24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/4


Avviż tal-Kummissjoni li jemenda l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020

(2015/C 390/05)

Il-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (1) huma emendati kif ġej:

(1)

Fil-punt (6), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (2);

(2)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56.”"

(2)

Fil-punt (7), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Il-PAK tistrieħ fuq żewġ pilastri: l-ewwel wieħed fih strumenti relatati mal-funzjonament tas-swieq agrikoli u mal-katina tal-provvista tal-ikel (ir-Regolament (UE) Nru 228/2013, ir-Regolament (UE) Nru 229/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1144/2014) u mal-pagamenti diretti (ir-Regulation (UE) Nru 1307/2013) bil-kundizzjoni ta’ rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorji, u ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin.”

(3)

Fil-punt (14), l-aħħar sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Madankollu, hemm diversi derogi mill-prinċipju ġenerali li huma stabbiliti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, l-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.”

(4)

Fil-punt (26), il-ħames u s-sitt sentenza jinbidlu b’dan li ġej:

“Jekk id-diffikultà finanzjarja ta’ impriża attiva fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija jkun ġabha avveniment tar-riskju msemmi fit-Taqsimiet 1.2.1.2, 1.2.1.3, 1.2.1.5, 2.1.3, 2.8.1 jew 2.8.5 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida, tista’ tingħata għajnuna kumpensatorja għal avvenimenti tar-riskju bħal dawn, jew biex jitreġġgħu lura t-telf jew id-dannu kkawżat minnhom, jew jitħallsu l-ispejjeż tal-qerda tal-pesti tal-pjanti, f’ konformità ma’ dawn il-Linji Gwida u xorta waħda tista’ tinstab kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ta’ emerġenza, m’għandha ssir l-ebda distinzjoni, skont ċertu kundizzjonijiet, fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ impriża għal għajnuna għall-qerda u għat-tneħħija ta’ fwata jitqies għandhiex tingħata għajnuna għall-qerda u t-tneħħija ta’ bhejjem mejta fit-Taqsima 1.2.1.4 u għal għajnuna għall-miżuri tal-kontroll u tal-qerda fil-każ ta’ mard tal-annimali msemmija fil-punt (375) tat-Taqsima 1.2.1.3 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida.”.

(5)

Fil-punt (27), l-aħħar sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Dan ma japplikax għall-għajnuna li tikkumpensa għad-danni kkawżati minn diżastri naturali u ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-Trattat.”

(6)

Il-punt (48) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(48)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prinċipju ta’ kontribuzzjoni għall-għanijiet tal-iżvilupp rurali huwa ssodisfat fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna fit-Taqsimiet 1.1.10.3, 1.2, 1.3, 2.8 u 2.9 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida, li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-iżvilupp rurali, peress li l-Kummissjoni kisbet biżżejjed esperjenza fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta’ dawk il-miżuri għall-għanijiet tal-iżvilupp rurali.”

(7)

Fil-punt (52), it-tmien sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Pereżempju, fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna għall-investimenti li huma maħsuba biex iżidu l-produzzjoni, u li jinvolvu żieda fl-użu tar-riżorsi skarsi jew żieda fit-tniġġis, ser ikun meħtieġ li tintwera li l-iskema ma twassalx għal ksur tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ambjentali (3), u l-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba (GAECs) tal-kundizzjonalità skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(3)  Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni: Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7) (‘id-Direttiva dwar l-Għasafar’). Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-l-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7) (‘id-Direttiva dwar il-Ħabitats’) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1) (‘id-Direttiva dwar in-Nitrati’). Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1) (‘id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma’). Id-Direttiva Nru 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19) (‘id-Direttiva dwar l-Ilma taħt l-art’). Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71) (‘id-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi’); Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1); Id-Direttiva Nru 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1) (‘id-Direttiva dwar l-Istima tal-Impatt Ambjentali’); u fejn applikabbli d-Direttiva Nru 2001/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u proġetti dwar l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30) (‘id-Direttiva dwar l-Istima Strateġika tal-Impatt Ambjentali’).”"

(8)

Fil-punt (75):

(a)

il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

għajnuna biex tikkumpensal-ispejjeż għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għat-telf ikkawżat minn dak il-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti skont it-Taqsima 1.2.1.3 tal-Parti II;”

(b)

il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(m)

għajnuna għall-promozzjoni ta’ miżuri skont il-punt (464) (b), (c) u (d);”

(c)

jiżdied il-punt (r) li ġej:

“(r)

għajnuna għall-ispejjeż ta’ trattament u biex jipprevjeni t-tixrid tal-organiżmi ta’ ħsara u l-mard tas-siġar u għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkaġunata minn organiżmi ta’ ħsara u l-mard tas-siġar skont it-Taqsima 2.8.1 tal-Parti II.”

(9)

Fil-punt (93), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-ammont ta’ għajnuna għall-miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet imsemmijin fit-Taqsimiet 1.1.5, 1.1.6, 1.1.7, 1.1.8, 2.2, 2.3, 3.4 u 3.5 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet standard ta’ spejjeż addizzjonali u dħul mitluf.”

(10)

Il-punt (138) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(138)

Meta aktar minn azjenda agrikola waħda tagħmel l-investiment għall-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bil-għan li sservi l-ħtiġijiet tagħha tal-enerġija jew għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti f 'azjendi, il-konsum medju annwali hu ekwivalenti għall-konsum annwali medju tal-benfiċjarji kollha.”

(11)

Il-punt (140) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(140)

L-investimenti fl-installazzjonijiet, li l-għan primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, mhumiex eliġibbli għall-għajnuna sakemm ma jiġix utilizzat perċentwal minimu tal-enerġija tas-sħana prodotta, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.”

(12)

Il-punt (177) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(177)

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu limiti superjuri u inferjuri għal aċċess ta’ għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar fir-rigward ta’ potenzjal tal-produzzjoni tal-impriża agrikola, imkejla b’output standard, kif definit fl-Artikolu 5b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 (4) u l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (5), jew ekwivalenti. Il-livell limitu inferjuri għall-aċċess għal għajnuna tal-bidu għall-bdiewa żgħażagħ irid ikun ogħla mil-livell limitu superjuri għall-aċċess għal għajnuna għall-iżvilupp ta’ farms żgħar.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27)."

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).”"

(13)

Il-punt (230) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(230)

Għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura, l-għajnuna trid tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.”

(14)

Il-punt (255) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(255)

L-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf iridu jiġu kkalkolati b’paragun maż-żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-pagamenti skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”

(15)

Fil-punt 282(b), il-punt (iv) jinbidel b’dan li ġej:

“(iv)

l-iskema ta’ kwalità trid tkun trasparenti u tiżgura t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli;”

(16)

Il-punt (296) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(296)

L-għajnuna msemmija fil-punt 293(a) u (c) u (d)(i) sa (d)(iv) m’għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji u trid titħallas lil min jagħmel l-azzjoni ta’ trasferiment tal-għarfien u tal-informazzjoni. Għajnuna għall-ispejjeż tal-provvista ta’ servizzi ta’ sostituzzjoni msemmija fil-punt (293) (c) tista’, alternattivament, titħallas direttament lill-fornitur tas-servizzi ta’ sostituzzjoni. L-għajnuna msemmija fil-punt (293)(d)(v) trid titħallas direttament lill-benefiċjarji. L-għajnuna għal proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala żgħira, imsemmija fil-punt 293(d)(i) sa (iv), tista’ titħallas direttament lill-benefiċjarji.”

(17)

Il-punt (302) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(302)

Parir jista’ jkopri kwistjonijiet oħra u b’mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilmijiet kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew kwistjonijiet marbutin mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda agrikola, inklużi l-aspetti tal-kompetittività. Dan jista’ jinkludi parir għall-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra, biedja organika u aspetti tas-saħħa tal-kura tal-annimali.”

(18)

Il-punt (310) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(310)

L-għajnuna tkopri l-ispejjeż reali mġarrba għas-sostituzzjoni ta’ bidwi, persuna fiżika li hija membru ta’ unità domestika agrikola, jew ħaddiem fuq farm, matul l-assenza tagħhom mix-xogħol minħabba mard, inkluż mard ta’ wliedhom, btala, liv tal-maternità u tal-ġenituri, lieva obbligatorja jew f’każ ta’ mewt.”

(19)

Il-punt (311) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(311)

It-tul taż-żmien totali tas-sostituzzjoni għandu jkun limitat għal tliet xhur kull sena għal kull benefiċjarju, ħlief fil-każ ta’ sostituzzjoni għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri u s-sostituzzjoni waqt il-lieva obbligatorja. Għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri, it-tul ta’ żmien ta’ sostituzzjoni għandu jkun limitat għal sitt xhur f’kull każ. Madankollu f’ każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza perjodu itwal taż-żmien. Għal lieva obbligatorja, it-tul ta’ sostituzzjoni għandhom ikunu limitati għad-durata tal-perjodu ta’ servizz.”

(20)

Il-punt (334) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(334)

L-iskema ta’ għajnuna trid tiġi stabbilita fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-avveniment, u l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data. Għal diżastru naturali jew okkorrenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni se tawtorizza separatament l-għajnuna nnotifikata li tidderoga minn din ir-regola f’każijiet debitament ġustifikati, pereżempju minħabba n-natura u/jew il-portata ta’ każ jew imdewwem jew in-natura kontinwata tad-dannu.”

(21)

Fil-punt (347), ir-referenza għall-“punt (35). 31” hija sostitwita b’referenza għall-“punt 34 (35)”.

(22)

Fil-punt (374), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ miżuri ta’ prevenzjoni (jiġifieri miżuri dwar mard tal-annimali jew pest tal-pjanti li għadu ma ġarax), l-għajnuna tista’ tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:”

(23)

Fil-punt (375), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ miżuri ta’ kontroll u qerda (jiġifieri miżuri dwar mard tal-annimali li għalihom l-awtorità kompetenti tkun irrikonoxxiet formalment tifqigħa, jew pesti tal-pjanti li għalihom l-awtorità kompetenti tkun irrikonoxxiet formalment il-preżenza tagħhom), l-għajnuna tista’ tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:”

(24)

Fil-punt (454), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-attività ta’ promozzjoni jistgħu jiġu implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi.”

(25)

Il-punt (456) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(456)

Il-kampanja ta’ promozzjoni trid tkun konformi mar- Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u, fejn xieraq, mar-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).”"

(26)

Il-punt (465) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(465)

L-attivitajiet ta’ promozzjoni msemmija fil-punt 464(c) u l-kampanji ta’ promozzjoni li jissemmew fil-punt 464(d), u b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ promozzjoni li huma ġeneriċi fin-natura tagħhom u għall-ġid tal-prodotturi kollha tat-tip ta’ prodott ikkonċernat, ma għandhomx isemmu xi impriża, marka kummerċjali jew oriġini partikolari. Il-kampanji ta’ promozzjoni, imsemmija fil-punt (464)(d) ma għandhomx ikunu assenjati għal prodotti ta’ kumpanija partikolari waħda jew aktar. Il-Kummissjoni mhijiex ser tiddikjara bħala kompatibbli għajnuna mill-Istat għal promozzjoni li tirriskja li tipperikola l-bejgħ prodotti minn Stati Membri oħrajn jew tikkritikahom.”

(27)

Fil-punt (466)(b), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Ir-referenza għall-oriġini m’għandhomx ikunu diskriminatorji, m’għandhomx l-għan li jinkoraġġixxu l-konsum ta’ prodott minħabba l-unika raġjuni tal-oriġini tiegħu, għandhom jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u ma għandhomx iwasslu għal restrizzjoni tal-moviment liberu ta’ prodotti agrikoli bi ksur tal-Artikolu 34 tat-Trattat.”

(28)

Il-punt (468) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(468)

l-intensità tal-għajnuna għall-kampanji ta’ promozzjoni li jiffukaw fuq prodotti koperti mill-iskemi tal-kwalità, kif jissemma fil-punt (464) (d) flimkien mal-punt (455), ma tistax taqbeż il- 50 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-kampanja jew 80 % fir-rigward ta’ promozzjoni f’pajjiżi terzi. Jekk is-settur jikkontribwixxi tal-anqas 50 % tal-ispejjeż, tkun xi tkun il-forma tal-kontribuzzjoni, pereżempju taxxi speċjali, l-intensità tal-għajnuna tista’ tasal sa 100 % (7).

(7)  Il-Kawża C-482/09 Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2012:496.”"

(29)

It-titlu tal-punt (469) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”

(30)

Il-punt (470) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(470)

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra pagamenti nazzjonali mogħtija mill-Istati Membri għal miżuri ta’ promozzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jekk tikkonforma mal-prinċipji komuni tal-valutazzjoni ta’ dawn il-linji gwida u mar-regoli dwar l-għajnuna għall-promozzjoni ta’ miżuri stabbiliti f’din it-Taqsima, b’mod partikolari l-punti (453), it-tieni sentenza, sa (469).”

(31)

Il-punt (482) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(482)

L-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà fis-settur agrikolu se tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (8).

(8)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.”"

(32)

Il-punt (483) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(483)

Madankollu, fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, minflok il-perjodu ta’ 10 snin stipulat f’Taqsima 3.6.1, il-punt (71) tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà, se japplika perjodu ta’ ħames snin.”

(33)

Il-punt (535) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(535)

L-investimenti fl-installazzjonijiet, li l-għan primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, mhumiex eliġibbli għall-għajnuna sakemm ma jiġix utilizzat perċentwal minimu tal-enerġija tas-sħana prodotta, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.”

(34)

Il-punt (537) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(537)

Tista’ tingħata għajnuna lill-proprjetarji ta’ foresti privati, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u lill-SMEs. Fit-territoriji tal-Ażori, ta’ Madeira, il-gżejjer Kanarji, il-gżejjer minuri tal-Eġew fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 u d-dipartimenti tal-għajnuna barranin Franċiżi. Tista’ tingħata wkoll għajnuna lil impriżi li mhumiex SMEs.”

(35)

Il-punt (584) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(584)

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż ta’ kiri ta’ bini xieraq, ix-xiri ta’ tagħmir tal-uffiċċju, inkluż ħardwer u softwer tal-kompjuter, l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv, l-ispejjeż ġenerali u t-tariffi legali u amministrattivi. Fejn jinxtara bini, l-ispejjeż eliġibbli għal bini jridu jkunu limitati għal spejjeż ta’ kera b’rati tas-suq. L-għajnuna ma tistax titħallas fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba wara l-ħames sena wara r-rikonoxximent tal-grupp jew l-organizzazzjoni ta’ produtturi mill-awtorità kompetenti abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu.”

(36)

Il-punt (585) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(585)

Għajnuna li tingħata bħala parti minn programm tal-iżvilupp rurali jew bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżura ta’ żvilupp rurali għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-produzzjoni kkumerċjalizzata medja tal-grupp jew tal-organizzazzjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ dejta dwar il-produzzjoni kkumerċjalizzata ta’ grupp jew organizzazzjoni, l-appoġġ fl-ewwel sena għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-produzzjoni kkumerċjalizzata medja tal-membri tal-membri tal-grupp jew l-organizzazzjoni fuq l-aħħar ħames snin qabel ir-rikonoxximent, eskluż l-ogħla valur u dak l-aktar baxx. L-għajnuna trid titħallas bħala għajnuna b’rata fissa f’pagamenti annwali għal mhux aktar min ħames snin wara d-data li fiha l-grupp jew l-organizzazzjoni tal-produtturi ġew uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu, u għandha tkun degressiva.”

(37)

Il-punt (586) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(586)

Meta l-għajnuna titħallas f’pagamenti annwali, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-aħħar pagament biss wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju.”

(38)

Il-punt (587) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(587)

L-intensità tal-għajnuna trid tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli speċifikati fil-punt (584).”

(39)

Il-punt (588) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(588)

L-ammont totali tal-għajnuna jrid ikun limitat għal EUR 500 000.”

(40)

Il-punt (594) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(594)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għat-tħawwil, l-irmondar, iż-żbir u l-qtugħ totali ta’ siġar u veġetazzjoni oħra f’foresti eżistenti, it-tneħħija ta’ siġar li waqgħu, u l-ispejjeż tal-ippjanar ta’ tali miżuri, għajuna għall-ispejjeż għat-trattament u l-prevenzjoni tat-tifrix tal-pesti u l-mard tas-siġar u biex tagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkawżati mill-pesti u l-mard tas-siġar kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jekk l-għajnuna tikkonforma mal-prinċipji komuni ta’ valutazzjoni u d-dispożizzjonijiet komuni applikabbli għat-Taqsima 2.8 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida, u fejn l-għan primarju tat-tali miżuri huwa li jikkontribwixxu għaż-żamma jew l-irkupru tal-ekosistema u l-bijodiversità ta’ foresta jew il-pajsaġġ tradizzjonali.”

(41)

Jiddaħħal dan il-punt (594 a):

“(594a)

Għajnuna għall-ispejjeż ta’ trattament u biex jipprevjeni t-tixrid tal-organiżmi ta’ ħsara u l-mard tas-siġar u għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkaġunata minn organiżmi ta’ ħsara u l-mard tas-siġar jistgħu jingħataw għall-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

miżuri preventivi u miżuri tat-trattament, inklużi t-tħejjija tal-ħamrija għat-tħawwil mill-ġdid u l-prodotti, l-apparati u l-materjali meħtieġa għal dawn il-miżuri. Metodi bijoloġiċi, fiżiċi u mekkaniċi mhux kimiċi oħrajn ta’ prevenzjoni u trattament għandhom ikunu ppreferuti fuq metodi kimiċi, sakemm ma jkunx jista’ jintwera li dawn il-metodi mhumiex biżżejjed biex jipprovdu kontroll sodisfaċenti l-marda jew l-organiżmu ta’ ħsara in kwistjoni (9);

(b)

telf tal-istokk u għall-ispejjeż ta’ stokkjar mill-ġdid sal-valur tas-suq tal-istokk meqrud fuq ordni mill-awtoritajiet biex jiġġieldu l-marda jew pesti inkwistjoni. Meta jiġi kkalkolat it-telf tal-inkrement, l-inkrement potenzjali tal-istokk meqrud sal-età normali tal-qtugħ jista’ jitqies.

(9)  Dan l-approċċ huwa meħtieġ skont il-prinċipji ta’ ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara fid-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi.”"

(42)

Il-punt (619) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(619)

L-għajnuna trid tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza, kif stipulat fil-punti (288), (289), u (303) sa (306)). Il-fornitur tas-servizz għandu jkun il-korp li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti.”

(43)

Fil-punt (635), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-ispejjeż eliġibbli għall-miżuri ta’ għajnuna għall-investiment fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 3, tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida jridu jkunu limitati għall-ispejjeż li ġejjin:”

(44)

Fil-punt (638), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-intensità tal-għajnuna m’għandhiex taqbeż:”

(45)

Fil-punt (638), ir-referenza għall-“punt (35)” hija sostitwita b’referenza għall-“punt 31 (35)”.

(46)

Il-punt 686(b)(iv) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(iv)

l-iskema ta’ kwalità trid tkun trasparenti u tiżgura t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli;”

(47)

Il-punt (722) huwa mħassar.


(1)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1.