52013SC0013

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja /* SWD/2013/013 final */


DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Li jakkumpanja d-dokument

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

DĠ ewlieni: MOVE

1.           Definizzjoni tal-problema

Iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, kif definita fil-White Paper tal-2011 dwar il-politika tat-trasport, għandha l-għan li toħloq suq ferrovjarju intern fejn l-impriżi ferrovjarji (RUs) Ewropej ikunu jistgħu jipprovdu servizzi mingħajr ostakoli tekniċi u amministrattivi mhux meħtieġa. Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti, xorta għad hemm problemi ta’ effiċjenza u ta’ kompetizzjoni.

L-infrastruttura tal-ferroviji hija s-sinsla u l-ixprunatur għas-suq intern, iżda hija wkoll monopolju fiha nnifisha minħabba l-ispejjeż għoljin tagħha. Meta wieħed iqis il-pressjoni dejjem tikber fuq il-finanzi pubbliċi, it-titjib fl-effiċjenza huwa aktar kruċjali minn qatt qabel sabiex jiġi żgurat li l-infrastruttura kondiviża titmexxa u tintuża bl-aħjar mod minn RUs differenti. Sabiex ikun jista’ jinkiseb tkabbir sostenibbli, jeħtieġ li jiġu indirizzati l-ostakoli għad-dħul fis-settur ferrovjarju.

It-tisħiħ tas-suq uniku permezz tal-aħjar użu tal-governanza tal-ġestjoni tal-infrastruttura, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li l-amministatur infrastrutturali (a) iwettaq sett konsistenti ta’ funzjonijiet ikkoordinati mal-kontropartijiet tal-UE fuq kwistjonijiet transkonfinali, u jirreaġixxi għall-ħtiġijiet tal-impriżi ferrovjarji ("sfida ta’ effiċjenza"); u (b) jippermetti li jkun hemm aċċess mhux diskriminatorju u effettiv għall-infrastruttura ("sfida ta’ aċċess ugwali"); huwa mod li jgħin biex jinkiseb tali tkabbir sostenibbli.

L-ewwel nett, tirriżulta sfida ta’ effiċjenza minħabba li l-governanza attwali ma tipprovdix biżżejjed inċentivi u mezzi għall-amministraturi infrastrutturali (IMs) sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq tas-servizzi tat-trasport u sabiex jikkontribwixxu għall-ottimizzazzjoni tar-rendiment tas-settur b’mod ġenerali. Filwaqt li r-Riformulazzjoni tal-Ewwel Pakkett Ferrovjarju introduċiet l-obbligu li l-IMs jikkonsultaw mal-utenti, u tipprevedi l-użu ta’ skemi u miri tal-prestazzjoni, dawn ma jippermettux djalogu strutturat u kontinwu mal-utenti. Barra minn hekk, id-distribuzzjoni ta’ funzjonijiet differenti ta’ amministrazzjoni tal-infrastruttura fost il-parteċipanti differenti tas-suq tista’ twassal għal inkonsistenzi fl-amministrazzjoni tal-infrastruttura u żżid l-ispejjeż tal-koordinazzjoni. Fl-aħħar nett, kundizzjoni importanti għat-tlestija taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea hija li jittejjeb il-funzjonament tal-kooperazzjoni transfruntiera tal-IMs.

It-tieni nett, il-kunflitti ta’ interess f’impriżi ferrovjarji integrati b’mod vertikali naturalment iwasslu għal prattiki protezzjonisti tal-operaturi stabbiliti responsabbli li jxekklu l-kompetizzjoni fis-servizzi ferrovjarji għall-applikanti l-oħrajn kollha, u b’hekk jirriżultaw fi "sfida ta’ aċċess ugwali". L-esperjenza matul l-aħħar għaxar snin uriet li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ separazzjoni attwali ma evitatx għalkollox il-kunflitt ta’ interessa u l-prattiki diskriminatorji fir-rigward tal-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja u servizzi rrelatati. Barra minn hekk, il-qafas legali eżistenti wera li ma kienx suffiċjenti għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tas-sussidjar trażversali bejn l-IMs u l-operaturi stabbiliti. Lanqas is-setgħat imsaħħa tar-regolaturi skont ir-Riformulazzjoni ma jistgħu jipprevjenu dan, billi r-riskju huwa inerenti fl-istruttura eżistenti.

Il-problemi deskritti hawn fuq u l-miżuri li għandhom jiġu proposti sabiex jindirizzawhom se jolqtu għadd kbir ta’ parteċipanti fis-suq ferrovjarju, inklużi awtoritajiet nazzjonali, IMs, Rus, u indirettament anki l-passiġġieri u l-utenti tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija.

2.           Sussidjarjetà

L-Artikoli 58, 90 u 100 tat-Trattat estendew għall-ferrovija l-għanijiet ta' suq intern reali fil-kuntest ta' Politika Komuni tat-Trasport tal-UE.

L-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri weħidhom ma jistgħux jiżguraw il-koerenza tas-suq ferrovjarju tal-UE u jindirizzaw l-interpretazzjoni diverġenti tal-leġiżlazzjoni, billi l-persistenza tar-regoli nazzjonali u l-funzjonament subottimali tal-istituzzjonijiet nazzjonali, li jaġixxu bħala ostakoli għas-suq intern, huma fil-fatt il-qalba tal-problema. Azzjoni fil-livell tal-UE timmira li tiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-acquis ferrovjarju tal-UE, li għandha twassal għall-ħolqien taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea mingħajr ostakoli amministrattivi u tekniċi bla bżonn.

3.           Għanijiet

Għan ġenerali: Li tkompli tissaħħaħ il-governanza tal-infrastruttura tal-ferroviji, u b’hekk tittejjeb il-kompetittività tas-settur tat-trasport bil-ferrovija fir-rigward ta’ modi oħrajn ta’ trasport u tkompli tiġi żviluppata ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

Għanijiet speċifiċi:

Sfida ta’ ġestjoni effiċjenti:

1.           Li tittejjeb l-abbiltà tal-IM biex tamministra l-infrastruttura b’mod effiċjenti favur l-utenti

Sfida ta’ aċċess ugwali:

2.           Li jiġu eliminati l-kunflitti ta’ interess u t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fl-aċċess għall-infrastruttura

Għanijiet operattivi:

Sfida ta’ ġestjoni effiċjenti:

1.           Li jiġu żgurati koordinazzjoni u allinjament aħjar bejn l-IMs u l-operaturi ferrovjarji

2.           Li tiġi żgurata l-koerenza fil-ġestjoni tal-funzjonijiet differenti tal-IM

3.           Li jiġi żgurat li d-dimensjoni transfruntiera u pan-Ewropea tal-infrastruttura ferrovjarja tiġi indirizzata b’mod adegwat

Sfida ta’ aċċess ugwali:

4.           Li l-ambitu ta’ "funzjonijiet essenzjali" jiġi estiż għall-attivitajiet kollha tal-IM li huma sorsi potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess u ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni

5.           Li jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardja xierqa li jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess u t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni għall-"funzjonijiet essenzjali" kollha tal-IMs

Figura 1 – Immappjar bejn il-kaġunijiet ewlenin tal-problemi, il-kawżi ewlenin u l-għanijiet

4.           Għażliet ta’ politika

Sabiex jiġu indirizzati ż-żewġ sfidi tal-effiċjenza u tal-aċċess ugwali bil-għan li tinstab struttura ta’ governanza ottimali, ġew eżaminati ħames gruppi ta’ għażliet, b'kull wieħed minnhom jipproponi miżuri biex jiġu rrimedjati l-elementi differenti tal-problemi, bħall-koordinazzjoni tas-suq, il-konsistenza tal-operazzjoni, l-interfaċċji transfruntieri, il-kunflitti ta’ interess u l-aċċess ugwali. Għal kull grupp ġew żviluppati bejn żewġ sa erba’ għażliet, minbarra l-għażliet tax-xenarju bażi. Teorikament, it-taħlita ta’ dawn l-għażliet kollha toħloq 576 xenarju. Bil-għan li titnaqqas il-kumplessità, għal kull sett ta’ miżuri, il-kontroll preventiv kien imsejjes fuq l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, il-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, l-effikaċja f’termini tal-għanijiet ta’ politika, u l-fattibbiltà ġenerali. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-11-il għażla li nżammu, inklużi l-5 xenarji ta’ referenza tad-19-il għażla li ġew evalwati.

Element tal-problema || Kategorija rispettiva ta' għażliet || Għażliet ta’ politika kkunsidrati || Miżmuma

Orjentazzjoni insuffiċjenti tal-IMs fis-suq || Għażliet C: Koordinazzjoni bejn l-IM u l-RUs || Għażla C0: Xenarju bażi – titjib kif previst mir-Riformulazzjoni || √

Għażla C1: Parteċipazzjoni tal-RUs fil-bord tal-IMs ||

Għażla C2: Korpi ta’ koordinazzjoni tal-IMs-RUs || √

Għażla C3: Allinjament permezz ta’ inċentivi finanzjarji ġodda ||

Funzjonijiet tal-IM ġestiti b’mod inkonsistenti || Għażliet F: Ġestjoni konsistenti tal-funzjonijiet ewlenin || Għażla F0: Xenarju bażi – il-kontenut tal-funzjonijiet essenzjali eżistenti huwa kkjarifikat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja || √

Għażla F1: Mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni ġdid bejn l-entitajiet varji inkarigati mill-funzjonijiet tal-IM ||

Għażla F2: IMs unifikati (il-funzjonijiet kollha tal-IM taħt ir-responsabbiltajiet tal-IM) || √

Kooperazzjoni transkonfinali insuffiċjenti bejn l-IM || Għażliet CB: Ġestjoni transkonfinali tal-IM || Għażla CB0: Xenarju bażi – l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE eżistenti (ir-Riformulazzjoni, regolazzjoni tal-kurituri għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, eċċ.) || √

Għażla CB1: Stabbiliment ta’ netwerk komunitarju ta’ IMs || √

Għażla CB2: Ħolqien ta’ struttura tal-UE li tintegra l-IMs nazzjonali ||

Jeħtieġ li jiġi żgurat aċċess ugwali għall-funzjonijiet ewlenin kollha || Għażliet SF: Funzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ separazzjoni || SF0: Xenarju bażi – rekwiżiti ta’ separazzjoni li japplikaw biss għall-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji u l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-aċċess għall-binarji tal-ferrovija || √

Għażla SF1: Il-funzjonijiet essenzjali attwali + il-ġestjoni tat-traffiku separati ||

Għażla SF2: Il-funzjonijiet essenzjali attwali + il-ġestjoni tat-traffiku + il-manutenzjoni separati ||

Għażla SF3: Il-funzjonijiet kollha tal-IM ġew separati || √

Kunflitti ta’ interessi fil-ġestjoni tal-funzjonijiet tal-IM || Għażliet S: Mod ta’ separazzjoni tal-IMs mill-RUs || Għażla S0: Xenarju bażi – ir-rekwiżiti ta’ separazzjoni eżistenti għall-funzjonijiet essenzjali kif interpretati fis-sentenza li ġejja tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja || √

Għażla S1: Kompetenzi addizzjonali għall-korpi regolatorji ||

Għażla S2: Kjarifika fil-liġi tal-UE tal-implikazzjonijiet konkreti tal-obbligi ta’ separazzjoni eżistenti || √

Għażla S3: Separazzjoni istituzzjonali || √

Għażla S4: Uffiċjal tal-konformità fi strutturi integrati ||

Wara l-eżami analitiku, inżammu biss ix-xenarji u l-għażliet li ġejjin:

Kategorija ta’ għażliet || Xenarju bażi || Xenarju 1 || Xenarju 2 || Xenarju 3

Koordinazzjoni bejn l-IM u l-RUs || Għażla C0: Titjib kif previst mir-Riformulazzjoni || Għażla C2: Korpi ta’ koordinazzjoni || Għażla C2: Korpi ta’ koordinazzjoni || Għażla C2: Korpi ta’ koordinazzjoni

Ġestjoni konsistenti tal-funzjonijiet ewlenin || Għażla F0: Il-funzjonijiet essenzjali eżistenti huma ċċarati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, iżda l-ambitu jibqa’ limitat || Għażla F2: IMs unifikati || Għażla F2: IMs unifikati || Għażla F2: IMs unifikati

Ġestjoni transfruntiera tal-IM || Għażla SC0: L-implimentazzjoni tal-liġi eżistenti tal-UE – ir-Riformulazzjoni, regolazzjoni tal-kurituri għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija || Għażla CB1: Stabbiliment ta’ netwerk ta’ IMs tal-UE || Għażla CB1: Stabbiliment ta’ netwerk ta’ IMs tal-UE || Għażla CB1: Stabbiliment ta’ netwerk ta’ IMs tal-UE

Funzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ separazzjoni || Għażla SF0: Separazzjoni biss tal-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji u l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-aċċess għall-binarji tal-ferrovija || Għażla SF3: Il-funzjonijiet kollha tal-IM isseparati || Għażla SF3: Il-funzjonijiet kollha tal-IM isseparati || Għażla SF3: Il-funzjonijiet kollha tal-IM isseparati

Mod ta’ separazzjoni || Għażla S0: Rekwiżiti eżistenti ta’ separazzjoni || Għażla S0: Rekwiżiti eżistenti ta’ separazzjoni || Għażla S2: Kjarifika fil-liġi tal-UE tal-implikazzjonijiet konkreti tal-obbligi ta’ separazzjoni eżistenti || Għażla S3: Separazzjoni istituzzjonali

5.           Valutazzjoni tal-impatti

Saret valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi ewlenin tax-xenarji, imnissla mill-impatt tagħhom fuq is-settur ferrovjarju. Ir-rapport jiffoka fuq l-impatti diretti fuq is-settur ferrovjarju f’termini tal-ispejjeż tal-infurzar, l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, l-ispejjeż regolatorji, l-ispejjeż ta’ prattiki diskriminatorji, l-impatt tas-sussidjar trażversali, iżda wkoll l-impatti tas-separazzjoni fuq l-effiċjenza tal-użu tal-infrastruttura (inkluża l-valutazzjoni tal-ispejjeż ta’ allinjament ħażin). Barra minn hekk, qiegħda tiġi ppreżentata wkoll valutazzjoni tal-impatti indotti tal-inizjattiva, bħal-livell ta’ kompetizzjoni, il-livell ta’ attività, l-investimenti, il-kwalità tas-servizzi, is-sikurezza u l-impatti tal-SMEs. Il-valutazzjoni tikkunsidra wkoll l-impatti indiretti usa’ fuq is-sistema Ewropea tat-trasport u fuq l-ekonomija. L-analiżi hija derivata l-aktar minn valutazzjoni kwalitattiva tal-għażliet politiċi bl-appoġġ, fejn possibbli, minn elementi kwantitattivi.

Barra minn hekk, ġiet ikkunsidrata valutazzjoni fuq impatti ambjentali bħat-tibdil fil-klima, it-tniġġis u l-istorbju, kif ukoll valutazzjoni fuq impatti soċjali, bħall-impatti fuq il-livelli tal-impjiegi, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-pagi.

Valutazzjoni tal-impatti diretti

Impatti mqabbla max-xenarju bażi || Xenarju 1 (miżuri ta' effiċjenza biss) || Xenarju 2 (effiċjenza u infurzar tas-separazzjoni) || Xenarju 3 (effiċjenza u separazzjoni istituzzjonali)

Spejjeż tal-infurzar (ta’ darba) || 0/– || – – Livell potenzjali tal-kostijiet EUR 0.17 biljun || – Livell potenzjali tal-kostijiet EUR 0.24 biljun

Kostijiet limitati marbutin mal-istabbiliment ta’ korpi ta’ koordinazzjoni f'ħafna SM u unifikazzjoni ta’ funzjonijiet tal-IMs f'ċerti SM. || Marbut mal-kostijiet tar-riorganizzazzjoni interna meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ "ħitan Ċiniżi". Jolqot lill-SM bi strutturi integrati jew azzjonarji. || ~0.9 % tal-kostijiet operattivi annwali. Jolqot lill-SM bi strutturi integrati jew azzjonarji.

Spejjeż ta’ tranżazzjoni || + || – Firxa potenzjali tal-kostijiet bejn EUR 0.05 biljun u EUR 0.16 biljun fis-sena || – – Firxa potenzjali tal-kostijiet bejn EUR 0.05 biljun u EUR 0.16 biljun fis-sena

Ċertu titjib bis-saħħa ta’ koordinazzjoni aħjar. Jolqiot lill-SM kollha. || Mill-inqas 0.15 % tal-kostijiet operattivi. Jolqot lill-SM bi strutturi integrati jew azzjonarji. || ~0.3 % tal-kostijiet operattivi. Jolqot lill-SM bi strutturi integrati jew azzjonarji.

Spejjeż regolatorji || 0 || 0 || +

Mhux mistenni li l-kostijiet tal-infurzar regolatorju skont ix-Xenarju 1 ikunu inqas minn dawk li jinqalgħu fix-Xenarju bażi. || Mhux mistenni li l-kostijiet tal-infurzar regolatorju skont ix-Xenarju 2 ikunu inqas minn dawk li jinqalgħu fix-Xenarju bażi. || Il-kostijiet regolatorji għal kull kilometru tal-ferroviji jistgħu jonqsu b'massimu ta’ 75 % b'riżultat tas-separazzjoni istituzzjonali. Jolqot lill-SM bi strutturi integrati jew azzjonarji.

Spejjeż u benefiċċji oħrajn, marbuta ma’:

Diskriminazzjoni || 0 || 0/+ || ++

L-ebda impatt || L-ambitu tas-sorveljanza tal-kopri regolatorji jitwessa', iżda tibqa' fil-biċċa l-kbira tagħha reattiva, u b'hekk tevita biss parzjalment id-diskriminazzjoni marbuta mal-kostijiet ta’ opportunità. || Separazzjoni istituzzjonali sħiħa kieku tneħħi l-opportunità u l-motivazzjoni għad-diskriminazzjoni.

Sussidjar trażversali || 0 || 0/+ || ++

L-ebda impatt || Kwistjonijiet ta’ trasparenza u riskji ta’ sussidjar trażversali jibqgħu fi strutturi integrati u azzjonarji, anki jekk ikunu implimentati r-rekwiżiti tas-separazzjoni tal-kontijiet. || Separazzjoni istituzzjonali sħiħa kieku tipprovdi t-trasparenza meħtieġa, u tneħħi l-opportunità għas-sussidjar trażversali.

Effiċjenza || + || + || ++

Iż-żieda tal-pressjoni kompetittiva u l-ispeċjalizzazzjoni tal-atturi tas-suq ikollhom effett pożittiv addizjonali fuq il-produttività u l-effiċjenza tagħhom. Fl-istess ħin, kif spjegat fid-dettall fl-Anness V, hemm riskji ta’ telf ta’ sinerġiji u ekonomiji ta’ skala, li jistgħu jinqalgħu f'każijiet ta’ separazzjoni bejn l-IMs u RU dominanti. Madankollu, dan huwa interenti sabiex jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha. Dawn ir-riskji jittaffew mill-koordinazzjoni msaħħa bejn l-IMs u l-utenti tal-infrastruttura, kif ukoll mill-implimentazzjoni sħiħa tal-inċentivi finanzjarji previsti mir-Riformulazzjoni (il-modulazzjoni tat-tariffi, skema ta’ inċentivi, u reġim ta’ prestazzjoni). Tali miżuri se jiżguraw l-allinjament adegwat tal-istrateġiji u l-investimenti, u dan għandu jwassal essenzjalment għal kisbiet fl-effiċjenza fit-tul.

Valutazzjoni tal-impatti indotti u indiretti

Impatti mqabbla max-Xenarju bażi || Għażla 1 || Għażla 2 || Għażla 3

Impatti ekonomiċi || || ||

- Impatt fuq in-negozju ferrovjarju

Il-livell ta’ kompetizzjoni || + || ++ || +++

Il-livell ta’ attività tal-operaturi ferrovjarji || + || ++ || +++

Il-livell ta’ investiment || + || ++ || ++

Il-livell ta’ kwalità u puntwalità tas-servizzi || 0/+ || + || ++

Il-livell ta’ sikurezza ferrovjarja || 0 || 0 || 0

Impatt fuq l-SMEs || 0 || + || ++

- Impatt fuq is-settur tat-trasport

Bidla modali || 0/+ || + || +

Effiċjenza tas-sistema tat-trasport (il-konġestjoni u l-ħinijiet tal-ivvjaġġar) || + || + || ++

Ekonomija Ewropea || + || + || +

- Impatt fuq l-ekonomija Ewropea || + || + || +

Impatti ambjentali || || ||

It-tibdil fil-klima || 0/+ || + || +

It-tniġġis || 0/+ || + || +

L-istorbju ferrovjarju || 0/+ || 0/+ || 0/+

Impatti soċjali || || ||

L-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur ferrovjarju || + || + || ++

Is-sigurtà tat-trasport || 0/+ || 0/+ || 0/+

6.           Tqabbil tal-għażliet

Meta jitqiesu l-impatti kollha, ix-xenarju 3 jista' jiġi kkunsidrat l-aktar wieħed ta’ benefiċċju, fejn jinħoloq il-korp ta’ koordinazzjoni tal-utenti tal-IM, jiġu unifikati l-funzjonijiet, jinħoloq netwerk komunitarju ta’ IMs, u l-funzjonijiet kollha tal-IMs isiru soġġetti għal rekwiżiti ta’ separazzjoni istituzzjonali.

Barra minn hekk, dan ix-xenarju huwa l-aktar wieħed li jissodisfa l-għanijiet ġenerali, speċifiċi u operattivi, billi jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni u l-effiċjenza fis-sistema ferrovjarja. Jiffaċilita t-tkabbir ekonomiku, itejjeb l-utilizzazzjoni tal-kapaċità u l-prestazzjoni tal-infrastruttura, filwaqt li jnaqqas l-ostakoli u x-xkiel għad-dħul permezz tal-eliminazzjoni tal-kunflitti ta’ interess. Jiżgura wkoll it-trasparenza finanzjarja u jnaqqas l-ispiża tar-regolazzjoni bi spejjeż ta’ infurzar limitati.

Ir-riżultati kumplessivi tat-tqabbil tax-xenarji huma stipulati fit-tabella ta’ hawn taħt.

|| Effikaċja || || Effiċjenza || Koerenza || Motivazzjoni

SO1: Li tittejjeb l-abbiltà tal-IM sabiex jiġġestixxu l-infrastruttura || SO2: Li tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fl-aċċess għall-infrastruttura || L-effiċjenza operattiva tal-IM || Spejjeż tal-infurzar || Spejjeż regolatorji || Spejjeż ta’ tranżazzjoni || Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjiegi || Sostenibilità ambjentali ||

|| 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || Xenarju 0

Xenarju 1 || ++ || +/0 || + || 0/- || 0 || + || + || 0/+ || Ix-Xenarju 1 mistenni li diġà jkollu impatt pożittiv sostanzjali fuq l-effiċjenza tal-IM. Madankollu, f’termini ta’ tnaqqis tal-kunflitti ta’ interess, ikollu biss impatt limitat li jirriżulta mill-estensjoni tar-rekwiżit ta’ indipendenza eżistenti għall-funzjonijiet kollha tal-IM. Filwaqt li l-ispejjeż tat-tranżazzjoni eżistenti jintlaqtu b’mod pożittiv iżda limitat permezz ta’ allinjament aħjar bejn l-IM u l-RUs, l-ispejjeż regolatorji u l-ispejjeż tal-infurzar żdiedu b’mod moderat billi l-miżuri ta’ effiċjenza jimplikaw piż amministrattiv limitat. L-impatti soċjali u ambjentali huma moderati iżda pożittivi.

Xenarju 2 || ++ || ++ || ++ || -- || 0 || - || + || + || Ix-xenarju 2 ikollu l-istess impatt pożittiv bħax-xenarju 1 fuq il-kapaċità tal-IM li jamministra l-infrastruttura. Madankollu, l-effiċjenza operattiva tiegħu tkompli titjieb bi pressjoni kompetittiva dejjem tiżdied fuq l-RUs. Ix-Xenarju 2 ineħħi l-kunflitti ta’ interess fl-aċċess għall-infrastruttura iżda ma jiżgurax trasparenza finanzjarja ottima, u lanqas ma jiżgura n-nuqqas ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni. L-ispejjeż tat-tranżazzjoni jiżdiedu bin-numru ta’ parteċipanti ġodda u t-tkabbir fit-traffiku. L-ispejjeż tal-infurzar u l-ispejjeż regolatorji huma ogħla minħabba l-implimentazzjoni ta’ ostakoli għall-informazzjoni u n-nuqqas ta’ trasparenza finanzjarja, rispettivament. L-impatti soċjali u ambjentali huma moderati iżda pożittivi.

Xenarju 3 || ++ || +++ || ++ || - || + || -- || ++ || + || Ix-xenarju 3 ikompli jtejjeb il-kapaċità tal-IM li jamministra l-infrastruttura grazzi għall-benefiċċji ta’ speċjalizzazzjoni fuq is-separazzjoni istituzzjonali. Bi trasparenza finanzjarja sħiħa, jelimina kompletament ir-riskji ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni bi spiża regolatorja u ta’ infurzar relattivament baxxa. L-ispejjeż tat-tranżazzjoni jkomplu jiżdiedu minkejja l-effett ta’ mitigazzjoni ta’ allinjament aħjar bejn l-IM u l-RUs. It-tkabbir fit-traffiku u l-effiċjenza jiġġeneraw l-aktar impatti soċjali u ambjentali pożittivi.

7.           Sommarju tar-riżultati tal-inizjattivi tar-raba’ pakkett ferrovjarju

L-għan aħħari tas-separazzjoni huwa li jinħoloq settur ferrovjarju aktar kompetittiv u effiċjenti, u b’hekk tiġi mħeġġa offerta ta’ servizz aħjar, filwaqt li jittejjeb l-użu tal-fondi pubbliċi mogħtija permezz ta’ sussidji fis-settur ferrovjarju. It-tabella ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor il-benefiċċji finanzjarji għal:

6.           l-inizjattiva ta’ separazzjoni biss (kolonna 1)

7.           il-ftuħ tas-suq domestiku għall-passiġġieri għal żewġ xenarji biss:

Ix-Xenarju 1 għall-Ftuħ tas-Suq – Enfasi fuq l-iffrankar (kolonna 2) – F’dan ix-xenarju huwa preżunt li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq l-iffrankar tal-ispejjeż, billi jieħdu t-tnaqqis kollu fl-ispejjeż tal-offerti tal-PSC bħala ffrankar ta’ flus u ma jerġgħux jinvestuhom fi trasport ferrovjarju ta’ kwalità jew kapaċità ogħla.

Ix-Xenarju 2 għall-Ftuħ tas-Suq – Investiment mill-ġdid (kolonna 3) – F’dan ix-xenarju huwa preżunt li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jiffukaw fuq l-iffrankar tal-ispejjeż, iżda minflok għandhom “jinvestu mill-ġdid” b’mod impliċitu nofs it-tnaqqis potenzjali mill-ispejjeż tal-offerti tal-PSC billi jispeċifikaw kwalità jew kapaċità ogħla fil-PSCs. F’dak li għandu x’jaqsam mal-impatti monetarji, dan jimplika tnaqqis fl-NPV, filwaqt li l-benefiċċji jidhru f’termini ta’ żieda fil-kilometri tal-passiġġieri.

8.           l-impatti kkombinati taż-żewġ inizjattivi li jisseparaw żewġ xenarji b’eżiti differenti:

Xenarju 1 tal-Impatti Kkombinati – Enfasi fuq l-iffrankar (kolonna 4)

Xenarju 2 tal-Impatti Kkombinati – Enfasi fuq l-investiment mill-ġdid (kolonna 5)

Stimi finanzjarji prinċipali kkombinati tal-impatti tal-ftuħ tas-suq u politiki dwar il-governanza tal-infrastruttura

It-tibdil kollu huma stimi illustrattivi NPVs (biljuni ta’ EUR) sal-2035, imraħħsa b’4 % sal-2019 || Xenarju ta’ separazzjoni 3 || Ftuħ tas-suq: Xenarju 1 – Iffrankar || Ftuħ tas-suq: Xenarju 2 – Investiment mill-ġdid || Impatti kkombinati: Xenarju 1 – Iffrankar || Impatti kkombinati: Xenarju 2 – Investiment mill-ġdid

|| 1 || 2 || 3 || 4 || 5

Spejjeż tat-tranżazzjoni (stima medja) || -1.37 || -0.42 || -0.42 || -1.77 || -1.77

Benefiċċji tas-servizz domestiku* || 5.86 || 29.85 || 21.46 || 43.07 || 33.71

Benefiċċji tas-servizz internazzjonali || 1.07 || || || 1.05 || 0.89

Benefiċċji tat-trasport tal-merkanzija || 1.00 || 1.00 || 1.00

NPV totali || 6.56 || 29.44 || 21.04 || 43.35 || 33.83

Is-separazzjoni istituzzjonali prevista taħt ix-Xenarju 3 hija prekursur importanti għat-twassil tal-benefiċċji sħaħ tal-ftuħ tas-suq, kif implimentata diġà għas-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u għas-suq internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Iż-żewġ inizjattivi flimkien jirriżultaw f'sinerġiji importanti, kif muri fit-tabella ta' hawn taħt.

Impatti kkombinati tal-eżitu tal-ftuħ tas-suq u politiki dwar il-governanza tal-infrastruttura

Il-bidliet kollha huma stimi pprovduti bħala eżempju f'EUR kull sena || Benefiċċji finanzjarji (NPV, f'biljuni ta’ EUR) || Żieda fil-km tal-passiġġieri (f'biljuni) || Żieda fis-sehem mis-suq ta’ parteċipanti ġodda (%)

Xenarju 1 – Enfażi fuq l-iffrankar || || ||

Separazzjoni vertikali biss || 6.56 || 0.8 || 0.5

Ftuħ tas-suq biss || 29.44 || 2.0 || 3.8

Kombinazzjoni tal-ftuħ tas-suq u separazzjoni vertikali || 43.35 || 3.8 || 6.4

Xenarju 2 – Investiment mill-ġdid || || ||

Separazzjoni vertikali biss || 4.42 || 1.1 || 0.5

Ftuħ tas-suq biss || 21.04 || 8.4 || 3.7

Kombinazzjoni tal-ftuħ tas-suq u separazzjoni vertikali || 33.83 || 16.4 || 6.2

L-ewwel xenarju jiffoka biss fuq il-benefiċċji finanzjarji (li jikkonsistu l-aktar minn iffrankar pubbliku), filwaqt li t-tieni xenarju ta’ investiment mill-ġdid jippermetti li jsir provvediment ta’ 16.4 biljun km tal-passiġġieri addizzjonali (żieda ta’ 6 % fil-km tal-passiġġieri fuq l-iżviluppi tax-xenarju ta’ referenza) u jiffaċilita żieda ta’ 6 % fis-sehem mis-suq ta’ parteċipanti ġodda għal 25 %.

8.           Monitoraġġ u evalwazzjoni

Il-Kummissjoni se timmonitorja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-għanijiet speċifiċi ta’ din il-leġiżlazzjoni u l-impatti tagħha permezz ta’ sett ta’ indikaturi fuq bażi kontinwa. Sabiex ma jiżdiedx il-piż fuq il-korpi responsabbli biex jipprovdu d-dejta, dawn l-indikaturi huma allinjati ma’ dawk ipprovduti lill-Kummissjoni bħala parti mil-liġi eżistenti tal-UE permezz tal-Iskema ta’ Monitoraġġ tas-Suq Ferrovjarju (RMMS), il-korpi regolatorji u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

L-indikaturi sejrin jinkludu r-rati ta’ utilizzazzjoni tal-infrastruttura, il-volumi tat-traffiku, in-numru ta’ parteċipanti ġodda, is-sehem mis-suq tal-parteċipanti ġodda u l-ilmenti lir-regolaturi.

Ħafna minn din l-informazzjoni hija diġà disponibbli mill-RMMS eżistenti li tinvolvi l-partijiet interessati kollha rilevanti, filwaqt li r-Riformulazzjoni tipprevedi titjib li jkopri l-impożizzjoni ta’ tariffi tal-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet, l-investimenti fl-infrastruttura tal-ferrovija, l-ipprezzar, il-kwalità tas-servizzi, il-kuntratti ta’ servizz pubbliku, il-ħruġ tal-liċenzji u l-grad ta’ ftuħ tas-suq, l-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri u x-xogħol u l-kundizzjonijiet soċjali relatati.