Brussell, 11.3.2016

COM(2016) 134 final

2016/0074(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u(UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

{SWD(2016) 56 final}
{SWD(2016) 57 final}


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Il-miżuri tekniċi huma regoli dwar kif u fejn jistgħu jistadu s-sajjieda. Għandhom l-għan li jikkontrollaw kemm jista' jinqabad ħut bi sforz tas-sajd speċifiku, kif ukoll li jimminimizzaw l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistema. Il-miżuri jiffurmaw parti integrali mill-qafas regolatorju ta' ħafna mis-sistemi ta' ġestjoni tas-sajd, inklużi dawk fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Il-miżuri tekniċi jistgħu jinġabru fi gruppi differenti:

miżuri li jirregolaw il-funzjonament tal-irkaptu;

miżuri li jirregolaw il-karatteristiki tad-disinn tal-irkaptu li jintuża;

qisien minimi biex il-ħut iżgħar minnhom jerġa' jintefa' l-baħar;

miżuri li jistipulaw kontrolli spazjali u temporali (eż. żoni b'daħla magħluqa/limitata u għeluq staġunali) sabiex jiġu protetti aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv; u

miżuri li jtaffu l-impatti tal-irkaptu fuq l-ispeċijiet sensittivi (eż. il-mammiferi tal-baħar, l-għasafar tal-baħar u l-fkieren) jew żoni magħluqa biex jipproteġu ħabitats sensittivi (eż. skolli tal-qroll tal-ilma kiesaħ).

L-istorja ta' miżuri tekniċi li nsibu fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sajd fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) hija waħda ta' għadd ta' regolamenti, emendi, regoli ta' implimentazzjoni u miżuri tekniċi temporanji introdotti b'mod provviżorju biex isolvu xi problemi ġodda li jqumu. Fil-baċiri tal-baħar tal-Unjoni u fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni kollha li joperaw fihom il-bastimenti tal-Unjoni hemm aktar minn 30 regolament li fihom miżuri tekniċi.

Bħalissa hemm tliet regolamenti dettaljati dwar il-miżuri tekniċi, adottati bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li jkopru l-baċiri tal-baħar ewlenin fl-ilmijiet tal-Unjoni – ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar li jkopri l-Grigal tal-Atlantiku (u l-Baħar l-Iswed mill-2012); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94; u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98.

Minbarra dawk ir-regolamenti, hemm għadd ta' atti tal-Kummissjoni li fihom regoli dettaljati dwar il-bini tal-irkaptu (eż. ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 tas-6 ta' Diċembru 1984 dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili) jew li huma marbutin mal-għeluq ta' żoni speċifiċi (eż. ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1922/1999 tat-8 ta' Settembru 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 rigward il-kondizzjonijiet li bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandu jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu f'ċerti ibħra tal-Komunità) kif ukoll miżuri tekniċi introdotti sabiex itaffu t-theddid immedjat għall-konservazzjoni li jiġi mit-tnaqqis ta' ċerti stokkijiet (eż. ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2056/2001 tad-19 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta' merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Punent tal-Iskozja). Dawn ir-regolamenti ġeneralment jirriżultaw minn għotjiet ta' setgħat misjuba fir-regolamenti ewlenin.

Hemm ukoll għadd ta' regolamenti awtonomi li fihom miżuri tekniċi. Dawn jinkludu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti.

Hemm għadd ta' regolamenti deċiżi b'mod konġunt li jittrasponu miżuri tekniċi miftiehma għall-ilmijiet ta' pajjiżi terzi koperti mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs), bħalma huma l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (CCALMR) u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fost l-oħrajn. Dawn ir-regolamenti mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta.

Qabel ma daħal fis-seħħ it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), iddaħħlu miżuri tekniċi anki fir-Regolamenti dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd li jistipulaw il-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-kwoti annwali fil-Grigal tal-Atlantiku, il-Baltiku u l-Baħar l-Iswed kif ukoll għall-ispeċijiet tal-baħar fond. Dawn kienu taħlita ta' miżuri tekniċi li kellhom ikunu temporanji b'taħlita ta' miżuri u derogi speċifiċi għar-reġjuni minn dispożizzjonijiet ġenerali li hemm f'regolamenti oħrajn. Wara li ġie adottat it-TFUE, miżuri bħal dawn ma setgħux jibqgħu jiddaħħlu fir-Regolamenti dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd ħlief għal dawk il-miżuri b'rabta funzjonali diretta mal-limiti tal-qbid għal xi stokk jew stokkijiet partikolari. Għalhekk, fir-Regolamenti dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd, minn dawn il-miżuri issa hemm biss għadd limitat. Ngħidu aħna 'l barra mill-kosta tal-Punent tal-Irlanda hemm żona magħluqa biex ikun protett l-iskampu (Nephrops norvegicus) b'rabta mat-TAC għal din l-ispeċi f'din iż-żona. Anki miżuri li jinstiltu minn RFMOs oħrajn, bħall-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) u l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO), baqgħu inklużi fir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku bħala miżuri temporanji.

Għaldaqstant, fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, l-istruttura regolatorja għall-miżuri tekniċi saret kumplessa ħafna u kemxejn sparpaljata. Minn evalwazzjoni retrospettiva 1 li saret biex tappoġġja din il-proposta, ħareġ li l-miżuri tekniċi attwali, fil-biċċa l-kbira, ma laħqux l-objettivi tal-PKS preċedenti – ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd. Dan jinħass iktar f'ċerti baċiri tal-baħar milli f'oħrajn (eż. l-Grigal tal-Atlantiku) iżda l-perċezzjoni ġenerali hija dik ta' bosta regoli kumplessi u ineffettivi fi struttura ta' governanza inflessibbli.

Bl-isfidi l-ġodda tal-PKS il-ġdida 2 , li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, l-evalwazzjoni retrospettiva kkonkludiet li l-istruttura regolatorja attwali għall-miżuri tekniċi se tibqa' waħda subottimali. Dan minħabba ħames problemi identifikabbli:

(1)Prestazzjoni subottimali: Il-miżuri tekniċi ftit li xejn huma ta' inċentiv biex wieħed jistad b'mod selettiv ladarba r-rimi tal-ħut żejjed, il-qbid minn speċijiet sensittivi jew l-impatti negattivi fuq qiegħ il-baħar ma jiswewhom xejn lis-sajjeda. Dan wassal biex il-kontroll fuq il-pressjoni tas-sajd ma rnexxiex, tant li għadd ta' stokkijiet batew minn sajd eċċessiv, f'xi tipi ta' sajd hemm livelli għoljin ta' rimi tal-qabdiet, u l-livell ta' protezzjoni li tingħata lill-ħabitats u lill-ispeċijiet sensittivi huwa wieħed limitat. Barra minn hekk, fejn jidħol l-iżvilupp ta' prattiki tas-sajd aktar selettivi, ċerti miżuri ħolqu ostakli legali jew skoraġġew l-innovazzjoni, bil-konsegwenza li biex jiġu minimizzati l-impatti ekonomiċi tal-miżuri bdiet tokkorri ċ-ċirkomvenzjoni, kemm dik legali u kemm dik illegali, u dan sar spiss.

(2)L-effettività diffiċli titkejjel: Ir-regolamenti attwali ma fihomx metriki definiti li fuqhom jitkejjel is-suċċess. Dan għamilha diffiċli li titkejjel l-effettività tal-miżuri tekniċi li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tal-PKS.

(3)Regoli preskrittivi u kumplessi: Il-miżuri tekniċi saru aktar numerużi u kumplessi maż-żmien u ppruvaw jikkontrollaw wisq aspetti tekniċi tal-operazzjonijiet tas-sajd. Uħud minnhom diffiċli jiġu infurzati mill-awtoritajiet ta' kontroll, u s-sajjieda jsibuha diffiċli biex jirrispettawhom. Jimponu piż amministrattiv u spejjeż kbar fuq l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. Dan dgħajjef il-kunfidenza tas-settur tal-qbid tal-ħut u serva ta' inċentiv kbir sabiex jiġu injorati r-regolamenti, xi ħaġa li wasslet għall-adozzjoni ta' aktar leġiżlazzjoni sabiex tikkuntrasta l-injorar tar-regoli.

(4)Nuqqas ta' flessibbiltà: Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-miżuri tekniċi jiġu deċiżi wara proċess kumpless, mhux flessibbli, twil ħafna, immotivat mill-politika, u mhux adattat biex jiddefinixxi regoli tekniċi dettaljati li jirrikjedu aġġornamenti u rieżami perjodiku frekwenti. Dan ikkomprometta l-possibbiltà li l-miżuri tekniċi jiġu aġġustati jew rieżaminati b'reazzjoni għat-tibdiliet fis-sajd, biex tiġi sfruttata l-innovazzjoni fit-teknoloġija tal-irkaptu jew b'reazzjoni għal avvenimenti mhux mistennija. Barra minn hekk, hemm regoli jew derogi temporanji li baqgħu fis-seħħ bla ma nbidlu għal perjodi twal u li komplew ixekklu l-kunfidenza tas-settur tal-qbid tal-ħut.

(5)L-involviment insuffiċjenti min-naħa tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet: Il-miżuri tekniċi huma bbażati fuq inċentivi negattivi, spiss imposti f'sistema ta' governanza ġerarkika (jiġifieri minn fuq għal isfel aktar milli minn isfel għal fuq). Dan wassal biex is-sajjieda u l-partijiet ikkonċernati ħassew li mhumiex parti minn proċess li jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom fih. Is-sajjieda jipperċepixxu li l-miżuri tekniċi mhumiex prattiċi, ma jirrappreżentawx il-prattika attwali tas-sajd u kultant huma kontradittorji.

Il-kunsens ġenerali fost l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati u l-Parlament Ewropew matul in-negozjati tal-PKS il-ġdida ikkonferma din il-perċezzjoni pjuttost negattiva tal-miżuri tekniċi attwali. Dan minkejja l-fatt li fl-aħħar għaxar snin ma ntlaħaq l-ebda qbil politiku dwar pakkett ġdid ta' miżuri peress li l-proposti preċedenti tal-Kummissjoni fl-2002 3 u fl-2008 4 fallew minħabba għadd ta' raġunijiet. L-Istati Membri argumentaw li t-test sar wisq ikkumplikat u diffiċli biex tinterpretah, u li dawk il-proposti ma kinux jindirizzaw għalkollox il-problemi fundamentali li kien hemm. Il-partijiet ikkonċernati argumentaw li ma kinux ġew ikkonsultati kif suppost u li r-regoli kienu iktar minn sempliċiment konsolidazzjoni tal-miżuri eżistenti. Anke t-tentattivi tal-allinjament tar-regolamenti dwar il-miżuri tekniċi fil-Grigal tal-Atlantiku, fil-Baltiku u fil-Mediterran mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fallew għaliex in-negozjati spiċċaw jitbiegħdu mill-allinjament u minflok iffukaw iktar fuq is-sustanza, fid-dettall, ta' dawn ir-regolamenti.

Din is-serje ta' falliment wara ieħor biex jintlaħaq qbil fuq regolament ġdid dwar il-miżuri tekniċi turi biċ-ċar il-ħtieġa ta' approċċ ġdid. Dan għandu jkun ibbażat fuq is-simplifikazzjoni, fuq mod ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet li jadatta ruħu għat-Trattat ta' Liżbona, it-tisħiħ tal-approċċ fit-tul għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi, fosthom l-indirizzar tal-problema tal-qbid skartat, ir-reġjonalizzazzjoni, l-involviment akbar tal-partijiet ikkonċernati u r-responsabbiltà akbar tal-industrija (jiġifieri fuq kultura ta' konformità). 

Sabiex tindirizza dawn il-problemi u filwaqt li tagħraf dawn id-diffikultajiet istituzzjonali, din il-proposta għandha l-għan li:

Tottimizza l-kontribut tal-miżuri tekniċi biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-PKS il-ġdida.

Toħloq il-flessibbiltà meħtieġa sabiex taġġusta l-miżuri tekniċi billi tiffaċilita l-approċċi reġjonalizzati (konsistenti mal-objettivi fil-liġi tal-Unjoni).

Tissimplifika r-regoli attwali f'konformità mal-programm tal-Kummissjoni REFIT 5 .

Filwaqt li din il-proposta primarjament tibdel l-istruttura ta' governanza tal-miżuri tekniċi aktar milli tagħmel tibdiliet ġenerali fil-miżuri nfushom, il-flessibbiltà u l-inċentivi mtejba għas-sajd selettiv li tintroduċi sejrin iwasslu għal titjib fl-effettività tal-miżuri tekniċi. Maż-żmien, ir-rendimenti sejrin jitjiebu permezz tal-qbid ta' ħut akbar u l-impatti tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar sejrin jonqsu billi jiġu adottati prattiki tas-sajd responsabbli.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 204/585/KE jistabbilixxu l-qafas ġenerali għall-PKS. Il-miżuri tekniċi huma integrati f'dan il-qafas bħala għodod li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-PKS kif ġej:

(1)Il-kisba ta' rendiment massimu sostenibbli (MSY) sejra tkun iffaċilitata mill-applikazzjoni tal-miżuri tekniċi li jirregolaw il-mudelli ta' sfruttament (jiġifieri kif il-pressjoni tas-sajd titqassam tul il-profil tal-età tal-istokk). Il-kisba ta' MSY minn stokk partikolari se teżiġi li l-mudell ta' sfruttament ikun wieħed li jevita s-sajd ta' gruppi ta' età iżgħar. Sabiex dan iseħħ, ser ikun hemm bżonn ta' taħlita ta' miżuri tekniċi effettivi (jiġifieri miżuri li jirregolaw l-operazzjoni u d-disinn tal-irkaptu, id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni (mcrs) u l-għeluq spazjali/temporali) li jwasslu għal titjib fil-mudelli ta' sfruttament fi struttura regolatorja li tadatta.

(2)L-eliminazzjoni gradwali tal-qbid skartat u t-tnaqqis tal-qabdiet mhux mixtieqa se jirrikjedu li jiġu applikati xi bidliet tekniċi (it-tħaddim u d-disinn tal-irkaptu) kif ukoll xi bidliet tattiċi (żoni magħluqin jew ristretti) sabiex iwasslu biex titkattar is-selettività akbar u biex jiġu evitati l-qabdiet mhux mixtieqa (jiġifieri l-ħut iżgħar mill-mcrs). L-obbligu tal-ħatt l-art introdott sabiex jintlaħaq dan l-objettiv sejjer jeħtieġ li jerġa' jiġi kkunsidrat fi ħdan l-istruttura tal-governanza attwali ta' miżuri tekniċi sabiex tkun permessa flessibbiltà ikbar sabiex jintlaħaq dan il-għan.

(3)L-iżgurar li l-attivitajiet tas-sajd ikunu konsistenti ma' kunsiderazzjonijiet ekoloġiċi usa' se jkun jiddependi mill-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi li jimminimizzaw l-impatti tal-irkaptu fuq l-ekosistema (eż. miżuri ta' mitigazzjoni jew żoni magħluqa). Il-miżuri tekniċi jridu jikkontribwixxu speċifikament għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb fir-rigward ta' 4 mill-11-il deskrittur inklużi fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) – Tinżamm il-bijodiversità (Deskrittur 1); Il-popolazzjonijiet tal-ħut u l-krostaċej kollha sfruttati kummerċjalment jinżammu f’limiti bijoloġiċi siguri, filwaqt li jippreżentaw distribuzzjoni tal-popolazzjoni fuq il-bażi tal-età u tad-daqs li tindika stokk b’saħħtu. (Deskrittur 3); Iż-żamma tal-elementi kollha tas-sistema marina tal-ikel f'abbundanza u f'diversità normali (Deskrittur 4); u ż-żamma tal-integrità ta' qiegħ il-baħar (Deskrittur 6). L-isfida ewlenija sejra tkun il-ħolqien ta' qafas għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri b'tali mod li jipproteġu bl-aħjar mod possibbli l-ispeċijiet li huma l-iktar fil-periklu u l-ħabitats u ż-żoni sensittivi li jeħtieġu l-protezzjoni.

Minbarra dawn l-objettivi, il-PKS il-ġdida tippromwovi r-reġjonalizzazzjoni bħala approċċ ta' governanza ġdid. Ir-reġjonalizzazzjoni tipprovdi opportunità importanti sabiex tiġi introdotta s-simplifikazzjoni tar-regoli stabbiliti mil-leġiżlatur u ta' rilevanza partikolari għall-użu fil-ġejjieni ta' miżuri tekniċi bħala għodod ta' ġestjoni, minħabba li parti mill-problema tal-effettività tal-miżuri tekniċi hija marbuta mal-istruttura ta' governanza li joperaw fiha. Ir-reġjonalizzazzjoni se tippermetti l-iżvilvupp tal-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali (i.e. fl-aħħar mill-aħħar taħt l-umbrella tal-pjanijiet multiannwali jew għal perjodi qosra permezz ta' miżuri oħrajn tal-Unjoni. Ir-reġjonalizzazzjoni tippermetti wkoll li l-bżonn ta' miżuri tekniċi dettaljati, adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri b'deċiżjoni konġunta, ikun wieħed limitat. F'qafas legali simplifikat definit mil-leġiżlatur, jistgħu jitfasslu miżuri b'mod reġjonali u maħsuba apposta għall-ispeċifitajiet tal-industriji tas-sajd differenti. Ir-reġjonalizzazzjoni tipprovdi wkoll opportunità biex il-miżuri tekniċi jintużaw ħafna aktar bħala fattur ewlieni biex jinkisbu industriji tas-sajd sostenibbli milli sempliċiment bħala miżuri ristrettivi u imposti li jikkumplimentaw l-opportunitajiet tas-sajd u r-restrizzjonijiet fuq l-isforz. It-teħid ta' deċiżjonijiet reġjonalizzati jevita wkoll il-bżonn ta' bidliet frekwenti fis-sustanza tal-miżuri tekniċi li jkun hemm fl-atti deċiżi b'mod konġunt.

Il-konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta u l-objettivi tagħha huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni. B'mod partikolari huma konsistenti mal-obbligi legali fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD), fid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma). L-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawn id-Direttivi hija parti mill-azzjoni tal-UE fid-dawl tal-impenji tagħha fil-Konvenzjoni tan-NU fuq id-Diversità Bijoloġika, u hija rinforzata mill-impenn li ntrabtu bih il-Mexxejja tal-Istati tal-UE "li t-telf tal-bijodiversità [fl-UE] jieqaf sal-2010"; dan jittenna fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2020 6 .

Il-miżuri tekniċi għandhom ukoll il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-Istrateġija tal-Ewropa għall-2020 7 , b'mod partikolari l-inizjattiva ewlenija tagħha tal-effiċjenza tar-riżorsi permezz ta' użu aħjar tal-istokkijiet tal-ħut. Barra minn hekk, ir-riforma tal-miżuri tekniċi se tikkontribwixxi għall-programm REFIT permezz tas-simplifikazzjoni u t-tħassir ta' għadd ta' regolamenti eżistenti u miżuri speċifiċi.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika hija l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklussiva)

Id-dispożizzjonijiet ta' din il-proposta huma marbutin mal-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar li taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Il-proporzjonalità

Din il-proposta qiegħda temenda miżuri li diġà jeżistu; għalhekk ma hemm l-ebda tħassib dwar il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-miżuri proposti jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex huma adegwati u meħtieġa. Ma jeżistux miżuri anqas restrittivi biex jinkisbu l-objettivi tal-politika mixtieqa.

L-għażla tal-istrument

L-istrument propost: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-użu ta' mezzi oħra ma jkunx xieraq għar-raġuni li ġejja: Regolament irid jiġi emendat b'Regolament.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

F'Diċembru 2012 saret evalwazzjoni tal-miżuri tekniċi. Din kienet tikkonsisti f'evalwazzjoni retrospettiva1 tar-regolamenti u tal-miżuri tekniċi li hemm fis-seħħ fir-rigward tar-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-aċċettazzjoni tagħhom. Matul din l-evalwazzjoni saru konsultazzjonijiet estensivi mar-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd, mal-amministrazzjonijiet nazzjonali u mal-aġenziji tar-riċerka tal-Istati Membri. Din tlestiet f'Ġunju 2013. Warajha saret evalwazzjoni prospettiva1 tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali mistennija, kif ukoll tal-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-aċċettabbiltà ta' alternattivi ta' politika definiti differenti. Dan l-istudju tlesta f'Lulju 2014.

L-evalwazzjoni retrospettiva kkonfermat li l-miżuri tekniċi attwali huma wisq kumplessi u fil-biċċa l-kbira tagħhom ma kinux effettivi. Ma għandhomx għanijiet u miri definiti b’mod ċar, u lanqas ma jipprovdu inċentivi pożittivi li jippremjaw prattika responsabbli u li jinċentivaw il-konformità. Il-kontroll tal-miżuri jiswa ħafna, u l-istruttura ta' governanza li dawn l-istess miżuri joperaw fiha bħalissa hija inflessibbli u dixxendenti sew, filwaqt li l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati hi waħda limitata.

L-evalwazzjoni tal-perspettiva kkonkludiet jekk jinstab tarf tal-problemi tal-kontroll u tal-infurzar, il-ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati tista' tkun l-aħjar approċċ għall-miżuri tekniċi tal-ġejjieni. B'approċċ bħal dan għandu jkun hemm anqas ħtieġa ta' bosta regolamenti preskrittivi dwar il-miżuri tekniċi.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bejn Jannar u Mejju 2014 saret konsultazzjoni pubblika fuq l-internet 8 . Il-partijiet ikkonċernati ewlenin (l- Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi, is-settur tal-qbid tal-ħut u l-NGOs) 9 bagħtu kontribuzzjonijiet dettaljati. Il-konklużjonijiet ewlenin, li fil-biċċa l-kbira qablu mas-sejbiet tal-evalwazzjoni retrospettiva u prospettiva, kienu kif ġej:

(1)Kwalunkwe regolament ġdid dwar il-miżuri tekniċi għandu jimxi mill-mikroġestjoni lejn approċċ ta' ġestjoni bbażat fuq ir-riżultati.

(2)Is-sajjieda għandhom isiru aktar responsabbli għal dak li jaqbdu milli għall-bini u l-funzjonament tal-irkaptu li jużaw.

(3)Is-simplifikazzjoni tar-regoli hija objettiv fundamentali iżda s-simplifikazzjoni ma għandhiex toħloq inugwaljanzi fis-sistemi ta' ġestjoni fl-Istati Membri ("iż-żamma ta' kundizzjonijiet ekwi").

(4)Ir-reġjonalizzazzjoni titqies bħala opportunità importanti sabiex tiġi introdotta s-simplifikazzjoni ta' regolamenti dwar il-miżuri tekniċi.

(5)Il-preferenza hija għal approċċ ta' qafas. Dan għandu jkollu objettivi kumplessivi u standards komuni minimi li jiġu applikati fl-UE kollha. Għandu jkun fih ukoll salvagwardji sabiex ikun żgurat li tista' tittieħed azzjoni jekk jinqalgħu problemi fl-industrija tas-sajd.

(6)Fl-imgħoddi, meta kienu ġew allinjati l-istrutturi ta' inċentiv mal-objettivi tal-ġestjoni, is-selettività tjiebet. Strutturi bħal dawn jeħtieġ ikunu inkorporati fi kwalunkwe qafas regolatorju ġdid għall-miżuri tekniċi.

Apparti l-konsultazzjoni pubblika, bejn l-2011 u l-bidu tal-2015 saru sessjonijiet ta' ħidma, konsultazzjonijiet u laqgħat mal-partijiet ikkonċernati ewlenin. L-ikkombinar tal-konsultazzjoni pubblika u tad-djalogu ta' segwitu estensiv mal-partijiet ikkonċernati ewlenin (jiġifieri l-qasam tal-qbid tal-ħut, l-NGOs u l-Istati Membri) żgura li l-fehmiet espressi jirrappreżentaw għalkollox il-gruppi ta' partijiet ikkonċernati differenti.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Ġew organizzati tliet laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti (EWG) tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF): f'Ottubru 2012 10 , f'Marzu 2013 11 u f'Marzu 2015 12 . Dawn il-laqgħat esploraw il-potenzjal tal-miżuri tekniċi bħala għodda ta' ġestjoni fil-kuntest tal-PKS. Dak li ħareġ minn dawn ir-rapporti għen biex jiġu definiti l-alternattivi li ġew ikkunsidrati fl-evalwazzjoni ta' prospettiva li saret, u fl-istess ħin ipprovdew informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-proposta.

Barra minn dawn il-laqgħat saru bosta talbiet ad hoc lill-STECF u anke lill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar kwistjonijiet speċifiċi marbutin mas-selettività tal-irkaptu; mas-sostituzzjoni tar-regoli dwar id-daqs tal-malja u l-kompożizzjoni tal-qabdiet; mal-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar u speċijiet protetti oħrajn; u dwar żoni magħluqa u ristretti eżistenti. Ipprovdew ukoll gwida fl-abbozzar tal-proposta.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Saret valutazzjoni tal-impatt (IA) li qieset l-informazzjoni mill-pubbliku u l-konsultazzjonijiet ta' segwitu mmirati, l-evalwazzjonijiet retrospettivi u prospettivi, il-pariri esperti, il-kummenti mill-Grupp ta' Tmexxija tal-Valutazzjoni tal-Impatt (IASG) imwaqqaf biex jappoġġja din l-inizjattiva u l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB).

Għal din il-valutazzjoni (IA) ġew ikkunsidrati tliet għażliet politiċi u sottogħażla politika fl-isfond tax-xenarju ta' referenza bħala dawk li l-aktar għandhom ċans jilħqu l-objettivi u jindirizzaw il-problemi identifikati.

Is-sitwazzjoni ta' referenza: Ir-regolamenti attwali mal-PKS bħala l-element ċentrali jibqgħu fis-seħħ, elaborati f'sensiela ta' regolamenti tekniċi u oħrajn ta' konservazzjoni madwar il-PKS. Ix-xenarju ta' referenza jqis l-aġġustamenti riċenti li jneħħu l-kontradizzjonijiet legali b'obbligi ġodda skont il-PKS (l-obbligu tal-ħatt l-art, u allinjament mat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment ta' setgħat attwali tal-Kummissjoni). Ir-reġjonalizzazzjoni tal-miżuri tekniċi ssir permezz ta' pjanijiet ta' skartar jew pjanijiet multiannwali, li jkomplu jespandu x-xibka ta' regolamenti u jżidu regoli ġodda li jidderogaw minn jew jemendaw regoli tekniċi eżistenti.

Konsolidazzjoni: Regolament ġdid b'kamp ta' applikazzjoni limitat li jikkonsolida f'Regolament wieħed ir-regoli komuni għall-industriji tas-sajd kollha fiż-żoni kollha (eż. projbizzjonijiet ġeneriċi fuq ċerti metodi ta' sajd). Regoli komuni (b'deċiżjoni konġunta) sejrin kunu separati mir-regoli b'potenzjal ta' reġjonalizzazzjoni. Dawn ir-regoli tekniċi msemmijin l-aħħar jibqgħu fis-seħħ fir-regolamenti eżistenti (deċiżjoni konġunta u atti tal-Kummissjoni). Tkun inkluża kwalunkwe emenda jew bidla riċenti fir-regolamenti u l-allinjament tar-regolamenti mat-TFUE. Ir-reġjonalizzazzjoni ta' miżuri tekniċi ssir permezz ta' pjanijiet ta' skartar adottati mill-Kummissjoni bħala Atti Delegati, u permezz ta' Atti Delegati adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-pjanijiet multiannwali ġodda deċiżi b'mod konġunt. Dawn l-Atti Delegati jintroduċu derogi (temporanji) mir-regoli eżistenti u jemendawhom. Ir-reġjonalizzazzjoni sseħħ jekk u meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għal pjanijiet ta' skartar fuq bażi temporanja b'durata massima ta' 3 snin. Wara dak il-perjodu, iż-żamma ta' dawn id-derogi fis-seħħ tkun tirrikjedi l-adozzjoni ta' Atti Delegati li jiġu adottati permezz ta' awtorizzazzjoni fi pjan multiannwali tal-UE.

Approċċ Qafas: Regolament qafas ġdid li fih a) dispożizzjonijiet ġenerali (kamp ta' applikazzjoni, objettivi, prinċipji gwida) u definizzjoni tar-riżultati mistennijin u standards korrispondenti; b) regoli komuni u dispożizzjonijiet tekniċi (bħal fl-għażla 1); u ċ) standards ta' referenza (skont ir-reġjun) li jikkorrispondu għar-riżultati identifikati li jaħdmu bħala miżuri prestabbiliti fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni. L-istandards ta' referenza jkunu bbażati fuq is-sustanza tar-regoli eżistenti u primarjament ikunu jieħdu post ir-regoli attwali dwar id-daqs tal-malja u dwar il-kompożizzjoni tal-qabda, jikkonvertu d-daqsijiet minimi attwali f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, iżommu sajd magħluq, kif meħtieġ biex jipproteġu aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber u ta' ħut riproduttiv, u jieħdu post ukoll kull regola teknika reġjonali speċifika oħra. L-istruttura tkun riformulata (regolament wieħed minflok għadd ta' regolamenti fis-seħħ). Ħafna regolamenti eżistenti jiġu rrevokati u integrati u/jew razzjonalizzati fil-qafas il-ġdid. Ix-xenarji ta' referenza u l-miżuri tekniċi prestabbiliti li jikkorrispondu ma' dawn l-objettivi jkunu applikabbli diment u sakemm il-miżuri reġjonalizzati jkunu mfasslin u introdotti fil-liġi tal-Unjoni (permezz ta' Atti Delegati). Meta ma tiġi żviluppata l-ebda azzjoni reġjonalizzata, ix-xenarji ta' referenza jibqgħu jiffunzjonaw bħala regoli prestabbiliti. L-Istati Membri jkollhom ħafna għażliet sabiex jitbiegħdu minn regoli tekniċi iktar riġidi (il-miżuri prestabbiliti) lejn approċċ ta' ġestjoni aktar flessibbli u bbażat fuq ir-riżultati skont ir-reġjonalizzazzjoni sabiex jitnlaħqu r-riżultati u l-objettivi mbassra u li jkunu marbuta ma' pjan.

Qafas mingħajr xenarji ta' referenza: L-elementi ewlenin tal-qafas jinżammu ħlief għall-miżuri ta' referenza. Tkun inkluża awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta' miżuri speċifiċi skont ir-reġjonalizzazzjoni. Din l-awtorizzazzjoni tippermetti li jiġu stabbiliti miżuri meħtieġa reġjonalment sabiex jilħqu l-objettiv tal-PKS permezz ta' Atti Delegati bħala parti mill-pjanijiet ta' skartar u multiannwali.

Eliminazzjoni tar-regoli eżistenti: Ħafna mir-regolamenti ta' miżuri tekniċi eżistenti jiġu rrevokati immedjatament, b'eċċezzjoni għal miżuri essenzjali ta' konservazzjoni tan-natura li jibqgħu fis-seħħ. Kwalunkwe miżura teknika meħtieġa aktar fit-tul tiġi żviluppata reġjonalment skont pjanijiet multiannwali (bil-possibbiltà li temporanjament jiġu inkorporati miżuri tekniċi fi pjanijiet ta' skartar fuq perjodu qasir). Ma jkunx hemm regolament qafas taħt din l-għażla.

Tqabbil tal-għażliet

L-approċċ qafas bi standards ta' referenza wera li jilħaq bl-aħjar mod l-objettivi stabbiliti u li jassigura li l-objettivi ta' konservazzjoni jibqgħu jintlaħqu anki waqt li tkun qed tiżviluppa r-reġjonalizzazzjoni. Fuq perjodu aktar fit-tul (imma mhux aktar tard mill-2022) jimmira li jkollu l-miżuri tekniċi neċessarji li hemm inklużi fil-pjanijiet reġjonali. Huwa l-aktar approċċ xieraq biex jimmaniġġja din it-tranżizzjoni għar-reġjonalizzazzjoni sal-2022.

Il-qafas mingħajr xenarji ta' referenza u l-eliminazzjoni ta' miżuri tekniċi jwasslu għas-simplifikazzjoni tal-miżuri tekniċi b'mod immedjat, xi ħaġa li tinżel tajjeb mas-settur tal-qbid tal-ħut, iżda huma żewġ għażliet b'aktar riskji. Jirrappreżentaw bidla drastika fil-governanza li timplika bidla fl-oneru tal-provi għas-sajjieda kollha (u għall-Istati Membri kollha). Ikunu jiddependu mis-sajjieda li jridu jiddokumentaw u juru b'mod trasparenti li qegħdin jilħqu l-objettivi ġenerali u r-riżultati miftiehma (skont il-PKS), kif ukoll l-objettivi speċifiċi u r-riżultati identifikati fil-pjanijiet multiannwali. Biex jiżguraw li jinqerdu l-prassi tas-sajd mhux selettiv, approċċi bħal dawn jiddependu minn bidla immedjata fl-imġiba tas-sajjieda, u anki fuq il-pressjoni mill-pari u l-awtoregolamentazzjoni. L-Istati Membri, xi sezzjonijiet mis-settur tal-qbid tal-ħut u l-NGOs jidhru li qegħdin joqogħdu lura milli jimxu lejn din id-direzzjoni, tal-inqas għalissa.

Il-konsolidazzjoni tal-miżuri tekniċi kienet l-inqas għażla ppreferuta. Essenzjalment din iżżomm l-istruttura regolatorja kumplessa attwali fis-seħħ u ma tipprovdi l-ebda inċentiv ċar għall-partijiet ikkonċernati lil hinn mix-xenarju ta' referenza. Mhijiex koerenti għalkollox mal-ispirtu ta' reġjonalizzazzjoni previst fil-PKS.

Sommarju tal-Impatti

L-għażla ppreferuta fil-biċċa l-kbira tippreżenta bidliet fl-istruttura regolatorja u fil-governanza tal-miżuri tekniċi. Il-miżuri ġodda introdotti se jkunu ftit u l-bidliet li jsiru lis-sustanza se jkunu jinvolvu t-tħassir ta' xi regoli b'mod li jiġi ssimplifikat u jitnaqqas il-piż amministrattiv, tittejjeb il-kontrollabbiltà jew jiġu kkonsolidati l-miżuri ta' konservazzjoni tan-natura. Għalhekk l-analiżi tal-impatti fil-valutazzjoni tal-impatt kienet ibbażata fuq valutazzjoni kwalitattiva appoġġjata b'eżempji speċifiċi jew bi studji tal-każ. L-impatti ewlenin huma kif ġej:

L-impatti ekonomiċi

L-impatti ekonomiċi tal-approċċ qafas ikunu pożittivi. L-approċċ qafas jixpruna r-reġjonalizzazzjoni. Il-flessibbiltà akbar u l-parteċipazzjoni akbar tal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp tal-miżuri tekniċi li ġġib magħha r-reġjonalizzazzjoni għandhom jinċentivaw l-adozzjoni ta' rkaptu selettiv aktar malajr minn għażliet politiċi oħrajn. Dan jgħin biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY), biex jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa, u ma' dawn jiġu wkoll benefiċċji ekonomiċi minn iktar opportunitajiet tas-sajd. Maż-żmien, it-titjib jibqa' wieħed kontinwu u stabbli, speċjalment jekk l-Istati Membri jippremjaw is-sajd selettiv b'aktar opportunitajiet tas-sajd konsistenti mal-PKS.

L-impatti soċjali

Għal perjodu qasir, sakemm is-settur tas-sajd jaġġusta għall-isfidi tal-bidla fid-direzzjoni, jiġifieri dik lejn l-MSY u l-obbligu tal-ħatt, l-impjiegi fis-settur tas-sajd mistennija jonqsu. Madankollu, jekk jitħaffef il-pass lejn ir-reġjonalizzazzjoni u jekk l-aktar segmenti kkonċernati tal-flotta – b'mod partikolari dawk li jistadu għal speċijiet tal-qiegħ imħallta – jibdew jistinkaw biex itejbu s-selettività f'qasir żmien, l-impatti negattivi li jista' jkun hemm jibdew jiġu newtralizzati aktar malajr. Il-livelli tal-impjiegi jibdew jiġu stabbli. Fuq perjodu itwal, ladarba s-sajd jibda jkun sostenibbli, l-opportunitajiet tas-sajd jiżdiedu (b'mill-anqas 20 % sal-2020). Żieda sinifikanti bħal din għandha l-potenzjal li toħloq impjiegi ġodda fis-settur tas-sajd. Is-sajd sostenibbli jwassal għal żieda fid-dħul u fil-pagi, u x-xogħol fis-settur jibda jattira aktar nies.

L-impatti ambjentali

B'dan l-approċċ, l-impatti negattivi li jaf jokkorru għal żmien qasir aktarx jgħibu aktar malajr milli bl-approċċi l-oħra. Il-qafas jimmaniġġja t-tranżizzjoni għar-reġjonalizzazzjoni u, bl-inklużjoni ta' standards ta' referenza u żamma tal-miżuri tekniċi eżistenti li għadhom meħtieġa, jiżgura li l-objettivi ta' sostenibbiltà ambjentali tal-PKS mhumiex ipperikolati. Fuq perjodu aktar fit-tul, ir-reġjonalizzazzjoni għandha twassal biex jiġu żviluppati miżuri f'qafas ta' governanza li jadatta għas-sitwazzjonijiet ġodda, wieħed li jirreaġixxi aktar għat-theddid tal-ekosistemi marini u li jantiċipah aktar, u li jgħin biex il-miżuri protettivi li jkun hemm bżonn jittieħdu fil-pront.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Is-simplifikazzjoni

Is-simplifikazzjoni tar-regolamenti eżistenti hija wieħed mill-objettivi primarji ta' din il-proposta. Il-qafas il-ġdid se jissostitwixxi 6 regolamenti deċiżi b'mod konġunt b'regolament wieħed, u se jħassar 3 regolamenti oħrajn jew jemendahom. Se jwassal ukoll biex jitħassru sa 10 regolamenti ta' appoġġ tal-Kummissjoni. Sakemm isseħħ ir-reġjonalizzazzjoni, ċerti elementi ta' dawn ir-regolamenti se jiġu inklużi fil-proposta tal-qafas. Dan jippermetti livell ieħor ta' simplifikazzjoni f'żewġ oqsma ewlenin. L-ewwel nett, qed jitħassru jew jiġu ssimplifikati madwar nofs l-40 żona magħluqa jew ristretta li hemm bħalissa u li huma marbuta mal-protezzjoni ta' aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi. Dan qed isir abbażi tal-pariri mill-STECF, u ngħatat l-attenzjoni dovuta lill-kummenti li waslu mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati. It-tieni qasam li ġie ssimplifikat huwa t-tabelli kumplessi dwar id-daqs tal-malja u dwar il-kompożizzjoni tal-qabda li jidhru fir-regolamenti eżistenti, u li japplikaw għall-Grigal tal-Atlantiku u għall-Baltiku. Dawn ġew issimplifikati f'kull reġjun, u ngħata daqs tal-malja ta' referenza prestabbilit għall-irkaptu rmunkat u għal dak statiku, ibbażat fuq il-mudelli tal-isfruttament eżistenti, b'għadd ta' derogi li jippermettu li jintuża rkaptu b'daqsijiet tal-malja iżgħar biex jiġi protett ċertu sajd importanti.

L-SMEs

Is-settur tal-qbid tal-ħut jinvolvi madwar 82,000 bastiment, jimpjega 98,500 persuna ekwivalenti ta' full time (FTE) u huwa l-aktar settur li se jintlaqat mit-tibdiliet li jaf isiru fir-regolamenti tal-miżuri tekniċi. Minn dawn il-madwar 82,000 bastiment tas-sajd, kważi 98% minnhom jistgħu jiġu kklassifikati bħala mikrointrapriżi li jħaddmu anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħhom ma jaqbiżx iż-EUR 2 miljuni. Minħabba l-proporzjon daqshekk għoli ta' mikrointrapriżi fis-settur, li dawn jiġu eżentati minn din il-proposta ikun ta' xkiel għall-objettivi tal-konservazzjoni tal-PKS: ir-regoli ġenerali jispiċċaw jirregolaw biss lil ftit intrapriżi tas-sajd.

L-impatti fuq l-SMEs mil-lat ta' spejjeż u ta' piżijiet amministrattivi jkunu pożittivi, kemm minħabba s-simplifikazzjoni immedjata tar-regolamenti attwali u kemm minħabba r-rwol akbar tas-settur tal-qbid tal-ħut permezz tal-Kunsilli Konsultattivi meta wieħed jiġi biex jiżviluppa l-miżuri tekniċi fil-ġejjieni. Barra minn hekk iċ-ċaqliqa li jista' jkun hemm lejn sistema bbażata fuq ir-riżultati, fuq perjodu itwal ta' żmien se twassal biex ir-regoli tekniċi jkomplu jiġu ssimplifikati. Dan jimplika bidla fl-oneru tal-provi li issa jsir ir-responsabbiltà tas-settur tal-qbid tal-ħut, u li jkun irid juri u jiddokumenta l-qabdiet b'mod preċiż. Dan jista' jwassal biex jikbru l-kostijiet assoċjati mad-dokumentazzjoni tal-qabdiet għalkemm il-kostijiet imġarrba jkunu jiddependu mill-approċċ tal-Istati Membri għall-"kontroll reġjonalizzat" u jikkumpensaw għall-flessibbiltà akbar li se jkun qed joffri approċċ bħal dan.

Id-drittijiet fundamentali

Din il-proposta ma ġġorrx konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-miżura ma tinvolvi l-ebda nefqa addizzjonali għall-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ , ta' evalwazzjoni u ta' rapportar

Il-monitoraġġ

Bl-għażla ppreferita jiġu stabbiliti miri ċari għat-tnaqqis u, meta possibbli, għall-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa sal-2019 u għas-sajd sal-MSY għall-istokkijiet kollha sal-2020. Se jiġu stabbiliti wkoll miri biex jitnaqqsu l-impatti negattivi tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar biex jgħinu biex jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020. Sabiex wieħed ikun jista' jkejjel kemm dawn il-miri jkunu ntlaħqu tassew, qegħdin jiġu proposti dawn l-indikaturi ambjentali, ekonomiċi, soċjali u ta' konformità biex jiġu mmonitorjati l-miżuri tekniċi:

L-indikaturi ambjentali: l-evoluzzjoni tal-profili tal-qabdiet, l-għadd ta' stokkijiet bl-MSY u l-evoluzzjoni tal-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi u l-protezzjoni tal-ħabitats sensittivi

L-indikaturi ekonomiċi: l-introjtu, il-Valur Miżjud Gross (GVA), id-dħul / id-dħul bilanċjat u l-marġni tal-profitti netti

L-indikaturi soċjali: l-impjieg u l-pagi tal-ekwipaġġ

L-indikaturi tal-konformità: l-għadd ta' każijiet ta' ksur marbuta mar-regoli tekniċi u l-ġranet ta' għassa fuq il-baħar

Id-dejta għall-monitoraġġ tkun disponibbli mill-Qafas għall-Ġbir ta' Dejta (DCF) 13 eżistenti, mill-pariri mill-STECF u mill-ICES kif ukoll mir-rapporti annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).

Evalwazzjoni

Għandha ssir evalwazzjoni ex post li tiddiskuti l-kwistjonijiet ewlenin li joħorġu mill-evalwazzjoni dwar il-miżuri tekniċi; din issir qabel l-2022, meta l-obbligu tal-ħatt ikun daħal fis-seħħ kompletament, l-MSY ikun inkiseb għall-istokkijiet kollha u jkun inkiseb status ambjentali tajjeb għall-ekosistemi tal-baħar. Din l-evalwazzjoni tidħol direttament fl-evalwazzjoni retrospettiva tal-PKS skedata li tibda fl-2022.

Il-pjanijiet multiannwali l-ġodda jiġu vvalutati perjodikament mill-STECF u mill-ICES biex ikejlu jekk ikunux qegħdin jintlaħqu l-objettivi tas-sostenibbiltà. Dawn l-evalwazzjonijiet jibdew jindikaw jekk il-miżuri tekniċi inklużi bħala parti minn dawn il-pjanijiet ikunux effettivi.

Ir-rekwiżiti marbuta mar-rappurtar li hemm stipulati fl-Artikolu 49 (il-funzjonament tal-PKS) u fl-Artikolu 50 (il-progress biex jinkiseb l-MSY) tal-PKS, filwaqt li mhumiex direttament marbuta mal-miżuri tekniċi, se jkunu wkoll ta' gwida dwar l-effettività tal-miżuri tekniċi.

Il-miżuri żviluppati reġjonalment se jkollhom jiġu evalwati wkoll fuq bażi regolari mill-STECF u mill-ICES biex ikun żgurat li jkunu konsistenti mal-objettivi tal-PKS.

Ir-rapporti annwali tal-EFCA b'rabta mal-Programmi ta' Eżerċizzju Konġunt (JDPs) jiddokumentaw l-għadd ta' każijiet ta' ksur li jinstabu kif ukoll ir-raġuni tagħhom, u dawn jitqabblu mal-għadd ta' spezzjonijiet li jkunu saru u tiġi ddokumentat wkoll x'kienet n-natura tagħhom. Dawn jipprovdu indikazzjoni tal-livell ta' konformità mar-regolamenti tal-miżuri tekniċi.

Rappurtar

Sa tmiem l-2020 u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni se tkun qed tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż billi tgħaddilhom valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri tekniċi dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tal-industriji tas-sajd u dwar l-impatti ambjentali tal-industriji tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni tipproponi kull emenda meħtieġa.

Dokumenti ta' spjega (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjega dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta għandha l-istruttura li ġejja:

Dispożizzjonijiet Ġenerali – tinkludi l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u speċifiċi, il-miri marbutin mal-objettivi ġenerali u speċifiċi espressi fir-rigward tal-livelli ta' qabdiet mhux mixtieqa; tal-limiti fuq il-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet sensittivi; u tat-tnaqqis fil-livelli tal-effetti tas-sajd fuq il-qiegħ tal-baħar; il-prinċipji ta' governanza tajba u d-definizzjonijiet. Id-definizzjonijiet huma marbutin primarjament mad-definizzjoni tal-irkaptu u tal-attivitajiet tas-sajd u huma komuni għar-reġjuni kollha. Jikkonsolidaw u jaġġornaw id-definizzjonijiet eżistenti li hemm fir-Regolamenti eżistenti.

Miżuri Tekniċi Komuni – tinkludi r-regoli komuni li bħalissa jinsabu fir-regolamenti tal-miżuri tekniċi primarji kollha, iżda li japplikaw għall-baċiri tal-baħar kollha, u jitqiesu permanenti de facto minħabba li ma teżisti ebda neċessità jew ġustifikazzjoni biex jinbidlu. Id-dispożizzjonijiet inklużi f'din il-parti huma dwar

l-irkapti u l-prattiki projbiti, inkluża l-projbizzjoni fuq il-bejgħ ta' speċijiet tal-baħar maqbuda bl-użu ta' ċerti tipi ta' rkaptu,

il-miżuri li jipproteġu speċijiet sensittivi (eż. il-mammiferi tal-baħar, ir-rettili u l-għasafar tal-baħar) u l-ħabitats sensittivi (eż. il-qroll tal-ilma kiesaħ) inklużi dawk elenkati fid-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar;

restrizzjonijiet ġenerali dwar l-użu ta' rkaptu rmunkat u kundizzjonijiet dwar kif jintuża (dan ikopri l-bini ta' manka bażika u l-aċċessorji li jistgħu jitwaħħlu mal-irkaptu);

restrizzjonijiet dwar l-użu tax-xbieki statiċi. Dan jinkludi l-konsolidazzjoni tar-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-użu tal-għeżula tat-tisqif (jiġifieri l-projbizzjoni li jintużaw għeżula tat-tisqif akbar minn 2.5 km, il-projbizzjoni li jintuża rkaptu bħal dan sabiex jinqabdu speċijiet li jpassu u l-projbizzjoni totali tal-użu tal-għeżula tat-tisqif fil-Baltiku). Bir-reġjonalizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom isaħħu dawn id-dispożizzjonijiet biex eventwalment jintroduċu projbizzjoni totali fuq l-użu ta' rkaptu bħal dan, jekk l-evidenza xjentifika turi li l-użu tal-għeżula tat-tisqif ikun għadu theddida għall-istatus ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet sensittivi f'dak ir-reġjun;

id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni (id-definizzjoni, id-daqs, l-użu ta' ħut iżgħar mill-mcrs);

miżuri komuni sabiex jitnaqqas l-iskartar (is-selezzjoni kwalitattiva, it-tħarrib, il-protezzjoni għal speċijiet li mhumiex taħt il-limiti tal-qbid).

Reġjonalizzazzjoni – Ir-reġjonalizzazzjoni tistipula l-prinċipji ġenerali għar-reġjonalizzazzjoni b'referenza għal miżuri ta' referenza li se japplikaw fejn ma hemm l-ebda miżuri reġjonali fis-seħħ u tistabbilixxi l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għar-reġjonalizzazzjoni ta' miżuri tekniċi permezz ta' pjanijiet multiannwali, pjanijiet ta' skartar temporanju u miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa għal konformità ma' obbligi skont leġiżlazzjoni ambjentali. Dawn is-setgħat jippermettu l-iżvilupp ta' miżuri reġjonali bbażati fuq rakkomandazzjonijiet konġunti sottomessi minn gruppi reġjonali ta' Stati Membri li jemendaw/jidderogaw mill-miżuri ta' referenza eżistenti, jistabbilixxu miżuri ġodda jew miżuri dderogati jekk ikun jista' jintwera li dawn il-miżuri ma jkollhom l-ebda benefiċċju ta' konservazzjoni jew li jkunu ġew stabbiliti miżuri alternattivi. Dawn is-setgħat joħorġu mill-PKS. Huma ddefiniti wkoll il-miżuri reġjonali li jistgħu jittieħdu fil-qafas ta' pjanijiet ta' skartar temporanji, u magħhom is-salvagwardji li se jiġu applikati jekk l-evidenza xjentifika turi li l-objettivi ta' konservazzjoni ma jkunux qed jintlaħqu mill-miżuri reġjonali. Għal dan il-għan qed tiġi inkluża klawżola ta' salvagwardja li tippermetti li l-Kummissjoni taġixxi hi kemm-il darba jkun hemm parir xjentifiku li jindika li biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-baħar ikun hemm bżonn ta' xi azzjoni immedjata. Dan jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri tekniċi biex ittaffi theddid bħal dan, flimkien ma' dan ir-Regolament jew permezz ta' deroga minnu, inkella bis-saħħa ta' miżuri tekniċi stabbiliti b'mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu restrizzjoniijiet fuq l-użu tal-irkaptu jew fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

Miżuri tekniċi f'ilmijiet mhux tal-Unjoni: din tinkludi s-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati fir-rigward tar-regoli dettaljati eżistenti li jikkonċernaw il-listi ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u anke li tadotta miżuri tekniċi speċifiċi marbuta ma' industriji tas-sajd definiti għal-linarda u r-redfish u li huma miftiehma mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC). Permezz tal-emendar fir-Regolament korrispondenti, dan jippermetti wkoll li l-Kummissjoni tadotta atti ddelegati fil-konfront tal-miżuri tekniċi eżistenti fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 14 dwar il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM). Jippermetti wkoll li l-Kummissjoni tinkorpora fil-liġi tal-Unjoni emendi futuri b'rabta ma' dawk il-miżuri adottati mill-NEAFC u anke ma' dawk adottati mill-GFCM. Bħalissa ma jeżistux setgħat bħal dawn.

Dispożizzjonijiet Tekniċi – din fiha dispożizzjonijiet komuni biex issir riċerka xjentifika u anke għar-ripopolament artifiċjali u t-trapjantar ta' speċijiet tal-baħar.

Dispożizzjonijiet Proċedurali – din tinkludi l-eżerċitar tad-delegi fejn jidħlu l-atti delegati li hemm fil-proposta kif ukoll il-proċedura tal-kumitat fir-rigward tal-atti ta' implimentazzjoni.

Dispożizzjoni Finali – din tinkludi r-revoki u l-emendi għar-regolamenti rilevanti kif ukoll il-proċess ta' rieżami u ta' rappurtar.

Annessi – L-Annessi fihom miżuri ta' referenza skont il-baċir tal-baħar (jiġifieri l-Baħar tat-Tramuntana, il-Baltiku, l-ilmijiet tal-Majjistral, l-ilmijiet tal-Lbiċ, il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u r-reġjuni ultraperiferiċi). Dawn il-miżuri ta' referenza sejrin japplikaw fin-nuqqas ta' miżuri mdaħħla fis-seħħ reġjonalment. Jinkludu daqsijiet tal-malja ta' referenza, daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, żoni magħluqa jew ristretti sabiex jipproteġu aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber u ta' ħut riproduttiv u kull miżura speċifika reġjonali oħra. Hemm ukoll annessi b'lista ta' speċijiet ipprojbiti li jekk jinqabdu inċidentalment għandhom jintefgħu lura l-baħar mill-ewwel; żoni magħluqa stabbiliti għall-protezzjoni ta' ħabitats sensittivi u lista ta' speċijiet li ma jistgħux jinqabdu bl-għażel tat-tisqif.

2016/0074 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u(UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 15 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 16 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 jistabbilixxi Politika Komuni tas-Sajd (PKS) għall-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd.

(2)Il-miżuri tekniċi huma għodod biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-PKS. Madankollu evalwazzjoni retrospettiva wriet li l-istruttura regolatorja attwali tagħhom aktarx mhix se tilħaq l-objettivi tal-PKS u għandu jittieħed approċċ ġdid sabiex tiżdied l-effettività tagħhom b'enfasi fuq l-adattament tal-istruttura tal-governanza.

(3)Hemm bżonn jiġi żviluppat qafas għar-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi. Dak il-qafas għandu jistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha u jipprevedi l-ħolqien ta' miżuri tekniċi li jikkunsidraw l-ispeċifitajiet reġjonali tal-industriji tas-sajd permezz tal-proċess ta' reġjonalizzazzjoni introdott mill-PKS.

(4)Il-qafas għandu jkopri l-qbid u l-ħatt tar-riżorsi tas-sajd kif ukoll it-tħaddim tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.

(5)Għandu japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqin f'ilmijiet tal-Unjoni minn bastimenti tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni, u għaċ-ċittadini tal-Istati Membri (mingħajr ħsara għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera) kif ukoll għal bastimenti tal-Unjoni li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat. Għandu japplika wkoll f'ilmijiet mhux tal-Unjoni għall-miżuri tekniċi adottati fiż-żona Regolatorja tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) u fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM).

(6)Fejn ikun rilevanti, il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw għall-industriji tas-sajd rikreattivi li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-ispeċijiet ta' frott tal-baħar bil-qoxra.

(7)Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS li jsir sajd f'livelli ta' rendiment sostenibbli massimu, li jitnaqqsu qabdiet mhux mixtieqa u li jiġi eliminat l-iskartar, u jikkontribwixxu biex jinkiseb status ambjentali tajjeb (GES) kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 .

(8)B'mod speċifiku, il-miżuri tekniċi għandhom jipproteġu l-aggregazzjonijiet tal-ħut li għadu qed jikber u tal-ħut riproduttiv permezz ta' rkaptu selettiv u ta' miżuri biex jiġi evitat il-qbid ta' ħut li ma jkunx hemm użu għalih. Il-miżuri tekniċi għandhom jimminimizzaw, u meta possibbli saħansitra jeliminaw, l-impatti tal-irkaptu fuq l-ekosistema tal-baħar u b'mod partikolari fuq speċijiet u ħabitats sensittivi. Għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm fis-seħħ miżuri ta' ġestjoni għall-finijiet ta' konformità mal-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE 19 , id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 u d-Direttiva 2008/56/KE.

(9)Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti miri marbutin mal-livelli ta' qabdiet mhux mixtieqa; mal-livell fuq il-qabdiet aċċessorji ta' speċi sensittivi u mal-ħsara li ssir lill-ħabitats ta' qiegħ il-baħar milquta ħażin mis-sajd; b'mod li jirriflettu l-għanijiet tal-PKS, il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 92/43 u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 ), u l-aħjar prassi internazzjonali.

(10)Sabiex tkun żgurata l-uniformità fil-mod kif jinftiehmu u kif jiġu implimentati r-regoli tekniċi, għandhom jiġu aġġornati u kkonsolidati d-definizzjonijiet dwar l-irkaptu u dwar l-attivitajiet tas-sajd li hemm fir-regolamenti tal-miżuri tekniċi eżistenti.

(11)Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn; tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta' qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll għandhom ikunu pprojbiti ħlief fil-każ speċifiku tat-tkarkir bl-impuls elettriku li jista' jintuża f'ċerti kundizzjonijiet stretti.

(12)Fid-dawl ta' parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli komuni li jiddefinixxu r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-irkaptu rmunkat u fuq il-bini tal-manki biex jipprevjenu milli tiġi żviluppata xi prassi ħażina li twassal għal sajd mhux selettiv.

(13)Sabiex jiġi limitat l-użu tal-għażel tat-tisqif li jista' jistad fuq żoni kbar u li jwassal għal qabdiet sinifikanti ta' speċijiet sensittivi, ir-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-użu ta' rkaptu bħal dan għandhom jiġu kkonsolidati.

(14)Fid-dawl tal-parir tal-STECF, is-sajd bix-xbieki statiċi fid-diviżjonijiet tal-ICES IIIa, VIa, VIb, VIIb, VIIc, VIIj u VIIk u fis-sottożoni tal-ICES VIII, IX, X u XII fil-lvant ta' 27° f'ilmijiet b'fond ta' aktar minn 600 metru, għandu jibqa' pprojbit biex jiġu protetti l-ispeċijiet sensittivi tal-baħar fond.

(15)Għal ċerti speċijiet ta' ħut rari, fosthom ċerti speċi ta' klieb il-baħar u ta' raj, saħansitra attività limitata tas-sajd tista' tirriżulta f’riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn għandha tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.

(16)Biex ikunu jistgħu jipproteġu tabilħaqq speċijiet tal-baħar sensittivi bħall-mammiferi tal-baħar, l-għasafar tal-baħar u r-rettili tal-baħar imsemmija fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta' mitigazzjoni biex jimminimizzaw u, fejn possibbli jeliminaw, il-qabdiet tagħhom bl-irkaptu.

(17)Sabiex tingħata protezzjoni kontinwa lill-ħabitats tal-baħar sensittivi li jkunu 'l barra mill-kosti tal-Irlanda, tar-Renju Unit u madwar l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji, ir-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-użu tal-irkaptu tal-qiegħ iridu jibqgħu.

(18)Fejn il-parir xjentifiku u l-informazzjoni teknika jidentifikaw żoni oħrajn bħal dawn, għandhom jiġu introdotti restrizzjonijiet simili biex jipproteġu dawn il-ħabitats.

(19)Skont il-PKS, id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħar tal-ispeċijiet tal-baħar u biex jistabbilixxu żoni ta' rkupru għall-istokkijiet tal-ħut.

(20)Għandu jiġi definit il-mod li bih għandu jitkejjel id-daqs tal-ispeċi tal-baħar.

(21)Sabiex is-settur tal-qbid tal-ħut jingħata l-assistenza meta jiġi biex jimplimenta l-obbligu tal-ħatt, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin u s-sejbien ta' punti ta' ħrib għal speċijiet tal-baħar li huma iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u fl-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn, jew appoġġ fl-investiment sabiex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

(22)Il-prattiki ta' selezzjoni kwalitattiva u tat-tħarrib għandhom ikunu pprojbiti ħlief f'każijiet fejn jiddaħħlu xi eżenzjonijiet mill-obbligu tal-ħatt.

(23)F'każijiet fejn il-parir xjentifiku jindika li qed ikun hemm qabdiet sinifikanti ta' speċijiet li ma jkunx hemm użu għalihom u li mhumiex soġġetti għal-limiti tal-qbid u għalhekk mhux soġġetti għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, l-Istati Membri għandhom iwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw modi biex inaqqsu qabdiet bħal dawn u bil-għan li jintroduċu miżuri tekniċi xierqa sabiex jilħqu dan il-għan.

(24)Fejn ma hemmx miżuri tekniċi fis-seħħ fil-livell reġjonali għandhom japplikaw l-istandards ta' referenza. Dawn l-istandards ta' referenza għandhom jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għandhom jikkonsistu f'daqsijiet tal-malja ta' referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, f'żoni magħluqa jew ristretti, f'miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex jimmitigaw il-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar u għasafar tal-baħar f'ċerti żoni, u fi kwalunkwe miżura speċifika reġjonali oħra li teżisti bħalissa li għad hemm bżonnha biex tiżgura li jibqgħu jintlaħqu l-objettivi tal-konservazzjoni sakemm jiġu stabbiliti miżuri bħal dawn permezz tar-reġjonalizzazzjoni.

(25)L-Istati Membri flimkien mal-partijiet ikkonċernati jistgħu jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati li jiddevjaw mill-istandards ta' referenza skont il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni stipulat fil-PKS.

(26)Miżuri tekniċi reġjonali bħal dawn, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-protezzjoni ta' speċijiet u ħabitats sensittivi, għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti għall-istandards ta' referenza.

(27)L-istrument ewlieni biex jiġu stabbiliti l-miżuri tekniċi reġjonali għandu jkun permezz ta' pjanijiet multiannwali kif definit fil-PKS. Taħt pjanijiet multiannwali bħal dawn, l-istandards ta' referenza jkunu jistgħu jiġu emendati, ikunu jistgħu jiġu stabbiliti miżuri ġodda biex jissupplimentaw jew jieħdu post l-istandards ta' referenza jew jidderogaw minn dawn il-miżuri jekk jintwera li ma jkollhom ebda benefiċċju ta' konservazzjoni jew li jkunu ddaħħlu fis-seħħ miżuri alternattivi li jiżguraw li l-objettivi u l-miri jibqgħu jintlaħqu. Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet multiannwali jistgħu jinkludu wkoll miżuri oħra dwar il-konservazzjoni tan-natura biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ekosistema, bħal dawk neċessarji biex ikunu jistgħu jiġu rispettati l-obbligi mniżżla fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(28)Fil-pjanijiet multiannwali, huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jadottaw irkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi u li jvarja mid-daqsijiet tal-malja ta' referenza, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li rkaptu bħal dan ikun tal-inqas iwassal għal mudelli ta' selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta' referenza.

(29)Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jemendaw jew jistabbilixxu żoni magħluqa jew żoni ristretti ġodda biex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' ħut żgħir u ta' ħut riproduttiv, fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tagħhom il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet, il-limitu, it-tul, ir-restrizzjonijiet tal-irkaptu u l-arranġamenti dwar il-kontrolli u l-monitoraġġ.

(30)Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex fil-pjanijiet multiannwali jiġu emendati jew stabbiliti qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jipperikolawx l-objettivi tal-PKS, u dan billi jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

(31)Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandu jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, u dan flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti u mbagħad biex jitneħħew żoni bħal dawn, flimkien mal-ftehimiet ta' kontroll u ta' monitoraġġ, għandhom jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.

(32)Fuq il-bażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, evalwata mill-STECF, l-użu ta' dan l-irkaptu ġdid jew l-estensjoni tal-użu tiegħu, bħat-tkarkir b'impuls elettriku, jista' jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. L-użu tal-irkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn valutazzjoni xjentifika turi dan se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċijiet mhux fil-mira.

(33)Sabiex ikunu minimizzati l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi u l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċi u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida serja għall-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u ħabitats bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-bini u l-funzjonament ta' ċertu rkaptu jew anke jipprojbuh kompletament f'dak ir-reġjun. B'mod partikolari dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f'ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta' ċetaċji u għasafar tal-baħar.

(34)Fejn ma jkun hemm ebda pjan multiannwali fis-seħħ, ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jippermetti li jiġu stabbiliti pjanijiet ta' skartar temporanji għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt. Bħala parti minn dawn il-pjanijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu stabbiliti miżuri tekniċi, marbutin strettament mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, u li l-għan tagħhom ikun li titkattar is-selettività u jitnaqqsu kemm jista' jkun il-qabdiet ta' ħut li ma jkunx hemm użu għalih.

(35)Bil-ħsieb li jinżammu r-rakkomandazzjonijiet dettaljati eżistenti miftiehma mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea inkwantu tal-listi ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u anke tal-miżuri tekniċi speċifiċi marbuta ma' miżuri definiti biex jipproteġu l-linard u r-redfish. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex fil-liġijiet tal-Unjoni tkun tista' tinkorpora l-emendi li jista' jkun hemm fil-ġejjieni b'rabta mal-miżuri adottati mill-NEAFC u li jkunu jikkonsistu f'ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, definiti hekk b'mod speċifiku, u li jsiru vinkolanti għall-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(36)Sabiex ma jkunx hemm tfixkil għar-riċerka xjentifika, għar-ripopolament artifiċjali jew għat-trapjantar artifiċjali, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet li jaf ikunu neċessarji għall-għanijiet imsemmija.

(37)Meta l-parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn ta' azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, fil-każijiet fejn tkun iġġustifikata tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tkun lesta tistabbilixxi miżuri tekniċi sabiex ittaffi theddida bħal din, anki permezz ta' deroga minn dan ir-Regolament jew ta' miżuri tekniċi stabbiliti mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jitfasslu biex jindirizzaw tibdiliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk minħabba livelli għoljin jew baxxi ta' reklutaġġ ta' ħut li għadu qed jikber fi stokk partikulari, biex jipproteġu l-ħut jew il-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet ikunu f'livelli baxxi ħafna jew biex jindirizzaw tibdiliet oħrajn fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut li jista' jhedded l-istatus ta' stokk partikulari. Dawn jaf jinkludu restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu rmunkat jew statiku jew fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

(38)Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra li ma jistax isir sajd għalih; biex taġġorna l-lista ta' żoni sensittivi fejn is-sajd għandu jkun ristrett; biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet multiannwali; u biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta' skartar temporanji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, adegwat u fil-ħin.

(39)Biex jiġi żgurat li jiġu osservati kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament meta tiġi stabbilita l-ispeċifikazzjoni ta' tagħmir biex jitnaqqas it-tkagħbir bl-użu, biex tissaħħaħ jew tiġi limitata l-ħarba tal-qabdiet fil-parti ta' quddiem tal-irkaptu rmunkat; biex tiġi ddefinita l-ispeċifikazzjoni tat-tagħmir ta' selezzjoni imqabbad ma' rkaptu ta' referenza definit; sabiex ikunu definiti l-ispeċifikazzjonijiet tat-tkarkir bl-impuls elettriku; biex jiġu definiti r-restrizzjonijiet dwar il-bini u biex jiġu definiti l-miżuri ta' kontroll u ta' monitoraġġ li jkunu se jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera; biex jiġu definiti regoli dwar: il-miżuri ta' kontroll u ta' monitoraġġ li jkunu se jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera meta jintuża rkaptu statiku f'fond ta' bejn 200 u 600 metru, biex jiġu definiti regoli dettaljati dwar il-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ li jkunu se jiġu adottati għal ċerti żoni magħluqa jew ristretti; biex jiġu definiti regoli dettaljati dwar il-karatteristiki tas-sinjal u tal-implimentazzjoni ta' tagħmir użat biex iżommu ċ-ċetaċji 'l bogħod mix-xbieki statiċi u biex jiġu definiti wkoll il-metodi użati biex jimminimizzaw il-qabdiet aċċessorji ta' għasafar tal-baħar u ta' rettili tal-baħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 .

(40)Sa tmiem l-2020 u ma' kull tielet sena minn dik is-sena 'l hemm, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u dan abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali u f'dak tal-Unjoni jkunu kkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li l-objettivi u l-miri ma jkunux intlaħqu, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi u l-miri jistgħu jintlaħqu. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-emendi li tqis li huma neċessarji f'dan ir-Regolament.

(41)Fid-dawl tan-numru u l-importanza tal-emendi li għandhom isiru, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) 894/97 23 , 850/98 24 , (KE) Nru 2549/2000 25 , (KE) Nru 254/2002 26 , (KE) Nru 812/2004 27 u (KE) Nru 2187/2005 28 għandhom jiġu rrevokati.

(42)Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) 1967/2006 29 , (KE) Nru 1098/2007 30 , (KE) 1224/2009 31 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 32 u (UE) Nru 1380/2013 33 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu emendati skont dan.

(43)Biex jiġu ssupplimenta jew emendati r-regoli dettaljati eżistenti li jittrasponu r-rakkomandazzjonijiet miftiehma mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-miżuri tekniċi fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex fil-liġijiet tal-Unjoni tkun tista' tinkorpora l-emendi li jista' jkun hemm fil-ġejjieni b'rabta mal-miżuri adottati mill-GFCM u li jkunu jikkonsistu f'ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, definiti hekk espressament, u li jsiru vinkolanti għall-Unjoni skont il-Ftehim tal-GFCM. Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tekniċi dwar:

(a)il-qbid u l-ħatt tar-riżorsi tas-sajd; u

(b)l-funzjonament tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet li jsiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għan-nazzjonali tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera, fiż-żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi, u li jkunu rreġistrati fihom, meta jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

2.L-Artikoli 7 u 14 u Parti A tal-Annessi V sa X għandhom japplikaw ukoll għall-industriji tas-sajd rikreattiv.

3. Suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 u 30, il-miżuri tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd magħmula biss bl-iskop ta':

(a)investigazzjonijiet xjentifiċi, u

(b)ripopolament jew trapjantar artifiċjali ta' speċijiet tal-baħar.

Artikolu 3

Objettivi ġenerali u speċifiċi

1.    Bħala għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari fil-paragrafi 2, 3 u 5(a) u (j) ta' dak l-Artikolu.

2.    Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi b'mod partikolari għandhom:

(a)jottimizzaw il-mudelli ta' sfruttament sabiex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' speċijiet li għadhom qed jikbru jew li huma riproduttivi;

(b)jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u ta' speċijiet sensittivi oħrajn li jirriżultaw mis-sajd jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn l-ispeċijiet;

(c)jiżguraw li l-impatti ambjentali tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn il-ħabitats;

(d)jikkontribwixxu biex jiġu stabbiliti miżuri b'rabta mal-ġestjoni tas-sajd biex ikun hemm konformità mal-obbligi tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE, 2008/56/KE u 2000/60/KE.

Artikolu 4

Miri

1.    Il-miżuri tekniċi huma maħsuba biex jilħqu l-miri li ġejjin:

(a)jiżguraw li l-qabdiet ta' speċi tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni ma jaqbżux il-5% tal-volum skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(b)jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċi oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment ma jaqbżux il-livelli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fi ftehimiet internazzjonali.

(c)jiżguraw li l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats ta' qiegħ il-baħar ma jaqbżux il-livelli meħtieġa għal status ambjentali tajjeb fil-każ ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE, f'kull reġjun jew sottoreġjun tal-baħar, b'rabta kemm mal-kwalità tal-ħabitat u kemm mad-daqs tal-ispazju li l-livelli meħtieġa jridu jinkisbu fih.

2.    Il-punt sa fejn ikunu nkisbu dawn il-miri għandu jiġi eżaminat bħala parti mill-proċess ta' rappurtar stipulat fl-Artikolu 34.

Artikolu 5

Definizzjoni taż-żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi taż-żoni tas-sajd li ġejjin:

(a)"Il-Baħar tat-Tramuntana" tfisser id-diviżjonijiet IIa, IIIa u IV tal-ICES 34 ;

(b)"Il-Baħar Baltiku" tfisser id-diviżjonijiet IIIb, IIIc u IIId tal-ICES;

(c)"L-ilmijiet tal-Majjistral" tfisser is-sottożoni V tal-ICES (esklużi Va u l-ilmijiet mhux tal-Unjoni ta' Vb), VI u VII;

(d)"L-ilmijiet tal-Lbiċ" tfisser is-sottożoni VIII, IX u X tal-ICES (ilmijiet tal-Unjoni) u ż-żoni CECAF 35 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet tal-Unjoni);

(e)"Il-Baħar Mediterran" tfisser l-ilmijiet marittimi tal-Mediterran lejn il-Lvant mil-linja 5°36′ tal-Punent;

(f)"Il-Baħar l-Iswed" tfisser l-ilmijiet tas-sottożona ġeografika 29 tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 36 (Riżoluzzjoni GFCM/33/2009/2);

(g)"Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi" tfisser l-ilmijiet madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat imqassma fi tliet baċiri: Il-Punent tal-Atlantiku, il-Lvant tal-Atlantiku u l-Oċean Indjan;

(h)“Żona Regolatorja tan-NEAFC” tfisser l-ilmijiet taż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC li jinsabu barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tas-sajd tal-partijiet kontraenti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 ;

(i)“Żona ta’ Ftehim tal-GFCM” tfisser il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet li jgħaqqduhom, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 .

Artikolu 6

Definizzjonijiet tat-termini

1.    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)"mudell ta' sfruttament" tfisser kif il-pressjoni tas-sajd hija distribwita fil-profil tal-età ta' stokk partikolari;

(2)"selettività" tfisser espressjoni kwantitattiva rappreżentata bħala probabbiltà tal-qbid ta' ċertu daqs ta' ħut b'ċertu daqs tal-malja (jew sunnara);

(3)"sajd selettiv" tirreferi għal meta metodu tas-sajd, tul l-attività tas-sajd, jimmira u jaqbad ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra skont id-daqs u t-tip ta' speċi, u fl-istess ħin ma jaqbadx l-ispeċi li mhumiex fil-mira jew inkella jerġà jeħlishom bla ma jiġrilhom xejn;

(4)"sajd dirett" tfisser sajd għal speċi definita jew taħlita ta' speċijiet fejn il-qabda totali ta' dik l-ispeċi tkun aktar minn 50% tal-valur ekonomiku tal-qabda;

(5)"status ambjentali tajjeb" tfisser l-istatus ambjentali tal-ilmijiet kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(6)"ħabitat sensittiv" tfisser ħabitat li l-istatus ta' konservazzjoni tiegħu, inkluż il-firxa tiegħu u l-kundizzjoni (struttura u funzjoni) tal-komponenti bijotiċi u abijotiċi tiegħu, huwa affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. Ħabitats sensittivi jinkludu tipi ta' ħabitats imsemmija fl-Anness I u ħabitats ta' speċijiet imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE, ħabitats ta' speċijiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE, ħabitats li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE u ekosistemi tal-baħar vulnerabbli kif definiti skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament tal-Kunsill 734/2008 39 ;

(7)"speċi sensittiva" tfisser speċi li l-istatus ta' konservazzjoni tagħha, inkluż il-ħabitat, id-distribuzzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni u l-kundizzjoni tal-popolazzjoni tagħha, huwa affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. Speċijiet sensittivi jinkludu speċijiet msemmija fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE, speċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jiksbu status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE;

(8)"speċijiet pelaġiċi żgħar" tirreferi għall-kavalli, l-aringi, is-sawrell, l-inċova, is-sardin, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċi koħol, l-imniefaħ;

(9)"sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

(10)"Kunsilli Konsultattivi" tfisser gruppi ta' partijiet ikkonċernati stabbiliti fil-qafas tal-PKS sabiex jippromwovu r-rappreżentazzjoni bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati kollha u sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS;

(11)"xibka tat-tkarkir" tfisser irkaptu rmunkat b'mod attiv minn bastiment tas-sajd wieħed jew aktar u jikkonsisti f'korp għamla ta' kon jew piramida (bħal korp tat-tkarkir) magħluq fil-parti ta' wara minn manka; "irkaptu rmunkat" tirreferi għax-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni Daniżi u rkapti simili b'korp għamla ta' kon jew piramida magħluq fil-parti ta' wara minn borża (manka) jew li fih par ġwienaħ twal, korp u borża (manka) u li jitmexxew b'mod attiv fl-ilma;

(12)"xibka tat-tkarkir tal-qiegħ" tfisser irkaptu tat-tkarkir magħmul u armat sabiex jitħaddem f'qiegħ il-baħar jew kważi;

(13)"xibka tat-tkarkir bil-par tal-qiegħ" tfisser xibka tat-tkarkir tal-qiegħ irmunkata minn żewġ bastimenti fl-istess ħin, kull waħda tirmunka naħa tax-xibka tat-tkarkir. Il-fetħa orizzontali tax-xibka tat-tkarkir tinżamm bid-distanza bejn iż-żewġ bastimenti waqt li jirmunkaw l-irkaptu;

(14)"xibka tat-tkarkir pelaġiku" tfisser xibka tat-tkarkir magħmula u armata sabiex topera f'nofs l-ilma;

(15)"xibka tat-tkarkir bi travu" tfisser irkaptu b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment b'tubu tal-azzar jew tal-injam, bi travu, u bi xbieki b'katini tal-art, twapet tal-ktajjen jew ktajjen għall-gambli rmunkati b'mod attiv fil-qiegħ;

(16)"tkarkir bl-impuls elettriku" tfisser teknika tas-sajd li tuża kamp elettriku biex taqbad il-ħut. L-irkaptu tat-tkarkir bl-impuls elettriku jikkonsisti f'numru ta' elettrodi, marbuta mal-irkaptu fid-direzzjoni tal-irmunkar, li jitfgħu impulsi elettriċi qosra;

(17)"tartarun Daniż" tfisser tagħmir ċirkondaanti u rmunkat, imħaddem minn dgħajsa permezz ta' żewġ ħbula twal (ħbula tat-tartarun) imfassla sabiex jidderieġu l-ħut lejn il-fetħa tat-tartarun. L-irkaptu magħmul minn xibka, li fid-disinn u d-daqs tixbah lil xibka tat-tkarkir tal-qiegħ, jinkludi żewġ ġwienaħ twal, korp u xkora (manka);

(18)"tartarun tal-borża" tfisser tagħmir ċirkolanti magħmul minn xibka fejn il-qiegħ tiegħu jingħaqad permezz ta' vajjina fil-qiegħ tax-xibka, li tgħaddi minn sensiela ta' anelli tul il-kalament taċ-ċomb, biex b'hekk ix-xibka tkun tista' tinġibed f'borża u tingħalaq;

(19)"gangmu" tfisser irkaptu li huwa jew irmunkat b'mod attiv mill-magna prinċipali tal-bastiment (gangmu rmunkat minn dgħajsa) jew miġbud b'winċ motorizzat minn bastiment ankrat (gangmu mekkanizzat) għall-qbid ta' bivalvi, gasteropodi jew sponoż u li jikkonsistu f'xibka borża jew f'basket tal-metall immuntati fuq qafas riġidu jew virga ta' daqs u forma varjabbli li l-parti ta' taħt tagħhom tista' ġġorr xafra barraxa li tista' tkun jew fit-tond, ippuntata jew bis-snien, u tista' wkoll tkun mgħammra bi skarpi u twavel tal-għadds. Xi gangmi huma mgħammra b'tagħmir idrawliku (gangmi idrawliċi). Gangmi miġbudin bl-idejn jew b'winċ manwali f'ilmijiet baxxi bi jew mingħajr dgħajsa għall-qbid ta' bivalvi, gasteropodi jew sponoż (gangmi tal-idejn) ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala rkaptu rmunkat għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(20)"xbieki statiċi" tfisser kwalunkwe tip ta' għażel, xibka tat-tħabbil jew parit, ankrat ma' qiegħ il-baħar (għeżul jew pariti) jew imħolli jinġarr mal-kurrent (għeżul tat-tisqif) sabiex il-ħut jgħum fih u jitħabbel jew jeħel fix-xbieki;

(21)"għażel" tfisser xibka magħmula minn żewġ ħitan jew aktar ta' xibka mdendlin flimkien b'mod parallel fuq il-kalament(i) tas-sufri, miżmuma f'wiċċ l-ilma jew f'ċerta distanza taħt wiċċ l-ilma permezz apparat li jżommha f'wiċċ l-ilma, li tinġarr mal-kurrent jew b'mod liberu jew minn dgħajsa li tkun imqabbda magħha. Din tista' tkun mgħammra b'apparat maħsub sabiex jistabbilizza x-xibka jew biex jillimita kemm tinġarr mill-kurrent, bħal pereżempju ankra tal-baħar jew ankraġġ fil-qiegħ imqabbad ma' tarf wieħed tax-xibka;

(22)"għażel tal-qiegħ" tfisser xibka magħmula minn biċċa xibka waħda u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta' sufruni u piżijiet. Din taqbad riżorsi akkwatiċi ħajjin li jinqabdu fil-malji tagħha u hija fissa jew tista' tkun fissa ma' qiegħ il-baħar bi kwalunkwe mezz;

(23)"għażel tat-tħabbil tal-qiegħ" tfisser ħajt wieħed ta' xibka armat b'mod li x-xibka tiddendel fuq il-ħbula sabiex toħloq ammont akbar ta' tixbik maħlul mill-għażel. Ix-xbieki tat-tħabbil normalment ikollhom anqas affarijiet li jżommu fil-wiċċ fuq il-kalament tas-sufri u ma jkunux fl-għoli daqs l-għażel tal-qiegħ medju matul is-sajd, u jkunu mqabbdin, jew ikunu jistgħu jitqabbdu b'xi mezz ma' qiegħ il-baħar;

(24)"parit tal-qiegħ" tfisser xibka magħmula minn żewġ saffi jew aktar ta' xbieki b'żewġ saffi fuq barra ta' daqs tal-malja kbir b'saff b'malja żgħira bejniethom u mqabbda, jew tista' titqabbad b'xi mezz ma' qiegħ il-baħar;

(25)"parit xkitt" tfisser kwalunkwe għażel tal-qiegħ li l-parti t'isfel tiegħu tkun ikkombinata ma' parit;

(26)"konz" tfisser irkaptu li jikkonsisti f'lett, kultant ta' tul konsiderevoli, mgħammar b'bosta snanar bil-lixka jew mingħajrha fuq fergħat f'intervalli regolari. Il-lett ikun ankrat orizzontalment jew qrib il-qiegħ, vertikalment, jew jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-wiċċ;

(27)"nases u kavetti" tfisser nases f'għamla ta' gaġeġ jew qfief magħmula minn materjali varji ddisinjati sabiex jaqbdu krustaċji jew ħut, jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f'ringieli, konnessi bi ħbula (ħbula tal-bagi) sa bagi fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li għandhom fetħa waħda jew punt ta' dħul wieħed jew aktar;

(28)"xlief tal-idejn" tfisser teknika tas-sajd fejn jinżamm xlief tas-sajd wieħed bl-idejn. Rixa jew sunnara bil-lixka waħda jew aktar jintrabtu max-xlief;

(29)''St.Andrew's cross'' huwa ħattaf li jagħmel użu minn azzjoni simili għal dik ta' mqass sabiex jaħsad pereżempju l-molluski bivalvi jew il-qroll aħmar minn qiegħ il-baħar;

(30)"manka" tfisser l-aktar parti ta' wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f'forma ta' ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f'forma konika. Magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta' xbieki) tal-istess daqs tal-malja mwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom fl-assi tat-tkarkir minn ġonta fejn jista' jintrabat ħabel tal-ġenb. Għal finijiet regolatorji dan għandu jittieħed bħala l-aħħar 50 malju tax-xibka;

(31)"daqs tal-malja" tfisser id-daqs tal-malja ta' kwalunkwe manka ta' rkaptu rmunkat kif imkejla skont il-proċedura stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 40 ;

(32)"malja kwadra" tfisser il-forma tal-malja li toriġina mill-armar ta' xbieki b'devjazzjoni ta' 45° mid-direzzjoni N b'tali mod li l-vireg ikunu paralleli u f'90° mal-assi tax-xibka tat-tkarkir;

(33)"malja djamant" tfisser forma ta' rombojd normali tal-malji fix-xbieki;

(34)"T90" tfisser xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew irkaptu rmunkat simili li għandu manka u biċċa tal-estensjoni prodotta minn tip ta' xbieki bil-malja forma ta' djamant imdawra 90° biex b'hekk id-direzzjoni prinċipali kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka tkun parallela għad-direzzjoni tal-irmunkar;

(35)"tieqa tal-ħruġ tat-tip Bacoma" tfisser panel ta' ħruġ fi xbieki b'malja kwadra mingħajr għoqiedi mwaħħla fil-pannel ta' fuq ta' manka bit-tarf t'isfel tiegħu mhux aktar minn erba' malji mis-siegla tal-għeluq;

(36)"xibka passatur" tfisser apparat imwaħħal maċ-ċirkonferenza sħiħa tax-xibka tat-tkarkir għall-gambli qrib it-travu, li jiġi għall-ponta fejn huwa mwaħħal mas-saff t'isfel tax-xibka tat-tkarkir tal-gambli. Toqba tal-ħruġ tinfetaħ fejn jiltaqgħu x-xibka passatur u l-manka, u tippermetti li speċijiet jew individwi kbar wisq biex jgħaddu mill-passatur jaħarbu, filwaqt li l-gambli jistgħu jgħaddu mill-passatur għal ġol-manka;

(37)"il-waqgħa" ta' tartarun tal-borża tfisser is-somma tal-għoli tal-malji (inkluż l-għoqod) meta mxarrba u mġebbda perpendikolari mal-lett;

(38)"ħin tal-immersjoni" tfisser il-perjodu mill-mument meta x-xbieki jitniżżlu l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta x-xbieki jittellgħu kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;

(39)"sensuri ta' monitoraġġ tal-irkaptu" tfisser sensuri elettroniċi imbiegħda li jistgħu jitpoġġew fuq xbieki tat-tkarkir jew tartarun tal-borża sabiex jissorveljaw il-parametri ta' prestazzjoni ewlenin bħad-distanza bejn il-bibien tax-xbieki tat-tkarkir jew id-daqs tal-qabda;

(40)"apparat akustiku deterrenti" tfisser apparat imbiegħed użat sabiex jgħarraf u javża speċijiet bħal mammiferi tal-baħar bil-preżenza ta' rkaptu billi jibgħat sinjali akustiċi;

(41)"naffara tal-għasafar" (imsejħa wkoll linji tori) tfisser linji (b'żigarelli miġbuda minn punt għoli qrib il-poppa tal-bastimenti tas-sajd waqt li snanar bil-lixka jintużaw bl-iskop li jgerrxu l-għasafar tal-baħar mis-snanar;

(42)"selezzjoni kwalitattiva" tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan seta' jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port.

(43)"tħarrib" tfisser il-prattika li intenzjonalment jitħarrab ħut mill-irkaptu qabel ma dak l-irkaptu jinġieb kompletament abbord bastiment tas-sajd, xi ħaġa li twassal biex jintilef ħafna ħut mejjet jew fil-proċess li jmut;

(44)"ripopolament dirett" tfisser l-attività li jinħelsu annimali selvaġġi ħajjin ta' speċi magħżula f'ilmijiet fejn jeżistu b'mod naturali, sabiex tintuża l-produzzjoni naturali tal-ambjent akkwatiku biex jiżdied in-numru ta' individwi disponibbli għall-industriji tas-sajd u/jew jiżdied ir-reklutaġġ naturali.

(45)"trapjantar" tfisser il-proċess li bih speċi hija ttrasportata intenzjonalment u meħlusa mill-bniedem f'żoni b'popolazzjonijiet stabbiliti.

KAPITOLU II

MIŻURI TEKNIĊI KOMUNI

TAQSIMA 1

Irkaptu u Użi tas-Sajd Ipprojbiti

Artikolu 7

Irkaptu u Metodi tas-Sajd Ipprojbiti

Għandu jkun ipprojbit li jinqabdu jew jinħasdu speċijiet tal-baħar bl-użu tal-metodi li ġejjin:

(a)sustanzi tossiċi, stupefaċenti jew korrużivi;

(b)kurrent elettriku ħlief għall-użu tat-tkarkir bl-impuls elettriku kif stipulat fl-Artikolu 24 u Parti E tal-Anness V;

(c)splussivi;

(d)imrietel pnewmatiċi jew strumenti ta' perkussjoni oħrajn;

(e)apparati rmunkati biex jinġabar il-qroll aħmar jew tipi ta' qroll oħrajn jew organiżmi li jixbhu lill-qroll;

(f)St Andrew's cross u ħattafa simili tiegħu, partikolarment għall-ħsad ta' qroll aħmar jew tipi ta' qroll oħrajn u speċijiet jixbhu lill-qroll;

(g)kwalunkwe tip ta' projettili;

(h)ħarpuns jekk użati flimkien ma' apparat tat-teħid tan-nifs taħt l-ilma (aqualung) jew filgħaxija minn inżul ix-xemx sakemm jisbaħ.

Artikolu 8

Użi pprojbiti

Għandu jkun ipprojbit li tinbiegħ, tintwera jew tkun offruta għall-bejgħ kwalunkwe speċi tal-baħar maqbuda bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi mniżżla fl-Artikolu 7.

TAQSIMA 2

Restrizzjonijiet Ġenerali fuq Irkaptu tas-Sajd u Kundizzjonijiet għall-Użu Tiegħu

Artikolu 9

Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu ta' rkaptu rmunkat

1.    L-ebda parti minn irkaptu rmunkat ma għandha tinbena bil-daqs tal-malja iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tagħmir ta' xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri tal-monitoraġġ tal-irkaptu.

2.    Kull meta jkunu qegħdin jiġu rmunkati iktar minn xibka waħda minn bastiment tas-sajd jew minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, kull xibka għandu jkollha l-istess daqs tal-malja.

3.    Għandu jkun ipprojbit li tinbena xi manka jew jitwaħħal xi apparat li jostakola jew inaqqas b'mod effettiv id-daqs tal-malja tal-manka jew xi parti tal-irkaptu rmunkat. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex teskludi l-użu ta' apparat speċifikat li jintuża biex inaqqas it-tkagħbir bl-użu, sabiex isaħħaħ jew jillimita l-ħarba ta' qabdiet fil-parti ta' quddiem tal-irkaptu rmunkat.

4.    Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-ispeċifikazzjoni ta' manki u l-apparat imsemmi fil-paragrafu 3. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku u tekniku disponibbli u jistgħu jiddefinixxu:

ir-restrizzjonijiet fuq il-ħxuna tal-ispag;

ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċirkonferenza tal-manki;

ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' materjali tax-xbieki;

l-istruttura u twaħħil ta' manki;

l-apparat li jista' jintuża sabiex inaqqas it-tkagħbir bl-użu; u

l-apparat li jista' jintuża sabiex jillimita l-ħarba ta' dak li jinqabad.

5.    L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-Paragrafi 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 10

Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu tax-xbieki statiċi

1.    Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jintuża għażel tat-tisqif wieħed jew aktar li t-tul individwali jew totali tiegħu huwa ta' aktar minn 2.5 kilometru.

2.    Għandu jkun ipprojbit li jintuża għażul tat-tisqif sabiex jinqabdu l-ispeċijiet imniżżla fl-Anness III.

3.    Minkejja dak li hemm fil-paragrafu 1 għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jintuża kwalunkwe għażel tat-tisqif fil-Baħar Baltiku.

4.    Għandu jkun ipprojbit li jintużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti biex jinqabdu l-ispeċijiet li ġejjin:

Alonga (Thunnus alalunga),

Tonn (Thunnus thynnus),

Pixxiluna (Brama brama),

Pixxispad (Xiphias gladius),

Klieb il-baħar li jagħmlu parti mill-ispeċijiet li ġejjin jew mill-familji Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; l-ispeċijiet kollha tal-Alopiidae; Carcharhinidae; Sphymidae; Isuridae; Lamnidae. 

5.    Fejn il-mappa turi fond ikbar minn 600 metru, l-għeżula tal-qiegħ, ix-xbieki tat-tħabbil u l-parit ma jistgħu jintużaw fl-ebda pożizzjoni.

TAQSIMA 3

Protezzjoni ta' Speċijiet u Ħabitats Sensittivi

Artikolu 11

Speċijiet ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra projbit

1.    Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt intenzjonat ta' speċijiet ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra msemmija fl-Anness IV ta' Direttiva 92/43/KEE għandu jkun ipprojbit ħlief meta tingħata deroga skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.

2.    Apparti l-ispeċi imsemmija fil-paragrafu 1, il-bastimenti tal-Unjoni ma jistgħux jistadu, iżommu abbord, jittrasbordaw, iħottu, jaħżnu, jbigħu, juru jew joffru għall-bejgħ l-ispeċijiet imniżżla fl-Anness I.

3.     Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu lura l-baħar immedjatament.

4.    Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn emenda fil-lista fl-Anness I billi jiżdiedu speċijiet ġodda li jeħtieġu l-protezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta emendi bħal dawn permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 32.

5.    Il-miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jilħqu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(b).

Artikolu 12

Qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, għasafar tal-baħar u rettili tal-baħar

1.    Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt intenzjonat ta' mammiferi tal-baħar jew rettili tal-baħar imsemmija fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE u ta' speċi ta' għasafar tal-baħar koperti mid-Direttiva 2009/147/KE huwa pprojbit.

2.    Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu l-baħar immedjatament.

3.    Minkejja dak li hemm fil-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ta' eżemplari ta' speċi tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu inċidentalment, għandhom ikunu awtorizzati sakemm din l-attività tibqa' meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew infurmati b'kollox minn qabel.

4.    Stat Membru, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jista' jqiegħed fis-seħħ miżuri ta’ mitigazzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti rkapti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom jimminimizzaw u, fejn possibbli, jeliminaw il-qabdiet tal-ispeċi imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs miżuri tekniċi applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni.

5.    Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jiksbu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(b).

Artikolu 13

Protezzjoni għal ħabitats sensittivi inklużi ekosistemi tal-baħar vulnerabbli

1.    Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f'dak l-Anness.

2.    Fejn l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda tal-lista ta' żoni fl-Anness II, inkluża ż-żieda ta' żoni ġodda, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawn l-emendi permezz ta' atti delegati, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 1380/2013. Meta tadotta emendi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta' effetti negattivi kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn.

3.    Fejn ħabitats bħal dawn jokkorru fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu s-setgħa jistabbilixxi żoni magħluqa jew miżuri ta' konservazzjoni oħrajn sabiex jipproteġi dawn il-ħabitats, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs il-miżuri tal-liġi tal-Unjoni.

4. Miżuri adottati skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw sabiex jiksbu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(c).

TAQSIMA 4

Daqsijiet Minimi ta' Referenza għall-Konservazzjoni

Artikolu 14

Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

1.    Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-baħar speċifikati fil-Parti A tal-Annessi V sa XI ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw bil-għan li:

(a)jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet tal-baħar skont l-Artikolu 15(11) u 15(12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)jistabbilixxu żoni ta' rkupru ta' stokkijiet tal-ħut skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 1380/2013.

2.    Il-kejl tad-daqs ta' speċijiet tal-baħar għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness IV.

3.    Fejn hemm aktar minn metodu wieħed ta' kejl ta' speċi tal-baħar, l-individwu ma għandux jitqies li huwa inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jekk id-daqs imkejjel minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-metodi huwa ugwali għal, jew akbar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet għal speċijiet tal-baħar taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

L-Istati Membri għandu jkollhom miżuri stabbiliti sabiex jiffaċilitaw il-ħażna ta' jew isibu żbokk għal qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni miġjuba l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament UE) Nru 1380/2013. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u l-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn jew appoġġ għal investimenti li jżidu l-valur għal prodotti tas-sajd.

TAQSIMA 5

Miżuri biex jitnaqqas l-iskartar

Artikolu 16

Projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva u tat-tħarrib

1.    Il-prattiki ta' selezzjoni kwalitattiva u tat-tħarrib għandhom jiġu pprojbiti.

2.    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal qabdiet ta' speċi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 17

Speċijiet mhux soġġetti għal limiti tal-qbid.

1.    L-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw metodi sabiex jevitaw, jimminimizzaw u jeliminaw qabdiet mhux mixtieqa tal-ispeċi mhux soġġetti għal limiti tal-qbid. Dawn il-proġetti pilota għandhom jikkundisraw tal-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

2.    Fejn ir-riżultati ta' dawn l-istudji pilota jew parir xjentifiku ieħor jindikaw li l-qabdiet mhux mixtieqa ta' speċi li mhumiex soġġetti għal limiti tal-qbid huma sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri tekniċi li jnaqqsu dawn il-qabdiet mhux mixtieqa skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1380/2013. Dawn il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw biss għal bastimenti tas-sajd li għandhom il-bandiera ta' dak l-Istat Membru.

KAPITOLU III

REĠJONALIZZAZZJONI

Artikolu 18

Prinċipji ta' gwida

1.    Miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali huma stipulati fl-Annessi li ġejjin:

(a)fl-Anness V għall-Baħar tat-Tramuntana;

(b)fl-Anness VI għall-Ilmijijiet tal-Majjistral;

(c)fl-Anness VII għall-Ilmijijiet tal-Lbiċ;

(d)fl-Anness VIII għall-Baħar Baltiku;

(e)fl-Anness IX għall-Mediterran;

(f)fl-Anness X għall-Baħar l-Iswed;

(g)fl-Anness XI għar-Reġjuni Ultraperiferiċi.

2.    Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-Istati Membri jistgħu jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti li jiddefinixxu miżuri tekniċi adegwati fil-livell reġjonali li jiddevjaw mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 1.

3.    Il-miżuri tekniċi rakkomandati skont il-paragrafu 2 għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-livell ta' protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi, daqs dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 19

Miżuri reġjonali fil-pjanijiet multiannwali

1.    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi miżuri tekniċi fil-livell reġjonali bil-għan li jinkisbu objettivi ta' pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.     Miżuri stabbiliti skont il-paragrafu 1 jistgħu:

(a)jemendaw jew jissupplimentaw il-miżuri stipulati fl-Annessi V sa XI;

(b)jidderogaw mill-miżuri stipulati fl-Annessi V sa XI għal żona speċifika jew perjodu ta' żmien speċifiku, sakemm jista' jintwera li dawn il-miżuri ma għandhom l-ebda benefiċċju relatat mal-konservazzjoni f'dik iż-żona jew perjodu jew li l-miżuri alternattivi jiksbu l-istess objettivi.

3.    Pjan multiannwali jista' jiddefinixxi t-tip ta' miżuri tekniċi li jistgħu jiġu adottati skont il-paragrafi 1 u 2 għar-reġjun rilevanti.

4.    Il-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom

(a) jimmiraw li jilħqu l-objettivi u l-miri stipulati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament;

(b) ikunu mmexxija mill-prinċipji ta' governanza tajba stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; u

(c) jipprovdu inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv jew jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas permezz tal-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

5.    Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta' miżuri tekniċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġjaw l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri.

6.    Il-Kummissjoni tista' titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5.

Artikolu 20

Selettività tal-irkaptu rigward l-ispeċijiet maqbuda u d-daqs

1.Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jiddefinixxu rkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi, dawn għandhom jipprovdu evidenza li turi li dan l-irkaptu jissodisfa mill-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)jirriżulta f'mill-anqas karatteristiki ta' selettività ekwivalenti għal speċijiet speċifiċi jew kombinazzjoni ta' speċijiet bħall-irkaptu stipulat f'Parti B tal-Annessi V sa X u fl-Anness XI; jew

(b)jirriżulta f'qabdiet mhux mixtieqa ta' speċi definiti jew taħlita ta' speċijiet taħt livell massimu.

2.Il-karatteristiki ta' selettività msemmijin fil-paragrafu 1(a) u l-livell massimu u speċijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jiġu definiti fil-pjan multiannwali rilevanti.

Artikolu 21

Żoni magħluqin jew ristretti sabiex jipproteġu aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi

Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw iż-żoni magħluqin jew ristretti mniżżla fil-Parti C tal-Annessi V sa VIII u X u Parti B tal-Anness XI jew jistabbilixxu żoni magħluqin jew ristretti ġodda, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin fir-rigward ta' dawn iż-żoni magħluqin jew ristretti f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti:

l-objettiv tal-għeluq;

il-livell u d-durata tal-għeluq;

restrizzjonijiet fuq irkaptu speċifiku; u

arranġamenti ta' kontroll u monitoraġġ.

Artikolu 22

Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Meta Stati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw jew jistabbilixxu daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni mniżżla fil-Parti A tal-Annessi V sa X dawn għandhom jirrispettaw l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta' speċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru.

Artikolu 23

Żoni li jingħalqu f'ħin reali u dispożizzjonijiet dwar meta żona tinbidel

Meta jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex ikun hemm il-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra , l-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

il-livell u d-durata tal-għeluq;

l-ispeċijiet u l-livelli ta' limitu li jimmotivaw l-għeluq;

id-distanza li bastiment għandu jimxi 'l bogħod miż-żona magħluqa ladarba din tiġi stabbilita;

l-użu ta' rkaptu selettiv ħafna sabiex jippermetti l-aċċess għal żoni li kieku jkunu żoni magħluqin; u

arranġamenti ta' kontroll u monitoraġġ.

Artikolu 24

Irkaptu innovattiv

1.    Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jippermettu l-użu jew jestendu l-użu ta' rkaptu innovattiv inkluż it-tkarkir bl-impuls elettriku kif deskritt f'Parti E tal-Anness V fi ħdan baċir tal-baħar speċifiku, dawn għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta' rkaptu bħal dan fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi.

2.    Dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu evalwati mill-STECF.

3.    L-użu ta' rkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn dawn il-valutazzjonijiet juru li l-użu tiegħu se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċi mhux fil-mira.

Artikolu 25

Miżuri ta' konservazzjoni tan-natura

Rakkomandazzjonijiet konġunti mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 sabiex ikun permess l-użu ta' miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex ikunu protetti speċi u ħabitats sensittivi, jistgħu b'mod partikolari:

jiżviluppaw listi ta' speċijiet u ħabitats sensittivi li l-aktar huma f'riskju mill-attivitajiet tas-sajd fir-reġjun rilevanti abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

jispeċifikaw l-użu ta' miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali għal dawk imsemmija fil-Parti D tal-Annessi V sa X sabiex jimminimizzaw il-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 12;

jispeċifikaw miżuri sabiex jimminimizzaw l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats imsemmija fl-Artikolu 13 jew ħabitats sensittivi oħrajn barra minn siti tan-NATURA 2000;

jispeċifikaw restrizzjonijiet fuq il-bini u operazzjoni ta' rkaptu speċifikat jew jintroduċu projbizzjoni totali fuq l-użu ta' ċertu rkaptu f'reġjun fejn irkaptu bħal dan jirrappreżenta theddida għall-istatus ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikoli 11 u 12 jew għall-ħabitats imsemmija fl-Artikolu 13 jew ħabitats sensittivi oħrajn barra minn siti tan-NATURA 2000.

Artikolu 26

Miżuri reġjonali fil-qafas ta' pjanijiet ta' skartar temporanji

1.    Meta l-Istati Membri jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta’ miżuri tekniċi fil-pjanijiet ta’ skartar temporanji msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jista’ jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)speċifikazzjonijiet dwar l-irkaptu u r-regoli li jirregolaw l-użu tiegħu;

(b)speċifikazzjonijiet dwar il-modifiki ta' rkaptu jew dwar l-użu ta' tagħmir selettiv sabiex tittejjeb is-selettività tad-daqs jew l-ispeċi;

(c)restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċertu rkaptu, u fuq attivitajiet tas-sajd, f'ċerti żoni jew perjodi;

(d)daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

2.    Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jewfrott tal-baħar bil-qoxra.

Artikolu 27

Atti ta' Implimentazzjoni

1.    Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dan li ġej:

l-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir ta' għażla mwaħħal mal-irkaptu stipulat f'Parti B tal-Annessi V sa VIII;

regoli dettaljati dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-irkaptu deskritt fil-Parti E tal-Anness V marbut ma' restrizzjonijiet fuq il-bini ta' rkaptu u l-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ li sejrin jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera;

regoli dettaljati dwar il-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ li sejrin jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera meta jintuża l-irkaptu msemmi fl-Anness V Parti C punt 6, l-Anness VI Parti C punt 9 u l-Anness VII Parti C punt 4;

regoli dettaljati dwar il-miżuri ta' kontroll u ta' monitoraġġ li jkunu se jiġu adottati għaż-żoni magħluqin jew restritti deskritti fl-Anness V Parti C punt 2, l-Anness VI Parti C punti 6 u 7;

regoli dettaljati dwar il-karatteristiki tas-sinjal u tal-implimentazzjoni ta' apparat akustiku deterrenti kif jissemma fil-Parti D tal-Annessi V sa X;

regoli dettaljati dwar id-disinn u l-użu ta' naffara tal-għasafar u linji mtaqqla kif imsemmi fil-Parti D tal-Annessi VI, VII u IX.

2.    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

KAPITOLU IV

L-ORGANIZZAZZJONIJIET REĠJONALI TAL-ĠESTJONI TAS-SAJD

Artikolu 28

Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 sabiex

(a) tittrasponi f'liġi tal-Unjoni ċerti miżuri tekniċi li magħhom miftiehma mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), inklużi listi ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u miżuri tekniċi speċifiċi marbutin mal-industriji tas-sajd tal-linarda u r-redfish definiti fir-Rakkomandazzjonijiet tal-NEAFC 05:2013, 19:2014, 01:2015, 02:2015; u u

(b)tadotta miżuri tekniċi oħrajn li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' atti leġiżlattivi li jittrasponu rakkomandazzjonijiet tal-NEAFC.

KAPITOLU V

RIĊERKA XJENTIFIKA, RIPOPOLAMENT U TRAPJANTAR

Artikolu 29

Riċerka xjentifika

1.    Il-miżuri tekniċi msemmija f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd magħmula biss għal għan ta' investigazzjonijiet xjentifiċi soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    l-operazzjonijiet tas-sajd għandhom jitwettqu bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera;

(b)    il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet li jkunu fis-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni tiegħu (l-Istat Membru tal-kosta) isiru l-attivitajiet tas-sajd, għandhom jiġu infurmati mill-anqas xahar qabel bl-intenzjoni li jkunu se jitwettqu operazzjonijiet tas-sajd bħal dawk, u għandhom jiġu inklużi dettalji dwar il-bastimenti involuti u l-investigazzjonijiet xjentifiċi li jkunu se jsiru;

(c)    il-bastiment jew bastimenti li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd għandu jkollhom permess għas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 1224/2009;

(d)    jekk l-Istat Membru tal-kosta tal-Istat Membru tal-bandiera jitlob hekk, il-kaptan tal-bastiment għandu jieħu abbord osservatur mill-Istat Membru kostali matul l-operazzjonijiet tas-sajd.

2.    Speċijiet tal-baħar maqbudin għall-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jistgħu jinbiegħu, jinħażnu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bjegħ, sakemm jingħaddu skont il-kwoti stipulati fl-Artikolu 33(6) tar-Regolament (KE) 1224/2009 u:

(a)jilħqu l-istandards stipulati fl-Annessi IV sa VII ta' dan ir-Regolament; jew

(b)jinbiegħu għal skopijiet li mhumiex dak tal-konsum dirett tal-bniedem.

Artikolu 30

Ripopolament u trapjantar artifiċjali

1.    Il-miżuri tekniċi pprovduti f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss bil-għan ta' ripopolament jew trapjantar artifiċjali ta' speċijiet tal-baħar, diment li dawn l-operazzjonijiet isiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew Stati Membri li għandhom interess dirett b'rabta mal-ġestjoni.

2.    Meta r-ripopolament jew trapjantar artifiċjali jsir fl-ilmijiet ta' Stat Membru jew Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u dawn l-Istati Membri kollha għandhom ikunu informati mill-anqas xahar qabel bl-intenzjoni li jitwettqu attivitajiet tas-sajd bħal dawn.

KAPITOLU VI

MIŻURI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 31
Miżuri ta' salvagwardja

1.    Fejn il-parir xjentifiku disponibbli jindika li hija meħtieġa azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex ittaffi theddid bħal dan. Dawn l-atti jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu jew fuq attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

2.L-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu b'mod partikolari sabiex:

(a)jindirizzaw bidliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk bħala riżultat ta' livelli ta' reklutaġġ għoljin jew baxxi ta' individwi li għadhom qed jikbru;

(b) jipproteġu l-ħut u l-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet ikunu f'livelli baxxi ħafna jew fejn ikun hemm fatturi ambjentali oħra qed jheddu l-istatus tal-istokk.

3. Atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 32.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-delega

1.    Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.    Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikoli 11, 13, 19, 28 u 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [----]. Il-Kummissjoni tħejji rapport dwar id-delega tas-setgħa, u dan mhux aktar tard minn disa' xhur qabel jagħlaq il-perjodu ta' ħames (5) snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.

3.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 11, 13, 19, 28, u 31 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.    Att delegat adottat skont l-Artikoli 11, 13, 19 u 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.    L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 31 jiddaħħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u jibqgħu japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 7. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għaliex tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

7.    Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat adottat skont l-Artikolu 31 b’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 33

Proċedura tal-Kumitat

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit mill-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011.

3.    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Analiżi u rapportar

1.    Sal-aħħar tal-2020 u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi, fil-livell reġjonali kif ukoll fil-livell ta' Unjoni, ikkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 4.

2.    Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li ma ntlaħqux l-objettivi u l-miri, fi żmien sitt xhur wara li jintbagħat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li sejrin jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi u miri jistgħu jintlaħqu.

3.     Il-Kummissjoni tista' tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe emenda meħtieġa f'dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' dak ir-rapport.

Artikolu 35

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jiġi emendat kif ġej:

(a)    jitħassru l-Artikoli 3, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16 u 25;

(b)    jitħassru l-Annessi I, II, III u IV.

Artikolu 36

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1098/2007

Fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jitħassru l-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 37

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-Kapitolu IV tat-Titolu IV jiġi emendat kif ġej:

(a)titħassar it-Taqsima 3;

(b)tiżdied it-Taqsima 4 li ġejja:

"Taqsima 4

"Ipproċessar Abbord u Industriji tas-Sajd tal-Ħut Pelaġiku"

Artikolu 54a

Ipproċessar abbord

1.    It-twettiq abbord bastiment tas-sajd ta' xi proċess fiżiku jew kimiku ta' ħut sabiex ikun prodott ħut mitħun, żejt tal-ħut, jew prodotti simili, jew li jkunu ttrasbordati qabdiet ta' ħut għal tali għanijiet għandu jkun projbit.

2.    Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

(a)l-ipproċessar jew it-trasbord tal-ġewwieni tal-ħut; jew

(b)il-produzzjoni ta' surimi abbord bastiment tas-sajd.

Artikolu 54b

Trattament tal-qabdiet u restrizzjonijiet fuq ir-rimi lura tal-ħut fuq bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku

1.    L-ispazju massimu bejn il-vireg fis-separatur tal-ilma abbord bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku u li għandhom fil-mira l-kavalli, l-aringi u s-sawrell u li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC, hekk kif definita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, għandu jkun ta' 10 millimetri.

Il-vireg għandhom jiġu wweldjati f'posthom. Jekk fis-separatur tal-ilma jintużaw toqob minflok vireg, id-dijametru massimu tat-toqob ma għandux jaqbeż l-10 millimetri. It-toqob fiż-żrieraq li jkunu quddiem is-separatur tal-ilma ma għandux ikollhom dijametru akbar minn 15-il millimetru.

2.    Il-possibbiltà ta' rimi lura ta' ħut taħt il-livell tal-ilma tal-bastiment minn tankijiet protetturi jew minn tankijiet għall-ilma baħar imkessaħ (RSW) għandha tiġi pprojbita għall-bastimenti kollha tas-sajd pelaġiku li joperaw fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC.

3.    L-iskedi marbuta mat-trattament tal-qabdiet u mal-kapaċitajiet ta' rimi lura ta' ħut tal-bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku li fil-mira tagħhom ikollhom il-kavalli, l-aringi u s-sawrell fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC, u li huma ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera, flimkien ma' kwalunkwe modifika li ssirilhom, għandhom jintbagħtu mill-kaptan tal-bastiment lill-awtoritajiet kompetenti tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti għandhom iwettqu verifiki perjodiċi tal-livell ta' preċiżjoni tal-iskedi ppreżentati. Fuq il-bastiment għandha dejjem tinżamm kopja tagħhom.

Artikolu 54c

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' tagħmir li jkun jista' jagħżel awtomatikament

1.    Iż-żamma jew l-użu abbord ta' bastiment tas-sajd ta' tagħmir li jkun jista' jagħżel awtomatikament l-aringi jew is-sawrell jew il-kavalli skont id-daqs jew skont is-sess għandu jkun projbit.

2.    Madanakollu, il-ġarr u l-użu ta' tali tagħmir għandu jkun permess jekk:

(a)il-bastiment ma jġorrx jew ma jużax abbord fl-istess ħin irkaptu rmunkat b'daqs tal-malja ta' inqas minn 80 mm jew tartarun tal-borża waħda jew aktar jew irkaptu simili; jew

(b)il-qabda sħiħa li tista' tinżamm abbord legalment:

tinħażen fi stat iffriżat;

il-ħut iggradat huwa ffriżat immedjatament wara li jiġi ggradat u l-ebda ħut iggradat ma jintefa' lura l-baħar; u

t-tagħmir ikun installat u jinżamm fuq il-bastiment b'tali mod li jiżgura l-iffriżar immedjat tal-ħut u ma jippermettix it-tfigħ lura fil-baħar tal-ispeċijiet tal-baħar.

3.Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, kwalunkwe bastiment awtorizzat li jistad fil-Baltiku, fil-Belts jew fis-Sound jista' jġorr tagħmir ta' għażla awtomatiku fil-Kattegat diment li jkun inħareġ permess għas-sajd skont l-Artikolu 7. Il-permess għas-sajd għandu jiddefinixxi l-ispeċijiet, iż-żoni, il-perjodi ta' żmien u kull kundizzjoni oħra applikabbli għall-użu u l-ġarr abbord tat-tagħmir ta' għażla."

Artikolu 38

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011

L-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1343/2011 huwa emendat kif ġej:

(1) jiżdied il-punt li ġej:

" (h)    miżuri tekniċi fl-Artikoli 4, 10, 12, 15, 15a, 16, 16b, 16c, 16d, 16f, 16 g, 16h, 16i, 16j u 16k.”;

(2) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 27, sabiex tittrasponi fil-liġi tal-Unjoni l-miżuri tekniċi l-oħra stabbiliti mill-GFCM li jsiru obbligatorji għall-Unjoni u biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ atti leġiżlattivi li jittrasponu r-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM dwar il-miżuri tekniċi.”

Artikolu 39

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

Fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1380/2013, l-Artikolu 15(12) jinbidel b’dan li ġej:

“Għall-ispeċijiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ħatt kif speċifikat fil-paragrafu 1, il-qabdiet ta’ speċijiet taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni ma jinżammux abbord imma jiġu rritornati immedjatament fil-baħar, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja.”

Artikolu 40

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 jitħassru.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassrin għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 41

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ijiem wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    MRAG et al. (2014) . A study in support of the development of a new Technical conservation measures framework within a reformed CFP. Lot 2: retrospective and prospective evaluation on the Common fisheries policy, excluding its international Dimension. Brussels. 265pp
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(3)    COM(2002)672 finali Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar.
(4)    COM(2008)324 finali Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi.
(5)    COM(2013) 685 final Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Programm dwar l-Ideoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Ir-riżultati u l-passi li jmiss.
(6)

   COM(2011) 244 finali Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020

(7)

   COM(2014) 130 final/2 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

(8)

   http://ec.europa.eu/dgs/maritimeaffairs_fisheries/consultations/technical-measures/index_en.htm

(9)    http://ec.europa.eu/dgs/maritimeaffairs_fisheries/consultations/technical-measures/contributions/index_en.htm
(10)    STECF. (2012) Expert Working Group on different principles for defining selectivity under the future TM regulation (EWG-12-14). 61pp
(11)    STECF (2013). Expert Working Group on different principles for defining selectivity under the future TM regulation (EWG-13-04). 38pp.
(12)    STECF (2015) – Technical Measures part III (Miżuri Tekniċi parti III) (STECF-15-05). 2015. Publications Office of the European Union, Luxembourg, EUR 27223 EN, JRC 95832, 59 pp.
(13)

   Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd ĠU L 60, 5.3.2008, p.1.

(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2001 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44.
(15)    ĠU C , , p. .
(16)    ĠU C , , p. .
(17)    ĠU L354, 28.12.2013, p.22.
(18)    Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (ĠU L 164, 25.6.2008, p.19).
(19)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa ĠU L 206, 22.7.1992, p.7.
(20)    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ĠU L 20, 26.1.2010, p.
(21)    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.
(22)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p.13).
(23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1239/98 tat-8 ta' Ġunju 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 894/97 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd (PB L 171, 17.6.98).
(24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p.1).
(25)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2549/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkuprar tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż ( Diviżjoni VIIa tal-ICES, ĠU L 292, 21.11.2000, p.5
(26)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 tat-12 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi miżuri li għandhom ikunu applikabbli fl-2002 għall-irkupru tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (id-diviżjoni VIIa tal-ICES) (ĠU L 41, 13.2.2002, p.1).
(27)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 li jistipula miżuri dwar qabdiet inċidentali ta' ċetaċji f'industriji tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12).
(28)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p.1).
(29)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409 30.12.2006 p.11).
(30)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p.1).
(31)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p.1.
(32)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44.
(33)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(34)    Id-diviżjonijiet ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.
(35)    Iż-żoni CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-żona tas-sajd prinċipali tal-FAO 34) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1.
(36)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44.
(37)    Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU L 348, 31.12.2010, p.17).
(38)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44.
(39)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ. ĠU L 201, 15.7.2008, p.8.
(40)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malji u l-assessjar tal-ħxuna tal-ispag tax-xbieki tas-sajd (ĠU L 151, 11.6.2008, p.5).

Brussell, 11.3.2016

COM(2016) 134 final

ANNESSI

ta' [...]

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar il-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

{SWD(2016) 56 final}
{SWD(2016) 57 final}


ANNESSI

ANNESS I

Speċijiet Ipprojbiti

(a)ir-raja tal-kwiekeb (Amblyraja radiata), fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet IIa, IIIa u VIId tal-ICES u tas-sottożona IV tal-ICES;

(b)l-ispeċijiet li ġejjin ta' pixxisega fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha:

(i) il-pixxisega rqiqa (Anoxypristis cuspidata);

(ii) il-pixxisega nana (Pristis clavata);

(iii) il-pixxiserrieq (Pristis pectinata);

(iv) il-pixxisega businna (Pristis pristis);

(v) il-pixxisega ħadra (Pristis zijsron);

(c)il-gabdoll (Cetorhinus maximus) u l-kelb il-baħar abjad (Carcharodon carcharias) fl-ilmijiet kollha;

(d)ir-rebekkin skur (Diptrus batis) kumpless (Dipturus flossada u Dipturus intermedia) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES u tas-sottożoni III, IV, VI, VII, VIII, IX u X tal-ICES;

(e)il-mazzola tal-fanal minuri (Etmopterus pusillus) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES u tas-sottożona IV tal-ICES, kif ukoll fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV tal-ICES;

(f) ir-rajja manta tal-iskoll (Manta alfredi) fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni;

(g)ir-rajja manta ġiganta (Manta birostris) fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni;

(h)l-ispeċijiet li ġejjin ta' raj tal-qrun fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni:

(i) il-baqra (Mobula mobular);

(ii) ir-raja tal-qrun minuri tal-Ginea (Mobula rochebrunei);

(iii) il-mobula denbha xewka (Mobula japanica);

(iv) il-mobula denbha lixx (Mobula thurstoni);

(v) il-mobula qrunha twil (Mobula eregoodootenkee);

(vi) ir-raja tal-qrun ta' Munk (Mobula munkiana);

(vii) ir-raja tal-qrun taċ-Ċilì (Mobula tarapacana);

(viii) ir-raja tal-qrun tal-ġewnaħ qasir (Mobula kuhlii);

(ix) ir-raja tal-qrun minuri (Mobula hypostoma);

(i)ir-raja tal-fosos (Raja clavata) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIIa tal-ICES;

(j)ir-raja tan-Norveġja (Raja (Dipturus) nidarosiensis) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet VIa, VIb, VIIa, VIIb, VIIc, VIIe, VIIf, VIIg, VIIh u VIIk tal-ICES;

(k)il-ħamiema (Raja alba) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni VI, VII, VIII, IX u X tal-ICES;

(l)il-guitarfish (Rhinobatidae) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X u XII tal-ICES;

(m)l-ixkatlu komuni (Squatina squatina) fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni;

(n)is-salamun (Salmo salar) u t-trota tal-baħar (Salmo trutta) meta s-sajd isir bi kwalunkwe xibka rmunkata fl-ilmijiet 'il barra mil-limitu ta' sitt mili mkejjel mil-linji bażi tal-Istati Membri fis-sottożoni I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-ICES (ilmijiet tal-Unjoni);

(o)l-awwista tal-ilma ħelu, femminili mimlija bil-bajd (Palinuridae spp. u Homarus gammarus) fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha ħlief meta użati għal skopijiet ta' ripopolament jew trapjantar diretti;

(p)id-date shell (Lithophaga lithophaga) u l-folas komuni (Pholas dactylus) f'ilmijiet tal-Unjoni fil-Mediterran.



ANNESS II

Żoni magħluqin għall-protezzjoni ta' ħabitats sensittivi

Għall-għanijiet tal-Artikolu 13, ir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq l-attività tas-sajd huma applikabbli fiż-żoni magħluqin billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, imkejla skont is-sistema WGS84:

Parti A

Ilmijiet tal-Majjistral

1.    Għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew xbieki rmunkati simili, għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti u konzijiet tal-qiegħ ġoż-żoni li ġejjin:

Il-Provinċja tal-Belgica Mound:

51°29.4' N, 11°51.6' W

51°32.4' N, 11°41.4' W

51°15.6' N, 11°33.0' W

51°13.8' N, 11°44.4' W

51°29.4' N, 11°51.6' W

Il-Provinċja tal-Hovland Mound:

52°16.2' N, 13°12.6' W

52°24.0' N, 12°58.2' W

52°16.8' N, 12°54.0' W

52°16.8' N, 12°29.4' W

52°04.2' N, 12°29.4' W

52°04.2' N, 12°52.8' W

52°09.0' N, 12°56.4' W

52°09.0' N, 13°10.8' W

52°16.2' N, 13°12.6' W

Il-Majjistral tal-Porcupine Bank iż-Żona I:

53°30.6' N, 14°32.4' W

53°35.4' N, 14°27.6' W

53°40.8' N, 14°15.6' W

53°34.2' N, 14°11.4' W

53°31.8' N, 14°14.4' W

53°24.0' N, 14°28.8' W

53°30.6' N, 14°32.4' W

Il-Majjistral tal-Porcupine Bank iż-Żona II:

53°43.2' N, 14°10.8' W

53°51.6' N, 13°53.4' W

53°45.6' N, 13°49.8' W

53°36.6' N, 14°07.2' W

53°43.2' N, 14°10.8' W

Il-Lbiċ tal-Porcupine Bank:

51°54.6' N, 15°07.2' W

51°54.6' N, 14°55.2' W

51°42.0' N, 14°55.2' W

51°42.0' N, 15°10.2' W

51°49.2' N, 15°06.0' W

51°54.6' N, 15°07.2' W

2.    Il-bastimenti tas-sajd pelaġiku li jistadu fiż-żoni kif deskritt fil-punt 1 għandhom:

ikunu f'lista ta' bastimenti awtorizzati u tinħarġilhom awtorizzazzjoni għas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

iġorru abbord esklussivament irkaptu pelaġiku;

jagħtu notifika erba' sigħat minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f'żona għall-protezzjoni ta' ħabitats tal-qiegħ tal-baħar vulnerabbli liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) kif definit fl-Artikolu 4(15) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-istess waqt jinnotifkaw dwar il-kwantitajiet ta' ħut miżmuma abbord;

ikollhom Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) sikura u kompletament funzjonanti li tikkonforma bis-sħiħ mar-regoli rispettivi meta preżenti fi kwalunkwe waħda miż-żoni deskritti fil-punt 1;

jagħmlu rapporti tal-VMS kull siegħa;

jinformaw liċ-ĊMS Irlandiż li sejrin jitilqu miż-żona u fl-istess ħin jinnotifikaw dwar il-kwantità ta' ħut miżmuma abbord; u

ikollhom abbord tkarkir b'daqs tal-malja tal-manka minn 16-79 mm.

Darwin Mounds

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew xbieki rmunkati simili fiż-żoni li ġejjin:

59°54' N, 6°55' W

59°47' N, 6°47' W

59°37' N, 7°39' W

59°45' N, 7°39' W

59°54' N, 7°25' W

Parti B

Ilmijiet tal-Lbiċ

1.    El Cachucho

1.1    Għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti u konzijiet tal-qiegħ ġoż-żoni li ġejjin:

44°12' N, 5°16' W

44°12' N, 4°26' W

43°53' N, 4°26' W

43°53' N, 5°16' W

44°12' N, 5°16' W

1.2.    Bastimenti li għamlu sajd dirett b'konzijiet tal-qiegħ fl-2006, 2007 u 2008 għal-lipp abjad (Phycis blennoides) jistgħu jibqgħu jistadu fiż-żona fin-Nofsinhar ta' 44°00.00' N sakemm għandhom permess għas-sajd maħruġ skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

1.3.    Il-bastimenti kollha li kisbu dan il-permess għas-sajd għandhom, irrispettivament mit-tul totali tagħhom, ikollhom fl-użu tagħhom VMS sikura kompletament funzjonanti operattiva li tikkonforma mar-regoli rispettivi, meta jistadu fiż-żona deskritta fil-punt 1.1.

2.    Madejra u l-Gżejjer Kanarji

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti f'fond ta' akbar minn 200 m jew xbieki tkarkir tal-qiegħ jew irkaptu rmunkat simili fiż-żoni li ġejjin:

27°00' N, 19°00' W

26°00' N, 15°00' W

29°00' N, 13°00' W

36°00' N, 13°00' W

36°00' N, 19°00' W

3.    L-Azores

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti f'fond ta' akbar minn 200 m jew xbieki tkarkir tal-qiegħ jew irkaptu rmunkat simili fiż-żoni li ġejjin:

36°00' N, 23°00' W

39°00' N, 23°00' W

42°00' N, 26°00' W

42°00' N, 31°00' W

39°00' N, 34°00' W

36°00' N, 34°00' W



ANNESS III

Lista ta' speċijiet li l-qabda tagħhom bl-għażel tat-tisqif hija pprojbita

Alonga : Thunnus alalunga 

Tonn : Thunnus thynnus 

Tonn obeż : Thunnus obesus 

Palamit : Katsuwonus pelamis 

Plamtu : Sarda sarda 

Tonn isfar : Thunnus albacares 

Tonn iswed : Thunnus atlanticus 

Kubrit : Euthynnus spp.

Tonn tan-Nofsinhar : Thunnus maccoyii 

Tumbrell : Auxis spp.

Abramida tal-oċean : Brama rayi 

Marlini : Tetrapturus spp.; Makaira spp.

Sailfishes : Istiophorus spp.

Pixxispad : Xiphias gladius 

Imsell : Scomberesox spp.; Cololabis spp.

Lampuki : Coryphœna spp.

Klieb il-baħar : Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; Alopiidae; Carcharhinidae; Sphymidae; Isuridae; Lamnidae 

Ċefalopodi: l-ispeċijiet kollha



ANNESS IV

Kejl tad-daqs ta' organiżmu tal-baħar

1.    Id-daqs ta' kull ħuta għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 1, mit-tarf ta' barra nett tal-ħalq sat-tarf tal-pinna tad-denb.

2.    Id-daqs ta' skampu (Nephrops norvegicus) għandu jitkejjel kif muri fil-Figura 2:

jew bħala t-tul tal-karapaċa, parallel mal-linja tan-nofs, minn wara l-ħofra tal-għajn sal-punt tan-nofs tat-tarf tax-xifer dorsali tal-karapaċa, jew,

bħala t-tul totali, mill-ponta tar-rostru sat-tarf ta' wara tal-aħħar segment fl-addome, li ma jinkludix is-setae.

3.    Id-daqs ta' awwista (Homarus gammarus) għandu jitkejjel kif muri fil-Figura 3:

jew bħala t-tul tal-karapaċa, parallel mal-linja tan-nofs, minn wara l-ħofra tal-għajn sal-punt tan-nofs tat-tarf tax-xifer dorsali tal-karapaċa, jew,

bħala t-tul totali, mill-ponta tar-rostru sat-tarf ta' wara tal-aħħar segment fl-addome, li ma jinkludix is-setae.

4.    Il-qies ta' awwista tal-ilma ħelu (Palinuridae) għandu jitkejjel kif muri fil-Figura 4 bħala t-tul tal-karapaċa, parallel mal-linja tan-nofs, mill-ponta tar-rostru sal-punt tan-nofs tax-xifer dorsali tal-karapaċa.

5.    Id-daqs ta' kull mollusk bivalv għandu jitkejjel kif muri fil-Figura 5, matul l-itwal parti tal-qoxra.

Figura 1 Speċijiet tal-ħut



Figura 2 Skampu

Figura 3 Awwista (Lobster)

·

·

Figura 4 Awwista tal-Ilma Ħelu (Crawfish)

Figura 5 Molluski bivalvi



ANNESS V

Il-Baħar tat-Tramuntana

Parti A

Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Il-Baħar tat-Tramuntana

Bakkaljaw (Gadus morhua)

35 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

30 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

35 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

30 cm

Merluzz (Merluccius merluccius)

27 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

20 cm

Lingwata komuni (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

27 cm

Lipp (Molva molva)

63 cm

Linarda (Molva dipterygia)

70 cm

Skampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 85 mm,

Tul tal-karapaċa ta' 25 mm

Dnub tal-Iskampu 46 mm

Kavalli (Scomber spp.)

20 cm

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Sawrell (Trachurus spp.)

15-il cm

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 cm jew 90 individwu kull kilo

Spnott (Dicentrarchus labrax)

42 cm

Sardin (Sardina pilchardus)

11-il cm

Awwista (Homarus gammarus)

87 mm

Għaġuża (Maja squinada)

120 mm

Imrewħa (Chalamys spp.)

40 mm

Arzella nigra (Ruditapes decussatus)

40 mm

Arzella (Venerupis pullastra)

38 mm

Gandoffli tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Gandoffla (Venus verrucosa)

40 mm

Kannellina (Callista chione)

6 cm

Gandoffla tal-leħja (Ensis spp.)

10 cm

Gandoffla Atalantika (Spisula solida)

25 mm

Gandoffa Donax (Donax spp.)

25 mm

Gandoffla fażola (Pharus legumen)

65 mm

Bronja (Buccinum undatum.)

45 mm

Qarnit (Octopus vulgaris)

750 gramma

Awwista tal-ilma ħelu (Palinurus spp.)

95 mm

Gamblu roża tal-ilma fond (Parapenaeus longirostris)

22 mm (tul tal-karapaċa)

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

140 mm 1,2,3

Arzella tal-pellegrini (Pecten maximus)

100 mm

Speċijiet

Skagerrak/Kattegat

Bakkaljaw (Gadus morhua)

30 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

27 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

30 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

-

Merluzz (Merluccius merluccius)

30 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

25 cm

Lingwata komuni (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

23 cm

Lipp (Molva molva)

-

Linarda (Molva dipterygia)

-

Skampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 105 mm

Tul tal-karapaċa 32 mm

Kavalli (Scomber spp.)

20 cm

Aringa (Clupea harengus)

18-il cm

Sawrell (Trachurus spp.)

15-il cm

Awwista (Homarus gammarus)

Tul totali 220 mm

Tul tal-karapaċa 78 mm

1 F'ilmijiet tal-Unjoni f'diviżjoni IVa tal-ICES

2F'żona fid-Diviżjoni IVb, c tal-ICES limitata minn punt f'53°28'22″N, 0°09'24″E, fuq il-kosta tal-Ingilterra, linja dritta li tgħaqqad dan il-punt ma' 53°28'22″N, 0°22'24″E, il-fruntiera ta' 6 mili tar-Renju Unit, u linja dritta li tgħaqqad punt f'51°54'06″N, 1°30'30″E ma' punt fuq il-kosta tal-Ingilterra f'51°55'48″N, 1°17'00″ E, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 115 mm.

3 Għal granċijiet li jittieklu maqbudin f'nases u kavetti, massimu ta' 1 % bil-piż tal-qabda totali ta' granċ jittiekel tista' tikkonsisti f'idejn maqlugħin. Għal granċijiet li jittieklu maqbudin bi kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor, massimu ta' 75 kg ta' idejn maqlugħin ta' granċ jistgħu jinħattu l-art.

Parti B

Qisien tal-malji

1.    Daqsijiet tal-malji tal-linja bażi għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malji tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak/Kattegat.

Daqs tal-Malji tal-Manka

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 120 mm

Żona sħiħa

Xejn

Mill-anqas 80 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għan-Nephrops norvegicus jew speċijiet mhux koperti minn limiti ta' qbid. Għandhom jitqabbdu pannella b'malji kwadri ta' mill-anqas 120 mm jew gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta' 35 mm, jew tagħmir ta' selettività ekwivalenti.

Mill-anqas 80 mm

Diviżjoni IVb fin-Nofsinhar ta' 54°30'N u Diviżjoni IVc tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu jew [Tkarkir bl-impuls elettriku]. Pannella b'daqs tal-malja ta' 180 mm imwaħħla fin-nofs ta' fuq tal-parti ta' quddiem tax-xibka.

Mill-anqas 32 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-Pandalus borealis. Għandhom jitqabbdu gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta' 19 mm jew tagħmir ta' selettività ekwivalenti.

Mill-anqas 16 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Sajd dirett għall-merluzz tan-Norveġja. Għandha titqabbad gradilja li tissepara bi spazju tal-vireg ta' 22 mm fl-industrija tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja.

Sajd dirett għall-Crangon crangon - Għandha titwaħħal gradilja li tissepara, xibka passatur jew tagħmir ta' selettività ekwivalenti.

Iżgħar minn 16 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għaċ-ċiċċirell

2.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja li ġejjin għax-xbieki statiċi għandhom japplikaw fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak/Kattegat.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 120 mm

Żona sħiħa

Xejn

Mill-anqas 100 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal-lingwata jew speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta' qbid

Mill-anqas 50 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Parti Ċ

Żoni magħluqin jew ristretti

1.    Għeluq ta' żona biex jiġi protett iċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet IVa u IVb tal-ICES

1.1    Is-sajd għaċ-ċiċċirell bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b'qies tal-malja anqas minn 80 mm jew kwalunkwe xibka statika b'daqs tal-malja tal-manka ta' anqas minn 100 mm għandu jkun ipprojbit ġoż-żona ġeografika li tmiss mal-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

il-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra fuq latitudni ta' 55°30'N

55o 30' N, 01o 00' W

58o 00' N, 01o 00' W

58o 00' N, 02o 00' W

il-kosta tal-Lvant tal-Iskozja fuq lonġitudni ta' 02°00'W.

1.2    Sajd għall-investigazzjoni xjentifika għandu jitħalla sabiex jiġi ssorveljat l-istokk taċ-ċiċċirell f'din iż-żona u l-effett tal-għeluq.

2.        Għeluq ta' żona sabiex ikun protett barbun li għadu qed jikber fis-sottożona IV tal-ICES

2.1        Bastimenti li jaqbżu tul ta' 8 metri b'kollox għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw xibka tat-tkarkir tal-qiegħ, tartarun Daniż jew irkaptu rmunkat simili ġoż-żoni ġeografiċi magħluqin billi jingħaqdu sekwenzjalment il-linji rombu mal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont il-WGS84:

(a)iż-żona ġewwa 12-il mil nawtiku mill-kosta ta' Franza, Tramuntana tal-latitudni 51°00'N, il-Belġju, u n-Netherlands sal-latitudni 53°00'N, imkejla mil-linji bażi;

(b)iż-żona limitata b'linja li tgħaqqad il-koordinati li ġejjin:

(c)punt fuq il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 57°00'N,

57°00' N, 7°15' E

55°00' N, 7°15' E

55°00' N, 7°00' E

54°30'N, 7°00' E

54°30' N, 7°30' E

54°00' N, 7°30' E

54°00' N, 6°00' E

53°50' N, 6°00' E

53°50' N, 5°00' E

53°30' N, 5°00' E

53°30' N, 4°15' E

53°00' N, 4°15' E

punt fuq il-kosta tan-Netherlands fil-latitudni 53°00'N

iż-żona ġewwa 12-il mil mill-kosta tal-Punent tad-Danimarka minn 57°00'N fit-tramuntana sal-Fanal ta' Hirtshals, imkejla mil-linji bażi.

2.2    Il-bastimenti li ġejjin għandhom permess jistadu fiż-żona msemmija fil-punt 2.1:

bastimenti li s-saħħa tal-magna tagħhom ma taqbiżx il-221kW li jużaw xbieki ta' tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi;

par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni flimkien ma taqbiżx il-221kW fi kwalunkwe ħin li jużaw par xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

bastimenti li l-qawwa tal-magna tagħhom taqbeż il-221kW għandhom ikunu permessi jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi, u par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni flimkien taqbeż il-221kW għandhom ikunu permessi jużaw pair xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ sakemm dawn il-bastimenti ma jistadux direttament għall-barbun u l-lingwata u jirrispettaw ir-regoli tad-daqs tal-malja rilevanti li hemm fil-Parti B ta' dan l-Anness.

3.    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' xbieki tat-tkarkair bi travu sa 12-il mil mill-kosta tar-Renju Unit

3.1    Bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw kwalunkwe xbieki tat-tkarkir bit-travu ġewwa ż-żoni fi 12-il mil mill-kosti tar-Renju Unit, imkejla mil-linji ta' bażi tal-ibħra territorjali.

3.2    Permezz ta' deroga mill-punt 3.1, is-sajd bi xbieki tat-tkarkir bit-travu ġoż-żona speċifikata għandu jkun permess sakemm:

Is-saħħa tal-magna tal-bastimenti ma taqbiżx il-221kW u t-tul totali ma jaqbiżx l-24 metru; u

It-tul tat-travu jew tul tat-travu aggregat, imkejjel bħala t-total ta' kull travu mhuwiex aktar minn 9 metri, jew ma jistax jiġi estiż għal tul akbar minn 9 metri, ħlief fis-sajd dirett għall-Crangon crangon b'daqs tal-malja minimu ta' anqas minn 31 mm.

4.    Restrizzjonijiet fuq is-sajd għal-laċċi sabiex tkun protetta l-aringa fid-diviżjoni IVb tal-ICES

Is-sajd bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b'daqs tal-malja tal-manka ta' anqas minn 80 mm jew xbieki statiċi b'daqs tal-malja anqas minn 100 mm għandu jkun ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi magħluqin billi jingħaqdu sekwenzjalment bil-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont il-WGS84 u matul il-perjodi li ġejjin:

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, ġewwa ż-żona statistika 39E8 tal-ICES. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, din iż-żona tal-ICES għandha tkun iż-żona limitata b'linja fil-Lvant mill-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit matul latitudni 55°00'T sa punt f'lonġitudni 1°00'W, minn hemm lejn it-Tramuntana għal punt fil-latitudni 55°30'N u minn hemm lejn il-Punent għall-kosta tar-Renju Unit;

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, ġewwa l-ibħra ta' ġewwa tal-Moray Firth fil-Punent tal-lonġitudni 3°30'W, u fl-ibħra interni ta' Firth of Forth fil-Punent tal-lonġitudni 3°00'W,

(ċ) mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru, ġewwa ż-żona ġeografika limitata mill-koordinati segwenti:

il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 55°30'N

il-latitudni 55°30'N, il-lonġitudni 7°00'E

il-latitudni 57°00'N, il-lonġitudni 7°00'E

il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 57°00'N

5.    Dispożizzjonijiet speċifiċi għal Skagerrak u Kattegat fid-diviżjoni IIIa tal-ICES

5.1    Għandu jkun ipprojbit milli jsir sajd bi xbieki tat-tkarkir bi travu f'Kattegat.

5.2    Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tal-Unjoni li jistadu għal, li jżommu abbord, li jittrasbordaw, li jħottu, li jaħżnu, li jbigħu u juru jew joffru għall-bejgħ salamun u trota tal-baħar. Meta jinqabdu inċidentalment fi kwalunkwe parti ta' Skagerrak u Kattegat 'il barra mil-limitu ta' erba' mili mkejla mill-bażi tal-linja tal-Istati Membri dawn għandhom jintefgħu immedjatament lura l-baħar.

5.3    Għandu jkun ipprojbit li jintuża rkaptu rmunkat b'daqs tal-malja tal-manka ta' anqas minn 32 mm mill-1 ta' Lulju sal-15 ta' Settembru fl-ilmijiet li qegħdin tliet mili nawtiċi mill-bażi tal-linji fi Skagerrak u Kattegat sakemm mhux qed jagħmlu sajd dirett għall-Pandalus borealis, jew sajd dirett għall-eelpout (Zoarces viviparous), gobies (Gobiidae) jew scorpion fish (Cottus spp.) għal użu bħala lixka

6.    Użu ta' xbieki statiċi fid-diviżjoni IVa tal-ICES

6.1    Għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej f'ilmijiet b'fond ta' anqas minn 600 metru:

Għeżul tal-qiegħ użati għal sajd dirett għall-merluzz b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 100 mm u mhux aktar minn 100 majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-25 km għal kull bastiment u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa 24 siegħa;

Xbieki tat-tħabbil użati għal sajd dirett għall-petrika b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 250 mm u mhux aktar minn 15-il majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-100 km u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa ta' 72 siegħa;

6.2    Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 1 f'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu fil-kwoti. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 6.1.

Parti D

Miżuri ta' mitigazzjoni għal speċijiet sensittivi

Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji ta' ċetaċji fid-diviżjoni IIIa u s-sottożona IV tal-ICES

1.    Għandu jkun ipprojbit li bastimenti b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar jużaw xbieki statiċi fis-sottożona IV tal-ICES u d-diviżjoni IIIa tal-ICES, mingħajr l-użu simultanju ta' tagħmir akustiku deterrenti attiv.

2.    Il-punt 1 m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bil-għan uniku ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istati Membri jew l-Istati Membri kkonċernati li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta' ċetaċji.

3.    L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivvalutaw, permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effettività tat-tagħmir ta' mitigazzjoni kif deskritt fil-punt 1 fl-industriji tas-sajd u ż-żoni kkonċernati.

Parti E

Metodi tas-sajd innovattivi

L-użu ta' tkarkir bl-impuls elettriku fid-diviżjonijiet IVb u IVc tal-ICES

Minkejja kif stipulat fl-Artikolu 13, is-sajd bit-tkarkir bl-impuls elettriku għandu jkun permess fid-diviżjonijiet IVb u IVc tal-ICES bil-kundizzjonijiet definiti skont it-tieni inċiż tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-karatteristiċi tal-impuls użat u l-miżuri ta' monitoraġġ tal-kontroll f'posthom fin-Nofsinhar ta' linja rombu magħquda mal-punt li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

punt fuq il-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit fil-latitudni 55°N

il-Lvant għal-latitudni 55°N, lonġitudni 5°E

it-Tramuntana għal-latitudni 56°N

il-Lvant għal punt fuq il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 56°N



ANNESS VI

Ilmijiet tal-Majjistral

Parti A

Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żona sħiħa

Bakkaljaw (Gadus morhua)

35 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

30 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

35 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

30 cm

Merluzz (Merluccius merluccius)

27 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

20 cm

Lingwata komuni (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

27 cm

Lipp (Molva molva)

63 cm

Linarda (Molva dipterygia)

70 cm

Skampu (Nephrops norvegicus)

Dnub tal-Iskampu

Tul totali 85 mm,

Tul tal-karapaċa 25 mm1

46 mm2

Kavalli (Scomber spp.)

20 cm

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm3

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 cm jew 90 individwu kull kilo

Spnott (Dicentrarchus labrax)

42 cm

Sardin (Sardina pilchardus)

11-il cm

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

33 cm

Awwista (Hommarus gammarus)

87 mm

Għaġuża (Maja squinada)

120 mm

Imrewħa (Chlamys spp.)

40 mm

Arzella nigra (Ruditapes decussatus)

40 mm

Arzella (Venerupis pullastra)

38 mm

Gandoffli tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Gandoffla (Venus verrucosa)

40 mm

Kannellina (Callista chione)

6 cm

Gandoffla tal-leħja (Ensis spp.)

10 cm

Gandoffla Atalantika (Spisula solida)

25 mm

Gandoffa Donax (Donax spp.)

25 mm

Gandoffla fażola (Pharus legumen)

65 mm

Bronja (Buccinum undatum.)

45 mm

Qarnit (Octopus vulgaris)

750 gramma

Awwista tal-ilma ħelu (Palinurus spp.)

95 mm

Gamblu roża tal-ilma fond (Parapenaeus longirostris)

22 mm (tul tal-karapaċa)

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

140 mm3,4

Arzella tal-pellegrini (Pecten maximus)

100 mm5

1 Fid-diviżjonijiet VIa u VIIa tal-ICES għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' tul totali ta' 70 mm u b'tul tal-karapaċa ta' 20 mm.

2 Fid-diviżjonijiet VIa u l-VIIa tal-ICES għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 37 mm.

3 Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-sottożoni V, VI Tramuntana ta' 56° N u VII tal-ICES, apparti diviżjonijiet VIId, e, f tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 130 mm.

4 Għal granċijiet li jittieklu maqbudin f'nases u kavetti, massimu ta' 1 % bil-piż tal-qabda totali ta' granċ jittiekel tista' tikkonsisti f'idejn maqlugħin. Għal granċijiet li jittieklu maqbudin bi kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor, massimu ta' 75 kg ta' idejn maqlugħin ta' granċ jistgħu jinħattu l-art.

5 F'diviżjoni VIIa tal-ICES fit-Tramuntana ta' 52°30'N, u diviżjoni VIId tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 110 mm.

Parti B

Qisien tal-malji

1.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fl-ibħra tal-Majjistral.

Daqs tal-Malja tal-Manka

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 120 mm

Żona sħiħa

Xejn

Mill-anqas 100 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-merluzz jew il-merlangu. Għandha titqabbad pannella b'malji kwadri ta' 100 mm.

Mill-anqas 80 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal Nephrops norvegicus jew speċijiet mhux koperti minn limiti ta' qbid. Għandha titqabbad pannella b'malji kwadri ta' mill-anqas 120 mm jew gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta' 35 mm jew tagħmir ta' selettività ekwivalenti.

Mill-anqas 80 mm

Diviżjonijiet VIIa, b, d, e, h u j tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu. Pannella b'daqs tal-malja ta' 180 mm imwaħħla fin-nofs ta' fuq tal-parti ta' quddiem tax-xibka.

Mill-anqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

2.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Majjistral.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 120 mm1

Żona sħiħa

Xejn

Mill-anqas 100 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal-lingwata jew speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta' qbid

Mill-anqas 50 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Parti Ċ

Żoni magħluqin jew ristretti

1.    Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fid-diviżjoni VIa tal-ICES

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd li tuża kwalunkwe rkaptu rmunkat jew xbieki statiċi fiż-żona magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalemtn mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, imkejla skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

55o25' N, 7o07' W

55o25' N, 7o00' W

55o18' N, 6o50' W

55°17' N, 6o50' W

55°17' N, 6°52' W

55°25 N, 7°07 W

2.    Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fid-diviżjonijiet VIIf u g tal-ICES

2.1    Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Marzu, għandha tkun ipprojbita kwalunkwe attività ta' sajd fir-rettangoli statistiċi tal-ICES li ġejjin: 30E4, 31E4, 32E3. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika 'l ġewwa minn 6 mili nawtiċi mil-linja bażi.

2.2    Għandu jkun permess li jsiru attivitajiet ta' sajd bl-użu ta' nases u kavetti ġoż-żoni u perjodi ta' żmien speċifikati, diment li:

(i)    ebda rkaptu tas-sajd għajr nases u kavetti ma jinġarr abbord, u

(ii)    qabdiet sekondarji ta' speċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art għandhom jinħattu u jingħaddu kontra l-kwoti.

2.3    Għandu jkun permess sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi rkaptu rmunkat b'daqs tal-malja anqas minn 50 mm, diment li:

(i)    ebda xibka b'malji daqs jew akbar minn 50 mm ma tinġarr abbord, u

(ii)    qabdiet sekondarji ta' speċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art għandhom jinħattu u jingħaddu kontra l-kwoti.

3.    Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fid-diviżjoni VIIa tal-ICES

3.1    Fil-perjodu mill-14 ta' Frar sat-30 ta' April għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni jew xbieki rmunkati simili, lanqas għeżul, pariti, xbieki tat-tħabbil jew kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor li fih is-snanar fi ħdan dik il-parti tad-diviżjoni VIIa tal-ICES magħluqa mill-kosta tal-Lvant tal-Irlanda u l-kosta tal-Lvant tal-Irlanda ta' Fuq u linji dritti li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati ġeografiċi li ġejjin, imkejlin skont is-sistema ta' koordinati WGS84

punt fuq il-kosta tal-Lvant tal-peniżola tal-Ards fl-Irlanda ta' Fuq f'54°30'N

54°30 N, 04°50' W

54°15 N, 04°50' W

punt mill-kosta tal-Lvant tal-Irlanda fi 53º15'N

3.2    B'deroga mill-punt 1, fiż-żona u l-perjodu ta' żmien imsemmijin hemmhekk l-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun permess sakemm dawn ix-xbieki jitqabbdu b'tagħmir ta' selettività li ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Fejn qbid sekondarju tal-bakkaljaw maqbud mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru li jopera fiż-żoni msemmijin fil-punt 3.1 jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux jistadu aktar f'dik iż-żona.

4.    Il-kaxxa Rockall Haddock fis-sottożona VI tal-ICES

Is-sajd kollu, għajr dak bil-konzijiet, għandu jiġi pprojbit fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema tal-koordinati WGS84:

57o00' N, 15o00' W

57o00' N, 14o00' W

56o30' N, 14o00' W

56o30' N, 15o00' W

57o00' N, 15o00' W

5.    Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-Iskampu fid-diviżjonijiet VIIfc u VIIk tal-ICES

5.1    Sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norvegicus) u speċijiet assoċjati (jiġifieri bakkaljaw, petrika, merluzz tal-linja sewda, merlangu, merluzz, barbun, pollakju, rebekkini u raj, lingwata komuni, tusk, linarda, lipp u mazzola griża) għandu jiġi pprojbit mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Mejju kull sena fiż-żona ġeografika magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment linji rombu mal-koordinati li ġejjin, imkejlin skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

52°27' N, 12°19' W

52°40' N, 12°30' W

52°47' N, 12°39,600' W

52°47' N, 12°56' W

52°13,5' N, 13°53,830'W

51°22' N, 14°24' W

51°22' N, 14°03' W

52°10' N, 13°25' W

52°32' N, 13°07,500' W

52°43' N, 12°55'W

52°43' N, 12°43' W

52°10' N, 13°25' W

52°38,800' N, 12°37' W

52°27' N, 12°23' W

52°27' N, 12°19' W

5.2    It-tranżitu mill-Porcupine Bank filwaqt li jinġarru abbord l-ispeċijiet imsemmijin fil-punt 5.1 għandu jkun permess skont l-Artikolu 50(3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

6.    Regoli speċjali għall-protezzjoni tal-linarda fid-diviżjoni VIa tal-ICES

6.1    Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju kull sena sajd dirett għal-linarda għandu jkun ipprojbit fiż-żoni tad-diviżjoni VIa tal-ICES magħluqin billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, imkejlin skont is-sistema WGS84:

It-tarf tal-blata kontinentali Skoċċiża

59o58' N, 07o00' W

59o55' N, 06o47' W

59o51' N, 06o28' W

59o45' N, 06o38' W

59o27' N, 06o42' W

59o22' N, 06o47' W

59o15' N, 07o15' W

59o07' N, 07o31' W

58o52' N, 07o44' W

58o44' N, 08o11' W

58o43' N, 08o27' W

58o28' N, 09o16' W

58o15' N, 09o32' W

58o15' N, 09o45' W

58o30' N, 09o45' W

59o30' N, 07o00' W

59o58' N, 07o00' W

It-tarf ta' Rosemary bank

60o00' N, 11o00' W

59o00' N, 11º00' W

59º00' N, 09º00' W

59º30' N, 09º00' W

59º30' N, 10º00' W

60º00' N, 10º00' W

60o00' N, 11o00' W

Mhux inkluża ż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

59o15' N, 10o24' W

59o10' N, 10o22' W

59o08' N, 10o07' W

59o11' N, 09o59' W

59o15' N, 09o58' W

59o22' N, 10o02' W

59o23' N, 10o11' W

59o20' N, 10o19' W

59o15' N, 10o24' W

6.2    Qabda inċidentali ta' linarda sa limitu ta' 6 tunnellati tista' jinżamm abbord u tinħatt l-art. Ladarba bastiment jilħaq dan il-limitu ta' 6 tunnellati ta' linarda:

(q)għandu jieqaf mis-sajd immedjatament u joħroġ miż-żona li jinsab fiha;

(r)ma għandux jerġa' jidħol f'xi waħda miż-żoni sakemm il-qabda tiegħu tkun inħattet l-art;

(s)ma jistax jerġa' jitfa' lura l-baħar xi kwantità ta' linarda, tkun kemm tkun.

6.3    Mill-15 ta' Frar sal-15 ta' April ta' kull sena, għandu jkun ipprojbit l-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, konzijiet u xbieki statiċi f'żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

60o58.76' N, 27o27.32' W

60o56.02' N, 27o31.16' W

60o59.76' N, 27o43.48' W

61o03.00' N, 27o39.41' W

60o58.76' N, 27o27.32' W

7.    Restrizzjonijiet fuq is-sajd għas-sawrell fid-diviżjonijiet VII e, f, g, h tal-ICES

7.1    Sajd dirett għas-sawrell bi rkaptu rmunkat b'daqs tal-malji tal-manka ta' anqas minn 80 mm, jew b'tartaruni tal-borża fejn aktar minn 50 tunnellata ta' qabda miżmuma abbord tkun magħmula minn sawrell, għandu jkun ipprojbit fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

punt fuq il-kosta tan-Nofsinhar tar-Renju Unit f'02°00' W

49° 30' N, 2° 00' W

49° 30' N, 7° 00' W

52° 00' N, 7° 00' W

punt fuq il-kosta tal-Punent tar-Renju Unit f'52° 00' N.

7.2    Għandu jkun permess is-sajd fiż-żona definita fil-punt 1 bi:

   xbieki statiċi u/jew xolfa;

xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni Daniżi jew xbieki rmunkati simili oħrajn, b'daqs tal-malji akbar minn 80 mm;

7.3    Bastimenti li mhumiex mgħammra għas-sajd u u li fihom jiġi ttrasbordat is-sawrell għandhom ikunu permessi fiż-żona definita fil-punt 7.1.    

8.    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' xbieki tat-tkarkir bi travu sa 12-il mil mill-kosta tar-Renju Unit 

8.1    L-użu ta' kwalunkwe xibka tat-tkarkir bi travu ta' daqs tal-malja anqas minn 100 mm għandu jkun ipprojbit fis-sottożona Vb tal-ICES u s-sottożona VI tal-ICES tat-Tramuntana tal-latitudni 56°N.

8.2.    Bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw xi xbieki bit-travu ġewwa ż-żoni fi 12-il mil mill-kosti tar-Renju Unit u l-Irlanda, imkejla mil-linji bażi minn fejn ikunu mkejla l-ibħra teritorjali.

8.3.    Is-sajd bi xbieki tat-tkarkir bi travu ġo żona speċifika għandu jkun permess sakemm:

Is-saħħa tal-magna tal-bastimenti ma taqbiżx il-221 kW u t-tul totali ma jaqbiżx l-24 metru; u

It-tul tat-travu jew it-tul tat-travu aggregat, imkejjel bħala t-total ta' kull travu mhuwiex aktar minn 9 metri, jew ma jistax jiġi estiż għal tul akbar minn 9 metri, ħlief fis-sajd dirett għall-Crangon crangon b'daqs tal-malja tal-manka ta' anqas minn 31 mm.

9.    L-użu ta' xbieki statiċi fid-diviżjonijiet Vb, VIa, VII b, c, j, k tal-ICES

9.1.    Għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej f'ilmijiet b'fond ta' anqas minn 600 metru:

Għeżul tal-qiegħ użati għal sajd dirett għall-merluzz b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 120 mm u mhux aktar minn 100 majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-25 km għal kull bastiment u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa 24 siegħa.

Xbieki tat-tħabbil użati għal sajd dirett għall-petrika b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 250 mm u mhux aktar minn 15-il majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-100 km u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa ta' 72 siegħa.

9.2.    Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 f'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi kif deskritti fil-punt 9.1.

Parti D

Miżuri ta' mitigazzjoni għal speċijiet sensittivi

1.    Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fid-diviżjonijiet VIa u VIId, e, f, g, h u j tal-ICES 

1.1.    Għandu jkun ipprojbit li bastimenti b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar jużaw xbieki statiċi fid-diviżjonijiet VIa u VIId, e, f, g, h u j tal-ICES, mingħajr l-użu simultanju ta' tagħmir akustiku deterrenti attiv.

1.2.    Il-punt 1.1 m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bil-għan uniku ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istati Membri jew l-Istati Membri kkonċernati u li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta' ċetaċji.

1.3.    L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivvalutaw, permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effettività tal-użu tat-tagħmir ta' mitigazzjoni fl-industriji tas-sajd u ż-żoni kkonċernati.

2.    Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar fis-sottożoni VI u VII tal-ICES

Bastimenti tas-sajd b'konzijiet fis-sottożoni VI u VII tal-ICES għandhom naffara tal-għasafar u/jew linji mtaqqla u, fejn prattiku, għandhom jissettjaw l-irkaptu tal-konz billejl bid-dawl abbord minimu meħtieġ għas-sigurtà.



ANNESS VII

Ilmijiet tal-Lbiċ

Parti A

Minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żona sħiħa

Bakkaljaw (Gadus morhua)

35 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

30 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

35 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

30 cm

Merluzz (Merluccius merluccius)

27 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

20 cm

Lingwata komuni (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

27 cm

Lipp (Molva molva)

63 cm

Linarda (Molva dipterygia)

70 cm

Skampu (Nephrops norvegicus)

Dnub tal-Iskampu

Tul totali 70 mm,

Tul tal-karapaċa 20 mm

37 mm

Kavalli (Scomber spp.)

20 cm

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Sawrell (Trachurus spp.)

15-il cm1

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12-il cm jew 90 individwu kull kilo2

Spnott (Dicentrarchus labrax)

42 cm

Sardin (Sardina pilchardus)

11-il cm

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

33 cm

Awwista (Hommarus gammarus)

87 mm

Għaġuża (Maja squinada)

120 mm

Imrewħa (Chlamys spp.)

40 mm

Arzella nigra (Ruditapes decussatus)

40 mm

Arzella (Venerupis pullastra)

38 mm

Gandoffli tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Gandoffla (Venus verrucosa)

40 mm

Kannellina (Callista chione)

6 cm

Gandoffla tal-leħja (Ensis spp.)

10 cm

Gandoffla Atalantika (Spisula solida)

25 mm

Gandoffa Donax (Donax spp.)

25 mm

Gandoffla fażola (Pharus legumen)

65 mm

Bronja (Buccinum undatum.)

45 mm

Qarnit (Octopus vulgaris)

750 gramma3

Awwista tal-ilma ħelu (Palinurus spp.)

95 mm

Gamblu roża tal-ilma fond (Parapenaeus longirostris)

22 mm (tul tal-karapaċa)

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

140 mm (Reġjuni 1 u 2 Tramuntana ta' 56°N, Diviżjoni ICES VII d, e, f)4,5

Arzella tal-pellegrini (Pecten maximus)

100 mm

1 Ebda daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ma għandu japplika għal sawrell (Trachurus picturatus) maqbud fl-ilmijiet qrib il-gżejjer Azores u taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Portugall.

2 Fiż-żona IX tal-ICES u żona 34.1.2 tal-CECAF għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 9 cm.

3 Fl-ilmijiet kollha f'dik il-parti tal-Atlantiku tal-Lvant ċentrali li fih hemm id-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2 u 34.1.3 u s-sottożona 34.2.0 taż-żona tas-sajd 34 tar-reġjun tas-CECAF għandu japplika piż tal-ħut imnaddaf ta' 450 gramma.

4 Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-sottożoni VIII u IX tal-ICES għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 130 mm.

5 Għal granċijiet li jittieklu maqbudin f'nases u kavetti, massimu ta' 1 % bil-piż tal-qabda totali ta' granċ li jittiekel tista' tikkonsisti fi qwieqeb maqlugħin. Għal granċijiet li jittieklu maqbudin bi kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor, massimu ta' 75 kg ta' idejn maqlugħin ta' granċ jistgħu jinħattu l-art.

Parti B

Qisien tal-malji

1.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fl-ibħra tal-Lbiċ.

Daqs tal-Malja tal-Manka

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 100 mm

Żona sħiħa

Xejn

Mill-anqas 70 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-Nephrops norvegicus. Għandha titqabbad malja kwadra ta' mill-anqas 100 mm jew tagħmir ta' selettività ekwivalenti.

Mill-anqas 65 mm

Sottożona X tal-ICES, Diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2, 34.1.3 tal-CECAF u sottożona 34.2.0 taż-żona tas-sajd 34

Xejn

Mill-anqas 55 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet mhux koperti minn limiti ta' qbid jew paġell aħmar

Mill-anqas 55 mm

Diviżjoni IXa tal-ICES fil-Lvant tal-lonġitudni 7°23' 48'W

Sajd dirett għal krustaċji)

Mill-anqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

2.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Lbiċ.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 100 mm

Żona sħiħa

Xejn

Mill-anqas 80 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta' qbid

Mill-anqas 50 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Parti Ċ

Żoni magħluqin jew ristretti

1.    Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-merluzz fid-diviżjoni IXa tal-ICES

Is-sajd bi xbieki tat-tkarkir, tartarun Daniż jew xbieki rmunkati simili għandu jkun ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, imkejla bis-sistema tal-koordinati WGS84:

(a)mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara, ġewwa ż-żona ġeografika limitata b'linja li tgħaqqad b'mod sekwenzjali il-koordinati li ġejjin:

43°46,5’N, 07°54,4’W

44°01,5'N, 07°54,4'W

43°25,0’N, 09°12,0’W

43°10,0’N, 09°12,0’W

(b)mill-1 ta' Diċembru sal-aħħar ġurnata ta' Frar tas-sena ta' wara, ġewwa ż-żona ġeografika limitata b'linja li tgħaqqad sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin:

punt fuq il-kosta tal-Punent tal-Portugall fil-latitudni 37°50'N

37°50'N, 09°08’W

37°00'N, 9°07’W

punt fuq il-kosta tal-Punent tal-Portugall fil-latitudni 37°00'N

2.    Żoni magħluqin għall-konservazzjoni tal-iskampu fid-diviżjoni IXa tal-ICES

2.1.    Is-sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norevgicus) bi xbieki tat-tkarkir, tartarun Daniż jew xbieki rmunkati simili jew kavetti għandu jkun ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, imkejla skont is-sistema tal-koordinati WGS84:

(c)mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Awwissu:

42°23' N, 08°57' W

42°00' N, 08°57' W

42°00' N, 09°14' W

42°04' N, 09°14' W

42°09' N, 09°09' W

42°12' N, 09°09' W

42°23' N, 09°15' W

42°23' N, 08°57' W

(d)mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Awwissu:

37°45' N, 09°00' W

38°10' N, 09°00' W

38°10' N, 09°15' W

37°45' N, 09°20' W

2.2.    Għandu jkun permess li jsir sajd bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew xbieki rmunkati simili jew kavetti fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodu kif deskritt fil-punt 2.1(b) diment li l-qabdiet sekondarji kolla tal-iskampu (Nephrops norvegicus) jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti.

2.3.    Sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norvegicus) fiż-żoni ġeografiċi u barra mill-perjodi msemmijin fil-punt 2.1, għandu jkun ipprojbit. Qabdiet sekondarji tal-iskampu (Nephrops norvegicus) għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti.

3.    Restrizzjonijiet fuq sajd dirett għall-inċova fid-diviżjoni VIIIc tal-ICES

3.1.    Sajd dirett għall-inċova bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir pelaġiċi fid-diviżjoni VIIIc tal-ICES għandu jkun ipprojbit.

3.2.    Il-ġarr abbord ta' xbieki tat-tkarkir pelaġiċi u tartaruni tal-borża fl-istess ħin fid-diviżjoni VIIIc tal-ICES għandu jkun ipprojbit.

4.    L-użu ta' xbieki statiċi fis-sottożoni VIII, IX, X u XII tal-ICES Lvant ta' 27°W

4.1.    Għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej f'ilmijiet b'fond ta' anqas minn 600 metru:

Għeżul tal-qiegħ użati għas-sajd dirett għall-merluzz b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 100 mm u mhux aktar minn 100 majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-25 km għal kull bastiment u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa 24 siegħa.

Xbieki tat-tħabbil użati għal sajd dirett għall-petrika b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 250 mm u mhux aktar minn 15-il majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-100 km u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa ta' 72 siegħa.

Pariti fis-sottożona IX tal-ICES użati għas-sajd dirett għall-petrika b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 220 mm u mhux aktar minn 30 majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx l-20 km għal kull bastiment u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa 72 siegħa.

4.2.    Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 f'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet aċċessorji ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi kif deskritti fil-punt 1.

Parti D

Miżuri ta' mitigazzjoni għal speċijiet sensittivi

1. Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fis-sottożoni VIII u IXa tal-ICES

1.1.    Għandu jkun ipprojbit li bastimenti b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar jużaw xbieki statiċi fis-sottożona VIII u d-diviżjoni IXa tal-ICES, mingħajr l-użu simultanju ta' tagħmir akustiku deterrenti attiv.

1.2.    Il-punt 1 m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bil-għan uniku ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istati Membri jew l-Istati Membri kkonċernati li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta' ċetaċji.

1.3.    L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivvalutaw, permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effettività tat-tagħmir ta' mitigazzjoni kif deskritt fil-punt 1.1 fl-industriji tas-sajd u ż-żoni kkonċernati.

2. Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar fis-sottożoni VIIIa u b tal-ICES

Bastimenti tas-sajd b'konzijiet fis-sottożoni VIIIa u b tal-ICES għandhom jużaw mill-anqas tnejn mill-miżuri ta' mitigazzjoni li ġejjin: naffara tal-għasafar, linji mtaqqla, l-issettjar tal-irkaptu tal-konz billejl bid-dawl abbord minimu meħtieġ għas-sikurezza.



ANNESS VIII

Il-Baħar Baltiku

Parti A

Minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żoni Ġeografiċi

Daqs Minimu ta' Referenza għall-Konservazzjoni

Bakkaljaw (Gadus morhua)

Sottodiviżjonijiet 22 sa 32

35 cm

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Sottodiviżjonijiet 22 sa 32

25 cm

Salamun (Salmo salar

Sottodiviżjonijiet 22 sa 30 u 32

Sottodiviżjoni 31

60 cm

50 cm

Barbun (Platichthys flesus)

Sottodiviżjonijiet 22 sa 25

Sottodiviżjonijiet 26 sa 28

Sottodiviżjonijiet 29 sa 32, Nofsinhar ta' 59°

23 cm

21 cm

18-il cm

Barbun imperjali (Psetta maxima)

Sottodiviżjonijiet 22 sa 32

30 cm

Barbun lixx (Scophthalmus rhombus)

Sottodiviżjonijiet 22 sa 32

30 cm

Sallur (Anguilla Anguilla)

Sottodiviżjonijiet 22 sa 32

35 cm

Trota tal-baħar (Salmo trutta)

Sottodiviżjonijiet 22 sa 25 u 29 sa 32

Sottodiviżjonijiet 26 sa 28

40 cm

50 cm

Parti B

Qisien tal-malji

1.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar Baltiku:

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 120 mm

Żona sħiħa

Il-manka u biċċa ta' estensjoni għandhom jinbnew bi xbieki T90

Mill-anqas 105 mm

Żona sħiħa

Għandha titqabbad tieqa tal-ħruġ Bacoma b'daqs tal-malja ta' mill-anqas 110 mm

Mill-anqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

2.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar Baltiku:

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Il-kundizzjonijiet1,2

Mill-anqas 157 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għas-salamun

Mill-anqas 110 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-bakkaljaw u speċijiet ta' pixxiċatti

Iżgħar minn 110 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

1 L-użu ta' għeżul, xbieki tat-tħabbil jew pariti ta' aktar minn 9 km minn bastimenti b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru u 21 km għal bastimenti b'tul totali aktar minn 12-il metru għandu jkun ipprojbit.

2 Il-ħin tal-immersjoni massimu għax-xbieki statiċi kollha msemmija fil-punt 1 huwa ta' 48 siegħa ħlief meta s-sajd isir taħt is-silġ.

Parti Ċ

Żoni magħluqin jew ristretti

1.    Restrizzjonijiet fuq is-sajd bi rkaptu rmunkat

Għandu jkun ipprojbit tul is-sena kollha li jsir sajd bi kwalunkwe rkaptu rmunkat fiż-żona ġeografika magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-koordinati li ġejjin, imkejla skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

54°23' N, 14°35' E

54°21' N, 14°40' E

54°17' N, 14°33' E

54°07' N, 14°25' E

54°10' N, 14°21' E

54°14' N, 14°25' E

54°17' N, 14°17' E

54°24' N, 14°11' E

54°27' N, 14°25' E

54°23' N, 14°35' E

2.    Restrizzjonijiet fuq is-sajd għas-salamun u għat-trota tal-baħar

2.1    Sajd dirett għas-salamun (Salmo salar) jew għat-trota tal-baħar (Salmo trutta) għandu jkun ipprojbit:

(e)mill-1 ta' Ġunju sal-15 ta' Settembru fl-ilmijiet tas-sottodiviżjonijiet 22 sa 31;

(f)mill-15 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru fl-ilmijiet tas-sottodiviżjoni 32.

2.2.    Iż-żona ta' projbizzjoni matul l-istaġun magħluq għandha tkun lil hinn minn erba' mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi.

2.3.    Iż-żamma abbord ta' salamun (Salmo salar) jew trota tal-baħar (Salmo trutta) maqbudin bi xbieki għandha tkun permessa.

3.    Miżuri speċifiċi għall-Golf ta' Riga

3.1.    Sabiex isir sajd fis-sottodiviżjoni 28-1, il-bastimenti għandhom ikollhom permess tas-sajd maħruġ skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li nħarġilhom il-permess tas-sajd imsemmi fil-punt 3.1 jiġu inklużi f'lista li jkun fiha l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni interna tagħhom, li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq sit web, li l-indirizz tiegħu jkun ipprovdut minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

3.3.    Il-bastimenti inklużi fil-lista għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(g)is-saħħa totali tal-magni (kW) tal-bastimenti fil-listi ma għandhiex tkun aktar minn dik osservata għal kull Stat Membru fis-snin 2000-2001 fis-sottodiviżjoni 28-1; u

(h)is-saħħa tal-magni ta' bastiment ma għandhiex tkun akbar minn 221 kilowatt (kW) fi kwalunkwe waqt.

3.4. Kwalunkwe bastiment individwali fil-lista msemmija fil-punt 3.2 jista' jiġi sostitwit b'bastiment jew bastimenti oħrajn, bil-kundizzjoni li:

(i)tali sostituzzjoni ma twassalx għal żieda fit-total tas-saħħa tal-magni kif indikat fil-punt 3.3(a) fl-Istat Membru kkonċernat; u

(j)is-saħħa tal-magni ta' kwalunkwe bastiment ta' sostituzzjoni ma taqbiżx il-221 kW fi kwalunkwe waqt.

3.5. Il-magna ta' kwalunkwe bastiment individwali inkluż fil-lista msemmija fil-punt 3.2 tista' tiġi sostitwita, bil-kondizzjoni li:

(k)is-sostituzzjoni ta' magna ma twassalx sabiex is-saħħa tal-magna tal-bastiment taqbeż il-221 kW fi kwalunkwe waqt; u

(l)is-saħħa tal-magna ta' sostituzzjoni ma tkunx tali li s-sostituzzjoni twassal għal żieda fis-saħħa totali tal-magni kif indikat fil-punt 3.3(a) għall-Istat Membru kkonċernat.

3.6.    Fis-sottodiviżjoni 28-1, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir għandu jkun ipprojbit f'ilmijiet b'fond ta' inqas minn 20 metru.

4.    Perjodi meta mhux permess sajd b'ċerti tipi ta' rkaptu

4.1.    Sajd bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b'daqs tal-malja tal-manka ta' 90 mm jew akbar, jew xbieki statiċi b'daqs ta' 90 mm tal-malja jew akbar, jew b'xolfa tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet tal-wiċċ, xolfa u b'tagħmir tal-iġġiggjar għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:

(m)mill-15 ta' Frar sat-30 ta' Marzu fis-Sottodiviżjonijiet 22 sa 24 tal-ICES; u

(n)mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Awwissu fis-Sottodiviżjonijiet 25 sa 28 tal-ICES.

4.2.     Sajd dirett għall-bakkaljaw bl-użu ta' konzijiet tal-wiċċ, fiż-żoni u matul il-perjodi msemmija fil-punt 4.1, għandu jkun ipprojbit.

4.3.    Permezz ta' deroga mill-punt 4.1, bastimenti tas-sajd b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru għandhom ikunu permessi jużaw sa ħamest ijiem fix-xahar maqsum f'perjodi ta' mill-anqas jumejn konsekuttivi min-numru massimu ta' jiem li jagħmlu assenti mill-port matul il-perjodi magħluqin imsemmija fil-punt 1. Matul dawn il-ġranet, il-bastimenti tas-sajd jistgħu jgħaddsu x-xbieki tagħhom u jħottu l-art mis-06.00 nhar it-Tnejn sas-18.00 nhar il-Ġimgħa tal-istess ġimgħa.

5.    Restrizzjonijiet fuq is-sajd skont iż-żona

5.1. Għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali b'linji rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, imkejlin skont is-sistema tal-koordinati WGS84:

(a) Żona 1:

55°45′ N, 15°30′ E

55°45′ N, 16°30′ E

55°00′ N, 16°30′ E

55°00′ N, 16°00′ E

55°15′ N, 16°00′ E

55°15′ N, 15°30′ E

55°45′ N, 15°30′ E

(b) Żona 2:

55°00′ N, 19°14′ E

54°48′ N, 19°20′ E

54°45′ N, 19°19′ E

54°45′ N, 18°55′ E

55°00′ N, 19°14′ E

(c) Żona 3:

56°13′ N, 18°27′ E

56°13′ N, 19°31′ E

55°59′ N, 19°13′ E

56°03′ N, 19°06′ E

56°00′ N, 18°51′ E

55°47′ N, 18°57′ E

55°30′ N, 18°34′ E

56°13′ N, 18°27′ E

5.2.    Sajd dirett għas-salamun b'għeżul, xbieki tat-tħabbil u pariti b'daqs tal-malja ta' 157 mm jew akbar jew b'konzijiet tal-wiċċ għandu jkun permess. L-ebda rkaptu ieħor ma għandu jinżamm abbord.

5.3.    Sajd dirett għall-bakkaljaw bl-irkaptu speċifikat fil-punt 5.2 għandu jkun ipprojbit.

6.    Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali

6.1.    Iż-żamma abbord tal-ispeċijiet ta' ħut li ġejjin għandha tkun ipprojbita meta dawn jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi msemmijin hawn taħt:

Speċijiet

Żoni Ġeografiċi

Perjodu

Barbun

Sottodiviżjonijiet 26, 27, 28 u 29, fin-Nofsinhar ta' 59° 30′ N

Sottodiviżjoni 32

Mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

Mill-15 ta' Frar sal-31 ta' Mejju

Barbun imperjali

Sottodiviżjonijiet 25, 26 u 28 fin-Nofsinhar ta' 56° 50′ N

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

6.2.    Sajd dirett bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b'daqs tal-malja tal-manka ta' 105 mm jew akbar jew b'għeżul, xbieki tat-tħabbil jew pariti b'daqs tal-malja ta' 100 mm jew akbar għandu jkun ipprojbit. Qabdiet sekondarji ta' barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord u jinħattu l-art f'limitu ta' 10 % ta' piż ħaj tal-qabda totali miżmuma abbord.

Parti D

Miżuri ta' mitigazzjoni għal speċijiet sensittivi

1.    Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' ċetaċji

1.1.    Għandu jkun ipprojbit li bastimenti b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar jużaw xbieki statiċi fil-Baħar Baltiku mingħajr l-użu simultanju ta' tagħmir akustiku deterrenti attiv.

1.2.    Il-punt 1.1 m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bil-għan uniku ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istati Membri jew l-Istati Membri kkonċernati u li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta' ċetaċji.

1.3.    L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivvalutaw, permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effettività tat-tagħmir akustiku deterrenti fl-industriji tas-sajd u ż-żoni kkonċernati.

2.    Miżuri speċjali għall-protezzjoni tas-sallur

Iż-żamma abbord ta' sallur maqbud bi kwalunkwe rkaptu attiv għandha tkun ipprojbita. Meta jinqabad inċidentalment, is-sallur m'għandhiex issirlu ħsara u għandu jinħeles mill-ewwel.



ANNESS IX

Il-Baħar Mediterran

Parti A

Minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żona Sħiħa

Spnott (Dicentrarchus labrax)

25 cm

Sparlu (Diplodus annularis)

12-il cm

Mogħża (Diplodus puntazzo)

18-il cm

Sargu abjad (Diplodus sargus)

23 cm

Xirgħien (Diplodus vulgaris)

18-il cm

Inċova (Engraulis encrasicolus)

9 cm1

Ċeren u Dott (Epinephelus spp.)

45 cm

Mingus (Lithognathus mormyrus)

20 cm

Marlozz (Merluccius merluccius)

20 cm

Trilja tal-ħama (Mullus spp.)

11-il cm

Bażuga (Pagellus acarne.)

17-il cm

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

33 cm

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus.)

45 cm

Sardina (Sardina pilchardus)

11-il cm2

Kavalli (Scomber spp.)

18-il cm

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

20 cm

Awrat (Sparus aurata)

20 cm

Sawrell (Trachurus spp.)

15-il cm

Skampu (Nephrops norvegicus)

20 mm CL3

70 mm TL3

Awwista (Homarus gammarus)

105 mm CL3

300 mm TL3

Awwisti tal-ilma ħelu (Palinuridae)

90 mm CL3

Gamblu roża tal-Mediterran (Parapenaeus longirostris)

20 mm CL3

Scallop (Pecten jacobaeus)

10 cm

Arzelli (Venerupis spp.)

25 mm

Gandoffli (Venus spp,)

25 mm

1 L-Istati Membri jistgħu jaqilbu d-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni f'110 kampjuni kull kg.

2L-Istati Membri jistgħu jaqilbu d-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni f'55 kampjun kull kg.

3CL – tul tal-karapaċa; TL – tul totali. 

Parti B

Qisien tal-malji

1.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malji tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fil-Mediterran.

Daqs tal-Malja tal-Manka1

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Manki b'malji kwadri ta' 40 mm2

Żona sħiħa

Manka b'malji forma ta' djamant ta' 50mm2 tista' tintuża bħala alternattiva għall-manka b'malji kwadri ta' mill-anqas 44 mm fuq talba ġġustifikata tal-kaptan tal-bastiment

Mill-anqas 20mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għas-sardin u l-inċova

Mill-anqas 14-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi xbieki tat-tidwir

1Għandu jkun ipprojbit l-użu ta' xbieki bi ħxuna tal-ispag akbar minn 3 mm jew bi spag doppju; jew xbieki bi ħxuna tal-ispag akbar minn 6 mm fi kwalunkwe parti minn xibka tat-tkarkir tal-qiegħ.

2 Tip wieħed biss ta' xibka (jew bil-malji kwadri ta' 40 mm jew bil-malji forma ta' djamant ta' 50 mm) huwa permess li jinżamm abbord jew jintuża.

2.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fil-Mediterran.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 16-il mm

Żona sħiħa

Xejn

Parti Ċ

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' rkaptu tas-sajd

1.    Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-gangmi

Il-wisgħa massima tal-gangmi għandha tkun ta' 3 metri, ħlief għal gangmi użati għal sajd dirett għal sponoż.

2.    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' tartaruni tal-borża

It-tul ta' tartaruni tal-borża u tartaruni mingħajr borża għandu jkun ristrett għal 800 metru b'fond ta' 120 metru, ħlief fil-każ ta' tartaruni tal-borża użati għal sajd dirett għat-tonn.

3.    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' xbieki statiċi

3.1.    Għandu jkun ipprojbit l-użu tax-xbieki statiċi li ġejjin:

(o)Parit bi profondità ta' aktar minn 4 metri

(p)Għażel tal-qiegħ jew parit u għażel ikkombinati bi profondità ta' aktar minn 10 metri ħlief meta dawn ix-xbieki jkunu iqsar minn 500 metru, fejn tkun permessa profondità ta' mhux aktar minn 30 metru.

3.2.    Għandu jkun ipprojbit l-użu ta' kwalunkwe għażel, xibka tat-tħabbil jew parit mibnija bi ħxuna tal-ispag eħxen minn 0,5mm.

3.3.    Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 2,500 metru ta' għeżul u pariti kkombinati u 6,000 metru ta' kwalunkwe għażel, xibka tat-tħabbil jew parit.

4.    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' konzijiet

4.1.    Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tas-sajd b'konzijiet tal-qiegħ li jkollhom abbord jew jużaw aktar minn 5,000 sunnara ħlief għal bastimenti li jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta' aktar minn 3 ijiem li jista' jkollhom abbord jew jużaw mhux aktar minn 7,000 sunnara.

4.2.    Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tas-sajd b'konzijiet tal-wiċċ li jkollhom abbord jew jużaw aktar min-numru ta' snanar għal kull bastiment kif ġej:

(q)2,000 sunnara meta jsir sajd dirett għat-tonn;

(r)3,500 sunnara meta jsir sajd dirett għall-pixxispad; u

(s)5,000 sunnara meta jsir sajd dirett għall-alongi.

4.3.    Kull bastiment li sejjer jagħmel vjaġġ tas-sajd ta' aktar minn jumejn jista' jkollu abbord numru ekwivalenti ta' snanar żejda.

5.    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' nases u kavetti

Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 250 nassa jew kavetta għal kull bastiment sabiex jinqabdu krustaċji tal-qiegħ (inklużi Plesionika spp., Pasiphaea spp. jew speċijiet simili).

6.    Restrizzjonijiet fuq is-sajd dirett għall-paġell aħmar

Is-sajd dirett għall-paġell aħmar (Pagellus bogaraveo) bl-irkaptu li ġej għandu jkun ipprojbit:

għeżul, xbieki tat-tħabbil jew pariti b'daqs tal-malji iżgħar minn 100 mm;

konzijiet bi snanar ta' tul totali ta' anqas minn 3,95cm u ħxuna ta' anqas minn 1,65 cm.

Parti D

Miżuri ta' mitigazzjoni għal speċijiet sensittivi

1.    Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' ċetaċji

1.1.    Għandu jkun ipprojbit li bastimenti ta' 12-il metru jew aktar f'tul totali jużaw xbieki statiċi fil-Baħar Mediterran mingħajr l-użu simultanju ta' tagħmir akustiku deterrenti attiv.

1.2.    Il-punt 1.1 ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bil-għan uniku ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istati Membri jew l-Istati Membri kkonċernati u li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta' ċetaċji.

1.3.    L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivvalutaw, permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effettività tat-tagħmir ta' mitigazzjoni kif deskritt fil-punt 1.1 fil-postijiet tas-sajd u ż-żoni kkonċernati.

2.    Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar

Bastimenti tas-sajd b'konzijiet fil-baħar Mediterran għandhom jużaw mill-anqas tnejn mill-miżuri ta' mitigazzjoni li ġejjin: naffara tal-għasafar, linji mtaqqla, l-issettjar tal-irkaptu tal-konz billejl bid-dawl abbord minimu meħtieġ għas-sikurezza.



ANNESS X

Il-Baħar l-Iswed

Parti A

Minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Daqs Minimu ta' Referenza għall-Konservazzjoni

Barbun imperjali (Psetta maxima)

45 cm

Parti B

Qisien tal-malji

1.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar l-Iswed:

Daqs tal-Malja tal-Manka

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 50 mm

Żona sħiħa

Bħala alternattiva jistgħu jintużaw manki b'malji kwadri ta' 40 mm

2.    Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar l-Iswed:

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 400 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-barbun imperjali

Parti Ċ

Żoni magħluqin jew ristretti

Għeluq Staġunali għall-protezzjoni tal-barbun imperjali

Sajd dirett, trasbord, ħatt u l-ewwel bejgħ ta' barbun imperjali għandhom ikunu permessi mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju kull sena fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar Iswed.

Parti D

Miżuri ta' mitigazzjoni għal speċijiet u ħabitats sensittivi

1.    Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji

1.1.    Għandu jkun ipprojbit li bastimenti b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar jużaw xbieki statiċi fis-sottożoni VIII u IX tal-ICES, mingħajr l-użu simultanju ta' tagħmir akustiku deterrenti attiv.

1.2.    Il-punt 1.1 ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bil-għan uniku ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istati Membri jew l-Istati Membri kkonċernati u li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta' ċetaċji.

1.3.    L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivvalutaw, permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effettività tat-tagħmir ta' mitigazzjoni kif deskritt fil-punt 1.1 fil-postijiet tas-sajd u ż-żoni kkonċernati.

2.    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' xbieki tat-tkarkir u gangmi 

L-użu ta' xbieki tat-tkarkir jew gangmi f'fond akbar minn 1000 metru għandu jkun ipprojbit.



ANNESS XI

Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi

Parti A

Daqsijiet tal-malja bażiċi għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fir-Reġjuni Ultraperiferiċi.

Daqs tal-Malja tal-Manka

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 100 mm

L-ibħra kollha barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta' Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.

Xejn

Mill-anqas 45 mm

L-ibħra kollha barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta' Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.

Sajd dirett għall-gamblu (Penaeus subtilis, Penaeus brasiliensis, Xiphopenaeus kroyeri). 

Mill-anqas 14-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi xbieki tat-tidwir

Parti B

Żoni magħluqin jew ristretti

Restrizzjonijiet fuq attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' 24 mil madwar Mayotte

Il-bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw tartaruni tal-borża fuq tonn u speċijiet ta' ħut li jixbhu lit-tonn sa 24 mil mill-kosti ta' Mayotte, imkejla mil-linji bażi minn fejn jitkejlu l-ibħra territorjali.

(1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6