52013PC0641

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji /* COM/2013/0641 final - 2013/0314 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.        Kuntest ġenerali, raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta

Indiċi huwa kejl, tipikament ta’ prezz jew kwantità, stabbilit minn żmien għal żmien minn sett rappreżentattiv ta’ dejta sottostanti. Meta indiċi jintuża bħala prezz ta’ referenza għal strument finanzjarju jew kuntratt isir parametru referenzjarju. Attwalment jiġu prodotti varjetà wiesgħa ta’ parametri referenzjarji bl-użu ta’ metodoloġiji differenti minn fornituri differenti, li jvarjaw minn entitajiet pubbliċi sa fornituri indipendenti dedikati għall-parametri referenzjarji.

Ir-riżoluzzjonijiet li waslu għalihom diversi awtoritajiet kompetenti ma’ għadd ta’ banek dwar il-manipulazzjoni l-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax LIBOR u EURIBOR enfasizzaw l-importanza tal-parametri referenzjarji u d-dgħufijiet tagħhom. Allegazzjonijiet reċenti ta’ tentattiv ta’ manipulazzjoni fil-valutazzjonijiet tal-prezzijiet tal-kommoditajiet fornuti minn aġenziji ta’ rappurtar tal-prezzijiet tal-kommoditajiet (PRAs) ukoll jinsabu taħt investigazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-IOSCO wettqet analiżi tal-valutazzjonijiet tal-prezz taż-żejt mill-PRAs. L-integrità tal-parametri referenzjarji hija ta' importanza kruċjali għall-ipprezzar ta’ bosta strumenti finanzjarji, bħal swaps tar-rati tal-imgħax u kuntratti kummerċjali u mhux kummerċjali, bħal ipoteki. Jekk parametru referenzjarju jiġi mmanipulat dan jikkawża telf sinifikanti għal xi investituri li jkollhom strumenti finanzjarji li l-valur tagħhom jiġi ddeterminat b’referenza mal-parametru referenzjarju. Meta jintbagħtu sinjali qarrieqa dwar l-istat tas-suq sottostanti tista’ tinħoloq distorsjoni tal-ekonomija reali. B'mod aktar ġenerali, tħassib dwar ir-riskju ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju jhedded il-fiduċja fis-suq. Il-parametri referenzjarji huma suxxettibbli għall-manipulazzjoni meta jkunu jeżistu kunflitti ta’ interess u diskrezzjoni fil-proċess tal-parametru referenzjarju u dawn ma jkunux soġġetti għal governanza u kontrolli adegwati.

L-ewwel parti tar-reazzjoni tal-Kummissjoni għall-allegazzjoni tal-manipulazzjoni tal-LIBOR u l-EURIBOR kienet li temenda l-proposti eżistenti għal Regolament dwar l-abbuż tas-suq (MAR) u d-Direttiva tas-sanzjonijiet kriminali kontra l-abbuż tas-suq (CSMAD) biex tikkjarifika li kwalunkwe manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji hija b’mod ċar u bla ebda ekwivoku illegali u soġġetti għal sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali.

Madankollu, il-bdil tar-reġim tas-sanzjonar waħdu mhux se jtejjeb il-mod li bih jiġu prodotti u użati l-parametri referenzjarji; is-sanzjonar ma jneħħix r-riskji ta’ manipulazzjoni li jirriżultaw minn governanza inadegwata tal-proċess tal-parametri referenzjarji fejn jeżistu kunflitti ta’ interess u diskrezzjoni. It-tieni nett, sabiex jiġu protetti l-investituri u l-konsumaturi, huwa meħtieġ li l-parametri referenzjarji jkunu robusti, kredibbli u tajbin għall-iskop użati għalih. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, din il-proposta għal Regolament għandha erba’ għanijiet ewlenin li jimmiraw li jtejbu l-qafas li skontu jiġu fornuti, tingħatalhom kontribuzzjoni u jintużaw il-parametri referenzjarji:

– li ttejjeb il-governanza u l-kontrolli fuq il-proċess tal-parametri referenzjarji u b’mod partikolari tiżgura li l-amministraturi jevitaw il-kunflitti ta’ interess, jew tal-anqas jimmaniġġawhom b’mod adegwat;

– li jtejbu l-kwalità tad-dejta mdaħħla u l-metodoloġiji użati mill-amministraturi tal-parametri referenzjarji u b’mod partikolari tiżgura li tintuża dejta suffiċjenti u preċiża fid-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji;

– li tiżgura li l-kontributuri tal-parametri referenzjarji jkunu soġġetti għal kontrolli adegwati, b’mod partikolari biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u li l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-parametri referenzjarji jkunu soġġetti għal kontrolli adegwati. Fejn meħtieġ l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tobbliga lill-kontributuri jkomplu jikkontribwixxu għall-parametri referenzjarji; u

– li tiżgura protezzjoni adegwata għall-konsumaturi u l-investituri li jużaw il-parametri referenzjarji billi żżid it-trasparenza, tiżgura drittijiet adegwati ta’ rimedju u tiżgura li fejn meħtieġ tiġi vvalutata l-adegwatezza.

1.2.        Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-liġi tal-Unjoni attwalment tindirizza ċerti aspetti tal-użu tal-parametri referenzjarji:

– Il-proposti għal Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (MAR)[1] fl-Artikoli 2(3)(d) u 8(1)(d) u għal Direttiva dwar Sanzjonijiet Kriminali kontra l-Abbuż tas-Suq (CSMAD)[2] (il-MAR kienet is-soġġett ta' ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'Ġunju 2013) jikkjarifikaw li kwalunkwe manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji hija b’mod ċar u bla ebda ekwivoku illegali u soġġetta għal sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali.

– Ir-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-Enerġija (REMIT)[3] jipprovdi li l-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji li jintużaw għal bejgħ fil-livell ta' operaturi ta' prodotti tal-enerġija hija illegali.

– Id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji[4] teħtieġ li kwalunkwe strument finanzjarju ammess għall-kummerċ f’suq regolat ikun jista' jiġi nnegozjat b’mod ġust, ordnat u effiċjenti. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni[5] ta’ dik id-Direttiva jispeċifika wkoll li l-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti jrid ikun kredibbli u disponibbli pubblikament.

– L-Artikolu 30 tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament dwar is-Suq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR)[6] (li attwalment qed tiġi nnegozjata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fiha dispożizzjoni li tirrikjedi liċenzja mhux esklużiva tal-parametri referenzjarji għall-ikklerjar u finijiet kummerċjali.

– Id-Direttiva dwar il-Prospett u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni[7] jiddisponu li fejn prospett jinkludi referenza għal indiċi, l-emittent għandu jistipula t-tip ta’ sottostanti u d-dettalji ta’ minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar is-sottostanti, indikazzjoni ta’ minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-passat u l-prestazzjoni ulterjuri tas-sottostanti u l-volatilità tiegħu, u isem l-indiċi. Jekk l-indiċi inkwistjoni jkun kompost mill-emittent, l-emittent jeħtieġlu wkoll jinkludi deskrizzjoni tal-indiċi. Jekk l-indiċi ma jkunx kompost mill-emittent, l-emittent jeħtieġlu jikkjarifika minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar l-indiċi, u jekk is-sottostanti jkun rata ta’ imgħax l-emittent jeħtieġlu jipprovdi deskrizzjoni tar-rata tal-imgħax.

– Id-Direttiva dwar l-Impriżi għall-Investiment Kollettiv fit-Titoli Trasferibbli[8] tiddisponi li l-fondi UCITS jista’ jkollhom biss sehem massimu ta' strumenti maħruġa mill-istess korp fil-portafoll tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limiti li japplikaw għal kemm mill-portafoll totali tagħha UCITS tista' żżomm sa massimu ta’ 20 % għal investiment f’ishma jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-istess korp meta jkun jikkonċerna indiċi li l-UCITS tkun trid tirreplika, sakemm il-kompożizzjoni tal-indiċi tkun diversifikata biżżejjed, l-indiċi jirrappreżenta parametru referenzjarju adegwat għas-suq li jirreferi għalih u jiġi ppubblikat b’mod xieraq.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1.        Konsultazzjonijiet

Konsultazzjoni pubblika ta' tliet xhur tnediet fit-3 ta’ Settembru u ngħalqet fid-29 ta’ Novembru 2012. Waslu 84 kontribuzzjoni mingħand kontributuri, fornituri tal-parametri referenzjarji u utenti inklużi boroż, banek, investituri, gruppi tal-konsumaturi, korpi kummerċjali u korpi pubbliċi. Il-partijiet interessati rikonoxxew id-dgħufijiet fil-produzzjoni u l-użu tal-parametri referenzjarji, u jappoġġaw b’mod wiesa’ azzjoni fil-livell tal-UE. Ir-rispondenti enfasizzaw ukoll il-ħtieġa ta' koordinazzjoni internazzjonali, u kalibrazzjoni bir-reqqa tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ kwalunkwe inizjattiva.

L-AETS u l-ABE investigaw flimkien in-nuqqasijiet fil-forniment tal-EURIBOR minn EBF-EURIBOR u fil-11 ta’ Jannar 2013 nedew konsultazzjoni dwar il-prinċipji tal-Proċessi tal-Istipular tal-parametri referenzjarji fl-UE[9]. F’ittra bid-data tas-7 ta’ Marzu 2013, l-ABE, l-AETS u l-AEAPX taw parir dwar il-kontenut ta’ din il-leġiżlazzjoni proposta fid-dawl ta’ din il-ħidma. Fit-13 ta’ Frar 2013 is-servizzi tal-Kummissjoni pparteċipaw f'seduta miftuħa tal-AETS u l-ABE[10] dwar dawn il-Prinċipji tal-Proċessi tal-Istipular tal-Parametri Referenzjarji. Is-servizzi tal-Kummissjoni pparteċipaw ukoll f'seduta pubblika dwar kif tiġi indirizzata l-kultura tal-manipulazzjoni tas-suq — azzjoni globali wara l-LIBOR/EURIBOR li organizzata mill-Parlament Ewropew fid-29 ta’ Settembru 2012.

2.2.        Valutazzjoni tal-Impatt

B’konformità mal-politika tagħha ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar”, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi politiċi. L-alternattivi politiċi inkludew alternattivi biex jiġu limitati l-inċentivi għal manipulazzjoni, tiġi mminimizzata d-diskrezzjoni u jiġi żgurat li l-parametri referenzjarji jkunu bbażati fuq dejta suffiċjenti, kredibbli u rappreżentattiva, tiġi żgurata governanza interna u li l-kontrollli jindirizzaw ir-riskji, jiżguraw superviżjoni effettiva tal-parametri referenzjarji u jsaħħu t-trasparenza u l-protezzjoni tal-investituri. Kull alternattiva ta’ politika ġiet ivvalutata fl-isfond tal-kriterji li ġejjin: l-impatt fuq il-partijiet interessati, l-effikaċja u l-effiċjenza.

Id-drittijiet fundamentali li ġejjin tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huma ta’ rilevanza partikolari: ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Huma permessi limitazzjonijiet għal dawn id-drittijiet u l-libertajiet skont l-Artikolu 52 tal-Karta. L-għanijiet kif definiti hawn fuq huma konsistenti mal-obbligi tal-UE li tirrispetta d-drittijiet fundamentali. Madankollu, kwalunkwe limitazzjoni fuq l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet u l-libertajiet trid tkun prevista mil-liġi u tkun tirrispetta l-essenza ta’ dawn id-drittijiet u l-libertajiet. Suġġett għall-prinċipju ta' proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet biss fejn ikun meħtieġ u jekk dawn ġenwinament jilħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. Fil-każ ta’ parametri referenzjarji, l-objettiv ta’ interess ġenerali li jiġġustifika ċerti limitazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali huwa l-għan li tiġi żgurata l-integrità tas-suq. Il-ħtieġa li jiġi protett id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17 tal-Karta) jiġġustifika wkoll ċerti limitazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali, billi l-investituri huma intitolati li l-valur tal-proprjetà tagħhom (pereż. self, derivattivi) ikun protett minn telf ikkawżat minn distorsjonijiet tas-suq.

Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u għall-informazzjoni jirrikjedi li l-libertà tal-midja tkun rispettata. Dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b’rispett għal dan id-dritt fundamentali. Għalhekk meta persuna sempliċiment tippubblika jew tirreferi għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħha iżda ma jkollhiex kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju, dik il-persuna ma għandhiex tkun suġġetta għar-rekwiżiti imposti fuq l-amministraturi minn dan ir-Regolament. Dan għalhekk iħalli lill-ġurnalisti ħielsa meta jwettqu attivitajiet ġurnalistiċi ta' rappurtaġġ dwar is-swieq finanzjarji u tal-kommoditajiet. Għalhekk id-definizzjoni tal-amministratur ta’ parametru referenzjarju ġiet definita b'mod strett biex jiġi żgurat li tinkludi l-forniment ta’ parametru referenzjarju iżda ma tinkludix fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-attivitajiet ġurnalistiċi.

3.           L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

3,1.        Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE").

3.2.        Sussidjarjetà u proporzjonalità

Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu rregolati l-parametri referenzjarji hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarja stipulat fl-Artikoli 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jitlob li l-Unjoni tieħu azzjoni biss jekk u sakemm l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk ikunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar mill-Unjoni.

Filwaqt li ħafna parametri referenzjarji huma nazzjonali, l-industrija tal-parametri referenzjarji hija waħda internazzjonali kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-użu. Filwaqt li azzjoni fil-livell nazzjonali fir-rigward l-indiċijiet nazzjonali tista' tgħin biex jiġi żgurat li kwalunkwe intervent jiġi mfassal b’mod adegwat għall-problemi fil-livell nazzjonali, dan jista’ jwassal għal geġwiġija ta’ regoli diverġenti, jista’ joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq uniku u jwassal għal approċċ inkonsistenti u mhux koordinat. Parametri referenzjarji jintużaw biex jiġu pprezzati varjetà wiesgħa ta’ tranżazzjonijiet transfruntieri, b’mod partikolari fis-suq tal-finanzjament interbankarju u d-derivattivi. Geġwiġija ta’ regoli nazzjonali jtellfu l-opportunità li jiġu prodotti parametri referenzjarji transfruntieri u għaldaqstant jimpedixxu dawn it-tranżazzjonijiet transfruntieri. Din il-problema ġiet rikonoxxuta mill-G20 u l-FSB li qabbdu lill-IOSCO tipproduċi sett globali ta’ prinċipji li japplikaw għall-parametri referenzjarji finanzjarji. Inizjattiva tal-UE tgħin biex jissaħħaħ is-suq uniku billi toħloq qafas komuni għal parametri referenzjarji kredibbli u użati korrettament fi Stati Membri differenti.

Filwaqt li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri attwalment ma hemmx regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali dwar il-produzzjoni tal-parametri referenzjarji, żewġ Stati Membri diġà adottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax fil-muniti nazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, reċentement l-IOSCO qablet dwar prinċipji għall-parametri referenzjarji li għandhom jiġu implimentati mill-membri tagħha. Madankollu dawn il-prinċipji jipprovdu flessibbiltà dwar l-iskop u l-mezzi tal-implimentazzjoni tagħhom u b'rabta ma’ ċerti termini. Fin-nuqqas ta’ qafas armonizzat Ewropew għall-parametri referenzjarji, xi Stati Membri x'aktarx li jadottaw leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali li tkun diverġenti. Pereżempju, fil-preżent, l-ambitu tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jidher wiesa' daqs tal-IOSCO, filwaqt li l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor li introduċa regoli dwar il-parametri referenzjarji tkopri biss il-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax. Dawn l-approċċi diverġenti jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern, billi l-amministraturi u l-utenti tal-parametri referenzjarji jkunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti. Fin-nuqqas ta’ qafas leġiżlattiv tal-Unjoni, azzjonijiet nazzjonali individwali jkunu wkoll ineffettivi, billi ma hemmx obbligu jew inċentiv għall-Istati Membri biex jikkooperaw ma’ xulxin u n-nuqqas ta’ din il-kooperazzjoni tħalli spazju għal arbitraġġ regolatorju.

Ċerti aspetti tal-protezzjoni tal-investituri f’dan il-qasam huma ġeneralment koperti mill-MiFID. B’mod partikolari, hemm r-rekwiżit skont il-MiFID li d-ditti jwettqu valutazzjoni tal-adegwatezza. Dan it-test jiddetermina jekk il-klijent għandux l-esperjenza u l-għarfien neċessarji biex jifhem ir-riskji involuti f’rabta mal-prodott jew is-servizz ta’ investiment offrut jew mitlub. Għalhekk, jipprovdi livell suffiċjenti ta’ protezzjoni lill-investituri.

Fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur, id-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur tinkludi regoli dwar id-divulgazzjoni ta' informazzjoni adegwata, kif ukoll id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju li dalwaqt se tiġi adottata li tinkludi r-rekwiżit li jiġu rakkomandati ftehimiet ta’ kreditu xierqa. Madankollu, dawk ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE ma jindirizzawx il-kwistjoni partikolari tal-adegwatezza tal-parametri referenzjarji fil-kuntratti finanzjarji. Barra minn hekk, saħħa mhux ugwali ta' negozjar u l-użu ta' termini standard ifissru li l-konsumaturi jista' jkollhom għażla limitata dwar il-parametru referenzjarju użat. Il-konsumaturi ma għandhomx l-għarfien jew l-esperjenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jivvalutaw b’mod xieraq l-adegwatezza ta' parametru referenzjarju. Għalhekk din il-proposta għandha ttikkomplementa l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE f’dan il-qasam billi tiżgura li r-responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ parametru referenzjarju għal kuntratti fil-livell ta' konsumatur tkun fuq il-mutwanti jew il-kredituri. Dan se jiżgura wkoll regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur tal-UE armonizzati dwar l-użu tal-parametri referenzjarji biex jiġu rreferenzjati kuntratti finanzjarji. Qafas regolatorju komuni għall-konsumaturi u l-kredituri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntratti finanzjarji huwa wkoll meħtieġ biex jippermetti l-użu ta’parametri referenzjarji transfruntieri minflok approċċ nazzjonali frammentat. B'riżultat tal-ilmenti u l-litigazzjoni tal-konsumaturi b'rabta mal-użu ta' parametri referenzjarji mhux adegwati f'diversi Stati Membri, huwa probabbli li jiġu adottati miżuri diverġenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fil-livell nazzjonali. Dan jista’ jirriżulta fil-frammentazzjoni tas-suq intern.

Ir-Regolament propost huma wkoll proporzjonat, kif mitlub mill-Artikolu 5(4) TUE. Jimmira biss lejn dawk l-indiċi li jintużaw biex jiġu referenzjati strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji bħal ipoteki, minħabba li dawn huma l-parametri referenzjarji li jista’ jkollhom impatt ekonomiku dirett u ta' ċertu tip jekk jiġu mmanipulati. Barra minn hekk, ir-Regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet biex ir-rekwiżiti tiegħu jkunu mfassla għal setturi differenti u t-tipi differenti ta’ parametri referenzjarji bħal tal-kommoditajiet, ir-rati tal-imgħax interbankarji u parametri referenzjarji li jużaw dejta tal-kambju. Qed jiġi żgurat approċċ proporzjonat billi l-maġġoranza vasta tal-obbligi qed jiġu imposti fuq l-amministratur tal-parametru referenzjarju. Ħafna amministraturi ta’ parametri referenzjarji diġà jikkonformaw ma’ mill-inqas uħud minn dawn ir-rekwiżiti u dan jimplika li l-piż amministrattiv ma għandux jiżdied b'mod sproporzjonat. Barra minn hekk, proċessi ta' governanza interna u kontroll huma meħtieġa biss minn kontributuri taħt superviżjoni, li jfisser li l-impatt fuq kontributuri, mhux taħt superviżjoni, ta' parametru referenzjarju, pereżempju negozjat mhux reġistrat, mhux se jkunu sostanzjali. Fl-aħħar nett, fil-partijiet importanti kollha tiegħu, dan ir-Regolament huwa allinjati mal-Prinċipji IOSCO miftehma internazzjonalment għall-parametri referenzjarji finanzjarji pubblikati fis-17 ta' Lulju 2013 u li fir-rigward tagħhom il-partijiet interessati ġew ikkonsultati estensivament. Din se jillimita l-kostijiet tal-adattament.

F’dan l-isfond, azzjoni tal-UE hija xierqa f’termini tal-prinċipji tas-sussidjaretà u l-proporzjonalità.

3.3.        L-għażla ta’ strument

Regolament huwa meqjus bħala l-aktar strument ġuridiku xieraq biex jiġu introdotti regoli uniformi marbuta mal-forniment tal-parametri referenzjarji, il-kontribuzzjoni tad-dejta tal-input għal dawk il-parametri referenzjarji, u l-użu tal-parametri referenzjarji fl-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta qed jistabbilixxu ċerti rekwiżiti għall-amministraturi, il-kontributuri u l-utenti tal-parametri referenzjarji. In-natura transfruntiera ta’ ħafna parametri referenzjarji toħloq ħtieġa għal armonizzazzjoni massima ta’ dawn ir-rekwiżiti. Ladarba r-regolamentazzjoni tal-parametri referenzjarji tinvolvi miżuri li jispeċifikaw rekwiżiti preċiżi li għandhom x’jaqsmu mad-dejta u l-metodoloġiji, anki diverġenzi żgħar fl-approċċ segwit jistgħu jwasslu għal tfixkil sinifikanti fil-forniment transfruntier tal-parametri referenzjarji. L-użu ta’ Regolament, li huwa applikabbli direttament mingħajr il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, se jirrestrinġi l-possibilità li jittieħdu miżuri diverġenti mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, u se jiżgura approċċ konsistenti u ċertezza ġuridika akbar madwar l-UE kollha.

3.4.        Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

3.4.1.     Kamp ta' Applikazzjoni (l-Artikolu 2)

Ir-Regolament propost japplika għal parametri referenzjarji pubblikati kollha li jintużaw biex jiġi rreferenzjat strument finanzjarju negozjat jew ammess f’ċentru regolat, jew f'kuntratt finanzjarju (bħall-ipoteki) jew parametri referenzjarji li jkejlu l-prestazzjoni ta' fond ta' investiment.

Fin-nuqqas ta’ governanza u kontrolli adegwati u fejn hemm diskrezzjoni fil-proċess ta' parametru referenzjarju li huwa suġġett għal kunflitt ta’ interess, hemm ir-riskju ta’ manipulazzjoni. Għalhekk l-indiċijiet li jinvolvu diskrezzjoni għandhom ikunu soġġetti għal miżuri regolatorji. Filwaqt li l-grad ta’ diskrezzjoni jvarja, l-indiċijiet kollha jinvolvu xi diskrezzjoni. Għalhekk, l-ambitu għandu jinkludi l-parametri referenzjarji kollha, irrispettivament mill-metodu tal-kalkolu jew min-natura tal-kontribuzzjonijiet.

L-ambitu għandu jinkludi l-indiċijiet kollha, inklużi l-indiċi pubblikati, billi kwalunkwe dubju dwar il-preċiżjoni u l-kredibbiltà ta’ dawn l-indiċi x'aktarx li jikkawża aktar ħsara fuq popolazzjoni usa’ milli jikkawżaw indiċijiet li mhumiex pubbliċi.

Meta l-parametri referenzjarji jintużaw bħala prezz ta’ referenza għal strument finanzjarju jew kuntratt, kwalunkwe manipulazzjoni tikkawża telf ekonomiku. Fil-każ meta l-kontributur juża wkoll l-istrument finanzjarju li jirreferenzja mal-parametru referenzjarju, jeżisti kunflitt ta’ interess inerenti u hemm inċentiv għal manipulazzjoni. Barra minn hekk, meta jintużaw parametri referenzjarji biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, dawn jistgħu jkunu suġġetti għal kunflitti ta’ interess u manipulazzjoni tagħhom twassal biex ma jsirux l-aħjar għażliet ta’ investiment mill-investituri. Għalhekk, huwa importanti li jiġu indirizzati l-parametri referenzjarji kollha li jipprezzaw strument finanzjarju jew kuntratt tal-konsumatur jew ikejlu l-prestazzjoni ta’ fondi ta' investiment.

Għalparametri referenzjarji użati ħafna, anki manipulazzjoni minuri jista’ jkollha impatt sinifikanti iżda l-vulnerabbiltà u l-importanza ta’ parametru referenzjarju tvarja maż-żmien. Ir-restrizzjoni tal-ambitu b’referenza għal indiċi importanti jew vulnerabbli ma tindirizzax ir-riskji li kwalunkwe parametru referenzjarju jista' joħloq fil-ġejjieni.

Minħabba dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni tar-Regolament ċara u komprensiva, il-kamp ta' applikazzjoni lanqas mhuwa dipendenti fuq in-natura tad-dejta tal-input, jiġifieri jekk id-dejta ta’ input hijiex ekonomika (pereż. prezz tal-ishma) jew numru jew valur mhux ekonomiku (pereż. parametru tat-temp). Dan minħabba li element kritiku fid-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni huwa kif il-valur tal-output jiddetermina l-valur ta’ strument finanzjarju, kuntratt finanzjarju jew ikejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment. F’dan il-kuntest, ladarba valur jintuża biex jirreferenzja kuntratt jew strument finanzjarju, in-natura mhux ekonomika preċedenti tiegħu ssir irrelevanti.

Fir-rigward tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji, l-amministraturi kollha huma potenzjalment suġġetti għall-kunflitti ta’ interess, jeżerċitaw diskrezzjoni u jista’ jkollhom governanza u sistemi ta’ kontroll inadegwati fis-seħħ. Għalhekk, dawn jeħtieġ li jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni xierqa. Barra minn hekk, billi huma jikkontrollaw il-proċess tal-parametru referenzjarju, qed jiġi impost rekwiżit ta' awtorizzazzjoni fuq l-amministraturi kollha tal-parametri referenzjarji billi s-superviżjoni hija l-aktar mod effettiv biex tkun żgurata l-integrità tal-parametri referenzjarji.

Dwar il-kontributuri tal-parametri referenzjarji, dawn huma wkoll potenzjalment suġġetti għal kunflitti ta’ interess, jeżerċitaw diskrezzjoni u għalhekk jisgħu jkunu sors ta’ manipulazzjoni. Il-kontribuzzjoni għal parametru referenzjarju hija attività volontarja. Jekk kwalunkwe inizjattiva teħtieġ lill-kontributuri jinbidlu b’mod sinifikanti l-mudelli kummerċjali tagħhom, huma jistgħu ma jibqgħux jikkontribwixxu għall-parametru referenzjarju konċernata. Madankollu, fil-każ tal-entitajiet li diġà huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni, (l-hekk imsejħa kontributuri taħt superviżjoni), ir-rekwiżit ta' governanza u sistemi ta’ kontroll tajbin mhux mistenni jwassal għal spejjeż sostanzjali jew għal piż amministrattiv sproporzjonat. Huwa għalhekk xieraq li l-kontributuri taħt superviżjoni kollha jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Għall-kontributuri li mhumiex soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni (kontributuri li mhumiex taħt superviżjoni), awtorizzazzjoni jew li b'xi mod ieħor isiru soġġetti għal regoli jista' jimponi spejjeż u piż amministrattiv sinifikanti. Ir-regolaturi wkoll ma jkunux effettivi fis-superviżjoni ta' ditti li ma jkollhomx l-għarfien espert dwarhom. L-impożizzjoni ta' superviżjoni fuq entitajiet u persuni li attwalment mhumiex taħt superviżjoni timponi spejjeż sinifikanti u tipprovdi benefiċċji minimi. Madankollu, ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament, bħal pereżempju l-ħtieġa li tiġi pprovduta dejta tal-input preċiża u kredibbli huma indirettament rilevanti għall-kontributuri kollha billi dawn jibqgħu suġġetti għar-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq u skont dan ir-Regolament se jkunu marbutin kontrattwalment li jikkonformaw mar-rekwiżit tal-kodiċi ta’ kondotta tal-amministratur.

Il-proposta teżenta mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha lill-banek ċentrali li huma membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

Fl-aħħar nett, f’xi każijiet persuna tista’ tipproduċi indiċi iżda ma tkunx konxja li dan l-indiċi huwa parametru referenzjarju minħabba li, pereżempju, ikun qed jintuża bħala referenza għal strument finanzjarju mingħajr ma l-produttur ikun jaf. Ir-Regolament għalhekk jipprevedi mekkaniżmu biex il-produtturi jiġu nnotifikati li l-indiċi tagħhom ikun sar, jew jista' jsir, parametru referenzjarju u jagħtihom is-setgħa jirrifjutaw li l-indiċi jintuża bħala parametru referenzjarju. Jekk il-produttur jagħti l-kunsens tiegħu, huwa jsir soġġett għar-Regolament propost fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju. Jekk jirrifjuta, l-indiċi ma jkunx jista' jintuża bħala parametru referenzjarju u r-rekwiżiti tal-amministratur f’dan ir-Regolament ma japplikawx.

3.4.2.     Governanza u Kontroll tal-Amministraturi (l-Artikoli 5-6)

Il-proposta tiżgura li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess u tiżgura li l-governanza u l-kontrolli jkunu effettivi. Dawn huma indirizzati permezz ta' rekwiżiti dwar il-governanza u l-kontrolli, b'rekwiżiti aktar dettaljati inklużi fl-anness.

3.4.3.     Dejta tal-Input u Metodoloġija (l-Artikolu 7)

Il-proposta tistabbilixxi tliet rekwiżiti, li d-dettalji tagħhom jinsabu fl-Anness, fir-rigward tad-dejta tal-input u l-metodoloġija użati biex jiġi prodott parametru referenzjarju ħalli titnaqqas id-diskrezzjoni u ttejjeb l-integrità u l-kredibbiltà:

– id-dejta tal-input għandha tkun suffiċjenti u preċiża ħalli tkun tirrappreżenta s-suq reali jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel;

– id-dejta tal-input għandha tinkiseb minn panil kredibbli u rappreżentattiv jew minn kampjun ta’ kontributuri; u

– l-amministratur għandhom jużaw metodoloġija robusta u kredibbli għad-determinazzjoni l-parametru referenzjarju.

3.4.4.     Rekwiżiti tal-Kontributuri (l-Artikoli 9 u 11)

L-amministratur huwa meħtieġ iħejji kodiċi ta’ kondotta għall-kontributuri li tispeċifika b’mod ċar l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-kontributuri meta dawn jipprovdu dejta tal-input għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju. Meta l-kontributuri diġà jkunu entitajiet regolati huma meħtieġa wkoll jevitaw il-kunflitti ta’ interess u jimplimentaw kontrolli adegwati.

3.4.5.     Rekwiżiti Settorjali (l-Artikoli 10 u 12-14)

Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità u li l-proposta tkun imfassla adegwatament għal tipi u setturi ta’ parametri referenzjarji differenti, l-Annessi II u III jinkludu dispożizzjonijiet iktar dettaljati dwar il-parametri referenzjarji tal-kommoditajiet u tar-rati tal-imgħax. Huma imposti rekwiżiti addizzjonali fuq parametri referenzjarji ta' importanza kritika, inkluża s-setgħa lill-awtorità kompetenti rilevanti li tobbliga kontribuzzjonijiet. Il-parametri referenzjarji li d-dejta tal-input tagħhom tkun ipprovduta minn ċentri regolati huma wkoll eżentati minn ċerti obbligi biex tiġi evitata r-regolamentazzjoni doppja.

3.4.6.     Trasparenza u Protezzjoni tal-Konsumatur (l-Artikoli 15-18)

Il-protezzjoni tal-investitur qed tiġi msaħħa permezz ta' dispożizzjonijiet tat-trasparenza. L-amministraturi huma meħtieġa jipprovdu dikjarazzjoni li tistabbilixxi xi jkejjel il-parametru referenzjarju, il-vulnerabbiltajiet tiegħu, flimkien mal-pubblikazzjoni tad-dejta sottostanti ħalli l-utenti jkunu jistgħu jagħżlu l-parametru referenzjarju l-aktar xieraq u adattat. Din id-dikjarazzjoni tipprovdi wkoll l-avviż li l-utenti għandhom jaħsbulu b'mod adegwat f'każ li l-amministratur ma jibqax jipprovdi l-parametru referenzjarju. Fl-aħħar nett, hija imposta valutazzjoni tal-adegwatezza fuq il-banek meta jittrattaw mal-konsumaturi tagħhom f’kuntratti finanzjarji bħal selfiet iggarantiti b'ipoteki.

3.4.7.     Superviżjoni u Proċedura ta’ Awtorizzazzjoni għall-Amministraturi (l-Artikoli 22-37)

L-attività tal-forniment ta’ parametri referenzjarji se tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel u superviżjoni kontinwa. Il-proposta tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li jinsabu fl-Unjoni biex jiksbu awtorizzazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti rilevanti. Il-proposta toħloq mekkaniżmu biex tiżgura l-infurzar effettiv tar-Regolament. Tagħti s-setgħat meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li l-amministraturi jikkonformaw mar-Regolament.

Għal parametri referenzjarji ta' importanza kritika għandhom jiġu fformati kulleġġi ta' superviżuri biex jitjieb l-iskambju tal-informazzjoni u jiġu żgurati awtorizzazzjoni u superviżjoni uniformi.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta għandha implikazzjonijiet għall-baġit Komunitarju.

L-implikazzjonijiet speċifiċi tal-proposta għall-baġit huma relatati mal-kompitu allokat lill-AETS kif speċifikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi mehmuża ma’ din il-proposta. Il-kompiti l-ġodda se jitwettqu bir-riżorsi umani disponibbli fl-allokazzjoni tal-baġit annwali, fid-dawl tal-limiti baġitarji li huma applikabbli għall-korpi kollha tal-UE u f'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju għall-aġenziji.

Partikolarment, ir-riżorsi meħtieġa mill-aġenzija għall-kompiti l-ġodda se jkunu konsistenti u kompatibbli mal-ipprogrammar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-AETS, stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni reċenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Programmar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020" (COM(2013) 519).

Implikazzjonijiet baġitjarji speċifiċi għall-Kummissjoni huma wkoll valutati fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja din proposal. Fil-qosor, l-implikazzjonijiet baġitarji ewlenin tal-proposta huma:

a) persunal tad-DĠ MARKT: membru tal-persunal AD (full-time) wieħed għall-abbozzar tal-atti delegati, kif ukoll għall-evalwazzjoni, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-rieżami potenzjali tal-inizjattiva. L-ispejjeż totali stmati huma EUR 0,141 miljun fis-sena.

b) AETS:

(i) Spejjeż għall-persunal: żewġ aġenti temporanji biex jipparteċipaw u jimmedjaw fil-kulleġġi tas-superviżuri għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika, jagħtu pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jikkoordinaw l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, jabbozzaw linji gwida għall-promozzjoni tal-konverġenza u l-konsistenza bejn is-setturi tar-reġimi tal-penali u jżommu reġistri ta’ notifiki dwar l-użu tal-parametri referenzjarji u lista ta’ amministraturi reġistrati tal-parametri referenzjarji.

L-ispiża annwali totali ta’ dawn iż-żewġ (2) aġenti temporanji tkun ta’ EUR 0,326 miljun, li minnhom il-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,130 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,196 miljun) fis-sena.

(ii) Spejjeż operattivi u infrastrutturali: nefqa inizjali ta’ EUR 0,25 miljun hija stmata għall-AETS, li minnha l-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,1 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,15 miljun) fl-2015. Din in-nefqa tirrigwarda prinċipalment is-sistemi tal-IT għall-AETS biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’:

- Iż-żamma ta' lista ta’ amministraturi reġistrati skont dan ir-Regolament u d-ditti minn pajjiżi terzi li jfornu parametri referenzjarji fl-Unjoni.

- Li tirċievi notifiki tal-użu ta’ parametru referenzjarju fi strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju fl-Unjoni, u żżomm reġistru u tiżgura li l-amministraturi jkunu konxji minn dan l-użu.

L-AETS se tkun meħtieġa wkoll tipproduċi rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2018, bi spiża totali ta’ EUR 0,3 miljun li minnhom il-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,12 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,18 miljun) fl-2017.

2013/0314 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Erwopea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[11],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       L-ipprezzar ta’ bosta strumenti u kuntratti finanzjarji jiddependi fuq il-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji. Każijiet ta’ manipulazzjoni ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax bħal-LIBOR u l-EURIBOR, kif ukoll allegazzjonijiet li parametri referenzjarji tal-enerġija, iż-żejt u l-kambju ġew immanipulati, urew li l-parametri referenzjarji li l-proċessi tal-istipular tagħhom jikkondividu ċerti karatteristiċi, bħal li jkunu soġġetti għal kunflitti ta’ interess, l-użu ta’ diskrezzjoni u governanza dgħajfa jistgħu jkunu vulnerabbli għall-manipulazzjoni. Nuqqasijiet fi, jew dubji dwar il-preċiżjoni u l-integrità tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji jistgħu jheddu l-fiduċja fis-suq, jikkawżaw telf għall-konsumaturi u l-investituri u joħolqu distorsjoni tal-ekonomija reali. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu żgurati l-preċiżjoni, ir-robustezza u l-integrità tal-parametri referenzjarji u l-proċess tal-istipular tal-parametri referenzjarji.

(2)       Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji[12] fiha ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji użati għall-ipprezzar ta' strument finanzjarju elenkat. Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ[13] fiha ċerti rekwiżiti dwar il-parametri referenzjarji użati mill-emittenti. Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)[14] fiha ċerti rekwiżiti dwar l-użu tal-parametri referenzjarji mill-fondi ta' investiment UCITS. Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa[15] fih ċerti dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji li jintużaw għal prodotti tal-enerġija fil-livell ta' operatur. Madankollu dawn l-atti leġiżlattivi jkopru biss ċerti aspetti ta’ ċerti parametri referenzjarji u ma jindirizzawx il-vulnerabbiltajiet kollha fil-proċess tal-produzzjoni tal-parametri referenzjarji kollha.

(3)       Il-parametri referenzjarji huma ta' importanza vitali għall-ipprezzar tat-tranżazzjonijiet transfruntieri u għalhekk jiffaċilitaw il-funzjonament effettiv tas-suq intern f’varjetà wiesgħa ta’ strumenti u servizzi finanzjarji. Ħafna parametri referenzjarji li jintużaw bħala rati ta' referenza f’kuntratti finanzjarji, parikolarment ipoteki, jiġu prodotti fi Stat Membru wieħed iżda użati minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u konsumaturi fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta' spiss jiħħeġġaw ir-riskji tagħhom jew jiksbu l-fondi biex jagħtu dawn il-kuntratti finanzjarji fis-suq interbankarju transfruntier. Żewġ Stati Membri biss adottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-parametri referenzjarji, iżda l-oqfsa ġuridiċi rispettivi tagħhom dwar il-parametri referenzjarji diġà qed juru diverġenzi dwar aspetti bħall-kamp ta' applikazzjoni. Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) reċentement qablet dwar prinċipji għall-parametri referenzjarji u, billi dawn il-prinċipji jipprovdu ċerta flessibbiltà fil-kamp ta' applikazzjoni preċiż tagħhom u l-mezzi tal-implimentazzjoni tagħhom u f’relazzjoni ma’ ċerti termini, l-Istati Membri x’aktarx li jadottaw leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali li timplimenta dawn il-prinċipji b’mod diverġenti.

(4)       Dawn l-approċċi diverġenti jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern billi l-amministraturi u l-utenti tal-parametri referenzjarji jkunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti u l-parametri referenzjarji prodotti fi Stat Membru jkunu jistgħu jinżammu milli jintużaw fi Stati Membri oħra. Fin-nuqqas ta’ qafas armonizzat biex tiġi żgurata l-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji użati fl-istrumenti finanzjarji u l-kuntratti finanzjarji fl-Unjoni, huwa probabbli li d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri se joħolqu ostakoli għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq intern għall-forniment tal-parametri referenzjarji.

(5)       Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE ma jkoprux il-kwistjoni partikolari tal-adegwatezza tal-parametri referenzjarji fil-kuntratti finanzjarji. B'riżultat tal-ilmenti u l-litigazzjoni tal-konsumaturi b'rabta mal-użu ta' parametri referenzjarji mhux adegwati f'diversi Stati Membri, huwa probabbli li jiġu adottati miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali, minħabba t-tħassib leġittimu dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u dan jista’ jirriżulta fil-frammentazzjoni tas-suq intern minħabba l-kundizzjonijiet diverġenti tal-kompetizzjoni marbuta ma' livelli differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(6)       Għalhekk biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-swieq finanzjarji, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investituri, huwa għalhekk xieraq li jiġi stipulat qafas regolatorju għall-parametri referenzjarji fil-livell tal-Unjoni.

(7)       Huwa xieraq u meħtieġ li dawk ir-regoli jieħdu l-forma leġiżlattiva ta’ Regolament sabiex jiġi żgurat li dispożizzjonijiet li jimponu direttament obbligi fuq il-persuni involuti fil-produzzjoni, il-kontribuzzjoni u l-użu ta’ parametri referenzjarji jiġu applikati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Billi qafas ġuridiku għall-forniment tal-parametri referenzjarji bilfors jinvolvi miżuri li jispeċifikaw rekwiżiti preċiżi dwar l-aspetti differenti inerenti fil-forniment tal-parametri referenzjarji, anki diverġenzi żgħar fl-approċċ lejn wieħed minn dawn l-aspetti jistgħu jwasslu għal tfixkil sinifikanti fil-forniment transfruntier tal-parametri referenzjarji. Għalhekk l-użu ta’ Regolament, li huwa applikabbli direttament mingħajr il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, inaqqas il-possibilità li jittieħdu miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali, u jiżgura approċċ konsistenti, ċertezza ġuridika akbar u jimpedixxi li jinħoloq tfixkil sinifikanti fil-forniment transfruntier tal-parametri referenzjarji.

(8)       Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun wiesa’ kemm meħtieġ biex jinħoloq qafas regolatorju preventiv. Il-produzzjoni ta’parametri referenzjarji tinvolvi diskrezzjoni fid-determinizzjoni tagħhom u hija soġġetta, b'mod inerenti għal ċerti tipi ta’ kunflitti ta’ interess, li jimplikaw l-eżistenza ta’ opportunitajiet u inċentivi għall-manipulazzjoni ta' dawk il-parametri referenzjarji. Dawn il-fatturi ta’ riskju huma komuni għall-parametri referenzjarji kollha, u kollha kemm huma għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti xierqa ta’ governanza u ta’ kontroll. Minħabba li l-vulnerabbiltà u l-importanza ta' parametru referenzjarju tvarja maż-żmien, ir-restrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni b’referenza għal indiċi li attwalment huma importanti jew vulnerabbli ma tindirizzax ir-riskji li kwalunkwe parametru referenzjarju jista' joħloq fil-ġejjieni. B’mod partikolari, il-parametri referenzjarji li attwalment mhumiex użati ħafna jistgħu jibdew jintużaw tant fil-futur, b'mod li fir-rigward tagħhom, anki manipulazzjoni żgħira jkun jista' jkollha impatt sinifikanti.

(9)       Id-determinazzjoni kritika tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun jekk il-valur tal-output ta’parametru referenzjarju jiddeterminax il-valur ta’ strument finanzjarju, kuntratt finanzjarju jew ikejjilx il-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment. Għalhekk il-kamp ta' applikazzjoni ma għandux jiddipendi fuq in-natura tad-dejta tal-input. Għalhekk għandhom jiġu inklużi l-parametri referenzjarji kalkulati minn dejta tal-input ekonomika, bħal prezzijiet tal-ishma kif ukoll minn numru jew valuri mhux ekonomiċi bħal parametri tat-temp. Il-qafas għandu jkopri dawk il-parametri referenzjarji soġġetti għal dawn ir-riskji, iżda għandu wkoll jipprovdi għal rispons proporzjonat għar-riskji li joħolqu parametri referenzjarji differenti. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-parametri referenzjarji kollha li jintużaw għall-ipprezzar ta' strumenti finanzjarji elenkati jew negozjati f'ċentri regolati.

(10)     Għadd kbir ta’ konsumaturi huma partijiet f'kuntratti finanzjarji, b’mod partikolari ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumatur garantit b'ipoteki, li jagħmlu referenza għal parametri referenzjarji li huma soġġetti għall-istess riskji. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-indiċijiet jew ir-rati ta’ referenza msemmija f’[id-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi marbuta ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttiva 2008/48/KE.]

(11)     Ħafna indiċijiet tal-investiment jinvolvu kunflitti ta’ interess sinifikanti u jintużaw biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond bħal fond UCITS. Xi wħud minn dawn il-parametri referenzjarji jiġu ppubblikati u oħrajn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, jew ta’ sezzjoni tal-pubbliku, b’xejn jew bi ħlas ta’ tariffa u l-manipulazzjoni tagħhom tista' taffettwa ħażin lill-investituri. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-indiċijiet jew ir-rati ta’ referenza li jintużaw biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta' investiment.

(12)     L-amministraturi tal-parametri referenzjarji kollha huma potenzjalment suġġetti għall-kunflitti ta’ interess, jeżerċitaw diskrezzjoni u jista’ jkollhom governanza u sistemi ta’ kontroll inadegwati fis-seħħ. Barra minn hekk, billi l-amministraturi jikkontrollaw il-proċess tal-parametru referenzjarju, ir-rekwiżit li l-amministraturi jiġu awtorizzati u ssirilhom superviżjoni huwa l-aktar mod effettiv biex tiġi żgurata l-integrità tal-parametri referenzjarji.

(13)     Il-kontributuri huma suġġetti għal kunflitti ta’ interess potenzjali, jeżerċitaw diskrezzjoni u għalhekk jisgħtu jkunu sors ta’ manipulazzjoni. Il-kontribuzzjoni għal parametru referenzjarju hija attività volontarja. Jekk kwalunkwe inizjattiva teħtieġ lill-kontributuri jinbdlu b’mod sinifikanti l-mudelli kummerċjali tagħhom, huma jistgħu ma jibqgħux jikkontribwixxu. Madankollu, fil-każ tal-entitajiet li diġà huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni, ir-rekwiżit ta' governanza u sistemi ta’ kontroll tajbin mhux mistenni jwassal għal spejjeż sostanzjali jew għal piż amministrattiv sproporzjonat. Għalhekk dan ir-Regolament jimponi ċertu obbligu fuq il-kontributuri taħt superviżjoni.

(14)     Amministratur huwa l-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta’ parametru referenzjarju, b’mod partikolari li tamministra l-parametru referenzjarju, tiġbor u tanalizza d-dejta tal-input, tiddetermina l-parametru referenzjarju u f’xi każijiet tippubblika l-parametru referenzjarju. Madankollu, meta persuna sempliċiment tippubblika jew tirreferi għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħha iżda ma jkollhiex kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju, dik il-persuna ma għandhiex tkun suġġetta għar-rekwiżiti imposti fuq l-amministraturi minn dan ir-Regolament.

(15)     Indiċi jiġi kkalkulat bl-użu ta’ formula jew xi metodoloġija oħra fuq il-bażi ta’ valuri sottostanti. Teżisti diskrezzjoni fil-kostruzzjoni ta’ din il-formula, fit-twettiq tal-kalkolu jew fid-determinazzjoni tad-dejta tal-input. Din id-diskrezzjoni toħloq riskju ta’ manipulazzjoni u għalhekk il-parametri referenzjarji kollha li jikkondividu din il-karatteristika għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu meta jintuża prezz jew valur wieħed bħala referenza għal strument finanzjarju, pereżempju meta l-prezz ta' titolu wieħed ikun il-prezz ta’ referenza għal opzjoni, ma jkun hemm l-ebda kalkolu, dejta tal-input jew diskrezzjoni. Għalhekk il-prezzijiet ta' referenza bi prezz uniku jew valur uniku ma għandhomx jitqiesu bħala parametri referenzjarji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-prezzijiet ta’ referenza jew prezzijiet tas-saldu prodotti minn Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) ma għandhomx jitqiesu bħala parametri referenzjarji għax jintużaw biex jiġu ddeterminati saldu, marġni u mmaniġġar tar-riskju u għalhekk ma jiddeterminawx l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju.

(16)     Parametri referenzjarji li huma fornuti minn banek ċentrali fl-Unjoni huma suġġetti għall-kontroll mill-awtoritajiet pubbliċi u jissodisfaw prinċipji, standards u proċeduri li jiżguraw il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-parametri referenzjarji tagħhom kif previst minn dan ir-Regolament. Għalhekk mhuwiex neċessarju li dawn il-parametri referenzjarji jkunu suġġetti għal dan ir-Regolament. Madankollu banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi wkoll jistgħu jfornu parametri referenzjarji li jintużaw fl-Unjoni. Huwa neċessarju li jiġi stabbilit li dawk il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li jipproduċu parametri referenzjarji huma soġġetti għal standards simili għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament biss, jiġu eżentati mill-obbligi skont dan ir-Regolament.

(17)     Il-vulnerabbiltajiet fil-proċess tal-forniment ta' parametru referenzjarju li mhumiex suġġetti għal governanza adegwata joħlqu l-possibbiltà ta' manipulazzjoni ta' parametru referenzjarju. Meta l-parametri referenzjarji jkunu disponibbli għall-pubbliku, jista' jkun li ma titqiesx id-dimensjoni sħiħa ta' dawn ir-riskji u għalhekk jista' jkun li ma jiġux implimentati kontrolli u governanza suffiċjenti. Sabiex tkun żgurata l-integrità tal-parametri referenzjarji, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza adegwati biex jikkontrollaw dawn il-kunflitti ta’ interess u biex jissalvagwardjaw il-fiduċja fl-integrità tal-parametri referenzjarji. Anki meta jkunu mmaniġġati b’mod effikaċi, il-biċċa l-kbira tal-amministraturi jkunu soġġetti għal xi kunflitt ta’ interess u jista’ jkun li jkollhom jiġġudikaw u jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw grupp diversifikat ta’ partijiet interessati. Huwa għalhekk meħtieġ li l-amminsitraturi jkollhom funzjoni indipendenti li tissorvelja l-implimentazzjoni u l-effettività tal-arranġamenti ta’ governanza li jipprovdu sorveljanza effettiva.

(18)     Il-manipulazzjoni jew in-nuqqas tal-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji tista’ tikkawża ħsara lill-investituri u lill-konsumaturi. Għalhekk dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għaż-żamma tar-reġistri mill-amministraturi u l-kontributuri kif ukoll jipprovdi trasparenza dwar l-għan tal-parametru referenzjarju u d-dejta tal-input li tiffaċilita b'mod iktar effikaċi u ġust ir-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe pretensjoni potenzjali skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(19)     L-awditjar u l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament jeħtieġu analiżi u evidenza ex post u għalhekk huwa meħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jżommu rekords adegwati b'rabta mal-kalkolu tal-parametru referenzjarju għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien. Ir-realtà li parametru referenzjarju jipprova jkejjel u l-ambjent li titkejjel fih x’aktarx li jinbidlu matul iż-żmien. Għalhekk huwa meħtieġ li l-proċess u l-metodoloġija tal-forniment tal-parametri referenzjarji jiġu awditjati jew analizzati fuq bażi perjodika biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u t-titjib possibbli. Ħafna partijiet interessati jistgħu jiġu affettwati minħabba nuqqasijiet fil-forniment ta' parametru referenzjarju u jistgħu jgħinu biex dawn in-nuqqasijiet jiġu jidentifikati. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura tal-ilmenti indipendenti biex jiġi żgurat li dawn il-partijiet interessati jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-amministratur tal-parametru referenzjarju bl-ilmenti u li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jevalwa oġġettivament il-meriti ta’ kull ilmenti.

(20)     Il-forniment ta’ parametri referenzjarji ta’ spiss jinvolvi l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet importanti bħall-kalkolu tal-parametru referenzjarju, il-ġbir tad-dejta tal-input u t-tqassim tal-parametru referenzjarju. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-arranġamenti tal-governanza, huwa meħtieġ li jkun żgurat li kull tali esternalizzazzjoni ma tneħħi l-ebda obbligu u responsabbiltà minn fuq l-amministratur tal-parametru referenzjarju, u ssir b’tali mod li ma tinterferixxi la mal-ħila tal-amministraturi li jindirizzaw dawn l-obbligi jew ir-responsabbiltajiet, u lanqas mal-ħila tal-awtorità kompetenti li tagħmel superviżjoni tagħhom.

(21)     L-amministratur tal-parametru referenzjarju huwa r-riċevituri ċentrali tad-dejta tal-input u jista' jevalwa l-integrità u l-preċiżjoni ta’ din id-dejta tal-input fuq bażi konsistenti. Huwa għalhekk meħtieġ li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jkollu kontrolli xierqa biex jivvaluta l-preċiżjoni tad-dejta tal-input u jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar dejta suspettuża.

(22)     L-impjegati tal-amministratur jistgħu jidentifikaw ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament jew vulnerabbiltajiet potenzjali li jistgħu jwasslu għal manipulazzjoni jew tentattiv ta' manipulazzjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti adegwati biex l-impjegati jkunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni b’mod kunfidenzjali tal-amministraturi dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament.

(23)     Kwalunkwe diskrezzjoni li tista’ tiġi eżerċitata fil-forniment tad-dejta tal-input toħloq opportunità li jiġi jimmanipulat il-parametru referenzjarju. Meta d-dejta tal-input tkun dejta bbażata fuq it-tranżazzjonijiet, hemm inqas diskrezzjoni u għalhekk l-opportunità li d-dejta tiġi mmanipulata tonqos. Għalhekk, bħala regola ġenerali u meta possibbli, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jużaw dejta tal-input ta' tranżazzjonijiet reali iżda jistgħu jużaw dejta oħra f'dawk il-każijiet meta d-dejta tat-tranżazzjonijiet ma tkunx suffiċjenti biex tiżgura l-integrità u l-preċiżjoni tal-parametri referenzjarji.

(24)     Il-preċiżjoni u l-kredibbiltà ta’ parametru referenzjarju fil-kejl tar-realtà ekonomika li huwa maħsub li jsegwi jiddependi fuq il-metodoloġija u d-dejta tal-input użati. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi adottata metodoloġija li tiżgura l-kredibbiltà u l-preċiżjoni tal-parametru referenzjarju.

(25)     Jista’ jkun meħtieġ li tinbidel il-metodoloġija biex tiġi żgurata l-preċiżjoni kontinwa tal-parametru referenzjarju, iżda kwalunkwe bidla fil-metodoloġija jkollha impatt fuq il-partijiet interessati u l-utenti tal-parametru referenzjarju. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta tinbidel il-metodoloġija ta' parametru referenzjarju, inkluża l-ħtieġa għal konsultazzjoni, sabiex l-utenti u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet neċessarji fid-dawl ta’ dawn il-bidliet jew jinnotifikaw lill-amministratur jekk ikollhom tħassib dwar dawn il-bidliet.

(26)     L-integrità u l-preċiżjoni tal-parametri referenzjarji jiddependu fuq l-integrità u l-preċiżjoni tad-dejta tal-input provduta mill-kontributuri. Huwa essenzjali li l-obbligi tal-kontributuri fir-rigward ta’ din id-dejta tal-input ikunu speċifikati b’mod ċar, ikunu kredibbli u jkunu konsistenti mal-kontrolli u l-metodoloġija tal-amministratur tal-parametru referenzjarju. Huwa għalhekk meħtieġ li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jipproduċi kodiċi ta’ kondotta li jispeċifika dawn ir-rekwiżiti u li l-kontributuri jkunu marbuta b’dan il-kodiċi tal-kondotta.

(27)     Ħafna parametri referenzjarji jiġu ddeterminati minn dejta tal-input li tiġi pprovduta minn ċentri regolati, skambji tal-enerġija u rkantijiet tal-kwoti tal-emissjonijiet. Dawn iċ-ċentri huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni li jiżguraw l-integrità tad-dejta tal-input, jipprovdu għar-rekwiżiti tal-governanza u l-proċeduri għan-notifika tal-ksur. Għalhekk dawn il-parametri referenzjarji huma meħlusa minn ċerti obbligi sabiex tiġi evitata regolamentazzjoni doppja u minħabba li s-superviżjoni tiżgura l-integrità tad-dejta tal-input użata.

(28)     Il-kontributuri jistgħu jkunu soġġetti għal kunflitt ta’ interess u jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni fid-determinazzjoni tad-dejta tal-input. Għalhekk huwa meħtieġ li kontributuri jkunu soġġetti għal arranġamenti ta’ governanza sabiex ikun żgurat li dawn il-kunflitti jkunu mmaniġġati u li d-dejta tal-input tkun preċiża, tikkonforma mar-rekwiżiti tal-amministratur u tista’ tiġi vvalidata.

(29)     Tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi differenti ta' parametri referenzjarji għandhom karatteristiċi, vulnerabbiltajiet u r-riskji differenti. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu speċifikati aktar fil-fond għal setturi u tipi partikolari ta' parametri referenzjarji. Il-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax interbankarji huma parametri referenzjarji li jaqdu rwol importanti fit-trażmissjoni tal-politika monetarja u għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għal dawn il-parametri referenzjarji f’dan ir-Regolament. Il-parametri referenzjarji tal-kommoditajiet jintużaw ħafna u għandhom karatteristiċi speċifiċi għas-settur u għalhekk jeħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġi speċifikat kif dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għal dawn il-parametri referenzjarji.

(30)     Il-falliment ta’ ċerti parametri referenzjarji ta' importanza kritika jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-ordni fis-suq jew tal-investituri u huwa għalhekk meħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti addizzjonali biex jiżguraw l-integrità u r-robustezza ta’ dawn il-parametri referenzjarji ta' importanza kritika. Meta parametru referenzjarju jirreferenzja valur sinifikanti ta' strumenti finanzjarji jkollu tali impatt. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina dawk il-parametri referenzjarji li jirreferenzjaw strumenti finanzjarji 'l fuq minn ċertu limitu massimu u li għandhom jitqiesu bħala parametri referenzjarji ta' importanza kritika.

(31)     Il-kontributuri li ma jibqgħux jikkontribwixxu jistgħu jheddu l-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika. Sabiex tiġi indirizzata din il-vulnerabbiltà, huwa meħtieġ li tkun inkluża setgħa għall-awtorità kompetenti rilevanti li titlob kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika.

(32)     Sabiex l-utenti tal-parametri referenzjarji jkunu jistgħu jagħmlu għażliet adegwati dwar il-parametri referenzjarji u jifhmu r-riskji tagħhom, huma għandhom bżonn ikunu jafu x'ikejjel il-parametru referenzjarju u x'inhuma l-vulnerabblitajiet tiegħu. Għalhekk l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu jippubblika rapport li jispeċifika dawn l-elementi kif ukoll jippubblika d-dejta tal-input użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju.

(33)     Konsumaturi jistgħu jidħlu f’kuntratti finanzjarji, partikolarment ipoteki u kuntratti ta' kreditu li huma riferenzjati ma' parametru referenzjarju, iżda saħħa inugwali ta' negozjar u l-użu ta' termini standard ifissru li huma ftit li xejn ikollhom għażla dwar il-parametru referenzjarju użat. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-idoneità ta’ tali parametru referenzjarju għall-konsumatur taqa’ fuq il-mutwanti jew il-kredituri, li huma entitajiet taħt superviżjoni, minħabba li dawn għandhom kapaċità ikbar jagħżlu l-parametru referenzjarju. Madankollu, f'dan ir-Regolament ma għandhiex tkun meħtieġa l-valutazzjoni tal-adegwatezza għal strumenti finanzjarji li jirreferenzjaw ma' parametru referenzjarju, billi dan diġà huwa previst fid-Direttiva [MiFID].

(34)     Dan ir-Regolament għandu jqis il-Prinċipji tal-parametri referenzjarji maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-prinċipji IOSCO”) fis-17 ta’ Lulju 2013 li jservu bħala standard globali għar-rekwiżiti regolatorji tal-parametri referenzjarji. Huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-investituri li ssir valutazzjoni li s-superviżuri u r-regolamentazzjoni f’kwalunkwe pajjiż terz huma ekwivalenti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tal-parametri referenzjarji fl-Unjoni qabel kwalunkwe parametru referenzjarju fornut mill-pajjiż terz ikun jista’ jintuża fl-Unjoni.

(35)     L-amministratur għandu jiġi awotrizzat u superviżat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab dak l-amministratur.

(36)     F’xi ċirkostanzi persuna tista’ tforni indiċi iżda ma tkunx konxja li dan l-indiċi qed jintuża bħala referenza għal strument finanzjarju. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-utenti u amministratur tal-parametru referenzjarju jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti, kull meta jsiru konxji mill-użu ta’ parametru referenzjarju fi strument finanzjarju jinnotifikaw awtorità ċentrali ta' koordinazzjoni bħall-AETS, li mbagħad għandha tinnotifika lill-amministratur.

(37)     Sett ta’ għodod u setgħat u riżorsi effettivi għall-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jiggarantixxi l-effettività tas-superviżjoni. Dan ir-Regolament għalhekk b’mod partikolari jipprevedi sett minimu ta’ setgħat superviżorji u investigattivi li għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f'konformità mal-liġi nazzjonali. Meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jaġixxu b’mod oġġettiv u imparzjali u jibqgħu awtonomi fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom.

(38)     Għall-finijiet ta' skoperta ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess, skont il-liġi nazzjonali, għal siti ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għal dawn is-siti huwa meħtieġ meta jkun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u dejta oħra relatata mas-suġġett ta’ spezzjoni jew investigazzjoni u jistgħu jkunu relevanti biex jippruvaw ksur ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-aċċess għal tali bini huwa meħtieġ meta: il-persuna li għaliha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos milli tikkonforma magħha; jew meta hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa, jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba għal informazzjoni tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu. Jekk tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru konċernat, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tali setgħa ta' aċċess għal siti għandha tintuża wara li tkun kisbet awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.

(39)     Reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u reġistri tat-traffiku tad-dejta mingħand entitajiet taħt superviżjoni jistgħu jikkostitwixxu evidenza kruċjali, u kultant anki l-unika evidenza biex tiġi identifikata u provata l-eżistenza ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-konformità mar-rekwiżiti tal-governanza u l-kontroll. Tali reġistri u r-reġistrazzjonijiet jistgħu jgħinu biex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna responsabbli għas-sottomissjoni, dawk responsabbli għall-approvazzjoni tagħha, u jekk hemmx separazzjoni fiżika tal-impjegati. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu r-reġistrazzjonijiet eżistenti ta' konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u reġistri tat-traffiku tad-dejta li jkollha entità taħt superviżjoni, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li dawn ir-reġistri jew reġistrazzjonijiet b’rabta mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti biex jevidenzjaw ksur ta’ dan ir-Regolament.

(40)     Xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’pajjiżi terzi li jistgħu jużaw parametri referenzjarji jew ikunu kontributuri għal parametri referenzjarji jew jistgħu ikunu involuti b’xi mod ieħor fil-proċess ta' parametru referenzjarju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk jidħlu f'arranġamenti ma’ awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi. L-AETS għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni rċevuta minn pajjiżi terzi bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(41)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt tar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effettiv, id-dritt għal difiża. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b’rispett għal dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(42)     Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni konċernati jiġu rrispettati bis-sħiħ. B’mod partikolari, persuni soġġetti għal proċedimenti jingħataw aċċess għas-sejbiet li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu bbażaw id-deċiżjoni u jingħataw id-dritt li jinstemgħu.

(43)     Trasparenza fir-rigward tal-parametri referenzjarji hija neċessarja għal raġunijiet ta’ stabbiltà tas-suq finanzjarju u protezzjoni tal-investituri. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti għandha ssir skont ir-regoli tat-trasferiment tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[16]. Kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta’ informazzjoni mill-AETS għandha ssir skont ir-regoli tat-trasferiment tad-dejta personali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta[17].

(44)     Filwaqt li jitqiesu l-prinċipji stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tar-reġimi ta’ sanzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u atti legali tal-Unjoni adottati bħala segwitu għal dik il-Komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali u l-miżuri amministrattivi għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

(45)     Għalhekk, għandu jkun previst sett ta’ miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri u sabiex jiġi mtejjeb l-effett deterrenti tagħhom. Is-sanzjonijiet applikati f’każijiet speċifiċi għandhom jiġu determinati filwaqt li jitqiesu fejn xieraq fatturi bħall-ħlas lura ta’ kwalunkwe benefiċċju finanzjarju identifikat, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur, kwalunkwe fattur li jaggrava jew jimmitiga, il-ħtieġa li l-multi jkollhom effett deterrenti u, fejn xieraq, jinkludu tnaqqis għall-kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti. B’mod partikolari, l-ammont attwali ta’ multi amministrattivi li għandhom jiġu imposti f’każ speċifiku jista’ jilħaq il-livell massimu previst f’dan ir-Regolament, jew l-ogħla livell previst fil-liġi nazzjonali, għal ksur serju ħafna, filwaqt li multi li jkunu sinifikattivament inqas mil-livell massimu jistgħu jiġu applikati għal ksur minuri jew fil-każ ta’ soluzzjoni. Għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti l-possibbiltà li timponi projbizzjoni temporanja fuq il-funzjonijiet tal-maniġment tal-amministraturi jew il-kontributuri tal-parametri referenzjarji. Dan ir-Regolament ma għandux jillimita l-Istati Membri fil-kapaċità tagħhom li jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi ta' livelli ogħla.

(46)     Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jieħdu l-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett ta’ deterrent fuq il-pubbliku inġenerali, huma normalment għandhom jiġu ppubblikati. Il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet hija wkoll għodda importanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jinfurmaw lill-parteċipanti tas-suq liema mġiba titqies li tikkostitwixxi ksur ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi promossa mġiba tajba usa’ fost il-parteċipanti tas-suq. Jekk tali pubblikazzjoni tirriskja li tikkawża ħsara sproporzjonata lil persuni involuti, tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta' investigazzjoni fis-seħħ, l-awtorità kompetenti għandha tippubblika s-sanzjonijiet u l-miżuri fuq bażi anonima jew iddewwem il-pubblikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-għażla li ma jippubblikawx sanzjonijiet fejn pubblikazzjoni anonima jew imdewma titqies insuffiċjenti biex tiżgura li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Bl-istess mod, l-awtoritajiet kompetenti mhumiex meħtieġa jippubblikaw miżuri meqjusa ta’ natura minuri meta l-pubblikazzjoni tkun sproporzjonata.

(47)     Parametri referenzjarji ta' importanza kritika jistgħu jinvolvu kontributuri, amministraturi u l-utenti f’aktar minn Stat Membru wieħed. Għalhekk, il-waqfien tal-forniment ta' tali parametru referenzjarju jew kwalunkwe avveniment li jista' jhedded b'mod sinifikanti l-intgerità tiegħu jista' jkollu impatt f’aktar minn Stat Membru wieħed, li jfisser li s-superviżjoni ta’ tali parametru referenzjarju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab biss, mhux se tkun effiċjenti u effikaċi f’termini ta' indirizzar tar-riskji li joħloq parametru referenzjarju ta' importanza kritika. Sabiex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u l-miżuri superviżorji, għandhom jiġu ffurmati kulleġġi tal-awtoritajiet kompetenti. L-attivitajiet tal-kulleġġi għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni armonizzata tar-regoli f’dan ir-Regolament u għall-konverġenza tal-prassi ta’ superviżjoni. Il-medjazzjoni legalment vinkolanti tal-AETS hija element ewlieni biex jinkisbu l-koordinazzjoni, il-konsistenza superviżorja u l-konverġenza tal-prassi tas-superviżorji. Il-parametri referenzjarji jistgħu jirreferenzjaw strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji b'duratura twila. F’ċerti każijiet il-forniment ta' dawn il-parametri referenzjarji jista' ma jkunx għadu permess ladarba dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ għaliex ikollhom karatteristiċi li ma jistgħux jiġu aġġustati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-projbizzjoni li jitkompla l-forniment ta’ dawn il-parametri referenzjarji tista’ tirriżulta wkoll fit-terminazzjoni jew it-tfixkil tal-istrumenti finanzjarji jew il-kuntratti finanzjarji u għalhekk tagħmel ħsara lill-investituri. Għalhekk huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni li tippermetti l-issoktar tal-forniment ta’ dawn il-parametri referenzjarji tul perjodu tranżizzjonali.

(48)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jiġu speċifikati aktar l-elementi tekniċi tal-proposta, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet, ir-rekwiżiti tal-governanza u l-kontroll applikati lill-amministraturi u lill-kontributuri taħt superviżjoni, ir-rekwiżiti dwar id-dejta tal-input u l-metodoloġija, il-kodiċi ta’ kondotta, rekwiżiti speċifiċi għal tipi u setturi differenti ta’ parametri referenzjarji kif ukoll dwar l-informazzjoni li għandha tingħata fl-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-amministraturi.

(49)     Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS li jistabbilixxu l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(50)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta' ċerti aspetti tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk l-aspetti jikkonċernaw l-aċċertazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas ġuridiku li huma soġġetti għalih il-banek ċentrali u l-fornituri ta’ parametri referenzjarji minn pajjiżi terzi, kif ukoll tal-fatt li parametru referenzjarju għandu natura kritika. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011[18] li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(51)     Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-AETS li jistabbilixxu l-proċeduri u l-forom tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit reġim konsistenti u effettiv biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet li jippreżentaw il-parametri referenzjarji, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, billi l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mal-parametri referenzjarji jista’ jkun ipperċepit b’mod sħiħ biss f’kuntest tal-Unjoni u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1: SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jintroduċi qafas komuni biex tiġi żgurta l-preċiżjoni u l-integrità tal-indiċijiet użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji fl-Unjoni. Ir-Regolament b’hekk jikkontribwixxi għal funzjonament xieraq tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur.

Artikolu 2  Kamp ta' applikazzjoni

1.           Dan ir-Regolament japplika għall-forniment ta’ parametri referenzjarji, il-kontribuzzjoni ta’ dejta tal-input għal parametru referenzjarju u l-użu ta' parametru referenzjarju fl-Unjoni.

2.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a) Il-Membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

(b) Banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li l-qafas ġuridiku tagħhom huwa rikonoxxut mill-Kummissjoni li jipprovdi għal prinċipji, standards u proċeduri ekwivalenti għar-rekwiżiti dwar il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-forniment ta’ parametri referenzjarji previsti minn dan ir-Regolament.

3.           Il-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2(b).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 3 Definizzjonijiet

1.           Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “indiċi” tfisser kwalunkwe ċifra:

(a) li tiġi ppubblikata jew titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

(b) li tiġi ddeterminata regolarment, totalment jew parzjalment, bl-applikazzjoni ta’ formula jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ kalkolu, jew permezz ta' valutazzjoni;

(c) meta din id-determinazzjoni ssir fuq il-bażi tal-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar, jew ta' prezzijiet, inklużi stimi ta' prezzijiet, jew valuri oħra.

(2) "parametru referenzjarju" tfisser kwalunkwe indiċi li b’referenza għalih jiġi ddeterminat l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju jew indiċi li jintuża biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta' investiment;

(3) “forniment ta’ parametru referenzjarju” tfisser:

(a) l-amministrazzjoni tal-arranġamenti għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju; u

(b) il-ġbir, l-analiżi jew l-ipproċessar tad-dejta tal-input għall-iskop tad-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju; u

(c) d-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz tal-applikazzjoni ta’ formula jew metodu ieħor ta’ kalkolu jew b’valutazzjoni tad-dejta tal-input ipprovduta għal dan l-għan.

(4) “amministratur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta’ parametru referenzjarju;

(5) "utent ta’ parametru referenzjarju" tfisser kwalunkwe persuna li toħroġ jew tippossjedi strument finanzjarju jew li hija parti f'kuntratt finanzjarju li jirreferenzja ma' parametru referenzjarju;

(6) “kontribuzzjoni ta' dejta tal-input” tfisser il-forniment ta' kwalunkwe dejta lill-amministratur, jew lil persuna oħra għall-finijiet li tgħaddi għand amministratur, li hija meħtieġa f’konnessjoni mad-determinazzjoni ta’ dak il-parametru referenzjarju, u li hija fornuta għal dak l-għan;

(7) “kontributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tikkontribwixxi dejta tal-input;

(8) “kontributur taħt superviżjoni” tfisser entità taħt superviżjoni li tikkontribwixxi dejta tal-input lill-amministratur li jinsab fl-Unjoni;

(9) “sottomententi” tfisser persuna fiżika impjegata mill-kontributur għall-iskop li tikkontribwixxi dejta tal-input;

(10) "dejta tal-input" tfisser id-dejta dwar il-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar, jew il-prezzijiet, inklużi stimi tal-prezzijiet jew valuri oħra użati mill-amministratur biex jiddetermina l-parametru referenzjarju;

(11) “dejta regolat” tfisser dejta tal-input li tiġi kkontribwita direttament minn ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (25) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 ta’ [il-MIFIR] jew arranġament approvata ta’ pubblikazzjoni kif definit fil-punt (18) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 ta’ [il-MIFIR] jew arranġament ta’ rapportar approvat definit fil-punt (20) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 ta’ [il-MIFIR] skont ir-rekwiżiti obbligatorji tad-dejta ta' wara n-negozjar jew ta’ skambju elettriku kif imsemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE[19] jew skambju ta’ gass naturali kif imsemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE[20] jew pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 26 jew fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(12) “dejta tat-tranżazzjoni” tfisser il-prezzijiet, ir-rati, l-indiċi jew il-valuri osservabbli li jirrappreżentaw tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet mhux affiljati f’suq attiv soġġett għal forzi kompetittivi tal-provviżjoni u d-domanda;

(13) “strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE li għalih saret talba għal ammissjoni għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar jew li jiġi nnegozjat f’ċentru tan-negozjar;

(14) “entità taħt superviżjoni” tfisser l-entitajiet li ġejjin:

(a) istituzzjonijiet tal-kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/36/UE[21];

(b) ditti tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 ta’ [il-MIFIR];

(c) impriżi tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE[22];

(d) impriżi tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(e) impriżi tal-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/UE[23];

(f) maniġers ta' fundi ta’ investiment alternattiv (AIFMs) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24];

(g) kontropartijiet ċentrali kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25];

(h) repożitorji tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(i) amministratur;

(15) “kuntratt finanzjarju” tfisser:

(a) kwalunkwe ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26];

(b) kwalunkwe ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 ta' [id-Direttiva [2013/...//] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà residenzjali];

(16) “fond ta’ investiment” tfisser AIFs kif definit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew intrapriża ta' investiment kollettiv li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(17) "korp maniġerjali" tfisser il-korp governattiv, inklużi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li jkollu l-awtorità finali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni kumplessiva tal-entità.

(18) "konsumatur" tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti finanzjarji koperti minn dan ir-Regolament, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(19) “parametru referenzjarju ta' rata tal-imgħax interbankarja" tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta' dan l-Artikolu hija r-rata li biha l-banek jistgħu jsellfu jew jissellfu mingħand banek oħra;

(20) “parametru referenzjarju ta' kommodità" tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta' dan l-Artikolu huwa kommodità skont it-tifsira tal-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006[27]; Kwoti tal-emissjonijiet kif definit fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tal-[MiFID] ma għandhomx jitqiesu bħala kommoditajiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament;

(21) “parametru referenzjarju ta' importanza kritika" tfisser parametru referenzjarju, li l-maġġoranza tal-kontributuri tiegħu huma entitajiet taħt superviżjoni u li jirreferenzja strumenti finanzjarji li għandhom valur nozzjonali ta’ mill-inqas EUR 500 biljun;

(22) "jinsab" f’rabta ma’ persuna ġuridika tfisser l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta’ dik il-persuna jew indirizz uffiċjali ieħor, filwaqt li f’rabta ma’ persuna fiżika, l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn dik il-persuna hija residenti għal finijiet ta' taxxa.

2.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 37 bil-għan li tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, b’mod partikolari li jispeċifikaw x'jikkostitwixxi tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ indiċi, u biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

Meta applikabbli, il-Kummissjoni tqis il-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.

Artikolu 4 Esklużjoni tal-amministraturi li ma jkunux konxji mill-użu ta' parametru referenzjarju fornut minnhom u l-amministraturi li ma jagħtux il-kunsens tagħhom

1.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal amministratur fir-rigward ta’ parametru referenzjarju fornut minnu meta dak l-amministratur ma jkunx konxju u ma setax b’mod raġonevoli jkun konxju li dak il-parametru referenzjarju qed jintuża għall-finijiet msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 3(1).

2.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-amministratur ta’ parametru referenzjarju msemmi fl-Artikolu 25(3) fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju.

TITOLU II  INTEGRITÀ U KREDIBBILTÀ TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU

Kapitolu 1 Governanza u Kontroll tal-Amministraturi

Artikolu 5 Rekwiżiti ta' governanza

1.           Ir-rekwiżiti ta’ governanza li ġejjin japplikaw għall-amministratur:

(a) l-amministratur ikollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara definita b’mod ċar, trasparenti u rwoli u responsabbiltajiet konsistenti għall-persuni kollha involuti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju.

L-amministratur jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li l-forniment ta’ parametru referenzjarju ma jkun affettwat mill-ebda kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali u li fejn tkun meħtieġa kwalunkwe diskrezzjoni jew ġudizzju fil-proċess tal-parametru referenzjarju, dan jiġi eżerċitat b’mod indipendenti u onest ("Governanza u kunflitti ta' interess");

(b) l-amministratur jistabbilixxi funzjoni ta’ sorveljanza biex jipprovdi sorveljanza tal-aspetti kollha tal-forniment tal-parametri referenzjarji tiegħu ("Sorveljanza");

(c) l-amministratur ikollu qafas ta’ kontroll li jiżgura li l-parametru referenzjarju jiġi fornut u ppublikat jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni skont dan ir-Regolament ("Kontrolli");

(d) l-amministratur ikollu qafas ta' responsabbiltà li jkopri ż-żamma tar-reġistri, l-awditjar u l-analiżi, u l-proċess tal-ilmenti, li jipprovdi evidenza tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ("Responsabbilizzazzjoni").

2.           Amministratur jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ governanza u kontroll stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness 1.

3.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex tispeċifika r-rekwiżiti ta’ governanza u kontroll skont it-Taqsima A tal-Anness 1. Il-Kummissjoni tqis dan li ġej:

(a) l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ governanza tal-parametri referenzjarji;

(b) karatteristiċi speċifiċi ta' tipi differenti ta' parametri referenzjarji u amministraturi;

(c) kunflitti ta’ interess eżistenti jew potenzjali fil-forniment tal-parametri referenzjarji, il-vulnerabbiltà tal-parametri referenzjarji għall-manipulazzjoni u l-importanza tal-parametri referenzjarji għall-istabbiltà finanzjarja, is-swieq u l-investituri.

Artikolu 6 Esternalizzazzjoni

1.           L-amministarturi ma jesternalizzawx funzjonijiet fil-forniment ta’ parametru referenzjarju b’tali mod li materjalment jiġi mfixkel il-kontroll tal-amministratur fuq il-forniment tal-parametru referenzjarju jew il-kapaċità tal-awtorità kompetenti relevanti li tagħmel superviżjoni tal-parametru referenzjarju.

2.           Meta ssir esternalizzazzjoni, l-amministratur jiżgura li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-esternalizzazzjoni stipulati fit-Taqsima B tal-Anness 1.

3.           Meta l-amministratur jesternalizza funzjonijiet jew kwalunkwe servizz u attività rilevanti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju lil kwalunkwe fornitur ta’ servizz, huwa jibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tiegħu kollha skont dan ir-Regolament.

             

Kapitolu 2 Dejta tal-input u metodoloġija u rappurtar tal-ksur

Artikolu 7 Dejta tal-input u metodoloġija

1.           Il-forniment ta’ parametru referenzjarju jkun regolat bir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tad-dejta tal-input u l-metodoloġija:

(a) Id-dejta tal-input tkun suffiċjenti biex tirrappreżenta b'mod preċiż u kredibbli r-realtà tas-suq jew l-ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel ("Dejta suffiċjenti u preċiża").

Id-dejta tal-input tkun dejta tat-tranżazzjonijiet. Jekk id-dejta tat-tranżazzjonijiet disponibbli ma tkunx suffiċjenti biex tirrappreżenta b'mod preċiżi u kredibbli r-realtà tas-suq jew l-ekonomika li l-parametru referenzjarju hu maħsub biex ikejjel, tista' tintuża dejta tal-input li ma tkunx dejta tat-tranżazzjonijiet, sakemm tali dejta tkun verifikabbli.

(b) L-amministratur jikseb id-dejta tal-input minn panil jew kampjun kredibbli u rappreżentattiv ta’ kontributuri sabiex jiżgura li l-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun kredibbli u rappreżentattiv tas-suq jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel ("Kontributuri rappreżentattivi").

(c) Meta d-dejta tal-input ta’ parametru referenzjarju ma tkunx dejta tat-tranżazzjonijiet u l-kontributur ikun parti f'aktar minn 50 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet fis-suq li dak il-parametru referenzjarju huwa intenzjonat ikejjel, l-amministratur jivverifika li d-dejta tal-input tippreżenta suq suġġett għall-forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda. Meta l-amministratur isib li d-dejta tal-input ma tirrappreżentax suq soġġett għall-forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda, huwa jew jibdel id-dejta tal-input, il-kontributuri jew il-metodoloġija biex jiżgura li d-dejta tal-input tirrappreżenta suq li huwa soġġett għall-forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda, jew ma jibqax iforni dak il-parametru referenzjarju (“Impatt fuq is-suq”).

(d) L-amministratur juża metodoloġija għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju li tkun robusta u kredibbli u li għandha regoli ċari li jidentifikaw kif u meta tista' tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni fid-determinazzjoni ta’ dak il-parametru referenzjarju ("Metodoloġija robusta u kredibbli").

(e) L-amministratur jiżviluppa, jopera u jamministra d-dejta u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju b'mod trasparenti ("Trasparenza").

2.           Amministratur jikkonforma mar-rekwiżiti dwar id-dejta tal-input u l-metodoloġija stabbiliti fit-Taqsima C tal-Anness I.

3.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċernaw miżuri biex tispeċifika aktar il-kontrolli fir-rigward tad-dejta tal-input, iċ-ċirkostanzi li fihom id-dejta tat-tranżazzjonijiet tista’ ma tkunx biżżejjed u kif dan jista’ jintwera lis-superviżuri u r-rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ metodoloġiji. Il-Kummissjoni tqis dan li ġej:

(a) l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji;

(b) karatteristiċi speċifiċi ta' parametri referenzjarji u tipi ta' parametri referenzjarji differenti; u

(c) l-vulnerabbiltà tal-parametri referenzjarji li jiġu mmanipulati fid-dawl tal-metodoloġiji u d-dejta tal-input użati;

Artikolu 8 Rappurtar ta' ksur

1.           L-amministratur jiżgura li hemm sistemi adegwati u kontrolli effettivi li jiżguraw l-integrità tad-dejta tal-input għall-fini tal-paragrafu 2.

2.           L-amministratur jimmonitorja d-dejta tal-input u l-kontributuri sabiex jidentifka ksur tar-[Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq] u kwalunkwe kondotta li tista’ tinvolvi manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji u jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 11(2) tar-[Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq] u jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha fejn jissuspetta li, fir-rigward ta’ parametru referenzjarju, kien hemm:

(a) ksur materjali tar-[Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq];

(b) kondotta li tista’ tinvolvi manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju; jew

(c) kollużjoni bil-għan ta' manipulazzjoni jew ta' tentattiv ta' manipulazzjoni ta' parametru referenzjarju.

3.           L-amministratur ikollu proċeduri għall-maniġers, l-impjegati, u għal kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew ikunu taħt il-kontroll tiegħu biex jirrappurtaw ksur ta’ dan ir-Regolament b’mod intern permezz ta’ kanal speċifiku u awtonomu.

Kapitolu 3 Kodiċi ta' kondotta u rekwiżiti għall-kontributuri

Artikolu 9 Kodiċi ta' kondotta

1.           L-amministratur jadotta kodiċi ta’ kondotta għal kull parametru referenzjarju li jispeċifika biċ-ċar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-amministratur u l-kontributuri fir-rigward tal-forniment ta' parametru referenzjarju li jinkludi deskrizzjoni ċara tad-dejta tal-input li għandha tingħata, u tal-anqas tal-elementi stipulati fit-Taqsima D tal-Anness I.

2.           Il-kodiċi ta’ kondotta jiġi ffirmat mill-amministratur u mill-kontributuri u jkun legalment vinkolanti fuq il-partijiet kollha għalih.

3.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċernaw miżuri biex tispeċifika aktar it-termini tal-kodiċi ta' kondotta fit-Taqsima D tal-Anness I għal tipi differenti ta' parametri referenzjarji u biex jitqiesu l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji.

Il-Kummissjoni tqis il-karatteristiċi differenti tal-parametri referenzjarji u tal-kontributuri, notevolment f’termini ta’ differenzi fid-dejta tal-input u l-metodoloġiji, ir-riskji li d-dejta tal-input tiġi mmanipulata u l-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.

Artikolu 10 Dejta regolata

1.           Meta d-dejta tal-input ikkontribwita lil parametru referenzjarju tkun dejta regolata, l-Artikoli 7(1)(b), 8(1), 8(2) u l-Artikolu 9 ma japplikawx.

2.           L-amministratur jidħol fi ftehim mal-kontributur tad-dejta regolata li jidentifika b’mod ċar għall-kontributur il-parametri referenzjarji li l-amministratur qiegħed jiddetermina bid-dejta regolata u jiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11  Governanza u kontrolli

1.           Ir-rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll li ġejjin japplikaw għal kontributur taħt superviżjoni:

(a) Il-kontributur taħt superviżjoni jiżgura li l-forniment ta’ dejta tal-input ma jkun affettwat mill-ebda kunflitt ta’ interess eżistenti u li fejn tkun meħtieġa kwalunkwe diskrezzjoni, din tiġi eżerċitata b’mod indipendenti u onest fuq il-bażi tal-informazzjoni rilevanti skont il-kodiċi ta’ kondotta ("Kunflitti ta' interess").

(b) Il-kontributur taħt superviżjoni jkollu qafas ta’ kontroll li jiżgura l-integrità, il-preċiżjoni u l-kredibbiltà tad-dejta tal-input u li d-dejta tal-input tiġi pprovduta f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-kodiċi ta’ kondotta ("Kontrolli adegwati").

2.           Kontributur taħt superviżjoni jikkonforma mar-rekwiżiti dwar is-sistemi u l-kontrolli stabbiliti fit-Taqsima E tal-Anness I.

3.           Il-kontributur taħt superviżjoni jikkoopera bis-sħiħ mal-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti fl-awditjar u s-superviżjoni tal-forniment ta' parametru referenzjarju u jpoġġi għad-dispożizzjoni l-informazzjoni u r-reġistri miżmuma skont it-Taqsima E tal-Anness 1.

4.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 fir-rigward ta' miżuri li jkomplu jispeċifikaw aktar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistemi u l-kontrolli stabbiliti fit-Taqsima E tal-Anness I għal tipi differenti ta’ parametri referenzjarji.

Il-Kummissjoni tqis il-karatteristiċi differenti tal-parametri referenzjarji u l-kontributuri taħt superviżjoni, notevolment f’termini ta’ differenzi fid-dejta tal-input provduta u l-metodoloġiji użati, ir-riskji ta’ manipulazzjoni tad-dejta tal-input u n-natura tal-attivitajiet imwettqa minn kontributuri taħt superviżjoni, u l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.

TITOLU III REKWIŻITI SETTORJALI U PARAMETRI REFERENZJARJI TA' IMPORTANZA KRITIKA

Kapitolu 1 Setturi tal-parametri referenzjarji

Artikolu 12 Karatteristiċi speċifiċi għal tipi differenti ta' parametri referenzjarji u setturi

1.           Flimkien mar-rekwiżiti tat-Titolu II, ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax interbankarji.

2.           Flimkien mar-rekwiżiti tat-Titolu II, ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-parametri referenzjarji tal-kommoditajiet.

3.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 biex tispeċifika, jew taġġusta, fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq u teknoloġiċi u l-iżviluppi internazzjonali, l-elementi li ġejjin tal-Annessi II u III:

(a) Il-perjodu ta’ żmien li warajh id-dejta ta’ input tiġi ppubblikata (l-Anness II, il-punt 6)

(b) Il-proċessi għall-elezzjoni tal-kumitat ta’ sorveljanza u għan-nominazzjoni u r-responsabbiltajiet tiegħu (l-Anness II, il-punti 8, 9 u 10)

(c) Il-frekwenza tal-awditi (l-Anness II, il-punt 12)

(d) Il-proċessi li bihom id-dejta tal-input tiġi pprovduta għandhom jiġu speċifikati fil-kodiċi ta’ kondotta (l-Anness II, il-punt 13)

(e) Is-sistemi u l-kontrolli ta’ kontributur (l-Anness II, il-punt 16)

(f) Ir-reġistri li għandhom jinżammu minn kontributur u l-mezz li jridu jinżammu fih (l-Anness II, il-punt 17 u 18

(g) Is-sejbiet li għandhom jiġu rrapportati lill-maniġment mill-funzjoni tal-konformità tal-kontributur (l-Anness II, il-punt 19)

(h) Il-frekwenza tal-analiżijiet interni tad-dejta tal-input u l-proċeduri (l-Anness II, il-punt 20)

(i) Il-frekwenza tal-awditi esterni tal-kontributur tad-dejta tal-input (l-Anness II, il-punt 21)

(j) Il-kriterji u l-proċeduri għall-iżvilupp tal-parametru referenzjarju (l-Anness III, il-punt 1a)

(k) L-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-metodoloġija u d-deskrizzjoni tal-metodoloġija (l-Anness III, il-punti 1 u 2)

(l) Ir-rekwiżiti tal-amministratur fir-rigward tal-kwalità u l-integrità tal-kalkolu tal-parametru referenzjarju u l-kontenut tad-deskrizzjoni mehmuża ma’ kull kalkolu (l-Anness III. il-punti 5 u 6)

Kapitolu 2 Parametri referenzjarji ta' importanza kritika

Artikolu 13 Parametri referenzjarji ta' importanza kritika

1.           Il-Kummissjoni tadotta lista ta’ parametri referenzjarji li jinsabu fl-Unjoni li huma parametri referenzjarji ta' importanza kritika, skont id-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 3(21).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

2.           Fi żmien ħamest (5) ijiem ta' xogħol mid-data tal-applikazzjoni tad-deċiżjoni li tinkludi parametru referenzjarju ta' importanza kritika fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju ta' importanza kritika jinnotifika l-kodiċi ta’ kondotta lill-awtorità kompetenti rilevanti. L-awtorità kompetenti rilevanti tivverifika fi żmien 30 jum jekk il-kontenut tal-kodiċi ta’ kondotta jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ li l-awtorità kompetenti relevanti ssib elementi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, hija tinforma lill-amministratur. L-amministratur jaġġusta l-kodiċi ta’ kondotta biex jiżgura li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fi żmien 30 jum minn din it-talba.

Artikolu 14 Kontribuzzjoni obbligatorja

1.           Meta l-kontributuri, b’valur ta’ mill-anqas 20 % tal-kontributuri ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika jieqfu jikkontribwixxu, jew ikun hemm biżżejjed indikazzjonijiet li mill-inqas 20 % tal-kontributuri x’aktarx li se jieqfu jikkontribwixxu, fi kwalunkwe sena, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju ta' importanza kritika jkollha s-setgħa li:

(a) teżiġi mill-entitajiet taħt superviżjoni, magħżula skont il-paragrafu 2, li jikkontribwixxu dejta tal-input lill-amministratur skont l-metodoloġija, il-kodiċi tal-kondotta jew regoli oħra;

(b) tiddetermina l-għamla li fiha, u ż-żmien sa meta, kull dejta tal-input għandha tiġi kontribwita;

(c) tibdel il-kodiċi tal-kondotta, il-metodoloġija jew regoli oħra ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika.

2.           Fil-każ ta' parametru referenzjarju ta' importanza kritika, l-entitajiet taħt superviżjoni li huma meħtieġa jikkontribwixxu skont il-paragrafu 1 jiġu determinati mill-awtorità kompetenti tal-amministratur fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) id-daqs reali u potenzjali tal-parteċipazzjoni fis-suq tal-entità taħt superviżjoni li l-parametru referenzjarju jipprova jkejjel;

(b) l-għarfien espert u l-kapaċità li tipprovdi dejta tal-input tal-kwalità meħtieġa tal-entità taħt superviżjoni.

3.           L-awtorità kompetenti ta’ kontributur taħt superviżjoni li kien meħtieġ jikkontribwixxi għal parametru referenzjarju permezz ta’ miżuri meħuda skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jassistu lill-awtorità kompetenti tal-amministratur fl-infurzar tat-tali miżuri.

4.           L-awtorità kompetenti tal-amministratur tanalizza kull miżura adottata skont il-paragrafu 1 sena wara l-adozzjoni tagħha. Hija tirrevokaha jekk:

(a) tikkonkludi li l-kontributuri x’aktarx ikomplu jikkontribwixxu dejta tal-input għal mill-inqas sena jekk is-setgħa tiġi revokata u dan jintwera b’mill-inqas:

(1) impenn bil-miktub mill-kontributuri lill-amministratur u lill-awtorità kompetenti li se jkomplu jikkontribwixxu dejta tal-input lill-parametru referenzjarju ta' importanza kritika għal mill-inqas sena jekk is-setgħa ta' kontribuzzjoni obbligatorja tiġi rrevokata;

(2) rapport bil-miktub mill-amministratur lill-awtorità kompetenti li jipprovdi evidenza għal valutazzjoni tiegħu li l-vijabbiltà kontinwa tal-parametru referenzjarju ta' importanza kritika tista’ tiġi żgurata ladarba l-parteċipazzjoni obbligatorja tiġi rrevokata.

(b) tikkonkludi li huwa disponibbli parametru referenzjarju ta' sostituzzjoni aċċettabbli u li l-utenti tal-parametru referenzjarju jistgħu jaqilbu għal dan is-sostitut bl-inqas spejjeż li jintweraw, b'mill-inqas, b'rapport bil-miktub mill-amministratur li jispjega l-mezzi tat-tranżizzjoni għas-sostitut tal-parametru referenzjarju u l-kapaċità u l-ispejjeż għall-utenti biex jittrasferixxu għan dan il-parametru referenzjarju.

5.           L-amministratur jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti f’każ li xi kontributur jikser ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hekk malli jkun teknikament possibbli.

TITOLU IV TRANSPARENZA U PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Artikolu 15 Dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju

1.           Amministratur jippubblika dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju li:

(a) b’mod ċar u bla ambigwità tiddefenixxi s-suq jew r-realtà ekonomika mkejla mill-parametru referenzjarju u f’liema ċirkostanzi dan il-kejl jista’ jsir mhux kredibbli;

(b) tiddeskrivi jew telenka l-għanijiet li għalihom huwa xieraq li jintuża l-parametru referenzjarju u f’liema ċirkostanzi jista’ ma jibqax adattat għal dawn l-għanijiet;

(c) tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’mod ċar u mhux ambigwu jidentifikaw dawk l-elementi tal-kalkolu fejn tista’ tiġi eżerċitata diskrezzjoni, il-kriterji applikabbli għall-eżerċizzju ta' din id-diskrezzjoni u l-persuni li jistgħu jeżerċitaw id-diskrezzjoni, u kif din id-diskrezzjoni tista' sussegwentement tiġi evalwata;

(d) jipprovdi notifika tal-possibbiltà li fatturi, inklużi fatturi esterni lil hinn mill-kontroll tal-amministratur, jistgħu jirrikjedu bidliet fil-parametru referenzjarju, jew il-waqfien tiegħu; u

(e) jagħti parir li kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju ieħor li huwa referenzajt mal-parametru referenzjarju għandu jkun kapaċi jiflaħ, jew inkella jindirizza l-possibbiltà ta’ bidliet fil-parametru referenzjarju, jew il-waqfien tiegħu.

2.           Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1, l-amministratur jikkonforma mar-rekwiżiti dettaljati stipulati fit-Taqsima F tal-Anness 1.

Artikolu 16 Trasparenza tad-dejta tal-input

1.           L-amministratur jippubblika d-dejta tal-input użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju hekk kif il-parametru referenzjarju jiġi ppubblikat ħlief meta l-pubblikazzjoni jkollha konsegwenzi negattivi serji fuq il-kontributuri jew taffettwa b’mod negattiv l-kredibbiltà jew l-integrità tal-parametru referenzjarju. F’dawn il-każijiet il-pubblikazzjoni tista’ tiġi ttardjata għal perjodu li jnaqqas b’mod sinifikanti dawn il-konsegwenzi. Ma għandha tiġi ppubblikata l-ebda dejta personali inkluża fid-dejta tal-input.

2.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċernaw miżuri biex tispeċifika aktar l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata skont il-paragrafu 1, il-mezz ta' dan il-pubblikazzjoni kif ukoll iċ-ċirkostanzi meta l-pubblikazzjoni tista’ tiġi ttardjata u l-mezzi li bihom tiġi trażmessa.

Artikolu 17 Waqfien ta' parametru referenzjarju

1.           L-amministratur jippubblika proċedura dwar x’azzjonijiet għandu jieħu l-amministratur f’każ ta’ bidliet jew waqfien ta’ parametru referenzjarju.

2.           Entitajiet taħt superviżjoni li joħorġu jew ikunu sidien ta’ strumenti finanzjarji jew huma parti f'kuntratti finanzjarji li jirreferenzjaw ma' parametru referenzjarju jħejju pjanijiet robusti bil-miktub li jistipulaw l-azzjonijiet li jieħdu f’każ li parametru referenzjarju jibdel materjalment jew li ma jibqax jiġi prodott. L-entitajiet taħt superviżjoni jipprovdu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’dawn il-pjanijiet wara talba għal dan.

Artikolu 18 Valutazzjoni tal-adegwatezza

1.           Meta entità taħt superviżjoni tkun beħsiebha tidħol f’kuntratt finanzjarju ma’ konsumatur, dik l-entità taħt superviżjoni l-ewwel tikseb l-informazzjoni neċessarja dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-konsumatur fir-rigward tal-parametru referenzjarju, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu u l-għanijiet tiegħu fir-rigward ta’ dak il-kuntratt finanzjarju, u d-dikjarazzjoni ppubblikata tal-parametru referenzjarju skont l-Artikolu 15, u tivvaluta jekk r-riferenzjar tal-kuntratt finanzjarju ma' dak il-parametru referenzjarju huwiex adattat għal dak il-konsumatur.

2.           Meta l-entità taħt superviżjoni tqis, fuq il-bażi tal-valutazzjoni skont il-paragrafu 1, li l-parametru referenzjarju mhux adattat għall-konsumatur, l-entità taħt superviżjoni tavża lill-konsumatur dwar ir-raġunijiet bil-miktub.

TITOLU V UŻU TA' PARAMETRI REFERENZJARJI FORNUTI MINN AMMINISTRATURI AWTORIZZATI JEW MINN AMMINISTRATURI MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 19 Użu ta' parametri referenzjarji robusti

Entità taħt superviżjoni tista' tuża parametru referenzjarju fl-Unjoni bħala referenza fi strument finanzjarju jew f'kuntratt finanzjarju jew biex tkejjel il-prestazzjoni ta' fond ta' investiment jekk jiġi fornut minn amministratur awtorizzat skont l-Artikolu 23 jew minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz li huwa reġistrat skont l-Artikolu 21.

Artikolu 20 Ekwivalenza

1.           Parametri referenzjarji fornuti minn amministratur stabbilit f’pajjiż terz jistgħu jintużaw minn l-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 2, li tagħraf il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ dak il-pajjiż terz bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat f'dak il-pajjiż terz u jkun soġġett għal superviżjoni fih;

(c) l-amministratur ikun innotifika lill-AETS dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni, il-lista tal-parametri referenzjarji li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz;

(d) l-amministratur ikun irreġistrat kif dovut skont l-Artikolu 21; u

(e) l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma operattivi;

2.           Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tgħid li l-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a) amministraturi awtorizzati jew reġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi ma' rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ pajjiż terz jiżgurawx il-komformità mal-prinċipji IOSCO dwar il-parametri referenzjarji finanzjarji ppubblikati fis-17 ta’ Lulju 2013; u

(b) rekwiżiti vinkolanti huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

3.           L-AETS tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja tagħhom ġew rikkonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2. Dawn l-arranġamenti jispeċifikaw tal-inqas:

(a) il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar l-amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz li tintalab mill-AETS;

(b) il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz u li tkun qiegħda twettaq superviżjoni tiegħu jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra;

(c) il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' superviżjoni fosthom ta' spezzjonijiet fil-post.

4.           L-AETS tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont dan ir-Regolament:

L-AETS tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21 Reġistrazzjoni

1.           L-AETS tirreġistra l-amministraturi li jkunu nnotifikawha dwar il-kunsens tagħhom imsemmi fl-Artikolu 20(1)(c). Ir-reġistru jkun aċċessibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-AETS u jkun fih informazzjoni dwar il-parametri referenzjarji li l-amministraturi rilevanti huma permessi jipprovdu u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

2.           L-AETS tirtira r-reġistrazzjoni ta' amministratur imsemmija fil-paragrafu 1 mir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 meta:

(a) L-AETS ikollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tqis li, l-amministratur qed jaġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-utenti tal-parametri referenzjarji tiegħu jew għall-funzjonament ordnat tas-swieq; jew

(b) l-AETS ikollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tqis li, l-amministratur ikun kiser b'mod serju l-leġiżlazzjoni nazzjonali jew dispożizzjonijiet oħra applikabbli għalih fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni skont l-Artikolu 20(2).

3.           L-AETS tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) L-AETS tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li l-amministratur konċernata kkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għalih fil-pajjiż terz;

(b) L-AETS tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tal-amministratur, tal-anqas 30 jum qabel l-irtirar.

4.           L-AETS tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 2 mingħajr dewmien u tippubblika d-deċiżjoni tagħha fis-sit elettroniku tagħha.

TITOLU VI AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAL-AMMINISTRATURI

Kapitolu 1 Awtorizzazzjoni

Artikolu 22 Rekwiżiti għal awtorizzazzjoni

1.           Amministratur japplika għall-awtorizzazzjoni biex iforni parametri referenzjarji jekk iforni indiċijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw biex jirrefernezjaw strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew biex ikejlu l-prestazzjoni ta’ fond ta' investiment.

2.           L-amministratur awtorizzat jikkonforma f’kull waqt mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni inizjali.

Artikolu 23 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

1.           L-amministratur jissottometti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-amministratur.

2.           L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 issir:

(a) fi żmien 30 jum tax-xogħol minn kwalunkwe ftehim li tagħmel entità taħt superviżjoni biex tuża indiċi fornut minn dak l-amministratur bħala parametru referenzjarju għal strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta' investiment;

(b) fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta l-amministratur jagħti l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 25 għar-referenzjar tal-indiċi fl-istrument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.

3.           Amministratur applikant jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-awtorità kompetenti li l-amministratur applikant ikun stabbilixxa, meta tingħata l-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti meħtieġa kollha sabiex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

4.           Fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u tinnotifika lill-applikant kif xieraq. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, allura l-applikant jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti rilevanti.

5.           Fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti rilevanti, teżamina l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni biex tawtorizza jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni tal-amministratur applikant. Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni jekk tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-amministratur konċernata. Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta li tawtorizza lill-amministratur applikant, hija tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

6.           L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-AETS dwar kwalunkwe deċiżjoni li tawtorizza amministratur applikant jew li tirrifjuta awtorizzazzjoni u l-AETS tippubblika lista tal-amministraturi awtorizzati skont dan ir-Regolament. Din il-lista tiġi aġġornata fi żmien sebat (7) ijiem tax-xogħol wara n-notifika msemmija f'dan il-paragrafu.

7.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 39 li jikkonċerna miżuri li jkomplu jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ispejjeż tal-amministraturi u l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 24 Irtirar jew sospensjoni ta' awtorizzazzjoni

1.           L-awtorità kompetenti tirtira jew tissospendi l-awtorizzazzjoni ta’ amministratur jekk l-amministratur:

(a) b’mod espliċitu jirrinunzja għall-awtorizzazzjoni jew ma jkun forna l-ebda parametri referenzjarji matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(b) kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c) ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġie awtorizzat skonthom; jew

(d) kiser serjament jew repetutament id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.           L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-AETS dwar id-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.

Kapitolu 2

Notifika ta’ parametri referenzjarji

Artikolu 25 Notifika lill-AETS tal-użu ta’ indiċi fi strument finanzjarju

1.           Kull meta awtorità kompetenti ssir taf li indiċi qed jintuża bħala referenza għal strument finanzjarju, jew li saret talba għal ammissjoni għal negozjar lil ċentru tan-negozjar taħt is-superviżjoni ta' dik l-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ strument finanzjarju li jirreferenzja ma' indiċi, dik l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-AETS fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol.

2.           Fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol minn kwalunkwe notifika, l-AETS tinnotifika lill-amministratur rilevanti ta’ parametru referenzjarju billi tipprovdi d-dettalji sħaħ tal-użu tiegħu u titlob lill-amministratur biex jikkonferma li qed jagħti l-kunsens tiegħu biex il-parametru referenzjarju jintuża b'dan il-mod fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol.

3.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 [MIFIR], meta l-amministratur ma jikkonfermax lill-AETS dwar il-kunsens tiegħu sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2, l-AETS tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti, li titlob liċ-ċentru tan-negozjar jirtira l-elenkar ta’ dak l-istrument finanzjarju jew jirrifjuta l-ammissjoni tiegħu għal negozjar fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol.

4.           L-AETS tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tan-notifiki kollha skont il-paragrafi 1, 2 u 3.

L-AETS tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2.

L-AETS tissottometti lill-Kummissjoni dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel sottoparagrafi sa [XXXX].

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament 1095/2010.

Kapitolu 3

Kooperazzjoni superviżorja

Artikolu 26 Delega ta’ kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.           Skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 awtorità kompetent tista' tiddelega l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor. Id-delega tal-kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tkun qed tiddelega u l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-AETS dwar kwalunkwe proposta ta' delega 60 jum qabel ma tali delega tidħol fis-seħħ.

2.           L-awtorità kompetenti tista’ tiddelega xi kompiti tagħha skont dan ir-Regolament lill-AETS soġġett għall-qbil tal-AETS. Id-delega tal-kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabilità tal-awtorità kompetenti li tiddelega.

3.           L-AETS tinnotifika lill-Istati Membri dwar proposta ta’ delega fi żmien sebat ijiem. L-AETS tippubblika d-dettalji ta’ kwalunkwe delega fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika.

Artikolu 27 Divulgazzjoni ta' informazzjoni minn Stat Membru ieħor

1.           L-awtorità kompetenti tista’ tiddivulga informazzjoni riċevuta minn awtorità kompetenti oħra biss jekk:

(a) tkun kisbet il-qbil bil-miktub ta’ dik l-awtorità kompetenti u l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss għall-finijiet li tkun qablet magħhom dik l-awtorità kompetenti; jew

(b) meta tali divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti legali.

Artikolu 28 Kooperazzjoni f'każ ta' talba fir-rigward ta' spezzjoni fil-post jew investigazzjonijiet

1.           L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ titlob l-assistenza ta' awtorità kompetenti oħra fir-rigward ta' spezzjonijiet fil-post jew investigazzjonijiet.

2.           L-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel it-talba msemmija fil-paragrafu 1 tinforma lill-AETS b’dan. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transfruntier, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-AETS sabiex tikkoordina l-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni.

3.           Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti oħra biex twettaq spezzjoni fil-post jew investigazzjoni, tista’:

(a) twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fil-post hija stess;

(b) tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;

(c) taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni fil-post jew investigazzjoni;

Kapitolu 4 Rwol tal-Awtoritajiet Kompetenti

Artikolu 29 Awtoritajiet kompetenti

1.           Għall-amministraturi u l-kontributuri taħt superviżjoni, kull Stat Membru jaħtar l-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għat-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u jinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS bihom.

2.           Meta Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda, huwa jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli rispettivi u jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri.

3.           L-AETS tippubblika fil-websajt tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1.

Artikolu 30 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.           Sabiex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a) ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument u dejta oħra fi kwalunkwe forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;

(b) jitolbu jew jeżiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li huma involuti suċċessivament fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet konċernati, kif ukoll is-superjuri tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil kwalunkwe persuna bħal din bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(c) fir-rigward ta' parametri referenzjarji li d-dejta tal-input tagħhom tkun komoditajiet, jitolbu informazzjoni mingħand parteċipanti tas-suq dwar is-swieq spot relatati skont formati standardizzati, jiksbu rapporti dwar it-tranżazzjonijiet, u jkollhom aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;

(d) iwettqu spezzjonijiet fil-post jew investigazzjonijiet, f’siti ħlief fir-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi

(e) jidħlu f'siti tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti u dejta oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li dokumenti u dejta oħra marbuta mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti biex jiġi evidenzjat ksur ta’ dan ir-Regolament. Meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru konċernat, skont il-liġi nazzjonali, tali setgħa tintuża biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel;

(f) jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi jew reġistri tat-traffiku tad-dejta ieħor miżmuma minn entitajiet taħt superviżjoni;

(g) jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta' assi jew iż-żewġ affarijiet;

(h) jissospendu t-tranżazzjonijiet tal-istrument finanzjarju konċernat li jirreferenzja parametru referenzjarju;

(i) jeħtieġu waqfien temporanju ta’ kwalunkwe prassi li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra dan ir-Regolament;

(j) jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju ta’ attività professjonali;

(k) jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pubbliku jkun infurmat korrettament dwar il-forniment ta’ parametru referenzjarju, fosthom billi jeżiġu li l-persuna li tkun ippubblikat jew qassmet il-parametru referenzjarju tippubblika dikjarazzjoni korrettiva dwar kontribuzzjonijiet jew ċifri passati tal-parametru referenzjarju.

2.           L-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1, fi kwalunkwe minn dawn il-modi li ġejjin:

(a) direttament;

(b) f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew intrapriżi tas-suq;

(c) fir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet jew l-intrapriżi tas-suq;

(d) permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Għall-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi fir-rigward tad-dritt għal difiża u d-drittijiet fundamentali.

3.           L-Istati Membri jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

4.           Persuna ma għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta' informazzjoni imposta minn kuntratt jew minn kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva meta tpoġġi għad-dispożizzjoni informazzjoni skont il-paragrafu 2.

Artikolu 31 Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.           Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi mill-anqas għal:

(a) ksur tal-Artikoli 5(1), 6, 7(1), 8, 9, 10, 11, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 22 u 23 ta’ dan ir-Regolament; u

(b) nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma' spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 30.

2.           F’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa japplikaw mill-inqas dawn il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

(a) ordni li teħtieġ lill-persuna responsabbli mill-ksur sabiex twaqqaf l-imġiba u sabiex ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b) l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(c) twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d) irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ entità regolata;

(e) projbizzjoni temporanja li tipprojbixxi kwalunkwe persuna fiżika, li tinżamm responsabbli għal tali ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġar ma' amministraturi jew kontributuri;

(f) l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi sa mill-anqas tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati; jew

(1) fir-rigward ta’ persuna fiżika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-anqas:

(i) għall-ksur tal-Artikoli 5(1), 6, 7(1), 8, 9, 10, 11, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 22 u 23, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew

(ii) għall-ksur tal-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 7(1), EUR 100 000 jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(2) fir-rigward ta’ persuna ġuridika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-anqas:

(i) għall-ksur tal-Artikoli 5(1), 6, 7(1), 8, 9, 10, 11, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 22 u 23, l-ogħla minn EUR 1 000 000 jew 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta’ dħul skont id-Direttiva 86/635/KE għall-banek u d-Direttiva 91/674/KE għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha; jew

(ii) għall-ksur tal-punti (b) u (c) tal-Artikoli 6(1), l-ogħla minn EUR 250 000 jew 2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta’ dħul skont id-Direttiva 86/635/KE għall-banek u d-Direttiva 91/674/KE għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha.

3.           Sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri jinnotifikaw ir-regoli fir-rigward tal-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u lill-AETS. Huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

4.           L-Istati Membri jistgħu jagħtu setgħat ta’ sanzjonar oħra lill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u jistgħu jipprevedu livelli ogħla ta' sanzjonijiet minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.

Artikolu 32 Eżerċizzju tas-setgħat ta’ superviżjoni u sanzjonar

1.           L-Istati Membri jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi fejn xieraq:

(a) is-serjetà u t-tul taż-żmien tal-ksur;

(b) il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna responsabbli;

(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, kif indikat, partikolarment, mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) il-livell tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu ddeterminati;

(e) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f) ksur preċedenti mill-persuna konċernata;

(g) miżuri meħuda, wara l-ksur, minn persuna responsabbli sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-ksur.

2.           Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar skont iċ-ċirkustanzi definiti fl-Artikolu 31 l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-setgħat superviżorji u investigattivi u s-sanzjonijiet amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa minn dan ir-Regolament. Huma jikkoordinaw ukoll l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà tad-duplikazzjoni u t-trikkib meta japplikaw is-setgħat superviżorji u investigattivi u sanzjonijiet amministrattivi u multi f’każijiet transfruntieri..

Artikolu 33 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.           Deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura għal ksur ta’ dan ir-Regolament tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-websajt uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna sanzjonata tiġi mgħarrfa dwar dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni tkun tinkludi għall-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dan l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

2.           Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew dejta personali ta’ persuni fiżiċi titqies mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni individwali mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-dejta, jew meta l-pubblikazzjoni thedded l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni fis-seħħ, l-awtoritajiet kompetenti jew:

(a) jittardjaw il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura sal-mument meta jispiċċaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni;

(b) jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li huwa konformi mal-liġi nazzjonali, jekk din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-dejta personali konċernata; Fil-każ ta’ deċiżjoni li sanzjoni jew miżura tiġi ppubblikata fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-dejta rilevanti tista’ tiġi posposta għal perjodu raġonevoli ta’ żmien jekk ikun previst li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima jispiċċaw;

(c) ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura f’każ li l-għażliet stipulati f’(a) u (b) hawn fuq jitqiesu insuffiċjenti biex jiżguraw:

(1) li ma tiġix mhedda l-istabbilità tas-swieq finanzjarji; jew

(2) il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri jitqiesu ta’ natura minuri.

3.           Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti xorta jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Barra minn dan, tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li tiġi imposta sanzjoni jew miżura.

4.           L-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, tibqa’ fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Dejta personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni tinżamm fuq il-websajt uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta biss.

Artikolu 34 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.           Fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) li tiddetermina parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju ta' importanza kritika, l-awtorità kompetenti tistabbilixxi kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti.

2.           Il-Kulleġġ ikun magħmul mill-awtorità kompetenti tal-amministratur, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-kontributuri.

3.           L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra għandhom id-dritt ikunu membri tal-kulleġġ meta, li kieku dak il-parametru referenzjarju ta' importanza kritika kellu ma jibqax jiġi fornut, ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq, jew fuq il-konsumaturi, jew l-ekonomija reali ta' dawk l-Istati Membri.

Meta awtorità kompetenti jkollha l-intenzjoni li ssir membru ta’ kulleġġ skont l-ewwel subparagrafu, hija tressaq talba lill-awtorità kompetenti tal-amministratur li jkun fiha evidenza li r-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni huma ssodisfati. L-awtorità kompetenti rilevanti tal-amministratur tikkunsidra t-talba u tinnotifika lill-awtorità li tkun ressqet it-talba fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba jekk hija tikkunsidrax li dawk rekwiżiti ġew issodisfati. Meta tqis li dawk ir-rekwiżiti ma ġewx issodisfati, l-awtorità li tkun ressqet it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS skont il-paragrafu 10.

4.           L-AETS tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Għal dak l-għan, l-AETS tipparteċipa kif xieraq u titqies bħala awtorità kompetenti għal dak l-għan.

5.           L-awtorità kompetenti tal-amministratur tippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ, tikkoordina l-azzjonijiet tal-kulleġġ u tiżgura skambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ.

6.           L-awtorità kompetenti tal-amministratur tistabbilixxi arranġamenti bil-miktub fil-qafas tal-kulleġġ fir-rigward tas-suġġetti li ġejjin:

(a) l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b) il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(c) il-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jridu jikkonsultaw lil xulxin;

(d) l-assistenza li għandha tingħata skont l-Artikolu 14(3) fl-infurzar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 14(1)(a) u (b).

Meta l-amministratur iforni aktar minn parametru referenzjarju wieħed, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tista’ tistabbilixxi kulleġġ wieħed fir-rigward tal-parametri referenzjarji kollha fornuti minn dak l-amministratur.

7.           Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar l-arranġamenti skont il-paragrafu 6, kwalunkwe membru tal-kulleġġ, minbarra l-AETS, jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-AETS. L-awtorità kompetenti tal-amministratur tqis kif dovut kwalunkwe parir mogħti mill-AETS rigward l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub qabel ma taqbel dwar it-test finali tagħhom. L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub ikunu stipulati f’dokument uniku li jkun fih ir-raġunijiet sħaħ għal kwalunkwe tbegħid sinifikattiv mill-parir tal-AETS. L-awtorità kompetenti tal-amministratur tittrażmetti l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub lill-membri tal-kulleġġ u lill-AETS.

8.           Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura msemmija l-Artikoli 14, 23, 24 u 31, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ. Il-membri tal-kulleġġ jagħmlu dak kollu li huwa raġonevolment fis-setgħa tagħhom biex jilħqu ftehim.

Kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-amministratur li tieħu tali miżuri tqis l-impatt fuq l-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-Istati Membri rispettivi tagħhom, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru ieħor konċernat.

9.           Fi żmien 15-il jum ta’ xogħol wara li l-kwistjoni tkun ġiet innotifikata lill-kulleġġ, u fin-nuqqas ta’ qbil bejn il-membri tal-kulleġġ dwar jekk għandhiex tittieħed kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tista’ tadotta deċiżjoni. Fil-każ ta' kwalunkwe devjazzjoni ta' dik id-deċiżjoni mill-opinjonijiet espressi mill-membri l-oħra tal-kulleġġ u, fejn xieraq, l-AETS tingħata r-raġunijiet sħaħ. L-awtorità kompetenti tal-amministatur tinnotifika d-deċiżjoni tagħha, mingħajr dewmien bla bżonn, lill-kulleġġ u lill-AETS.

10.         L-awtoritajiet kompetenti, minbarra l-AETS, jistgħu jirreferu lill-AETS kwalunkwe sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a) meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali;

(b) meta, wara talba li ssir skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tkun innotifikat lill-awtorità li tkun ressqet it-talba li r-rekwiżiti ta’ dak il-paragrafu ma ġewx issodisfatti jew meta ma tkunx aġixxiet fi żmien raġonevoli fir-rigward tat-tali talba;

(c) meta l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jiftiehmu dwar il-kwistjonijiet stipulati fil-paragrafu 6;

(d) meta l-parametru referenzjarju jkunparametru referenzjarju ta' importanza kritika, meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil mal-miżura meħuda skont l-Artikoli 14, 23, 24 u 31.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-AETS tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS tista’ wkoll tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-iżvilupp ta' prassi ta' kooperazzjoni konsistenti fuq inizjattiva tagħha stess skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 35 Kooperazzjoni mal-AETS

1.           L-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.           L-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-AETS, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq d-dmirijietha, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.           L-AETS tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

L-AETS tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel sottoparagrafu sa [XXXX].

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament 1095/2010.

Artikolu 36 Sigriet professjonali

1.           Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.           L-obbligu tas-sigriet professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq jew persuna fiżika jew ġuridika li l-awtorità kompetenti tkun iddelegat xi setgħat għandhom, inklużi l-awdituri u l-esperti kuntratti mill-awtorità kompetenti.

3.           L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma tista' tiġi ddivulgata lil ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

4.           L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna l-operat jew il-kundizzjonijiet operattivi u kwistjonijiet ekonomiċi jew personali oħra titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tiddikjara, meta ssir il-komunikazzjoni, li din l-informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata jew li din id-divulgazzjoni hija meħtieġa fi proċedimenti legali.

TITOLU VII ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 37 Eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tkun mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.           Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 5(3), 7(3), 9(3), 11(4), 12(3), 16(2), u 23(7) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.           Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 5(3), 7(3), 9(3), 11(4), 12(3), 16(2), u 23(7) tista' tkun irrevokata fi kwalunke ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 5(3), 7(3), 9(3), 11(4), 12(3), 16(2), u 23(7) jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38 Proċedura ta' kumitat

1.           Il-Kummissjoni tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli. Dan il-kumitat ikun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li kienu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

TITOLU VIII Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali u Finali

Artikolu 39 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.           Amministratur li jforni parametru referenzjarju fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] japplika għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 23 fi żmien [24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni].

2.           Amministratur li ssottomessa applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jistgħu jibqa' jipproduċi parametru referenzjarju eżistenti sakemm u sa meta din l-awtorizzazzjoni ma tiġix irrifjutata.

3.           Jekk parametru referenzjarju eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, iżda t-tibdil f'dak il-parametru referenzjarju biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iwassal għal avveniment ta' force majeure, jiffrustra jew inkella jikser it-termini ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja ma' dak il-parametru referenzjarju japplika l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

4.           L-użu ta’ parametru referenzjarju jkun permess mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-amministratur sa dak iż-żmien li matul il-parametru referenzjarju jirreferenzja strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji b’valur ta’ mhux aktar minn 5 % tal-valur tal-istrumenti finanzjarji u l-kuntratti finanzjarji li kienu jirreferenzjaw ma' dan il-parametru referenzjarju meta daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. L-ebda strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju ma għandu jirreferenzja ma' parametru referenzjarju bħal dan wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 40 Analiżi

Sal-1 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni tanalizza u tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan ir-Regolament u partikolarment:

(a) il-funzjonament u l-effikaċja tar-reġim tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika u l-parteċipazzjoni obbligatorja skont l-Artikoli 13 u 14 u d-definizzjoni ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika fl-Artikolu 3;

(b) l-effettività tar-reġim superviżorju fit-Titolu VI u tal-kulleġġi skont l-Artikolu 34, u l-adegwatezza tas-superviżjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji minn korp tal-Unjoni; u

(c) l-valur tar-rekwiżit tal-adegwatezza skont l-Artikolu 18.

Artikolu 41  Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Madankollu, l-Artikolu 13(1) u 34 japplikaw minn [sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

Taqsima A Rekwiżiti ta’ Governanza u Kontroll biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 5(1)

I. Rekwiżiti tal-governanza u l-kunflitti ta’ interess li jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 5(1)(a)

1.           Il-forniment ta’ parametru referenzjarju jkun operattivament u funzjonalment separata minn kwalunkwe parti tal-operat tal-amministratur li tista' toħloq kunflitt ta’ interess reali jew potenzjali. Jekk dawn il-kunflitti ma jistgħux ikunu mmaniġġati, l-operatur tal-parametru referenzjarju jwaqqaf kwalunkwe attività jew relazzjoni li toħloq dawn il-kunflitti jew jieqaf jipproduċi l-parametru referenzjarju.

2.           L-amministratur jippubblika, jew jiddivulga l-kunflitti potenzjali jew eżistenti kollha ta' interess għall-kontributuri u l-utenti tal-parametru referenzjarju u għall-awtorità kompetenti rilevanti, inklużi kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mis-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur.

3.           L-amministratur jistabbilixxi politiki u proċeduri adegwati għall-identifikazzjoni, id-divulgazzjoni, l-immaniġġar jew il-mitigazzjoni u l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess sabiex tiġi protetta l-integrità u l-indipendenza tad-determinazzjonijiet tal-parametru referenzjarju. Dawn għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment. Il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu u jindirizzaw il-livell ta’ kunflitti ta’ interess, il-grad ta’ diskrezzjoni eżerċitat fil-proċess tal-parametru referenzjarju u r-riskji li l-parametru referenzjarju joħloq, u jiżguraw:

(a) il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kontribwita lill-amministratur, jew prodotta minnu, soġġetta għall-obbligi tad-divulgazzjoni u t-trasparenza skont dan ir-Regolament; u

(b) speċifikament li jimmitigaw il-kunflitti minħabba sjieda jew kontroll tal-amministratur, jew minħabba interessi oħra tal-grupp tiegħu jew bħala riżultat ta’ persuni oħra li jistgħu jeżerċitaw influwenza jew kontroll fuq l-amministratur f’dak li għandu x’jaqsam mal-istipular tal-parametru referenzjarju.

4.           L-amministratur jiżgura li l-impjegati, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tiegħu u li huma direttament involuti fl-għoti ta’ parametru referenzjarju:

(a) ikollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza neċessarji biex iwettqu d-dmirijiet assenjati u li jkunu soġġetti għal immaniġġar u superviżjoni effettivi;

(b) ma jkunux soġġetti għal influwenza jew kunflitti ta’ interess mhux dovuti u li l-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawn il-persuni ma joħolqux kunflitti ta’ interess jew b’mod ieħor jaffettwaw l-integrità tal-proċess tal-parametru referenzjarju;

(c) l-interessi u l-konnessjonijiet kummerċjali tagħhom ma għandhomx jikkompromettu l-funzjonijiet tal-amministratur;

(d) ikunu pprojbiti milli jikkontribwixxu għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz ta’ involviment f'offerti ta' prezz jew f'offerti ta' akkwist u tranżazzjonijiet fuq bażi personali jew f’isem parteċipanti tas-suq; u

(e) jkunu soġġetti għal proċeduri effettivi li jikkontrollaw l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ impjegati oħra, kif ukoll ma' kwalunkwe persuna oħra involuta f’attivitajiet li jistgħu joħolqu riskju ta’ kunflitti ta’ interess jew fejn dik l-informazzjoni tista’ taffettwa l-parametru referenzjarju.

5.           L-amministratur jistabbilixxi proċeduri ta’ kontroll intern speċifiċi biex jiżguraw l-integrità u l-kredibbiltà tal-impjegat jew il-persuna li tiddetermina parametru referenzjarju, inklużi mill-inqas l-iffirmar mill-maniġment qabel it-tixrid tal-parametru referenzjarju.

6.           Il-punti 7 u 8 ta’ din it-taqsima japplikaw meta d-dejta tal-input tiġi kkontribwita minn funzjoni ta' uffiċċju ta' kuntatt, li tfisser kwalunkwe dipartiment, diviżjoni, grupp, jew persunal tal-kontributuri jew ta' kwalunkwe mill-affiljati tiegħu li jwettaq kwalunkwe tranżazzjoni ta' prezzar, bejgħ, kummerċjalizzazzjoni, reklamar, solleċitazzjoni, strutturar, jew attivitajiet ta' senserija.

7.           Meta l-Amministraturi jirċievu dejta tal-input mingħand impjegati b'funzjoni ta' uffiċċju ta' kuntatt, l-Amministratur jikseb dejta minn sorsi oħra li tista' tikkonferma dik id-dejta tal-input.

8.           L-Amministratur ma għandux jaċċetta dejta tal-input minn funzjonijiet ta' uffiċċju ta' kuntatt sakemm ma jkunx hemm sorveljanza interna adegwata u proċeduri ta’ verifika għad-dejta mill-funzjoni tal-uffiċċju ta' kuntatt li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) Ikun hemm validazzjoni tal-input qabel jintuża fid-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju inkluż proċeduri għal rieżaminazzjonijiet multipli minn persunal superjuri biex jiċċekkjaw l-input u proċeduri interni ta' ffirmar mill-maniġment għas-sottomissjoni tal-input;

(b) Ikun hemm separazzjoni fiżika bejn l-impjegati fil-funzjoni tal-uffiċċju ta' kuntatt u l-linji ta’ rappurtar;

(c) Tingħata konsiderazzjoni sħiħa lill-miżuri tal-immaniġġar tal-kunflitti biex jiġu identifikati, iddivulgati, immaniġġati, mitigati u evitati inċentivi eżistenti jew potenzjali biex id-dejta tal-input tiġi mmanipulata jew influwenzata b’xi mod ieħor, inkluż permezz ta’ politiki ta’ rimunerazzjoni u kunflitti ta’ interess bejn l-attivitajiet tal-kontribuzzjoni tad-dejta tal-input u kwalunkwe operat ieħor tal-Kontributur jew ta’ kwalunkwe mill-affiljati tiegħu jew kwalunkwe mill-klijenti jew konsumaturi rispettivi tagħhom.

II. Rekwiżiti ta' sorveljanza biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 5(1)(b)

9.           L-amministratur jistabbilixxi u jżomm funzjoni ta’ superviżjoni permanenti effikaċi li topera indipendentement u li jkollha xi wħud mir-responsabbiltajiet li ġejjin, li jiġu addattati għall-kumplessità, l-użu u l-vulnerabbiltà tal-parametru referenzjarju:

(a) rieżami tad-definizzjoni u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju;

(b) sorveljanza ta' kwalunkwe bidla fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u l-awtorizzazzjoni lill-amministratur biex iwettaq konsultazzjoni dwar dawn il-bidliet;

(c) sorveljanza tal-qafas tal-kontroll tal-amministratur u tal-kodiċi ta’ kondotta u tal-immaniġġar u tal-operat tal-parametru referenzjarju;

(d) rieżami u approvazzjoni tal-proċeduri għall-waqfien tal-parametru referenzjarju, inkluża kwalunkwe konsultazzjoni dwar il-waqfien;

(e) sorveljanza ta' kwalunkwe parti terza involuta fil-forniment tal-parametru referenzjarju, inklużi l-aġenti tal-kalkolu jew tat-tixrid;

(f) valutazzjoni tal-awditi jew ir-rieżamijiet interni u esterni, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet identifikati;

(g) monitoraġġ tad-dejta tal-input u tal-kontributuri u tal-azzjonijiet tal-amministratur fil-kontestazzjoni jew il-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input;

(h) teħid ta' miżuri effettivi fir-rigward ta’ kwalunkwe ksur tal-kodiċi ta’ kondotta; u

(i) rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe imġiba ħażina mill-kontributuri jew l-amministraturi li l-funzjoni ta' sorveljanza ssir taf biha, u ta' kwalunkwe dejta tal-input anomali jew suspettuża.

10.         Il-funzjoni ta’ sorveljanza tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a) meta l-amministratur ikun proprjetà ta’ jew kontrollat minn kontributuri jew utenti, bord jew kumitat separat, li l-kompożizzjoni tiegħu tiżgura l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess. Meta l-amministratur ikun proprjetà ta’ jew kontrollat minn kontributuri, il-maġġoranza tal-kumitat ma għandhiex tkun kontributuri. Meta l-amministratur ikun proprjetà ta’ jew kontrollat minn utenti, il-maġġoranza tal-kumitat ma għandhiex tkun utenti.

(b) meta l-amministratur ma jkunx proprjetà ta’ jew kontrollat mill-kontributuri jew l-utenti tiegħu, bord jew kumitat intern. Il-membri tal-bord jew tal-kumitat intern ma jridu jkunu involuti fil-forniment tal-ebda parametru referenzjarju li jissorveljaw;

(c) meta l-amministratur jista’ juri li fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-forniment tiegħu tal-parametru referenzjarju, u r-riskju u l-impatt tal-parametru referenzjarju, ir-rekwiżiti taħt il-punti a u b ma jkunux proporzjonati, persuna fiżika tista' tipprovdi l-funzjoni ta’ uffiċjal ta’ sorveljanza. L-uffiċjal tas-sorveljanza ma jridx ikun involut fil-forniment ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju li jissorvelja;

11.         Il-funzjoni ta’ sorveljanza tista' teżerċita sorveljanza fuq aktar minn parametru referenzjarju wieħed fornut minn amministratur sakemm xorta waħda tikkonforma mar-rekwiżiti l-oħra ta’ din it-taqsima.

III. Rekwiżiti ta' kontroll biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 5(1)(c)

12.         L-amministratur jiżgura li jkun hemm qafas ta' kontroll xieraq għall-forniment tal-parametru referenzjarju. Il-qafas ta’ kontroll għandu jkun proporzjonat mal-livell ta’ kunflitti identifikati, il-grad ta’ diskrezzjoni fil-proċess tal-parametru referenzjarju u n-natura tad-dejta tal-input tal-parametru referenzjarju, u jinkludi:

(a) l-immaniġġar tar-riskju operattiv;

(b) il-kontinwità adegwata u effettiva tal-operat u pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri.

13.         Meta d-dejta tal-input ma tkunx dejta ta' tranżazzjoni, l-amministratur:

(a) jistabbilixxi miżuri biex jiżgura li l-kontributuri jikkonformaw mal-kodiċi ta’ kondotta u l-istandards applikabbli għad-dejta tal-input;

(b) jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tad-dejta tal-input, inkluż il-monitoraġġ tad-dejta tal-input qabel il-pubblikazzjoni tal-parametru referenzjarju u l-validazzjoni tad-dejta tal-input wara l-pubblikazzjoni biex jiġu identifikati żbalji u anomaliji.

14.         Il-qafas ta’ kontroll ikun dokumentat, rieżaminat u aġġornat kif xieraq u, wara talba jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti u l-awtorità kompetenti rilevanti.

IV. Rekwiżiti tal-kontabbiltà biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 5(1)(d)

15.         L-amministratur jaħtar funzjoni interna, bil-kapaċità meħtieġa biex tirrieżamina u tirrapporta dwar il-konformità tal-amministratur mal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u ma' dan ir-Regolament.

16.         Għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika, l-amministratur jaħtar awditur estern indipendenti biex janalizza u jirraporta dwar kemm l-amministratur qed isegwi l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u dan ir-Regolament jekk id-daqs u l-kumplessità l-operati tal-amministratur tal-parametru referenzjarju joħolqu riskju sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja.

17.         B'talba mill-awtorità kompetenti rilevanti jew minn kwalunkwe utent ta’ parametru referenzjarju l-amministratur jipprovdi jew jippubblika dettalji tar-rieżamijiet fil-paragrafu 15 jew l-awditi skont il-paragrafu 16.

18.         L-amministratur iżomm reġistri ta’:

(a) id-dejta tal-input kollha;

(b) l-użu ta’ dan id-dejta tal-input biex jiddetermina l-parametru referenzjarju u l-metodoloġija użata;

(c) kwalunkwe eżerċizzju ta’ ġudizzju jew diskrezzjoni mill-amministratur fid-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluża ġustifikazzjoni sħiħa għall-ġudizzju jew id-diskrezzjoni, reġistri tat-twarrib ta’ kwalunkwe dejta tal-input, b’mod partikolari jekk kienet konformi mar-rekwiżiti tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, u r-raġunijiet għalfejn twarrbet;

(d) min issottometta d-dejta u l-persuni fiżiċi impjegati mill-amministraturi għad-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji;

(e) id-dokumenti kollha dwar kwalunkwe ilment, inklużi dawk sottomessi mill-ilmentatur kif ukoll ir-reġistri tal-amministratur; u

(f) r-reġisrti tal-konverżazzjonijiet telefoniċi jew ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bejn kwalunkwe persuna impjegata mill-amministratur u l-kontributuri fir-rigward tal-parametru referenzjarju.

19.         L-amministratur iżomm ir-reġistri stipulati fil-punt 1 għal mill-inqas ħames snin f’tali forma li jkunu jistgħu jiġu rreplikati u jinftehmu l-kalkoli tal-parametru referenzjarju u li tippermetti awditu jew evalwazzjoni tad-dejta tal-input, tal-kalkoli, il-ġudizzji u d-diskrezzjoni. Ir-reġistri tal-konverżazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċi reġistrati skont il-punt 18(f) jiġu pprovduti lill-persuni involuti fil-konverżazzjoni jew il-komunikazzjoni wara talba għal dan u jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

20.         L-amministratur jistabbilixxi u jippubblika proċeduri għall-komunikazzjoni, l-immaniġġar u r-riżoluzzjoni f'waqtha tal-ilmenti relatati mal-parametru referenzjarju minn persuna, jew persuni, li jkunu indipendenti minn kwalunkwe persuna marbuta mal-ilment.

Taqsima B Rekwiżiti ta' esternalizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 6

1.         Meta ssir esternalizzazzjoni, amministratur jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fornitur tas-servizz ikollu l-ħila, il-kapaċità u kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi biex iwettaq il-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati b’mod kredibbli u professjonali;

(b) amministratur jieħu azzjoni xierqa jekk ikun jidher li l-fornitur tas-servizz jista’ ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet b’mod effettiv u f'konformità ma’ liġijiet applikabbli u rekwiżiti regolatorji;

(c) l-amministratur iżomm l-għarfien espert meħtieġ biex iwettaq effikaċement superviżjoni tal-funzjonijiet esternalizzati u jimmaniġġa r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(d) il-fornitur tas-servizz jiddivulga mal-amministratur kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u f'konformità mal-liġijiet applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;

(e) il-fornitur tas-servizz jikkoopera mal-awtorità kompetenti rilevanti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati, u l-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti jkollhom aċċess effettiv għad-dejta relatata mal-attivitajiet esternalizzati, kif ukoll għas-siti tal-operat tal-fornitur tas-servizz, u l-awtorità kompetenti rilevanti tkun tista' teżerċita dawn id-drittijiet ta’ aċċess;

(f) l-amministratur ikun jista' jtemm l-arranġamenti meta meħtieġ.

Taqsima C Rekwiżiti tad-Dejta u l-Metodoloġija biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 7(1)

I. Rekwiżiti ta' dejta suffiċjenti u preċiża u r-rappreżentattività tal-kontributuri biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u (b)

1.           L-amministratur jiżgura li l-kontrolli fir-rigward tad-dejta tal-input jinkludu:

(a) kriterji li jiddefinixxu min jista' jissottometti dejta tal-input lill-amministratur u proċess għall-għażla tal-kontributuri;

(b) proċess għall-evalwazzjoni tad-dejta tal-input tal-kontributur, u biex il-kontributur jitwaqqaf milli jipprovdi aktar dejta tal-input, jew jiġu applikati sanzjonijiet oħra għan-nuqqas ta' konformità kontra l-kontributur, fejn xieraq; u

(c) proċess għall-validazzjoni tad-dejta tal-input, inkluż permezz ta' indikaturi jew dejta oħra, sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-preċiżjoni tagħha.

II. Rekwiżiti għal metodoloġija robusta u kredibbli biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 7(1)(d)

2.           Meta jiżviluppa l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju l-amministratur tal-parametru referenzjarju,

(a) iqis il-fatturi inklużi d-daqs u likwidità normali tas-suq, it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, id-dinamika tas-suq, u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe kampjun biex jirrappreżenta r-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju hu maħsub biex ikejjel;

(b) jiddetermina x’jikkostitwixxi suq attiv għall-finijiet ta’ dak il-parametru referenzjarju; u

(c) jistabbilixxu l-prijorità mogħtija lil tipi differenti ta’ dejta tal-input.

3.           L-amministratur juża metodoloġiji tal-parametri referenzjarji li:

(a) ikunu rigorużi, kontinwi u li jistgħu jiġu vvalidati, fosthom bil-back-testing; u

(b) jkunu reżiljenti u jiżguraw illi l-parametru referenzjarju jista’ jiġi kkalkulat fl-iktar sett wiesa' ta’ ċirkostanzi possibbli.

4.           L-amministratur ikollu fis-seħħ arranġamenti pubblikati ċari li jidentifikaw dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-kwantità jew il-kwalità tad-dejta tal-input taqa’ fl-istandards meħtieġa mill-metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju b’mod preċiż u kredibbli, u li jiddeskrivi jekk u kif se jiġi kkalkolat il-parametru referenzjarju f’ċirkustanzi bħal dawn.

III. Rekwiżiti ta' trasparenza biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 7(1)(e)

5.           L-amministratur jispeċifika kif se jsiru konsultazzjonijiet dwar bidliet fil-metodoloġija. L-amministratur jippubblika l-proċeduri u r-raġunijiet għal kwalunkwe proposta ta' bidla materjali fil-metodoloġija tiegħu, inkluża definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi bidla materjali u meta se jinnotifika lil utenti b'xi bidliet. Dawn il-proċeduri:

(a) jipprovdu avviż bil-quddiem, b’perjodu ta’ żmien ċar, li jagħti l-opportunità biex jiġi analizzat l-impatt ta’ tali tibdil propost u jsiru kummenti dwaru; u

(b) jipprevedu kummenti, u tweġiba mingħand l-amministratur għal dawk il-kummenti, u li għandhom isiru disponibbli wara kull konsultazzjoni, ħlief fejn tkun intalbet il-kunfidenzjalità.

Taqsima D Rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 9

1.           Il-kodiċi ta’ kondotta miktub skont l-Artikolu 9 jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat li d-dejta tal-input tingħata skont l-Artikoli 7 u 8; min jista' jikkontribwixxi dejta tal-input lill-amministratur u l-proċeduri biex tiġi evalwata l-identità ta’ kontributur u ta' kwalunkwe sottomittenti u l-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe sottomittenti;

(b) politiki li jiżguraw li l-kontributuri jipprovdu d-dejta tal-input rilevanti kollha; u

(c) is-sistemi u l-kontrolli li l-kontributur hu meħtieġ jistabbilixxi, inklużi:

– proċeduri għas-sottomissjoni tad-dejta tal-input, inklużi r-rekwiżiti għall-kontributur li jispeċifika jekk id-dejta tal-input hijiex dejta tat-tranżazzjonijiet u jekk id-dejta tal-input hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-amministratur;

– politiki dwar l-użu tad-diskrezzjoni fil-forniment tad-dejta tal-input;

– kwalunkwe rekwiżit għall-validazzjoni tad-dejta tal-input qabel ma tingħata lill-amministratur;

– politiki taż-żamma ta' rekords;

– rekwiżiti ta’ rappurtar ta' dejta tal-input suspettuża;

– rekwiżiti tal-immaniġġar tal-kunflitti

2.           L-amministratur jiżgura li l-kodiċi ta’ kondotta jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

Taqsima E Rekwiżiti tal-governanza u l-kontroll tal-kontributuri applikati fuq il-kontributuri taħt superviżjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 11

1.           Kontributur taħt superviżjoni kollu sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw l-integrità u l-kredibbiltà tal-kontribuzzjonijiet kollha tad-dejta tal-input lill-amministratur, inklużi:

(a) kontrolli dwar min jista' jissottometti dejta tal-input lill-amministratur, inkluż, fejn proporzjonat, proċess ta' ffirmar minn persuna fiżika superjuri għas-sottomettenti;

(b) taħriġ xieraq għas-sottomittenti, li jkopru mill-inqas dan ir-Regolament u [ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq];

(c) miżuri tal-immaniġġar tal-kunflitt, inkluża separazzjoni fiżika tal-impjegati fejn xieraq u kunsiderazzjoni dwar kif jitneħħew inċentivi li jinħolqu mill-politiki tar-rimunerazzjoni biex jiġi mmanipulat kwalunkwe parametru referenzjarju;

(d) iż-żamma tar-reġistri tal-komunikazzjonijiet fir-rigward tal-forniment tad-dejta tal-input għal perjodu xieraq ta’ żmien.

2.           Meta d-dejta tal-input ma tkunx dejta ta’ tranżazzjonijiet, il-kontributuri taħt superviżjoni jistabbilixxu, flimkien mas-sistemi u l-kontrolli msemmija fil-punt (1), politiki li jiggwidaw kwalunkwe użu ta’ ġudizzju jew eżerċizzju ta' diskrezzjoni u ż-żamma ta' reġistri tar-raġunijiet għal kwalunkwe tali ġudizzju jew diskrezzjoni, u fejn proporzjonat iqisu n-natura tal-parametru referenzjarju u tad-dejta tal-input.

Taqsima F Rekwiżiti tad-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 15

Mill-anqas id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju tinkludi:

(a) id-definizzjonijiet tat-termini ewlenin kollha marbuta mal-parametru referenzjarju;

(b) kif ġew adottati l-metodoloġija u l-proċeduri għar-rieżami u l-approvazzjoni tal-metodoloġija;

(c) il-kriterji u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluża deskrizzjoni tad-dejta tal-input, il-prijorità mogħtija għal tipi differenti ta’ dejta tal-input, l-użu ta’ kwalunkwe mudell jew metodu ta’ estrapolazzjoni u kwalunkwe proċedura għall-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi tal-parametru referenzjarju;

(d) il-kontrolli u r-regoli li jirregolaw kwalunkwe eżerċizzju ta’ diskrezzjoni jew ġudizzju mill-amministratur jew minn kwalunkwe kontributur, biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-użu ta’ din id-diskrezzjoni jew il-ġudizzju;

(e) il-proċeduri li jirregolaw id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju f’perjodi ta’ stress, jew f'perjodi meta s-sorsi tad-dejta tat-tranżazzjonijiet ma jkunu insuffiċjenti, mhux preċiżi jew mhux kredibbli u l-limitazzjonijiet potenzjali tal-parametru referenzjarju f’perjodi bħal dawn; u

(f) il-proċeduri biex jiġu indirizzati żbalji fid-dejta tal-input, jew id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluż meta tkun meħtieġa determinazzjoni mill-ġdid tal-parametru referenzjarju.

ANNESS II

Parametri referenzjarji tar-Rati tal-Imgħax

1.           Dan l-Anness japplika għall-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax interbankarji.

2.           Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw flimkien jew b’sostituzzjoni għal dawk stipulati fl-Anness I.

Dejta Preċiża u Suffiċjenti

3.           Il-punti 4 u 5 japplikaw għall-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax interbankarja meta d-dejta tal-input tkun stimi jew kwotazzjonijiet.

4.           Id-dejta tat-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a) tkun:

(a) it-tranżazzjonijiet tal-kontributur li jikkorrispondu mar-rekwiżiti tad-dejta tal-input fil-kodiċi ta’ kondotta fi:

– is-suq tad-depożiti interbankarji mhux garantiti;

– swieq tad-depożiti mhux garantiti oħrajn, inklużi ċertifikati ta’ depożiti u karti kummerċjali; u

– swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada ta' swieq relatati oħra, ftehimiet ta’ riakkwist, forwards tal-kambju, futures tar-rati tal-imgħax u opzjonijiet u operazzjonijiet tal-bank ċentrali.

(b) L-osservazzjonijiet tal-kontributur dwar tranżazzjonijiet ta’ partijiet terzi fit-tranżazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2(a).

5.           Fin-nuqqas ta’ dejta tat-tranżazzjonijiet suffiċjenti fil-paragrafu 1, f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a), biex tiġi ddeterminata d-dejta tal-input jistgħu jintużaw kwotazzjonijiet minn partijiet terzi għal kontributuri fl-istess swieq u ġudizzju espert. Id-dejta tal-input tista’ wkoll tiġi aġġustata biex ikun żgurat li d-dejta tal-input tkun rappreżentattiva tas-suq interbankarju u konsistenti miegħu. B’mod partikolari, id-dejta tal-input fil-paragrafu 1 tista' tiġi aġġustata bl-applikazzjoni tal-kriterji li ġejjin:

(a) kemm it-tranżazzjonijiet kienu qrib iż-żmien tal-għoti tad-dejta tal-input u l-impatt ta’ kwalunkwe avveniment fis-suq bejn meta saru t-tranżazzjonijiet u meta ngħatat id-dejta tal-input;

(b) interpolazzjoni jew l-estrapolazzjoni minn dejta tat-tranżazzjonijiet; u

(c) aġġustamenti biex jirriflettu bidliet fil-pożizzjonijiet tal-kreditu tal-kontributuri u ta' parteċipanti oħra tas-suq.

Trasparenza tad-Dejta tal-Input

6.           Jekk id-dejta tal-input tkun stimi, l-amministratur jippubblika d-dejta tal-input tliet xhur wara li tkun ingħatat, inkella d-dejta tal-input tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 16.

Funzjoni ta’ sorveljanza

7.           Il-punti 7, 8 u 9 tat-Taqsima A tal-Anness I ma għandhomx japplikaw.

8.           L-amministraturi jkollhom kumitat indipendenti ta' sorveljanza. Il-kontributuri jkunu minoranza tal-membri tal-kumitat ta’ sorveljanza. Id-dettalji tas-sħubija jsiru pubbliċi, flimkien ma’ kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u l-proċessi għall-elezzjoni jew in-nomina tal-membri tal-kumitat ta’ sorveljanza.

9.           Il-kumitat ta’ sorveljanza tal-anqas jiltaqa' kull xahrejn u jippubblika minuti trasparenti fil-pront.

10.         Ir-responsabbiltajiet tal-funzjoni ta' sorveljanza jinkludu:

(a) rieżami tad-definizzjoni u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju;

(b) sorveljanza ta' kwalunkwe bidla fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u l-awtorizzazzjoni lill-amministratur biex iwettaq konsultazzjoni dwar dawn il-bidliet;

(c) sorveljanza tal-qafas tal-kontroll tal-amministratur u tal-kodiċi ta’ kondotta u tal-immaniġġar u tal-operat tal-parametru referenzjarju;

(d) rieżami u approvazzjoni tal-proċeduri għall-waqfien tal-parametru referenzjarju, inkluża kwalunkwe konsultazzjoni dwar il-waqfien;

(e) sorveljanza ta' kwalunkwe parti terza involuta fil-forniment tal-parametru referenzjarju, bħall-aġenti tal-kalkolu jew tat-tixrid;

(f) valutazzjoni tal-awditi jew ir-rieżamijiet interni u esterni, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet identifikati;

(g) monitoraġġ tad-dejta tal-input u tal-kontributuri u tal-azzjonijiet tal-amministratur fil-kontestazzjoni jew il-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input;

(h) l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur tal-kodiċi tal-kondotta fejn xieraq; u

(i) rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' kwalunkwe imġiba ħażina mill-kontributuri jew l-amministraturi li jsiru jafu bihom, u ta' kwalunkwe dejta tal-input anomali jew suspettuża.

Awditjar

11.         Il-punti 15 u 16 tat-Taqsima A tal-Anness I ma għandhomx japplikaw.

12.         Isir awditu estern tal-amministraturi kull sentejn, l-ewwel wieħed sitt xhur wara l-introduzzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta, u mbagħad kull sentejn. Il-kumitat ta’ sorveljanza jista' jeħtieġ awditu estern tad-ditti li jikkontribwixxu jekk ma jkunx sodisfat b’xi aspetti tal-kondotta tagħhom.

Kodiċi ta' Kondotta

13.         Il-kodiċi ta’ kondotta jispeċifika fid-dettall il-proċess li bih tiġi pprovduta d-dejta tal-input, inkluż, b’żieda mar-rekwiżiti tat-Taqsima D tal-Anness I:

(a) l-użu ta’ dejta tal-input minn tranżazzjonijiet interbankarji u tranżazzjonijiet oħra, u swieq relatati li tista' tintuża biex tiġi żviluppata valutazzjoni preċiża tal-finanzjament tas-suq interbankarju.

(b) rekwiżit li jinżammu reġistri interni preċiżi tat-tranżazzjonijiet kollha fis-suq interbankarju u ta’ swieq oħra rilevanti, flimkien ma’ rekwiżit li dawn ir-reġistri jingħataw lill-amministratur tal-parametru referenzjarju u lill-kumitat ta’ sorveljanza tiegħu fuq bażi regolari u wara talba għal dan;

(c) proċeduri ta’ validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input qabel il-pubblikazzjoni u korroborazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input wara l-pubblikazzjoni.

(d) politiki għat-taħriġ ta’ kwalunkwe sottomettent, inkluż liema inputs għandhom jitqiesu meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input u kif għandu jintuża l-ġudizzju espert u jinkludu r-responsabbiltajiet regolatorji tagħhom;

(e) rekwiżit għat-taħriġ tal-operaturi tas-suq li jeżegwixxu tranżazzjonijiet f'derivattivi li jirreferenzjaw ma' dawk il-parametri referenzjarji, fejn jiġi spjegat fid-detall ir-rwol tagħhom fil-proċess tad-determinazzjoni u x'inhu kuntatt inaċċettabbli mas-sottomittenti; u

(f) rekwiżit li l-kontributuri kollha jkollhom fis-seħħ proċeduri ta’ rappurtar ta' suspetti lill-amministratur tal-parametru referenzjarju u lill-kumitat tas-sorveljanza għal analiżi.

Sistemi u Kontrolli tal-Kontributuri

14.         Ir-rekwiżit li ġej japplika għall-kontributuri flimkien mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima E tal-Anness I.

15.         Kull sottomettent ta' kontributur u l-maniġers diretti tagħhom jikkonfermaw bil-miktub li qraw il-kodiċi ta’ kondotta u li se jikkonformaw miegħu.

16.         Is-sistemi u l-kontrolli ta' kontributur jinkludu:

(a) deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet f'kull ditta, inklużi linji ta’ rappurtar u akkontabbiltà interni, inkluż fejn qegħdin is-sottomittenti u l-maniġers u l-ismijiet tal-individwi rilevanti u s-supplenti;

(b) proċeduri interni għall-iffirmar tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input;

(c) proċeduri dixxiplinari fir-rigward ta’ tentattivi ta' manipulazzjoni, jew nuqqas ta' rappurtar, manipulazzjoni reali jew tentattiva minn partijiet esterni għall-proċess tal-kontribuzzjoni;

(d) proċeduri effikaċi tal-immaniġġar tal-kunflitti ta’ interess u kontrolli tal-komunikazzjoni, kemm fi ħdan il-kontributuri u bejn il-kontributuri u partijiet terzi oħra, biex tiġi evitata kwalunkwe influwenza esterna mhux xierqa fuq dawk responsabbli għas-sottomissjoni tar-rati. Is-sottomittenti jaħdmu f’postijiet fiżikament separati minn operaturi tas-suq tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax;

(e) proċeduri effettivi biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn persuni involuti f’attivitajiet li jinvolvu riskju ta’ kunflitt ta' interess meta l-iskambju ta’ dik l-informazzjoni jista’ jaffettwa d-dejta tal-parametru referenzjarju kontribwita;

(f) regoli biex tiġi evitata kollużjoni bejn il-kontributuri, u bejn il-kontributuri u l-amministraturi tal-parametri referenzjarji;

(g) miżuri li jimpedixxu, jew jillimitwa, kwalunkwe persuna milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod ta’ kif persuni involuti fl-għoti ta' dejta tal-input iwettqu dawn l-attivitajiet;

(h) it-tneħħija ta’ kwalunkwe rabta diretta bejn ir-rimunerazzjoni tal-impjegati involuti fl-għoti tad-dejta tal-input u r-rimunerazzjoni ta’, jew id-dħul iġġenerat minn, persuni involuti f’attività oħra, fejn jista’ jinħoloq kunflitt ta’ interess marbut ma’ dawk l-attivitajiet;

(i) kontrolli biex tiġi identifikata kwalunkwe tranżazzjoni b’lura wara l-għoti tad-dejta tal-input.

17.         Il-kontributur iżomm reġistri dettaljati ta’:

(a) l-aspetti rilevanti kollha tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input;

(b) il-proċess li jirregola d-determinazzjoni tad-dejta tal-input u l-iffirmar tad-dejta tal-input;

(c) l-ismijiet tas-sottomittenti u r-responsabbiltajiet tagħhom;

(d) kwalunkwe komunikazzjoni bejn is-sottomittenti u persuni oħra, inklużi operaturi tas-suq u sensara interni u esterni, b’relazzjoni mad-determinazzjoni jew l-kontribuzzjoni tad-dejta tal-input;

(e) kwalunkwe interazzjoni tas-sottomittenti mal-amministratur jew ma' kwalunkwe aġent tal-kalkolu;

(f) kwalunkwe mistoqsija dwar id-dejta tal-input u r-riżultat ta’ dawn il-mistoqsijiet;

(g) rapporti dwar is-sensittività tal-kotba tat-tranżazzjonijiet ta' swaps tar-rata tal-imgħax u kwalunkwe ktieb ieħor ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi b’esponiment sinifikanti għall-iffissar tar-rati tal-imgħax interbankarji fir-rigward tad-dejta tal-imgħax; u

(h) s-sejbiet ta’ kwalunkwe awditi interni u esterni.

18.         Ir-reġistri jinżammu f’mezz li jippermetti li l-ħażna tal-informazzjoni tkun aċċessibbli għal referenza fil-futur b’segwenza dokumentata tal-awditjar.

19.         Il-funzjoni tal-konformità tal-kontributur tirrapporta kwalunkwe sejba, inklużi tranżazzjonijiet b'lura lill-maniġment fuq bażi regolari.

20.         Id-dejta tal-input u l-proċeduri jkunu soġġetti għal analiżijiet interni fuq bażi regolari.

21.         Kull sentejn isir awditu estern tad-dejta tal-input tal-kontributur, tal-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, bl-ewwel wieħed isir sitt xhur wara l-introduzzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta, u mbagħad kull sentejn.

ANNESS III

Parametri referenzjarji tal-Komoditajiet

Dan l-Anness japplika għal “parametri referenzjarji tal-kommoditajiet" li tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(c) ikun kommodità skont it-tifsira tal-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006[28];

Metodoloġija

1.           Għall-finijiet tal-Artikoli 8, 9 u 16, il-metodoloġija u d-deskrizzjoni tal-metodoloġija fid-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) il-kriterji u l-proċeduri kollha li jintużaw biex jiġi żviluppat il-parametru referenzjarju, inkluż kif l-amministratur juża d-dejta tal-input inkluż il-volum speċifiku, it-tranżazzjonijiet konklużi u rapportati, offerti ta' prezz jew offerti ta' akkwist u kwalunkwe informazzjoni oħra dwar is-suq fil-valutazzjoni tiegħu u/jew fil-perjodi jew l-intervalli tal-valutazzjoni, għaliex tintuża unità speċifika ta' referenza, kif l-amministratur jiġbor din id-dejta tal-input, il-linji gwida li jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-ġudizzju mill-valutaturi u kwalunkwe informazzjoni oħra, bħal suppożizzjonijiet, mudelli u/jew estrapolazzjonijiet minn dejta miġbura, li jitqiesu biex issir il-valutazzjoni;

(b) il-proċeduri u l-prassi tiegħu li huma maħsuba biex jiżguraw konsistenza bejn il-valutaturi tiegħu fl-eżerċizzju tagħhom ta' ġudizzju;

(c) l-importanza relattiva li tingħata lil kull kriterju użat fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju, b’mod partikolari t-tip ta’ dejta tas-suq użat, u t-tip ta’ kriterju użat biex jiggwida l-ġudizzju sabiex tiġi żgurata l-kwalità u l-integrità tal-kalkolu tal-parametru referenzjarju;

(d) kriterji biex jiġi identifikat l-ammont minimu ta’ dejta tat-tranżazzjonijiet meħtieġ għall-kalkolu ta’ parametru referenzjarju partikolari. Jekk dan il-limitu ma jiġix previst, jingħataw ir-raġunijiet għaliex mhuwiex stabbilit limitu minimu, inkluż l-istipular tal-proċeduri fejn ma jkunx hemm dejta tat-tranżazzjonijiet;

(e) kriterji li jindirizzaw il-perjodi tal-valutazzjoni fejn id-dejta sottomessa tkun taħt il-limitu minimu tad-dejta rakkomandat tal-metodoloġija jew l-istandards ta’ kwalità mitluba mill-amministratur, inkluż kwalunkwe metodu alternattiv ta’ valutazzjoni inklużi mudelli teoretiċi ta’ stima;

(f) kriterji għall-puntwalità fil-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input u l-mezzi għal dawn il-kontribuzzjonijiet ta' dejta tal-input kemm jekk elettronikament, bit-telefown jew b’mod ieħor;

(g) Kriterji u proċeduri li jindirizzaw il-perjodi tal-valutazzjoni fejn kontributur wieħed jew aktar jissottometti dejta tas-suq li tikkostitwixxi proporzjon sinifikanti mid-dejta tal-input totali għal dak il-parametru referenzjarju. L-amministratur jiddefinixxi wkoll il-kriterji u l-proċeduri tiegħu għal dak li jikkostitwixxi proporzjon sinifikanti għal kull kalkolu ta' parametru referenzjarju;

(h) kriterji skont liema d-dejta ta’ tranżazzjoni tista’ tiġi eskluża mill-kalkolu ta' parametru referenzjarju.

2.           L-amministratur jippubblika:

(a) ir-raġunijiet tal-adozzjoni ta' metodoloġija partikulari, inkluż kwalunkwe tekniki ta' aġġustament fil-prezz u ġustifikazzjoni għall-perjodu ta' żmien jew intervall li fih huwa aċċetatt li d-dejta tal-input tkun indikatur kredibbli tal-valuri fiżiċi tas-suq;

(b) proċedura għal analiżi u approvazzjoni interni ta’ metodoloġija partikolari, kif ukoll il-frekwenza ta’ din l-analiżi; u

(c) proċedura għal analiżi esterna ta’ metodoloġija partikolari, inklużi l-proċeduri biex tinkiseb l-aċċettazzjoni fis-suq tal-metodoloġija permezz ta’ konsultazzjoni mal-utenti dwar bidliet importanti fil-proċessi tal-kalkolu tagħhom tal-parametru referenzjarju.

Bidliet fil-Metodoloġija

3.           F’konformità mal-Artikolu 7(1)(e), l-amministratur jadotta u jippubblika lill-utenti proċeduri espliċiti u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla materjali proposta fil-metodoloġija tiegħu. Dawk il-proċeduri jkunu konsistenti mal-għan prevalenti li amministratur irid jiżgura l-integrità kontinwa tal-kalkoli tal-parametru referenzjarju tiegħu u jimplimenta bidliet għal b'mod korrett għas-suq partikolari li miegħu huma marbuta dawn il-bidliet. Dawn il-proċeduri jipprevedu:

(a) avviż bil-quddiem f’perjodu ta’ żmien ċar li jagħti lill-utenti opportunità biżżejjed biex janalizzaw u jikkummentaw dwar l-impatt ta’ dawn il-bidliet proposti, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kumplessivi tal-kalkolu tal-amministratur;

(b) li l-kummenti tal-utenti, u tweġiba mingħand l-amministratur għal dawk il-kummenti, isiru disponibbli għall-utenti kollha tas-suq wara kwalunkwe perjodu ta' konsultazzjoni, ħlief jekk il-kummentatur ikun talab il-kunfidenzjalità.

4.           L-amministratur jeżamina regolarment il-metodoloġiji tiegħu bil-għan li jiġi żgurat li dawn jirriflettu b’mod kredibbli s-suq fiżiku li qed jiġi vvalutat u jinkludi proċess biex jitqiesu l-opinjonijiet tal-utenti rilevanti.

Kwalità u Integrità l-Kalkoli tal-Parametru Referenzjarju

5.           Skont l-Artikoli 8 u 9, l-amministratur:

(a) jispeċifika l-kriterji li jiddefinixxu l-komodità fiżika li hija s-suġġett ta’ metodoloġija partikulari;

(b) jagħti prijorità lid-dejta tal-input fl-ordni li ġejja, fejn konsistenti mal-metodoloġiji tal-amministraturi:

(1) tranżazzjonijiet konklużi u rappurtati;

(2) offerti ta' prezz u offerti ta' akkwist;

(3) informazzjoni oħra.

Jekk tranżazzjonijiet konklużi u rappurtati ma jingħatawx prijorità, ir-raġunijiet għandhom jiġu spjegati kif jitlob il-punt 6(b).

(c) juża biżżejjed miżuri maħsuba biex jużaw dejta tas-suq sottomessa u meqjusa fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju, li hija in bona fide, li jfisser li l-partijiet li ssottomettew id-dejta tas-suq ikunu wettqu, jew ikunu lesti jwettqu tranżazzjonijiet li jiġġeneraw tali dejta tas-suq u li t-tranżazzjonijiet konklużi kienu eżegwiti b'mod distakkat bejniethom u tingħata attenzjoni partikolari għal tranżazzjonijiet bejn affiljati;

(d) jistabbilixxu u jużaw proċeduri biex jidentifikaw anomali jew dejta dwar tranżazzjonijiet suspettużi u jżommu reġistri ta’ deċiżjonijiet li tiġi eskluża dejta ta' tranżazzjoni mill-proċess tal-kalkolu tal-parametru referenzjarju tal-amministratur;

(e) jinkoraġġixxu lill-kontributuri jissottomettu d-dejta tas-suq kollha tagħhom li taqa' taħt il-kriterji tal-amministratur għal dak il-kalkolu. L-amministraturi jfittxu, sa fejn ikunu jistgħu u huwa raġonevoli, li jiżguraw li d-dejta sottomessa tkun rappreżentattiva tat-tranżazzjonijiet konklużi attwali tal-kontributuri; u

(f) jużaw sistema ta’ miżuri xierqa biex jiżguraw li l-kontributuri jikkonformaw mal-istandards tal-kwalità tal-amministratur u ma' standards ta' integrità għad-dejta tas-suq.

6.           L-amministratur jiddeskrivi u jippubblika ma' kull kalkolu, sal-punt possibbli mingħajr ma jikkomprometti l-pubblikazzjoni dovuta tal-parametru referenzjarju:

(a) spjegazzjoni qasira, biżżejjed biex tiffaċilita l-fehim tal-abbonat jew tal-awtorità kompetenti tal-parametru referenzjarju kif ġie żviluppat il-kalkolu, fosthom, bħala minimu, id-daqs u l-likwidità tas-suq fiżiku li qed jiġi vvalutat (bħall-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet sottomessi), il-firxa u l-volum medju u l-firxa u l-medja tal-prezz, u l-perċentwali indikattivi ta’ kull tip ta’ dejta tas-suq li tqis fil-kalkolu; termini li jirreferu għall-metodoloġija tal-ipprezzar jiġu inklużi bħal “ibbażati fuq it-tranżazzjonijiet”, “ibbażati fuq il-firxa” jew “interpolati/estrapolati”;

(b) spjegazzjoni qasira ta' sa fejn, u l-bażi li fuqha intuża fi kwalunkwe kalkolu ġudizzju li jinkludi l-esklużjonijiet ta’ dejta li mill-bqija kkonformat mar-rekwiżiti tal-metodoloġija rilevanti għal dak il-kalkolu, li bbaża l-prezzijiet fuq firxiet jew interpolazzjoni, estrapolazzjoni, jew li ppeża offerti ta' prezz jew offerti ta' akkwist ogħla mit-tranżazzjonijiet konklużi, jekk ikun hemm.

Integrità tal-Proċess ta’ Rappurtar

7.           Skont l-Artikolu 5, l-amministratur:

(a) jispeċifika l-kriterji li jiddefinixxu min jista' jissottometti dejta tas-suq lill-amministratur;

(b) ikollu proċeduri tal-kontroll tal-kwalità biex jevalwa l-identità ta’ kontributur u kwalunkwe impjegat tal-kontributur li jirrapporta dejta tal-input u l-awtorizzazzjoni ta’ tali persuna biex tirrapporta dejta tal-input f’isem il-kontributur;

(c) jispeċifika l-kriterji applikati lill-impjegati ta’ kontributur li huma permessi jissottomettu dejta tal-input lil amministratur f’isem kontributur; jinkoraġġixxi lill-kontributuri jissottomettu dejta tat-transazzjonijiet mill-funzjonijiet back office u jfittex dejta ta' korroborazzjoni minn sorsi oħra fejn id-dejta tat-tranżazzjonijiet tasal direttament mingħand operatur tas-suq; u

(d) jimplimenta kontrolli interni u proċeduri bil-miktub biex jidentifika komunikazzjonijiet bejn kontributuri u valutaturi li jippruvaw jinfluwenzaw kalkolu għall-benefiċċju ta’ xi pożizzjoni kummerċjali (kemm jekk tal-kontributur, l-impjegati tiegħu jew kwalunkwe parti terza), tentattiv biex valutatur jikser r-regoli jew il-linji gwida tal-amministratur jew jiġu identifikati kontributuri li jinvolvu ruħhom f'sekwenza ta' sottomissjonijiet anomali jew dejta tat-tranżazzjonijiet suspettuża. Dawn il-proċeduri jinkludu dispożizzjoni ta' eskalazzjoni mill-amministratur, ta’ inkjesta fil-kumpanija tal-kontributur. Il-kontrolli jinkludu indikaturi ta' kontroverifika mis-suq biex tiġi vvalidata l-informazzjoni sottomessa.

Valutaturi

8.           Skont l-Artikolu 5, l-amministratur:

(a) jadotta u jkollu regoli u linji gwida interni espliċiti għall-għażla tal-valutaturi, inkluż il-livell minimu ta’ taħriġ, esperjenza u ħiliet tagħhom, kif ukoll il-proċess għall-analiżi perjodika tal-kompetenza tagħhom;

(b) jippjana għall-kontinwità u s-suċċessjoni fir-rigward tal-valutaturi tiegħu sabiex ikun żgurat li l-kalkoli jsiru b’mod konsistenti u minn impjegati li jkollhom livelli ta’ għarfien espert rilevanti;

(c) joħloq proċeduri ta’ kontroll intern sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-kredibbiltà tal-kalkoli. Bħala minimu, dawn il-kontrolli u l-proċeduri interni jeħtieġu superviżjoni kontinwa tal-valutaturi biex jiżguraw li metodoloġija ġiet applikata b’mod xieraq.

Rendikonti tal-Entrati

9.           Skont l-Artikolu 5, l-amministratur ikollu regoli u proċeduri biex jiddokumenta kontemporanjament informazzjoni rilevanti, inkluż:

(a) id-dejta tas-suq kollha;

(b) il-ġudizzji li jagħmlu l-valutaturi biex jaslu għall-kalkolu ta' kull parametru referenzjarju;

(c) jekk kalkolu eskludiex tranżazzjoni partikolari, li mill-bqija konformat mar-rekwiżiti tal-metodoloġija rilevanti għal dak il-kalkolu, u r-raġunijiet għaliex għamel hekk;

(d) l-identità ta’ kull valutatur u ta’ kwalunkwe persuna oħra li sottomettiet jew inkella ġenerat kwalunkwe informazzjoni fil-punti (a), (b) jew (c).

10.         Skont l-Artikolu 5, l-amministratur ikollu regoli u proċeduri stabbiliti sabiex ikun żgurat li rendikont tal-entrati tal-informazzjoni rilevanti jinżamm mill-inqas għal ħames snin sabiex jiddokumenta l-kostruzzjoni tal-kalkoli tiegħu.

Kunflitti ta' Interess

11.         Skont l-Artikolu 5, il-politiki u l-proċeduri tal-kunflitti ta’ interess ta' amministratur:

(a) jiżguraw li l-kalkoli ta' parametru referenzjarju ma jkunux influwenzati bl-eżistenza, jew bil-potenzjal, ta’ relazzjoni jew interess kummerċjali jew ta' negozju personali bejn l-amministratur jew l-affiljati tiegħu, il-persunal tiegħu, il-klijenti, kwalunkwe parteċipant tas-suq jew persuni marbuta magħhom;

(b) jiżguraw li l-interessi personali u l-konnessjonijiet kummerċjali tal-persunal tal-amministratur ma jitħallewx jikkompromettu l-funzjonijiet tal-amministratur, inkluż lil hinn mill-impjieg, fl-ivvjaġġar u billi jiġu aċċettati divertiment, rigali u ospitalità provduti mill-klijenti tal-amministratur jew minn parteċipanti oħra fis-suq tal-kommoditajiet;

(c) jiżguraw, fir-rigward tal-kunflitti identifikati, segregazzjoni xierqa tal-funzjonijiet fl-amministratur permezz ta’ superviżjoni, kumpens, sistemi ta' aċċess u flussi tal-informazzjoni;

(d) jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa lill-amministratur, jew prodotta minnu, soġġetta għall-obbligi tad-divulgazzjoni tal-amministratur;

(e) jipprojbixxu lill-maniġers, lill-valutaturi u lil impjegati oħra tal-amministratur milli jikkontribwixxu għal kalkolu ta' parametru referenzjarju permezz ta’ involviment f'offerti ta’ prezz jew f'offerti ta’ akkwist u tranżazzjonijiet, kemm fuq bażi personali kif ukoll f’isem xi parteċipanti tas-suq;

(f) effettivament jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess identifikati li jista’ jkun hemm bejn il-forniment tal-parametru referenzjarju tiegħu (inklużi l-impjegati kollha li jwettqu jew b'xi mod jipparteċipaw fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju), u kwalunkwe operat ieħor tal-amministratur.

12.         L-amministratur jiżgura li l-operazzjonijiet kummerċjali l-oħra tiegħu jkollhom fis-seħħ proċeduri u mekkaniżmi maħsuba biex jimminimizzaw il-probabbiltà li l-kunflitti ta’ interess jaffettwaw l-integrità tal-kalkoli tal-parametru referenzjarju.

13.         L-amministratur jiżgura li jkun fired il-linji ta’ rappurtar bejn il-maniġers, il-valutaturi u impjegati oħra tiegħu u mill-maniġers sal-ogħla livell ta' maniġment tal-amministratur u l-bord tiegħu biex jiżgura:

(a) li l-amministratur jimplimenta b’mod sodisfaċenti r-rekwiżiti tar-Regolament; u

(b) li r-responsabbiltajiet huma definiti b’mod ċar u ma jkunux f’kunflitt jew jikkawżaw perċezzjoni ta’ kunflitt.

14.         L-amministratur jiddivulga mal-utenti tiegħu kunflitt ta’ interess li jirriżulta mis-sjieda tal-amministratur malli jsir jaf bih.

Ilmenti

15.         Skont l-Artikolu 5, l-amministratur ikollu fis-seħħ u jippubblika proċeduri bil-miktub biex jirċievi, jinvestiga u jżommu reġistri dwar l-ilmenti li jsiru dwar il-proċess tal-kalkolu tal-amministratur. Tali mekkaniżmi ta’ lment jiżguraw li:

(a) l-amministratur ikollu fis-seħħ mekkaniżmu dettaljat bil-miktub ta’ politika ta’ trattament tal-ilmenti, li permezz tagħha l-abbonati jkunu jistgħu jressqu lmenti dwar jekk il-kalkolu ta' parametru referenzjarju speċifiku huwiex rappreżentattiv tal-valur tas-suq, it-tibdil propost fil-kalkolu ta' parametru referenzjarju, l-applikazzjonijiet ta’ metodoloġija fir-rigward ta’ kalkolu ta' parametru referenzjarju speċifiku u deċiżjonijiet editorjali oħra fir-rigward tal-proċessi ta' kalkolu ta' parametru referenzjarju;

(b) l-amministratur jiżgura li l-politika bil-miktub tiegħu dwar it-trattament tal-ilmenti tinkludi, fost affarijiet oħra, il-proċess u skeda fil-mira għall-immaniġġar tal-ilmenti;

(c) ilmenti formali li jsiru kontra amministratur u l-persunal tiegħu jiġu investigati minn dak l-amministratur fil-waqt u b’mod ġust;

(d) l-inkjesta titwettaq indipendentement minn kwalunkwe persunal li jista' jkun involut fis-suġġett tal-ilment;

(e) l-amministratur jimmira li jlesti l-investigazzjoni tiegħu fl-iqsar żmien;

(f) l-amministratur jinnotifika lill-ilmentatur u lil kwalunkwe parti rilevanti oħra dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni bil-miktub u fi żmien raġonevoli;

(g) ikun hemm rikors għand parti terza indipendenti maħtura mill-amministratur, jekk xi lmentatur ma jkunx sodisfat bil-mod kif ġie trattat ilment mill-amministratur rilevanti jew mid-deċiżjoni tal-amministratur f’sitwazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta sar l-ilment oriġinali; u

(h) id-dokumenti kollha dwar ilment, inklużi dawk sottomessi mill-ilmentatur kif ukoll ir-reġistru tal-amministratur stess, jinżammu għal minimu ta’ ħames snin.

16.         Tiwlim dwar determinazzjonijiet fl-ipprezzar ta’ kuljum, li mhumiex ilmenti formali, jiġu riżolti mill-amministratur b’referenza għall-proċeduri standard xierqa tiegħu. Jekk ilment jirriżulta f’bidla fil-prezz, dan ikun ikkomunikat lis-suq mill-aktar fiss possibbli.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji

Qasam/oqsma ta' politika konċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[29]

Suq Intern Swieq Finanzjarji

Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrelata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[30]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

Għanijiet

L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri; jitnaqqas ir-riskju ta’ diżordni fis-suq, jitnaqqsu r-riskji sistemiċi

L-objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) ABM/ABB konċernata/i

Għanijiet speċifiċi:

- Jitnaqqas ir-riskju ta' manipulazzjoni tal-parametru referenzjarju

- Jiġi żgurat l-użu xieraq ta' parametri referenzjarji robusti u kredibbli

L-attivitajiet AMB/ABB konċernati

L-għanijiet speċifiċi elenkati hawn fuq jeħtieġu l-kisba tal-għanijiet operattivi li ġejjin:

- Jiġu limitati l-inċentivi u l-opportunitajiet ta' manipulazzjoni

- Tiġi mminimizzata d-diskrezzjoni - jiġi żgurat li l-parametri referenzjarji jkunu bbażati fuq dejta suffiċjenti u rappreżentattiva

- Tiġi żgurata governanza robusta u li l-kontrolli jindirizzaw ir-riskji

- Titjieb it-trasparenza u jiġi żgurat li l-użu tal-parametri referenzjarji jkun ibbażat fuq l-adegwatezza

- Tiġi żgurata sorveljanza effettiva

Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta għandha l-għan li:

- Tirregola l-forniment tal-parametri referenzjarji u l-għoti ta’ dejta tal-input għall-parametri referenzjarji

- Tiżgura li jiġu applikati governanza u kontrolli adegwati għall-forniment tal-parametri referenzjarji u li l-kunflitti ta’ interess jiġu evitati

- Tiżgura li l-metodoloġiji tal-parametru referenzjarju u d-dejta tal-input huma robusti u kredibbli

- Tiżgura li l-attività ta’ kontribuzzjoni lill-parametri referenzjarji tkun soġġetta għal kontrolli xierqa u li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess

- Tiżgura li l-parametri referenzjarji jiġu fornuti b'mod trasparenti

- Tiżgura li titwettaq valutazzjoni tal-adegwatezza meta parametri referenzjarji jintużaw bħala referenza f’kuntratt finanzjarju ma’ konsumatur

Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

1. Jitnaqqas ir-riskju ta' manipulazzjoni tal-parametru referenzjarju

- Għadd ta' ksur tar-regolament dwar l-abbuż tas-suq fir-rigward tal-parametri referenzjarji

- Għadd ta' sanzjonijiet u penali imposti

- Għadd ta’ spezzjonijiet fil-post

- Għadd ta’ miżuri superviżorji

2. Jiġi żgurat l-użu xieraq ta' parametri referenzjarji robusti u kredibbli

- Għadd ta' ksur tar-regolament

- Għadd ta' sanzjonijiet u penali imposti

- Għadd ta’ spezzjonijiet fil-post

- Għadd ta’ miżuri superviżorji

- Għadd ta’ azzjonijiet ċivili għal nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament minn utenti ta’ parametru referenzjarju kontra amministraturi u kontributuri

- Għadd ta' ilmenti li jaslu għand il-Kummissjoni mingħand utenti ta' parametru referenzjarju

Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

B'riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament fl-Istati Membri:

- Jonqos ir-riskju ta' manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji

- Jiġi żgurat l-użu ta' parametri referenzjarji robusti u adegwati

Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-parametri referenzjarji huma ta' natura transfruntiera fir-rigward tal-użu u l-forniment tagħhom. Fin-nuqqas ta’ qafas leġiżlattiv tal-UE, azzjonijiet nazzjonali minn stati membri jkunu ineffettivi, billi ma hemmx obbligu jew inċentiv għall-Istati Membri biex jikkooperaw ma’ xulxin u n-nuqqas ta’ din il-kooperazzjoni tħalli spazju għal arbitraġġ regolatorju. L-involviment tal-UE jiżgura reazzjoni konsistenti u koordinat li timminimizza l-ineffiċjenzi li jinħolqu permezz ta' approċċi diverġenti u l-possibbiltajiet għal arbitraġġ regolatorju li kieku jkunu jeżistu.

Lezzjonijiet minn esperjenzi simili fil-passat

Il-parametri referenzjarji huma simili għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu billi t-tnejn huma punti ta’ referenza għall-investimenti jew il-kuntratti finanzjarji. Fiż-żewġ każijiet il-kriżi finanzjarja wriet kif dubji dwar l-integrità u l-preċiżjoni tagħhom jistgħu jheddu s-swieq u jikkawżaw ħsara kemm fl-ekonomija reali kif ukoll lill-investituri. Din il-proposta tibni fuq l-esperjenza regolatorja f’rabta mar-regolament dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-istrutturi regolatorji u superviżorji l-aktar effiċjenti u effettivi u r-rekwiżiti tal-governanza.

Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta għandha sinerġiji sinifikanti mal-proposta għal Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (RAS) fl-Artikoli 2(3)(d) u 8(1)(d) u d-Direttiva dwar sanzjonijiet kriminali għall-abbuż tas-suq (criminal sanctions for market abuse Directive, CSMAD), li tiċċara li kwalunkwe manipulazzjoni ta’ parametri referenzjarji hija b’mod ċar u bla ekwivoku illegali u suġġetta għal sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali. Ir-Regolament dwar l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-enerġija (REMIT) jipprevedi wkoll li l-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji li jintużaw għal bejgħ fil-livell ta' operaturi ta' prodotti tal-enerġija hija illegali. Dawn l-istrumenti għalhekk jindirizzaw l-imġiba tal-individwi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji filwaqt li din il-proposta tindirizza d-dgħufijiet fil-qafas tal-produzzjoni tal-parametri referenzjarji li jiffaċilitaw il-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji.

Id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji u r-regolament ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-direttiva, id-Direttiva dwar il-Prospett u r-regolament ta’ implimentazzjoni u d-Direttiva dwar l-Impriżi ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli kollha jirregolaw l-użu u t-trasparenza tal-parametri referenzjarji u b’hekk jikkumplimentaw l-azzjonijiet ta’ din il-proposta.

Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat

Metodu/i ta’ mmaniġġar previst(i)[31]

X Immaniġġar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni

X Immaniġġar indiretta ċentralizzat bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

aġenziji eżekuttivi

X         korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[32]

korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta' servizz pubbliku

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Immaniġġar kodiviż mal-Istati Membri

¨ Immaniġġar deċentralizzat ma' pajjiżi terzi

¨ Immaniġġar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jiġu speċifikati aktar 'il quddiem)

Jekk jiġi indikat aktar minn mod ta’ mmaniġġar wieħed, jekk jogħġbok agħti dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Kombinazzjoni ta’ mmaniġġar dirett ċentralizzat (DĠ MARKT) u mmaniġġar ċentralizzat indiretta bid-delega ta’ kompiti ta’ implimentazzjoni lil korp maħluqa mill-KE (AETS)

MIŻURI TA’ MMANIĠĠAR

Regoli ta' monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jipprevedi evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba b'riżultat tal-operat tal-Awtorità kull tliet snin mill-bidu effettiv tal-operat tagħha. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament, se jiġu prodotti rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2019.

Sistema ta’ mmaniġġar u kontroll

Riskju/i identifikat(i)

Twettqet valutazzjoni tal-impatt għall-proposta ta’ riforma tas-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja fl-UE sabiex takkumpanja l-abbozz tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS).

Ir-riżorsi addizzjonali għall-AETS previsti bħala riżultat tal-proposta attwali huma meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ twettaq il-kompetenzi tagħha u b’mod partikolari r-rwol tagħha f'dawn li ġejjin:

- Tipparteċipa fil-kulleġġi tas-superviżuri għal parametri referenzjarji ta' importanza kritika u tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni, inkluża medjazzjoni vinkolanti dwar suġġetti importanti speċifikati f’dan ir-Regolament, tgħin biex tintlaħaq fehma komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.

- Tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-iskambju ta’ informazzjoni rċevuta minn pajjiżi terzi bejn l-awtoritajiet kompetenti.

- Tabbozza linji gwida għall-promozzjoni tal-konverġenza u l-konsistenza transsettorjali tar-reġimi tal-penali fir-rigward ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

- Iż-żamma ta' lista ta’ amministraturi reġistrati skont dan ir-Regolament u d-ditti minn pajjiżi terzi li jfornu parametri referenzjarji fl-Unjoni.

- Li tirċievi notifiki tal-użu ta’ parametru referenzjarju fi strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju fl-Unjoni, u żżomm reġistru u tiżgura li l-amministraturi jkunu konxji minn dan l-użu.

Mingħajr ir-riżorsi meħtieġa ma jistax ikun żgurat it-twettiq f’waqtu u effiċjenti tar-rwol tal-Awtorità.

Metodu/i ta' kontroll previst(i)

Is-sistemi ta’ mmaniġġar u kontroll kif previsti fir-Regolament tal-AETS se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-AETS f'din il-proposta.

Is-sett finali ta’ indikaturi sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-AETS se jiġi deċiż mill-Kummissjoni fi żmien it-twettiq tal-ewwel evalwazzjoni. Għall-valutazzjoni finali, l-indikaturi kwantitattivi se jkunu importanti daqs il-provi kwalitattivi miġbura fil-konsultazzjonijiet. L-evalwazzjoni tiġi rrepetuta kull tliet snin.

Kostijiet u benefiċċji tal-kontrolli u r-rata probabbli ta' nonkomformità

Il-kostijiet huma estimati fit-Taqsima 3. Il-benefiċċji ewlenin jinkludu li:

- Jitnaqqas ir-riskju ta’ manipulazzjoni u għalhekk tissaħħaħ l-istabbiltà tas-suq u l-fiduċja restawrata fis-swieq finanzjarji.

- Tittejjeb l-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji u b’hekk titjieb tal-imparzjalità, l-integrità u l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji.

- Jiġi żgurat l-użu xieraq ta' parametri referenzjarji robusti u kredibbli      u għalhekk protezzjoni aħjar għall-konsumaturi u għall-investituri.

B’konsegwenza, din il-proposta tagħti kontribut biex titjieb l-imparzjalità tas-suq u tiżgura l-protezzjoni tal-konsumaturi u l-investitur. Dawn il-benefiċċji huwa diffiċli li jiġu kkwantifikati. Madankollu, minħabba l-importanza globali ta’ parametri referenzjarji robusti u kredibbli biex tinżamm l-istabbiltà tas-suq u tiġi restawrata l-fiduċja fis-swieq, il-benefiċċji huma sostanzjali meta mqabbla mal-kostijiet.

Qed jiġi estimat li r-rata ta’ nonkonformità tkun baxxa minħabba li l-inizjattiva tipproponi regoli ċari u infurzabbli b’inċentivi biex jiżguraw il-konformità.

Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet:

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) japplikaw għall-AETS mingħajr l-ebda restrizzjoni.

L-Awtorità taċċedi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-Awtorità.

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu kontrolli fil-post tal-benefiċjarji ta’ flus żburzati mill-Awtorità, kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dan il-flus.

IMPATT FINANZJARJU ESTIMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni] || Diff. || minn pajjiżi tal-EFTA[33] || minn pajjiżi kandidati[34] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| 12.03.04 L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) || Diff. || IVA || IVA || LE || LE

Din l-inizjattiva leġiżlattiva se jkollha dawn l-impatti fuq l-infiq:

a) DĠ MARKT għall-abbozzar tal-atti delegati, kif ukoll għall-evalwazzjoni, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-rieżami potenzjali tal-inizjattiva.

1 AD membru tal-persunal (full-time) u l-ispejjeż relatati; spejjeż annwali estimati ta’ EUR 0,142 miljun fis-sena.

b) AETS

(i) Spejjeż għar-Riżorsi Umani: żewġ aġenti temporanji biex jipparteċipaw u jimmedjaw fil-kulleġġi tas-superviżuri għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika, jagħtu pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jikkoordinaw l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, jabbozzaw linji gwida għall-promozzjoni tal-konverġenza u l-konsistenza bejn is-setturi tar-reġimi tal-penali u jżommu reġistri ta’ notifiki dwar l-użu tal-parametri referenzjarji u lista ta’ amministraturi reġistrati tal-parametri referenzjarji.

L-ispiża annwali totali ta’ dawn iż-żewġ (2) aġenti temporanji tkun ta’ EUR 0,326 miljun, li minnhom il-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,130 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,196 miljun).

Mhuwiex previst li l-membri tal-persunal allokati mal-AETS jistgħu jitnaqqsu fil-ġejjieni (wara l-2020) billi l-għadd ta’ parametri referenzjarji, inklużi parametri referenzjarji ta' importanza kritika, x'aktarx li mhux se jonqos fil-ġejjieni iżda pjuttost se jiżdied u l-AETS xortra se jkun jeħtiġilha tipparteċipa u timmedja fil-kulleġġi tas-superviżuri għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika u twettaq kompiti rilevanti oħra stipulati hawn fuq.

(ii) Spejjeż operattivi u infrastrutturali: nefqa inizjali ta’ EUR 0,25 miljun hija stmata għall-AETS, li minnha l-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,1 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,15 miljun). Din in-nefqa tirrigwarda prinċipalment is-sistemi tal-IT għall-AETS biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’:

- Iż-żamma ta' lista ta’ amministraturi reġistrati skont dan ir-Regolament u d-ditti minn pajjiżi terzi li jfornu parametri referenzjarji fl-Unjoni.

- Li tirċievi notifiki tal-użu ta’ parametru referenzjarju fi strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju fl-Unjoni, u żżomm reġistru u tiżgura li l-amministraturi jkunu konxji minn dan l-użu.

L-AETS se jkun jeħtiġilha wkoll tipproduċi rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2018. L-ispiża totali ta’ EUR 0,3 miljun li minnhom il-Kummissjoni se tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,12 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,18 miljun) fl-2017.

Impatt estimat fuq in-nefqa

Il-kompiti l-ġodda jitwettqu bir-riżorsi umani disponibbli fl-allokazzjoni tal-baġit annwali, fid-dawl tal-limiti baġitarji li huma applikabbli għall-korpi kollha tal-UE u f'konformità mal-programmar finanzjarju għall-aġenziji. Partikolarment, ir-riżorsi meħtieġa mill-aġenzija għall-kompiti l-ġodda u indikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji attwali jkunu konsistenti u kompatibbli mal-ipprogrammar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-AETS, stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni reċenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Programmar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020" (COM(2013) 519).

Sommarju tal-impatt estimat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet (3) ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 1A || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

DĠ: MARKT || || || Sena 2015[35] || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || ||

12.03.04 - Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) || Impenji || (1) || 0,240 || 0,130 || 0,250 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 1,010

Pagamenti || (2) || 0,240 || 0,130 || 0,250 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 1,010

Approprjazzjonjiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[36] || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || 12.03.04 || (3) || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ MARKT || Impenji || =1+1a +3 || 0,240 || 0,130 || 0,250 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 1,010

Pagamenti || =2+2a +3 || 0,240 || 0,130 || 0,250 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 1.010

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Pagamenti || (5) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA Numru 1A tal-qafas finanzjarju plurieannali || Impenji || =4+ 6 || 0,240 || 0,130 || 0,250 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 1,010

Pagamenti || =5+ 6 || 0,240 || 0,130 || 0,250 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 1,010

 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni (sa tliet (3) ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: MARKT || ||

Ÿ Riżorsi Umani (tad-DĠ MARKT) || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,792

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,060

TOTAL DĠ MARKT || Approprjazzjonijiet || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,852

Approprjazzjonijiet TOTALI għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,852

EUR miljuni (sa tliet (3) ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || Impenji || 0,382 || 0,272 || 0,392 || 0,272 || 0,272 || 0,272 || 1,862

Pagamenti || 0,382 || 0,272 || 0,392 || 0,272 || 0,272 || 0,272 || 1,862

Estimu tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

¨         Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

X         Il-proposta/inizjattiva jeħtiġilha tuża approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Il-parti l-kbira mill-approprjazzjonijiet operattivi mill-Kummissjoni jirrelataw maż-żieda tal-finanzjament tal-AETS minħabba r-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-AETS se teħtieġ żewġ (2) membri oħra tal-persunal (aġenti temporanji) bi spiża totali ta’ EUR 0,326 miljun fis-sena, li jkunu kofinanzjati mill-Kummissjoni (EUR 0,130 miljun) u mill-Istati Membri (EUR 0,196 miljun). Dawn se jwettqu dawn l-attivitajiet:

Jipparteċipaw u jimmedjaw fil-kulleġġi tas-superviżuri għal parametri referenzjarji

Jipprovdu pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Jikkoordinaw l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Jabbozzaw linji gwida għall-promozzjoni tal-konverġenza u l-konsistenza transettorjali tar-reġimi tal-penali

Iżommu reġistri ta’ notifiki dwar l-użu ta’ parametri referenzjarji u lista ta' amministraturi reġistrati tal-parametri referenzjarji

Hija wkoll stmata nefqa operattiva inizjali ta’ EUR 0,25 miljun għall-AETS, li minnha l-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,1 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,15 miljun). Din in-nefqa tirrigwarda prinċipalment is-sistemi tal-IT għall-AETS biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’:

Iż-żamma ta' lista ta’ amministraturi reġistrati skont dan ir-Regolament u d-ditti minn pajjiżi terzi li jfornu parametri referenzjarji fl-Unjoni.

Li tirċievi notifiki tal-użu ta’ parametru referenzjarju fi strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju fl-Unjoni, u żżomm reġistru.

Din l-inizjattiva teħtieġ ukoll iż-żieda tal-finanzjament tal-AETS fl-2017 biex tkopri l-ispejjeż tat-tħejjija ta’ rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2018. L-ispiża totali tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport se tkun ta’ EUR 0,3 miljun (li għandhom jiġu impenjati u ttrasferiti lill-AETS fl-2017) li minnhom il-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,12 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,18 miljun) fl-2017.

Estimu tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

Sommarju

¨         Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X         Il-proposta/l-inizjattiva jeħtiġilha tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet (3) ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2015[37] || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,852

Riżorsi umani || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,132 || 0,792

Nefqa amministrattiva oħra || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,060

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || 0,142 || 0,141 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,852

TOTAL || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,142 || 0,852

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Suppożizzjonijiet:

- ibbażati fuq uffiċjal wieħed (1) AD li jaħdem full-time fuq din l-inizjattiva fid-DĠ MARKT (spejjeż medji ta’ EUR 132 000 fis-sena);

- spejjeż medji annwali tas-salarji tal-persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ BUDG;

- spejjeż għal missjonijiet ta’ EUR 10 000 fis-sena, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għall-missjonijiet għal kull persuna.

 Ħtiġijiet estimati għar-riżorsi umani

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ uffiċjal wieħed (1) tal-Kummissjoni fi grad AD fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni (DĠ MARKT) kif spjegat hawn taħt. MARKT huwa l-qasam tal-politika jew l-intestatura baġitarja konċernata. L-uffiċjal wieħed (1) tal-Kummissjoni fi grad AD se jkunu ffinanzjati permezz ta’ riallokazzjoni.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu: adozzjoni ta’ Atti Delegati li jispeċifikaw aktar il-leġiżlazzjoni u fosthom atti delegati kontinwi li jispeċifikaw aktar setturi differenti ta' parametri referenzjarji fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Identifikazzjoni ta' parametri referenzjarji transfruntieri ta' importanza kritika u speċifikazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet għalihom.

L-estimu għandu jiġi espress f'unitajiet ekwivalenti għal full time

|| Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

|| Ÿ Postijiet ta' stabbiliment tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f'unitajiet Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[38]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || ||

XX 01 04 ss[39] || - fil-kwartieri ġenerali || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka diretta) || || || || || ||

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || ||

TOTAL || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew ġie riallokati fid-DĠ, flimkien ma', jekk meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-immaniġġar skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X Il-proposta/inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid.

¨         Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega r-ripprogrammar meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

M/A

¨         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.[40]

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

M/A

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

¨         Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

X Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa tliet (3) ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || Stati Membri || Stati Membri || Stati Membri || Stati Membri || Stati Membri || Stati Membri || Stati Membri

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0,361 || 0,196 || 0,376 || 0,196 || 0,196 || 0,196 || 1,521

Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għall-2015 jirreferu għall-kofinanzjament tal-AETS mill-Istati Membri. L-ispejjeż finanzjati għandhom x’jaqsmu prinċipalment ma’:

a) Spejjeż għall-persunal: L-Istati Membri se jikkontribwixxu 60 % għall-iffinanzjar taż-żewġ (2) aġenti temporanji meħtieġa fl-uffiċċju prinċipali tal-AETS għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Dan jimplika kontribuzzjoni annwali mill-Istati Membri ta’ EUR 0,196 miljun.

b) Nefqa operattiva inizjali: L-Istati Membri jkun ukoll jeћtiġilhom jikkontribwixxu 60 % ta’ EUR 0,25 miljun ta' nefqa operattiva inizjali mill-AETS fl-2015, li jammontaw għal EUR 0,15 miljun. Din in-nefqa tirrigwarda prinċipalment is-sistemi tal-IT biex l-AETS tissodisfa r-rekwiżiti f'dan ir-Regolament.

c) Rappurtar dwar l-implimentazzjoni: L-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll għall-finanzjament ta’ rapport mill-AETS dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2018. L-ispejjeż totali tar-rapport huma previsti għal EUR 0,3 miljun[41] li minnhom l-Istati Membri se jikkontribwixxu 60 % (EUR 0,18 miljun) fl-2017.

Impatt estimat fuq id-dħul

X         Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

¨         Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

ANNESS għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal Proposta għal Regolament dwar il-parametri referenzjarji fuq l-ispiża estimata għall-AETS skont ir-rekwiżiti tal-proposta

L-ispejjeż relatati mal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-AETS ġew estimati skont tliet kategoriji ta’ spejjeż: l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż fuq l-infrastruttura u l-ispejjeż operattivi, f’konformità mal-klassifikazzjoni fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-AETS.

a) Spejjeż għall-persunal: il-ħtieġa għal żieda fl-għadd tal-persunal tirrifletti d-dmirijiet ġodda tal-AETS li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. Dawn jirrelataw mal-parteċipazzjoni tal-AETS u mal-medjazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika. Ukoll biex jagħtu pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jikkoordinaw l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, jabbozzaw linji gwida għall-promozzjoni tal-konverġenza u l-konsistenza bejn is-setturi tar-reġimi tal-penali u jżommu reġistri ta’ notifiki dwar l-użu tal-parametri referenzjarji u lista ta’ amministraturi reġistrati tal-parametri referenzjarji.

Skont l-estimi attwali mill-istimi proprji tal-Kummissjoni u l-istimi tal-AETS, l-attivitajiet se jeħtieġu żewġ (2) aġenti temporanji. Dan huwa b'żieda mal-membri tal-persunal li attwalment qed jaħdmu fuq il-parametri referenzjarji fl-AETS. L-ispejjeż annwali addizzjonali estimati għall-persunal tal-AETS huma ta' EUR 0,326 miljun, li minnhom il-Kummissjoni se tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,130 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,196 miljun).

b) Spejjeż operattivi u infrastrutturali: nefqa operattiva inizjali ta’ EUR 0,25 miljun hija stmata għall-AETS, li minnha l-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,1 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,15 miljun) fl-2015. Din in-nefqa tirrigwarda prinċipalment is-sistemi tal-IT għall-AETS biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’:

- Iż-żamma ta' lista ta’ amministraturi reġistrati skont dan ir-Regolament u d-ditti minn pajjiżi terzi li jfornu parametri referenzjarji fl-Unjoni.

- Li tirċievi notifiki tal-użu ta’ parametru referenzjarju fi strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju fl-Unjoni, u żżomm reġistru u tiżgura li l-amministraturi jkunu konxji minn dan l-użu.

Din l-inizjattiva teħtieġ ukoll iż-żieda tal-finanzjament tal-AETS b’EUR 0,3 miljun fl-2017 biex tkopri l-ispejjeż tat-tħejjija ta’ rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2018. L-ispiża totali tat-tħejjija ta’ dan ir-rapport hija stmata li hija EUR 0,3 miljun (li għandhom jiġu impenjati u mħallsa fl-2017) li minnhom il-Kummissjoni tikkontribwixxi 40 % (EUR 0,12 miljun) u l-Istati Membri 60 % (EUR 0,18 miljun). Dawn l-ispejjeż ġew estimati abbażi tal-ispejjeż medji fid-DĠ MARKT biex jitħejjew rapporti simili u billi ġiet applikata korrezzjoni biex tirrifletti l-impatt tal-inflazzjoni.

Il-proposta MA GĦANDHIEX implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul tal-AETS.

L-ispjegazzjoni dettaljata tal-ispejjeż stmati għall-persunal skont il-kategoriji differenti hija ppreżentata fit-Tabella 1 hawn isfel.

Suppożizzjonijiet oħrajn:

- fuq il-bażi tad-distribuzzjoni tal-FTEs fl-abbozz tal-baġit tal-2012, huwa preżunt li żewġ (2) FTEs addizzjonali huma magħmula minn żewġ (2) aġenti temporanji, bi spiża totali ta’ EUR 0,326 miljun fis-sena, li jkunu kofinanzjati mill-Kummissjoni (EUR 0,130 miljun) u mill-Istati Membri (EUR 0,196 miljun) fis-sena.

- l-ispejjeż annwali medji għas-salarji għall-kategoriji differenti tal-persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ BUDG ta' EUR 132 000 fis-sena;

- koeffiċjenti tal-ippeżar tas-salarji għal Pariġi ta’ 1,161;

- spejjeż għal missjonijiet ta’ EUR 10,000, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għall-missjonijiet għal kull persuna;

- spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, illoġġjar u benefiċċji oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ.) ta’ EUR 12 700, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għar-reklutaġġ għal kull persuna ġdida.

SPEJJEŻ TAL-PERSUNAL TAL-AETS || || || || Euro (miljuni, tliet (3) ċifri wara l-punt deċimali) || ||

Tip ta' spiża || Numru || Spiża medja || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal || || || || || || || || ||

li minnhom aġenti temporanji || 2 || 0,153 || 0,306 || 0,306 || 0,306 || 0,306 || 0,306 || 0,306 || 1,836

|| || || || || || || || ||

Nefqa relatata mar-reklutaġġ || || 0,025 || || || || || || 0,025

|| || || || || || || || ||

Spejjeż għall-missjonijiet || || || 0,020 || 0,020 || 0,020 || 0,020 || 0,020 || 0,020 || 0,120

|| || || || || || || || ||

Total tal-intestatura nru 1 Spiża tal-Persunal || || 0,351 || 0,326 || 0,326 || 0,326 || 0,326 || 0,326 || 1,981

|| || || || || || || || ||

li minnhom il-Komunità tikkontribwixxi (40 %) || || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,790

li minnhom l-Istati Membri jikkontribwixxu (60 %) || || 0,211 || 0,196 || 0,196 || 0,196 || 0,196 || 0,196 || 1,191

[1]               COM(2011) 651 finali 2011/0295 (COD) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0651:FIN:EN:PDF

[2]               Brussell, 20.10.2011 COM(2011) 654 finali 2011/0297 (COD) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0654:FIN:EN:PDF

[3]               Ir-regolament REMIT: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:326:0001:01:MT:HTML

[4]               MiFID, l-Artikolu 40(1): http://ec.europa.eu/internal_market/securities/isd/mifid_en.htm

[5]               Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-MiFID l-Artikolu 37(1)b http://ec.europa.eu/internal_market/securities/isd/mifid2_en.htm

[6]               http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0652:FIN:EN:PDF

[7]               Id-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 809/2004, l-Anness XII, punt 4.2.2

[8]               Id-Direttiva dwar l-Impriżi għall-Investiment Kollettiv fit-Titoli Trasferibbli (2009/65/KE), l-Artikolu 53

[9]               http://www.esma.europa.eu/consultation/Consultation-Principles-Benchmarks-Setting-Processes-EU

[10]             http://www.esma.europa.eu/system/files/2013-150.pdf

[11]             [ xxx]

[12]             ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

[13]             ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

[14]             ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32

[15]             ĠU L 326 , 8.12.2011, p. 1.

[16]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[17]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[18]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[19]             ĠU L 211 14,8.2009 p. 55.

[20]             ĠU L 9 14,8.2009 p. 112.

[21]             ĠU L 176 27,6.2013 p. 338.

[22]             ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

[23]             ĠU L 302 17.11.2009 p. 32.

[24]             ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.

[25]             ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.

[26]             ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

[27]             ĠU L 241, 2.9.2006 p. 1.

[28]             ĠU L 241, 2.9.2006 p. 1

[29]             ABM: Immaniġġar Ibbażat fuq l-Attività - ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività (Activity-Based Budget).

[30]             Kif imsemmi fl-Artikolu49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[31]             Id-dettalji tal-metodi tal-immaniġġar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[32]             Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[33]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[34]             Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[35]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[36]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (ex linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[37]            

[38]             AK= Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet)).

[39]             Sublimitumassimu, għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (ex linji "BA").

[40]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[41]             Dawn l-ispejjeż ġew estimati abbażi tal-ispejjeż medji biex id-DĠ MARKT jipproduċi rapporti simili u billi ġiet applikata korrezzjoni biex tirrifletti l-impatt tal-inflazzjoni.