Brussell, 8.12.2016

COM(2016) 791 final

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL

It-tmien rapport dwar rilokazzjoni u risistemazzjoni


1Introduzzjoni

It-Tmien Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni juri s-sitwazzjoni attwali aġġornata mill-aħħar rapport tad-9 ta’ Novembru 1 u jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-partijiet interessati rilevanti kollha mit-8 ta’ Novembru 2016 sas-6 ta’ Diċembru (il-perjodu tar-rapportar) biex iwettqu l-impenji skont l-iskemi ta’ rilokazzjoni u risistemazzjoni.

Fid-dawl tal-ħtieġa urġenti kontinwa li jingħata appoġġ kemm lill-Greċja kif ukoll lill-Italja, il-Kunsill Ewropew, fl-aħħar laqgħa tiegħu fl-20 u fil-21 ta’ Ottubru 2016, 2 tenna s-sejħa tiegħu sabiex jiġu intensifikati l-isforzi biex jiġu aċċellerati r-rilokazzjoni, b’mod partikolari għall-minorenni mhux akkumpanjati, u l-iskemi eżistenti ta’ risistemazzjoni.

Mis-6 ta’ Novembru 2016, waslu fil-Greċja 1,883 persuna 3 . L-għadd totali ta’ migranti preżenti fil-Greċja żdied meta mqabbel mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti u mis-6 ta' Diċembru huwa ta’ madwar 62 000 migrant, b'madwar 16 200 fuq il-gżejjer u madwar 45 800 persuna fil-Greċja kontinentali 4 . Fl-Italja, waslu 9 395 persuna 5 mis-6 ta’ Novembru, u dan jirrappreżenta xejra ogħla mill-2015 (żieda ta’ 18 % meta mqabbel mal-2015). Il-wasliet tal-Eritrei, waħda min-nazzjonalitajiet li hija eliġibbli għar-rilokazzjoni fl-Italja, ukoll baqgħu għolja (l-Eritrea hija t-tieni l-ogħla nazzjonalità fost il-wasliet fl-Italja b’aktar minn 888 wasla fil-perjodu tar-rapportar, li jirrappreżentaw 11.6 % tal-wasliet).

Matul il-perjodu ta’ rapportar, kienu rilokati 1 237 persuna addizzjonali, li tellgħu l-għadd totali ta’ persuni rilokati s'issa għal 8 162 (6 212 mill-Greċja u 1 950 mill-Italja). Kif antiċipat fis-7 Rapport, f’Novembru kien hemm żieda fin-numru ta’ trasferimenti b’ 1 406 persuni rilokati — l-ogħla numru f’xahar wieħed s’issa. In-numru ta’ rilokazzjonijiet mill-Italja (401) kważi rdoppja l-persuni rilokati f’Ottubru u huwa l-ogħla li qatt kien mill-Italja, filwaqt li n-numru ta’ persuni rilokati mill-Greċja s’issa jidher li stabilizza għal madwar 1 000 fix-xahar. Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw xejra pożittiva kontinwa. Billi l-ostakli li qed ixekklu r-rilokazzjoni qed jitneħħew gradwalment, issa huwa l-waqt għall-Istati Membri kollha biex jibnu fuq il-progress miksub s’issa u jintensifikaw aktar l-isforzi tagħhom biex ikomplu jżidu l-wegħdiet tagħhom għal rilokazzjoni u trasferimenti kull xahar, u jiżgura li kull persuna eliġibbli għal rilokazzjoni fl-Italja u l-Greċja huma trasferiti sa Settembru 2017. Dan ikun jeħtieġ sforzi aktar stabbli mill-Istati Membri kollha permezz ta’ għadd ikbar ta’ impenji regolari u trasferimenti kull xahar biex jiġi żgurat li sa minn Diċembru 2016 mill-inqas 2 000 persuna jiġu rilokati mill-Greċja kull xahar u mill-inqas 1 000 persuna mill-Italja u kontinwazzjoni fiż-żieda progressiva fl-impenji ta’ kull xahar u trasferimenti għal rilokazzjoni.

Għal dak li jikkonċerna r-risistemazzjoni, l-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet ta' Lulju 2015 6 dwar ir-risistemazzjoni ta’ 22 504 persuni għadha fit-triq it-tajba bi 13 887 persuna risistemati s’issa, aktar minn nofs in-numru miftiehem. Mill-aħħar rapport numru rekord ta’ 2 035 persuna fix-xahar ġew risistemati l-aktar mit-Turkija, mill-Ġordan u mil-Libanu. Parti mir-risistemazzjoni skont din l-iskema Ewropea sservi anki biex timplimenta l-mekkaniżmi 1:1 stabbiliti fid-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. Sa mid-data tal-bidu tal-4 ta’ April, 7 2 716-il persuna ġew risistemati mit-Turkija lejn l-UE f'dan il-mekkaniżmu, inklużi 544 persuni sa mir-rapport preċedenti.

2Rilokazzjoni

2.1L-avvenimenti ewlenin matul il-perjodu tar-rapportar

Il-Kummissjoni kompliet taħdem mill-qrib ħafna mal-awtoritajiet Taljani u Griegi kif ukoll mal-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE, u msieħba oħra fuq il-post biex jinstabu soluzzjonijiet għall-ostakli fil-parti l-kbira fil-livell operattiv. Dan għandu jwassal għal aktar regolarità u ritmu aktar għoli ta’ trasferimenti għal rilokazzjoni biex jiksbu medji fix-xahar li jippermetti lill-persuni kollha eliġibbli għal rilokazzjoni jiġi ttrasferit sa Settembru 2017.

Fil-Greċja, il-kapaċità ta’ reġistrazzjoni għas-Servizz tal-Ażil għall-applikanti minn nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni huwa ta’ 175 persuna kuljum jew madwar 3 500 fix-xahar. Sal-aħħar ta’ Jannar 2017, 87 % tal-applikanti prereġistrati, ta’ nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni, jinħtieġ li jkunu rreġistrati b’mod sħiħ. L-eżerċizzju ta’ reġistrazzjoni għandu jiġi konkluż sal-aħħar ta’ April 2017. Wara, huwa probabbli li n-numru ta’ persuni li jidħlu fl-iskema ta’ rilokazzjoni jonqos. Abbażi ta’ dan, u abbażi tar-rata attwali ta’ rilokazzjoni (stabbilizzata għal 1 000 persuna trasferita fix-xahar) il-Kummissjoni tikkunsidra li sabiex jiġi żgurat proċess ta’ rikolazzjoni mingħajr xkiel u jiġi evitat akkumulazzjoni mhux sostenibbli ta’ każijiet, jeħtieġ li r-ritmu ta’ rilokazzjoni jissaħħaħ. Minn Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom ikunu qed jirrilokaw mill-inqas 2 000 persuna kull xahar. Dan in-numru għandu jiżdied progressivament biex jilħaq mill-inqas 3 000 trasferimenti għal rilokazzjoni fix-xahar minn April 2017. Sa din id-data, il-parti l-kbira tal-applikanti għal rilokazzjoni jkunu ġew irreġistrati u se jkunu lesti biex jiġu rilokati; għalhekk tali tħaffif ulterjuri ikun meħtieġ biex jiġu evitati perjodi twal ħafna ta’ stennija għall-applikanti u r-riskji ta’ movimenti sekondarji, u jgħinu biex jirrispetta kemm jista’ jkun il-limiti ta’ żmien fi ħdan il-proċedura ta’ rilokazzjoni previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.

Tmien Stati Membri u żewġ Pajjiżi Assoċjati wiegħdu madwar 1 560 post f’Novembru u ġie implimentat aktar minn 1 000 trasferiment għal rilokazzjoni minn tlettax-il Stat Membru u żewġ Pajjiżi Assoċjati. Il-kisba ta’ miri hija għalhekk possibbli sakemm l-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom u jittrasferixxu kull xahar fuq bażi stabbli (wara l-eżempju ta’ dawk l-Istati Membri li diġà qegħdin jagħmlu dan).

Fl-Italja, ir-rata ta’ rilokazzjoni f’Novembru kienet l-ogħla li qatt kien hemm mill-bidu tal-proċess. Dan juri li l-isforzi tal-Kummissjoni, tal-awtoritajiet Taljani, tal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, tal-aġenziji tal-UE u ta' msieħba oħra fil-post qed jagħtu frott. Diċembru huwa mistenni li jwassal għal żieda ulterjuri fin-numru ta’ trasferiment għal rilokazzjoni (iktar minn 600 trasferiment għal rilokazzjoni ippjanati). Iżda din ix-xejra teħtieġ li tissaħħaħ. In-numru ta’ applikanti għal rilokazzjoni kompla jiżdied u, abbażi tal-informazzjoni mill-Ministeru tal-Intern Taljan, bejn 5 300 u 5 800 Eritrej bħalissa huma applikanti potenzjali għal rilokazzjoni fl-Italja. Minħabba n-numru ta’ applikanti reġistrati li qed jistennew li jiġu rilokati (f’xi każijiet għal kważi sitt xhur), ix-xejra fil-flussi migratorji u s-sehem ta’ Eritrej (madwar 12 %) tal-fluss migratorju u b’medja ta’ 1 800 kull xahar), il-Kummissjoni tqis li sabiex jintlaħaq ritmu ta’ rilokazzjoni sostenibbli, l-Istati Membri għandhom ikunu qed jirrilokaw mill-inqas 1 000 applikant kull xahar sa Diċembru 2016 u progressivament iżidu dan in-numru biex jilħaq mill-inqas 1 500 trasferimenti għal rilokazzjoni kull xahar sa April 2017.

Sabiex jinkiseb dan l-għan, fuq naħa waħda l-Italja se jkollha bżonn iżżid il-persunal li jipproċessa l-applikazzjonijiet fl-Unità Dublin, u fuq in-naħa l-oħra, aktar Stati Membri għandhom jipparteċipaw fir-rilokazzjoni mill-Italja, filwaqt li l-kontribut tagħhom f’termini ta’ impenji u trasferimenti għal rilokazzjoni kull xahar għandhom ikunu msaħħa sabiex l-Istati Membri kollha jwiegħdu u jirrilokaw fuq bażi regolari ta’ kull xahar (f’Novembru 2016, erba’ Stati Membri u Pajjiż Assoċjat irrilokaw madwar 400 persuna). L-arranġamenti mal-Europol biex jiffaċilitaw intervisti eċċezzjonali b’sigurtà addizzjonali ġew diskussi waqt laqgħa tal-Uffiċjali ta’ Kollegament f’Ruma fil-25 ta’ Novembru 2016 u dawn saru operazzjonali fl-1 ta’ Diċembru 2016. Dan il-fluss tax-xogħol speċifiku wkoll ġie inkorporat fil-protokoll ta’ rilokazzjoni għall-Italja li sussegwentement se jiġi kondiviż mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati. Dan l-iżvilupp pożittiv f’termini li jiġu eliminati intoppi fil-proċedura għandu jwitti t-triq għal aktar Stati membri biex isiru attivi fl-Italja u biex jintlaħqu l-miri ta’ kull xahar.

In-numru ta’ minorenni mhux akkumpanjati 8   li waslu l-Italja kompla jiżdied (24 595 wasla mill-bidu ta’ Jannar sat-2 ta’ Diċembru 2016, li jinkludu 3 714 Eritrej, 200 Sirjan u 384 Iraqin u 13-il Jemenit) 9 , fil-parti l-kbira minorenni li jivjaġġaw waħedhom. Fil-Greċja, iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali (EKKA) jirrapporta li, fis-17 ta’ Novembru, kien stmat li hemm preżenti fil-Greċja 2 300 minorenni mhux akkumpanjati. Kif diġà ġie rrapportat, l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni tal-massa fil-Greċja identifika 1,225 minorenni mhux akkumpanjati, 10 li minnhom 48 % (madwar 588) jappartjenu għal waħda min-nazzjonalitajiet li huma eliġibbli għar-rilokazzjoni (36 % Sirjani u 12 % Iraqini). 11 F’dan is-sens, mill-501 minorenni mhux akkumpanjati eliġibbli għar-rilokazzjoni li ġew irreġistrati b’mod sħiħ fil-Greċja, 377 huma “tfal mifruda” u 124 biss huma minorenni kompletament waħedhom fil-Greċja, u din hija l-kategorija b’aktar diffikultajiet għar-rilokazzjoni. Barra minn hekk, 326 mill-501 minorenni mhux akkumpanjati għandhom 16 jew 17-il sena.

In-numru totali ta’ minorenni mhux akkumpanjati rilokati fil-perjodu tar-rapportar kien 24 li jġib in-numru totali ta’ minorenni mhux akkumpanjati rilokati għal 172 (71 minorenni li qed jivvjaġġaw waħedhom u 101 minorenni separati) 12 . Dan in-numru jkopri l-aktar it-trasferimenti għal rilokazzjoni mill-Greċja peress li fl-Italja l-ebda minorenni mhux akkumpanjati li jivvjaġġaw waħedhom ma ġew rilokati u kien biss tifel (jew tifla) separat li ġie rilokat għan-Netherlands f’Novembru 2016.

Matul il-perjodu ta’ rapportar, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO) żviluppa formola ġdida ta’ vulnerabbiltà biex ikun jista’ jara aħjar il-kapaċitajiet tal-Istati Membri biex jirrilokaw il-kategoriji diversi ta’ minorenni mhux akkumpanjati. Barra minn hekk, sessjoni speċifika ta’ laqgħa tal-Uffiċjali ta’ Kollegament li saret fil-Greċja fil-11 ta’ Novembru 2016 kienet iddedikata biex nifhmu aħjar l-ostakli għar-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati mill-Greċja u biex jinstabu soluzzjonijiet. Din il-laqgħa segwiet id-diskussjonijiet li saru matul is-7 Forum dwar ir-Risistemazzjoni u r-Rilokazzjoni f’Ottubru 2016 dwar minorenni mhux akkumpanjati. Il-laqgħa kkonkludiet dwar il-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza u l-komunikazzjoni bejn il-Greċja u l-Istati Membri ta’ rilokazzjoni rigward it-tip ta’ minorenni mhux akkumpanjati li għandhom jiġu rilokati, ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll il-limitazzjonijiet legali fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni biex jaċċetta kategoriji speċifiċi ta’ minorenni mhux akkumpanjati. L-Italja qed tagħmel ukoll sforzi addizzjonali biex tiffaċilita r-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati; madankollu, proċedura speċifika sabiex ir-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati li jkunu qed jivvjaġġaw waħedhom jista’ jkun għad trid tiġi żviluppata.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mas-Servizz tal-Ażil Grieg, mal-awtoritajiet Taljani, mal-Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Istati Membri, mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), mal-EASO - u l-IOM sabiex tiżviluppa arranġamenti prattiċi li għandhom jiffaċilitaw u jħaffu r-rilokazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati.



2.2Azzjonijiet ta’ rilokazzjoni mill-Istati Membri

Mit-8 ta’ Novembru sas-6 ta’ Diċembru, 1,237 persuna addizzjonali ġew rilokati, 836 mill-Greċja 13 u 401 mill-Italja 14 . Il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, il-Portugall u l-Finlandja qed jirrilokaw fuq bażi ta’ kull xahar minn kemm l-Italja kif ukoll il-Greċja. Jidher li l-Iżvizzera u n-Norveġja wkoll għandhom l-intenzjoni li jwettqu trasferimenti ta’ kull xahar miż-żewġ pajjiżi. Barra minn hekk, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija komplew bi trasferimenti ta’ kull xahar mill-Greċja. Stati Membri oħra jipparteċipaw aktar b’mod irregolari, u jittrasferixxu persuni kull xahrejn jew tlieta. L-ewwel rilokazzjonijiet mill-Greċja għan-Norveġja seħħew fil-perjodu ta’ rapportar. L-arranġamenti li jinvolvu l-Europol bħala faċilitatur tal-verifiki ta’ sigurtà fl-Italja (permezz ta’ kontrolli ta’ sigurtà eċċezzjonali addizzjonali li jinkludu, jekk ikun sostanzjat, intervista) huma mistennija li jinkoraġġixxu Stati Membri addizzjonali biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv fir-rilokazzjoni mill-Italja 15 . Sal-20 ta’ Diċembru huma ppjanati mill-inqas 827 trasferiment ta’ rilokazzjoni addizzjonali mill-Greċja 16 u 617 mill-Italja 17 . Franza huwa l-pajjiż li rriloka l-akbar numru ta’ applikanti (2 373) s’issa, segwit min-Netherlands (1,098) u mill-Finlandja (901). L-Istati Membri b’allokazzjonijiet iżgħar (bħalma huma l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta jew il-Finlandja) jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-obbligi tagħhom 18 .

Azzjonijiet sabiex jindirizzaw in-numru limitat ta’ wegħdiet: fil-perjodu tar-rapportar, biss tmien Stati Membri (il-Ġermanja, l-Estonja, Franza, l-Irlanda, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall u s-Slovakkja) 19 kif ukoll l-Iżvizzera u n-Norveġja 20 ressqu 2 186 wegħdiet formali (885 wegħdiet formali ppreżentata għall-Italja u 1 301 għall-Greċja). In-numru totali ta' wegħdiet formali mill-Istati Membri ta' rilokazzjoni jammonta għal 18 515 (5 839 lejn l-Italja u 12 676 lejn il-Greċja).

Huma meħtieġa progress aktar mgħaġġel, aktar serjetà u involviment attiv mill-Istati Membri kollha biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jwiegħdu numru suffiċjenti ta’ postijiet kemm għall-Italja kif ukoll għall-Greċja fuq bażi ta’ kull xahar f’konformità mal-miri msemmija fit-taqsima 2.1 u wara l-eżempju ta’ dawk l-Istati Membri u Pajjiżi Assoċjati li diġà qed jagħmlu dan. Il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, in-Norveġja, u l-Iżvizzera qed iwiegħdu kull xahar kemm għall-Italja kif ukoll għall-Greċja. Barra minn hekk, l-Estonja u l-Latvja qed iwiegħdu fuq bażi ta’ kull xahar għal Greċja u l-Finlandja, il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja kull xahrejn. Madankollu, uħud mill-Istati Membri, (il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka u l-Lussemburgu) ilhom ma jwiegħdu għal iktar minn tliet xhur.

L-Awstrija 21 u l-Ungerija għadhom l-uniċi żewġ pajjiżi li ma ppreżentaw l-ebda wiegħda jew li ma għamlu l-ebda rilokazzjoni. Minn April, il-Polonja ma mexxietx ’il quddiem l-implimentazzjoni tal-wegħdiet tagħha u ma għamlet l-ebda wegħda jew rilokazzjoni ta’ applikanti 22 . B’żieda ma’ dan, ir-Repubblika Ċeka ma rrilokat l-ebda applikant minn Awwissu.

Azzjonijiet biex jitħaffef il-ħin ta’ rispons għat-talbiet ta’ rilokazzjoni: Matul il-perjodu ta’ rapportar l-Istati Membri naqqsu n-numru ta’ intervisti ta’ sigurtà addizzjonali eċċezzjonali li tawwal iż-żmien ta’ rispons lil’hinn mill-mira ta’ għaxart-ijiet ta’ xogħol stabbiliti fi protokolli ta’ rilokazzjoni. Kif imsemmi f’rapporti preċedenti, intervisti ta’ sigurtà għandhom isiru biss f’każijiet ġustifikati kif xieraq u fi żmien il-mira ta’ għaxart-ijiem tax-xogħol. L-Istati Membri se jkollhom itejbu l-kapaċità tal-ipproċessar tagħhom biex jitħaffef il-ħin tar-rispons.

Ta’ min jinnota li minkejja ż-żieda f’intervisti ta’ sigurtà, ir-rata ta’ aċċettazzjoni ta’ talbiet għal rilokazzjoni hija għolja ħafna (madwar 93 %), għal kemm għad hemm ċirkostanzi fejn ir-rata ta’ aċċettazzjoni tista’ tiżdied b’mod sinifikanti. Fil-fatt, uħud mir-rifjuti għadhom ibbażati fuq raġunijiet li mhumiex previsti mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, bħal nazzjonalità (anke jekk il-persuna tappartjeni għal waħda min-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni).

Ir-raġunament għar-rifjuti jridu jitjiebu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni hija kruċjali għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw ċerti applikazzjonijiet li jirreferu biss għal kwistjonijiet ta’ sigurtà f’termini ġenerali. Huwa ta’ importanza kbira li din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod komprensiv kemm bejn l-Italja/il-Greċja kif ukoll l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni u fil-livell tal-UE. Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib imqajjem minn bosta Stati Membri rigward il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sigurtà, il-Europol offra kanal ta’ kommunikazzjoni sigur dedikat biex Stati Membri jkunu jistgħu jipprovdu raġunijiet b’mod sigur għal rifjuti ta’ talbiet għal rilokazzjoni. Dan l-istrument huwa operazzjonali mill-1 ta’ Diċembru 2016. Fil-Greċja, il-Pulizija Ellenika stabbiliet korrispondenza ta’ sikurezza nazzjonali għall-komunikazzjoni tar-raġunijiet għal rifjut. Il-Kummissjoni għal darba oħra tenfasizza il-possibbiltà ta’ skambju tal-marki tas-swaba’ permezz ta’ mezzi ta’ kooperazzjoni tal-pulizija għall-verifika tas-sigurtà fuq livell nazzjonali, b’mod partikolari f’każijiet fejn l-applikanti ma jkollhomx ID jew dokumenti tal-ivvjaġġar.

Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli, inklużi minorenni mhux akkumpanjati: Ir-ritmu tar-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati żdied fl-aħħar ġimgħa tal-perjodu ta’ rapportar. Dan huwa minħabba l-garanziji addizzjonali li huma meħtieġa għat-trasferiment ta’ minorenni mhux akkumpanjati li jwasslu għal proċedura li għandha t-tendenza li ddum iktar mix-xagħrejn previsti fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Sal-5 ta’ Diċembru, 24 minorenni mhux akkumpanjati (16-il minorenni mhux akkumpanjati jivvjaġġaw waħedhom u 8 “ tfal mifrudin”) ġew rilokati mill-Greċja (għal-Lussemburgu, in-Netherlands, in-Norveġja u l-Finlandja) li jżid it-total ta’ minorenni mhux akkumpanjati rilokati għal 172. Il-parti l-kbira ta’ minorenni mhux akkumpanjati ġew rilokati mill-Greċja, billi tifel mifrud biss ġie rilokat mill-Italja lejn in-Netherlands, filwaqt li l-ebda minorenni mhux akkumpanjati li jivvjaġġaw waħedhom ma ġew rilokati mill-Italja.

Azzjonijiet biex jitħaffef it-trasferiment ta’ applikanti: filwaqt li l-proporzjon globali bejn l-aċċettazzjonijiet u trasferimenti huwa għoli ħafna (madwar 97 %),  fl-aħħar xhur, hekk kif qed jipparteċipaw fl-iskema aktar Stati Membri, il-ħin tad-dewmien bejn l-aċċettazzjoni mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni u t-trasferiment attwali żdied. Filwaqt li f’xi każijiet dan id-dewmien huwa dovut għal kontrolli addizzjonali mwettqa mill-Istati Membri wara l-aċċettazzjonijiet, dewmien ieħor huwa minħabba problemi operazzjonali u loġistiċi. Pajjiżi b’allokazzjonijiet akbar, bħall-Ġermanja jew Franza, jippreferu jibagħtu aċċettazzjonijiet għal gruppi kbar ta’ applikanti (400 jew 500) u jippreferu trasferimenti singoli kbar f’titjiriet charter, filwaqt li Stati Membri b’allokazzjonijiet żgħar jew ta’ daqs medju jippreferu trasferimenti mifruxa matul ix-xahar kollu. Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri jitolbu titjiriet fuq ħafna ġranet tal-ġimgħa speċifiċ u f’ħinijiet speċifiċi. Dawn id-differenzi u r-rekwiżiti għandhom impatt, b’mod partikolari fil-Greċja, fl-aħħar fażijiet tal-proċedura ta’ rilokazzjoni, min-notifika mill-awtoritajiet Griegi biex jorganizzaw kontrolli ta’ saħħa mill-IOM kif ukoll orjentazzjoni kulturali ta’ qabel it-tluq. Jikkomplikaw ukoll il-loġistika biex jiġu organizzati t-trasferimenti. Għalhekk, aktar flessibbiltà mill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni tkun mixtieqa, minn aċċettazzjoni mibgħuta fi gruppi iżgħar għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet.

Barra min hekk, l-IOM kellha tipposponi xi trasferimenti billi deher li xi Stati Membri ma kellhomx il-kapaċità li jakkomodaw malajr l-applikanti ppjanati għar-rilokazzjoni. Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-kapaċità ta’ akkoljenza tagħhom li jakkomodaw applikanti rilokati.

Azzjonijiet biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-EASO li jappoġġa lill-Italja u lill-Greċja: Fit-8 ta’ Novembru l-Bord ta’ Ġestjoni tal-EASO emenda r-regoli dwar ir-rimborż ta’ spejjeż għall-esperti u l-interpreti/tradutturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ appoġġ operazzjonali tal-EASO (Deċiżjoni tal-Bord Nru 16 tal-EASO). L-emendi huma mmirati biex jiffaċilitaw aktar il-proċess ta’ skjerament tal-esperti tal-Istati Membri. Sistema b’rata fissa iktar effiċjenti ta’ grupp ta’ kategoriji ta’ spejjeż speċifiċi ġiet introdotta għal attivitajiet ta’ appoġġ operazzjonali tal-EASO, li tippermetti l-iskjerar ta’ esperti individwali li mhumiex impjegati direttament mal-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri iżda b’esperjenza professjonali rilevanti.

Għall-Greċja, fil-11 ta’ Novembru 2016 l-EASO nieda t-tmien sejħa għal esperti taħt il-Pjan Operazzjonali għall-Hotspots tiegħu fil-Greċja. Il-ħtieġa totali ta’ esperti biex jappoġġaw l-iskema ta’ rikolazzjoni baqgħet 28. Madankollu, profili iktar diversifikati ġew inklużi fis-sejħa, bħal esperti ta’ esklużjoni, esperti ta’ Dublin u uffiċjali anzjani ta’ reġistrazzjoni/ ħaddiema soċjali, biex iħaddmu l-uffiċċju ta’ eskalazzjoni fi ħdan il-proċedura ta’ reġistrazzjoni, fil-qrib ta’ esperti dwar dokumenti frawdolenti. Xi Stati Membri ħadu l-impenn b’mod spontanju sabiex ikopru ċerti pożizzjonijiet fuq perjodu fit-tul u jfittxu awtomatikament sostituzzjoni meta l-iskjerament ta’ wieħed mill-esperti tagħhom jintemm, xi ħaġa li l-Kummissjoni u l-EASO jilqgħu bis-sħiħ. In-numru totali ta’ esperti skjerati fil-Greċja mill-5 ta’ Diċembru huwa ta’ 23 esperti tal-ażil u 26 interpreti. F’konformità mal-ippjanar attwali se jkun hemm nuqqas ta’ 10 esperti għall-ġimgħa tad-19 ta’ Diċembru, li se jiżdied għal nuqqas ta’ 17 espert għall-ġimgħa tas-26 ta’ Diċembru. 

Għall-Italja, l-EASO għamel appell għal numru globali ta’ 74 esperti (li minnhom huma meħtieġa b’urġenza 26 espert biex jiġu skjerati biex ikopru l-perjodu sa tmiem l-2016). Mill-5 ta’ Diċembru 2016, 50 espert tal-ażil u 42 medjaturi kulturali ġew skjerati fl-Italja. Minkejja din iż-żieda pożittiva riċenti fin-numru ta’ esperti skjerati, xorta għadu mhuwiex suffiċjenti sabiex ilaħħaq man-numru għoli ta’ persuni eliġibbli għar-rilokazzjoni u l-volum sinifikanti ta’ persuni li qegħdin jistennew reġistrazzjoni fl-Italja, u ma jwassalx għan-numru ta’ esperti meħtieġa skont l-ippjanar ta’ kontinġenza. Mill-5 ta’ Diċembru l-EASO rċieva ħmistax-il ħatra ġdida minn Stati Membri għas-sejħa għal esperti tal-11 ta’ Novembru 2016.

Rakkomandazzjonijiet ewlenin għall-Istati Membri ta’ rilokazzjoni

Sa minn Diċembru 2016, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha:

oiwiegħdu u jirrilokaw kull xahar kemm għall-Italja u l-Greċja biex jintlaħqu l-2 000 trasferiment ta’ rilokazzjoni fix-xahar mill-Greċja u mill-inqas 1 000 trasferiment ta’ rilokazzjoni fix-xahar mill-Italja;

ofejn meħtieġ, iżidu l-kapaċità tal-ipproċessar tagħhom ta’ talbiet ta’ rilokazzjoni u jitħaffef il-ħin tar-rispons għal talbiet ta’ rilokazzjoni għall-mira ta’ 10 ijiem tax-xogħol biex jiġu akkomodati applikanti għal rilokazzjoni, inklużi minorenni mhux akkumpanjati, f’konformità mal-allokazzjoni tagħhom;

ojibagħtu aċċettazzjonijiet fi gruppi ta’ massimu ta’ 50 persuna, juru flessibbiltà dwar l-organizzazzjoni ta’ titjiriet, jevitaw id-dewmien fit-trasferimenti ta’ rilokazzjoni ta’ applikanti li ġew aċċettati mill-Istati Membri u jżidu l-involviment ta’ uffiċjali ta’ Kollegament f’attivitajiet ta’ orjentazzjoni kulturali u l-għoti ta’ informazzjoni;

ojiżguraw ġustifikazzjoni xierqa ta’ rifjuti u jikkondividu l-informazzjoni rigward ir-raġunijiet għal rifjuti permezz ta’ kanal sigur offrut mill-Europol jew il-korrispondenza tas-sigurtà nazzjonali offruta mill-Pulizija Ellenika;

ojinnominaw esperti biex iwieġbu għad-diversi sejħiet tal-EASO, filwaqt li jassiguraw skjeramenti aktar fit-tul u profili aktar għoljin u speċjalizzati;

Minn Frar 2017, l-Istati Membri kollha għandhom iżidu l-wegħdiet ta’ rilokazzjoni tagħhom ta’ kull xahar u t-trasferimenti ta’ rilokazzjoni għall-Italja u l-Greċja b’mod proporzjonali għall-allokazzjoni tagħhom biex jilħqu mill-anqas 3 000 trasferiment ta’ rilokazzjoni fix-xahar mill-Greċja u mill-anqas 1 500 trasferiment ta’ rilokazzjoni fix-xahar mill-Italja sa April 2017.

2.3Azzjonijiet mill-Greċja u mill-Italja, inklużi punti ewlenin mill-pjanijiet direzzjonali

Il-Greċja

Azzjonijiet sabiex jiġu aċċellerati r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar tal-migranti u l-kapaċità ta’ reġistrazzjoni tas-Servizz tal-Ażil Grieg: wara l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni tal-massa, li dwaru l-Kummissjoni rraportat iktar kmieni, is-Servizz tal-Ażil Grieg skeda l-appuntamenti għall-preżentazzjoni sħiħa tal-applikazzjonijiet għall-ażil. Sal-aħħar ta’ Jannar 2017, 87 % tal-applikant prereġistrati se jkunu ġew irreġistrati b’mod sħiħ u l-volum totali tal-każijiet se jkun irreġistrat sa April 2017. Sal-5 ta’ Diċembru kienu ġew irreġistrati b’mod sħiħ 19 260 persuna. Persuni li tilfu l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni xorta jistgħu jaċċessaw il-proċedura tal-ażil billi jagħmlu appuntament permezz tas-sistema tal-iSkype.

Il-kapaċità tas-Servizz tal-Ażil fil-Greċja għar-reġistrazzjoni ta’ applikanti minn nazzjonalitajiet li huma eliġibbli għar-rilokazzjoni huwa 175 kuljum. B’kollox l-Unità ta’ Rilokazzjoni f’Ateni bħalissa timpjega 75 persuna li tissodisfa b’mod sodisfaċenti l-ħtiġijiet għall-proċess ta’ rilokazzjoni. L-uffiċċji reġjonali ta’ Tessaloniki u Alexandroupoli jittrattaw ukoll każijiet ta’ rilokazzjoni. L-EASO jappoġġja l-proċess ta’ reġistrazzjoni kemm permezz ta’ esperti, li jwettqu r-reġistrazzjoni b’mod konġunt mal-persunal tas-Servizz tal-Ażil Grieg, kif ukoll permezz ta’ esperti f’uffiċċju għall-esklazzjoni. It-timijiet tal-EASO għar-reġistrazzjoni konġunta jikkonsistu fi tmien esperti f’Tessaloniki u fi tliet esperti f’Alexandroupoli, u t-tim tal-EASO għad-desk għall-eskalazzjoni jikkonsisti f’erba’ esperti f’Ateni, sal-5 ta’ Diċembru.



Id-differenza bejn in-numru ta’ talbiet ta’ rilokazzjoni ppreżentati mill-Greċja u l-aċċettazzjonijiet mill-Istati Membri żdiedet matul il-perjodu tar-rapportar (mil-4 ta' Novembru sal-4 ta' Diċembru l-Greċja ppreżentat madwar 1 508 talba filwaqt li kienu riċevuti biss 1 296 tweġiba). Madanakollu, ż-żieda fid-differenza bejn in-numru ta’ reġistrazzjonijiet mis-Servizz tal-Ażil Grieg u n-numru totali ta’ wegħdiet (matul il-perjodu tar-rapportar, il-Greċja rreġistrat 2 815 talba ta’ rilokazzjoni hija aktar sinifikanti, filwaqt li n-numru ta’ wegħdiet addizzjonali fl-istess perjodu kien ta’ 1 431. B’kollox, sal-5 ta’ Diċembru, il-Greċja kienet irreġistrat 19 260 applikazzjoni filwaqt li n-numru totali ta’ wegħdiet kien ta’ 12 676). Li jiġu garantiti aktar impenji u impenji aktar b’saħħithom u li tiġi aċċellerata r-rilokazzjoni (b’mod partikolari l-ħin ta’ rispons) saret prijorità biex tiġi evitata akkumulazzjoni mhux sostenibbli ta’ każijiet.

Azzjonijiet biex titjieb il-kapaċità ta’ akkoljenza fil-Greċja: Fil-5 ta’ Diċembru, il-kapaċità totali ta’ akkoljenza fil-Greċja hija ta’ 71 539 post 23 f’faċilitajiet temporanji u f’postijiet ta’ akkoljenza permanenti fil-kontinent, kemm għall-migranti irregolari kif ukoll għall-persuni li jista’ jkollhom bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom li japplikaw għall-ażil jew li kienu diġà ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil. Skont l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Griegi, il-kapaċità totali ppjanata tal-40 sit permanenti fil-kontinent hija stmata għal madwar 33 186 post.

Mill-20,000 post allokat għal applikanti eliġibbli għar-rilokazzjoni skont l-iskema tal-kiri mill-UNHCR 24 sa mill-5 ta' Diċembru, il-mira intlaħqet u ġiet maqbuża b’20 145 post disponibbli, inklużi 6 344 post f'lukandi/binjiet sħaħ, 11 711 post f'appartamenti, 484 post f'familji ta' akkoljenza, u 646 post f'faċilitajiet apposta għall-minorenni mhux akkumpanjati. L-isfida li jmiss għall-UNHCR hi li tiżdied ir-rata ta’ okkupanza tal-iskema ta’ kiri tiegħu li bħalissa huwa ta’ madwar 60 -70 %. L-UNHCR diġà qed jikkunsidra modi biex isir dan

Barra minn hekk, fir-rigward taċ-ċentri ta’ rilokazzjoni, mill-5 ta’ Diċembru, ġie stabbilit wieħed biss mit-tliet ċentri ta’ rilokazzjoni impenjati mill-awtoritajiet Griegi (Lagadikia), b’960 post disponibbli. Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li qed jiħżienu fit-Tramuntana tal-Greċja u l-fatt li s-sit ma kienx għadu ppreparat għax-xitwa għal kollox, bħalissa huwa inqas minn nofs l-kapaċità uffiċjali tiegħu. Irrata ta’ okkupanza fis-sit hija mistennija li tilħaq il-kapaċità uffiċjali sa tmiem is-sena. Għat-tnejn l-oħra, l-awtoritajiet Griegi għadhom ma allokawx siti adegwati. Għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-UNHCR u l-awtoritajiet Griegi fir-rigward tal-forniment ta’ aktar siti għall-bini ta’ ċentri ta’ rilokazzjoni ddedikati, b’mod partikolari ċentru ta’ rilokazzjoni fir-reġjun ta’ Attica b’kapaċità għal 3 000 persuna. Kif issemma f’rapporti preċedenti, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Greċja sabiex talloka dawn is-siti mill-aktar fis possibbli biex jiġu evitati l-effetti lembut fl-implimentazzjoni tal-aħħar stadji tal-fluss tax-xogħol tar-rilokazzjoni wara l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni tal-massa u biex tippermetti kosteffiċjenza fil-proċess ta’ rilokazzjoni.

L-Italja

Azzjonijiet biex jiżdied in-numru ta’ hotspots u biex dawn ikunu kompletament operazzjonali: Fl-24 ta’ Novembru 2016 in-numru ta’ migranti li żbarkaw fl-Italja mill-1 ta’ Jannar 2016 qabeż in-numru totali ta’ wasliet fis-sena rekord 2014 (żbarkaw 170 000 migranti, l-ogħla numru li qatt kien hemm). Dan jirriżulta fi pressjoni kostanti fuq l-erba’ hotspots operazzjonali (Pozzallo, Lampedusa, Trapani u Taranto) li l-kapaċità tagħhom ta’ 1 600 post mhijiex suffiċjenti. Żewġ terzi ta’ żbarki issa qed isiru f’hotspots stabbiliti u f’sitt portijiet oħra ta’ żbark li japplikaw Proċeduri Operattivi Standard (SOPs) ta’ hotspot 25 . L-Italja għandha taċċellera l-ftuħ ta’ hotspots addizzjonali diġà mħabbra u taġġorna l-portijiet l-oħra ta’ żbarkament. Is-sitt portijiet ta’ żbark addizzjonali fejn SOPs tal-hotspot huma applikati jistgħu isiru hotspots bi sħiħ wara xi xogħlijiet, b’mod partikolari sabiex ikunu żgurati strutturi ta’ riċeviment adegwati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani esprimew l-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-SOPs tal-hotspots għall-biċċa l-kbira tal-portijiet ta’ żbark tan-Nofsinhar tal-Italja fi żmien qasir. Għal dan il-għan tfassal ċirkolari għal dan il-għan sabiex il-Prefetturi u l-Questure kollha fil-post jingħataw struzzjonijiet. Kif issemma fir-rapport preċedenti, minħabba ż-żieda fir-rata ta’ minorenni mhux akkumpanjati li qegħdin jiżbarkaw fl-Italja, jeħtieġ li jiġu pprovduti żoni apposta kif ukoll assistenza partikolari fil-hotspots kollha u t-trasferimenti lejn il-faċilitajiet ta’ akkoljenza tal-ewwel jew tat-tieni linja jinħtieġ li jitlesta fl-iqsar żmien possibbli, u l-migranti jinħtieġ li jiġu pproċessati kemm jista’ jkun malajr u fi żmien massimu ta’ 72 siegħa.

Azzjonijiet biex titjieb il-koordinazzjoni: L-aħħar laqgħa tal-grupp li qiegħed jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-SOPs tal-hotspots saret fl-14 ta’ Novembru 2016. Ġiet postposta deċiżjoni dwar anness possibbli dwar minorenni għall-SOPs, minħabba li l-Ministeru tal-Intern jiċċara jekk is-sitwazzjoni legali tippermettix trasferiment ta’ minorenni (mhux akkumpanjati) fil-hotspots. Fi kwalunkwe każ, emendi għall-SOPs jiġu deċiżi biss meta l-applikabbiltà tal-SOPs attwali jkunu ġew formalment estiżi għall-portijiet kollha ta’ żbarkament fin-Nofsinhar tal-Italja. Sabiex ittejjeb it-traċċar ta’ nuqqasijiet u qawwiet possibbli fil-hotspots u s-siti ta’ żbarkar, l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-grupp se jiżdiedu. Għal dan il-għan, formola ssuġġerita mit-tim tal-Kummissjoni fl-Italja, li diġà ntużat mill-IOM u l-UNCHR matul l-attivitajiet tagħhom, se sservi bħala punt ta’ tluq. Ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar aktar attivitajiet ta’ taħriġ relatati ma’ SOPs, inkluż dwar taħriġ speċifiku li jinvolvi l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali. Il-grupp suppost jiltaqa’ darbtejn qabel tmiem is-sena.

Dwar ir-rilokazzjoni, il-laqgħa tal-Uffiċjal ta' Kollegament lokali organizzata fil-25 ta’ Novembru 2016 reġgħet nediet il-proċess ta’ laqgħat ta’ koordinament multilaterali fl-Italja u fiha ġew diskussi l-arranġamenti miftiehma bejn l-awtoritajiet Taljani u l-Europol dwar il-verifiki ta’ sigurtà addizzjonali u eċċezzjonali. Dawn huma riflessi wkoll fil-protokoll ta’ rilokazzjoni għall-Italja li għandu jitqassam lill-Istati Membri tal-UE, il-Pajjiżi Assoċjati u msieħba oħra, sabiex jiġi ċċarat il-proċess u jagħmilha kompletament trasparenti għall-partijiet interessati kollha.

Azzjonijiet biex jitjiebu l-kapaċitajiet ta' pproċessar fl-Italja: L-Italja għandha ttejjeb il-kapaċità tagħha li tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-ażil b’mod ġenerali, billi tippermetti li jiġu identifikati aktar malajr il-pretensjonijiet li huma fondati u tiċħad dawk li mhumiex. It-tħaffif tar-riforma ġenerali tal-qafas tal-ażil tagħha jikkontribwixxi għal titjib ġenerali tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-Italja.

Kif irrapportat qabel, u fir-rigward tar-rilokazzjoni b’mod aktar speċifiku, u f’konformità maż-żieda riċenti fil-wegħdiet magħmula disponibbli mill-Istati Membri, il-kapaċità tal-awtoritajiet Taljani, inkluż tal-Unità Dublin, sabiex jirreġistraw u jipproċessaw l-applikazzjonijiet jenħtieġ li tiżdied sabiex tiġi aċċellerata r-reġistrazzjoni tal-persuni li jappartjenu għan-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni u jimtlew l-wegħdiet ġodda. Dan għandu jikkontribwixxi wkoll biex inaqqas ir-riskji ta’ ħarba, billi l-applikazzjonijiet għal rilokazzjoni jiġu pproċessati aktar rapidament. F’dan il-qafas, hemm bżonn li t-timijiet li jirreġistraw l-applikazzjonijiet jissaħħu u hemm bżonn li l-preżenza tal-EASO f'ċentri ġodda ta’ reġistrazzjoni tiġi żgurata. L-attivitajiet tat-timijiet itineranti tal-EASO għar-reġistrazzjoni jikkontribwixxu għar-reġistrazzjoni malajr tal-applikanti akkomodati barra ċ-Ċentri tar-reġistrazzjoni u b’hekk iżidu n-numru tal-applikanti għar-rilokazzjoni (sal-5 ta’ Diċembru 2016, it-timijiet itineranti koprew 24 post differenti fl-Italja kollha).

Azzjonijiet biex jitħaffef il-ħin ta’ rispons għat-talbiet ta’ rilokazzjoni: wara l-ftehim li ntlaħaq dwar kontrolli ta’ sigurtà addizzjonali eċċezzjonali formalizzati mill-Ministeru Taljan għall-Intern u l-Europol, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, l-arranġamenti huma operazzjonali mill-1 ta’ Diċembru 2016 lill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni li jistgħu jitolbu kontrolli bħal dawn lill-Europol, sakemm ikunu debitament ġustifikati u f’konformità mal-mandat tal-Europol.

Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli u minorenni mhux akkumpanjati: L-ebda minorenni mhux akkumpanjati jivvjaġġaw waħedhom ma ġew rilokati s’issa mill-Italja (tifel separat wieħed biss ġie rilokat għan-Netherlands). L-implimentazzjoni tal-proċedura hija prijorità ewlenija billi mill-bidu tal-2016 żbarkaw fl-Italja madwar 4 300 minorenni mhux akkumpanjati potenzjalment eliġibbli għar-rilokazzjoni (l-aktar mill-Eritrea). Fid-dawl tad-disponibbiltà ta’ wħud mill-Istati Membri li jirċievu applikazzjonijiet għar-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati, il-Kummissjoni qed taħdem mal-awtoritajiet Taljani biex jiġu ċċarati l-proċeduri, b’mod partikolari rigward ir-rwol tal-gwardjani u l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Italja, u biex ikunu jistgħu isiru r-rilokazzjonijiet ta’ minorenni mhux akkumpanjati. Sabiex jaċċeleraw u jissimplifikaw dawn il-proċeduri, l-awtoritajiet Taljani se jistabbilixxu wkoll ċentru ta’ rilokazzjoni għal minorenni mhux akkumpanjati. Wara dawn il-kjarifiki l-Kummissjoni tistenna li r-rilokazzjonijiet jibdew iseħħu malajr.

 

Azzjonijiet biex jiġu limitati l-movimenti sekondarji: Bħala parti mill-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet Taljani biex jillimitaw il-movimenti sekondarji, il-pulizija Taljana qiegħda tittrasferixxi regolarmenti l-migranti li ċċaqilqu b’mod irregolari min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana tal-pajjiż, lura lejn il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fin-Nofsinhar tal-Italja. Kif indikat hawn fuq, l-EASO intensifika l-attivitajiet tat-tim itineranti li jwettaq ir-reġistrazzjoni għar-rilokazzjoni f’diversi żoni fejn il-kandidati għar-rilokazzjoni jkunu akkomodati (fuq il-bażi tal-ħtiġijiet indikati mill-awtoritajiet Taljani) barra ċ-Ċentri ta’ reġistrazzjoni. Jinħtieġ li l-preżenza u l-movimenti tal-migranti irregolari fuq it-territorju Taljan jiġu ssorveljati mill-qrib, u jiġu evitati movimenti sekondarji irregolari.

Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin għall-Italja u l-Greċja

Sa Diċembru 2016, l-Italja għandha tiffinalizza l-proċeduri biex tippermetti r-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati u żżid aktar il-kapaċità tal-hotspots;

Sa Jannar 2017:

oIl-Greċja għandha taħtar sit ta’ rilokazzjoni adegwar fir-reġjun tal-Attika b’kapaċità għal 3 000 persuna;

oL-Italja għandha żżid il-persunal fl-Unità ta’ Dublin biex tkun tista’ tirreġistra 1 000 applikazzjoni kull xahar, biex timplimenta l-ewwel rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati u biex tistabilixxi ċ-ċentru għal rilokazzjoni għal minorenni mhux akkumpanjati.

Sa April 2017, l-Italja għandha żżid il-persunal fl-Unità ta’ Dublin biex tkun tista’ tirreġistra 1 500 applikazzjoni għal rilokazzjoni fix-xahar.

2.4Azzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

L-attivitajiet ewlenin li twettqu mill-Kummissjoni ġew enfasizzati fir-rapport kollu, inklużi diskussjonijiet ta’ segwitu fil-Greċja u l-Italja matul il-laqgħat regolari tal-Uffiċjali ta’ Kollegament organizzati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kompliet tappoġġa lill-Italja u lill-Greċja fil-post fuq bażi ta’ kuljum, billi tgħin fil-koordinazzjoni bejn diversi partijiet interessati u tassisti lill-awtoritajiet Griegi u Taljani fl-identifikazzjoni ta’ ostakli, fis-sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-isfidi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha u fl-iżvilupp ta’ proċeduri speċifiċi. Bħala parti minn dan l-appoġġ, il-Kummissjoni ffaċilitat il-konklużjoni tal-arranġamenti deskritti hawn fuq bejn l-Italja u l-Europol għal kontrolli addizzjonali eċċezzjonali ta’ sigurtà, wieħed mill-ostakli ewlenin li naqqsu r-ritmu tar-rilokazzjonijiet mill-Italja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni issa qed tiġbor prattiki tajbin biex ittejjeb l-għoti ta’ informazzjoni matul il-proċedura ta’ rilokazzjoni, inkluża informazzjoni ta’ qabel it-tluq u ta’ orjentazzjoni kulturali, bil-għan li jiġu ġestiti aħjar l-aspettattivi u b’hekk jiġu evitati movimenti sekondarji jew ħarba mill-proċedura u biex tinbena aktar il-fiduċja tal-applikanti lejn l-iskema ta’ rilokazzjoni. Il-kwistjoni għandha tiġi diskussa f’aktar dettall f’sessjonijiet speċifiċi dwar laqgħa tal-Uffiċjali ta’ Kollegament fil-Greċja (Diċembru 2016) u l-Italja (Jannar 2017).

Bħala parti mill-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni, il-Kummissjoni qajmet u se tkompli tqajjem tħassib ma’ dawk l-Istati Membri li qegħdin jonqsu milli jimplimentaw id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni dan l-aħħar bagħtet ittri lill-Istati Membri biex tfakkarhom dwar l-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. Jekk ma jinkisibx progress tanġibbli fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni mhijiex se toqgħod lura milli tuża s-setgħat tagħha skont it-Trattati.

Il-finanzjament għal rilokazzjoni li huwa disponibbli għall-Italja u l-Greċja permezz tal-Programmi Nazzjonali ta’ Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) rispettivi tagħhom, b’mod partikolari s-somma f’daqqa ta’ EUR 500 allokata għal kull persuna effettivament rilokata, jista’ jintuża wkoll għal dawk il-persuni rilokati lill-Pajjiżi Assoċjati, jekk rilokazzjonijiet bħal dawn huma magħmula skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1523 jew skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1601.

Billi l-Ftehim ta’ Delegazzjoni attwali jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni bdiet taħdidiet mal-UNHCR għall-estensjoni tal-iskema fl-2017, abbażi ta’ valutazzjoni aġġornata tal-bżonnijiet ta’ akkoljenza tal-Greċja.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil

Azzjonijiet biex jitħaffef il-proċess tar-rilokazzjoni u tiżdied il-kapaċità tar-reġistrazzjoni fil-Greċja u l-Italja: L-esperti jiġu skjerati f’numru ta’ funzjonijiet.

Fil-Greċja, 11-il espert bħalissa jappoġġaw il-proċess ta’ reġistrazzjoni direttament permezz ta’ ipproċessar konġunt f’Tessaloniki u Alexandroupoli. EASO skjera tliet esperti għall-provvista tal-informazzjoni f’Ateni u tnejn f’Tessaloniki. L-EASO jmexxi wkoll l-uffiċċju ta’ eskalazzjoni f’appoġġ tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni b’erba’ esperti f’Ateni u żewġ esperti oħra f’appoġġ tal-Unità ta’ Dublin. Kif imsemmi hawn fuq, wara l-prereġistrazzjoni l-EASO ddiversifika l-appoġġ tiegħu għall-proċedura ta’ rilokazzjoni u inkluda aktar esperti dwar l-indikaturi tal-esklużjoni, ir-Regolament ta’ Dublin, l-unità familjari u l-frodi tad-dokumenti kif ukoll uffiċjali għolja tar-reġistrazzjoni. Fil-21 ta’ Novembru 2016 saret laqgħa ta’ tnedija tal-EASO f’Ateni mas-Servizz tal-Ażil Grieg u l-Pulizija Ellenika għall-implimentazzjoni tal-għodda tat-tqabbil. L-ewwel interfaċċa li tista’ tintuża tal-għodda tat-tqabbil hija mistenni li titlesta sal-bidu ta’ Frar 2017.

Fl-Italja, l-EASO attwalment qiegħed jiskjera 50 minn 74 esperti mitluba mill-Istati Membri u mill-Pajjiżi Assoċjati: Tlettax-il espert fil-hotspots, għaxar esperti f’żewġ timijiet mobbli (ibbażati f’Ruma u f’Katanja), għaxar (10) esperti fiċ-Ċentri tar-reġistrazzjoni, sitt (6) esperti fit-tim itineranti tar-reġistrazzjoni, ħdax-il espert fl-Unità ta’ Dublin f’Ruma. L-EASO qed jiskjera wkoll sa 48 medjatur kulturali (għall-Għarbi, it-Tigrinjan u l-Kurd) biex jappoġġa l-proċess ta’ rilokazzjoni (mill-5 ta’ Diċembru, 42 medjatur kulturali huma skjerati fuq il-post). Fil-perjodu tar-rapportar, l-EASO intensifika l-attivitajiet tat-tim itineranti li jwettaq ir-reġistrazzjoni għar-rilokazzjoni f’diversi postijiet fejn il-kandidati għar-rilokazzjoni jkunu akkomodati (fuq il-bażi tal-ħtiġijiet indikati mill-awtoritajiet Taljani) barra ċ-Ċentri tar-reġistrazzjoni 26 . It-tim itineranti jappoġġa wkoll il-Questura lokali billi jibni l-kapaċità tal-uffiċjali tal-Pulizija biex iwettqu r-reġistrazzjonijiet huma stess.

L-EASO qed jaħdem ukoll biex jassigura kundizzjonijiet ta’ ħidma xierqa u effiċjenti fil-hotspots għat-timijiet tiegħu. Ġew installati ħames (5) uffiċċji mobbli (kontejners) f’xi wħud mill-hotspots u ċ-Ċentri (wieħed (1) fil-hotspot ta’ Trapani, tnejn (2) fiċ-Ċentri ta’ Villa Sikania u Bari, rispettivament) u għandu jitpoġġa ieħor (1) fil-port ta’ Augusta fejn iseħħu diversi żbarki. Sar disponibbli wkoll tagħmir tekniku (kompjuters) għall-awtoritajiet Taljani biex jappoġġa l-ħidma relatata mar-rilokazzjoni (saru disponibbli ħames stazzjonijiet ta’ ħidma f’kull Ċentru tar-reġistrazzjoni u fil-Questura f’Ruma, 20 oħra għandhom jitpoġġew fl-Unità ta’ Dublin ladarba tinkiseb l-approvazzjoni tas-sigurtà sabiex dawn jiġu kollegati mas-sistema eżistenti).

F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2016, l-EASO elabora pjan ta’ azzjoni biex iwettaq bis-sħiħ ir-Riżerva ta’ Intervent għall-Ażil u biex tiġi ffaċilitata l-ħatra ta’ esperti mill-Istati Membri inter alia billi jiġi offrut programm pilota ta’ taħriġ ta’ induzzjoni għal esperti subalterni li għandhom jiġu skjerati fil-Greċja u li jsir possibbli l-iskjerament ta’ esperti li mhumiex persunal permanenti tal-amministrazzjoni tal-Istati parteċipanti.

Rakkomandazzjonijiet ewlenin lill-Aġenziji tal-UE u s-sħab ta’ implimentazzjoni

L-EASO għandu jkompli l-ħidma tiegħu fuq it-tħaddim operattiv tar-Riżerva ta’ Intervent għall-Ażil u għandu jkompli jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni biex itejjeb l-għoti ta’ informazzjoni (inkluża l-produzzjoni ta’ filmati speċifiċi għal Stati Membri speċifiċi sa mhux aktar tard minn Jannar 2017); sa Frar 2017, l-EASO għandha tiżgura li l-ewwel interfaċċa li tista’ tintuża tal-għodda ta’ tqabbil tkun lesta.

Sa Jannar 2017, l-UNHCR għandu jkompli jaħdem biex progressivament tinkiseb rata ta’ okkupanza qrib ta’ 100 %;

Sa Frar 2017, l-IOM għandha żżid il-kapaċità tagħha li tilħaq il-mira ta’ rilokazzjoni ta’ 1 500 persuna kull xahar mill-Italja u 3 000 persuna kull xahar mill-Greċja

3Risistemazzjoni

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-Istati parteċipanti iktar minn nofs l-22 504 risistemazzjoni miftiehma skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015 ġew ikkompletati fl-istadju tan-nofs tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ risistemazzjoni. Sal-5 ta’ Diċembru 2016 kienu ġew risistemati 13 887 persuna lejn 21 Stat ta’ risistemazzjoni (l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit). L-Iżvezja, ir-Renju Unit, u l-Finlandja kif ukoll l-Pajjiżi Assoċjati l-Iżvizzera, il-Liechtenstein u l-Iżlanda diġà ssodisfaw l-wegħdiet tagħhom.

Il-maġġoranza tal-Istati li pparteċipaw fl-iskema indikaw li l-isforzi ta’ risistemazzjoni tagħhom kienu primarjament, iżda mhux esklussivament, diretti lejn Sirjani li jgħixu fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija. Dan jinkludi sforzi mill-Istati Membri biex jirrisistemaw Sirjani mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu.

In-numru ta’ risistemazzjonijiet mit-Turkija kompla jiżdied hekk kif l-Istati Membri qed ikomplu l-valutazzjoni tagħhom ta’ fajls imressqa quddiemhom mit-Turkija permezz tal-UNHCR. L-Istati Membri qegħdin jippreparaw ukoll aktar operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni kif ukoll missjonijiet fit-Turkija sabiex jintervistaw kandidati għar-risistemazzjoni. L-awtoritajiet Torok qed jaħdmu fuq listi ta’ riferimenti ta’ 3 000 persuna mistennija li jiġu ppreżentati f’Diċembru.

Mill-4 ta' April 2016, 2 761 27 Sirjan ġew risistemati mit-Turkija skont il-parti tar-risistemazzjoni tal-iskema 1:1 tad-dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. Barra minn hekk, 340 persuna ġew approvati u qed jistennew li jiġu risistemati. B’kollox, 544 persuna ġew risistemati taħt dan il-mekkaniżmu mill-aħħar rapport, li huwa ritmu ta’ risistemazzjoni simili għax-xhur preċedenti (506 f’Ottubru, 431 f’Settembru u 418 f’Awwissu) u n-numru ta’ wegħdiet li fadal huwa 10 889.

Risistemazzjonijiet taħt l-iskema 1: 1 s’issa seħħew għall-Belġju, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Portugall, Spanja u l-Iżvezja.

Kif irraportat qabel, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754 28 li temenda t-tieni Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni ġiet adottata. L-emenda tippermetti lill-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligi rispettivi tagħhom taħt l-allokazzjoni tal-54 000 billi jużaw jew ir-rilokazzjoni jew l-ammissjoni legali ta’ ċittadini Sirjani preżenti fit-Turkija. L-emenda teħtieġ modifika tal-Programmi Nazzjonali tal-AMIF. Bħala segwitu immedjat għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754, u bħala parti mill-eżerċizzju li jemenda l-Programmi Nazzjonali AMIF il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel indikazzjonijiet mill-Istati Membri dwar in-numru ta’ Sirjani preżenti fit-Turkija li l-Istati Membri huma bi ħsiebhom jagħtu ammissjoni legali skont din id-Deċiżjoni. Abbażi ta’ dawn l-indikazzjonijiet, l-Istati Membri jippjanaw li jdaħħlu legalment mit-Turkija madwar 33 000 Sirjan.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni 29 , adottata fit-13 ta’ Lulju 2016, attwalment qed tiġi eżaminata mill-koleġiżlaturi.

4It-triq 'il quddiem

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern għarfu ripetutament il-bżonn urġenti li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni migratorja tal-Ewropa u sejħu għal azzjoni ulterjuri biex tiġi aċċellerata l-implementazzjoni tal-iskema ta’ rilokazzjoni, bħala espressjoni essenzjali tas-solidarjetà lejn l-Istati Membri li qegħdin fuq quddiem. F’Ottubru, il-Kunsill Ewropew tenna għal darb'oħra l-ħtieġa li l-Istati Membri jintensifikaw aktar l-isforzi sabiex jaċċelleraw ir-rilokazzjoni.

Il-Kummissjoni taħdem kostantement mal-awtoritajiet Taljani u Griegi, l-Istati Membri u l-EASO, il-Frontex u l-Europol kif ukoll mal-UNHCR u l-IOM sabiex tappoġġa u ttejjeb il-proċedura tar-rilokazzjoni fil-post. L-arranġamenti mal-Europol issa qegħdin fis-seħħ. L-EASO, il-Frontex, il-Europol, l-UNHCR u l-IOM kollha qegħdin iżidu l-appoġġ tagħhom lill-Italja u lill-Greċja biex jaċċelleraw u jagħmlu l-proċedura tar-rilokazzjoni aktar effiċjenti. L-Italja u l-Greċja komplew iżidu l-kapaċitajiet tagħhom. Uħud mill-Istati Membri wrew li huma tassew impenjati favur ir-rilokazzjoni u kkontribwixxew b’mod sinifikanti għax-xejriet pożittivi osservati f’dawn l-aħħar xhur f’termini ta’ wegħdiet u rilokazzjonijiet magħmula.

Bħala riżultat ta’ dan l-isforz konġunt sar ħafna progress. Ir-rilokazzjonijiet mill-Italja qed juru tendenza pożittiva (wara li t-tendenza waqfet għal diversi xhur) u rilokazzjonijiet mill-Greċja stabbilizzaw għal 1 000 trasferiment kull xahar. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar in-numru ta’ persuni eliġibbli għal rilokazzjoni fl-Italja u l-Greċja, għandu jkun fattibbli li l-applikanti kollha għall-ażil jiġu ttrasferiti sa Settembru 2017. Sabiex jinkiseb dan l-għan u sabiex jiġi żgurat proċess ta’ rilokazzjoni bla xkiel u sostenibbli, il-Kummissjoni tqies li minn Diċembru 2016 għandu jkun hemm mill-anqas 2 000 trasferimenti ta’ rilokazzjoni fix-xahar implimentati mill-Greċja u mill-inqas 1 000 trasferimenti ta’ rilokazzjoni fix-xahar mill-Italja, u li minn April 2017 in-numru ta’ trasferimenti ta’ rilokazzjoni għandu jilħaq mill-inqas 3 000 fix-xahar mill-Greċja u mill-inqas 1 500 mill-Italja. 

Il-kisba ta’ dawn il-miri hija possibbli jekk l-Istati Membri kollha jagħmlu wegħdiet u jirrilokaw fuq bażi ta’ kull xahar mill-aktar fis possibbli f’konformità mal-miri msemmija hawn fuq. Numru ta’ Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati qed iwittu t-triq. Issa, għandhom isegwu l-Istati Membri l-oħra minħabba li huwa biss permezz tal-isforzi komuni tagħna li se jkun possibbli li tittaffa l-pressjoni fuq l-Italja u l-Greċja. Dan jirrekjedi wkoll li l-Istati Membri jkomplu jaħtru esperti b’mod regolari biex iwieġbu għas-sejħiet diversi tal-EASO fuq bażi regolari li jiżguraw skjeramenti iktar fit-tul u profili iktar anzjani u speċjalizzati.

Barra minn hekk, il-kisba ta’ dawn il-miri jirrikjedi wkoll li l-Italja progressivament iżżid il-kapaċità tagħha li tirreġistra applikanti għal rilokazzjoni biex tilħaq madwar 1 000 applikanti għal rilokazzjoni kull xahar sa Jannar 2017 u 1 500 sa April 2017. Barra minn hekk, minħabba l-għadd kbir ta’ minorenni mhux akkumpanjati fl-Italja, l-Italja għandha tistabbilixxi ċ-Ċentru dedikat għar-rilokazzjoni għal minorenni mhux akkumpanjati u timplimenta l-ewwel rilokazzjonijiet ta’ din il-kategorija ta’ applikanti vulnerabbli sa Jannar 2017. Min-naħa tagħha, il-Greċja għandha tistabbilixxi s-sit ta’ rilokazzjoni fir-reġjun tal-Attika b’kapaċità għal 3 000 sa’ Jannar 2017, li għandu jippermetti l-aċċellerazzjoni ulterjuri tal-aħħar fażijiet tal-proċedura ta’ rilokazzjoni u jiffaċilita l-kisba tal-miri ta’ rilokazzjoni ta’ kull xahar.

Is-sejħiet imtennija li saru mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern issa jridu jiġu ssodisfati b’azzjoni determinata mis-servizzi nazzjonali kompetenti. Jeħtieġ li l-Istati Membri ta’ rilokazzjoni jkomplu jibnu fuq dak li diġà sar sa issa billi jirrispondu b’mod sħiħ għal dawn is-sejħiet u fuq rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, u b’hekk iwettqu l-obbligi tagħhom u japplikaw is-solidarjetà fil-prattika.

Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib u jekk meħtieġ, taġġusta dawn il-miri. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni u se tippreżenta d-Disa’ Rapport tagħha fi Frar 2017. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tieħu azzjoni kontra dawk l-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom.

B’mod parallel, jeħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jwettqu l-impenji ta’ risistemazzjoni tagħhom, inkluż bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija 30 .

(1)

     COM (2016) 720 finali.

(2)

     Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2016 http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/10/21-european-council-conclusions/ .

(3)

     L-għadd ta’ każijiet identifikati ta’ qsim illegali tal-fruntieri bejn punti ta’ qsim tal-fruntiera mill-Greċja, mit-Turkija, permezz tal-fruntieri tal-baħar u tal-art mis-7 ta’ Novembru sal-4 ta’ Diċembru kif irreġistrati fl-Applikazzjonijiet tar-Rapportar tal-Operazzjonijiet Konġunti.

(4)

     Sors: L-awtoritajiet Griegi.

(5)

     Sors: Il-Ministeru tal-Intern Taljan li jkopri mis-7 ta’ Novembru sal-4 ta’ Diċembru.

(6)

     Il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill dwar ir-risistematizzazzjoni permezz ta' skema multilaterali u nazzjonali ta' 20 000 persuna fi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali (11130/15).

(7)

     SN 38/16, 18.03.2016.

(8)

     L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-Kwalifika (id-Direttiva 2011/95/UE) jiddefinixxi “minorenni mhux akkumpanjat” bħala minorenni (taħt it-18-il sena) li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat “minn adult responsabbli għalih jew għaliha sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat” [l-enfasi hija miżjuda]. Minħabba d-differenzi fil-liġi u l-prattika bejn l-Istati Membri, id-definizzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati tvarja minn Stat Membru għall-ieħor li twassal biex tfal separati, inklużi minorenni miżżewġin ma’ adulti, jitqiesu bħala mhux akkumpanjati f’xi Stati Membri filwaqt li f’xi oħrajn le. Dan joħloq ukoll inkonsistenzi fir-rapportar tan-numru totali ta’ minorenni mhux akkumpanjati rilokati billi xi Stati Membri jqisu biss bħala tali dawk li jkunu waħedhom u jeskludu mir-rapportar tfal separati rilokati.

(9)

     Huma msemmija biss in-nazzjonalitajiet potenzjalment eliġibbli għar-rilokazzjoni.

(10)

      http://asylo.gov.gr/en/wp-content/uploads/2016/08/Preregistration-data_template_5_EN_EXTERNAL.pdf .

(11)

     L-akbar grupp ta’ minorenni mhux akkumpanjati fil-Greċja huma Afgani, li mhumiex eliġibbli għar-rilokazzjoni. Madankollu, il-gvern Grieg qiegħed f’kuntatt ma’ diversi Stati Membri sabiex jinnegozja trasferiment volontarju possibbli ta’ dawn il-minri bi status differenti, mhux bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali.

(12)

     Ta’ min jinnota li l-awtoritajiet Griegi u l-IOM ma jużawx l-istess definizzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati; b’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċifri rrapportati mill-awtoritajiet Griegi u l-IOM ivarjaw. Skont id-data tal-IOM, in-numru totali ta’ minorenni mhux akkumpanjati matul il-perjodu ta’ rapportar huwa 23. Dawn iċ-ċifri huma dawk skont l-awtoritajiet Griegi.

(13)

     212 għall-Ġermanja, 167 għal Franza, 38 għal-Litwanja, 32 għal-Lussemburgu, 10 għal Malta, 138 għan-Netherlands, 20 għan-Norveġja, 14 għall-Portugall, 156 għar-Rumanija, 6 għas-Slovakkja, 41 għas-Slovenja u 2 għall-Finlandja. Ta’ min jinnota li żewġ persuni li ġew irrapportati bħala rilokati lejn ir-Rumanija kienu trasferimenti ta’ Dublin.

(14)

     187 għall-Ġermanja, 51 għal Franza, 45 għan-Netherlands, 60 għan-Norveġja, 37 għall-Finlandja u 21 għall-Iżvizzera.

(15)

     Waħda mir-raġunijiet li numru iżgħar ta’ Stati Membri attivi fl-Italja hija l-politika stretta tal-Italja li ma tħallix lill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni biex iwettqu intervisti ta’ sigurtà addizzjonali eċċezzjonali fl-Italja. Pereżempjum, l-Estonja u l-Irlanda kienu ħadu l-impenn darba, iżda billi ma ngħatawx il-permess li jwettqu intervisti ta’ sigurtà, ma reġgħux ħadu l-impenn għalissa. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka ssottomettiet żewġ wegħdiet lill-Italja. Billi r-Repubblika Ċeka rrifjutat l-10 applikazzjonijiet mibgħuta mill-Italja, l-Italja ma reġgħetx bagħtet l-ebda talba ġdida meta r-Repubblika Ċeka reġgħet wiegħdet. Bl-istess mod, il-Litwanja rrifjutat l-ewwel talbiet ta’ rilokazzjoni mibgħuta mill-Italja; Minkejja li l-Litwanja kienet wiegħdet kważi kull xahar, l-Italja ma bagħtet l-ebda talbiet għal rilokazzjoni. L-arranġamenti l-ġodda mal-Europol għandhom jgħinu biex jiġu indirizzati xi wħud minn dawn in-nuqqasijiet.

(16)

     236 għall-Ġermanja, 323 għal Franza, 131 għall-Irlanda, 67 għan-Netherlands, 31 għall-Portugall u 19 għar-Rumanija.

(17)

     251 għall-Ġermanja, 20 għal-Lussemburgu, 151 għan-Norveġja u 195 għall-Iżvizzera.

(18)

     Malta u l-Finlandja huma fit-triq it-tajba biex jilħqu l-obbligi tagħhom kemm għall-Italja kif ukoll għall-Greċja, filwaqt li l-Estonja, il-Litwanja u l-Latvja għall-Greċja.

(19)

     il-Ġermanja 500 għall-Italja u 500 għall-Greċja, l-Estonja 20 għall-Greċja, Franza 400 għall-Greċja, l-Irlanda 81 għall-Greċja, il-Latvja 10 għall-Greċja, in-Netherlands 50 għall-Italja u għall-Greċja, il-Portugall 100 għall-Greċja, u s-Slovakkja 10 għall-Greċja.

(20)

     In-Norveġja 135 għall-Italja u 80 għall-Greċja u l-Iżvizzera 200 għall-Italja (ta’ min jinnota li n-Norveġja wegħdet 70 post fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti li ma kienux ġew meqjusa)

(21)

     F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016, l-Awstrija tibbenefika minn sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni sa' 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601. Bħala konsegwenza, ir-rilokazzjoni fl-Awstrija ta’ 1 065 applikant għandha tiġi sospiża sal-11 ta’ Marzu 2017. Madankollu, l-obbligi skont id-Deċiżjoni 2015/1601 ikomplu japplikaw għall-Awstrija fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-kumplament tal-allokazzjoni, u għalhekk, l-impenji u r-rilokazzjonijiet xorta huma meħtieġa.

(22)

     Fil-bidu ta’ April, il-Polonja ssospendiet l-ipproċessar ta’ 73 talba għal rilokazzjoni li s-Servizz tal-Ażil Grieg kien bagħat lill-Polonja fuq il-bażi ta’ wegħda li l-Polonja ppreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 u għalhekk de facto ffriżat il-proċedura ta’ rilokazzjoni tliet xhur u nofs wara l-preżentazzjoni tal-wegħda. L-istess japplika għat-talbiet mill-Italja.

(23)

     Din iċ-ċifra tinkludi l-postijiet pprovduti taħt l-iskema ta’ kiri tal-UNHCR u l-postijiet ta’ akkoljenza organizzati pprovduti mill-awtoritajiet Griegi fil-Greċja kontinentali u fil-hotspots. http://www.media.gov.gr/images/prosfygiko/REFUGEE_FLOWS-27-10-2016.pdf  

http://data.unhcr.org/mediterranean/documents.php?page=1&view=grid&Country[]=83

Dawn il-faċilitajiet temporanji u permanenti ta’ emerġenza jinsabu fuq il-Gżejjer tal-Eġew fil-hotspots kif ukoll fil-Greċja kontinentali. Mis-17 ta’ Novembru 2016, u abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, 1 191 post kienu disponibbli f’postijiet ta’ kenn għal minorenni mhux akkumpanjati irrispettivament jekk humiex persuni li jfittxu l-ażil jew le. Sa tmiem l-2016 jiġu stabbiliti 130 post ieħor adattati għall-vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati.

(24)

     Il-Ftehim ta' Delega mal-UNHCR għall-iskema ta' 20 000 post tal-kiri f’Jannar 2016 jibbenefika primarjament l-applikanti għall-ażil eliġibbli għar-rilokazzjoni. Il-Ftehim ta’ Delega ġie rivedut f’Lulju 2016 bil-għan li jsir aktar ċar fit-test li l-iskema ta’ akkomodazzjoni tinkludi wkoll il-possibbiltà li jiġu stabbiliti postijiet f’siti ta’ rilokazzjoni mmaniġġati mill-UNHCR, u li l-grupp fil-mira tal-iskema ta’ akkomodazzjoni jinkludi mhux biss kandidati għar-rilokazzjoni iżda wkoll applikanti għall-ażil oħra. L-UNHCR qabel li jagħmel 6 000 post disponibbli mill-iskema ta’ kiri disponibbli għaċ-ċentri ta' rilokazzjoni biex jakkomoda l-applikanti kollha għal rilokazzjoni li huma rreġistrati bis-sħiħ.

(25)

      http://www.libertaciviliimmigrazione.dlci.interno.gov.it/sites/default/files/allegati/hotspots_sops_-_english_version.pdf .

(26)

     Sal-lum, it-timijiet koprew dawn il-postijiet li ġejjin: Bologna, Cagliari, Chieti, Cosenza, Firenze, Foggia, Genova, Grosseto, Latina, Milan, Modena, Naples, Parma, Pisa, Potenza, Salerno, Teramo, Torino, Treviso, Venice, Verona u Vicenza.

(27)

     Dan in-numru jinkludi risistemazzjonijiet taħt il-mekkaniżmu 1:1 għall-UE u għan-Norveġja.

(28)

     ĠU L 268, 1.10.2016, p. 82-84.

(29)

     COM (2016)468 finali.

(30)

     Ir-Raba Rapport dwar il-Progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, COM(2016) 792 finali.


Brussell, 8.12.2016

COM(2016) 791 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-tmien rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 1: Rilokazzjonijiet mill-Greċja sas-6 ta' Diċembru 2016

Stat Membru

Impenjati b’mod formali 1

Effettivament Rilokati

Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill

L-Awstrija 2

1491

Il-Belġju

400

177

2415

Il-Bulgarija

260

29

831

Il-Kroazja

10

10

594

Ċipru

95

42

181

Ir-Repubblika Ċeka

30

12

1655

L-Estonja

169

66

204

Il-Finlandja

740

542

1299

Franza

3370

2091

12599

Il-Ġermanja

1740

408

17209

L-Ungerija

988

L-Iżlanda

L-Irlanda

414

109

240

Il-Latvja

259

140

295

Il-Liechtenstein

10

Il-Litwanja

460

185

420

Il-Lussemburgu

160

136

309

Malta

52

34

78

In-Netherlands

950

767

3797

In-Norveġja

230

20

Il-Polonja

65

4321

Il-Portugall

1230

459

1778

Ir-Rumanija

1022

499

2572

Is-Slovakkja

30

9

652

Is-Slovenja

100

101

349

Spanja

750

348

6647

L-Iżvezja 3

2378

L-Iżvizzera

130

28

AMMONT TOTALI

12 676

6 212

63 302

(1)

Trażmessi permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

     Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(3)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.


Brussell, 8.12.2016

COM(2016) 791 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-tmien rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 2: Rilokazzjonijiet mill-Italja sas-6 ta' Diċembru 2016

Stat Membru

Impenjati b’mod formali 1

Effettivament Rilokati

Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill

L-Awstrija 2

462

Il-Belġju

130

29

1397

Il-Bulgarija

140

471

Il-Kroazja

16

9

374

Ċipru

45

10

139

Ir-Repubblika Ċeka

20

1036

L-Estonja

8

125

Il-Finlandja

530

359

779

Franza

350

282

7115

Il-Ġermanja

1510

207

10327

L-Ungerija

306

L-Iżlanda

L-Irlanda

20

360

Il-Latvja

75

8

186

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

60

251

Il-Lussemburgu

60

40

248

Malta

47

46

53

In-Netherlands

425

331

2150

In-Norveġja

440

80

Il-Polonja

35

1861

Il-Portugall

388

261

1173

Ir-Rumanija

680

43

1608

Is-Slovakkja

250

Is-Slovenja

30

23

218

Spanja

150

50

2676

L-Iżvezja 3

50

39

1388

L-Iżvizzera

630

133

AMMONT TOTALI

5 839

1 950

34 953

(1)

Trażmessi permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

     Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(3)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.


Brussell, 8.12.2016

COM(2016) 791 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-tmien rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 3: Is-Sitwazzjoni Attwali tar-Risistemazzjoni fil-5 ta' Diċembru 2016, skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta' Lulju 2015
u skont il-"mekkaniżmu 1:1" mat-Turkija (li ilu japplika mill-4 ta' April 2016)

Stat Membru /
Stat Assoċjat

Impenji magħmula skont l-iskema tal-20 ta' Lulju 2015

Total risistemat skont l-iskema tal-20 ta' Lulju 2015, inkluż il-mekkaniżmu 1:1 mat-Turkija

Pajjiż terz li minnu saret ir-risistemazzjoni

L-Awstrija

1,900

1,501 1

Il-Libanu: 881; il-Ġordan: 442; it-Turkija: 177; l-Iraq: 1

Il-Belġju

1,100

569

Il-Libanu: 415; it-Turkija: 102 (li minnhom 98 skont il-mekkaniżmu 1:1); il-Ġordan: 28; l-Eġittu: 24;

Il-Bulgarija

50

0

Il-Kroazja

150

0

Ċipru

69

0

Ir-Repubblika Ċeka

400

52

Il-Libanu: 32; il-Ġordan: 20

Id-Danimarka

1,000

481

Il-Libanu, l-Uganda

L-Estonja

20

11

It-Turkija: 11 skont il-mekkaniżmu 1:1;

Il-Finlandja

293 2

293 3

Il-Libanu: 245; l-Eġittu: 37; il-Ġordan: 4; l-Iraq: 3; il-Jemen: 2; l-Iżrael 2; it-Turkija: 140 skont il-mekkaniżmu 1:1, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju

Franza

2,375 4

1,739

It-Turkija: 423 skont il-mekkaniżmu 1:1 (li minnhom 249 huma fl-iskema tal-20 ta’ Lulju u 174 barra mill-iskema tal-20 ta’ Lulju), il-kumplament mil-Libanu u mill-Ġordan:

Il-Ġermanja

1,600

1,060

It-Turkija: 1,060 skont il-mekkaniżmu 1:1;

Il-Greċja

354

0

L-Ungerija

0

0

L-Iżlanda

50

50 5

Il-Libanu

L-Irlanda

520

500

Il-Libanu

L-Italja

1,989

631

Il-Libanu: 490; it-Turkija: 82 skont il-mekkaniżmu 1:1 Is-Sudan: 48; il-Ġordan: 11

Il-Latvja

50

6

It-Turkija: 6 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Liechtenstein

20

20

It-Turkija

il-Litwanja

70

25

It-Turkija: 25 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Lussemburgu

30

0 6

It-Turkija: 52 skont il-mekkaniżmu 1:1, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju

Malta

14

0

In-Netherlands

1,000

803

Il-Libanu: 339; it-Turkija: 374 (li minnhom 367 skont il-mekkaniżmu 1:1); il-Kenja: 70; l-Etjopja: 8; il-Ġordan: 7; l-Iżrael: 2; il-Marokk: 1; l-Eġittu 1: l-Arabja Sawdija

In-Norveġja

3,500

2,635

Il-Libanu: 2,446; it-Turkija: 172 (li minnhom 150 skont il-mekkaniżmu 1:1); il-Ġordan: 17;

Il-Polonja

900

0

Il-Portugall

191

12 7

It-Turkija: 12 skont il-mekkaniżmu 1:1

ir-Rumanija

80

0

is-Slovakkja

100

0

is-Slovenja

20

0

Spanja

1,449

289

Il-Libanu: 232; it-Turkija: 57 skont il-mekkaniżmu 1:1; 

L-Iżvezja

491

491 8

It-Turkija: 278 skont il-mekkaniżmu 1:1, (li minnhom 269 fl-iskema tal-20 ta' Lulju); is-Sudan: 124; il-Kenja: 80; il-Libanu: 8; l-Iraq: 8; l-Eġittu: 1; il-Ġordan: 1 

L-Iżvizzera

519

519

Il-Libanu: 431; is-Sirja: 88

Ir-Renju Unit

2,200

2,200 9

Il-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iraq u oħrajn

AMMONT TOTALI

22 504

13 887

 

Total ta' 2,761 10 persuna ġew risistemati mit-Turkija skont il-mekkaniżmu 1:1; 2,386 minnhom permezz tal-iskema tal-20 ta' Lulju 2015

(1)

     Din iċ-ċifra tinkludi l-każijiet skont il-Programm Awstrijak ta' Ammissjoni Umanitarja.

(2)

  Din iċ-ċifra hija parti mill-kwota nazzjonali Finlandiża għall-2016 ta' 750 li għandhom jiġu risistemati.

(3)

     Din iċ-ċifra ma tinkludix il-140 Sirjan li ġew risistemati mit-Turkija skont il-mekkaniżmu 1:1, permezz tal-iskema nazzjonali Finlandiża.

(4)

     Din iċ-ċifra tiżdied mal-kwota nazzjonali annwali ta' Franza u mal-impenji preċedenti.

(5)

L-Iżlanda għandha total ta’ 56 persuna risistemata.

(6)

Filwaqt li għadha ma saret l-ebda risistemazzjoni skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta' Lulju 2015, 52 Sirjan ġew risistemati skont il-programm nazzjonali tal-Lussemburgu.

(7)

     Il-Portugall irrisistema 39 refuġjat mill-Eġittu fl-2015 skont il-programm nazzjonali, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju 2015.

(8)

     L-Iżvezja rrisistemat 1,900 persuna fl-2015 skont il-programm nazzjonali tagħha, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju 2015.

(9)

Sa Ġunju tal-2016, total ta' 3439 persuna ġew risistemati fir-Renju Unit skont l-iskemi eżistenti ta' risistemazzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

(10)

Din iċ-ċifra tinkludi 150 Sirjan risistemati fin-Norveġja skont il-mekkaniżmu ta’ 1: 1.