Brussell, 30.6.2016

COM(2016) 311 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f’konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING u mal-aġġustament tal-pakketti għall-politika ta' koeżjoni

(l-Artikolu 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020)


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f’konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING u mal-aġġustament tal-pakketti għall-politika ta' koeżjoni

(l-Artikolu 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020)

1.Daħla

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 1 (ir-Regolament dwar il-QFP) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta’ April 2015 2 u kif aġġustat fl-aġġustament tekniku għall-2016 3 jinkludi t-tabella tal-qafas finanzjarju għall-UE-28 għall-perjodu 2014-2020, mogħti fi prezzijiet tal-2011 (it-Tabella 1).

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-QFP, il-Kummissjoni ta' kull sena, qabel il-proċedura baġitarja għas-sena n+1, tagħmel aġġustament tekniku fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) f’konformità maċ-ċaqliq fl-introjtu nazzjonali gross (ING) u mal-prezzijiet tal-UE, u tikkomunika r-riżultati lill-Kunsill u llill-Parlament Ewropew. F'dak li jirrigwarda l-prezzijiet, il-limiti massimi tan-nefqa fi prezzijiet kurrenti huma stabbiliti bl-użu tad-deflatur fiss ta’ 2 % kif previst fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament QFP. F'dak li jirrigwarda l-movimenti tal-ING, din il-Komunikazzjoni tinkludi l-aħħar previżjonijiet ekonomiċi disponibbli.

Fl-istess waqt il-Kummissjoni tikkalkula l-marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, l-ammont assolut tal-Marġni ta’ Kontinġenza previst fl-Artikolu 13, il-marġni globali għall-pagamenti previst fl-Artikolu 5, u l-marġni globali għall-impenji previst fl-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar il-QFM, is-sottolimitu massimu għall-Intestatura 2 dwar in-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti għandu jiġi aġġustat wara li jseħħu t-trasferimenti bejn il-pilastru I u l-iżvilupp rurali, f’konformità mal-att legali li jistabbilixxi dawn it-trasferimenti.

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-QFP, fl-2016 il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, flimkien mal-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017, l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fil-qafas tal-objettiv l-"Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" tal-politika ta’ koeżjoni għas-snin 2017-2020.

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa lijiġi ppreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew ir-riżultat tal-aġġustamenti tekniċi (UE-28) għall-2017 skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-QFP u tar-rieżami tal-pakketti tal-koeżjoni u l-aġġustament korrispondenti tal-limiti massimi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-QFP.

2.Aġġustament tal-pakketti għall-politika ta’ koeżjoni (l-Artikolu 7)

Skont l-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fil-qafas tal-objettiv l-"Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" tal-politika ta’ koeżjoni għas-snin 2017-2020, billi tapplika l-metodu ta’ allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti 4 abbażi tal-aktar statistiki reċenti disponibbli u tat-tqabbil, għall-Istati Membri b’limitu massimu, bejn il-PDG nazzjonali akkumulat osservat għas-snin 2014–2015 u l-PDG nazzjonali akkumulat stmat fl-2012. L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati kull meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta’ aktar minn +/- 5%. Barra minn hekk, fl-istess ħin, l-eleġibbiltà għall-Fond ta’ Koeżjoni għandha tiġi rieżaminata, u f’każ li Stat Membru jerġa jkun eliġibbli għall-Fond ta’ Koeżjoni jew inkella jitlef l-eliġibbiltà li jkollu, dawn l-ammonti għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-fondi allokati lill-Istat Membru kkonċernat għas-snin mill-2017 sal-2020.

L-Artikolu 7(4) jispeċifika li l-aġġustament meħtieġ għandu jinfirex fi proporzjonijiet ugwali tul is-snin mill-2017 sal-2020 u l-limiti massimi tal-pagamenti għandhom ukoll jiġu mmodifikati skont kif meħtieġ sabiex jiġi żgurat progress ordnat rigward l-approprjazzjonijiet għall-impenji. Skont l-Artikolu 7(5), l-effett nett totali, kemm jekk pożittiv jew negattiv, ta’ dawn l-aġġustamenti kollha, ma għandux jaqbeż l-EUR 4 biljun (bil-prezzijiet tal-2011).

2.1.Ir-riżultati tar-rieżami tal-pakketti tal-koeżjoni

Ir-rieżami jinkludi:

a)Għall-Istati Membri kollha, ir-rieżami tal-allokazzjonijiet għall-2017-2020 abbażi tal-aħħar statistiki disponibbli u bl-applikazzjoni tal-istess metodu bħal dak biex jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet oriġinali deskritti fil-paragrafi minn 1 sa 16 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

b)Għall-Istati Membri b’limitu massimu (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja), il-tqabbil tal-livelli tal-PDG osservati għall-2014 u l-2015 ma’ dawk li fl-2012 kienu previsti għall-istess sentejn;

c)Ir-rieżami tal-eleġibbiltà għall-Fond ta’ Koeżjoni abbażi tad-dejta tal-ING per capita għall-perijodu 2012-2014 apparagun tal-medja tal-UE-27.

Għall-indikaturi li jirrigwardaw il-kontijiet nazzjonali u reġjonali (il-PDG, l-ING u l-popolazzjoni), l-istatistiki użati għar-rieżami tal-pakketti għall-Politika ta’ Koeżjoni jkopru s-snin 2012, 2013 u 2014. Għall-indikaturi li jirrigwardaw is-suq tax-xogħol u l-livelli edukattivi, l-istatistiki użati jkopru s-snin 2013, 2014 u 2015.

Ir-rieżami tal-eleġibbiltà għall-Fond ta’ Koeżjoni rriżulta f'każ wieħed ta’ bidla fl-eliġibbiltà, ta' Ċipru, li sar kompletament eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-2020-2017, li rriżulta fl-ammont addizzjonali ta’ EUR 19,4 miljun.

Minħabba l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq is-sitwazzjoni soċjoekonomika fl-UE, l-applikazzjoni tal-metodu ta’ allokazzjoni abbażi tal-aktar statistiki reċenti disponibbli twassal għal ammont addizzjonali totali li jaqbeż l-ammont massimu ta’ EUR 4 biljun bil-prezzijiet tal-2011 stabbiliti fl-Artikolu 7(5). Għalhekk, l-aġġustamenti pożittivi u negattivi huma mnaqqsa proporzjonalment sabiex jiġi rrispettat dan il-limitu 5 .

It-tabella ta' hawn taħt turi, għal kull Stat Membru, l-allokazzjonijiet oriġinali għas-snin 2017-2020, id-diverġenza kumulattiva li tirriżulta mill-kalkoli msemijin hawn fuq abbażi tal-istatistiki l-aktar reċenti disponibbli (li għandhom jiġu stabbiliti b'livell limitu ta' 5 %), l-aġġustamenti li jirriżultaw li jirrispettaw l-ammont massimu ta’ EUR 4 biljun, u l-allokazzjonijiet aġġustati l-ġodda għall-2017-2020.

Il-Kummissjoni se tagħmel diskussjonijiet ma’ Stati Membri li l-allokazzjonijiet tagħhom żdiedu b’mod sinifikanti bil-ħsieb li l-ammonti addizzjonali jiffukawhom fuq miżuri li jgħinu biex tiġi ttrattata l-kriżi tal-migrazzjoni u l-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll fuq l-investimenti permezz ta’ strumenti finanzjarji kkombinati mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ħtiġijiet u r-rilevanza ta’ dawn il-prijoritajiet għal kull Stat Membru.

2.2.L-aġġustament tal-limiti massimi għall-2017-2020 għall-Intestatura 1b

L-aġġustamenti meħtieġa jinħtieġ li jkunu mifruxin fi proporzjonijiet ugwali tul is-snin 2017-2020. Minbarra dan, l-aġġustamenti li jikkorrispondu mal-limiti massimi tas-sottointestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jinħtieġ li jsiru f’miljuni ta’ euro. Sabiex jiġu kkalkulati mill-ġdid l-ammonti fi prezzijiet kurrenti, jiġi applikat id-deflatur ta’ 2 % fis-sena kif definit fl-Artikolu 6(2).

Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Intestatura 1b għalhekk jiżdiedu kif ġej:

Impenji
(miljuni ta' EUR)

2017

2018

2019

2020

totali

il-prezzijiet tal-2011

1 000

1 000

1 000

1 000

4 000

prezzijiet kurrenti

1 126

1 149

1 172

1 195

4 642

deflatur (2 %)

1,126162

1,148686

1,171659

1,195093

 

2.3.Approprjazzjonijiet ta’ pagament

L-Artikolu 7 tal-QFM jipprevedi li "l-limiti massimi tal-pagamenti għandhom ukoll ikunu modifikati skont kif meħtieġ sabiex jiġi żgurat progress ordnat f’rabta mal-approprjazzjonijiet għall-impenji".

Għaldaqstant, il-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' pagament jinħtieġ li jiġu mmodifikati abbażi tal-profili ta' pagament previsti għall-impenji addizzjonali taħt l-Intestatura 1b. Minħabba li l-biċċa l-kbira tal-pagamenti relatati ma' din iż-żieda fl-impenji huma mistennijin li jseħħu wara l-2020, iż-żieda fil-limiti massimi tal-pagamenti tibqa' limitata.

Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għaldaqstant jiżdiedu kif ġej:

Pagamenti
(miljuni ta' EUR)

2017

2018

2019

2020

totali

il-prezzijiet tal-2011

120

161

392

493

1 166

prezzijiet kurrenti

135

184

459

589

1 367

deflatur (2 %)

1,126162

1,148686

1,171659

1,195093

 

Għall-kalkolu tal-profil tal-pagament, ġie applikat it-tqassim indikattiv ta’ 50 %:50 % bejn l-FSE u l-FEŻR f’konformità mal-konċentrazzjoni maħsuba għall-oqsma ta’ prijorità tal-migrazzjoni, tat-tkabbir u tal-impjiegi (taż-żgħażagħ).

3.It-termini tal-aġġustament tat-tabella tal-QFP (l-Anness - it-tabelli 1-2)

It-Tabella 1 turi l-qafas finanzjarju għall-UE-28 bil-prezzijiet tal-2011, kif hemm inkluż fl-Anness I tar-Regolament dwar il-QFP, aġġustat skont l-Artikoli 3(1), 5 u (7).

It-Tabella 2 turi l-qafas finanzjarju għall-UE-28 aġġustat għall-2017 (jiġifieri fi prezzijiet kurrenti). Il-qafas finanzjarju mogħti bħala perċentwal tal-ING huwa aġġornat bl-aħħar previżjonijiet ekonomiċi disponibbli (tar-rebbiegħa 2016) u bil-proġettazzjonijiet fit-tul, u huwa aġġustat skont l-Artikoli 3(1), 5 u (7) tar-Regolament dwar il-QFP.

3.1.Ċifra totali għall-ING

Skont l-aħħar previżjoni disponibbli, l-ING għall-2017 huwa stabbilit għal EUR 14 989 356 miljun fi prezzijiet kurrenti għall-UE-28. Skont l-Artikolu 6(4) ma jsir l-ebda aġġustament tekniku ulterjuri fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post matul is-snin ta' wara. Għaldaqstant, għal skopijiet ta' informazzjoni biss, l-ING aġġornat huwa stabbilit għal EUR 13 639 700 miljun għall-2014, EUR 14 273 948 miljun għall-2015 u EUR 14 500 042 miljun għall-2016.

L-ING huwa bbażat fuq is-sistema tal-kontijiet nazzjonali, l-ESA 95.

3.2.Ir-riżultati ewlenin tal-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2017

Il-limitu massimu globali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2017 (EUR 155 631 miljun) huwa ekwivalenti għal 1,04 % tal-ING.

Il-limitu massimu globali li jikkorrispondi għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament (EUR 142 906 miljun) huwa ekwivalenti għal 0,95 % tal-ING. Abbażi tal-aħħar previżjonijiet ekonomiċi, dan iħalli marġni taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 1,23 % ta’ EUR 41 463 miljun (0,28 % tal-ING għall-UE-28).

3.3.Aġġustament tas-sottolimitu massimu għall-Intestatura 2

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar il-QFP, is-sottolimitu massimu għall-Intestatura 2 għan-nefqa relatata mas-suq u għall-pagamenti diretti (l-ewwel pilastru) fil-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jiġi aġġustat wara li jseħħu t-trasferimenti bejn l-ewwel u t-tieni pilastri (l-iżvilupp rurali), f’konformità mal-att legali li jistabbilixxi dawn it-trasferimenti. L-ammont totali tal-limitu massimu għall-Intestatura 2 ma jinbidilx.

L-ewwel aġġustament: Is-sottolimitu massimu għall-Intestatura 2 ġie aġġustat għall-ewwel darba fl-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2015 6 . Dan l-aġġustament kif deskritt fl-ewwel tabella hawn taħt kien indikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta’ April 2014 7 .

It-tieni aġġustament: Żewġ ċikli ta’ trasferimenti bejn il-pilastri tal-PAK kienu indikati fl-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2016 8 (ara t-tieni tabella hawn taħt). Dawn it-trasferimenti koprew il-flessibilità bejn il-pilastri f’konformità mal-Artikolu 136a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 9 u mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 10 , kif ukoll il-prodott stmat tat-tnaqqis fil-pagamenti diretti f’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament tal-aħħar. L-ewwel ċiklu ta’ trasferimenti huwa stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 11 u indikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014 12 . It-tieni ċiklu ta’ trasferimenti huwa stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 13 u indikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014 14 .

Fir-Renju Unit, il-leġiżlazzjoni li timplimenta r-regoli tal-Unjoni dwar il-pagamenti diretti f'Wales ġiet annullata fl-2015 b'ordni ta' qorti nazzjonali. Bħala konsegwenza tad-deċiżjonijiet ġodda li sussegwentement ttieħdu mir-Renju Unit, il-prodott stmat tat-tnaqqis ittrasferit mill-pagamenti diretti għall-iżvilupp rurali fil-perjodu 2016-2020 jonqos b’EUR 4 miljun. Din il-bidla hija stabbilita fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/142 tat-2 ta’ Diċembru 2015 15 u indikata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/257 tal-24 ta’ Frar 2016 16 . L-ammont il-ġdid huwa inkluż fil-bidla proposta tas-sottolimitu massimu f’dan l-aġġustament tekniku (ara t-tielet tabella hawn taħt).

Il-modifika tas-sottolimitu massimu għall-Intestatura 2 fil-prezzijiet kurrenti teħtieġ li tiġi konvertita fi prezzijiet tal-2011 sabiex ikun jista’ jitwettaq l-aġġustament tekniku tat-tabella tal-QFP fi prezzijiet tal-2011. Għal dan l-għan il-bilanċ nett tal-FAEG l-ewwel jiġi ttrasformat fi prezzijiet tal-2011 permezz tad-deflatur fiss ta’ 2 %. Dan imbagħad jitqarrbulu ċ-ċifri għad-dritt sabiex jinkiseb is-sottolimitu massimu aġġustat tal-Intestatura 2 billi l-limiti massimi tal-QFP jingħataw biss f’miljuni ta’ euro. Huwa biss permezz ta’ din il-proċedura ta' tqarrib taċ-ċifri għad-dritt li jista’ jiġi żgurat li s-sottolimitu massimu tal-QFP ikun dejjem ogħla mill-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG. Id-differenza żgħira li tirriżulta ma tikkostitwixxix marġni disponibbli, iżda tfeġġ esklussivament mit-tqarrib taċ-ċifri għad-dritt peress li ċ-ċifri kollha fit-tabella tal-QFP iridu jingħataw f’miljuni ta’ euro. Għal kull baġit annwali, il-Kummissjoni se tuża l-ammonti eżatti tal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG. L-istess approċċ kien applikat għall-aġġustamenti tekniċi għall-2015 u l-2016.

It-tabelli ta’ hawn taħt juru r-riżultat nett tat-trasferimenti bejn iż-żewġ pilastri tal-PAK u l-impatt tagħhom fuq is-sottolimitu massimu tal-Intestatura 2.

L-Istati Membri jistgħu jirrevedu d-deċiżjonijiet tagħhom relatati mal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-snin finanzjarji 2019 u 2020, u jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawn il-bidliet possibbli sal-1 ta’ Awwissu 2017.

4.Marġni Globali għall-Pagamenti (MGP)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-QFP, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-limitu massimu 'l fuq għall-pagamenti għas-snin 2015-2020 b’ammont ekwivalenti għad-differenza bejn il-pagamenti eżegwiti u l-limitu massimu ta’ pagament tal-QFP tas-sena n-1. Kull aġġustament 'il fuq għandu jiġi kkumpensat kollu bi tnaqqis korrispondenti tal-limitu massimu ta’ pagament għas-sena n-1.

Fl-aġġustament tekniku għall-2016, il-marġni li jifdal tal-2014 (EUR 104 miljun) ġiet ittrasferit għall-2015 (EUR 106 miljun) u l-limiti massimi ġew aġġustati adegwatament. Fl-aġġustament tekniku ta' din is-sena, hemm ikkalkulat il-MGP tal-2015.

Il-pagamenti għal strumenti speċjali oħra huma trattati bħala pagamenti lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP 17 . Il-limitu massimu ta’ pagament għall-2015 kien EUR 142 007 miljun fi prezzijiet kurrenti. Il-pagamenti eżegwiti fl-2015 jammontaw għal EUR 141 126,2 miljun. Dan l-ammont jikkonsisti mill-pagamenti mwettqin mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati fil-baġit tal-2015 (EUR 139 827,3 miljun) u mir-riport tal-2015 għall-2016 (EUR 1 298,9 miljun) 18 . Il-pagamenti għall-istrumenti speċjali huma esklużi mill-eżekuzzjoni (EUR 378,7 miljun, li jikkonsistu minn EUR 378,1 miljun eżegwiti u minn EUR 0,6 miljun riportat). Għaldaqstant l-eżekuzzjoni meħuda inkonsiderazzjoni għall-kalkolu tal-MGP hija ta' EUR 140 747,5 miljun.

Ir-riporti kollha mill-2014 sal-2015 tqiesu bħala eżegwiti għall-finijiet tal-kalkolu tal-MGP tal-2014, iżda mhux kollha effettivament twettqu. Għaldaqstant,ir-riporti li skadew jeħtieġ li jiżdiedu fil-kalkolu, peress li jikkostitwixxu sottoeżekuzjoni. Ir-riporti li skadewi mill-2014 sal-2015 jammontaw għal EUR 28,6 miljun, li għall-istrumenti speċjali hemm EUR 0,2 miljun minnhom 19 . L-ammont totali tar-riporti li skadew li ttieħdu inkonsiderazzjoni huwa għalhekk ta’ EUR 28,4 miljun.

Il-marġni li jifdal taħt il-limitu massimu ta’ pagament għall-2015 huwa ta’ EUR 1 287,9 miljun bil-prezzijiet kurrenti (jiġifieri EUR 142 007 miljun – EUR 140 747,5 + EUR 28,4 miljun).

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament QFP, id-deflatur ta’ 2 % jintuża għall-kalkolu tal-MGP u l-aġġustament korrispondenti tal-limiti massimi. Għaldaqstant il-limitu massimu tal-2015 jitnaqqas b’EUR 1 288 bil-prezzijiet kurrenti jew b’EUR 1 190 miljun bil-prezzijiet tal-2011.

F'konformità mal-profil previst tal-ħtiġijiet ta’ pagament, il-MGP jiġi ttrasferit għal-livell massimu ta' pagament fis-snin mill-2018 sal-2020 b’terz tal-ammont tal-2015 għal kull wieħed, li jikkorrispondi għal żieda fil-prezzijiet kurrenti ta’ EUR 455 miljun fl-2018, EUR 465 miljun fl-2019 u EUR 474 miljun fl-2020. Bħala prezzijiet tal-2011, iż-żidiet jikkorrispondu għal EUR 396 miljun fl-2018, EUR 397 miljun fl-2019 u EUR 397 miljun fl-2020.

Dan jirriżulta f’limitu massimu globali ta’ pagament li ma jinbidilx għall-perjodu 2014-20 bil-prezzijiet tal-2011, u żieda fil-limitu massimu globali ta’ pagament b'EUR 106 miljun bil-prezzijiet kurrenti.

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-kalkolu tal-MGP għall-2015.

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-aġġustamenti korrispondenti għal-limiti massimi ta’ pagament:

5.Strumenti Speċjali

Hemm għadd ta’ strumenti li huma disponibbli barra mil-limiti massimi tan-nefqa miftiehma fil-qafas finanzjarju għall-2014-2020. Dawn l-istrumenti għandhom l-għan li jipprovdu reazzjoni rapida għal avvenimenti eċċezzjonali jew mhux previsti, u jipprovdu, sa ċerti limiti, daqsxejn ta’ flessibilità lil hinn mil-limiti massimi tan-nefqa miftiehma.

5.1.Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament QFP, ir-Riżerva ta' Għajnuna f’Emerġenza tista’ tiġi mobilizzata sal-ammont massimu ta’ EUR 280 miljun fis-sena bil-prezzijiet tal-2011, jew EUR 315-il miljun bi prezzijiet kurrenti għall-2017 (EUR 2 209 miljun għall-perjodu kollu bi prezzijiet kurrenti). Il-parti tal-ammont mhux użat tas-sena preċedenti tista’ tiġi riportata għas-sena ta' wara. Mal-EUR 219,4-il miljun ġew riportati mill-2015 għall-2016, u EUR 309 miljun saru disponibbli fl-2016. Mal-EUR 150 miljun huma inklużi fil-baġit tal-2016. L-ammont ta’ riporti għall-2017 se jiddependi fuq l-implimentazzjoni finali fl-2016.

5.2.Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament dwar il-QFP, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jista’ jiġi mmobilizzat sal-ammont massimu ta’ EUR 500 miljun fis-sena bi prezzijiet tal-2011, jew EUR 563 miljun bi prezzijiet kurrenti għall-2017 (EUR 3 945 miljun għall-perjodu kollu bi prezzijiet kurrenti). Il-parti tal-ammont mhux użat tas-sena preċedenti tista’ tiġi riportata għas-sena ta' wara. Mal-EUR 491,2 miljun ġew riportati mill-2015 għall-2016; EUR 552 miljun kienu disponibbli fl-2016. Ir-riporti għall-2017 se jiddependu fuq l-implimentazzjoni finali fl-2016.

5.3.Strument ta' Flessibbiltà

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, l-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jiġi mmobilizzat sa ammont annwali massimu ta’ EUR 471 miljun bi prezzijiet tal-2011, jew EUR 530 miljun bi prezzijiet kurrenti għall-2017 (EUR 3 716-il miljun għall-perjodu kollu fi prezzijiet kurrenti). Il-porzjon tal-ammonti annwali mhux użati tat-tliet snin preċedenti jista' jiġi riportat. L-approprjazzjonijiet kollha mis-snin preċedenti ntużaw kollha, xejn mhu se jiġi riportat għall-2017.

5.4.Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-QFP, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jista’ jiġi mobilizzat sal-massimu ta’ EUR 150 miljun fis-sena bi prezzijiet tal-2011, jew EUR 169 miljun bi prezzijiet kurrenti għall-2017 (EUR 1 183 miljun għall-perjodu kollu bi prezzijiet kurrenti).

5.5.Marġni ta' Kontinġenza

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il- QFP, Marġni ta’ Kontinġenza sa 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni għandu jiġi stabbilit barra mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2020.

L-ammont assolut tal-Marġni ta’ Kontinġenza għas-sena 2017 huwa ta’ EUR 4 496,8 miljun.

5.6.Marġni globali għall-impenji għat-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari l-impjiegi għaż-żgħażagħ (MGI)

Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP, il-marġni li jibqgħu disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-snin 2014-2017 għandhom jikkostitwixxu Marġni Globali tal-QFP għall-Impenji (MGI), li għandhom isiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fl-Anness tar-Regolament dwar il-QFP għas-snin mill-2016 sal-2020 għal għanijiet ta’ politika relatati mat-tkabbir u mal-impjiegi, b’mod partikolari l-impjiegi għaż-żgħażagħ.

Il-marġni li jifdal taħt il-limitu massimu ta’ impenn tal-2015 jammonta għal EUR 1 383,2 miljun. Dan jikkorrispondi għall-ammont tal-marġni taħt il-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit finali tal-2015. L-impenji dwar Strumenti speċjali mhumiex ikkunsidrati billi dawn jiġu implimentati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP.

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-QFP, id-deflatur ta’ 2 % għandu jintuża għall-kalkolu tal-MGI. L-ammont tal-marġni li jifdal mill-2015 li għandu jsir disponibbli għall-2016 jikkorrispondi għal EUR 1 410,9 miljun bi prezzijiet kurrenti fl-2016, jew EUR 1 439,1 miljun bi prezzijiet kurrenti fl-2017 20 . L-ammont ta’ MGI bil-prezzijiet tal-2011 jikkorrispondi għal EUR 1 277,9 miljun.

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-kalkolu tal-MGI.

 

miljun EUR

Limitu massimu AI 2015

162,959.0

Approprjazzjonijiet totali awtorizzati, baġit tal-2015

162,273.3

li minnhom kienu strumenti speċjali:

697.6

il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

82.8

il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

162.4

ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza

303.0

l-Istrument ta' Flessibilità

149.4

 

 

Marġni globali għall-impenji tal-2015 (prezzijiet kurrenti)

1,383.2

Marġni globali għall-impenji tal-2015 (prezzijiet tal-2011)

1,277.9

MGI tal-2015 disponibbli għall-2016 (prezzijiet kurrenti)

1,410.9

MGI tal-2015 disponibbli għall-20167 (prezzijiet kurrenti )

1,439.1

L-ammont ta’ MGI li jirriżulta mill-2014, identifikat fl-aġġustament tekniku għall-2016 (EUR 543 miljun), ġie allokat għall-FEIS fil-baġit tal-2016. Mill-MGI li jirriżulta mill-2015, identifikat f’dan l-aġġustament tekniku, l-ammont ta’ EUR 1 265 miljun huwa wkoll allokat minn qabel għall-FEIS għall-2017.

6.tabella sommarja u konklużjonijiet

It-tabelli ta’ hawn taħt jiġbru fil-qosor il-bidliet fil-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fil-qafas finanzjarju abbażi tal-Artikoli 3(1), 5 u 7 bi prezzijiet kurrenti u tal-2011:

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU 103, 22.4.2015, p.1.
(3)  COM(2015) 320 final of 22.5.2015.
(4)  L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-PE u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006. ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(5)  Billi l-Artikolu 7(3) tar-Regolament dwar il-QFP jittratta separatament l-effetti tar-rieżami dwar l-eleġibbiltà għall-Fond ta’ Koeżjoni, l-ammont li jirriżulta minnu ma huwiex suġġett għal aġġustament proporzjonali magħmul biex jirrispetta l-ammont massimu ta’ EUR 4 biljun bil-prezzijiet tal-2011 stabbiliti fir-Regolament dwar il-QFP.
(6)  COM(2014) 307 final (28.5.2014)
(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13)
(8)  COM(2015) 320 final (22.05.2015)
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(11) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 tat- 13 ta' Mejju 2014 li jemenda l-Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 24.9.2014, p.1).
(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1089/2014 tal-Il-Ħamis, 16 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 299, 17.10.2014, p. 7).
(13) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 16).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/141 tad-29 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG, (ĠU L 24, 30.1.2015, p.11).
(15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/142 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 28, 4.2.2016, p.8).
(16)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/257 tal-24 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 49, 25.02.2016, p.1).
(17) F’każ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiftiehmu mod ieħor dwar il-pagamenti għall-istrumenti speċjali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-tali ftehim meta tikkalkula l-MGP fl-aġġustamenti tekniċi futuri.
(18) F’każ li xi wieħed mir-riporti mill-2015-2016 kien jiskadi fl-2016, l-ammont korrispondenti jiżdied mal-kalkolu tal-MGP fl-2017.
(19)  Għall-kalkolu tal-MGP tal-2014 ittieħdu inkonsiderazzjoni l-EUR 35,9 miljun tar-riporti tan-nefqa tal-FEG. Li kienu jikkonsistu minn EUR 35,53 miljun għan-nefqa operazzjonali u EUR 0,33 miljun għal assistenza teknika. In-nefqa operazzjonali kollha ġiet eżegwita. Miż-EUR 0,33 miljun għall-assistenza teknika, ġew eżegwiti effettivament biss EUR 0,11 miljun.
(20) F’każ li l-ammont jintuża kollu jew parti minnu matul is-snin 2018-2020, dan l-ammont jiġi aġġustat proporzjonalment billi jiġi applikat id-deflatur ta’ 2 %, f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-QFP.

Brussell, 30.6.2016

COM(2016) 311 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Aġġustamenti tekniċi fil-qafas finanzjarju tal-2017 f'konformità mal-movimenti fl-ING u aġġustamenti tal-pakketti tal-politiki ta' koeżjoni

(Artikolu 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunisll Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020)


QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (28) AĠĠUSTAT GĦALL-2017



QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (28) AĠĠUSTAT GĦALL-2017