26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/30


AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Ġappun

(2015/C 393/04)

Fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa mal-Ġappun għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), li jinkludi kapitolu dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, l-awtoritajiet Ġappuniżi ppreżentaw il-lista mehmuża ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, biex jiġu protetti skont il-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda tikkunsidra jekk dawn l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhomx jiġu protetti skont il-Ftehim bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi, fit-tifsira tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.

Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kull persuna fiżika jew legali li għandha interess leġittimu, li hija residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex topponi t-tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata.

Id-dikjarazzjonijiet ta' oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-A2@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq, u jekk juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

toħloq kunflitt mal-isem ta' xi varjetà tal-pjanti jew ta’ xi razza tal-bhejjem u, minħabba f'hekk, il-konsumatur jista' jitfixkel dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

tkun kompletament jew parzjalment omonima ma' dik ta' isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (2), u skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (3), jew li jkun inkluż fil-ftehimiet li l-Unjoni tkun ikkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:

L-Awstralja (4)

Iċ-Ċilì (5)

L-Afrika t'Isfel (6)

L-Iżvizzera (7)

Il-Messiku (8)

Il-Korea (9)

L-Amerika Ċentrali (10)

Il-Kolombja u l-Perù (11)

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (12)

Il-Kanada (13)

L-Istati Uniti (14)

L-Albanija (15)

Il-Montenegro (16)

Il-Bożnija-Ħerzegovina (17)

Is-Serbja (18)

Il-Moldova (19)

Il-Georgia (20)

(c)

minħabba r-reputazzjoni tal-marka kummerċjali, tal-fatt li tkun magħrufa sew, u minħabba t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista' tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identiku/a, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni possibbli ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati, kif ukoll għall-att legali sussegwenti.

Lista ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi  (21)

Isem l-IĠ Ġappuniża

Kategorija tal-prodotti

Image

(Yamanashi)

Inbid

Image

(Hakusan)

Sake (xorb alkoħoliku magħmul mir-ross)

Image

(Satsuma)

Shochu (likur distillat magħmul mir-ross u mill-patata ħelwa)

Image

(Ryukyu)

Shochu (likur distillat magħmul mir-ross)

Image

(Kuma)

Shochu (likur distillat magħmul mir-ross)

Image

(Iki)

Shochu (likur distillat magħmul mix-xgħir u mir-ross)


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)  Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2009/49/KE tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid (ĠU L 28, 30.1.2009, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta' Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (ĠU L 352 30.12.2002, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/51/KE tal-21 ta' Jannar 2002 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid (ĠU L 28, 30.1.2002, p. 3), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/52/KE tal-21 ta' Jannar 2002 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel dwar kummerċ fi spirti (ĠU L 28, 30.1.2002, p. 112).

(7)  Id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Kooperazjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim (seba' Ftehimiet) mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1), u b’mod partikulari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli – l-Anness 7.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta' Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta' spirti alkoħoliċi (ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).

(10)  Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3).

(11)  Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f’ċerti inbejjed, ir-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ inbejjed u r-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat (ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE tat-30 ta' Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1).

(15)  Id-Deċiżjoni 2006/580/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2006 dwar l-Iffirmar u l-Konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u Affarijiet marbuta mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra - il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, tax-xorb alkoħoliku u tal-inbejjed aromatizzati (ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni 2007/855/KE tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnija u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10). – Il-Protokoll 6.

(18)  Id-Deċiżjoni 2010/36/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/7/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 10, 15.1.2013, p. 3).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/164/UE tal-14 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 30.3.2012, p. 1).

(21)  Lista mogħtija mill-awtoritajiet Ġappuniżi fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin bħalissa, irreġistrata fil-Ġappun.