Brussell, 13.4.2016

COM(2016) 202 final

2016/0110(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Is-suq intern uniku huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea. Integrazzjoni u suq intern li jaħdem perfettament huma indispensabbli biex l-istrateġija Ewropa 2020 tirnexxi; jpoġġu l-ekonomija tal-UE fit-triq tat-tkabbir sostenibbli sabiex jingħelbu l-kriżijiet finanzjarji u tad-dejn sovran li żviluppaw sa mill-2008.

Billi s-swieq kapitali huma globali, armonizzazzjoni tar-rappurtar finanzjarju u tar-regoli tal-awditjar fil-livell globali hija essenzjali għall-funzjonament bla xkiel tas-swieq kapitali u tar-realizzazzjoni ta' suq integrat għas-servizzi finanzjarji fl-UE. Minflok ma tintroduċi sett ta' standards ta' rappurtar finanzjarju tagħha stess, fl-2002 l-UE ddeċidiet, bl-adozzjoni tar-Regolament 1606/2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (Regolament IAS) biex timplimenta standards tal-kontabilità miftiehma b'mod internazzjonali, l-hekk imsejħa Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) żviluppati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB).

B'aktar u aktar pajjiżi mixjin lejn l-IFRS u li qegħdin jadottawhom, l-UE għandha titkellem b'vuċi waħda. Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), il-konsulent tekniku tal-Kummissjoni Ewropea fi kwistjonijiet tal-kontabilità gradwalment ħa r-rwol li jipprovdi input upstream, tekniku u kredibbli fil-proċess tal-istipular tal-istandards mill-IASB.

Kemm min jistipula l-istandards internazzjonali kif ukoll l-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-interessi tal-Ewropa jeħtieġ li jkunu indipendenti, ikollhom kapaċità u għarfien espert suffiċjenti biex jipproduċu standards ta' kwalità u input għal dawk l-istandards, u jkollhom bażi finanzjarja soda sabiex ikunu kapaċi jwettqu l-missjoni tagħhom ta' interess pubbliku fuq bażi fit-tul.

Għal dawn il-finijiet, fl-2009 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew Programm Komunitarju biex isostni attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar 1 . Dan il-programm kien ġie estiż permezz tar-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 ("ir-Regolament Finanzjarju"). Il-benefiċjarji tal-programm estiż huma l-Fondazzjoni IFRS, l-EFRAG, u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB).

Ir-Regolament Finanzjarju tawwal l-finanzjament tal-Fondazzjoni IFRS u tal-PIOB għall-perjodu 2014-2020. Fid-dawl tal-inċertezzi relatati ma' riforma ta' governanza kbira li l-organizzazzjoni kienet għaddejja minnha fl-2014, il-koleġiżlaturi ddeċidew li jillimitaw il-perjodu finanzjarju sat-tmiem tal-2016, u appellaw lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, biex tkompli l-finanzjament tal-EFRAG wara l-31 ta' Diċembru 2016. Sadanittant, ir-riforma tal-governanza tal-EFRAG ġiet implimentata b’suċċess fil-31 ta' Ottubru 2014. Konsegwentement, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa biex jestendi l-kofinanzjament tal-EFRAG mill-Unjoni għall-perjodu 2017-2020 taħt il-programm tal-Unjoni stabbilit mir-Regolament ta' Finanzjament.

1.1.EFRAG

L-EFRAG twaqqaf fl-2001 bħala organizzazzjoni privata biex jipprovdi lill-Kummissjoni l-għarfien espert tekniku f'materji ta' rappurtar finanzjarju. Fil-bidu, l-EFRAG l-aktar li pprovda kienu pariri lill-Kummissjoni dwar jekk standard internazzjonali tal-kontabilità li kien se jiġi adottat fl-Unjoni kienx jissodisfa l-kriterji tekniċi tal-approvazzjoni 2 . Gradwalment l-EFRAG ħa rwol ta' influwenza proattiva fuq l-IASB fil-ħidma tiegħu tal-istipular tal-istandards. Dan jipprovdi input billi joħroġ ittri ta' kumment dwar abbozzi ta’ standards u jikkontribwixxi fi stadju bikri billi jippubblika dokumenti ta’ diskussjoni dwar kwistjonijiet attwali tal-kontabilità.

Fil-bidu, ir-rappreżentanza u d-drittijiet tal-vot fil-korpi tal-governanza tal-EFRAG (bħall-Assemblea Ġenerali u l-Bord Superviżorju) kienu marbuta mal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-baġit tal-EFRAG. Il-korp inkarigat mill-ħidma teknika ewlenija, it-TEG (Technical Expert Group), dejjem kien indipendenti.

Fit-12 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ppubblikat rapport ta’ Philippe Maystadt, konsulent speċjali għall-Kummissarju responsabbli mis-suq intern u s-servizzi, li fih ippreżenta riformi potenzjali għall-governanza tal-EFRAG li għandhom l-għan li jsaħħu l-kontribut tal-Unjoni għall-iżvilupp ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità. Ir-rakkomandazzjonijiet ta' Philippe Maystadt ġew appoġġjati b'mod ġenerali mill-Kunsill tal-ECOFIN tal-15 ta' Novembru 2014. L-implimentazzjoni f'waqtha tar-riforma kienet meqjusa neċessarja wkoll mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill biex jinkisbu l-għanijiet mistennija mill-programm ta' kofinanzjament stabbilit mir-Regolament ta' Finanzjament tal-2014.

F’Lulju 2014, il-Kummissjoni ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill 3 dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-EFRAG, li wasal għal konklużjoni favorevoli rigward il-progress li sar sa issa.

Ir-riforma involviet reviżjoni fundamentali tal-Istatuti tal-EFRAG u tar-Regoli interni tal-EFRAG biex jinkorporaw struttura ġdida ta’ governanza, li żiedet il-leġittimità u r-rappreżentattività tal-EFRAG. L-istatuti tal-EFRAG u r-Regoli Interni tal-EFRAG riveduti ġew approvati fis-16 ta’ Ġunju 2014 b’data effettiva tal-31 ta’ Ottubru 2014. Fl-istess jum l-EFRAG kabbar is-sħubija tiegħu 4 u l-istruttura l-ġdida ta’ governanza saret operattiva minn Novembru 2014.

Ir-riforma rriżultat fl-istabbiliment ta' Bord ġdid tal-EFRAG, il-korp il-ġdid tiegħu ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, b’rappreżentanza bilanċjata tal-interessi pubbliċi u privati. Il-Bord tal-EFRAG jieħu d-deċiżjonijiet kollha tiegħu fuq bażi ta’ kunsens wara li jikkunsidra r-riżultati tal-proċess dovut tal-EFRAG. Il-Kummissjoni, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bank Ċentrali Ewropew ilhom jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet tal-Bord bħala osservaturi. Il-President tal-Bord huwa nnominat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Bħalissa, wieħed mill-Membri tal-Bord jaġixxi bħala President sakemm issir il-ħatra formali. Il-Kummissjoni tiżgura li l-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità jipprovdi kontribut għall-EFRAG jew jitlob valutazzjonijiet speċifiċi fejn ikun meħtieġ. Bħala riżultat, l-EFRAG issa huwa mgħammar sew biex isaħħaħ il-leġittimità tal-pożizzjonijiet tiegħu u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti lejn l-objettiv li l-Ewropa titkellem b’vuċi waħda.

Sabiex tkun tista' tkompli taqdi rwol ċentrali biex tiżgura li l-bżonnijiet u l-interessi tal-Unjoni huma meqjusin kif jistħoqq fil-fażi tal-iżvilupp ta' standards ġodda kif ukoll tipprovdi lill-Kummissjoni b'parir ta' approvazzjoni tal-għola kwalità dwar standards ġodda jew emendati, l-EFRAG irid finanzjament sod, fuq perjodu twil u divers biex ikun kredibbli u indipendenti u jkun jista' jipproduċi dokument ta' kwalità għolja billi jimpjega esperti ta' kwalità għolja.

B'konformità mar-Regolament ta' Finanzjament, l-EFRAG kien allokat l-ammont ta' EUR 9 303 000 għall-perjodu 2014-2016. Ir-Regolament attwali jipproponi l-EFRAG ikun allokat ammont addizzjonali ta' EUR 13 831 000 għall-perjodu 2017-2020. Dan l-ammont jikkorrispondi għall-ammont li l-EFRAG ikun iffinanzjat għal dak il-perjodu tal-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 għar-Regolament ta' Finanzjament attwalment fis-seħħ. Sabiex tiġi żgurata t-tkomplija operazzjonali ta' EFRAG huwa neċessarju li jinżamm il-kofinanzjament tal-UE minħabba li dan jammonta għal kważi 60 % tal-baġit tal-EFRAG.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

2.1.Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114.

F'konformità mal-politika leġiżlattiva tal-Kummissjoni li ġiet adottata fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-programm ta' finanzjament attwali qiegħed jiġi propost bħala Regolament.

2.2.Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-programm tal-Unjoni jipprovdi l-possibbiltà ta' kofinanzjament ta' attivitajiet ta' ċerti korpi li jsegwu għanijiet ta' interess ġenerali għall-Unjoni dwar kwistjonijiet għall-Unjoni kollha fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar. Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà minħabba li, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tagħha ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

2.3.Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Kif ġie vvalutat fl-evalwazzjoni ex-ante li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 għar-Regolament ta' Finanzjament li huwa attwalment fis-seħħ, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-finanzjament mill-Unjoni qed jiġi propost għal għadd definit sew u limitat tal-aktar korpi importanti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Fil-qafas istituzzjonali attwali, l-arranġamenti l-ġodda ta’ finanzjament se jiżguraw finanzjament stabbli, diversifikat, fis-sod u adegwat sabiex ikun possibbli li l-korpi rilevanti jwettqu l-missjoni tagħhom b’rabta mal-Unjoni jew fl-interess pubbliku tal-Unjoni b’mod indipendenti u effiċjenti. L-appoġġ finanzjarju se jingħata skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Fl-evalwazzjoni ex-ante 5 li takkompanja l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 għar-Regolament ta' Finanzjament li huwa attwalment fis-seħħ, alternattivi possibbli differenti ta' finanzjament għall-EFRAG kienu vvalutati. L-għanijiet tal-programm stabbiliti mir-Regolament kienu li jiġi żgurat finanzjament stabbli, diversifikat, fis-sod u adegwat u li l-EFRAG ikun jista' jwettaq il-missjoni tiegħu b'mod indipendenti u effiċjenti. Ġie konkluż li l-kofinanzjament tal-Unjoni huwa l-aktar alternattiva effiċjenti. Din il-valutazzjoni għadha valida wara r-riforma ta' governanza ta' EFRAG implimentata fl-2014.

Fl-evalwazzjoni ex-ante kien konkluż li l-programm fir-rigward tal-EFRAG sa issa laħaq l-għanijiet stabbiliti u li l-finanzjament għandu jitkompla. Kif spjegat hawn fuq, ir-riforma tal-governanza tal-EFRAG kienet implimentata b'suċċess fl-2014 wara r-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-rapport ta' Philippe Maystadt. Il-Kummissjoni vvalutat b'mod favorevoli l-attivitajiet tal-EFRAG wara r-riforma fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2015 6 . Fir-rapport, il-Kummissjoni kkonfermat li l-EFRAG ħa inkunsiderazzjoni fil-valutazzjonijiet tal-approvazzjoni tiegħu ta' jekk l-IFRS kinux jissodisfaw il-kriterji tekniċi kollha tar-Regolament tal-IAS. Wara r-riforma fil-governanza tiegħu, l-EFRAG saħħaħ il-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tiegħu ta’ jekk ir-rekwiżiti ta’ rappurtar finanzjarju l-ġodda jew proposti jwasslux għall-ġid pubbliku. Il-Kummissjoni laqgħet ukoll ir-rieda tal-EFRAG biex ikompli jiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħu fir-rigward tal-analiżi tal-effetti ta’ standards, inklużi l-effetti makroekonomiċi bħal kwalunkwe effett ħażin fuq l-istabbiltà finanzjarja jew l-iżvilupp ekonomiku fl-UE.

Allura, huwa xieraq li jiġi propost biex jitkompla l-finanzjament ta' EFRAG għal perjodu 2017-2020 sabiex jintlaħqu l-objettivi fuq żmien twil tal-programm tal-Unjoni biex ikunu appoġġjati attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-evalwazzjoni ex-ante tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkompanja l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 għar-Regolament ta' Finanzjament li huwa attwalment fis-seħħ (COM(2012)782final).

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-prolongazzjoni tal-finanzjament tal-EFRAG għall-perjodu 2017-2020 tal-proposta ta’ Regolament se żżid il-baġit totali tal-programm għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar minn EUR 43,176 miljun għal madwar EUR 57 miljun.

Dan se jirriżulta f'ammont addizzjonali li se jitħallas mill-baġit tal-Unjoni ta' EUR 13,831 miljun.

2016/0110 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 7 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Abbażi tar-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 , il-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (il-Fondazzjoni IFRS), li hija s-suċċessur ġuridiku tal-Fondazzjoni tal-Kumitat tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, (IASCF) u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) jibbenefikaw minn kofinanzjament min-naħa tal-Unjoni fil-forma ta' għotjiet operattivi sal-31 ta' Diċembru 2020.

(2)Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), abbażi tar-Regolament (UE) Nru 258/2014, jibbenefika mill-kofinanzjament minn naħa tal-Unjoni f'forma ta' għotjiet operattivi sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)Fit-12 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ppubblikat rapport ta’ Philippe Maystadt, konsulent speċjali għall-Kummissarju inkarigat mis-suq intern u s-servizzi (ir-“rapport tal-konsulent speċjali”), li fih ġew deskritti riformi potenzjali għall-governanza tal-EFRAG li għandhom l-għan li jsaħħu l-kontribut tal-Unjoni għall-iżvilupp ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità.

(4)Il-Kummissjoni ssorveljat mill-qrib l-implimentazzjoni tar-riforma tal-governanza tal-EFRAG u informat debitament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni sabet li l-EFRAG implimenta b'suċċess il-konklużjonijiet tar-rapport tal-konsulent speċjali, billi implimenta struttura ġdida ta' governanza, li żiedet il-leġittimità u r-rappreżentattività tal-EFRAG. Allura, huwa xieraq li jitkompla l-finanzjament tal-EFRAG għall-perjodu 2017-2020 sabiex jintlaħqu l-objettivi fuq żmien twil tal-programm tal-Unjoni biex ikunu appoġġjati attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar.

(5)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari ż-żieda tal-baġit ta’ programm tal-Unjoni għall-perjodu mill-2017 sal-2020 sabiex ikunu appoġġjati l-attivitajiet tal-EFRAG, li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni b’rabta mar-rappurtar finanzjarju, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3(1)(a), il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

"(i) EFRAG;";

(2) L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 57 007 000 fi prezzijiet attwali.";

(b) fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(a) għall-EFRAG: EUR 23 134 000;".

Artikolu 2

– Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 9  

Qasam tal-politika: L-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 10  

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Programm jikkontribwixxi wkoll għall-istrateġija Ewropa 2020, billi jsaħħaħ is-suq uniku tas-servizzi finanzjarji u tal-kapital, u kif ukoll għad-dimensjoni esterna tal-istrateġija. Il-Programm huwa mistenni jikkontribwixxi għall-għanijiet li jiġu żgurati l-komparabbiltà u t-trasparenza tal-kontijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni, u li l-bżonnijiet tal-Unjoni jinstemgħu fil-kuntest tal-armonizzazzjoni globali tal-istandards tar-rappurtar finanzjarju.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku: Li jittejbu l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tas-suq intern billi jiġi appoġġjat l-iżvilupp trasparenti u indipendenti ta' standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju

Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB

Tnax-il (12) Servizz finanzjarju u suq kapitali

1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Issaħħaħ l-indipendenza ekonomika tal-EFRAG

L-EFRAG jiġi mgħammar bir-riżorsi neċessarji biex iwettaq il-missjoni ta’ interess pubbliku Ewropew tiegħu

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-punt sa fejn l-UE tkun tista' tinfluwenza l-iżvilupp tal-IFRS

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta' żmien

It-trawwim tal-indipendenza (ukoll tal-indipendenza pperċepita) tal-EFRAG u jkun jista' jwettaq il-missjoni tiegħu ta' interess pubbliku b'mod sodisfaċenti

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-għan ewlieni tal-Programm huwa li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jappoġġja l-iżvilupp trasparenti u indipendenti ta’ standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju internazzjonali. F'dan ir-rigward, il-programm għandu l-għan li jiżgura l-komparabbiltà u t-trasparenza tal-kontijiet tal-kumpaniji madwar l-UE u globalment.

Barra minn hekk, l-input tekniku upstream Ewropew sinifikanti, kredibbli u indipendenti huwa essenzjali waqt l-iżvilupp ta' dawk l-istandards. L-EFRAG huwa responsabbli għal dawk l-attivitajiet.

1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat

Il-finanzjament attwali sa issa rnexxielu jilħaq l-aspettattivi

1.5.4.Sinerġija possibbli u kompatibbiltà ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux applikabbli

1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2017 sal-31/12/2020

   Impatt finanzjarju mill-2017 sal-2020

 Proposta/inizjattiva b’tul ta' żmien bla limitu

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija minn SSSS sa SSSS,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 11  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu inkarigati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi li huma nnominaw;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

EFRAG Rapporti progressivi u finali hekk kif huma meħtieġa mill-ftehim ta' għotja, rapporti annwali dwar l-attivitajiet tal-EFRAG hekk kif huma meħtieġa mir-Regolament ta' Finanzjament, b'parteċipazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni fil-laqgħat tal-Bord tal-EFRAG.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Hemm riskju li l-għanijiet operazzjonali ma jintlaħqux (jekk il-prestazzjoni mill-benefiċjarju tal-attivitajiet ġenerali/il-kwalità ta' azzjonijiet speċifiċi ma jkunux skont l-għanijiet inizjali kif deskritt fil-proposta annwali).

Hemm riskju ta' theddida għall-interessi/ir-reputazzjoni finanzjarja tal-UE jekk is-servizzi tal-Kummissjoni ma jirnexxilhomx jidentifikaw l-infiq ineliġibbli.

2.2.2.Tagħrif li jikkonċerna l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

– Il-benefiċjarji huma mitluba jissottomettu rapport annwali, skont l-għanijiet individwali ta' kull programm u konformi mal-linji gwida tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

– L-unitajiet operazzjonali responsabbli fid-DĠ FISMA jkollhom kuntatti regolari mal-benefiċjarji u jipparteċipaw fil-kumitati kollha tal-EFRAG.

Riskju ta' theddida għall-interessi finanzjarji tal-UE:

– Kontrolli tal-impenji ta' għotjiet u pagamenti fid-DĠ FISMA jsegwu ċ-ċirkwit finanzjarju rinfurzat u jinkludu kontrolli fl-uffiċji ta' dokumenti ta' sostenn rilevanti, inklużi rapporti interim u finali, il-kontijiet awditjati u dokumenti speċifiċi mitluba mid-DĠ. Dawn il-kontrolli huma dokumentati f'listi ta' kontroll li jimtlew sistematikament mill-atturi kollha involuti fi tranżazzjonijiet finanzjarji rispettivi (OIA,OVA,OVA2,FIA, FVA, FVA2, AO), inklużi l-kontrolli mwettqa mill-unità finanzjarja tad-DĠ fuq kwistjonijiet finanzjarji u legali sabiex jingħata l-"Bon à Payer"

– L-unità finanzjarja tad-DĠ twettaq sistematikament kontrolli fuq il-post fuq kull benefiċjarju b'testjar sustantiv ta’ kampjun ta’ tranżazzjonijiet bl-għan li tivvaluta s-sistema finanzjarja u tal-kontroll intern tal-benefiċjarju u biex tipprovdi l-AO b'garanzija addizzjonali fuq il-protezzjoni suffiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-UE.

2.2.3.Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

L-ogħla rata ta' żball tibqa' taħt 2 %.

L-ispiża tal-kontrolli tkun ta' madwar 0,5 FTE jew EUR 66 000 fis-sena.

Il-benefiċċju massimu tal-kontrolli jkun 100 % tal-ammont annwali mogħti minfuq b’mod adegwat u skont il-prinċipju tal-immaniġġjar finanzjarju tajjeb.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Ċirkwiti finanzjarji rinfurzati b'verifika operazzjonali ex-ante kif ukoll finanzjarja

Analiżi regolari tal-kontijiet, ir-rapporti annwali u ċ-ċertifikati tal-awditjar tal-benefiċjarji

Awditjar regolari fuq il-post għall-verifika tas-sistemi u tal-kontrolli baġitarji

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Deskrizzjoni

Diff./Mhux diff 12 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 13

mill-pajjiżi kandidati 14

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1

12 02 03

Standards fl-oqsma tar-rapportar finanzjarju u awditjar 15

Diff.

/LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DĠ FISMA

2017

2018

2019

2020

2021

TOTALI

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

12 02 03 Standards fl-oqsma tar-rapportar finanzjarju u tal-awditjar

Impenji

(1)

3,356

3,423

3,491

3,561

0

13,831

Pagamenti

(2)

2,517

3,406

3,474

3,544

0,890

13,831

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 16  

Numru tal-intestatura baġitarja Mhux disponibbli

(3)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ FISMA

Impenji

=1

3,356

3,423

3,491

3,561

0

13,831

Pagamenti

=2

2,517

3,406

3,474

3,544

0,890

13,831






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

3,356

3,423

3,491

3,561

0

13,831

Pagamenti

(5)

2,517

3,406

3,474

3,544

0,890

13,831

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju plurieannali

Impenji

=4+ 6

3,356

3,423

3,491

3,561

0

13,831

Pagamenti

=5+ 6

2,517

3,406

3,474

3,544

0,890

13,831

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva: Mhux applikabbli

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju plurieannali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva" 17  

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

2017

2018

2019

2020

2021

TOTALI

DĠ:FISMA

•Riżorsi umani

0

0

0

0

0

0

• Infiq amministrattiv ieħor

0

0

0

0

0

0

TOTAL DĠ FISMA

Approprjazzjonijiet

0

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju plurieannali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0

0

0

0

0

0

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 18

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju plurieannali
 

Impenji

3,356

3,423

3,491

3,561

0

13,831

Pagamenti

2,517

3,406

3,474

3,544

0,890

13,831

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: N/A (għotjiet operattivi)

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

⌧Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva li diġà kienu ġew inklużi fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tar-Regolament ta' Finanzjament 2014 (għall-perjodu 2014-2020).

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani kif diġà inklużi fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għar-Regolament ta' Finanzjament 2014:

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid li hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2017

2018

2019

2020

Total

L-EFRAG bil-fondi proprji tiegħu u bil-fondi li jaslu mingħand partijiet terzi

(Kofinanzjament medju mill-benefiċjarju ta' 40 %)

5,593

5,705

5,818

5,935

23,051

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

5,593

5,705

5,818

5,935

23,051

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma jkollha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

(1) Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika (ĠU L 253, 25.9.2009, p. 8).
(2) L-EFRAG huwa l-korp imsemmi fil-premessa (10) tar-Regolament tal-IAS
(3) http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2014/MT/1-2014-396-MT-F1-1.Pdf
(4) Bħalissa l-EFRAG għandu sittax-il membru: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Partijiet Interessati: BUSINSESSEUROPE, EACB, EBF, EFAA, EFFAS, ESBG, FEE u Insurance Europe; Organizzazzjonijiet Nazzjonali: Id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, in-Norveġja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.
(5) SWD(2012)444 final
(6) Rapport fuq l-attivitajiet tal-Fondazzjoni IFRS, l-EFRAG u l-PIOB fl-2014 – COM (2015) 461 http://ec.europa.eu/finance/company-reporting/docs/reports/20150917-com-2015-461-final_en.pdf
(7) ĠU C , , p. .
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 1).
(9) ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(10) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(11) Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(12) Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(13) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(14) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(15) Il-linja baġitarja hija indikattiva u tista' titbiddel wara l-proċedura annwali"
(16) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(17) Ebda approprjazzjoni amministrativa ma hija neċessarja billi d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tar-Regolament ta' Finanzjament 2014 diġà kienet inkludiet l-approprjazzjonijiet amministrativi kollha għal perjodu 2014-2020.
(18) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.