti netti skont ir-Regolament [ ][LULUCF] mingħand Stati Membri oħra milli jkun ittrasferixxa; u

(d) l-Istat Membru kkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament [ ] [LULUCF].

2. Fejn ikun adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex ikun jirrifletti kontribut tal-kategorija kontabilistika art forestali ġestita bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Azzjoni korrettiva

1.Stat Membru li, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jiġi evalwat li ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta’ azzjoni lill-Kummissjoni li jinkludi:

(a) azzjonijiet li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4, permezz ta’ politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni;

(b) skeda ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali tal-implimentazzjoni.

2. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tevalwa l-pjanijiet ta’ azzjoni skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha.

Artikolu 9

Kontroll tal-konformità

1.Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra riveduti ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a)żieda maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ Stat Membru tas-sena ta’ wara ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żejda, immultiplikat b’fattur ta’ 1,08, skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 11; u

(b)l-Istat Membru għandu jkun temporanjament ipprojbit milli jittrasferixxi ebda parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi ma’ dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta din il-projbizzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11.

2. Jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru jew fil-perjodu mill-2021 sal-2025 jew fil-perjodu mill-2026 sal-2030 skont ir-Regolament [ ] jaqbżu l-assorbimenti tal-gassijiet serra tiegħu, kif iddeterminati skont l-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament, għandu jkun hemm tnaqqis mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 ta’ dawk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żejda għas-snin rilevanti.

Artikolu 10

Aġġustamenti

1.L-allokazzjonijiet annwali għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati, biex jirriflettu:

(a) l-aġġustamenti għan-numru ta’ kwoti għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra maħruġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE li jirriżulta minn bidla fil-kopertura tas-sorsi skont id-Direttiva;

(b) l-aġġustamenti għan-numru ta’ kwoti jew krediti maħruġa rispettivament skont l-Artikoli 24 u 24a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet fi Stat Membru; u

(c) l-aġġustamenti għan-numru ta’ kwoti li jappartjenu għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn stallazzjonijiet esklużi mill-EU ETS skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE għaż-żmien li jiġu esklużi.

2.L-ammont li jinsab fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-allokazzjoni għas-sena 2021 għal kull Stat Membru msemmi f'dak l-Anness.

3.Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-figuri li jirriżultaw minn dawn l-aġġustamenti.

Artikolu 11

Ir-Reġistru

1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, inklużi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat biex jiġi implimentat il-paragrafu 1 skont l-Artikolu 12 ta’dan ir-Regolament.

Artikolu 12

L-eżerċitar tad-delega

1. Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta l-atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 ta’ dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3. Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 jistgħu’ jiġu revokati fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikoli 7(2) u 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13

Proċedura ta’ kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 525/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 14

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta’ Frar 2024 u kull ħames snin wara dan dwar l-operat ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, u tagħmel il-proposti jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 15

Emendi għar-Regolament Nru 525/2013/UE

B'dan, ir-Regolament Nru 525/2013/UE huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:

a) Jiżdied il-punt (aa) li ġej:

“(aa)mill-2023, l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) ] dwar it-tnaqqis vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għas-sena X-2, skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC;”

2.It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri kull sena għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fir-rapporti tagħhom bl-intenzjonijiet tagħhom li jagħmlu użu mill-flessibbiltajiet fl-Artikolu 5(4) u (5) tar-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030.”

3.Fl-Artikolu 13(1)(c), jiżdied il-punt (viii) li ġej:

“(viii).mill-2023, l-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali implimentati għat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030, u l-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali addizzjonali previsti bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra aktar mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament.”

4.fl-Artikolu 14 (1), jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)mill-2023, il-projezzjonijiet totali ta’ gassijiet serra u estimi separati għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra pproġettati għas-sorsi tal-emissjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u mir-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030.”

5. Fl-Artikolu 21(1), jiżdied il-punt (c) li ġej:

“c) l-obbligi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030. L-evalwazzjoni għandha tqis il-progress fil-politiki u l-miżuri tal-Unjoni u informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress proġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta’ tnaqqis tagħha u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.”

6. Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-2021 sal-2030.”

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.It-titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.In-natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.L-għan(ijiet)

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli għall-monitoraġġ u għar-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.It-titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

1.2.Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 23  

Qasam ta’ politika: L-Azzjoni Klimatika

Attività tal-ABB: L-azzjoni klimatika fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali (Kodiċi ABB 34 02 01)

1.3.In-natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 24  

X Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’azzjoni mdawra f'azzjoni ġdida 

1.4.L-għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Din il-proposta hija parti mil-leġiżlazzjoni li timplimenta l-pakkett għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 li qabel fuqu l-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2014, sabiex tinkiseb il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 tal-UE ta’ mill-inqas -40 % mqabbel mal-1990 domestikament b’mod kosteffikaċi u jikkontribwixxi biex jiġi limitat it-tisħin globali.

Din il-proposta hija parti mill-għaxar prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, element importanti tal-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru 1

Biex jiġi mmonitorjat il-progress u tiġi kkontrollata l-konformità mal-obbligi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont il-proposta, sabiex jinkiseb tnaqqis ta’ 30 % madwar l-UE kollha f’emissjonijiet ta’ GHG fis-setturi mhux tal-ETS meta mqabbel mal-2005 b’mod li huwa ġust, kosteffikaċi u jiżgura l-integrità ambjentali.

Attività/ajiet (i)kkonċernata/i ABM/ABB

Azzjoni klimatika.

1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta se twassal tnaqqis ta’ 30 % madwar l-UE kollha f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi mhux tal-ETS sal-2030 meta mqabbel mal-2005.

Il-proposta tistabbilixxi miri nazzjonali mhux tal-ETS ibbażati prinċipalment fuq il-PDG per capita li jindirizza t-tħassib primarju tal-ġustizzja tal-Istati Membri. L-aġġustamenti fil-mira previsti għall-Istati Membri li għandhom dħul għoli, kif ukoll it-titjib ta’ flessibbiltajiet eżistenti u ġodda jippermettu kisba kosteffikaċi tal-mira. Sabiex tiġi żgurata l-integrità ambjentali globali, il-punt tat-tluq tal-2021 għat-trajettorji fil-mira jeħtieġ li jiġi stabbilit abbażi tal-emissjonijiet storiċi u l-flessibbiltajiet ġodda jeħtieġ li jiġu limitati sabiex jiġi evitat rendiment baxx tal-impenn internazzjonali tal-UE ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % ta’ emissjonijiet ta’ GHG meta mqabbel mal-1990 sal-2030.

Huma rakkomandati kontrolli ta’ konformità inqas frekwenti, jiġifieri kull ħames snin minflok kull sena, li jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea. Ma hemm l-ebda obbligu ta’ rapportar dirett jew konsegwenzi amministrattivi għan-negozji, għall-SMEs jew għall-mikrointrapriżi.

Il-proposta hija indirizzata lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali. Il-politika proposta għandha tiġi implimentata fil-livell nazzjonali, u għaldaqstant taffettwa l-aktar lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri. Skont in-natura u l-ambitu tal-miżuri nazzjonali implimentati mill-Istati Membri, se jaffettwaw lil diversi partijiet ikkonċernati fis-setturi kkonċernati.

Ikunx hemm aktar impatti jiddependi mill-politiki u l-miżuri nazzjonali magħżula f’kull pajjiż speċifiku.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/l-inizjattiva.

Indikatur nru 1: Il-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux tal-ETS fl-UE.

Indikatur nru 2: Il-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Istati Membri.

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

L-Istati Membri għandhom jilħqu l-miri nazzjonali ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom fl-2030. Għandhom jimplimentaw il-politiki u l-miżuri u d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi meħtieġa fuq livell nazzjonali biex jikkonformaw mal-proposta. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-miżuri rilevanti ta’ implimentazzjoni għall-perjodu wara l-2020.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali. Billi l-għan tal-azzjoni proposta ma jistax jintlaħaq tajjeb mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali hija meħtieġa u l-azzjoni tal-UE hija ġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà. L-UE u l-Istati Membri tagħha jipparteċipaw b’mod konġunt fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. L-azzjoni konġunta tippermetti lill-UE tindirizza kwistjonijiet kemm ta’ ekwità kif ukoll ta’ effiċjenza, filwaqt illi tilħaq għan ambjentali ambizzjuż. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Filwaqt li d-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD) għadha fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tagħha, l-impenji tal-Istati Membri jistgħu jitqiesu li kienu effettivi tal-inqas parzjalment fl-istimular ta’ politiki u miżuri nazzjonali ġodda li jippromwovu tnaqqis effettiv ta’ emissjonijiet ta’ gass serra fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESD. Dan l-isforz issaħħaħ mill-fatt li tnieda flimkien ma’ għadd ta’ politiki oħra tal-UE għall-klima u l-enerġija, bħala parti mill-pakkett tal-2020, b’mod partikolari dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli. Għal diversi setturi tal-ESD, fosthom il-bini, it-trasport, l-agrikoltura u l-iskart, parti sinifikanti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-lum jista’ jiġi attribwit għal fatturi bħat-tibdil teknoloġiku li huwa influwenzat minn interventi politiċi li jirriżultaw mill-pakkett tal-2020. B’mod ġenerali, bħala riżultat tal-ESD, l-Istati Membri saru aktar attivi fil-kunsiderazzjoni ta’ miżuri ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet f’xi setturi u kif l-aħjar li jitfasslu. Instab li kien hemm piż amministrattiv addizzjonali limitat li rriżulta mill-ESD fil-livell tal-Istati Membri, għalkemm jista’ jkun hemm opportunitajiet għat-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi fil-livell tal-UE.

1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-proposta tkompli mal-mekkaniżmu attwali tal-UE għall-kondiviżjoni tal-isforzi għal setturi mhux tal-ETS sal-2030 u hija parti integrali mill-Qafas tal-2030 għall-Klima u l-Enerġija u l-qafas strateġiku tal-Kummissjoni għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares ’il quddiem. B’mod partikolari, tikkontribwixxi għat-twassil tar-raba’ dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija biex tiġi dekarbonizzata l-ekonomija.

Hija konsistenti ma’ partijiet oħra tal-Pakkett tal-Unjoni tal-Enerġija, bħall-pakkett dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li jagħmel enfasi qawwija fuq l-użu effiċjenti tal-enerġija fil-binjiet, fuq il-pakkett tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll fuq l-inizjattiva dwar id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

L-Istati Membri huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri biex iwettqu l-obbligi tagħhom, u xi wħud minnhom huma mistennija wkoll jgħinu biex jiġu onorati l-impenji tal-UE għall-enerġija rinnovabli u għall-użu effiċjenti tal-enerġija.

1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva b’durata limitata:

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-2021 sal-2030

   Impatt finanzjarju mill-2019 sal-2031

 Proposta/inizjattiva b’durata bla limitu

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-SSSS sal-SSSS,

segwit minn tħaddim sħiħ.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 25  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jingħataw lil:

◻ pajjiżi terzi jew lill-korpi li jaħtru huma;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-proposta tkompli mad-Deċiżjoni attwali Nru 406/2009/KE (id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi) bl-istess obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar għall-Istati Membri u kompiti ta’ ġestjoni għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tiġi appoġġjata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fil-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont il-proposta.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli għall-monitoraġġ u għar-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ tal-progress u l-valutazzjoni tal-konformità se jiddependu minn qafas komprensiv eżistenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika stabbilit parzjalment fl-ESD u parzjalment fir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ (ir-Regolament (UE) 525/2013) u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu. Ir-rapportar robust u ċ-ċiklu ta’ konformità skont l-ESD se jinżammu skont il-proposta. L-Istati Membri jżommu obbligu li jikkonformaw ma’ limiti annwali tal-emissjonijiet u trajettorja lineari fil-perjodu 2021-2030 għalkemm il-kontroll ta’ konformità attwali se jiġi organizzat kull ħames snin minflok kull sena.

Biex jiġi żgurat li l-valutazzjoni ta’ konformità tiddependi minn dejta preċiża, l-inventarji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) ppreżentati mill-Istati Membri jkomplu jiġu analizzati mill-Kummissjoni. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tkompli tikkoordina l-kontroll tat-trasparenza, tal-preċiżjoni, tal-konsistenza, tal-komparabbiltà u tal-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata.

Se jibqgħu r-rekwiżiti eżistenti biex l-Istati Membri jirrapportaw kull sentejn dwar il-politiki u l-miżuri implimentati sabiex jintlaħqu l-miri tal-obbligi tagħhom skont din il-proposta kif ukoll dwar il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tagħhom.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju(i) identifikat(i)

L-Istati Membri ma jirrapportawx, jew ma jirrapportawx fil-ħin, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali tagħhom.

2.2.2.Tagħrif li jikkonċerna l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

Bis-saħħa tas-sistema ta’ rapportar annwali li diġà eżistenti u hija stabbilita sew, dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Istati Membri stabbiliti fir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ hemm proċeduri fis-seħħ għall-iżgurar li r-rapporti dwar l-emissjonijiet jaslu fil-ħin u li kwalunkwe Stat Membri li ma jissodisfax l-obbligi ta’ rapportar tiegħu jkun jista’ jiġi megħjun.

2.2.3.Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Ir-riskju ta’ żball mhuwiex applikabbli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-monitoraġġ ta’ progress ta’ Stat Membru lejn l-impenji tiegħu skont din il-proposta jiddependi mis-sistema eżistenti stabbilita sew għall-kontroll tal-kwalità u għall-verifika tar-rapporti annwali tagħhom tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dan jiżgura li kwalunkwe lakuna jew irregolarità fir-rigward tad-dejta dwar l-emissjonijiet irrapportata tiġi indirizzata u kkoreġuta fil-ħin għall-kontroll tal-konformità.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribut

Diff./Mhux diff 26 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 27

mill-pajjiżi kandidati 28

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

34.02.01 29

Diff.

LE

LE

LE

LE

2

07.02.06 30

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

5

34,01 %

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli 

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribut

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

It-Tkabbir Sostenibbli: Ir-Riżorsi Naturali

DĠ: CLIMA

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

34 02 01

Impenji

(1)

0,900

0,900

Pagamenti

(2)

0,540

0,360

0,900

07 02 06

Impenji

(1a)

0,200

0,200

0,400

Pagamenti

(2 a)

0,200

0,200

0,400

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 31  

In-numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ CLIMA

Impenji

=1+1a +3

1,100

0,200

1,300

Pagamenti

=2+2a

+3

0,740

0,560

1,300






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1,100

0,200

1,300

Pagamenti

(5)

0,740

0,560

1,300

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

1,100

0,200

1,300

Pagamenti

=5+ 6

0,740

0,560

1,300

Jekk tkun affettwata mill-proposta / l-inizjattiva iżjed minn intestatura waħda:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(L-ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

1,100

0,200

1,300

Pagamenti

=5+ 6

0,740

0,560

1,300

Il-miżura proposta se titwettaq fil-pakkett finanzjarju ta' LIFE, u xi ftit ukoll mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif miftiehem skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020.





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

DĠ: CLIMA

• Riżorsi Umani

0,402

0,402

0,606

0,606

2,016

• Nefqa amministrattiva oħra

0,015

0,015

0,030

TOTAL DĠ CLIMA

Approprjazzjonijiet

0,402

0,402

0,621

0,621

2,046

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0,402

0,402

0,621

0,621

2,046

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,402

0,402

1,721

0,821

3,346

Pagamenti

0,402

0,402

1,361

1,181

3,346

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

OUTPUTS

Tip 32

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1

- Output

Kuntratt ta' servizz

0,900

1

0,900

1

0,900

- Output

Żvilupp tal-IT

0,200

1

0,200

1

0,200

2

0,400

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

2

1,100

1

0,200

5

3,100

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

2

1,100

1

0,200

3

1,300

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi Umani

0,402

0,402

0,606

0,606

2,016

Nefqiet amministrattivi oħra

0,015

0,015

0,030

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,402

0,402

0,621

0,621

2,046

Barra mill-INTESTATURA 5 33
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi Umani

Nefqiet oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,402

0,402

0,621

0,621

2,046

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
2017

Sena
2018

Sena 2019

Sena 2020

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

34 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni))

3

3

4

4

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time: FTE) 34

34 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

1

1

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  35

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika liema)

TOTAL

3

3

5

5

34 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jittieħdu minn fost l-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Minħabba li l-proposta qed tkompli mad-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, se jkompli jmexxi t-tim attwali tal-AD fi CLIMA. Jinħtieġ uffiċjal AD ieħor mill-2019 biex jagħti s-servizz ta' għajnuna għall-klijenti lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u biex jiżviluppa u jiġġestixxi l-parti tal-ESD tar-Reġistru tal-Unjoni eżistenti, li hija sistema komplessa u kritika.

Persunal estern

Ikun meħtieġ aġent kuntrattwali (AC) biex jgħin fil-fażi ta' tranżizzjoni u ta' trikkib bejn id-Deċiżjoni dwar l-Isforzi Kondiviżi eżistenti u dik ġdida fis-snin 2019 sa 2020, u biex jgħin fil-fażi tal-istabbiliment tal-inizjattiva l-ġdida.

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

X Il-proposta/l-inizjattiva ma jkollha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

L-impatt tal-proposta/l-inizjattiva 36

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ….

Għal dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja(i) tan-nefqa baġitarja affettwata(i).

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
(2) COM(2016) 0395 final
(3) COM(2016) 0110 final
(4) Ir-Regolament (UE) 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
(5) COM(2016)483 Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE skont l-Artikolu 14 tagħha
(6) Il-konsultazzjoni saret bejn is-26 ta’Marzu u t-18 ta’Ġunju 2015 u hija disponibbli fil-websajt tal-Istħarriġ tal-UE http://ec.europa.eu/clima/consultations/articles/0025_en.htm .
(7) Ara SWD(2016) 247, l-Anness 8.2.
(8) Il-Kummissjoni Ewropea: EU Reference Scenario 2016, Energy, Transport and GHG Emissions, Trends to 2050.
(9) Supporting study for the Evaluation of Decision No. 406/2009/EC (Effort Sharing Decision), Ricardo Energy and Environment with Trinomic and Vito.
(10)

   SWD(2016) 247 u SWD(2016) 248. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, ara SEC(2016) 339.

(11) SWD(2014)15, SWD(2014)255 final
(12) Dan ir-rapport jippreżenta l-progress tal-Istati Membri lejn l-obbligi tagħhom skont l-Unjoni tal-Enerġija u s-sistema ta’ governanza tagħha.
(13) ĠU C , , p. .
(14) ĠU C , , p. .
(15) ĠU C , , p. .
(16) COM(2015)80
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
(18) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(19) Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
(20) SWD(2016) 247
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(22) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(23) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(24) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(25) Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(26) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(27) L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(28) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(29) Tnaqqis tal-emissjonijiet GHG (mitigazzjoni).
(30) Sussidju għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
(31) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(32) L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom ikunu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq li nbnew, eċċ.).
(33) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(34) AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(35) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(36) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Brussell, 20.7.2016

COM(2016) 482 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

{SWD(2016) 247 final}
{SWD(2016) 248 final}


ANNESS I

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri fl-2030 taħt il-livelli tagħhom fl-2005 stabbiliti skont l-Artikolu 4(3)

Il-Belġju

-35 %

Il-Bulgarija

-0 %

Ir-Repubblika Ċeka

-14 %

Id-Danimarka

-39 %

Il-Ġermanja

-38 %

L-Estonja

-13 %

L-Irlanda

-30 %

Il-Greċja

-16 %

Spanja

-26 %

Franza

-37 %

Il-Kroazja

-7 %

L-Italja

-33 %

Ċipru

-24 %

Il-Latvja

-6 %

Il-Litwanja

-9 %

Il-Lussemburgu

-40 %

L-Ungerija

-7 %

Malta

-19 %

In-Netherlands

-36 %

L-Awstrija

-36 %

Il-Polonja

-7 %

Il-Portugall

-17 %

Ir-Rumanija

-2 %

Is-Slovenja

-15 %

Is-Slovakkja

-12 %

Il-Finlandja

-39 %

L-Iżvezja

-40 %

Ir-Renju Unit

-37 %

TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA TAL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 4

ANNESS II

L-ISTATI MEMBRI LI JISTA’ JKOLLHOM KANĊELLAZZJONI LIMITATA TAL-KWOTI TAL-ETS LI JITQIESU GĦALL-KONFORMITÀ SKONT L-ARTIKOLU 6

Perċentwal massimu tal-emissjonijiet iddeterminati għall-2005 skont l-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament

Il-Belġju

2 %

Id-Danimarka

2 %

L-Irlanda

4 %

Il-Lussemburgu

4 %

Malta

2 %

In-Netherlands

2 %

L-Awstrija

2 %

Il-Finlandja

2 %

L-Iżvezja

2 %



Anness III

L-ASSORBIMENTI NETTI TOTALI MINN ARTIJIET DEFORESTATI, ARTIJIET AFFORESTATI, RABA’ ĠESTITA U BUR ĠESTIT LI L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JQISU GĦALL-KONFORMITÀ GĦALL-PERJODU 2021–2030 SKONT L-ARTIKOLU 7

L-ammont massimu espress f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenza għal CO2

Il-Belġju

3,8

Il-Bulgarija

4,1

Ir-Repubblika Ċeka

2,6

Id-Danimarka

14,6

Il-Ġermanja

22,3

L-Estonja

0,9

L-Irlanda

26,8

Il-Greċja

6,7

Spanja

29,1

Franza

58,2

Il-Kroazja

0,9

L-Italja

11,5

Ċipru

0,6

Il-Latvja

3,1

Il-Litwanja

6,5

Il-Lussemburgu

0,25

L-Ungerija

2,1

Malta

0,03

In-Netherlands

13,4

L-Awstrija

2,5

Il-Polonja

21,7

Il-Portugall

5,2

Ir-Rumanija

13,2

Is-Slovenja

1,3

Is-Slovakkja

1,2

Il-Finlandja

4,5

L-Iżvezja

4,9

Ir-Renju Unit

17,8

Total massimu

280

ANNESS IV

TOTAL TAL-AĠĠUSTAMENT SKONT IL-PARAGRAFU 2 TAL-ARTIKOLU 10

It-total tal-aġġustament skont l-Artikolu 10(2), espress f’tunnellati ta' ekwivalenza għal CO2

Il-Bulgarija

1602912

Ir-Repubblika Ċeka

4440079

L-Estonja

145944

Il-Kroazja

1148708

Il-Latvja

547061

Il-Litwanja

2165895

L-Ungerija

6705956

Il-Polonja

7456340

Il-Portugall

1655253

Ir-Rumanija

10932743

Is-Slovenja

178809

Is-Slovakkja

2160210