52013JC0006

Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) /* JOIN/2013/06 final - 2013/0107 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Marokk u l-UE huma marbuta bi Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni, li ilu fis-seħħ minn Marzu 2000, li fuq il-bażi tiegħu ġie approvat Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) miż-żewġ partijiet f’Lulju 2005, għal perjodu ta’ ħames snin.

F’dan il-qafas, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk żviluppaw u mmaturaw b’mod konsiderevoli. L-adozzjoni tad-dokument konġunt/Status Avvanzat f’Ottubru 2008 tahom spinta ġdida u mmarkat it-tisħiħ sinifikanti tagħhom fl-oqsma tar-relazzjonijiet politiċi u tas-sigurtà, tal-ekonomija u tal-kummerċ, kif ukoll f'bosta setturi u fil-kuntatti bejn il-popli[1].

Billi l-Pjan ta’ Azzjoni attwali fil-qafas tal-PEV skada f’Lulju 2010, tqies opportun li jiġi negozjat u konkluż Pjan ta’ Azzjoni ġdid, ibbażat fuq l-għanijiet u l-ambizzjonijiet tad-dokument konġunt/Status Avvanzat. Għaldaqstant, sakemm jiġi konkluż dan il-pjan il-ġdid, iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu japplikaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2005.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk jitqiesu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni politika globali li fir-reġjun ilha għaddejja minn evoluzzjoni kbira sa mill-bidu tal-2011.

Il-komunikazzjoni konġunta lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titlu “A New Response to a Changing Neighbourhood” (Strateġija Ġdida għal Viċinat li qed jinbidel) stabbilixxiet strateġija ġdida bbażata fuq distinzjoni msaħħa, li tippermetti lil kull sieħeb jiżviluppa r-relazzjonijiet tiegħu mal-UE skont l-ambizzjonijiet, il-ħtiġijiet u l-ħiliet tiegħu stess, iżda wkoll skont il-prinċipju ta' responsabbiltà reċiproka u l-livell ta' rabta mal-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-Istat tad-Dritt, kif ukoll il-ħiliet li jimplimenta l-prijoritajiet definiti bi qbil komuni. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid jistabbilixxi b’mod ċar l-għanijiet prijoritarji tas-sħubija privileġġjata bejn l-UE u l-Marokk filwaqt li jqis b’mod sħiħ l-Istatus Avvanzat u l-kompletezza tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (service européen pour l'action extérieure - SEAE), b’kooperazzjoni stretta mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE, wettaq diskussjonijiet preliminari mal-Marokk li wasslu għal ftehim rigward l-abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni, b'mod partikolari l-lista ta' azzjonijiet prijoritarji li għandhom jitwettqu f'dan il-qafas. Waqt l-aħħar laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk, li saret fit-23 ta’ April 2012, iż-żewġ partijiet innutaw li kienu kważi waslu għal ftehim, li mbagħad waslu għalih f’Novembru 2012. Il-finalizzazzjoni tal-konsultazzjonijiet tekniċi ta’ kull naħa ġiet innotifikata permezz ta’ skambju ta’ ittri fit-28 ta’ Novembru 2012 (SEAE) u fl-10 ta' Jannar 2013 (il-Marokk).

Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) se jkun l-għodda ta’ referenza essenzjali li se jiggwida r-relazzjonijiet bilaterali tagħna mal-Marokk fis-snin li ġejjin; għalhekk jipprovdi pjan direzzjonali li jwassal għal assoċjazzjoni aktar profonda bejn il-Marokk u l-UE. Il-PEV se jkompli jkollha rwol ta’ katalista bħala qafas strateġiku uniku bbażat b’mod partikolari fuq is-sħubija u s-sjieda komuni, kif ukoll fuq distinzjoni skont ir-riżultati u għajnuna adattata għall-ħtiġijiet.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (aktar ’il quddiem ir-“Rappreżentant Għoli”) qed jehmżu bħala Anness it-test ta’ proposta konġunta għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk fid-dawl tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli jistiednu lill-Kunsill biex jadotta l-Proposta konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill mehmuża hawnhekk.

2013/0107 (NLE)

Proposta Konġunta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2000/204/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-affarijiet barranin u l-politika tas-sigurtà,

Billi:

(1)       Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-26 ta’ Frar 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000.

(2)       Il-Partijiet beħsiebhom japprovaw il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid UE-Marokk fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017), li jirrifletti s-sħubija privileġġjata bejn iż-żewġ partijiet u li se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju permezz tat-tfassil u l-adozzjoni ta' miżuri konkreti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) hija bbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi adottata.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

 

Abbozz ta’

RAKKOMANDAZZJONI

rigward l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017)

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, u partikolarment l-Artikolu 80 tiegħu;

Billi:

(1) L-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

(2) B’mod konformi mal-Artikolu 90 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jaraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jinkisbu.

(3) Il-partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju approvaw it-test tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017).

(4) Dan il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tat-tfassil u l-adozzjoni, bi qbil bejn il-partijiet, ta' miżuri konkreti li jipprovdu gwida prattika għal din l-implimentazzjoni.

(5) Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu l-għan doppju li jippreżenta miżuri konkreti għat-twettiq, mill-partijiet, tal-obbligazzjonijiet stipulati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u li jipprovdi qafas aktar wiesa’ għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk, sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ integrazzjoni ekonomika u approfondiment tal-koperazzjoni politika, b’mod konformi mal-għanijiet ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju,

(6) ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017), li jidher fl-Anness, sakemm din l-implimentazzjoni jkollha l-mira li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra.

Magħmul fi [...]

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

ANNESS

POLITIKA EWROPEA TAL-VIĊINAT

ABBOZZ TA’ PJAN TA’ AZZJONI MAROKK GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTATUS AVVANZAT (2013-2017)

I.            Introduzzjoni

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għandha għanijiet ambizzjużi, ibbażati fuq responsabbiltà reċiproka u r-rabta ma’ valuri komuni u rikonoxxuti reċiprokament ta’ demokrazija, ta’ Stat tad-Dritt, ta’ governanza tajba u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Hija bbażata wkoll fuq prinċipji tal-ekonomika tas-suq, tal-kummerċ ħieles, tal-iżvilupp sostenibbli kif ukoll it-tnaqqis tal-faqar u l-implimentazzjoni ta’ riformi politiċi, ekonomiċi, soċjali u istituzzjonali. L-istabbiliment ta’ żona ta’ paċi u ta’ stabbiltà, inklużi l-ġestjoni tal-kriżijiet, il-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti fir-reġjun, huma wkoll parti mill-PEV. Il-Marokk jaqsam dawn il-valuri u l-prinċipji li ggwidaw it-tfassil tal-politiki tiegħu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fuq dak internazzjonli.

Is-sħubija Unjoni Ewropea (UE)-Marokk, li bdiet bil-Ftehim Kummerċjali tal-1969, għaddiet minn bidla permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li ġie ffirmat fl-1996 u permezz tal-PEV. Dawn tal-aħħar ippermettew tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali kif ukoll żvilupp kontinwu tal-iskambji kulturali u umani. Fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, ir-relazzjonijiet bejn il-Marokk u l-UE żviluppaw gradwalment u b’mod kontinwu lejn sħubija reali UE-Marokk, u b’hekk il-Marokk sar sieħeb privileġġjat.

L-adozzjoni f’Ottubru 2008 tad-dokument konġunt dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali / Status Avvanzat tat bidu għal stadju ġdid fir-relazzjonijiet bilaterali. Dan id-dokument isaħħaħ is-sħubija prijoritarja għall-UE u l-Marokk billi jispeċifika ambizzjonijiet ġodda fir-rigward tal-approfondiment tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u umani. Is-Summit UE-Marokk li sar fi Grenada f’Marzu 2010 ikkonferma dawn l-ambizzjonijiet filwaqt li enfasizza n-natura speċifika tas-sħubija UE-Marokk. Illum, fuq il-bażi ta’ livell avvanzat ħafna tar-relazzjonijiet, iż-żewġ partijiet qed jaħdmu biex isaħħu aktar din is-sħubija eżemplari u li tibbenefika lit-tnejn bl-għan li jiffaċċaw flimkien b’mod solidarju l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali komuni.

Il-progress lejn il-governanza tajba u r-riformi politiċi u soċjoekonomiċi huma prinċipji komuni għall-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat. Din is-sħubija tirrikjedi t-tisħiħ tal-impenji għall-implimentazzjoni tar-riformi ewlenin li beda l-Marokk u l-approfondiment tagħhom, kemm fil-livell politiku, bħala prijorità fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett tal-Istat tad-Dritt, kif ukoll fil-livell ekonomiku u soċjali, b’mod partikolari biex isir progress tanġibbli fir-rigward tal-iżvilupp uman. L-intensità tal-appoġġ tal-UE se tkun adattata għall-ambizzjonijiet u għall-progress tar-riformi mwettqa mill-Marokk kif ukoll għall-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-pajjiż. L-UE u l-Marokk se jkomplu jaħdmu f’din id-direzzjoni, li taqbel mal-Kostituzzjoni l-ġdida tal-Marokk adottata fl-1 ta’ Lulju 2011 u mal-istrateġija ġdida tal-UE żviluppata fil-qafas tas-Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Kondiviża man-Nofsinhar tal-Mediterran.

L-UE tirrikonoxxi li għall-Marokk, it-triq għal rabtiet eqreb mal-UE tikkostitwixxi għażla fundamentali tal-politika barranija tiegħu. L-għan tiegħu huwa li tintlaħaq prossimità ottimali mal-UE bil-għan li tiġi kkonfortata u akkumpanjata d-dinamika tagħha ta’ modernizzazzjoni politika, ta’ ftuħ ekonomiku u ta’ koeżjoni soċjali. Din il-vokazzjoni hija daqstantieħor ikkonċepita bħala l-mezz privileġġjat għall-promozzjoni tal-konċiljazzjoni u l-koordinazzjon tiegħu mal-UE fi kwistjonijiet strateġiċi ta’ interess komuni. Iż-żewġ partijiet jemmnu li l-benefiċċji ta’ tali proċess se jiġu amplifikati permezz tal-integrazzjoni reġjonali tal-Magreb, u jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jaħdmu flimkien sabiex din tal-aħħar tirċievi impetu ġdid. Barra minn hekk, b’mod konformi mal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-UE u mal-ambizzjonijiet tal-Marokk li jintlaħaq ftehim ġdid li jirregola r-relazzjonijiet reċiproċi, il-partijiet jaqblu li jkomplu r-riflessjoni dwar in-natura u l-forma li jista’ jkollu tali ftehim.

Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV ippermetta użu aktar immirat tal-istrumenti pprovduti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u appoġġa l-għan tal-Marokk ta’ integrazzjoni aktar qawwija tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali tal-Marokk ma’ dawk tal-Unjoni.

Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għall-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat huwa stadju importanti fil-proċess kontinwu ta’ tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-Marokk u l-UE li se jimmobilizza l-lievi, l-mekkaniżmi u l-istrumenti kollha tal-Istatus Avvanzat.

Dan l-istrument se jiffavorixxi l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri li jkollhom l-għan li jippromwovu l-konsolidament tal-Istat tad-Dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-protezzjoni tal-ambjent, u b'hekk jikkontribwixxu għall-għan fuq żmien twil tal-iżvilupp sostenibbli. L-implimentazzjoni ta’ dan l-istrument ġdid se tqis il-bilanċ meħtieġ bejn l-aċċelerazzjoni tad-dinamika ta’ ftuħ u ta’ modernizzazzjoni tal-ekonomija tal-Marokk u l-obbligu ta’ żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli.

Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet se jkomplu jimplimentaw l-integrazzjoni ekonomika permezz tat-tnedija tan-negozjati ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (Deep and Comprehensive Free Trade Agreement - DCFTA) li huma stess imbagħad japprofondixxu n-negozjati settorjali li diġà ġew konklużi jew li qed jiġu konklużi, b’mod partikolari dawk rigward il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment, u jeżaminaw il-possibbiltà li jitjiebu b’mod reċiproku l-konċessjonijiet preferenzjali adottati fil-qafas tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles fir-rigward tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti agrikoli pproċessati u tal-prodotti tas-sajd, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi taż-żewġ partijiet stess.

Dan l-istrument ġdid jgħaqqad il-Pjan ta’ Azzjoni l-antik u d-dokument konġunt dwar l-Istatus Avvanzat. Dan jinkludi r-riformi approvati u l-azzjonijiet previsti fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni li għadhom ma ġewx implimentati, u l-elementi ġodda mniżżla fid-dokument konġunt. Barra minn hekk, dan l-istrument ġdid jirrifletti l-prinċipji ta’ distinzjoni u ta’ sjieda, b’mod koerenti mal-programm ta’ riformi tal-Marokk. Huwa jagħti karattru operattiv lill-pjan direzzjonali dwar l-Istatus Avvanzat. B’hekk, id-dokument il-ġdid jimplika l-ħtieġa li l-gvern tal-Marokk jistabbilixxi strateġija ta’ approssimazzjoni regolatorja fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tad-diskrepanza eżistenti, definizzjoni tal-prijoritajiet ta’ konverġenza u kalendarju tal-implimentazzjoni. Din l-istrateġija se tiġi appoġġata mill-programmi ta’ appoġġ tal-UE.

Dan l-istrument jipprevedi, fost oħrajn, approssimazzjoni regolatorja gradwali u f’fażijiet mal-acquis Komunitarju, u dan sabiex l-ekonomika tal-Marokk tiġi integrata bil-mod fis-suq intern tal-UE u biex jitħeġġu l-kummerċ, l-investiment u t-tkabbir. Għal dan l-għan, iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom li jwettqu analiżi sistematika tad-diskrepenza bejn il-leġiżlazzjoni tal-Marokk u l-acquis Ewropew fuq il-bażi tar-referenzi msemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni. Għal kull wieħed mis-setturi fil-Pjan ta’ Azzjoni se titwettaq evalwazzjoni tal-prijoritajiet u tal-mezzi meħtieġa sabiex tiġi żgurata din il-konverġenza. L-approssimazzjoni regolatorja tista’ tieħu l-forma ta’ i) adozzjoni totali gradwali, fi żmien qasir jew twil, tal-acquis f'ċerti setturi, ii) it-traspożizzjoni ta' parti mill-acquis jew iii) l-adozzjoni tal-prinċipji ewlenin tal-acquis jew tal-prattika tajba f'qasam speċifiku. Wara l-ewwel sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-gvern tal-Marokk se jadotta programm nazzjonali ta’ konverġenza regolatorja mal-UE sabiex jiddetermina l-prijoritajiet, l-ambitu u r-ritmu, kif mitlub fid-diskors mit-Tron tal-2010.

Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid se jibbenefika l-programmazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-għajnuna tal-UE filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet espressi u r-riżultati intermedjarji miksuba. F’dan il-qafas, il-Marokk u l-UE se jipprovdu riżorsi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet approvati. Fir-rigward tal-UE, dan l-appoġġ se jiġi pprovdut l-aktar permezz tal-Programmi Indikattivi Nazzjonali approvati mal-Marokk, li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-għajnuna u l-pakkett finanzjarju indikattiv. Dan l-appoġġ se jingħata b’rispett strett tar-regoli u l-proċeduri rilevanti għall-implimentazzjoni tal-għajnuna esterna tal-UE.

Tista’ tintuża varjetà ta’ strumenti għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-UE lill-Marokk, inklużi dawk li jirriżultaw mir-riflessjoni dwar l-istrateġija l-ġdida fir-rigward tal-pajjiżi tal-viċinat. Dawn l-istrumenti jinkludu l-iskambji ta’ pariri u għajnuna teknika, ta’ prattika tajba u għarfien, l-appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet u għat-tisħiħ istituzzjonali, l-appoġġ għar-riformi settorjali, l-appoġġ għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u għall-koeżjoni soċjali u ekonomika u għat-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni, kif ukoll l-appoġġ għas-soċjetà ċivili.

Is-self tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej se jkollhom ukoll rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid. Għal dan, il-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċinat u l-Faċilità Ewro-Mediterranja ta’ Investiment u Sħubija (Facilité Euro-Méditerranéenne d'Investissement et de Partenariat - FEMIP), iffinanzjati mill-UE, għandu jkolhom rwol importanti ta’ lieva għat-twaqqif ta’ self favur il-bini ta’ infrastrutturi, kif ukoll għall-iżvilupp u s-sħubija mas-settur privat. Dan se jippermetti fost oħrajn il-mobilizzazzjoni totali tal-fondi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iggarantiti fil-qafas tal-FEMIP.

Il-partijiet qablu wkoll li jirriflettu flimkien dwar l-użu ottimali tal-istrumenti l-ġodda ta’ implimentazzjoni tal-kooperazzjoni finanzjarja kif introdotti wara l-istrateġija l-ġdida fir-rigward tal-pajjiżi tal-viċinat, minn naħa, u dwar l-aċċess għall-mezzi finanzjarji xierqa biex jappoġġaw lill-Marokk fit-tfassil ta' dawn ir-riformi u fit-triq għal rabtiet eqreb mal-UE; l-għan huwa li jitjiebu l-effiċjenza u l-adegwatezza fil-livell ta’ integrazzjoni li jistgħu jiksbu l-Marokk u l-UE.

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni jkopri perjodu ta’ ħames snin (2013-2017). Se tingħata attenzjoni partikolari lill-azzjonijiet prijoritarji identifikati fit-tabella li hija parti integrali tal-Pjan ta’ Azzjoni (ara l-Anness III). Waqt l-implimentazzjoni tiegħu, iż-żewġ partijiet jistgħu jerġgħu jadattawh skont il-prijoritajiet ġodda tal-gvern tal-Marokk u/jew tal-UE, mingħajr ma jkollhom jadottaw Pjan ta’ Azzjoni ġdid.

L-istabbiliment tar-riformi f’għadd kbir ta’ setturi ewlenin jirrekjedi li jiġu stipulati għanijiet preċiżi u li jiġu pprovduti mezzi xierqa. Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u s-sottokumitati stabbiliti fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni se jiżguraw monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-progress li jkun sar u l-appoġġ li jkun ingħata. Il-partijiet jistgħu jfasslu wkoll rapporti tal-progress. Is-soċjetà ċivili għandha tkun tista’ tikkontribwixxi b’mod attivi għal dan il-monitoraġġ.

Il-Pjan ta’ Azzjoni, li huwa parti mill-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat, huwa fażi importanti għall-evoluzzjoni tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet lejn sħubija privileġġjata.

Abbażi ta’ dan, il-grupp ad hoc dwar l-Istatus Avvanzat se jkompli jirrifletti sabiex jistabbilixxi perspettivi ġodda għal din is-sħubija ġdida u biex jidentifika l-kontenut, l-istrumenti kif ukoll l-iskopijiet tagħha.

II.          Pjan ta’ Azzjoni

A.           LEJN ŻONA TA’ VALURI KONDIVIŻI

1.           Djalogu politiku u strateġiku

1.1         Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika barranija u ta' sigurtà

It-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà sabiex jiġu żgurati konsultazzjoni regolari dwar il-kwistjonijiet internazzjonali, il-kunsiderazzjoni tal-interessi ta’ kull waħda mill-partijiet u t-tisħiħ tas-sigurtà u l-istabbiltà b’mod partikolari fil-Magreb

L-iżvilupp tad-djalogu politiku bilaterali b'mod partikolari permezz ta':

· L-organizzazzjoni ta’ Summits bejn il-Marokk u l-UE fuq bażi ad hoc.

· L-organizzazzjoni ta’ laqgħat bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea (RGħ-VP) fuq bażi ad hoc.

· L-organizzazzjoni ta’ laqgħat informali, fuq bażi ad hoc, bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk u l-pari Ewropej tagħhom.

· Il-parteċipazzjoni fuq bażi ad hoc tal-ministri tad-dipartimenti settorjali tal-Marokk mal-pari Ewropej tagħhom f’laqgħat li jsiru flimkien mal-laqgħat regolari tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE.

· L-organizzazzjoni ta’ laqgħat ad hoc bejn l-uffiċjali għolja tal-Marokk u l-membri tal-kumitati u l-gruppi tal-Kunsill tal-UE, b’mod partikolari l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), il-grupp Maghreb-Mashrek (MAMA), il-grupp Afrika (COAFR), il-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Terroriżmu (COTER) u l-grupp Drittijiet tal-Bniedem (COHOM).

· L-appoġġ tal-Marokk skont il-każ għad-dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-UE fir-rigward tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) skont l-arranġamenti stabbiliti mill-UE.

Il-konsultazzjoni miżjuda fil-fora multilaterali

· L-organizzazzjoni ta’ laqgħat f’New York bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk u r-RGħ-VP sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-pożizzjonijiet taż-żewġ sħab.

· It-teħid ta’ inizjattivi konġunti fil-qafas tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-drittijiet tal-bniedem u tat-Tielet Kummissjoni tal-Assemblea Ġenerali u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, fuq il-bażi tal-prijoritajiet stabbiliti u approvati miż-żewġ partijiet, u l-istabbiliment ta’ kalendarju ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni f’Ġinevra u New York qabel il-laqgħat tal-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem.

· L-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni informali sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet multilaterali.

· It-twettiq ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni u ta’ koordinazzjoni dwar l-inizjattivi fir-rigward tal-ġlieda kontra t-theddid għas-sigurtà internazzjonali, reġjonali u subreġjonali.

· Il-konsultazzjoni bejn il-Marokk u l-UE dwar it-tema tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tad-djalogu fil-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK).

· Il-ħsieb ta’ konklużjoni ta’ ftehim-qafas dwar is-sigurtà tal-informazzjoni.

· Il-konklużjoni ta' ftehim-qafas għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-operazzjonijiet (ċivili u militari) ta' ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE.

· Il-parteċipazzjoni, jekk tkun meħtieġa, fl-attivitajiet ta’ taħriġ fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-ġestjoni tal-kriżijiet organizzat mill-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD).

· L-analiżi tal-possibbiltajiet ta’ konsultazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ wara l-kunflitti u tar-ristrutturar fil-qasam tat-tisħiħ tal-paċi.

· L-iżvilupp tas-sħubija għall-paċi u s-sigurtà fl-Afrika, filwaqt li jitqiesu l-interessi taż-żewġ partijiet.

· Il-kontribuzzjoni għall-isforzi tan-NU għas-soluzzjoni tal-kunflitti.

· Il-parteċipazzjoni attiva fl-Inizjattiva taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (Chimique, Biologique, Radiologique et Nucléaire - CBRN) reġjonali maħsuba biex isaħħu l-ħiliet istituzzjonali fir-rigward tar-riskji CBRN b’mod indipendenti mill-oriġini kriminali, aċċidentali jew naturali tagħhom (Segretarjat taċ-ċentru Afrika tal-Punent/tal-Kosta tal-Atlantiku ppjanat fil-Marokk).

L-approfondiment tal-kooperazzjoni fir-rigward tan-nonprofilerazzjoni ta' armi ta' qerda massiva u tal-kontroll tal-esportazzjoijiet tal-armi u l-oġġetti b’użu doppju

· Il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dokument finali tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonprofilerazzjoni (Traité de non-prolifération - TNP) tal-2010.

· Impenn attiv fil-proċess ta’ negozjazzjoni tat-Trattat dwar il-kummerċ tal-armi (Traité sur le commerce des armes - TCA).

· L-organizzazzjoni ta' seminars u ta' eżerċizzji dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Inizjattiva Globali għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu Nukleari (Initiative Globale de Lutte contre le Terrorisme Nucléaire - IGLTN/Global Initiative to Counter Nuclear Terrorism - GICNT)

· It-tisħiħ tad-djalogu dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-vetturi tagħhom li se jkopri l-analiżi tat-theddid speċifiku marbut ma’ dawn l-armi għas-sigurtà reġjonali, b’mod partikolari permezz ta’:

– l-implimentazzjoni nazzjonali tal-obbligi internazzjonali fis-seħħ, b’mod partikolari tar-riżoluzzjonijiet 1540/04 u 1977/2011 tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

– l-adeżjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali tal-istrumenti internazzjonali rilevanti f'dan il-qasam, fuq il-bażi ta' kooperazzjoni msaħħa mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti bħal pereżempju l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency - IAEA);

– kooperazzjoni profonda fir-rigward tal-prevenzjoni u l-glieda kontra t-traffikar illegali ta’ sustanzi, tagħmir u għarfien li jistgħu jintervjenu fil-manifattura ta’ armi ta’ qerda massiva jew il-vetturi tagħhom;

– promozzjoni tal-universalizzazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi (Hague Code of Conduct - HCOC) u tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (Comprehensive Test-Ban Treaty - CTBT).

· L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali effiċjenti ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi u oġġetti b’użu doppju li tippermetti li jiġu sorveljati l-esportazzjonijiet u t-tranżitu tal-armi u l-merkanzija li jistgħu jintervjenu fil-manifattura ta' armi ta' qerda massiva, b'mod partikolari permezz ta':

– l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ta’ kontroll għall-esportazzjonijiet, li tkopri b’mod partikolari d-destinazzjoni finali tal-armi u l-oġġetti b’użu doppju u tas-sanzjonijiet effikaċi u adattati fil-każ ta’ nuqqas ta’ rispett;

– l-iżvilupp ta’ sħubija bejn l-amministrazzjoni u l-operaturi privati biex jiġu żgurati t-tixrid u r-rispett tal-obbligi fir-rigward tal-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi u l-oġġetti b’użu doppju.

· It-tisħiħ tad-djalogu dwar is-suġġetti relatati mall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir kif ukoll il-kontroll tat-trasbord u tat-tranżit inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars reġjonali ta’ taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni.

· Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta’ armi konvenzjonali inklużi l-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u l-ġlieda kontra dan it-traffikar.

1.2         Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni reġjonali għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

· L-istabbiliment ta’ arranġamenti operattivi bejn l-organizzazzjonijiet tal-Marokk u dawk tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kooperazzjoni maċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni tal-mekkaniżmu Komunitarju ta’ protezzjoni ċivili (Monitoring and Information Centre - MIC) waqt l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu Komunitarju ta’ protezzjoni ċivili.

· L-iffaċilitar tat-tisħiħ u tad-diversifikazzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, inklużi l-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-katastrofi naturali u tar-riskji teknoloġiċi, il-ħolqien ta’ sistema ta’ twissija għall-katastrofi naturali, u l-azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ speċjalizzazzjoni xierqa.

1.3         Il-kooperazzjoni reġjonali

L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' inizjattivi u proġetti ta' integrazzjoni reġjonali

· L-impenn attiv għall-implimentazzjoni bl-aħjar mod possibbli tal-Unjoni għall-Mediterran, sabiex isir qafas ta’ sħubija globali u solidari.

· L-impenn għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni subreġjonali 5+5 u tal-format Unjoni tal-Magreb Għarbi (Union du Maghreb Arabe - UMA)-UE: b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ proġetti b’ġeometrija varjabbli fl-oqsma ta’ interess komuni.

· Il-promozzjoni tal-integrazzjoni intrareġjonali, b’mod partikolari fi ħdan il-UMA, fir-rigward tal-affarijiet ekonomiċi u kummerċjali fost oħrajn

· Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim ta’ Agadir b’mod li tissaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi Għarab li jmissu mal-Mediterran.

· L-intensifikazzjoni tal-konsultazzjoni bilaterali dwar is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE.

2.           Id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u l-Governanza

L-azzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandhom bħala għan ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-governanza u dan b’mod partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Kostituzzjoni tal-Marokk li ġiet adottata fl-1 ta’ Lulju 2011

2.1         Id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u l-Governanza

Il-konsolidament tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija tal-Istat tad-Dritt u l-prinċipju ta’ separazzjoni u ta’ bilanċ tas-setgħat

· Il-konsolidament tar-rwol tal-Parlament u tal-gvern

· Il-konsolidament tar-rwol tal-partijiet politiċi fil-qafas tal-pluraliżmu demokratiku, u t-tisħiħ tal-iskambji bejn il-partijiet politiċi u l-gruppi parlamentari.

· It-tisħiħ tal-kontribuzzjoni u tar-rwol essenzjali tal-oppożizzjoni parlamentari fil-ħidma parlamentari u l-garanzija tad-drittijiet tagħha

· Il-konsolidament tar-rwol tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet mal-atturi tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati fit-tfassil tal-abbozzi tal-liġijiet; it-twaqqif għal dan l-għan ta’ entitajiet ta’ konsultazzjoni għall-promozzjoni tal-assoċjazzjoni tagħhom fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi.

· It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ġestjoni tal-ħajja pubblika, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tas-setgħa tagħhom ta’ petizzjoni u ta’ proposta leġiżlattiva.

· It-tisħiħ tal-azzjonijiet bl-għan li jżidu r-rata ta' reġistrazzjoni fil-listi elettorali u ta' parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet elettorali.

· Il-konsolidament tal-miżuri u tal-entitajiet amministrattivi responsabbli għas-sorveljanza tat-tisħiħ tal-prattika demokratika u tal-Istat tad-Dritt b’mod partikolari t-twaqqif tal-Qorti Kostituzzjonali.

· Iż-żamma ta’ elezzjonijiet demokratiċi, b’mod konformi mal-istandards internazzjonali.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-osservazzjoni indipendenti u newtrali tal-elezzjonijiet inkluż bl-assoċjazzjoni tas-soċjetà ċivili kkonċernata.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-miżuri leġiżlattivi bl-għan li jinkoraġġixxu b’mod ugwali l-aċċess tan-nisa u tal-irġiel għall-mandati u l-karigi eletti u tal-isforzi biex tiżdied il-partċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika.

· It-trawwim tal-implimentazzjoni mill-Marokk tal-miżuri li jippermettu lill-Marokkini li jgħixu barra mill-pajjiż jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jkunu jistgħu jivvutaw u jiġu eletti.

· It-tkomplija u t-tisħiħ tal-ħiliet ta’ azzjoni u tal-indipendenza tal-Kunsill Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Conseil national des droits de l’homme - CNDH) u tal-Istituzzjoni tal-Medjatur.

Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika

· Il-garanzija tal-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi fuq bażi ugwali, tal-kopertura ekwa tat-territorju u tal-kontinwità tas-servizzi, u tal-konformità tas-servizzi pubbliċi mal-istandards tal-kwalità, tat-trasparenza, tal-preżentazzjoni tal-kontijiet u tar-responsabbiltà. L-adozzjoni u l-implimentazjoni, għal dan l-għan, ta’ Karta tas-servizzi pubbliċi li tistabbilixxi r-regoli kollha ta’ governanza tajba relatati mal-funzjonament tal-amministrazzjonijiet pubbliċi.

· It-tisħiħ tal-istrutturi ta’ akkoljenza, ta’ orjentazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ilmenti fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u t-tfassil ta’ programmi ta’ taħriġ għall-aġenti tal-istrutturi ta’ akkoljenza.

· Il-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizzi pubbliku.

· Is-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi.

· It-taħriġ fil-politiki Komunitarji.

· Il-promozzjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fis-servizz pubbliku u b'mod partikolari l-aċċess għan-nisa għall-postijiet ta' responsabbiltà.

· Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-politiki pubbliki.

2.2         Id-Dekonċentrazzjoni, id-deċentralizzazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni

Il-konsolidament tal-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ dekonċentrazzjoni amministrattiva u baġitarja

· L-implimentazzjoni tal-proċess ta’ dekonċentrazzjoni amministrattiva.

· It-tisħiħ tal-ħiliet maniġerjali u tekniċi u fir-rigward tat-taħriġ u tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-kollettivitajiet territorjali.

· L-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-finanzi tal-kollettivitajiet territorjali u l-gruppi tagħhom.

· Is-semplifikazzjoni u t-titjib tar-rendiment tat-tassazzjoni lokali.

· It-tisħiħ tal-ħiliet tal-kollettivitajiet lokali biex jevalwaw u jużaw il-potenzjali fiskali kollha tagħhom.

· It-trawwim tal-inizjattivi ta' sħubija u ta' kooperazzjoni bejn il-kollettivitajiet lokali Marokkini u Ewropej.

· L-implimentazzjoni tal-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni estiża permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-qafas u l-arranġamenti għall-funzjonament tal-kollettivitajiet territorjali.

· It-tisħiħ tal-ħiliet tal-amministrazzjonijiet li jakkumpanjaw u jmexxu l-proġett ta’ reġjonalizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tal-mudell ta’ finanzjament u ta’ ugwalizzazzjoni, tal-organizzazzjoni amministrattiva xierqa u tal-iżvilupp tal-ħiliet ta’ sħubija u ta’ ħruġ ta’ kuntratti.

· Il-professjonalizzazzjoni tas-servizzi lokali u t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-proġetti.

· It-trawwim tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet territorjali Marokkini u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE.

2.3         Ir-riforma tal-ġustizzja

Ir-riforma tal-ġustizzja u tisħiħ tal-indipendenza tagħha

· It-tisħiħ tal-indipendenza u tal-funzjonament effiċjenti tal-Ġudikatura u t-twaqqif tal-Kunsill Għoli tal-Ġudikatura.

· L-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa li jiggarantixxu l-indipendenza tal-maġistrati, b’mod partikolari fir-rigward tan-nomina, l-promozzjoni, l-irtirar u d-dixxiplina tagħhom.

· Ir-reviżjoni tal-istatus tal-Ġudikatura u tal-istatus tar-reġistru kif ukoll tal-qafas ġuridiku li jirregola l-professjonijiet ġudizzjarji diversi.

· Iż-żieda tal-aċċess għall-ġustizzja għall-kulħadd u l-aċċess bla ħlas għall-ġustizzja għal dawk li ma għandhomx riżorsi biżżejjed meta dan ikun previst mil-liġi.

· Il-garanzija tad-dritt ta’ proċess ġust, tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt ta’ rimedju effettiv.

· Il-finalizzazzjoni tal-kodiċi penali l-ġdid, ir-reviżjoni tal-kodiċi tal-proċedura penali u tal-kodiċi tal-proċedura ċivili, b’mod konformi mal-istandards internazzjonali.

· Il-ħolqien ta’ Osservatorju nazzjonali tal-kriminalità.

· L-iżvilupp tal-modi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim bħal pereżempju l-medjazzjoni, l-arbitraġġ u l-konċiljazzjoni, u l-applikazzjoni tal-pieni alternattivi għall-priġunerija b’sistema ta’ akkumpanjament tal-imputati.

· It-tkomplija tad-dekonċentrazzjoni tal-qrati, ir-reviżjoni tal-mappa u tal-organizzazzjoni tal-Ġudikatura.

· Is-semplifikazzjoni u t-titjib tal-proċeduri ġudizzjarji, inkluż permezz tat-tnaqqis tat-tul tal-proċeduri u tal-proċessi sabiex is-sentenzi jingħataw u jiġu infurzati fi żmien raġonevoli.

· It-titjib tal-assistenza ġudizzjarja lid-detenuti, b’mod konformi mal-liġi.

· L-approfondiment tat-taħriġ tal-imħallfin u persunal ieħor tal-Ġudikatura fl-oqsma li ġejjin: id-drittijiet tal-bniedem, il-Konvenzjonijiet internazzjonali, id-drittijiet tal-imputati, il-liġi tan-negozju.

· It-tisħiħ tal-qrati tal-familja fi ħdan il-qrati ġenerali sabiex jappoġġaw id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi tal-familja l-ġdid.

· It-tisħiħ tal-ħiliet tal-imħallfin għall-minorenni u tal-uffiċjali tal-pulizija ġudizzjarja għall-minorenni.

· It-tisħiħ tal-ħiliet u tal-infrastrutturi soċjali ta’ appoġġ - il-ħaddiema soċjali u l-istabbilimenti maħsuba għall-osservazzjoni jew ir-riabilitazzjoni tal-minorenni.

· L-iżgurar tal-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-ġustizzja għall-minorenni b’mod partikolari r-Regoli Minimi tal-1985 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-minorenni (ir-Regoli ta' Beijing) u l-Linji Gwida tal-1990 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-prevenzjoni tad-delinkwenza tal-minorenni (il-Linji Gwida ta’ Riyad).

It-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni

· Il-garanzija għad-detenuti li d-drittijiet tagħhom jiġu rispettati bis-sħuħ f'kull stadju tad-detenzjoni tagħhom.

· It-tisħiħ istituzzjonali tad-Delegazzjoni Ġenerali għall-Amministrazzjoni Penitenzjarja u għar-Riintegrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ, tas-salvagwardja tad-drittijiet tad-detenuti (sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni), tal-ġlieda kontra l-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs u r-riintegrazzjoni tad-detenuti.

· Il-garanzija tal-integrità fiżika u morali tal-persuni kolla u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-impunità f’każ ta’ abbuż, inkluż fil-qafas tal-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni internazzjonali kontra t-tortura u pieni jew trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħra.

· It-taħriġ tal-persunal maniġerjali u tal-persunal ta’ sorveljanza permezz tat-tisħiħ tal-kompetenza tagħhom fil-qasam edukattiv u tas-sigurtà u dwar id-drittijiet tal-bniedem.

· Il-ftuħ ta’ ċentri edukattivi ġodda fl-istabbilimenti penitenzjarji.

· Il-kooperazzjoni fir-rigward tat-titjib u r-riintegrazzjoni tad-detenuti.

· It-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni billi titnaqqas il-popolazzjoni eċċessiva fl-istabbilimenti permezz ta’ programm ta’ bini u restawr tal-ħabsijiet.

· Id-dekonċentrazzjoni peremzz tat-twaqqif ta’ disa’ direttorati reġjonali għal ġestjoni deċentralizzata u lokali tal-istabbilimenti penitenzjarji.

2.4         Il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

L-iżgurar tar-rispett, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali b’mod konformi mal-istandards internazzjonali

· It-tkomplija tal-isforzi ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-istandards internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem.

· L-għotja lill-Konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati u ppublikati kif dovut il-preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni interna u l-armonizzazzjoni tal-liġi nazzjonali sabiex tkun konformi ma’ dawn il-Konvenzjonijiet (Preambolu tal-Kostituzzjoni).

· It-tlestija tal-proċess ta’ traspożizzjoni u implimentazzjoni tal-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (Convention sur l’élimination de toutes les formes de discrimination à l’égard des femmes - CEDEF).

· L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni minħabba r-Razza (Comité pour l'Elimination de la Discrimination Raciale - CEDR) maħruġa waqt is-77 sessjoni f’Ġinevra f’Awwissu 2010 wara l-analiżi tar-rapport perjodiku dwar il-Marokk.

· Id-depożitu man-Nazzjonijiet Uniti tal-istrumenti ta’ adeżjoni tal-Marokk mal-Protokoll Fakultattiv Nru 1 tal-Patt internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (Pacte international relatif aux droits civils et politiques - PIDCP) fir-rigward tal-proċeduri tal-ilmenti, mal-Protokoll Fakultattiv tas-CEDEF u mal-Protokoll Falkultattiv tal-Konvenzjoni kontra t-tortura.

· Ir-ratifika tal-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tall-persuni kollha kontra l-għajbien imponut.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni mill-Marokk tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.

· L-eżami tal-opportunità ta’ stedina permanenti tal-Marokk għall-proċeduri speċjali.

· It-tkomplija tal-konsultazzjonijiet għar-ratifikazzjoni tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

· Iż-żieda tal-protezzjoni bil-liġi tad-dritt għall-ħajja, u ż-żamma tal-moratorju de facto fuq il-piena kapitali, filwaqt li jitkompla d-djalogu fir-rigward tar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi penali bl-għan li titneħħa l-piena kapitali u fir-rigward tal-adeżjoni għall-Protokoll Fakultattiv Nru 2 tal-PIDCP.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni tal-Ġustizzja u r-Rikonċiljazzjoni b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali ta’ ġlieda kontra l-impunità.

· L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni nazzjonali fir-rigward tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem.

· L-intensifikazzjoni tad-djalogu u tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija.

· L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tagħmel l-Amazigh il-lingwa uffiċjali tal-Istat flimkien mal-lingwa Għarbija.

· Il-konsolidament tal-isforzi li saru sabiex jiġu promossi u miżmuma d-drittijiet kulturali tal-komponenti diversi tan-nazzjon Marokkin (b’mod partikolari dawk li diġà nbdew fil-qasam awdjoviżiv) u l-iżgurar tal-protezzjoni tad-djaletti li jintużaw fil-Marokk: it-twaqqif għal dan l-għan ta’ Kunsill nazzjonali tal-lingwi u tal-kultura Marokkina.

· Il-garanzija tal-prattika ħielsa tar-reliġjon.

· Il-promozzjoni tal-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, b’mod konformi mal-Artikolu 26 tal-PIDCP.

2.5         Il-libertà ta’ espressjoni, inkluż fil-qasam awdjoviżiv, u l-libertajiet ta' assoċjazzjoni u ta' raggruppament

L-iżgurar tal-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali b’mod konformi mal-istandards internazzjonali

· It-tisħiħ tal-garanziji dwar il-libertà ta’ espressjoni, b’mod konformi mal-istandards internazzjonali.

· L-adozzjoni tal-kodiċi l-ġdid tal-istampa b'mod konformi mal-istandards internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, u l-appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ kodiċi tal-etika mill-ġurnalisti; il-kunsiderazzjoni tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-libertà għall-ġurnalisti u l-garanzija tal-protezzjoni tas-sorsi fil-qafas tal-funzjonijiet tagħhom.

· L-applikazzjoni effettiva tal-awtoregolamentazzjoni tal-istampa billi jiġi żgurat ir-rispett strett tal-għażla demokratika u tar-regoli ta’ etika u tal-kodiċi ta’ kondotta b’mod konformi mal-istandards internazzjonali.

· It-tlestija tat-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Istampa.

· L-implimentazzjoni tar-riformi li jiffavorixxu l-pluralità tal-midja u l-indipendenza tagħhom, b’mod partikolari dik finanzjarja, inkluż permezz tal-liberalizzazzjoni tas-suq fl-oqsma tal-midja u tal-pubbliċità.

· It-tisħiħ tar-rwol tal-Awtorità Għolja tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva għat-tkomplija tal-proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-awdjoviżiv u ta' promozzjoni tal-pluraliżmu tal-midja u l-espressjoni pluralista tal-opinjonijiet u l-ħsibijiet.

· Il-konsolidament tal-pluraliżmu awdjoviżiv estern (pluralità tal-operaturi) u intern (pluralità tal-kontenut), bl-għan li jiġu żgurati l-mezzi meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontenut diversifikat, u b’mod aktar partikolari għat-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni awdjoviżiva professjonali u effiċjenti.

· L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi relatati mad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-amministrazzjoni pubblika, l-istituzzjonijiet eletti u l-organizzazzjonijiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

· L-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ medjazzjoni qabel l-użu tal-ġustizzja għar-reati tal-istampa.

· L-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-dritt ta’ assoċjazzjoni u t-tisħiħ tal-mezzi li jippermettu li jsir appell kontra d-deċiżjonijiet jew l-ommissjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika.

· L-emenda tal-liġi dwar il-manifestazzjonijiet fit-triq u għar-raggruppamenti pubbliċi sabiex jiġu rikonċiljati l-interessi tal-ordni pubblika u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

· L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Liġi Organika dwar l-arranġamenti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-istrajkjar b’konsultazzjoni mas-sħab soċjali.

2.6         Il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa

Il-promozzjoni tad-drittijiet ċivili, politiċi, soċjali u ekonomiċi tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha

· L-implimentazzjoni tas-CEDEF u tal-prinċipju tal-ugwaljanza tad-drittijiet u l-libertajiet fil-qasam ċivili, politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali, edukattiv u ambjentali.

· Il-ħidma lejn l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, għat-twaqqif tal-Awtorità għall-Ugwaljanza u għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni.

· L-implimentazzjoni tal-“aġenda governattiva għall-ugwaljanza 2011-2015” bejn l-irġiel u n-nisa bħala Pjan ta’ Azzjoni tal-gvern biex ikun hemm ugwaljanza tas-sessi fil-politiki pubbliċi.

· L-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-laqgħa Ewro-Mediterranja dwar ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà (Marrakech, Novembru 2009).

· It-twaqqif u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi u l-istruttura għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa.

· It-tkomplija tat-twaqqif tal-mekkaniżmi u l-mezzi għall-applikazzjoni infurzata tal-kodiċi tal-familja mill-atturi kkonċernati, it-tkomplija tal-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ taħriġ tal-maġistrati għall-prinċipji u l-għanijiet tal-kodiċi tal-familja u t-tisħiħ tal-qrati tal-familja bil-provvista ta’ mezzi materjali u umani xierqa.

· It-twaqqif u l-funzjonament tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Familja.

· It-tlestija tal-qafas leġiżlattiv fir-rigward tal-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa (fil-qafas tar-riforma tal-liġi penali u l-adozzjoni tal-liġi dwar il-vjolenza kontra n-nisa).

· L-applikazzjoni infurzata tal-miżuri ta’ ugwaljanza previsti fil-Kodiċi tax-Xogħol.

2.7         Il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal u tal-persuni vulnerabbli b’mod partikolari dawk li għandhom diżabbiltà

L-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u tal-persuni b’diżabbiltà b’mod konformi mal-istandards internazzjonali

· It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-applikazzjoni effettiva tal-Kodiċi tax-Xogħol li jipprojbixxi li jaħdmu t-tfal ta' inqas minn 15-il sena, b'mod konformi mal-Konvenzjonijiet 182 u 138 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organization - ILO).

· L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol għall-impjegati domestiċi.

· Il-ġeneralizzazzjoni tar-reġim ta’ għajnuna medika għal dawk l-inqas privileġġjati (régime d’assistance médicale des démunis - RAMED).

· L-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà.

· It-twaqqif ta' Kunsill Konsultattiv tal-Familja u tat-Tfal u ta' Kunsill Konsultattiv taż-Żgħażagħ u tal-Azzjoni Komunitarja.

2.8         Il-kooperazzjoni bejn il-Marokk, l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa

L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn il-Marokk u l-Kunsill tal-Ewropa b’mod partikolari fl-oqsma tal-għafien espert tal-Kunsill tal-Ewropa u l-identifikazzjoni tas-sinerġiji bejn it-temi ewlenin ta’ din il-kooperazzjoni u l-azzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-isħubija bejn il-Marokk u l-UE.

· Il-bidu ta’ kooperazzjoni bejn is-CNDH tal-Marokk u l-Kummisarju għad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

· L-adeżjoni gradwali tal-Marokk għall-Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi mhux membri tal-Kunsill tal-Ewropa b’mod konformi mal-proċeduri ta’ adeżjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari:

– il-Konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità u l-protokoll addizzjonali tagħha;

– il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;

– il-Konvenzjoni dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-tfal;

– il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra l-isfruttament u l-abbużi sesswali;

– il-Konvenzjoni dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, is-sekwestru u l-konfiska ta’ profitti minn attività kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu;

– il-Konvenzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-protokoll addizzjonali;

– il-Konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-terroriżmu;

– il-Konvenzjoni dwar assistenza reċiproka f’materji kriminali u t-tieni protokoll addizzjonali;

– il-Konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tortura u tal-pieni u t-trattamenti inumani jew degradanti;

– il-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-persuni fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku tad-dejta personali;

– il-Konvenzjonijiet li jirrigwardaw il-qasam tal-komunikazzjoni awdjoviżiva u l-appoġġ għall-adeżjoni tal-Marokk mal-Osservatorju Ewropew tal-Mezzi Awdjoviżivi.

· L-implimentazzjoni tal-programm ta’ kooperazzjoni tripartitika.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-istatus ta’ “Sieħeb għad-demokrazija” fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

· It-trawwim tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet territorjali Marokkini u l-Kungress tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa.

· L-użu mill-Marokk tal-għarfien espert tal-Kummissjoni għad-demokrazija permezz tal-liġi (il-Kummissjoni ta’ Venezja), li ilu membru tagħha mill-2007.

· L-approssimazzjoni tal-qafas ġuridiku tal-Marokk ma’ dak tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem.

2.9         Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni

· L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u strumenti oħra rilevanti fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-OCDE fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

· It-tkomplija tal-aġġornament u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

· L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

· It-tisħiħ tal-ħiliet pubbliċi għall-evalwazzjoni objettiva tal-politiki fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

· It-tfassil ta’ kartografija tar-riskji tal-korruzzjoni permezz ta’ approċċ doppju, reġjonali u settorjali.

· It-tisħiħ tat-trasparenza, is-semplifikazzjoni u d-dematerjalizzazzjoni tal-proċeduri fl-amministrazzjoni pubblika kif ukoll l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-amministrazzjoni elettronika.

· It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-ispezzjoni, ta’ kontroll, ta’ monitoraġġ u ta’ preżentazzjoni tal-kontijiet b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tad-deċiżjonijiet tagħhom, u l-iżvilupp ta’ rabtiet ta’ koordinazzjoni bejniethom.

· It-tisħiħ tar-regoli ta’ integrità u ta’ trasparenza fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-ġestjoni delegata tas-servizzi pubbliċi, l-akkwist u l-eżekuzzjoni tas-swieq pubbliċi.

· L-istabbiliment u t-tisħiħ tar-rwol, tal-indipendenza u tal-ħiliet tal-entità nazzjonali tal-integrita u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

· It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni.

· L-akkumpanjament tat-twaqqif ta’ ċentri ta’ għajnuna ġuridika kontra l-korruzzjoni.

· It-tisħiħ tal-ġurisdizzjonijiet finanzjarji inkluża l-Qorti tal-Awdituri.

· L-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-vittmi u l-iżvelaturi tal-korruzzjoni.

Biex jintlaħqu l-għanijiet kollha mniżżla fit-taqsima “LEJN ŻONA TA’ VALURI KONDIVIŻI”, il-Marokk se jkompli jaħdem biex jissensibilizza l-atturi u l-parteċipanti nazzjonali kollha dwar l-importanza li jsegwu l-prinċipji u l-valuri previsti mill-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE, il-Ftehimiet parzjali tal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll id-direttivi Ewropej dwar dan is-suġġett. Ma’ dan id-dokument hemm mehmuża lista indikattiva tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi Ewropej li għandhom jitqiesu f’dan l-eżerċizzju (ara l-Anness I). Dan l-isforz ta’ sensibilizzazzjoni se jikkonċerna wkoll il-leġiżlatur nazzjonali biex iqis dawn il-valuri u l-prinċipji fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

3.           Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u s-Sigurtà

3.1         Il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili u penali

L-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-kooperazzjoni ġuridika bejn l-Istati

· L-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, bħal pereżempju:

– il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-notifika barra mill-pajjiż tal-atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f’oqsma ċivili u kummerċjali;

– il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar it-teħid ta’ provi barra l-pajjiż f’oqsma ċivili jew kummerċjali;

– il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-aspetti ċivili tas-sekwestru internazzjonali tat-tfal;

– il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni fir-Rigward tar-responsabbilità tal-ġenituri u l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal.

· It-tisħiħ tad-djalogu dwar il-protezzjoni internazzjonali tat-tfal u l-kwisjonijiet tal-liġi tal-familja fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-Konferenza ġudizzjarja dwar il-problemi familjarji bejn il-fruntieri, il-“proċess ta’ Malta”, li nbeda mill-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata.

· L-istabbiliment ta' soluzzjonijiet konkreti għall-prevenzjoni, il-ġestjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u b'mod partikolari s-sekwestru tat-tfal.

· Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Marokk u l-Unità Ewropea ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST), filwaqt li jitqiesu l-eżiġenzi fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.

3.2         Il-kooperazzjoni tal-pulizija

It-tkomplija tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Marokk u tal-Istati Membri

· Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prattika tajba.

· Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni strateġika bejn l-awtoritajiet kompetenti Marokkini u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL).

· Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Marokk u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u l-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-azzjonijiet ta’ taħriġ tas-CEPOL.

· Il-ħolqien ta’ Istitut Għoli għall-ġlieda kontra l-kriminalità

3.3         Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu

It-tkomplija tal-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u dwar il-pjanijiet ta’ prevenzjoni, informazzjoni u kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1988/11, 1989/11 u 1373/01 u r-ratifika tal-konvenzjonijiet u protokolli internazzjonali kollha xierqa.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qafas tas-COTER.

· L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu filwaqt li jiġi garantit ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

3.4         Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

Ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

· L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità transnazzjonali organizzata, u tal-Protokolli addizzjonali tagħha kontra t-traffikar illegali tal-migranti fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru, kontra l-manifattura u t-traffikar illegali tal-armi, tal-partijiet, l-elementi u l-munizzjonijiet tagħhom kif ukoll tal-Protokoll addizzjonali għall-prevenzjoni, is-soppressjoni u l-punizzjoni tat-traffikar ta' persuni, speċjalment ta' nisa u tfal.

· L-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni skont l-istandards u l-istrumenti internazzjonali rilevanti.

· L-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin skont l-istandards u l-istrumenti internazzjonali.

· It-tisħiħ tal-azzjonijiet li jimmiraw il-gruppi l-aktar vulnerabbli (in-nisa u t-tfal).

· It-taħriġ fir-rigward tal-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-kriminalità organizzata b’mod partikolari dwar it-traffikar tal-bnedmin, inklużi l-identifikazzjoni, il-protezzjoni u l-għajnuna tal-vittmi tat-traffikar.

· It-titjib tal-istrumenti tal-analiżi tan-natura tar-reat u tal-metodi tat-traffikar u l-isfruttament.

· L-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità.

L-iżvilupp tal-metodi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

· It-tisħiħ tal-istrateġija globali li timmira lil dawk li jirreklutaw, li jġorru u li jospitaw il-migranti, dawk li jħaddmuhom, intermedjarji oħrajn, il-klijenti u l-benefiċjarji.

· It-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzati għall-maġistrati, il-pulizija u l-persunal ta’ kontroll tal-fruntieri.

3.5         Il-ġlieda u l-prevenzjoni kontra d-drogi inkluż it-traffikar tad-droga

It-tisħiħ tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, inkluż kontra t-tranżitu u l-esportazzjoni, u kontra l-abbuż tad-droga, b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni, fil-qafas tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet diversi tal-istrateġija nazzjonali għall-ġlieda kontra d-droga

· It-tisħiħ tal-istrateġija nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-droga, inklużi l-azzjonijiet fir-rigward tat-tnaqqis tad-domanda, tal-offerta, tal-prevenzjoni u tal-azzjonijiet ta’ żvilupp tar-reġjuni.

· It-tkomplija tad-djalogu fir-rigward tal-ġlieda u tal-prevenzjoni kontra d-droga.

· Il-bidu ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction - EMCDDA), b’mod partikolari biex isiru operazzjonijiet maċ-Ċentru Nazzjonali għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga.

· It-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzati għall-aġenziji u l-persunal responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi (b’mod partikolari l-pulizija), il-kura u t-trattament.

· It-tisħiħ tal-ħiliet tal-Kummissjoni nazzjonali tad-droga.

· Il-kooperazzjoni fil-qafas tat-tkomplija tal-proċess ta’ supressjoni tal-kultivazzjonijiet tal-kannabis u tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp alternattiv.

· L-iżvilupp mill-Marokk ta’ programmi ta’ prevenzjoni, ta’ kura u ta’ riabilitazzjoni tal-persuni b’dipendenza tad-droga inkluż bil-kollaborazzjoni tal-entitajiet kompetenti tal-Kunsill tal-Ewropa.

· It-tisħiħ tal-istrutturi speċifiċi li jippermettu li tiġi żgurata l-kura sanitarja u soċjali tal-persuni b’dipendenza tad-droga.

· Il-kooperazzjoni fit-tfassil ta’ standards fir-rigward tad-devjazzjoni tal-prekursuri kimiċi u sustanzi oħra użati għall-produzzjoni tad-drogi.

3.6         Il-ħasil tal-flus u r-reati ekonomiċi u finanzjarji

It-tisħiħ tal-isforzi u l-kooperazzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

· L-implimentazzjoni tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

· L-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-leġiżlazzjopni, il-prattiki, it-tipoliġiji Ewropej u l-istrumenti nazzjonali (b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Azzjoni Finanzjarja (Groupe d’Action Financière - GAFI) fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

· It-tkomplija tal-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu b’mod konformi mal-prinċipji tar-rakkomandazzjonijiet tal-GAFI.

· It-tisħiħ tal-mekkaniżmu nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

· It-tisħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-sistemi Ewropej ta’ unitajiet ta’ informazzjoni finanzjarja (“Financial Intelligence Unit (FIU)”) u s-sistema Marokkina, b’mod partikolari fil-qafas tal-Grupp ta’ Egmont.

· It-tfassil ta’ programm ta’ taħriġ għall-maġistrati, il-prosekuturi, il-pulizija u kwalunkwe amministrazzjoni oħra kkonċernata.

· It-tisħiħ tal-ħiliet u l-konsolidament tar-rwol preventiv tal-FIU Marokkina.

· It-tkomplija tal-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tal-kontribwenti.

· It-tfassil ta’ proċeduri ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tal-kontribwenti.

3.7         Il-ġestjoni tal-fruntieri, il-mobbiltà tal-persuni u l-politika dwar il-migrazzjoni, il-protezzjoni internazzjonali u l-ażil

It-tkomplija tad-djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà bl-għanijiet li ġejjin:

· organizzazzjoni aħjar tal-migrazzjonijiet legali,

· massimizzazzjoni tal-impatt pożittiv tal-migrazzjonijiet fuq l-iżvilupp,

· ġlieda effiċjenti kontra l-migrazzjonijiet illegali u t-traffikar tal-bnedmin, inkluża kooperazzjoni fir-rigward tar-riammissjoni u kontroll aħjar tal-fruntieri,

· il-promozzjoni tal-protezzjoni internazzjonali u t-tisħiħ tal-politika tal-ażil,

· il-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-migranti, kemm taċ-ċittadini tal-Marokk li joqogħdu fl-UE, kif ukoll taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li joqogħdu l-Marokk,

· il-promozzjoni ta’ inizjattivi favur l-integrazzjoni tal-migranti Marokkini f’sitwazzjoni legali li jidħlu fl-UE u r-reintegrazzjoni soċjali u professjonali tal-Marokkini li jmorru lura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

L-għan tad-djalogu huwa li tiġi konkluża Sħubija għall-Mobbiltà li fiha ż-żewġ partijiet jaqblu u jimplimentaw bosta inizjattivi fir-rigward tal-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà. Il-miżuri identifikati permezz tad-djalogu jinkludu, fost oħrajn, l-aċċess infurzat għall-mezzi legali ta’ migrazzjoni, faċilitar tal-proċeduri għall-ħruġ tal-viżi (bili jieħdu bħala referenza pereżempju l-Kodiċi tal-Viżi tal-UE), ir-riammissjoni lejn il-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll ir-reintegrazzjoni soċjali u professjonali fil-każ ta’ ritorn volontarju.

Din is-Sħubija għall-Mobbiltà hija magħmula bħala qafas ta’ kooperazzjoni fuq żmien twil, b’mod konformi mal-Approċċ Globali dwar il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet u tal-mobbiltà u l-politika Marokkina dwar dan is-suġġett u hija bbażata fuq id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni, li se tevolvi maż-żmien fuq il-bażi tar-relazzjonijiet eżistenti bejn il-Marokk u l-UE.

L-iżvilupp tal-protezzjoni internazzjonali u l-politika tal-ażil permezz ta’:

· It-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali Marokkin fir-rigward tad-dritt tal-ażil, b'mod konformi mal-istandards internazzjonali u mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Marokk.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 u tal-Protokoll tagħha tal-1967 pereżempju fir-rigward tal-arranġamenti ta’ identifikazzjoni tal-migranti li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ non refoulement, il-konsegwenzi tal-kisba tal-istatus ta’ refuġjat.

· It-tisħiħ tal-politiki pubbliċi fir-rigward tal-migrazzjoni li jqisu l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali u l-ħtieġa li r-refuġjati jingħataw soluzzjonijiet sostenibbli, li jippermettu wkoll l-integrazzjoni tagħhom.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (United Nations High Commissioner for Refugees - UNHCR) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu fil-Marokk u l-iżvilupp tal-istrutturi nazzjonali responsabbli għall-proċedura kollha ta’ ażil.

3.8         Il-Protezzjoni tad-Dejta Personali

L-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali fil-qafas tal-iżvilupp tal-applikazjonijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni, tal-bażijiet ta’ dejta pubbliċi u tal-iskambji elettroniċi

· L-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-kummissjoni nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta personali u l-organizzazzjonijiet Ewropej simili ta' kontroll tal-ipproċessar tad-dejta personali.

· Il-protezzjoni tad-dejta personali fil-kuntest tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku (firma elettronika, ġestjoni tal-ismijiet tad-dominiji).

4.           Rabtiet imqarrba Bejn il-Popli

4.1         Il-kooperazzjoni parlamentari

· It-tisħiħ tal-azzjoni tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Marokk.

· It-tisħiħ tal-ħiliet tekniċi, organizzazzjonali u leġiżlattivi tal-Parlament.

· Il-kooperazzjoni bejn il-Parlament tal-Marokk u l-Parlament Ewropew għat-tisħiħ tal-isħubij bejn il-Marokk u l-UE b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta’ Azzjoni.

4.2         It-tħeġġiġ ta’ netwerks ta’ skambju u ta’ konsultazzjoni bejn l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-implikazzjoni ta’ atturi ġodda

· It-tisħiħ tal-ħiliet organizzazzjonali u maniġerjali u ta’ avukatura tal-atturi assoċjattivi Marokkini.

· It-tħeġġiġ ta’ skambji bejn l-NGOs Marokkini u Ewropej.

· L-iffaċilitar tal-aċċess għas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet u l-clubs taż-żgħażagħ, għat-tekonoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

· It-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenziji ta’ żvilupp reġjonali fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni, ta’ skambju ta’ esperjenza u ta’ tisħiħ tal-ħiliet tal-atturi tas-soċjetà ċivili.

· L-istabbiliment ta’ djalogu msaħħaħ bejn l-UE (inkluża l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali) u s-CNDH tal-Marokk.

4.3         L-istrutturar tar-relazzjonijiet bejn l-entitajiet territorjali tal-Marokk u tal-UE kif ukoll mal-Kumitat tar-Reġjuni

· It-tisħiħ tal-iskambji bejn il-kollettivitajiet territorajli Marokkini u Ewropej fil-qafas tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (Assemblée Régionale et Locale Euro-méditerranéenne - ARLEM).

· Il-promozzjoni tat-tfassil mill-kollettivitajiet territorjali ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni b’mod partikolari permezz tal-aġenziji ta’ żvilupp.

· Il-promozzjoni tal-governanza f’bosta livelli kif ukoll il-kollaborazzjoni f’diversi livelli istituzzjonali.

· It-tisħiħ tal-awtoritajiet territorjali u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ modernizzazzjoni u ta’ taħriġ tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali.

4.4         Il-kooperazzjoni bejn il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Marokk u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

It-tisħiħ tar-rabtiet u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni strutturata bejn il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Marokk u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

· L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni strutturata u ta’ djalogu regolari bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

· Il-promozzjoni ta’ djalogu soċjali bejn is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Marokk u mal-organizzazzjonijiet tal-UE.

· L-iskambju ta’ informazzjoni, pubblikazzjonijiet u bażijiet ta’ dejta b’mod li jikkontribwixxu għall-perfezzjonament tal-attivitajiet u għall-arrikkiment tad-diskussjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet.

· L-organizzazzjoni ta' konferenzi konġunti dwar suġġetti ta' interess komuni.

4.5         Il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjoni tal-Medjaturi u l-Ombudsman Ewropew

L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni strutturata u ta’ djalogu regolari bejn iż-żewġ entitajiet

· It-tisħiħ tal-għarfien espert fil-qasam tal-medjazzjoni.

· It-tfassil ta’ programm ta’ azzjoni relatat mal-konvenzjoni li qed tiġi negozjata, b’mod partikolari:

– Il-mekkaniżmi ta’ tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini mal-amministrazzjoni pubblika

– Il-mekkaniżmi biex jogħlew l-istandards tal-etika fis-settur pubbliku

– Il-mekkaniżmi ta’ tixrid tal-kultura tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba

· Il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet taż-żewġ istituzzjonijiet fi ħdan l-entitajiet internazzjonali.

4.6         Il-Koperazzjoni kulturali

· It-tlestija tal-proċedura ta’ ratifika u implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali.

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni kulturali favur il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali.

· Il-ħidma fi ħdan il-fora internazzjonali bħal pereżempju l-UNESCO għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.

· Il-promozzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni fir-rigward taż-żamma u l-valorizzazzjoni tal-wirt storiku / tal-patrimonju u l-iżvilupp tal-industriji kulturali.

· Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi ta' kooperazzjoni kulturali fir-reġjun tal-Mediterranju (Euromed Heritage u Euromed Audiovisual), billi jiġu inklużi l-entitajiet tal-Marokk ikkonċernati bħal pereżempju l-Awtorità Għolja tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva (Haute Autorité de la Communication Audiovisuelle - HACA), l-Istitut Irjali għall-Kultura tal-Amazigh (Institut Royal de la Culture Amazighe - IRCAM), il-Kunsill tal-Komunità Marokkina Barra mill-Pajjiż (Conseil de la communauté marocaine à l’étranger - CCME) eċċ.

· Il-modernizzazzjoni u t-titjib tal-ġestjoni tas-settur kulturali (pubbliku u privat).

· L-iżvilupp tar-rwol tal-Marokk fir-rigward tal-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, permezz tat-tisħiħ tal-industriji kulturali, bl-għan li jiżdiedu l-produzzjoni u t-tixrid tal-kontenut awdjoviżiv li jirrifletti b’mod partikolari l-valuri u l-għanijiet komuni mal-UE.

· Il-kooperazzjoni maċ-Ċentru Tramuntana-Nofsinhar tal-Kunsill tal-Ewropa.

· Il-kooperazzjoni fir-rigward tat-tfassil mill-ġdid tal-Pjan Nazzjonali Marokkin għall-Alleanza taċ-Ċiviltajiet.

B.           LEJN ŻONA EKONOMIKA KOMUNI

5.           Riforma ekonomika u soċjali

5.1         Il-qafas makroekonomiku

Il-konsolidament tal-progress li sar bl-għan li titjieb il-prestazzjoni makroekonomika u biex jiġu promossi t-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp

· It-tkomplija tal-konsolidament tal-istabbiltà tal-qafas makroekonomiku inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ pożizzjoni vijabbli tal-kontijiet korrenti u l-iżvilupp tal-kummerċ estern tal-ekonomija.

· It-tkomplija tal-politika baġitarja prudenti għall-konsolidament baġitarju fi żmien medju biex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-vijabbiltà tal-finanzi pubbliċi.

· It-tkomplija tal-politika ta’ tnaqqis tad-dejn pubbliku.

· It-tisħiħ tal-kapaċitajiet operattivi tal-Bank Ċentrali fl-implimentazzjoni tal-politika ta' sorveljanza tas-sistema bankarja u ta' kontroll tal-inflazzjoni.

· It-tisħiħ tas-sistema ta’ ġestjoni tal-finanzi b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ għarfien espert.

· Id-diversifikazzjoni tas-sorsi tat-tkabbir ekonomiku.

· It-tkomplija tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika.

· It-tkomplija tal-isforzi għar-riforma tar-reġim tas-sussidji fuq il-prezzijiet tal-enerġija u ċerti prodotti tal-ikel u b’mod li jitnaqqas il-piż baġitarju u tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-finanzi pubbliċi permezz ta’ mira xierqa b’mod partikolari favur il-gruppi ta’ popolazzjoni b’introjtu baxx.

5.2         It-tassazzjoni

It-tkomplija tal-istabbiliment ta’ politika u ta’ amministrazzjoni fiskali konformi mal-istandards internazzjonali u Ewropej

L-iżgurar tal-livell tad-dħul pubbliku u ż-żieda tal-ekwità tas-sistema fiskali

· It-tkomplija tal-konsolidament tas-sistemi ta' deroga u l-limitazzjoni tal-ħolqien ta’ eżenzjonijiet ġodda.

· It-tkabbir tal-bażi tat-taxxa.

· It-tkomplija tar-riforma tal-VAT billi tiġi ssemplifikata u mtejba n-newtralità ekonomika ta’ din it-taxxa.

· It-tkomplija tar-riforma tat-taxxa fuq d-dħul.

· L-iżvilupp tas-sens ċiviku fiskali u t-tassazzjoni gradwali tas-settur informali.

Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni fiskali

· It-tkomplija tad-dematerjalizzazzjoni tas-servizzi fid-Direttorat Ġenerali tat-Taxxa (Direction Générale des Impôts - DGI).

· It-tkomplija tal-proċess ta’ semplifikazzjoni tas-sistema fiskali, b’mod partikolari l-armonizzazzjoni tal-iskadenzi tad-dikjarazzjoni, tal-iskadenzi għall-appelli jew għas-sanzjonijiet.

· It-titjib tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontroll fiskali b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ approċċi ġodda bħal pereżempju l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju flimkien mal-mira, u billi d-DGI jiġi mgħammar b'metodu ta' programmazzjoni awtomatika ta' verifika.

· It-titjib tas-sistemi ta’ kontroll intern: traċċabbiltà tad-deċiżjonijiet; proċeduri interni ta’ ġesjoni; verifika u l-kontroll tal-ġestjoni; istrument ta’ monitoraġġ tal-indikaturi tal-prestazzjoni; tabella ta' valutazzjoni; eċċ.

· It-titjib tal-kwalità tas-servizzi b'mod ġenerali u b'mod partikolari l-akkoljenza.

Il-kooperazzjoni fiskali u l-konverġenza progressiva lejn is-sistema Ewropea fir-rigward tat-taxxa korporattiva

· It-tkomplija u l-approfondiment tad-djalogu dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ governanza fiskali tajba, inkluż il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar it-tassazzjoni tal-impriżi.

· L-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi fid-dimensjoni tagħha ta’ tassazzjoni favur l-investiment.

· It-taħriġ tal-persunal maniġerjali tad-DGI.

5.3         Il-Ġestjoni u l-kontroll tal-finanzi pubbliċi

Iż-żieda tat-trasparenza, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-arranġamenti ta' programmazzjoni, ġestjoni, eżekuzzjoni u kontroll tal-infiq pubbliku

It-tkomplija tal-implimentazzjoni ta’ ġestjoni razjonali tal-finanzi pubbliċi

· L-adozzjoni tal-Liġi Organika ġdida bbażata fuq il-Liġi tal-Finanzi li qed titfassal bħalissa, li tistabbilixxi l-prinċipji ta’:

– programmazzjoni pluriennali;

– ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni;

– trasparenza baġitarja permezz tar-riformulazzjoni tal-istruttura baġitarja bbażata fuq il-kunċett ta’ programmi;

– sostenibbiltà baġitarja permezz tal-introduzzjoni ta’ regoli ġodda;

– rwol akbar u aktar ċar tal-Parlament fil-proċess baġitarju.

It-tkomplija tal-modernizzazzjoni tal-kontabbiltà pubblika li gradwalment tinkludi loġika ta’ sjieda

· Il-ġeneralizzazzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni tal-infiq pubbliku.

· It-tisħiħ tal-ħiliet tal-amministrazzjonijiet, b'mod partikolari dawk li huma dekonċentrati, u l-maniġers responsabbli għall-ġestjoni baġitarja.

· Il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi lokali.

Il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tal-infiq pubbliku

· It-tkomplija tat-tisħiħ tal-ħiliet tal-amministrazzjoniojiet responsabbli (Ispezzjoni Ġenerali tal-Finanzi/IGF, Ispezzjoni Ġenerali tal-Ministri/IGM, Ispezzjoni Ġenerali tal-Amministrazzjonijiet Territorajli/IGAT) għall-verifika u l-kontroll tal-legalità u tal-prestazzjoni tal-infiq pubbliku.

· It-tkomplija tal-approssimazzjoni gradwali mal-istandards u l-metodoloġiji internazzjonali (Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti/International Federation of Accountants/IFAC, Istitut tal-Awdituri Interni/Institute of Internal Auditors/IIA, Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi ta' Verifika/International Organisation of Supreme Audit Institutions/INTOSAI) kif ukoll mal-aħjar prattiki tal-UE fir-rigward tal-kontroll u l-verifika tad-dħul u l-infiq pubbliku.

· L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-maniġers (uffiċjali awtorizzanti), il-kontrolluri u l-kontabilisti pubbliċi.

· It-tisħiħ tal-ħiliet għal implimentazzjoni aktar effikaċi tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll finanzjarju tal-Istat tal-impriżi pubbliċi.

· L-iskambju ta’ esperjenzi u għarfien espert bejn l-istituzzjonijiet Marokkini ta’ kontroll u ta’ verifika tal-finanzi pubbliċi u tal-istituzzjonijiet Ewropej simili.

It-tisħiħ tas-sistema ta’ kontroll estern tal-infiq pubbliku

· It-tisħiħ tal-ħiliet tal-Qorti tal-Awdituri.

· L-iskambju ta' esperjenzi bejn il-Qorti tal-Awdituri tal-Marokk u l-istituzzjonijiet ta’ kontroll estern tal-Istati Membri tal-UE.

· It-tisħiħ tad-demokrazija baġitarja permezz tat-tisħiħ tas-setgħat u tal-kapaċità ta’ analiżi tal-Parlament fl-istadji tal-adozzjoni u tal-applikazzjoni tal-liġijiet tal-finanzi annwali.

5.4         Ir-riformi strutturali li jimmiraw lejn il-kompetittività tal-ekonomija tal-Marokk

Ir-riforma strutturali u l-progress lejn ekonomija ta’ suq funzjonali u kompetittiva

· It-tkompija tar-riformi biex isir titjib fl-ambjent tan-negozju inkluż ix-xogħol li qed isir fuq il-Karta tal-Investiment u l-infrastrutturi fiżiċi bl-għan li jiġi appoġġat l-investiment, li tiżdied il-kompetittività u li jiżviluppaw l-impjiegi.

· L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ twissija u ta’ konsultazzjoni bikrija għall-miżuri li għandhom impatt fuq il-kummerċ u l-investiment.

· L-implimentazzjoni tal-pjan globali tal-pjattaformi industrijali integrati u taż-żoni ta’ attività kummerċjali fil-qafas tal-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza Industrijali u tal-Pjan Rawaj għall-Kummerċ u d-Distribuzzjoni.

· It-titjib tad-disponibbiltà tas-siti industrijali u kummerċjali.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni ta’ miżuri li jimmiraw lejn iż-żieda tal-produttività u t-taħriġ tal-forza tax-xogħol fis-setturi tat-tkabbir tal-ekonomija b'mod partikolari dawk previsit fil-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza Industrijali (ajrunawtika, awtomobilistika, elettronika, offshoring, agroalimentari u tessili).

· L-implimentazzjoni tal-istudji strateġiċi u kummerċjali li jippermettu l-iżvilupp tas-setturi industrijali u ta’ oqsma ġodda ta' attività.

5.5         L-impjiegi (inklużi d-drittijiet soċjali fundamentali u l-istandards fundamentali tax-xogħol) u l-politika soċjali

It-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-impjiegi, il-politika soċjali u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

· Il-promozzjoni attiva tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-livelli kollha (l-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-intraprenditorija u t-teħid tad-deċiżjonijiet)

· It-tkomplija tal-politika dwar l-opportunitajiet ugwali u tal-politika tal-ġlieda kontra l-istereotipi fir-rigward tan-nisa u l-irġiel.

· Il-konsolidament tal-protezzjoni tan-nisa tqal fuq il-post tax-xogħol.

It-tisħiħ tad-drittijiet soċjali fundamentali u l-istandards fundamentali tax-xogħol

· Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-perspettivi ta’ ratifika tal-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà tal-Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni.

· It-tisħiħ tal-kontroll tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet legali fir-rigward tal-Konvenzjonijiet 29, 87, 98, 100, 105, 111, 138 u 182 tal-ILO.

· It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlzzjoni tax-xogħol inklużi dawk li jirregolaw ix-xogħol tat-tfal.

· It-tkomplija tan-negozjati mas-sħab ekonomiċi u soċjali li jimmiraw lejn l-adozzjoni tal-Liġi Organika dwar l-eżerċizzju tad-dritt għall-istrajkjar.

· It-tisħiħ tal-istrutturi xierqa u indipendenti ta’ djalogu soċjali (bipartitiku u tripartitiku) inklużi tal-ħiliet tas-sħab soċjali.

· Il-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali tal-impriżi u tal-iżvilupp tal-prattiki ta’ intraprenditorija li jirrispettaw il-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dikjarazzjoni tripartitika tal-ILO dwar l-impriżi multinazzjonali u l-politika soċjali kif ukoll il-prattiki tal-OCDE f’dan ir-rigward.

· It-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’ promozzjoni u ta’ sorveljanza tas-saħħa, tal-iġjene u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol inkluż permezz ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ dwar dawn is-suġġetti, l-istituzzjonalizzazzjoni tal-prinċipju tal-prekawzjoni, il-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali marbuta mal-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi jew tossiċi u l-iskambju ta’ prattiċi tajbin u ta' analiżijiet li saru f'dan il-qasam sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard okkupazzjonali.

· L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-prinċipji ġenerali tad-direttivi Ewropej dwar il-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali u l-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa, l-eliminazzjoni tal-fatturi ta’ riskju u ta’ aċċidenti, l-informazzjoni, il-konsultazzjoni, il-parteċipazzjoni bilanċjata u t-taħriġ tal-ħadiema u r-rappreżentanti tagħhom[2] u l-akkumpanjament tal-implimentazzjoni tagħha mill-Istitut Nazzjonali għall-Kundizzjonijiet tal-Ħajja fuq il-Post tax-Xogħol.

· It-tisħiħ tal-metodi ta’ reġistrazzjoni u ta’ pproċessar trasparenti u koerenti fl-istatistika kollha dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol.

L-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi, l-impjegabbiltà u x-xogħol deċenti li jimmiraw lejn l-iżvilupp tal-impjiegi u jiġġieldu kontra l-qgħad Il-promozzjoni tal-aċċess għal impjiegi produttiv deċenti fil-kuntest tal-ekonomija formali

· L-iżvilupp tal-politika dwar l-impjiegi, l-impjegabbiltà u x-xogħol deċenti fil-Marokk filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida tal-istrateġija Ewropea tal-impjiegi u l-qafas ta' azzjoni definit fil-Konferenza Ministerjali Ewro-MEd dwar l-impjiegi f'Marrakech f'Novembru 2008, skont il-prinċipji ta' ġustizzja u ta’ ekwità soċjali, u b’mod partikolari:

– Iż-żieda tar-rata ta’ attività tal-popolazzjoni fis-settur formali produttiv, iż-żieda tar-rata ta’ attività tan-nisa u tal-proporzjon ta’ ħaddiema indipendenti fil-popolazzjoni li taħdem;

– L-iżvilupp tat-taħriġ li jwassal għal kwalifika (b’mod partikolari l-apprendistat u l-programmi ta' xogħol u studju), b’mod partikolari favur iż-żgħażagħ biex titjieb l-impjegabbiltà tagħhom;

– L-adattament aħjar tal-kwalifiki meta jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u b’mod partikolari l-iffaċilitar tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ u tan-nisa f’impjiegi produttivi u formali;

– L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ kontroll tal-miżuri ta’ promozzjoni attiva tal-impjiegi sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-adegwatezza tagħhom għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; It-tisħiħ tal-ħiliet tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Impjiegi u tal-Ħiliet (Agence nationale pour la promotion de l’emploi et des compétences - ANAPEC);

– L-implimentazzjoni tal-programm integrat tax-xogħol deċenti wara l-adozzjoni mill-Marokk u l-ILO, u l-monitoraġġ tal-għanijiet u l-indikaturi tiegħu.

Il-promozzjoni tal-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ġenerali tal-politiki ta’ protezzjoni soċjali u ta’ inklużjoni soċjali

· L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kumpens f’sitwazzjoni ta’ telf ta’ impjieg.

· It-tkomplija tal-moviment ta’ tnaqqis kontinwu tal-għadd ta’ persuni li jinsabu f’faqar assolut jew relattiv jew f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà.

· It-tkomplija tal-moviment ta’ tnaqqis kontinwu tar-rati ta’ esklużjoni soċjali (pereżempju l-perċentwal tal-popolazzjoni li jgħixu fi kwartieri tal-foqra).

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni bil-mira li jintlaħaq l-għan tal-Marokk ta' tnaqqis tal-faqar u t-titjib tal-koeżjoni soċjali.

· Il-garanzija tal-inklużjoni soċjali attiva ta’ kulħadd billi titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u dan b’mod partikolari għall-aktar gruppi vulnerabbli.

· L-introduzzjoni ta’ miżuri amministrattivi u regolatorji konkreti għall-integrazzjoni soċjoprofessjonali tal-persuni b’diżabbiltà.

· L-estensjoni tal-assigurazzjoni obbligatorja tas-saħħa (assurance maladie obligatoire - AMO) għall-kategoriji soċjoprofessjonali kollha (b’mod partikolari l-ħaddiema indipendenti, il-professjonijiet liberali u l-istudenti).

· L-iskambju ta’ prattika tajba sabiex tiġi estiża l-kopertura u jiżdied il-livell tal-protezzjoni soċjali, b’mod partikolari għall-gruppi l-aktar żvantaġġati.

· Il-garanzija tas-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali.

It-tlestija tal-mekkaniżmu tal-kura jew tal-kopertura medika tal-assigurazzjoni b’mod li tkopri l-popolazzjoni kollha (u b’mod aktar partikolari ċ-ċittadini li huma soċjalment żvantaġġati) u biex tiżgura kura bażika ta’ kwalità

· It-tnaqqis tal-ispejjeż diretti medji tal-familji (spejjeż “out of pocket”), b’mod partikolari għall-kategoriji li huma l-aktar żvantaġġati soċjalmement.

· L-estensjoni tal-popolazzjoni effettivament koperta minn waħda mis-sistema ta’ assigurazzjoni tas-saħħa jew ta’ għajnuna għas-saħħa.

Il-Konverġenza: Biex jiġu implimentati dawn ir-riformi, fir-rigward tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis id-direttivi Ewropej dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol (tfassil ta’ mekkaniżmu leġiżlattiv u regolatorju ġdid dwar il-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali), l-ugwaljanza tal-possibbiltajiet bejn l-irġiel u n-nisa, il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, u d-dritt għax-xogħol, kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

5.6         L-iżvilupp reġjonali u lokali

· Il-konsolidament tal-proċess ta’ żvilupp fuq il-livell lokali:

– It-tisħiħ tar-riżorsi istituzzjonali u finanzjarji tal-komuni, b’mod partikolari dawk rurali (“Komuni 2015”);

– Il-ġeneralizzazzjoni tal-Pjanijiet Komunali ta’ Żvilupp (tfassil, adozzjoni, reviżjoni regolari);

– Il-promozzjoni tal-interkomunalità;

– Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni komunali permezz tal-kompjuterizzazzjoni u d-dematerjalizzazzjoni tal-proċeduri u t-titjib tal-kwalità tas-servizz għaċ-ċittadini;

– It-tisħiħ tal-isħubija bejn il-kollettivitajiet territorjali, is-settur privat u l-organizzazzjonijiet non governattivi għall-ħolqien u l-ġestjoni tal-infrastrutturi u t-tagħmir ta’ natura lokali u reġjonali;

– L-użu ta' potenzjal fiskali tal-kollettivitajiet territorjali.

· Jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-diskrepenzi bejn ir-reġjuni u bejn iż-żoni rurali u urbani:

– L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-iżvilupp reġjonali u ta’ politiki li jimmiraw żoni speċifiċi (pereżempju: iż-żoni tal-muntanji);

– It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Żvilupp Reġjonali (Plans de Développement Régional - PDRs) fis-16-il reġjun;

– It-tnaqqis tad-diskrepanza fir-rigward tal-aċċess għall-infrastrutturi soċjali u ekonomiċi bażiċi;

– It-tisħiħ tal-ħiliet tal-atturi tal-iżvilupp reġjonali u lokali;

– Fl-evalwazzjonijiet konġunti li ġejjin (il-Marokk, il-Kummissjoni) tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi, u skemm ikun hemm finanzjament disponibbli, għandu jitqies jekk il-Karta hijiex magħrufa u meqjusa fil-pajjiż kollu, inkluż barra miż-żoni ta' żvilupp ekonomiku, u liema huma l-effetti fir-reġjuni diversi u għall-benefiċjarji finali;

– It-tisħiħ tal-kooperazzjoni permezz tal-programmi reġjonali u bejn transkonfinali bejn il-Marokk u l-UE biex jitnaqqas l-iżbilanċ fl-iżvilupp tar-reġjuni u tiżdied il-prosperità tagħhom.

5.7         L-iżvilupp soċjali u uman

· It-titjib tal-effikaċja tal-proġetti tal-Inizjattiva Nazzjonali għall-Iżvilupp Uman (Initiative Nationale pour le Développement Humain - INDH).

· It-tisħiħ tal-kontroll u tal-evlwazzjoni tal-proġetti tal-INDH.

· Il-promozzjoni tal-mikroproġetti li jiġġeneraw l-impjiegi u dħul stabbli.

· It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-persuni bi ħtiġijiet speċifiċi fl-organizzazzjonijiet ta’ governanza tal-INDH.

5.8         L-iżvilupp sostenibbli

· L-implimentazzjoni tal-elementi dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-Karta Nazzjonali għall-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli permezz tal-finalizzazzjoni tal-liġi qafas.

· It-tkomplija tal-istabbiliment ta’ strutturi u proċeduri relatati mal-ippjanar strateġiku fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli kif ukoll il-koordinazzjoni bejn l-atturi differenti.

6.           Il-kummerċ, is-suq u r-riforma regolatorja

6.1         L-approssimazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-Marokk ma’ dak tal-UE f’dawn l-oqsma

· L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu biex tiġi identifikata d-diskrepanza bejn il-leġiżlazzjoni tal-Marokk u l-acquis Komunitarju sabiex jiġi faċilitat l-istabbiliment ta’ programm nazzjonali ta’ konverġenza.

· L-identifikazzjoni tas-setturi prijoritarji għall-approssimazzjoni regolatorja kif ukoll ir-riżorsi nazzjonali meħtieġa u s-sekwenza tal-implimentazzjoni tagħha.

6.2         Ir-relazzjonijiet kummerċjali inkluża l-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv

B’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-pjan direzzjonali Euromed u mal-għanijiet tad-dokument konġunt dwar l-Istatus Avvanzat, iż-żewġ partijiet l-ewwel se jaħdmu għall-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTA) u wara għat-twaqqif ta’ żona ekonomika komuni.

L-implimentazzjoni tal-impenji meħuda fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni titolu II (Ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija)

· Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mat-taqsima kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk, b’mod partikolari sabiex ikunu hemm tneħħija reċiproka tar-restrizzjonijiet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-oġġetti fl-aspetti kollha tariffarji u mhux tariffarji tiegħu.

· It-tkomplija u l-approfondiment tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-merkanzija b'koerenza mal-politiki settorjali.

· L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-ftehim dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti agrikoli pproċessati, tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd.

· It-taħriġ tal-persunal u t-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali.

Il-kontribuzzjoni għall-iżgurar tat-twaqqif taż-żona ta’ kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles mas-sħab Mediterranji fuq il-livell reġjonali, intra-reġjonali jew bilaterali.

· L-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim dwar s-soluzzjoni tat-tilwim kummerċjali inkluż l-appoġġ għat-taħriġ ta’ grupp ta’ arbitri Marokkini fil-kummerċ internazzjonali li jistgħu jeżerċitaw il-funzjoni ta’ arbitru fil-qafas ta’ proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim.

· Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Agadir fl-oqsma kollha koperti mill-Ftehim sal-lum; iż-żieda tal-għadd ta' oqsma bħal pereżempju billi jiġu inklużi s-servizzi u l-investiment u t-tħeġġiġ tat-tkabbir ta’ Agadir lejn pajjiżi oħra tar-reġjun.

· L-implimentazzjoni tal-inizjattivi għat-tisħiħ tal-isħubija Ewro-Mediterranja u b’mod partikolari fl-istabbiliment ta' mekkaniżmu Ewro-Mediterranju għall-iffaċilitar tal-kummerċ u l-investiment, li jkollu bħala komponent mekkaniżmu ta’ twissija u ta’ konsultazzjoni bikrija dwar miżuri li għandhom impatt fuq il-kummerċ u l-investiment.

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tad-djalogu fl-istabbiliment u l-użu tal-istrumenti ta’ difiża kummerċjali.

· It-tkomplija tan-negozjati bilaterali li huma għaddejjin dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u l-istabbiliment

Konklużjoni ta’ DCFTA

· It-tlestija tan-negozjati sabiex jiġi konkluż DCFTA bejn il-Marokk u l-UE li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni gradwali tas-swieq tagħhom.

· Fil-qafas tan-negozjati tad-DCFTA, is-setturi li ġejjin se jkunu koperti (lista mhux eżawrjenti, li tqis l-għażla tas-setturi prijoritarji fil-qafas tal-approssimazzjoni leġiżlattiva):

– ir-regolamentazzjoni teknika dwar il-prodotti industrijali, l-istandards u l-evalwazzjoni tal-konformità;

– is-swieq pubbliċi;

– il-moviment u l-ħlas tal-kapitali;

– il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali;

– il-miżuri sanitarji u fitosanitarji;

– il-politika dwar il-kompetizzjoni;

– id-dwana u l-iffaċilitar tal-kummerċ;

– id-djalogu dwar l-istrumenti ta’ difiża kummerċjali;

– l-approfondiment tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u l-protezzjoni tal-investimenti;

– il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;

– l-analiżi tal-possibbiltajiet ta’ titjib tal-konċessjonijiet preferenzjali mogħtija fil-qafas tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles fir-rigward tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti agrikoli pproċessati u tal-prodotti tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-politika agrikola, is-sensittività u l-ispeċfitajiet tal-prodotti kkonċernati taż-żewġ partijiet.

6.3         Faċilitar tal-aċċess għas-suq għall-prodotti industrijali

6.3.1      Il-kummerċ ħieles tal-prodotti industrijali (l-oqsma armonizzati tal-UE)

L-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq għall-prodotti industrijali. It-tkomplija tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Marokk dwar il-prodotti industrijali, mar-regolamentazzjoni u l-prattiki internazzjonali u Ewropej

· Fil-qafas tal-Istatus Avvanzat, it-tkomplija tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli mal-acquis tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha permezz tat-titjib tal-livell tal-infrastrutturi ta' kwalità.

· It-tkomplija tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-istandards, ir-regolamenti tekniċi u l-evalwazzjoni tal-konformità għall-armonizzazzjoni gradwali mal-qafas legali Ewropew fil-livell orizzontali u fis-setturi prijoritarji.

· It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet responsabbli għan-normalizzazzjoni (IMANOR), l-akkreditazzjoni (COMAC), l-evalwazzjoni tal-konformità, il-metroloġija u s-sorveljanza tas-suq, b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert u permezz tal-integrazzjoni tagħhom fl-istrutturi Ewropej u internazzjonali, inkluża l-adeżjoni għall-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni-EA.

· In-negozjazzjoni ta’ ftehim dwar l-evalwazzjoni tal-konformità u l-aċċettazzjoni tal-prodotti industrijali (Agreement on Conformity Assessment and Acceptance - ACAA) fis-setturi ta’ interess komuni fejn il-leġiżlazzjoni u l-istandards huma l-istess bħal fl-UE.

6.3.2      L-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet (l-oqsma mhux armonizzati tal-UE)

L-iffaċilitar taċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija u t-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva

· It-tkomplija tal-prevenzjoni tal-miżuri diskriminatorji u l-iżgurar li l-partijiet interessati jkollhom l-opportunità li jqajmu l-problemi identifikati.

· It-tisħiħ tal-punt ta’ kuntatt ċentrali u l-punt ta’ informazzjoni stabblit fil-qafas tal-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ biex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Marokk, kif ukoll mal-operaturi ekonomiċi.

· It-tkomplija tal-analiżi tal-leġiżlazzjoni tal-Marokk dwar it-tikkettar, il-kompożizzjoni, il-manifattura u d-deskrizzjoni tal-prodotti biex tiġi armonizzata aktar mal-prinċipji ġenerali eżistenti fl-UE.

· L-identifikazzjoni u l-analiżi tal-ostakoli mhux tariffarji u l-iffaċilitar tat-tneħħija tagħhom permezz tal-mekkaniżmu Euromed tal-Iffaċilitar tal-Kummerċ.

6.4         Il-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji

It-titjib tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti u l-iżgurar tas-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel u l-għalf tal-annimali u l-iffaċilitar tal-kummerċ bejn il-Marokk u l-UE

· It-tkomplija u l-implimentazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (sanitary and phytosanitary measures - SPS) u tal-istandards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (Office international des épizooties - OIE), tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (Convention internationale pour la protection des végétaux - CIPV) u tal-Codex Alimentarius.

· It-titjib tar-regoli fir-rigward tas-saħħa tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti u tas-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf għall-annimali, u l-benessri tal-annimali, sabiex il-livell jitqarreb lejn dak tal-protezzjoni u tar-regoli tal-UE, inklużi r-regoli tal-iġjene, tal-identifikazzjoni u tat-traċabbiltà, tal-animali ħajjin, tal-oġġetti tal-ikel, tal-għalf tal-annimali, tal-prodotti tas-sajd eċċ. B’mod partikolari:

– l-adozzjoni tat-testi leġiżlattivi u regolatorji mfassla u vvalidati fil-qafas tal-proġett ta' ġemellaġġ iffinanzjat mill-UE fl-2007-2009;

– l-adozzjoni tat-testi ta’ applikazzjoni tal-liġi Nru 28-07 dwar is-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel.

· It-tħeġġiġ tat-titjib tal-industriji agroalimentari inklużi l-industriji tas-sajd fir-rigward tal-istandards tal-iġjene u sanitarji b’mod konformi mal-liġi Nru 28-07.

· Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-akkreditazzjoni tal-pestiċidi, tal-kontroll tar-residwi u tal-kontaminanti fil-prodotti tal-ikel u fl-għalf tal-annimali u miżuri ta' protezzjoni kontra l-introduzzjoni ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara fil-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti.

· Il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Sanitarja tal-Prodotti tal-Ikel (Office national de sécurité sanitaire des produits alimentaires - ONSSA) bl-għan li:

– titjieb il-prevenzjoni u l-qerda tal-mard kontaġġjuż fl-annimali;

– tiġi implimentata r-regolamentazzjoni l-ġdida fir-rigward tas-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel (il-liġi Nru 28-07);

– il-postijiet ta’ ispezzjoni fil-fruntieri jsiru konformi;

– jitjiebu l-laboratorji sabiex jiġu akkreditati.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-ONSSA biex tiġi stabbilita, b’mod partikolari, sistema ta' reġjonalizzazzjoni fir-rigward tas-saħħa tal-annimali biex jiġu ffaċilitati l-esportazzjonijiet tal-Marokk fil-qafas tal-ftehim tal-kummerċ ħieles tal-merkanzija bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea.

· It-tkomplija tal-kooperazjoni fir-rigward tat-twissija sanitarja u l-parteċipazzjoni fi ħdan is-sistema ta’ twissija bikrija (rapid alert system for food and feed - RASFF) skont l-arranġamenti tal-UE.

· It-tkomplija tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fis-sistema TRACES (Trade Control and Expert System)

· Il-kooperazzjoni mal-ONSSA bl-għan li tiġi stabbilita fil-Marokk sistema ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti agroalimentari (oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali). Din is-sistema għandha:

a)      tiggarantixxi l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi fil-Marokk;

b)      tkun għodda li żżid it-trasparenza, il-previdibbiltà, il-fiduċja fil-kontrolli u, b’hekk, tiffaċilita l-kummerċ;

c)      tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-effikaċja tas-sistemi uffiċjali ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni tal-pajjiżi esportaturi (aktar milli fuq prodotti jew stabbilimenti speċifiċi), b’mod konformi mad-direttivi u l-prinċipji tal-istandards internazzjonali u b’mod partikolari tal-istandard tal-Codex Alimentarius CAC/GL 26-1997;

d)      tiżgura l-effiċjenza u l-effikaċja tal-użu tar-riżordi tal-ONSSA.

Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jistabbilixxi prijoritajiet u se jadotta t-testi leġiżlattivi u regolatorji meħtieġa (pereżempju t-testi ta’ applikazzjoni tal-liġi Nru 28-07 dwar is-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel kif ukoll l-abbozzi tat-testi mfassla u vvalidati fil-qafas tal-proġett ta’ ġemellaġġ iffinanzjat mill-UE fl-2007-2009). Fir-rigward tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis il-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti fl-oqsma veterinarji u fitosanitarji.

6.5         L-agrikoltura u s-sajd

L-agrikultura

Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-ħiliet fis-settur agrikolu fil-qafas tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u b'koerenza mal-perspettivi tal-Pjan għal Marokk Ekoloġiku (Plan Maroc Vert - PMV ):

· L-iżvilupp tal-agrikoltura solidarja (Pilastru II tal-PMV), b’mod partikolari l-agrikoltura fuq skala żgħira tar-reġjuni fraġli u diffiċli. It-tipi ta’ azzjonijiet prijoritarji li jidħlu fil-qafas tat-tisħiħ tal-programmi ta’ sħubija proposti huma:

– L-iżvilupp tal-arborikultura Mediterranja fiż-żoni tal-muntanji għall-ġlieda kontra l-faqar;

– L-iżvilupp tal-prodotti lokali billi jiġu mmirati l-oqsma ta’ interess għaż-żewġ partijiet;

– It-titjib tal-kuntest ekonomiku fis-settur agrikolu, b’mod partikolari fl-oqsma tal-makkinarju, il-kummerċjalizzazzjoni, is-servizzi għall-bdiewa li jaħdmu fuq skala żgħira, l-innovazzjoni fit-teknoloġija, ir-riċerja għat-titjib tal-produttività u tal-kwalità, eċċ);

– L-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ kwalità inkluża l-katina bijoloġika;

– Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi;

– Il-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u tal-bijodiversità.

· Il-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ kwalità u tal-konsolidament tal-kummerċ bejn is-setturi.

· L-iffaċilitar, it-tisħiħ u t-tħeġġiġ tal-istabbiliment ta’ sħubiji bejn l-organizzazzjonijiet professjonali tal-produtturi agrikoli Marokkini u l-kontrapartijiet Ewropej tagħhom.

· Jingħata bidu għan-negozjati għal ftehim bilaterali ta’ protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ agrikolu, agroindustrijali u tas-sajd.

· Tingħata għajnuna lill-Marokk sabiex fi żmien qasir jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jipparteċipa fil-proġetti pilota ta’ żvilupp rurali (European Neighbourhood Programme for Agriculture and Rural Development - ENPARD) u biex fi żmien medju jkun jista’ jsir l-iżvilupp pluriennali tal-inizjattiva ENPARD.

Ir-regolamentazzjoi u l-istandardizzazzjoni tal-konformità mhux sanitarja u tal-kodiċijiet ta’ prattika tajba tal-prodotti agrikoli u tas-Sajd

· L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-konformità mhux sanitarja u tal-kodiċijiet ta’ prattika tajba tal-prodotti agrikoli u tas-Sajd sabiex ikun hemm armonizzazzjoni gradwali mal-qafas legali Ewropew.

· It-tisħiħ u l-kontroll tal-istituzzjonijiet responsabbli għall-aspetti msemmijin qabel għall-prodotti agrikoli u tas-Sajd (Stabbiliment Awtonomu ta’ Kontroll u ta’ Koordinazzjoni tal-Esportazzjonijiet/Etablissement Autonome de Contrôle et de Coordination des Exportations/EACCE, ONSSA u oħrajn), b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom fl-istrutturi Ewropej u internazzjonali.

· It-titjib tal-livell tal-professjonisti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni u tal-istandards ta’ konformità mhux sanitarja.

L-iffaċilitar tal-kummerċ permezz tal-eliminazzjoni tal-ostakli mhux tariffarji eżistenti għall-prodotti agrikoli u tas-Sajd

· L-aġġornament tal-leġliżlazzjoni Marokkina dwar it-tikkettar, il-kompożizzjoni, il-manifattura, il-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u d-deskrizzjoni tal-prodotti agrikoli u tas-sajd.

· L-approssimazzjoni tal-prinċipji ġenerali eżistenti fl-UE dwar it-tikkettar għall-prodotti li fihom il-laħam, il-kontenut ta’ xaħam, eċċ.

It-titjib tal-implimentazzjoni tal-approssimazzjoni regolatorja tal-PMV b’koerenza mal-għan ta' konverġenza

· It-tisħiħ tal-ħiliet legali u ta’ politika settorjali agrikola: Il-preżentazzjoni tal-mekkaniżmi regolatorji Ewropej interni u esterni tal-UE, b’mod partikolari l-mekkaniżmi diversi tal-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, kif ukoll il-PAK

· It-titjib fir-rigward ta’ kontroll strateġiku tal-prodotti u tas-swieq biex jakkumpanja l-politika l-ġdida ta’ modernizzazzjoni tal-agrikoltura.

Is-sajd

L-iżgurar tal-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ governanza tas-sajd b’koerenza mal-kontenut u l-għanijiet tal-Istrateġija Halieutis u mal-Politika Komuni tas-sajd fir-rigward tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-oqsma ta’ interess komuni

· L-iżgurar tas-sostenibbiltà tar-riżorsi (l-assi 1 tal-Pjan Halieutis-PH):

– It-tisħiħ tar-riċerka xjentifika;

– Il-ġeneralizzazzjoni tas-sistema ta’ organizzazzjoni tas-sajd permezz tal-Qabda Totali Permissibbli (total allowable catch - TAC);

– Il-modernizzazzjoni tal-flotta u l-adattament tal-isforz tas-sajd;

– It-tkomplija tal-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux rapportati u mhux regolati (illegal, unreported and unregulated - IUU);

– It-tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-akkwakultura.

· L-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni (l-assi 2 tal-PH):

– Il-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi tal-port u tas-siti ta’ żbark għas-sajd;

– L-iżgurar tal-ġestjoni effikaċi taż-żoni tal-portijiet.

· It-titjieb tal-valorizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom (l-assi 2 u 3 tal-PH):

– L-iffaċilitar tal-aċċess tal-industriji għall-materja prima ta’ kwalità;

– It-tħeġġiġ tad-diversifikazzjoni u l-orjentazzjoni tal-produzzjoni industrijali lejn is-swieq ewlenin;

– L-istrutturar u ż-żieda fid-dinamiżmu fis-suq intern;

– L-iffaċilitar tal-kummerċ ta' prodotti tas-sajd biex jitħeġġeġ t-twaqqif taż-żona ta’ kummerċ ħieles.

· L-integrazzjoni tal-kwistjonijiet trasversali:

– Il-governanza pubblika: it-tisħiħ tar-rwol konsultattiv tal-assoċjazzjonijiet professjonali u t-tħeġġiġ tad-djalogu bejn is-segmenti diversi tal-katina;

– Il-mekkaniżmu legali: il-konsolidament, il-kjarifika u l-aġġornament;

– Il-kontroll u s-sorveljanza: it-tisħiħ tal-mezzi tul il-katina kollha;

– Il-kwalità u l-iġjene: l-implimentazzjoni tal-mezzi u l-mekkaniżmi li jippermettu t-traċċabbiltà tul il-katina kollha [rabta mal-punt 5.4];

– Ir-riżorsi umani u l-impjiegi: il-ħolqien ta’ osservatorju tal-impjiegi tas-settur tas-sajd (il-kundizzjonijiet ta’ xogħol, il-valorizzazzjoni tan-nisa professjonisti, il-miżuri ta’ adattament għall-ambjent ekonomiku);

– Il-ħolqien ta’ ċentri ta’ kompetittività.

Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jqis, bl-appoġġ tal-UE, ir-Regolament dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (KE Nru 2371/2002 u l-atti relatati), kif ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-oqsma ta' interess komuni, jiġifieri:

– L-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali;

– Il-kontroll, il-monitoraġġ u s-sorveljanza;

– L-appoġġ għar-riċerka.

L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Halieutis b’koerenza mal-għan ta’ konverġenza regolatorja li tirrigwarda l-aktar is-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd.

· It-tkomplija tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ qafas legali xieraq ġdid li jintegra fil-leġiżlazzjoni nazzjonali r-regoli Ewropej applikabbli għall-ġlieda kontra s-sajd IUU u b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

· L-iżvilupp tal-ħiliet ta’ monitoraġġ u kontroll tal-eżerċizzju tas-sajd u taċ-ċirkolazzjoni legali tal-prodotti tas-sajd tul il-katina kollha. Dawn il-ħiliet jikkonċernaw:

– ir-riżorsi umani mħarrġa kif dovut għal din il-missjoni ġdida;

– il-mezzi li jippermettu ġestjoni elettronika tad-dejta kompatibbli mal-istandards tal-UE li hija d-destinazzjoni ewlenija tal-prodotti tas-sajd Marokkini;

– il-kontroll bis-satellita tal-pożizzjoni tal-bastimenti tas-sajd.

· It-tkomplija tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ qafas legali li jimmira lejn il-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-prevenzjoni kontra t-tniġġis ta’ dan l-ambjent.

· L-għotja ta’ tagħmir u mezzi ta’ riċerka u monitoraġġ xierqa lill-Istitut Nazzjonali ta' Riċerka tas-Sajd (Institut National de Recherche Halieutique - INRH) li huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-kwalità tal-ambjent tal-baħar.

· L-iżvilupp tal-attività tal-akkwakultura u l-appoġġ lill-istituzzjoni dedikata lill-akkwakultura (l-Aġenzija Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Akkwakultura) permezz tal-adozzjoni ta’ qafas legali ta’ inċentiv u li jirrispetta r-regoli u l-istandards internazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent huwa mezz kif wieħed jista’ jħeġġeġ l-investimenti f’dan il-qasam.

· It-tkomplija tal-modernizzazzjoni tal-flotta tas-sajd mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd.

· L-iżgurar tal-implimentazzjoni u r-rispett sħiħ tal-istandards adottati fil-qafas tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali ta’ ġestjoni tas-sajd, b’mod partikolari l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas - ICCAT) u l-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (General Fisheries Commission for the Mediterranean - GFCM)

· Il-kontribuzzjoni għar-regolamentazzjoni tal-isforz tas-sajd, skont il-livell tal-użu tar-riżorsi.

· It-tħeġġiġ tal-użu ta’ mezzi tas-sajd selettivi.

· Il-kontribuzzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti.

· L-applikazzjoni tal-istandards u l-eżiġenzi meħtieġa fir-rigward tat-taħriġ u s-saħħa tal-persuni li jaħdmu fuq il-baħar.

· It-tisħiħ tat-tfittix u s-salvataġġ tal-ħajja umana fil-baħar.

6.6         Il-libertà tal-istabbiliment, id-dritt soċjetarju, il-kompatibbiltà u l-verifika

L-istabbiliment

L-iffaċilitar tal-istabbiliment u t-titjib tal-ambjent tan-negozju

· Il-promozzjoni ta’ ambjent favorevoli għall-kumpaniji billi jiġu indirizzati b’mod partikolari r-riforma tas-sistema legali, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi.

· L-istabbiliment ta' miżuri li jippermettu l-ħolqien ta' impriżi "onlajn".

· It-tisħiħ tal-aġenzija Marokkina għall-iżvilupp tal-invesitmenti bħala punt ewlieni għall-investimenti barranin.

· L-iżgurar ta’ djalogu regolari mar-rappreżentanti tal-investituri barranin sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-istabbiliment.

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-aġenziji Euromed ta’ promozzjoni tal-investimenti.

Il-Konverġenza: sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk li jagħti attenzjoni partikolari:

– lis-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi (filwaqt li jiżgura li l-proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-aċċess u l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ servizz jkunu trasparenti, proporzjonati, ibbażati fuq kriterji oġġettivi sabiex jiġu offruti l-previdibbiltà u s-sigurtà legali lil dawk li joffru s-servizzi).

– lill-akkumpanjament għal dawk li joffru s-servizzi fit-twettiq tal-proċeduri amministrattivi tagħhom (billi tissaħħaħ l-informazzjoni disponibbli jew billi jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt waħdieni għal dawk li joffru s-servizzi);

– lil ġeneralizzazzjoni tal-istabbiliment tas-sistema “e-regulations” fiċ-ċentri reġjonali ta’ investiment (centres régionaux d’investissement - CRIs) kollha tal-Marokk.

Id-dritt soċjetarju

Armonizzazzjoni tad-dritt soċjetarju biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-partijiet kollha u biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet tal-impriżi

· It-titjib tal-protezzjoni tal-azjonisti u partijiet oħra b'konformità mal-istandards u l-prattiki Ewropej f’dan il-qasam.

· Il-finalizzazzjoni tal-kodiċi ta’ governanza tajba għat-tipi differenti ta’ impriżi u entitajiet pubbliċi b’mod konformi mal-istandards Ewropej u internazzjonali u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet kollha eżistenti.

· It-tkomplija tal-akkumpanjament tal-Istitut Marokkin tal-Amministraturi (Institut marocain des Administrateurs - IMA) sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni u jitwasslu u jinxterdu l-prinċipji ta’ governanza tajba tal-impriżi (laqgħat, fora ta’ diskussjonijiet, websajts...) u sabiex jiġu żgurati l-attivitajiet ta' sorveljanza strateġika u ta' riċerka fir-rigward tal-governanza tal-impriżi (pubblikazzjonijiet, studji, osservatorju tal-governanza tal-impriżi).

· Il-finalizzazzjoni tal-modernizzazzjoni tar-reġistru tal-kummerċ u s-sistema ta’ pubbliċità fil-gazzetta uffiċjali biex jiġu infurmati l-persuni terzi.

Il-Konverġenza: biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fir-rigward ta’ konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis l-istandards Ewropej tad-dritt soċjetali.

Kompatibbiltà u Verifika

L-applikazzjoni tal-istandards kompatibbli u ta’ verifika Ewropej u internazzjonali b’mod partikolari għall-kumpaniji kkwotati fil-Borża

· It-tkompija tal-isforzi sabiex tiġi promossa karriera ta’ verifika ta’ kwalità.

· It-tkomplija ta’ miżuri diġà meħuda sabiex jiġu promossi l-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali u Ewropej ta’ kompatibbiltà u ta’ verifika għall-kumpaniji kkwotati fil-Borża, b’mod partikolari:

– Ir-raba' Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat u dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (78/660/KEE);

– Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat, dwar il-kontijiet konsolidati (83/349/KEE);

– Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Knsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità;

– Id-Direttiva 2006/43(KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati.

6.7 Servizzi, servizzi finanzjarji u servizzi postali

It-tkomplija tal-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi tal-Marokk

· L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina ma’ dik tal-UE fir-rigward tar-regolamentazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali jew settorjali biex ikun hemm approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina ma’ dik tal-UE.

· Il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku.

· It-tisħiħ tal-ħiliet ta’ evalwazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi.

· Fuq il-bażi tal-qafas li għandu jiġi previsti fil-protokoll dwar il-kummerċ tas-servizzi u l-istabbiliment, l-iffaċilitar tad-diskussjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċipriku tal-kwalifiki professjonali sabiex jingħata vantaġġ lill-mobbiltà ta’ dawk li jipprovdu s-servizzi.

Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jqis:

– Id-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku;

– Id-Direttiva 2006/123 dwar is-servizzi fis-suq intern (Ħidma fuq il-punti ta’ kuntatt waħdieni, l-istandardizzazzjoni tal-prinċipji ta’ semplifikazzjoni amministrattiva u tal-proċeduri amministrattivi elettroniċi li bdiet issir fil-qafas tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/123).

Servizzi Finanzjarji

It-tkomplija tar-riforma tas-servizzi finanzjarji (banek, assigurazzjoni u suq finanzjarju) fir-rigward tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza permezz ta’ approssimazzjoni mal-istandards Ewropej (is-settur finanzjarju ġie identifikat bħala wieħed prijoritarju għall-konverġenza)

· It-tkomplija tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ Bâle II kif ukoll l-emendi (Bâle III).

· Iż-żamma ta' sistema xierqa ta’ garanzija tad-depożiti bankarji.

· It-tkomplija tat-tisħiħ tal-qafas regolatorju prudenzjali għas-swieq finanzjarji b’konverġenza lejn dak tal-UE.

· It-tkomplija tat-tisħiħ tal-prerogattivi, tal-effikaċja u tal-indipendenza tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-istabbilimenti finanzjarji, tas-swieq finanzjarji u tal-impriżi ta’ assigurazzjoni b’mod konformi mal-istandards internazzjonali; u l-iżvilupp tas-sorveljanza makroprudenzjali.

· It-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u regolatorju sabiex jiġu żviluppati s-swieq tal-assigurazzjoni u tat-titoli.

· It-tkomplija tat-tisħiħ tal-effikaċja u tal-kredibbiltà tas-sorveljanza finanzjarja b’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) fir-rapport tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (Financial Services Action Plan- FSAP)

Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jqis l-acquis tal-UE (wara analiżi tad-diskrepanzi u evalwazzjoni tal-prijoritajiet fuq il-bażi ta’ analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-konverġenza kif ukoll skont il-mezzi meħtieġa sabiex tiġi żgurata din il-konverġenza; ara l-Anness II)

Is-servizzi postali

It-tkomplija tal-proċess ta’ Żvilupp tas-settur postali fil-Marokk

· L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien espert fir-rigward tar-regolamentazzjoni settorjali postali kif ukoll fil-perspettiva ta' konverġenza tal-qafas regolatorju ma' dak tal-UE.

· L-iskambju ta’ esperjenzi għat-titjib tal-kwalità tas-servizzi.

· L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien espert sabiex jissaħħu l-ħiliet ta’ evalwazzjoni tas-swieq postali u l-perspettivi ta’ tkabbir offerti mill-kummerċ elettroniku.

· L-istabbiliment ta’ regoli ċari dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil fornitur ta’ servizzi li jaħdem f’settur postali li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni.

· Il-ħidma għall-istabbiliment ta’ regoli ċari dwar is-“servizzi universali”: offerta ta’ servizzi postali ta’ kwalità determinata, provduta b’mod permanenti fil-punti tat-territorju kollu ta’ Parti minnhom, bi prezzijiet raġonevoli għall-utenti kollha filwaqt li jiġu speċifikati l-arranġamenti tal-finanzjament tagħha.

· L-iżgurar li d-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja u ta' regolamentazzjoni u l-proċeduri li tuża jkunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq u jiġu evitati l-prattiki antikompetittivi kolha fis-swieq tas-setturi postali u ta’ courier.

· Il-ħidma għall-istabbiliment, malajr kemm jista’ jkun, ta’ awtorità regolatorja u ta’ regolamentazzjoni legalment indipendenti minn kwalinkwe fornitur ta’ servizzi postali u ta’ courier u li mhijiex fil-kompetenza ta’ tali fornitur.

Il-Konverġenza: Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/06/KE.

6.8         Iċ-ċirkolazzjoni tal-kapital u pagamenti kurrenti

Il-progress lejn il-ftuħ gradwali tal-kont tal-kapital

· It-tkomplija tal-ftuħ gradwali tal-kont tal-kapital.

· L-iskambju ta’ prattika tajba dwar il-bidla lejn ftuħ totali tal-kont tal-kapital.

· L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza tal-moviment tal-kapitali.

6.9         Il-kuntratti pubbliċi

It-titjib tat-trasparenza u l-effikaċja tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ konċessjonijiet

· It-tkomplija tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-istandards Ewropej għall-garanzija tal-ftuħ, it-trasparenza, l-aċċess ugwali għall-informazzjoni u l-offerti.

· L-istabbiliment ta’ sistema effikaċi u indipendenti ta’ soluzzjoni ta’ tilwim relatat mal-proċedura tal-offerti.

· It-tkomplija tal-modernizzazzjoni tal-proċeduri ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi u b'mod partikolari, it-tkomplija tal-implimentazjoni tad-dematerjalizzazzjoni tal-proċeduri.

· L-istandardizzazzjoni tal-proċeduri tal-offerti tal-istabbilimenti u l-impriżi pubbliċi mwaqqfa biex jissodisfaw speċifikament il-ħtiġijiet ta’ interess ġenerali li għandhom natura li mhijiex industrijali jew kummerċjali.

· It-titjib tas-sistemi għax-xiri tal-operaturi tan-netwerks fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali.

· L-istabbiliment ta’ taħriġ effikaċi tax-xerrejja/tal-uffiċjali awtorizzanti tal-Istat u tal-kollettivitajiet lokali, kif ukoll tal-aġenti responsabbli għall-kontroll tal-offerti u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

Il-Konverġenza:

· Għall-proċeduri tal-offerti tal-kuntratti pubbliċi u tal-konċessjonijiet, id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE.

· Għat-titjib tal-effikaċja tal-proċeduri ta’ appell fir-rigward tal-offerti tal-kuntratti pubbliċi u tal-konċessjonijiet, id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE kif emendati bid-Direttiva 2007/66/KE.

6.10       Il-politika dwar il-kompetizzjoni

L-istabbiliment ta’ qafas modern għall-politika dwar il-kompetizzjoni u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-awtoritajiet ta’ regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni għall-implimentazzjoni tiegħu

· Ir-riforma tal-liġi Nru 06/99 biex tiġi konsolidata s-sistema istituzzjonali tal-kompetizzjoni ta’ bħalissa billi jingħataw il-kompetenzi kollha bl-applikazzjoni tal-politika dwar il-kompetizzjoni, status li jiżgura indipendenza ta' ġestjoni u setgħa ta’ self tasking bil-possibbiltà ta’ investigazzjonijiet taħt kontroll legali u s-segħat ta’ teħid ta’ deċiżjoni u ta' infurzar, bil-possibbiltà li jingħataw opinjonijiet vinkolanti u mhux biss konsultattivi lil istituzzjoni unika (il-Kunsill għall-Kompetizzjoni, entità kostituzzjonali ġdida).

· It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi ta' applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, u l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni possibbli (it-teknika ta' analiżi tas-swieq, it-twettiq ta' investigazzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet, l-indirizzar tat-tilwim).

· Il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-awtorità tal-kompetizzjoni u r-regolaturi settorjali filwaqt li tiġi riżervata kompetenza esklużiva lill-Kunsill għall-Kompetizzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-prattiki antikompetittivi u tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet ekonomiċi.

· L-iżgurar ta’ taħriġ speċjalizzat tal-imħallfin imsejħa biex jippresjedu kawżi u appelli fir-rigward tal-kompetizzjoni.

· Il-promozzjoi tal-implimentazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni qafas fis-seħħ fil-Marokk, b’mod partikolari r-rispett tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ ekwità tal-proċeduri.

6.10.1    Għajnuniet mill-Istat

Tintlaħaq definizzjoni komuni dwar l-għajnuniet mill-Istat, l-eżenzjonijiet u r-rwol tagħhom fil-logħba tal-kompetizzjoni

· Aġġornament regolari tar-rapporti.

· Enfasi fuq it-titjib ta’ definizzjoni, tal-metodoloġija tal-kontabbiltà tal-għajnuniet mill-Istat.

· L-approfondiment tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-għajnuniet mill-Istat u l-għajnuniet baġitarji diretti u jiġi determinat l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni.

· It-tfassil ta’ definizzjoni komuni tan-natura tal-għajnuniet, tal-konformità tagħhom mal-prinċipji tal-kompetizzjoni.

6.11       Il-propjetà intellettwali u industrijali

L-iżgurar ta’ approssimazzjoni gradwali lejn il-livell ta’ protezzjoni tal-UE u t-tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva ta’ dawn id-dispożizzjonijiet filwaqt li titqies l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Ftehim tad-WTO dwar il-ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet intellettwali (Agreement on Trade-related Aspects of Intellectual Property Rights - Ftehim TRIPs)

Għanijiet speċifiċi

· L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-leġiżlazzjoni tal-UE[3]:

– L-identifikazzjoni tad-diskrepanza eżistenti fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali (privattivi, disinji u mudelli, marki kummerċjali);

– It-tfassil u l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni li tintegra l-approssimazzjonijiet leġiżlattivi b’mod partikolari fir-rigward tal-privattivi, id-disinji u l-mudelli, il-marki kummerċjali (ara l-kooperazzjoni mal-Uffiċċu Ewropew tal-Privattivi (Office européen des brevets - OEB) li għaddejja bħalissa);

– L-analiżi tad-diskrepanza eżistenti fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u t-tfassil u l-istabbiliment ta' leġiżlazzjoni li tintegra dawn l-approssimazzjonijiet leġiżlattivi meħtieġa.

· It-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi u ġudizzjarji:

– It-tisħiħ tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fl-istabbiliment ta’ miżuri dissważivi u ta’ infurzar effikaċi (ġustizzja, dwana);

– It-tkomplija u t-tisħiħ tal-għanijiet ta’ żvilupp tal-OMPIC sal-2015;

– L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u t-twettiq ta’ taħriġ, l-analiżi u t-titjib tas-sistemi ta’ informazzjoni (OMPIC);

– L-analiżi tal-ħtiġijiet u l-infurzar tal-kapaċità amministrattiva tal-Uffiċċju Marokkin għad-Drittijiet tal-Awtur (Bureau marocain du droit d’auteurs - BMDA);

– It-tkomplija tal-kollaborazzjoni mal-OEB u mal-Uffiċċju għar-reġistazzjoni tal-marki kummerċjali u tad-disinji jew mudelli tal-UE (Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern - UASI);

· Il-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u l-piraterija:

– L-intensifikazzjoni tal-isforzi sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b’mod partikolari permezz ta' infurzar tas-segwitu ġudizzjarju;

– It-tkomplija u t-tisħiħ tal-mezzi maħsuba għall-ġlieda fuq il-post kontra l-frodi u l-piraterija permezz ta’ tisħiħ tas-setgħat u tal-kapaċitajiet amministrattivi mogħtija lid-dwana u lis-sistema ġudizzjarja;

– L-analiżi u l-evalwazzjoni tal-impatt tal-frodi u tal-piraterija fuq il-kreazzjoni u l-innovazzjoni nazzjonali;

– Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali dwar l-importanza tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż;

– Il-kooperazzjoni mas-settur privat u l-istituzzjonijiet rilevanti l-oħra u l-istabbiliment ta’ azzjonijiet regolari għall-ġlieda kontra l-frodi u l-piraterija (Pjan ta’ Azzjoni tal-Kumitat Nazzjonali għall-Proprjetà Industrijali u Kontra l-Frodi/Comité National pour la Propriété Industrielle et Anti-Contrefaçon/CONPIAC), djalogu mal-assoċjazzjonijiet eċċ.).

· Il-kooperazzjoni u n-negozjati:

– Il-konklużjoni tan-negozjati dwar ftehim ta' validazzjoni mal-OEB;

– It-tkomplija u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, pajjiżi oħra u l-OMPIC;

– Il-kooperazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Ftehim kummerċjali kontra l-frodi (Anti-Counterfeiting Trade Agreement - ACTA) u fil-koordinazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi;

– It-tkomplija tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-istandards Ewropej, il-finalizzazzjoni tal-adeżjoni mal-konvenzjonijiet previsti mill-Artikolu 39 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi fid-dimensjoni tagħha li tirrigwarda l-innovazzjoni.

Il-Konverġenza: biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jqis l-acquis tal-UE eżistenti; ara l-Anness II.

6.12       Id-dwana

It-tkomplija tat-tisħiħ tal-ħiliet tal-amministrazzjonijiet doganali u tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet doganali mal-istandards internazzjonali u Komunitarji u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-miżuri doganali biex jiffaċilitaw il-kummerċ filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-katina loġistika internazzjonali

· L-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (Opérateurs économiques Agréés - OEA):

– Id-dijagnostika tal-proċedura u tal-istatus tal-OEA fil-Marokk;

– It-tisħiħ tad-djalogu dwar is-sistema tal-OEA fuq il-bażi tad-dijagnostika tal-proċedura u tal-istatus implimentat fil-Marokk għar-rikonoxximent reċiproku possibbli tal-OEA.

· It-tkomplija tal-ħidma għal ġestjoni koordinata mal-parteċipanti l-oħra fil-fruntiera (punt ta’ kuntatt waħdieni).

· Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u l-applikazzjoni tagħha.

· Il-parteċipazzjoni u l-assoċjazzjoni tal-Marokk qabel il-proċess ta’ reviżjoni tar-regoli tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji li jinsabu fil-Konvenzjoni reġjonali.

· Ir-riforma tal-katina ta’ kontroll:

– It-titjib tal-kontrolli a priori permezz tal-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma, il-programmazzjoni ta’ żjarat ta’ unitajiet operattivi pilota, l-aċċess għall-informazzjoni professjonali u l-istabbiliment ta’ bażijiet ta’ dejta dwar il-movimenti tal-mezzi tat-trasport u tal-merkanzija;

– It-titjib tas-sistema ta’ kontroll a posteriori permezz tal-użu tal-aħjar prattiki u l-provvista ta’ mezzi tekniċi fil-forma ta’ applikazzjonijiet tal-informatika maħsuba apposta;

– It-tisħiħ tal-użu mid-dwana Marokkina tal-analiżi tar-riskju kompjuterizzat u l-iskambju ta' dejta kompjuterizzata dwar l-operazzjonijiet kummerċjali (id-dwana fin-netwerk internazzjonali).

· L-iżvilupp tal-isħubija pubblika/privata, b’mod partikolari fi ħdan l-osservatorju tal-Etika għar-rwol effikaċi ta’ din l-entità fuq il-bażi tal-prinċipji tad-dikjarazzjoni ta’ Arusha tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (World Customs Organisation - WCO).

· L-applikazzjoni u l-adattament permanenti tan-nomenklatura magħquda.

· L-implimentazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-Programm Komunitarju “Dwana 2013” u kull programm doganali fil-ġejjieni miftuħ għall-pajjiżi terzi.

6.13       Il-politika tal-impriżi

Il-Marokk jimpenja ruħu li jimplimenta l-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi, li saret dokumenti komuni ta’ referenza għall-pajjiżi Mediterranji, inkluż il-Marokk, sabiex jitjieb l-ambjent tal-investiment, jitħeġġeġ l-ispirtu ta’ intraprenditorija, jiġu promossi l-investimenti u l-aċċess għas-suq fir-reġjun Ewro-Mediterranju.

It-titjib tal-ambjent u l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ impriżi kompetittivi u l-promozzjoni tal-investiment

· It-titjib tal-ambjent tan-negozju u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni konġunta mwettqa fl-2008 minn 77 indikatur relatati mal-għaxar oqsma ta’ azzjoni tal-Karta[4]. Tingħata enfasi b’mod partikolari fuq it-twettiq ta’ progress fl-oqsma li ġejjin:

– Ir-riforma regolatorja u s-semplifikazzjoni amministrattiva;

– L-aċċess għall-finanzjament;

– Il-politika ta’ innovazzjoni;

– Il-kapital uman (tagħlim fl-ispirtu tal-impriżi u titjib tal-kompetenzi).

· It-tħeġġiġ tal-koordinazzjoni bejn il-ministeri u dik tal-aġenti kollha tas-settur pubbliku u privat ikkonċernati mill-iżvilupp tal-impriżi u l-promozzjoni tal-innovazzjoni.

· It-tħeġġiġ tal-ħidma tal-Kumitat Nazzjonali tal-Ambjent tan-Negozju (Comité national de l’environnement des affaires - CNEA) li f’qafas ta’ sħubija pubblika-privata ppermetta li jiġu aċċellerati l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi marbuta mal-klima tan-negozju b’mod partikolari fir-rigward tas-semplifikazzjoni u t-tisħiħ tat-trasparenza tal-proċeduri amministrattivi, il-modernizzazzjoni tal-ambjent ġuridiku tan-negozju, it-titjib tar-riżoluzzjonijiet tat-tilwim kummerċjali.

· It-twaqqif ta’ Kumitati reġjonali tal-ambjent tan-negozju.

· L-evalwazzjoni b’mod konġunt tal-progress li sar fil-pajjiż kollu u l-benefiċċji tiegħu għall-impriżi permezz tal-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet reġjonali ta’ evalwazzjoni u kalibrazzjoni tal-progress bl-użu ta' indikaturi komuni.

· Ir-reviżjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi biex jitqiesu aħjar il-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u medji (SME) billi tittieħed ispirazzjoni mill-"Small Business Act" għall-Ewropa. Tingħata attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, lir-responsabbiltà soċjali tal-impriżi u lill-protezzjoni tal-ambjent.

· It-titjib tal-akkoljenza tal-investituri u ż-żamma tal-investimenti lokalment.

· L-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ akkoljenza industrijali, kummerċjali u tekonoloġiċi, b’mod partikolari l-bliet tal-innovazzjoni, u l-promozzjoni tal-ħolqien ta’ raggruppamenti (clusters).

· Il-ħolqien ta’ qafas favorevoli għall-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni

· It-titjib tal-aċċess għall-artijiet industrijali billi jiġi faċilitat it-trasferiment tal-proprjetà immobbli u l-kisba tal-permezz għall-bini.

· Il-mobilizzazzjoni tal-impriżi lokali fl-investimenti barranin biex jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku indiġenu.

· It-tħeġġiġ tat-twaqqif u l-attivitajiet taċ-Ċentru Marokkin għall-Innovazzjoni (Centre marocain de l’innovation - CMI).

· L-istabbiliment ta’ status ta’ impriża ġdida innovanti u tal-awtointraprenditur.

· It-tisħiħ tal-appoġġ lill-impriżi żgħar ħafna (VSE) fil-qafas ta’ strateġija nazzjonali ddedikata għal din il-kategorija ta’ impriżi.

· It-titjib tal-mezzi legali għall-impriżi (inklużi l-SMEs) bl-iżvilupp ta’ metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim (medjazzjoni u arbitraġġ).

· It-titjib tal-kwalità u ż-żmien tal-ipproċessar tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda mill-qrati kummerċjali.

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-sħab Mediterranji fil-qasam tal-piraterija u l-frodi, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenza f’dan il-qasam.

· It-twaqqif u t-tnedija mill-Aġenzija nazzjonali għall-promozzjoni tal-impriżi żgħar u medji (Agence nationale pour la promotion de la petite et moyenne entreprise - ANPME) tal-osservatorju Marokkin tal-SMEs bħala għodda ta’ għarfien għall-analiżi u l-monitoraġġ tan-netwerk tal-impriżi.

6.14       Il-kooperazzjoni industrijali

It-tisħiħ tal-ħiliet ta’ attrattività tal-kapital-riċerka

· It-tħeġġiġ tat-trasferiment tekonoloġiku u s-sħubija industrijali.

· It-twaqqif ta’ żona ta’ spin-off u inkubatur tan-negozju bl-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi identifikati ewlenin għall-Marokk.

· It-tħeġġiġ tal-ġemellaġġ u s-sħubija mar-raggruppamenti Ewropej;

· It-tisħiħ tal-iskambju ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattika fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni industrijali u b’mod partikolari l-aspetti marbuta mal-ħolqien ta’ raggruppamenti, ta’ pjattaformi teknoloġiċi jew ta’ żoni teknoloġiċi simili għall-bliet tal-innovazzjoni.

· L-iżvilupp ta’ azzjonijiet ta’ sħubija għall-akkumpanjament tal-emerġenza u l-iżvilupp ta’ attivitajiet industrijali marbuta mal-enerġija sostenibbli fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali għall-enerġija f’dan il-qasam.

It-tkomplija tad-djalogu dwar il-ġejjieni tas-settur tat-tessuti/ħwejjeġ

· It-tkomplija taż-żieda fl-iskambju ta’ prattika tajba fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet industrijali, l-impriżi, iċ-ċentri ta’ riċerka u s-sħab soċjali l-oħra implikati fl-industrija tal-prodotti tessili u l-ħwejjeġ fir-reġjun Ewro-Mediterranju.

· L-approfondiment tad-diskussjonijiet mhux biss dwar l-isfidi li qed jiffaċċja s-settur tal-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ iżda wkoll dwar l-orjentazzjonijiet futuri possibbli u l-azzjonijiet konkreti li jistgħu jittieħdu għall-innovazzjoni tas-settur u ż-żieda tal-kompetittività industrijali tal-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ fir-reġjun Ewro-Mediterranju.

Il-promozzjoni tad-djalogu dwar is-setturi industrijali

· It-tisħiħ tal-iskambju ta’ prattika tajba u d-diskussjonijiet bejn is-sħab nazzjonali differenti implikati fl-industrija, mhux biss dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw is-setturi industrijali iżda wkoll dwar l-orjentazzjonijiet futuri possibbli u l-azzjonijiet konkreti li jistgħu jittieħdu għall-innovazzjoni tan-netwerk industrijali nazzjonali u ż-żieda tal-kompetittività industrijali tal-Marokk.

· It-tisħiħ tad-djalogu f’bosta setturi u/jew oqsma relatati mal-politika industrijali bħal pereżempju l-politika tal-SMEs, it-turiżmu, l-ispazju, il-materja prima, l-istandardizzazzjoni u l-ACAAs.

Il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-impriżi

· It-tħeġġiġ tat-trasferiment tat-teknoloġiji, tal-prattika tajba ta’ ġestjoni u ta’ razzjonalizzazzjoni u tal-iskambju ta’ għarfien espert fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli sabiex l-impriżi Marokkini jiġu akkumpanjati fl-isforzi tagħhom ta’ żvilupp.

L-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma reġjonali ta’ kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja li l-monitoraġġ tagħhom huwa żgurat bil-parteċipazzjoni tal-Marokk

· Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja fil-livell reġjonali.

6.15       Il-protezzjoni tal-konsumatur

· It-tkomplija tal-approssimazzjoni leġiżlattiva tal-Marokk mal-Acquis tal-UE u l-finalizzazzjoni tal-qafas leġiżlattiv nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi.

· It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi għall-applikazzjoni effettiva u konkreta tal-politika tal-protezzjoni tal-konsumatur b’mod partikolari l-Kunsill Għoli tal-Konsum u ċ-Ċentru tal-Konsum tal-Marokk.

· It-tkomplija, mill-Marokk, tal-promozzjoni ta’ assoċjazzjonijiet Marokkini indipendenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiliment ta’ fond għall-finanzjament tal-proġetti proposti mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-Marokk.

· It-twaqqif taċ-ċentru tal-konsum tal-Marokk.

6.16       Il-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

L-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji meħuda skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

· L-implimentazzjoni, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, tal-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali.

· L-iżgurar li l-klawżola ta’ ugwaljanza ta’ trattament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjonijiet u s-sensji tkun applikata bis-sħiħ, kemm għall-ħaddiema Marokkini kif ukoll għaċ-ċittadini tal-UE li jkunu impjegati legalment.

· Il-garanzija tal-applikazzjoni integrali tal-klawżola ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema u l-membri tal-familji tagħhom.

6.17       L-istatistika

It-tlestija tal-armonizzazzjoni tal-istandards Marokkini mal-istandards Ewropej u internazzjonali

· L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-abbozzi ta’ liġi dwar l-istatistika u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2013-2017.

· It-tkomplija tal-armonizzazzjoni tad-dejta u tal-metodi tal-istatistika sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-istatistika mal-prattika tajba Ewropea.

· It-tkomplija tat-titjib u tal-iżvilupp kwantitattiv u kwalitattiv tas-sistema nazzjonali tal-istatistika.

· It-twaqqif ta’ osservatorju tal-industrija tal-kummerċ u tat-teknoloġiji ġodda u ta’ osservatorju tal-innovazzjoni.

· Il-kooperazzjoni tal-Office des Changes tal-Marokk mal-Istabbilimenti Ewropej responsabbli għat-tfassil tal-istatistika tal-Bilanċ tal-Pagamenti.

7.           TRASPORT, ENERĠIJA, AMBJENT, SOĊJETÀ INFORMATIKU, RIĊERKA U ŻVILUPP

7.1         Trasport u infrastrutturi

7.1.1      L-iżvilupp tan-netwerk tal-infrastrutturi (toroq, awtostradi, ajruporti, portijiet u konnessjoni man-netwerks trans-Ewropej)

L-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar it-trasport u l-infrastruttura permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ trasport ta’ kwalità, effiċjenti, kompetittiva u sostenibbli fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

· Il-konsolidament u l-enfasi tal-politika tal-iżvilupp u tal-manutenzjoni tal-infrastrutturi tat-trasport u l-konnessjoni tagħhom man-netwerks reġjonali, b’mod partikolari n-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (Trans-European Transport Network - TEN-T), u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoin privata fis-settur.

· L-iżvilupp tal-kompetittività loġistika tal-ekonomija Marokkina, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni loġistiċi, l-iżvilupp tal-atturi u tar-riżorsi umani, u l-ottimizzazzjoni tal-flussi tal-merkanzija.

· Il-promozzjoni tal-mobbiltà u t-trasport sostenibbli permezz tal-iżvilupp tas-sistemi ta’ trasport effiċjenti li jħarsu l-ambjent u s-sigurtà tal-oġġetti u tal-persuni.

· Il-promozzjoni tal-approssimazzjoni tal-oqfsa regolatorji u leġiżlattivi mal-istandards Ewropej u internazzjonali fir-rigward tat-trasport.

· L-iżvilupp ta’ qafas nazzjonali għat-tħejjija u l-monitoraġġ tal-Pjanijiet ta' żvilupp urban sostenibbli għall-utenti u l-merkanzija fil-bliet ewlenin.

Element reġjonali

· It-tkomplija tal-parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-ippjanar għall-infrastrutturi tat-trasport fil-Mediterran, b’mod partikolari n-Netwerk trans-Mediterranju tat-Trasport futur u d-definizzjoni tal-mezzi tal-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll għat-titjib tal-konnessjonijiet man-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport.

· It-tkomplija tal-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tas-sistemi ta’ żieda bis-satellita, tas-sistemi dinjija ta’ navigazzjoni, tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq din it-teknoloġija fir-reġjun tal-Mediterranju u fil-proġett reġjonali l-ġdid Euromed GNSS II dwar in-navigazzjoni bis-satellita.

· Jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ faċilitar, b’mod konformi mal-PART (il-Pjan ta’ Azzjoni Reġjonali ta’ Trasport għall-Mediterran - Plan d'Action Régional de transport pour la Méditerranée) li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tan-netwerk tat-trasport sabiex tiżdied il-fluwidità tal-flussi tat-trasport bejn il-Marokk, is-sħab reġjonali u l-UE.

7.1.2      It-trasport bit-triq u s-sigurtà fit-triq

L-implimentazzjoni tal-miżuri u r-riformi magħżula fis-settur tat-trasport bit-triq u s-sigurtà fit-triq

· Titqies il-possibbiltà li jinfetaħ il-ftehim "Interbus" fil-Marokk, sabiex jiġu armonizzati l-prattiki u r-regoli fir-rigward tat-trasport internazzjonali bit-triq tal-vjaġġaturi mal-istandards Ewropej u l-iżgurar tal-promozzjoni tagħhom bejn il-Marokk u l-pajjiżi tal-UE.

· L-iżvilupp ta’ sistema intermodali integratata ta’ trasport pubbliku.

· Il-promozzjoni tal-istandards Ewropej u internazzjonali fir-rigward tas-sigurtà fit-triq.

· L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ċertifikati għall-operazzjonijiet tal-passiġġieri u tal-merkanzija sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fis-setturi tal-merkanzija u jiġi stimolat it-trasport pubbliku tal-passiġġieri.

· It-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet għall-applikazzjoni tal-istandards fil-qasam tad-dritt soċjali u tal-ħtiġijiet tekniċi b’mod konformi mal-istandards tal-konvenzjonijiet internazzjonali u tal-UE fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija perikoluża, tat-tnedija tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti u l-ħin ta’ sewqan u mistrieħ.

7.1.3      It-trasport bil-ferrovija

L-implimentazzjoni tal-miżuri u r-riformi magħżula fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

· Il-promozzjoni tal-interoperabbiltà tan-netwerks tal-ferrovija Marokkini u Ewropej.

· Il-kooperazzjoni għat-tnedija tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (European Rail Traffic Management System - ERTMS) sabiex jintlaħaq l-istandard internazzjonali f’dan ir-rigward u jiżdied aktar il-livell ta’ sigurtà taċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji.

Element reġjonali

· L-eżaminazzjoni tal-vantaġġi tal-kooperazzjoni reġjonali sabiex jiġu promossi l-effikaċja, is-sigurtà u l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport fl-art (bit-triq, bil-ferrovija u urban).

· It-tkomplija tal-eżerċizzju ta’ approssimazzjoni tal-oqfsa regolatorji u leġiżlattivi mal-istandards Ewropej u internazzjonali f’kuntest reġjonali.

7.1.4      Trasport bl-ajru

L-implimentazzjoni tal-miżuri u r-riformi magħżula fis-settur tal-avjazzjoni

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-avjazzjoni u t-titjib tal-livell tar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni permezz tal-adozzjoni tal-abbozz tal-liġi dwar il-kodiċi tal-avjazzjoni ċivili.

· L-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-komponenti kollha tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni tal-2006 sabiex jiġi żgurat il-proċess ta’ konverġenza regolatorja li jistabbilixxi.

· Il-kooperazzjoni mill-qrib fil-qasam tas-sigurtà fl-ajru, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp tat-tagħmir ta' sigurtà li jkopri t-tisħiħ tal-kopertura tar-radar u ż-żieda tal-prestazzjoni tas-sistema kompjuterizzata tal-kontroll tal-ajru.

· Jitqiesu, b’rabta mal-proċess ta’ konverġenza regolatorja prevista fil-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni tal-2006, il-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni tal-Marokk fl-Ajru Uniku Ewropew. F’din il-perspettiva, se tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni rapida tal-Marokk fil-kumitat “Ajru Uniku”.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni tat-traffiku fl-ajru.

· It-tkomplija tal-parteċipazzjoni gradwali tal-Marokk fil-programm Ewropew ta’ sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru (Safety Assessment of Foreign Aircraft - SAFA), wara l-arranġament ta’ ħidma ffirmat mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency - EASA) fit-23 ta’ Marzu 2011.

· Il-bidu tal-konsultazzjoni mal-UE sabiex jiġu stabbiliti arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess għat-tagħmir għat-tneħħija ta’ inġenji tal-ajru li jkunu waqfu b'aċċident fl-ajruporti internazzjonali tal-Marokk.

· Il-bidu tal-konsultazzjoni mal-UE sabiex jinsab proċess li jippermetti li jitjieb il-livell tal-aġenti tal-SLIA (salvataġġ u azzjoni kontra l-qbid bin-nar tal-inġenji tal-ajru - sauvetage et de lutte contre l’incendie des aéronefs) biex jintlaħqu l-istandards internazzjonali u/jew Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla u x-xiri ta' tagħmir għas-salvataġġ u ta' azzjoni kontra n-nar, kif ukoll it-taħriġ, il-kwalifiki u/jew l-approvazzjoni ta’ dan il-persunal.

Element reġjonali

· It-tkomplija tal-eżerċizzju ta’ approssimazzjoni tal-oqfsa regolatorji u leġiżlattivi mal-istandards Ewropej u internazzjonali f’kuntest reġjonali.

· It-tkomplija tal-kooperaezzjoni mal-UE u s-sħab Mediterranji fil-qafas tal-parteċipazzjoni fil-proġett reġjonali Euromed dwar l-Avjazzjoni (Euromed Aviation).

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni u l-għajnuna fir-rigward tas-sigurtà permezz tal-unità tas-sigurtà għall-avjazzjoni għall-pajjiżi Mediterranji (Mediterranean Aviation Safety Cell - MASC) ġewwa l-EASA.

7.1.5      It-Trasport Marittimu

L-implimentazzjoni tal-miżuri u r-riformi magħżula fis-settur tal-baħar

· L-approfondiment tal-kooperazzjoni mal-UE sabiex il-politika tal-Marokk fir-rigward tas-sigurtà fil-baħar tilħaq lil dik tal-UE.

· L-iżvilupp ta’ djalogu dwar l-iżvilupp tal-infrastrutturi portwarji, it-titjib tas-servizzi portwarji, l-armonizzazzjoni tal-proċeduri portwarji, il-ġestjoni u l-ippjanar taż-żona marittima, is-sigurtà u s-sikurezza fil-baħar u portwarji u t-titjib tas-servizzi bil-baħar bejn l-UE u l-Marokk b’mod partikolari l-awtostradi tal-baħar.

· L-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà fil-baħar effikaċi permezz tal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll mill-Istat tal-port u tal-bandiera u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-istrutturi istituzzjonali fl-amminsitrazzjoni marittima biex tkun tista’ tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fl-oqsma tas-sigurtà, is-sikurezza u l-prevenzjoni u tal-kontroll tat-tniġġis tal-baħar.

· L-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (International Maritime Organisation - IMO) kif ukoll r-riżoluzzjonijiet tal-Kumitat marittimu għall-protezzjoni tal-ambjent.

· Għall-portijiet identifikati bħala portijiet tal-awtostradi tal-baħar, l-iżgurar ta' proċeduri amministrattivi rapidi, effikaċi u mhux għaljin (proċeduri u koordinazzjoni amministrattiva tal-ispezzjonijiet) kif ukoll livell ta' kwalità għoli ta' servizz (infrastrutturi portwarji, servizzi portwarji, servizzi marittimi u intermodali).

· Jerġa’ jibda d-djalogu mal-Kummissjoni sabiex jiġi stabbilit pjan ta’ kooperazzjoni, b’mod partikolari dwar it-tisħiħ tal-kapiċitajiet, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis fil-Mediterran, u dan fid-dawl tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (European Maritime Safety Agency - EMSA).

Element reġjonali

· It-tkomplija tal-parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni reġjonali dwar il-politika marittima, il-portijiet u x-short sea shipping.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-UE u s-sħab Mediterranji fil-qafas tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u t-tkomplija tal-parteċipazzjoni fil-proġetti reġjonali Euromed għas-sigurtà u s-sikurezza marittima (SAFEMED) u dwar l-awtostradi tal-baħar (MEDAMOS).

7.1.6      Il-katina loġistika

L-implimentazzjoni tal-miżuri u r-riformi magħżula fis-settur tal-loġistika

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali l-ġdida tal-iżvilupp tal-kompetittività loġistika fil-Marokk.

· L-istabbiliment ta’ djalogu dwar il-katina loġistika bl-għan li jiġi implikat il-Marokk fl-azzjonijiet imnedija mill-UE fl-2007 għat-titjib tal-katina loġistika u s-sigurtà tagħha.

7.1.7      Il-professjonijiet tat-trasport

· Il-bidu tal-konsultazzjoni mal-UE sabiex tiġi stabbilita rikonoxxenza reċiproka tal-liċenzji professjonali għall-professjonijiet tat-trasport, b’mod partikolari l-persunal li jaħdem fuq il-bastimenti jew fuq l-inġenji tal-ajru fl-oqsma tat-trasport bil-baħar u bl-ajru.

Il-Konverġenza: biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fir-rigward ta’ konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis l-istandards Ewropej fl-oqsma tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar u fis-settur portwarju.

7.2         L-enerġija

It-tisħiħ tad-djalogu u l-konverġenza tal-politiki dwar l-enerġija u tal-oqfsa istituzzjonali u leġiżlattivi sabiex ikun hemm integrazzjoni gradwali tas-suq tal-enerġija tal-Marokk fis-suq tal-enerġija tal-UE, b'mod partikolari filwaqt li jitqiesu r-riskji ambjentali

· L-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-enerġija, li jqarrbu lejn l-istrateġiji tal-UE, u bbażati fuq l-għanijiet tas-sigurtà tal-provvista, tal-kompetittività, u tal-enerġija sostenibbli.

· It-tkomplija tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2.

· L-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-enerġija tal-Marokk fuq żmien medju u twil (2020/2030) u tal-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjonijiet Prijoritarji.

· It-tisħiħ tad-djalogu dwar l-enerġija eżistenti fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

· It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ viżjoni sal-2020 għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u b’mod partikolari l-Ministeru responsabbli għall-Enerġija u l-Minjieri inkluż dak li għandu x’jaqsam mal-azzjoni reġjonali tiegħu.

· It-tisħiħ tas-sistema ta’ osservazzjoni u ta’ sorveljanza strateġika, sabiex ikun hemm tbassir u ppjanar aħjar tal-enerġija, inkluża l-istatistika tal-enerġija b'mod partikolari permezz ta' skambju ta' informazzjoni u ta' għarfien espert u t-tisħiħ tal-kompentenzi sabiex jintlaħqu l-istandards Ewropej.

· L-iskambju tal-għarfien espert u tal-esperjenza għall-approfondiment u t-tħaffif tal-konverġenza tal-politiki b’mod partikolari fir-rigward tal-gass u tal-elettriku, tal-prattiki u tal-oqfsa leġiżlattivi, istituzzjonali, organizzazzjonali, tekniċi u regolatorji fir-rigward tas-settur tal-enerġija lejn l-acquis Komunitarju.

· Id-diversifikazzjoni enerġetika:

– Il-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-użu tal-gass naturali: qafas leġiżlattiv u regolatorju, miżuri tekniċi u ta’ akkumpanjament;

– Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tas-sorsi tal-enerġija alternattivi: riċerka u żvilupp teknoloġiċi fl-oqsma tax-shale bituminuż u l-gass tax-shale.

· L-istabbiliment tal-iskema nazzjonali għar-regolazzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari għall-elettriku u l-gass naturali filwaqt li ssir konverġenza gradwali lejn id-direttivi dwar l-elettriku u l-gass tal-UE. Fid-dawl ta' dan, l-adozzjoni tal-kodiċijiet tal-elettriku u tal-gass u r-regoli ta' applikazzjoni tagħhom.

· It-tkomplija tar-riformi tas-setturi tal-elettriku u tal-gass sabiex titjieb il-prestazzjoni tagħha u għal-liberalizzazzjoni gradwali tagħhom b’mod konformi mal-acquis tal-UE.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni enerġetika reġjonali

· It-tisħiħ tar-rwol tal-Marokk fil-kooperazzjoni enerġetika reġjonali, b’mod partikolari sabiex jitwettaq il-Pjan Solari għall-Mediterran, b’mod konformi mal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni prijoritarju 2008-2013 fil-qafas tal-isħubija Ewro-Mediterranja tal-enerġija, kif ukoll mal-għanijiet tal-Unjoni għall-Mediterran.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qafas tal-inizjattivi u l-proġetti reġjonali.

· Il-konsolidament u t-tisħiħ tal-interkonnessjonijiet u tal-infrastrutturi ta’ tranżitu eżistenti fil-Marokk għall-interkonnessjoni tan-netwerks elettriċi u tal-gass tan-Nofsinhar u t-Tramuntana tal-Mediterranju.

· L-integrazzjoni gradwali tas-swieq tal-elettriku tal-Marokk, tal-Alġerija u tat-Tuneżija.

· It-tisħiħ tal-ħiliet tal-Marokk ta’ ħażna reġjonali ta’ prodotti tal-enerġija.

· L-iffaċilitar tal-finanzjament tal-infrastrutturi tal-enerġija: l-approssimazzjoni gradwali tas-sistema Marokkina għall-prattiki tal-UE, b’mod partikolari għall-ħażna tal-prodotti tal-enerġija.

Kooperazzjoni fis-sikurezza nukleari

· Il-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp possibbli ta’ programm tal-enerġija nukleari ċivili: l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza, dispożizzjoni fir-rigward tas-sikurezza nukleari u tal-protezzjoni radjoloġika.

· L-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza fid-dawl tal-istabbiliment ta' qafas regolatorju li jqarrab lejn ir-regoli u l-prattiki tal-UE, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat l-għola livell ta' sikurezza nukleari u livell ta’ protezzjoni xieraq kontra r-radjazzjonijiet jonizzanti.

· Il-kooperazzjoni fid-dawl tat-twaqqif fil-Marokk ta' aġenzija nazzjonali indipendenti ta’ kontroll tas-sikurezza nukleari u tar-radjuprotezzjoni.

Titjib fl-effiċjenza tal-enerġija

· It-tkomplija tal-azzjonijiet ta’ effikaċja enerġetika mwettqa fil-qafas tal-Programm Nazzjonali ta’ Azzjonijiet Prijoritarji b’mod partikolari fl-industrija, il-ħabitat, il-bini pubbliku, it-trasport u t-turiżmu.

· It-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u organizzazzjonali, b’mod partikolari l-Aġenzija għall-Iżvilupp tal-Enerġija Sostenibbli u tal-Effiċjenza fl-Enerġija.

· L-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji, permezz tal-konverġenza tar-regoli tal-UE, u inizjattivi meħtieġa, ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi (investitur-terz, CDM, eċċ) u azzjonijiet ta’ edukazzjoni, ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni.

· Il-parteċipazzjoni fil-“Programm Enerġija Intelliġenti” tal-UE.

L-iżvilupp tal-użu tas-sorsi ta’ enerġija sostenibbli

· Jintlaħqu l-għanijiet nazzjonali ta' żvilupp tal-enerġiji sostenibbli u l-implimentazzjoni tal-Pjan Solari għall-Marokk, u tal-Proġett tal-Marokk għall-Enerġija Eolika.

· It-tkomplija tal-azzjonijiet ta’ żvilupp tal-enerġiji sostenibbli fuq skala kbira u fuq skala żgħira (ħiters tal-ilma solari, fotovoltajka konnessa man-netwerk u barra minn netwerk, bijomassa, eċċ.) u l-esportazzjoni tal-elettriku ekoloġiku, inklużi l-inizjattivi u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi.

· It-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u organizzazzjonali, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni fl-oqsma tal-konverġenza tar-regoli tal-UE.

· L-iżvilupp tal-potenzjal nazzjonali fil-bijomassa.

· Il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni favur l-iżvilupp sostenibbli.

· It-tnedija taċ-ċentri u l-istituti ta’ riċerka u ta’ żvilupp li jaħdmu għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-enerġija sostenibbli u fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija sostenibbli: l-istabbiliment ta’ temi ta’ riċerka; it-twaqqif ta’ unitajiet ta’ riċerka; it-tisħiħ tal-ħiliet.

· It-tisħiħ tal-kors akkademiku tal-istituti ta’ taħriġ li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Enerġija fl-oqsma msemmijin qabel.

· It-tnedija ta’ pjattaformi ta’ eċċellenza u ta’ ċentri tat-teknoloġija li jassoċjaw impriżi innovattivi, ċentri ta' riċerka u organizzazzjonijiet ta' taħriġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-enerġija sostenibbli, l-effiċjenza tal-enerġija u d-desalinazzjoni tal-ilma baħar bl-użu tal-enerġija solari.

· L-użu fuq skala nazzjonali ta’ teknoloġiji u materjali li jiffavorixxu l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija sostenibbli, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ setturi industrijali u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp.

It-tisħiħ tas-sigurtà u l-kontroll tal-impjanti tal-enerġija

· It-tisħiħ tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-impjanti u t-tagħmir tal-enerġija u tas-sistema ta’ kontroll tekniku u ta’ prevenzjoni tar-riskji f’dawn l-impjanti.

· L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien esperti biex jissaħħaħ il-laboratorju tal-enerġija tal-Ministeru għall-Enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-kwalità tal-idrokarburi.

· L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien espert għaċ-ċertifikazzjoni tal-laboratorju tal-enerġija tal-Ministeru għall-Enerġija.

· Il-kooperazzjoni għall-istabbiliment ta’ strateġija ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tar-riskji fis-setturi tal-enerġija u tal-minjieri u fir-rigward tal-esplożivi u tat-tagħmir ta’ pressjoni.

7.3         Il-Minjieri

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tas-sħubija fir-rigward tal-iżvilupp tal-minjieri

· It-tisħiħ tal-ħliliet fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-minjieri, tal-iżvilupp tal-minjieri ż-żgħar, tal-isfruttament u l-esplorazzjoni tal-minjieri, tal-ġestjoni tal-wirt tal-minjieri u l-wirt ġeoloġiku, tal-iżvilupp tal-infrastruttura ġeoloġika u tas-sistemi ta' informazzjoni ġeografika.

· Il-protezzjoni tal-ambjent u r-riabilitazzjoni tas-siti tal-minjieri u r-rikonverżjoni taż-żoni tal-minjieri wara l-għeluq tal-minjieri.

· L-istabbiliment u l-iżvilupp tas-sistema ta’ informazzjoni dwar il-patrimonju tal-minjieri u taż-żejt u dwar l-istatistika tal-minjieri.

· L-organizzazzjoni u l-valorizzazzjoni tas-setturi tal-kampjuni mineraloġiċi u tal-fossili.

7.4         L-ambjent u l-ilma

Il-promozzjoni ta’ governanza ambjentali tajba, inkluża konverġenza msaħħa mal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE

It-tisħiħ tal-istrutturi amministrattivi u l-ippjanar strateġiku

· It-tisħiħ u t-tlestija tat-twaqqif tal-istituzzjonijiet Marokkini responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-kontroll tat-tniġġis u tal-ġestjoni tal-ilma fuq il-livell ċentrali, reġjonali u lokali, inkluż it-tisħiħ tal-koordinazzjoni u tal-konsultazzjoni bejn l-atturi differenti.

· It-tisħiħ tal-ħiliet fir-rigward tal-ippjanar strateġiku, inklużi l-istrateġiji finanzjarji, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-UE.

· Jinħalqu u jsiru operattivi korpi ta' spetturi għar-rispett tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ambjentali fil-Marokk.

· L-applikazzjoni tal-għodda tas-suq (bħal pereżempju t-taxxi ekoloġiċi) u jsir operattiv il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, inkluż il-ħolqien ta' sistema ta' responsabbiltà ambjentali.

Evalwazzjonijiet ambjentali

· It-tisħiħ tas-sistema ta’ evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, inklużi l-kumitati nazzjonali u reġjonali tal-istudji tal-impatt u l-kummissjonijiet tal-investigazzjoni pubblika, filwaqt li tinġieb konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

· It-tisħiħ tas-sistema ta’ evalwazzjoni strateġika ambjentali tal-pjanijiet u tal-programmi.

L-appoġġ lill-atturi tas-soċjetà ċivili u lill-parteċipazzjoni tal-pubbliku

· L-appoġġ lill-atturi tas-soċjetà ċivili u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-ambjent fuq il-bażi tal-esperjenza u tal-prattika tajba tal-UE.

Id-disponibbiltà u l-aċċess għall-informazzjoni

· It-tisħiħ tas-sistema ta’ ġabra u pproċessar tal-informazzjoni ambjentali fil-Marokk, fuq il-bażi tal-esperjenza u tal-prattika tajba tal-UE.

· It-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali tal-pubbliku, u d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar id-dritt tal-pubbliku għall-aċċess għall-informazzjoni ambjentali u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-ambjent.

Il-komunikazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni

· L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni fir-rigward tal-ambjent.

· It-tfassil u l-pubblikazzjoni ta’ rapporti regolari dwar l-istat tal-ambjent fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali.

Il-promozzjoni tas-setturi ambjentali, u l-approssimazzjoni kif ukoll il-konverġenza lejn il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE f’dan il-qasam

Il-kwalità tal-arja

· Il-promozzjoni ta’ ġestjoni aħjar tal-kwalità tal-arja (valuri massimi, limiti massimi ta’ twissija, stabbiliment u klassifikazzjoni taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet, stabbiliment ta’ sistema ta’ sorveljanza u evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja) biex titjieb is-saħħa pubblika u l-kwalità tal-ambjent, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni qafas tal-UE.

· It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-atmosfera inkluż it-tniġġis bejn il-fruntieri.

Il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar

· Il-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, inkluża l-konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar.

· L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni integrata taż-żoni kostali.

Il-ġestjoni tal-iskart

· L-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-ġestjoni tal-iskart.

· Il-promozzjoni tal-istabbiliment ta’ netwerk integrat ta’ impjanti għat-trattament tal-iskart inklużi ċ-ċentri ta’ trattament tal-iskart industrijali.

· L-istabbiliment ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tal-impjanti ta’ trattament tal-iskart kif ukoll ta’ sistema ta’ spezzjoni u kontroll ta’ dawn l-impjanti fuq il-bażi tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll isir aktar professjonali s-settur informali.

Il-protezzjoni tan-natura

· It-tkomplija tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ żoni protetti fuq il-bażi tal-prinċipji u l-prattika tajba tal-UE.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar il-protezzjoni u r-rikostituzzjoni tal-ekosistemi tal-foresti, it-tnaqqis tad-deforestazzjoni u t-tkomplija tal-operazzjonijiet ta' riforestazzjoni skont il-Pjan Ewlieni ta’ Riforestazzjoni (Plan Directeur de Reboisement - PDR). It-tkomplija tal-ħidma li hija għaddejja għall-istabbiliment taċ-ċertifikazzjoni tal-foresti (Forest Stewardship Council - SFC).

· Fir-rigward tal-bijodiversità, it-titjib tal-għarfien xjentifiku tal-bijodiversità nazzjonali (speċijiet, ekosistemi, problemi ta’ tassonomija).

· Ir-riabilitazzjoni tal-ekosistemi danneġġati u l-adozzjoni tal-miżuri li jiffavorixxu r-rikostituzzjoni tal-ispeċijiet fil-periklu b’kollaborazzjoni mal-popolazzjoni lokali.

· L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kummerċ tal-ispeċijiet selvaġġi sabiex jiġu rispettati l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar il-kummerċ internazzjonali tal-ispeċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi fil-periklu.

It-tniġġis u r-riskji industrijali

· L-istabbiliment ta' sistema ta’ prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis li ġej minn impjanti industrijali kbar, fuq il-bażi tal-istandards u l-prattika tajba Ewropea.

· L-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll tal-perikli relatati mal-aċċidenti ewlenin b’sustanzi perikolużi, fuq il-bażi tal-istandards u l-prattika tajba Ewropej.

Il-prodotti kimiċi

· L-adozzjoni tal-istandards dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi kimiċi fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni u l-prattika tajba tal-UE.

· L-adozzjoni ta’ strateġija dwar is-sostituzzjoni gradwali tal-aktar sustanzi kimiċi perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Id-deżertifikazzjoni kif ukoll l-azzjonijiet għall-protezzjoni tal-artijiet

· L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-qafas tal-pjan għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u l-protezzjoni tal-artijiet.

Il-kapaċità tal-għoti tal-permessi, tal-monitoraġġ u tal-ispezzjoni

· It-tisħiħ tal-kapaċità ammnistrattiva tal-awtoritajiet Marokkini responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent u l-ġestjoni tal-ilma fir-rigward tal-għoti tal-permessi, tal-monitoraġġ u tal-ispezzjoni.

L-integrazzjoni ambjentali

· Il-promozzjoni tat-tkomplija tal-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali f’setturi oħra bħal pereżempju l-ilma, il-foresti, l-agrikultura, l-edukazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-sajd, l-industrija u r-riċerka.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ambjentali reġjonali u internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali

· It-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet u l-protokolli ambjentali li jagħmel parti minnhom il-Marokk u l-progress lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet u l-protokolli ambjentali addizzjonali li jagħmlu parti mis-sistema legali tal-UE.

Il-kooperazzjoni reġjonali

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u r-reġjun tal-kosta Mediterranja (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-protokolli tagħha.

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qafas tal-inizjattiva Orizzont 2020.

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fil-kuntest tal-attivitajiet reġjonali tagħha, kif ukoll fuq is-sistemi tal-informazzjoni ambjentali kondiviżi.

Il-Konverġenza: Biex jiġu implimentati dawn ir-riformi, fir-rigward tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, b’mod gradwali l-Marokk se jqis l-istandards Ewropej rilevanti fl-oqsma tal-governanza ambjentali tajba, il-kwalità tal-arja, il-ġestjoni tal-iskart, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-protezzjoni tan-natura, it-tniġġis industrijali u l-prodotti kimiċi.

Il-bidla fil-klima

· It-tisħiħ u t-tlestija tat-twaqqif tal-istituzzjonijiet Marokkini responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-klima.

· L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-bidla fil-klima. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ mitigazzjoni u adattament għall-bidla fil-klima.

· L-istabbiliment ta’ inventarji dwar il-gassijiet b’effett ta’ serra.

· Il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ wara l-2012 fir-rigward tal-bidla fil-klima.

· Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla fil-klima.

· Il-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Cancun u Durban.

· Il-promozzjoni ta’ strateġija ta’ żvilupp ta' livelli baxxi ta' emissjonijiet (LED) bħala kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ ekonomija ekoloġika.

· Il-promozzjoni tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni adatti għas-sitwazzjoni nazzjonali (nationally appropriate mitigation actions - NAMAs) li jinkludu mekkaniżmi ta' kreditu settorjali.

· Il-promozzjoni tal-kunsiderazzjoni tal-bidla fil-klima fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

· It-twettiq tal-ewwel azzjonijiet ta’ tħejjija ta’ sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

· L-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-bidla fil-klima fl-agrikoltura: iż-żieda tar-rata taż-żrigħ tas-siġar tal-frott; l-użu ta’ żerriegħa magħżula u ta’ varjetajiet adattati għall-klima; il-ġeneralizzazzjoni tat-tekniki ta’ ġbir tal-ilma u ta’ ottimizzazzjoni tal-irrigazzjoni; id-disponibbiltà tar-riżultati tar-riċerka agronomika favur l-iżvilupp agrikolu.

L-ilma

L-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-ilma sabiex jiġi kkonsolidat l-acquis u tiġi żgurata l-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma

· Il-promozzjoni tal-ġestjoni tad-domanda tal-ilma u l-valorizzazzjoni tal-ilma permezz ta’:

– L-ekonomija tal-ilma tal-irrigazzjoni permezz tar-rikonverżjoni massiva f’irrigazzjoni lokalizzata u t-titjib tal-effiċjenza tal-użu tal-ilma fl-agrikoltura;

– L-implimentazzjoni ta’ sistema għat-trattament tal-ilma mormi maħsub għall-użu agrikolu fuq il-bażi tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

– L-ekonomija tal-ilma fis-setturi tal-ilma tajjeb għax-xorb, industrijali u turistiċi.

· Il-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma, tal-ambjent naturali u taż-żoni fraġli permezz ta’:

– L-protazzjoni tal-kwalità tar-riżorsi tal-ilma u l-ġlieda kontra t-tniġġis;

– L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ titjib tal-kwalità tad-drenaġġ li jintrema mill-komuni u mill-industrija;

– Is-salvagwardja tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-baċiri tal-iskular, l-oasijiet u ż-żoni umdi.

– L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ titjib tal-kwalità tal-ilma, inkluż l-ilma għall-għawm, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

· It-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għar-riskji naturali marbuta mal-ilma u l-adattament għall-bidla fil-klima:

– It-titjib tal-protezzjoni tal-persunai u tal-oġġetti kontra l-għargħar u l-ġlieda kontra l-effetti tan-nixfa permezz ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa b’baċiri idrawliċi;

– It-tlestija tal-azzjonijiet magħżula fil-Pjan Nazzjonali għall-Protezzjoni kontra l-Għargħar;

– It-titjib tal-prevenzjoni b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp tas-sistemi ta' tħabbir taż-żieda fil-livell tal-ilma u l-pjanijiet ta’ salvataġġ.

· It-tkomplija tar-riformi regolatorju u istituzzjonali permezz tat-tlestija tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi 10-95 u r-reviżjoni tal-liġi biex jiġu inklużi l-aspetti mhux koperti jiġifieri l-ekonomija tal-ilma u l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi purifikat.

· Il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni u t-tisħiħ tal-mezzi u tal-kompetenzi permezz ta’:

– Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni, it-tiġdid u t-tisħiħ tal-governanza tal-ilma u tal-organizzazzjonijiet tal-baċiri;

– It-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tas-sistema tal-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-ilma fil-Marokk permezz tal-istabbiliment ta' sistema nazzjonali ta' informazzjoni dwar l-ilma, fuq il-bażi tal-esperjenza u l-prattika tajba tal-UE;

– It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi tal-awtoritajiet Marokkini responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma fir-rigward tal-pulizija tal-ilma, tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet, tal-monitoraġġ u tal-ispezzjoni filwaqt li jersqu lejn il-leġiżlazzjoni Ewropea f’dan il-qasam;

– L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-ilma;

– It-tisħiħ tal-ħiliet fir-rigward tal-ippjanar strateġiku, inklużi l-istrateġiji finanzjarji, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-UE.

· Il-ġestjoni u l-iżvilupp tar-riżorsi tal-ilma:

– Il-promozzjoni u l-iżvilupp tar-riżorsi tal-ilma mhux konvenzjonali bħal pereżempju d-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar, id-demineralizzazzjoni tal-ilma salmastru, l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi purifikat u l-ġbir tal-ilma tax-xita.

7.5         Is-soċjetà tal-informazzjoni

· L-analiżi tal-opportunitajiet għal kooperazzjoni aħjar bejn l-UE u l-Marokk fil-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni u b’mod aktar partikolari l-iżvilupp ta’ sinerġiji bejn l-istrateġija “Marokk Diġitali” u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

· It-tkomplija tal-iżvilupp u l-istabbiliment effettiv ta’ qafas regolatorju komplut dwar il-komunikazzjoni elettronika li tinkludi, b’mod partikolari, l-awtorizzazzjoni, l-aċċess u l-interkonnessjoni tan-netwerks u s-servizzi, is-servizz universali u d-drittijiet tal-utenti, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u ġestjoni effikaċi tal-firxa tal-frekwenzi tar-radju.

· It-tkomplija fuq il-pjan regolatorju tal-punti ewlenin ta' żvilupp li ġejjin:

– It-twettiq ta’ riflessjoni għall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika;

– Il-progress fl-analiżijiet tas-suq, pereżempju, billi jiġi analizzat is-suq tal-provvista bl-ingrossa ta’ aċċess (fiżiku) għall-infrastruttura tan-netwerk, inkluż l-aċċess kondiviż jew totalment diżassoċjat, f’pożizzjoni determinata, u s-suq tal-provvista bl-ingrossa tal-aċċess għall-broadband. Wieħed għandu wkoll jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u xierqa tal-obbligi fir-rigward tal-aċċess (għażla u għażla minn qabel tal-operatur, aċċess "bit-stream”, aċċess diżassoċjat, eċċ) għall-operaturi b’setgħa sinifikattiva fis-swieq rilevanti;

– L-iffaċilitar tal-portabbiltà fissa u mobbli b'implimentazzjoni aħjar tal-proċess (skadenza tal-portabbiltà tan-numru bejn l-operaturi, perjodu tal-qtugħ tas-servizz għall-konsumatur, tul ta' żmien massimu tal-kuntratt, sanzjonijiet fil-każ ta' abbuż u mġiba antikompetittiva, eċċ);

– L-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika u l-komunikazzjoni mhux mixtieqa (spam).

· Il-ħolqien u t-twaqqif ta’ mekkaniżmu għat-tisħiħ tas-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni u l-protezzjoni tal-infrastrutturi u d-dejta kritika; il-promozzjoni ta’ funzjonament reżistenti u stabbli tan-netwerks u s-servizzi b’rispett tal-prinċipji tal-ftuħ u tal-interoperabbiltà.

· It-tisħiħ tal-istandards u tal-arkitettura tal-applikazzjonijiet elettroniċi tal-gvern sabiex jaslu għall-qafas ġenerali ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni pubbliċi, fuq il-bażi tal-EIF (European Interoperability Framework).

· L-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet, ir-regoli u l-istandards għad-dematerjalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet Business to Business (B2B) tal-SMEs/SMIs għad-dematerjalizzazzjoni tal-iskambji u biex it-tranżazzjonijiet kummerċjali jsiru aktar fluwidi b’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet Ewropej indipendenti u kompetenti f’dawn l-oqsma (b’mod partikolari CEN, CENELEC, ETSI).

· It-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambji reċiproċi ta’ informazzjoni fir-rigward tal-istrateġiji dwar in-netwerks u l-komunikazzjoni elettronika, l-użu tal-firxa tar-radju, is-sistema tal-permessi u tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali fil-qasam diġitali, l-iżvilupp tat-tranżazzjonijiet elettriċi biex jiġi vantaġġat l-iżvilupp tal-iskambji business-to-business u l-iżvilupp futur tas-soċjetà tal-informazzjoni fuq il-livell nazzjonal, reġjonali u dinji.

· B’mod aktar speċifiku, it-tkomplija tal-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija diġitali l-ġdida tal-Marokk “Marokk Diġitali” fid-djalogu u l-kooperazzjoni dwar it-teknoloġija tas-soċjetà tal-informazzjoni (information and communication technologies - ICT):

– It-tisħiħ tat-tnedija ta' ċentri ta' aċċess Komunitarji pubbliċi li jippermettu li jkun hemm aktar ċittadini li jkollhom aċċess għat-teknoloġiji ġodda (Internet Broadband u servizzi pubbliċi) b’mod partikolari fiż-żoni remoti u rurali bħala azzjoni kontra d-distakk diġitali;

– L-appoġġ għall-iżvilupp diġitali nazzjonali, kulturali u edukattiv, li jgħaqqad l-azzjonijiet pubbliċi f’dan il-qafas, l-inizjattivi privati u s-sħubiji internazzjonali;

– Issir riflessjoni dwar il-ftuħ tad-dejta pubblika u l-awtorizzazzjonijiet tal-użu u tal-użu mill-ġdid għas-servizz taċ-ċittadini u tal-impriżi;

– It-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-istabbiliment tal-istrateġija “Marokk Diġitali” fost iċ-ċittadini fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjoni;

– Il-promozzjoni tal-kultura tal-intraprenditorija u tal-innovazzjoni ICT fis-settur privat u fil-korsijiet u l-programmi ta’ taħriġ u ta’ tagħlim;

– L-iskambju tal-informazzjoni u l-prattika tajba fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-firem elettroniċi u fil-qasam tas-sigurtà tal-komunikazzjoni u tat-tranzazzjonijiet elettroniċi;

– L-appoġġ għat-tfassil u t-tnedija ta’ programm ta’ migrazzjoni nazzjonali tal-Marokk għas-sistema ta’ indirizzi Internett Ipv6.

· It-tisħiħ ta’ kull forma ta’ kooperazzjoni mal-UE fir-rigward tar-regoli u l-istandards tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari għat-televiżjoni diġitali, in-netwerks diġitali mobbli u l-Internet tal-ġejjieni, għall-konnettività tan-netwerks ta’ veloċità għolja ħafna li hija marbuta mar-riċerka (il-fażi li jmiss tal-EUMEDCONNECT), kif ukoll għall-akkumpanjament regolatorju tal-evoluzzjonijiet tekonoloġiċi tas-soċjetà tal-informazzjoni.

– It-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni tal-Marokk, pubblika u privata, kif ukoll fil-forma ta’ proġetti komuni, fit-taqsima “Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni” tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej, b’mod partikolari fl-oqsma li jirrigwardaw l-isfidi ewlenin tas-soċjetà u l-iżvilupp tal-infrastrutturi tan-netwerks tal-internet b’veloċità għolja u dejta għall-appoġġ tar-riċerka;

– Il-promozzjoni tat-tisħiħ tal-kollaborazzjoni reġjonali mal-UE, ir-riċerka nazzjonali mas-sħab Ewropej, il-konnessjoni jew it-tnedija tan-netwerks tar-riċerka konġunti, u l-iskambju tar-riċerkaturi mal-pajjiżi tal-UE;

– Il-ħsieb għat-tnedija ta’ programm ta’ riċerka Ewro-Mediterranju, li huwa aktar adattat għall-ambjent u għall-iżvilupp tar-reġjun Mediterranju.

· Il-promozzjoni u l-aċċess ħieles għall-internet u l-kooperazzjoni mar-regolaturi tal-Mediterran tan-Nofsinhar.

· Il-kooperazzjoni mal-grupp Euromed tar-regolaturi tal-komunikazzjoni elettronika (EMERG) u mal-awtoritajiet ta’ regolazzjoni tal-Istati Membri tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni.

7.6         Ix-xjenza u t-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni

L-iżvilupp tal-ħiliet fir-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp tal-ekonomija u tas-soċjetà u l-integrazzjoni tal-Marokk fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka

· It-tisħiħ tar-rwol tas-sistema nazzjonali tar-riċerka fl-iżvilupp tal-Marokk:

– It-titjib tal-governanza tas-sistema nazzjonali tar-riċerka;

– L-iżvilupp tat-tikkettar tal-laboratorji u t-tħeġġiġ tar-raggruppament tar-riċerkaturi u tal-gruppi tar-riċerka;

– L-istabbiliment ta’ strutturi ta’ valorizzazzjoni;

– It-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni interna u esterna tal-attivitajiet ta’ riċerka u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għal koordinazzjoni aħjar bejn l-atturi diversi fis-sistema nazzjonali tar-riċerka;

– Il-promozzjoni tal-kollaborazzjoni u s-sħubija bejn l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-utenti finali tar-riżultati tar-riċerka;

– It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi għall-aspetti dwar l-innovazzjoni u l-evalwazzjoni konġunta tal-progress imwettaq mill-indikaturi definiti fil-livell reġjonali;

– Il-promozzjoni tas-sħubiji xjentifiċi u teknoloġiċi ġewwa ż-żona Ewro-Mediterranja;

– Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi ta’ kompetenza Marokkini li jinsabu fl-Ewropa għall-konsolidament tal-iskambji u r-relazzjonijiet bejn il-Marokk u l-UE fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni;

– L-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tal-Marokk man-netwerk EUREKA.

· Il-parteċipazzjoni tal-Marokk fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka:

– Tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni xjentifika bbażata pereżempju fuq attivitajiet ta’ “project twinning” (programme level management) fis-suġġetti prijoritarji komuni tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej;

– It-titjib tal-kundizzjonijiet tal-parteiċpazzjoni tal-Marokk fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej;

– It-tisħiħ tal-ħiliet tar-riċerka tal-universitajiet u taċ-ċentri tar-riċerka Marokkini fid-dawl ta’ assoċjazzjoni futura tal-Marokk fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej u parteċipazzjoni msaħħa fil-COST (European Cooperation in Science and Technology);

– It-tisħiħ tan-netwerk tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tematiċi fil-Marokk għall-programmi ta’ riċerka u innvoazzjoni Ewropej u l-promozzjoni tal-iskambji mal-kontrapartijiet Ewropej;

– It-tisħiħ tal-iskambju tal-persunal fil-proġetti ta’ riċerka u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tax-xjentisti Marokkini fid-dibattiti xjentifiċi internazzjonali;

– L-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Marokk jidħlu u jipparteċipaw fil-programmi tal-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija (European Institute of Innovation and Technology - EIT)

Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fir-rigward tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis l-istandards Ewropej rilevanti fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej sabiex titjieb il-kompetittività tal-industrija u l-kwalità tal-ħajja u jitħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli.

7.7         Is-settur awdjoviżiv

· Il-promozzjoni ta’ skambju ta’ opinjonijiet, informazzjoni u esperjenzi dwar il-politika awdjoviżiva kif ukoll l-aspetti regolatorji.

· Il-promozzjoni ta’ dan is-settur sabiex jitjiebu l-istandards ta’ governanza, il-kwalità tas-servizzi, il-kompetittività u t-tisħiħ tal-ħiliet permezz ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ għajnuna teknika.

· L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistema regolatorja trasparenti, effikaċi u previdibbli li tinkludi r-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv u l-implimentazzjoni tal-prorogattivi kostituzzjonali ġodda tal-Awtorità Għolja tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva.

7.8         Il-Politika Marittima Integrata

L-iżvilupp tal-qafas relazzjonali li jippermetti lill-Marokk jipparteċipa fil-politika marittima integrata tal-UE

· L-iżvilupp ta’ approċċ integrat tal-attivitajiet kollha relatati jew li għandhom impatt fuq il-baħar u ż-żoni tal-kosta, kemm fuq il-livell nazzjonali kif fuq dak reġjonali.

· It-tkomplija tat-titjib tal-governanza ta' dawn l-attivitajiet marittimi diversi b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ għodda bħal pereżempju l-ippjanar taż-żona marittima, il-ġestjoni integrata taż-żoni kostali kif ukoll l-isforzi fil-qasam tar-riċerka tal-baħar u dik marittima.

7.9         It-turiżmu

· L-implimentazzjoni tal-istrateġija turistika b’viżjoni għall-2020.

· L-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-proġetti fir-rigward tat-turiżmu sostenibbli, ta’ kwalità għolja u responsabbli.

8.           L-edukazzjoni, it-Taħriġ u s-Saħħa

8.1         L-edukazzjoni

Il-konsolidament tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ewki

· It-tnaqqis tar-rata ta’ tluq bikri mill-iskola, b’mod partikolari tal-bniet fiż-żoni rurali.

· It-titjib tar-rata ta’ reintegrazzjoni skolari.

· It-titjib tas-sistema tal-boroż ta' studju.

· Il-ġlieda kontra l-vjolenza fl-iskejjel.

Il-ġeneralizzazzjoni tal-aċċess għall-edukazzjoni bażika u l-ġlieda kontra l-illitteriżmu

· It-tnaqqis tar-rata tal-illitteriżmu, b’mod partikolari taż-żgħażagħ u tal-bniet fiż-żoni rurali.

· Il-ġeneralizzazzjoni tal-edukazzjoni obbligatorja (sal-iskola sekondarja).

· Iż-żieda tar-rata ta’ edukazzjoni skondarja kwalifikanti, b’mod partikolari tal-bniet.

It-titjib tal-kwalità tat-tagħlim fl-iskejjel

· Il-ġeneralizzazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja.

· It-tnaqqis tar-rata tar-repetizzjoni tas-snin akkademiċi.

· Il-ġeneralizzazzjoni tal-għarfien tal-lingwa tat-tagħlim u t-tagħlim tal-lingwi barranin.

· It-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’ taħriġ tal-għalliema.

· It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ orjentazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-istudenti f’diffikultà.

It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi għall-aspetti li jirrigwardaw l-edukazzjoni

· L-iżvilupp tal-edukazzjoni intraprenditorjali bħala kompetenza ewlenija fit-tagħlim primarju u sekondarju.

· L-evalwazzjoni konġunta tal-progress imwettaq mill-indikaturi definiti f’dan il-qasam fil-livell reġjonali.

8.2         It-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali

· L-akkumpanjament tar-riforma tat-tagħlim vokazzjonali.

· It-tkomplija tad-djalogu u l-iskambji dwar l-istrumenti bħal pereżempju l-krediti għall-edukazzjoni Ewropej għat-taħriġ u t-tagħlim vokazzjonali (European Credit System for Vocational Education and Training - ECVET) u l-iżgurar tal-kwalità fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali (European Quality Assurance Reference Framework for Vocational Education and Training - EQARF VET).

· It-tħejjija tal-kundizzjonijiet istituzzjonali u operattivi għall-istabbiliment ta’ qafas nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni.

· Ir-riforma tas-sistema u l-governanza tat-taħriġ vokazzjonali (b’rabta mas-sħab soċjali) u t-tisħiħ tad-djalogu bejn l-offerta u d-domanda tal-kompetenza sabiex ikun hemm adegwatezza aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

· It-tisħiħ tal-analiżijiet tas-suq tax-xogħol u t-tfassil ta’ politiki pubbliċi bbażati fuq l-provi (evidence-based).

· Il-kontribuzzjoni għat-tisħiħ tat-taħriġ kontinwu b’mod partikolari għat-titjib tal-ġestjoni tal-fondi għat-taħriġ kontinwu (riforma tal-kuntratti speċjali) sabiex jiżdiedu l-aċċess u l-kwalità.

· It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi għall-aspetti relatati mat-taħriġ, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għat-taħriġ intraprenditorjali. It-titjib tal-ġabra ta’ informazzjoni dwar it-taħriġ mogħti fl-impriżi. L-evalwazzjoni konġunta tal-progress imwettaq mill-indikaturi definiti f’dan il-qasam fil-livell reġjonali.

8.3         L-edukazzjoni għolja

L-appoġġ għar-riforma tas-sistema tal-edukazzjoni għolja Marokkina u l-konverġenza tagħha mal-prinċipji tal-proċess ta' Bolonja

· L-istabbiliment ta' djalogu u ta' skambji dwar il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet tal-proċess ta' Bolonja li jistabbilixxi ż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja.

· Il-konverġenza leġiżlattiva u regolatorja Marokkina mal-għanijiet tal-proċess ta’ Bolonja.

· L-introduzzjoni ta’ għodda li jiffaċilitaw it-trasparenza, il-paragunabbiltà u r-rikonoxxenza tal-istudji bħal pereżempju s-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (European Credit Transfer and Accumulation System - ECTS) u s-Suppliment tad-Diploma (l-adozzjoni u l-tnedija effettiva tas-sistema ta’ krediti, dixxiplini u stabbilimenti kkonċernati).

· It-tkomplija tal-istabbiliment tal-Qafas ta' Kwalifiki Nazzjonali (national qualifications framework - NQF).

· It-tisħiħ tal-iżvilupp ta’ taħriġ vokazzjonali għat-titjib tal-impjegabbiltà tal-lawrji u l-iżvilupp ta’ sħubiji attivi mal-professjonisti.

· L-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-persuni kwalifikati u t-titjib tar-rata ta' impjegabbiltà.

· It-tisħiħ tal-proċess ta’ dekonċentrazzjoni u deċentralizzazzjoni tas-servizzi edukattivi u ta’ deċentralizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja fid-dawl tal-akkumpanjament tal-proġett ta’ “reġjonalizzazzjoni estiża”.

It-titjib tal-aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni għolja

· It-titjib tas-servizzi soċjali għall-istudenti (boroż ta’ studju soċjali, borża ta’ studju bbażata fuq il-mertu, kapaċità ta’ akkoljenza tal-akkomodazzjoni għall-istudenti u r-ristoranti tal-istudenti, kopertura medika bażika AMO).

· L-istabbiliment ta’ miżuri ta' akkumpanjament tal-istudenti b’mod partikolari fiċ-ċentri universitarji b’aċċess ħieles.

· L-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-ġlieda kontra r-ripetizzjoni tas-sena akkademika u ta’ tluq mill-istudji (mekkaniżmu integrat għat-tagħlim tal-lingwi, moduli ta’ metodoloġija tal-ħidma universitarja, moduli Lingwi u Komunikazzjoni, moduli tal-informatika, sistema ta’ mentoring, orjentazzjoni tal-istudenti li għaddew mill-Baċellerat u tal-istudenti u l-iżvilupp ta’ kurrikuli komuni u ta’ konnessjonijiet bejn il-fergħat ta’ studji biex jippermettu l-orjentazzjoni mill-ġdid tal-istudji...).

· L-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoi u ta’ orjentazzjoni effiċjenti.

It-titjib kwalitattiv tas-sistema ta’ edukazzjon għolja fil-Marokk

· It-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-persunal tal-università.

· Il-promozzjoni tat-taħriġ mill-bogħod.

· L-iżvilupp tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fis-sistema Marokkina tal-edukazzjoni għolja.

· It-tisħiħ tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni universitarja.

· It-tisħiħ tal-governanza u tal-awtonomija tal-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja.

· L-iżvilupp tal-kompetenzi fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-programmi, tal-proġetti u tal-istituzzjonijiet tat-taħriġ (evalwazzjoni edukattiva, amministrattiva u finanzjarja).

· L-istabbiliment ta’ sistema ta’ evalwazzjoni istituzzjonali fir-rigward tal-edukazzjoni għolja fil-Marokk.

· Il-konsolidament tal-iżgurar tal-kwalità indipendenti.

· It-taħriġ permezz tar-riċerka b’mod partikolari fil-livell tad-dottorat.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ biż-żieda jew it-titjib tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

· It-tkomplija tal-appoġġ għar-riforma u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja fil-qafas tal-programm Tempus u tal-programm li jiġi warajh.

· Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi Ewropej ta’ mobbiltà u ta' sħubija fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eżistenti.

· It-tkomplija tal-kampanji ta’ informazzjoni dwar dawn il-programmi maħsuba għall-kandidati potenzjali, studenti u studenti universitarji.

· It-tħeġġiġ tal-approssimazzjoni tal-Marokk mal-proċeduri li għaddejjin bħalissa ġewwa l-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki.

· It-tħeġġiġ tal-iskambji bejn iċ-ċentru MERIC Marokk u n-netwerk ENIC-NARIC.

· Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-università Ewro-Mediterranja ta’ Portoroz ma’ istituzzjonijiet tat-taħriġ fil-Marokk.

8.4         L-appoġġ għat-taħriġ fir-rigward tal-politiki Komunitarji

· It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-azzjonijiet Jean Monnet ta’ appoġġ għall-edukazzjoni universitarja u fi proġetti ta’ riċerka fil-qasam tal-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea.

· It-tisħiħ tal-inklużjoni tal-Marokk fil-programmi speċifiċi maħsuba għall-uffiċjali tal-pajjiżi terzi, li jippermettu li jsiru jafu aktar dwar il-politiki Komunitarji.

8.5         Is-saħħa

It-titjib tal-livell tas-saħħa pubblika fil-Marokk u t-tisħiħ tad-djalogu "saħħa" bejn il-Marokk u l-UE

· It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-saħħa, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-istrateġija nazzjonali tal-Marokk "Viżjoni, Saħħa 2020", il-Pjan ta' Azzjoni 2008-2012 u, jekk ikun il-każ, fuq il-bażi ta' strumenti futuri, inklużi l-adozzjoni tal-Liġi-Qafas dwar is-sistema tas-saħħa, it-titjib tal-kwalità u l-aċċess għall-kura, b'mod partikolari għal dawk li huma l-aktar żvantaġġati, ir-reġjonalizzazzjoni, it-tisħiħ tal-miżuri preventivi.

· It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-laboratorji sabiex jitjiebu l-monitoraġġ u s-sigurtà sanitarji (il-ħolqien tal-Aġenzija Nazzjonali għas-Saħħa Pubblika).

· Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-indikaturi tas-saħħa b’mod partikolari dawk marbuta mal-MDG 4 u l-MDG 5.

· Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed u li ma jitteħidx b’mod partikolari l-mard fit-tul u l-mard kroniku li jiswa ħafna flus permezz tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali fil-qasam tas-saħħa bħal pereżempju l-Konvenzjoni Qafas tad-WHO għall-ġlieda kontra t-tabakk u r-Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa tad-WHO.

· Il-kooperazzjoni għall-approssimazzjoni gradwali u fuq żmien twil ta’ ċerti regoli u prattiki ta’ implimentazzjoni fil-qasam tas-saħħa tal-UE.

· Ir-riflessjoni dwar il-possibbiltà ta’ approfondiment tal-kooperazzjoni reġjonali “saħħa”, b’mod partikolari fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja.

Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jadotta t-testi leġiżlattivi u regolatorji relatati mas-sistema tas-saħħa u se jqis, fir-rigward tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, id-direttivi Ewropej rilevanti u r-rakkmandazzjonijiet tad-WHO fl-oqsma tal-monitoraġġ u s-sigurtà sanitarji.

8.6         Iż-żgħażagħ u l-isport

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni mhux formali taż-żgħażagħ u tal-edukaturi soċjo-edukattivi sabiex jiġu promossi l-iskambji, id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili b’mod partikolari permezz tal-programmi fil-qasam taż-żgħażagħ, bħal pereżempju Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-13), Euromed Żgħażagħ IV u l-programmi futuri f’dan il-qasam.

· Il-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u ta' prattika tajba dwar it-temi ta' interess komuni bħal pereżempju l-integrazzjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport, l-isport u l-edukazzjoni, l-attività fiżika kif ukoll il-ġlieda kontra d-doping u kontra l-vjolenza fl-isport (b'mod partikolari l-vjolenza fl-istejdjums).

· Tingħata l-possibbiltà lill-persunal maniġerjali tal-Marokk jipparteċipa fil-ġranet ta' studju, is-seminars u d-diskussjonijiet dwar temi tal-isports.

· Il-kollaborazzjoni għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti fil-Marokk b’tema sportiva, fil-qafas tal-istrutturi eżistenti.

C.           Il-Parteċipazzjoni tal-Marokk fil-Programmi u l-Aġenziji tal-UE

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-aġenziji Ewropej li ġejjin fil-kuntest tal-attivitajiet reġjonali tagħhom: l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (European Food Safety Authority - EFSA), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (European Training Foundation - ETF), l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency - EASA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction - EMCDDA), l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the Member States of the European Union - FRONTEX), EUROPOL, EUROJUST, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (European Environment Agency - EEA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (European Maritime Safety Agency - EMSA).

· Il-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi Komunitarji miftuħa għall-pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-programmi li ġejjin: Il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), Dwana 2013 (2008-2013), il-Programm SESAR, il-Programme Marco Polo.

· Il-parteċipazzjoni fl-Enterprise Europe Network.

· L-UE se tikkontribwixxi għall-konsolidament tal-parteċipazzjoni tal-Marokk f’dawn il-programmi u l-aġenziji.

              Id-Dimensjoni Finanzjarja

· Il-kunsiderazzjoni fl-implimentazzjoni tad-dimensjoni finanzjarja tas-sħubija UE-Marokk tal-ħtiġijiet li ġejjin minn:

– l-Istatus Avvanzat;

– id-dinamika interna tal-Marokk mibnija fuq ir-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali li twassal għal ħtiġijiet kbar f'termini ta' infrastrutturi ekonomiċi u soċjali;

– il-ħtieġa li jiġi promoss tkabbir inklużiv sabiex jitnaqqas il-faqar;

– il-ħtieġa li jiġu konsolidati l-ftuħ u l-integrazzjoni tal-Marokk għall-ekonomija dinjija u b’mod aktar partikolari għal dik tal-UE, u;

– l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-viċinat.

· L-analiżi tal-arranġamenti sabiex, mill-2013, jibda stadju ġdid fl-aċċess għall-mezzi finanzjarji Komunitarji xierqa biex jakkumpanjaw il-Marokk f’loġika tal-politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-UE u tal-adozzjoni ta’ proċeduri ġodda ta’ implimentazzjoni.

· L-ottimizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji eżistenti, permezz ta' mira aħjar tal-programmi ta' kooperazzjoni u kollaborazzjoni aħjar bejn il-Marokk u l-UE sabiex tiġi ottimizzata l-ħila ta' assorbiment tal-Marokk.

· Isir użu tajjeb mill-istrumenti u l-programmi tematiċi rilevanti kollha meħtieġa li twaqqfu mill-UE għall-azzjoni esterna tagħha filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet, il-progress imwettaq fir-riformi u l-ħila ta’ assorbiment tal-Marokk.

III          Il-Monitoraġġ u r-Rapporti tal-Monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-Pjan ta' Azzjoni

· Bħal dak li ġie qablu, dan il-Pjan ta’ Azzjoni huwa dokument ta’ orjentazzjoni għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Marokk.

· Dan il-Pjan ta’ Azzjoni se jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE/Marokk li se jadottah b’mod formal.

· L-istrutturi konġunti stabbiliti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, b’mod partikolari s-sottokumitati u gruppi ta’ ħidma stabbiliti għal dan, se jgħinu biex isir progress u se jiżguraw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

· Is-sottokumitati se jagħmlu xogħol ta’ monitoraġġ preċiż tal-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-UE fis-sena li tkun għaddiet fuq il-bażi ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni u tal-Programm Nazzjonali ta' Konverġenza Regolatorja. Huma se jfasslu rapport dwar dan il-punt għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Għal dan, huma se jiżguraw li t-talbiet rilevanti għall-użu tal-istrument “TAIEX assessment” kif ukoll ta’ kull strument ieħor ta’ evalwazzjoni tad-diskrepanza mal-acquis, magħmul disponibbli mill-UE, isiru mill-ministeri kkonċernati.

Ir-rapport tal-monitoraġġ

· L-UE u l-Marokk jistgħu, b’mod unilaterali, jeżaminaw il-progress tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni b’mod indipendenti mir-reviżjoni mwettqa fi ħdan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

· L-UE u l-Marokk se jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet oħra interessati, attivi fil-Marokk u fl-UE fl-oqsma koperti mill-Pjan ta’ Azzjoni, jippreżentaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-eżaminazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni.

IV Klawżoli finali

· Dan il-Pjan ta’ Azzjoni se jdum ħames snin (2013-2017).

· Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni se jkollu l-kompitu li janalizza l-istat ta' progress tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni fuq il-bażi tar-rapporti u r-rendikonti stabbiliti mis-sottokumitati. Huwa se jkollu wkoll il-possibbiltà li jippropondi prijoritajiet u aġġustamenti ġodda għall-Pjan ta' Azzjoni skont il-progress li jkun sar u/jew il-ħtiġijiet ġodda li għandhom jiġu sottomessi lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni.

· B’hekk, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni se jqis il-kontribuzzjonijiet sottomessi mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet interessati oħra, attivi fil-Marokk u fl-UE fl-oqsma koperti mill-Pjan ta’ Azzjoni.

· Wara tliet snin ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu l-istadji futuri lejn l-istabbiliment ta’ qafas relazzjonali ġdid fid-dawl tad-diskussjonijiet tal-grupp ta’ ħidma ad hoc imsemmi fid-Dokument Konġunt dwar l-Istatus Avvanzat.

ANNESS I:    

Lista ta’ konvenzjonijiet Ewropej u/jew tal-Kunsill tal-Ewropa

· Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Artikolu 6 - Id-dritt għal proċediment ġust); Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Titolu VI Ġustizzja).

· Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Artikolu 3 - Il-projbizzjoni tat-tortura); Protokoll Nru 13 (l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt); Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikoli 2 u 4).

· Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Artikolu 10 - Il-libertà ta’ espressjoni; Artikolu 11 - Il-libertà ta’ assemblea u assoċjazzjoni); Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikoli 11 u 12).

· Strateġija qafas Komunitarja fir-rigward tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

· Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Artikolu 14 - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni); Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Titolu III).

· Il-Karta Soċjali riveduta tal-Kunsill tal-Ewropa (Artikoli 4.3, 7, 8, 11, 15, 16, 17, 20 u 27).

· Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Artikolu 14 - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni); Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Titolu III).

· Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-trasferiment tal-persuni kkundannati u l-protokoll addizzjonali tagħha.

· Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-ċiberkriminalità u l-protokoll addizzjonali tagħha.

· Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

· Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, is-sekwestru u l-konfiska ta’ profitti minn attività kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu.

ANNESS II:

Referenzi ewlenin tal-acquis Komunitarju fl-oqsma tas-suq intern tal-UE

Servizzi Finanzjarji

Id-Direttiva ewlenija fis-settur bankarju hija d-Direttiva dwar “ir-Rekwiżiti ta' Kapital”, li tinkludi ż-żewġ direttivi li ġejjin:

· Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid)

· Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mil-ġdid)

Direttivi importanti oħra f’dan il-qasam huma:

· id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18.9.2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi

· id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16.12.2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju

· Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30.05.1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti.

Id-direttivi ewlenin għall-Marokk fil-qasam tal-assigurazzjoni huma:

· Id-Direttiva 2009/138/KE tal-25.11.2009, ĠU 17.12.2009, id-Direttiva Solvibbiltà II li tinkludi l-maġġoranza tad-direttivi tal-assigurazzjoni l-antiki (kodifikati), applikabbli fl-aħħar tal-2012;

· fi żmien 5/6 snin: l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni li tipprevedi sistema ta’ solvabbiltà u ta’ sorveljanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni simili għal dik ta’ Solvency II u jsir l-istess fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-karozzi fuq il-bażi tad-direttiva relatata.

· Id-Direttiva 2009/103/KE (Direttiva dwar il-kodifikazzjoni tal-assigurazzjoni tal-karozzi) tas-16.9.2009, ĠU tad-9.10.2009

Id-direttivi ewlenin għall-Marokk fil-qasam tat-titoli huma:

· Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), u l-implimentazzjoni tad-direttivi adottati mill-Kummissjoni

· Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni relatati ma’ din id-Direttiva

· Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

· Id-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien

· Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji.

· Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva

· Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

· Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

· Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu

Fir-rigward tal-fondi ta’ investiment id-direttivi l-aktar importanti huma:

· Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) Test b’rilevanza għaż-ŻEE

· Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE tad-19 ta' Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta’ ċerti definizzjonijiet

· Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/43/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali

· Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/42/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura tan-notifikazzjoni

· Id-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ sit elettroniku Test b’rilevanza għaż-ŻEE

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-ittra ta’ notifika u attestazzjoni UCITS standardizzati, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ notifika, u proċeduri għal verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

· Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi

Id-direttivi ewlenin fil-qasam tal-infrastruttura huma:

· Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli

· Id-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, fir-rigward tas-sistemi relatati u l-pretensjonijiet privati

Is-servizzi postali

Id-direttivi ewlenin għall-Marokk fil-qasam tas-servizzi postali huma:

· Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/06/KE   

Il-propjetà intellettwali u industrijali

Id-direttivi l-aktar importanti huma:

· Id-Direttiva 2004/48/KE (l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali),

· Id-Direttiva 2001/29/KE (drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni),

· Id-Direttiva 2001/84/KE (id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid),

· Id-Direttiva 2006/116/KE (iż-żieda tal-protezzjoni),

· Ir-Regolament 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali,

· Id-Direttiva 91/250/KEE sostitwita bid-Direttiva 2009/24/KE dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter,

· Id-Direttiva 92/100/KEE sostitwita bid-Direttiva 2006/115/KE dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self,

· Id-Direttiva 93/83/KEE dwar ix-xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable,

· Id-Direttiva 96/9/KEE dwar il-protezzjoni legali ta’ databases

Dwar il-marki kummerċjali:

· Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata)

· Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata)

Dwar il-privattivi:

· Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

· Ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti

· Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004

· Id-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi

· Ir-Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika

Dwar id-disinji:

· Id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' disinji

· Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji

ANNESS III: Azzjonijiet prijoritarji fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni UE/Marokk dwar l-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat (2013-2017)

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

Djalogu politiku u strateġiku || 1) It-tisħiħ tad-djalogu politiku bilaterali u l-konsultazzjoni miżjuda fil-fora multilaterali || a) L-organizzazzjonijiet ta’ laqgħat fil-livell tal-Ministri u/jew tal-Uffiċjali Għolja fuq bażi ad hoc dwar suġġetti ta’ interess komuni; || TQ ||

b) It-teħid ta’ inizjattivi konġunti, l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni informali fil-bini tan-Nazzjonijiet Uniti b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-theddid għas-sigurtà internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet reġjonali. || TQ

2) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni tal-kriżijiet, in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' armi u oġġetti b'użu doppju kif ukoll il-protezzjoni ċivili u l-prevenzjoni tar-riskji Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari (CBRN). || a) Il-konklużjoni ta' ftehim-qafas għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-operazzjonijiet (ċilivi u militari) ta' ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE; || TQ ||

b) L-istabbiliment ta’ arranġamenti operattivi bejn l-organizzazzjonijiet Marokkini u dawk tal-Kummissjoni Ewropea għall-kooperazzjoni maċ-Ċentru ta’ Informazzjoni u ta’ Monitoraġġ (MIC); || TQ ||

c) L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali effikaċi ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi u l-oġġetti b’użu doppju. || TM Impenn attiv fil-proċess ta’ negozjazzjoni tat-Trattat dwar il-kummerċ tal-armi; ||

(*)   Din il-kolonna tkopri l-appoġġ li qed jingħata jew li qed jitfassal/programmazzjoni possibbli. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi u l-aġenziji Komunitarji tikkostitwixxi wkoll azzjoni prijoritarja.

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || 3) Il-konsolidament tal-entitajiet li jiggarantixxu d-demokrazija u l-Istat tad-Dritt || a) Il-konsolidament tar-rwol u tal-ħiliet ta' azzjoni tal-Parlament, tal-gvern u tal-partijiet politiċi, tal-Kunsill Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (CNDH) u tal-Medjatur; || TM Ħiliet imsaħħa tal-entitajiet ikkonċernati || Programm ta’ appoġġ fis-CNDH u fid-Delegazzjoni Interministerjali għad-Drittijiet tal-Bniedem u t-tistħiħ tal-ħiliet ta’ dawn iż-żewġ istituzzjonijia (SPRING) . Appoġġ għas-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern (programm P3A III) Appoġġ għall-Parlament (programmi P3A III u “Suċċess fl-Istatus Avvanzat”)

b) L-adozzjoni tal-istandards leġiżlattivi xierqa; || TM Ħiliet imsaħħa fir-rigward tal-kwalità u l-konformità kostituzzjonali tat-testi leġiżlattivi u regolatorji Ħiliet imsaħħa amministrattivi tal-Parlament; It-twaqqif tal-Qorti Kostituzzjonali

c) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa; || TM Adeżjoni gradwali mal-konvenzjonijiet rilevanti elenkati fit-taqsima 2.8 tal-Pjan ta’ Azzjoni; Implimentazzjoni tal-istatus ta’ “sieħeb għad-demokrazija” || Programmi “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” u “It-tisħiħ tar-riforma demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar”;

d) Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika b’mod partikolari l-garanzija tal-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi fuq bażi ugwali, tal-kopertura ekwa tat-territorju u tal-kontinwità kif ukoll it-titjib tal-kwalità tas-servizzi provduti; || TM Implimentazzjoni ta’ karta tas-servizzi pubbliċi u tal-karta ta’ dekonċentrazzjoni; Semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi; Implimentazzjoni tal-amministrazzjoni elettronika || Programm HAKAMA

e) L-adozzjoni tal-Liġi Organika tal-Finanzi; || TQ ||

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || || f) L-istabbiliment tal-proċess ta' reġjonalizzazzjoni avvanzat || TM Adozzjoni u implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti ta’ solidarjetà bejn il-kollettivitajiet territorjali u l-kompetenzi tagħhom kif ukoll l-arranġamenti ta’ funzjonament tagħhom Adozzjoni u implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-qafas u l-arranġamenti tal-funzjonament tal-kollettivitajiet territorjali. ||

4) L-iżgurar tal-indipendenza u t-titjib tal-effiċjenza tal-ġustizzja || a) L-adozzjoni ta’ strateġija għar-riforma tas-settur tal-ġustizzja; || TQ || Programm potenzjali ta’ appoġġ għar-riforma tas-settur tal-ġustizzja; it-tisħiħ tal-ħiliet ; Programm “It-tisħiħ tar-riforma demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar”

b) It-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura; || TM Twaqqif tal-Kunsill Għoli tal-Ġudikatura

c) L-adozzjoni tal-istandards leġiżlattivi xierqa; || TM Adozzjoni ta’ kodiċi penali ġdid; Rispett tal-kalendarju u tal-prijoritajiet stabbiliti fl-istrateġija għar-riforma tas-settur

d) Il-modernizzazzjoni tal-ġustizzja b’mod partikolari permezz tas-semplifikazzjoni u t-titjib tal-proċeduri ġudizzjarji; || TM Tnaqqis tat-tul ta' żmien tal-proċeduri; Titjib fl-aċċess għall-ġustizzja; Żvilupp tal-modi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim

e) L-approfondimenti tat-taħriġ tal-maġistrati u tal-membri tal-professjonijiet tal-ġustizzja

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || 5) Il-konsolidament tar-rwol tas-soċjetà ċivili || a) It-tisħiħ tal-entitajiet ta’ konsultazzjoni sabiex tiġi promossa l-assoċjazzjoni tas-soċejtà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi; || TM Impatt tal-proċess ta’ konsultazzjoni b’kooperazzjoni bejn id-dipartimenti Marokkini kkonċernati u l-atturi assoċjattivi || It-tisħiħ tal-ħiliet tal-organizzazjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz tal-programmi tematiċi IEDDH, ANE & AL, il-Migrazzjoni u l-Ażil, kif ukoll permezz tal-programmi bilaterali

b) It-tisħiħ tal-ħiliet maniġerjali u organizzazzjonali tal-atturi assoċjattivi Marokkini biex jinteraġixxu mal-entitajiet pubbliċi nazzjonali u internazzjonali || TM Konklużjoni ta’ sħubijiet || Proġett ta’ appoġġ għad-dinamika ta’ Żvilupp Rurali Integrat fit-Territorji Rurali tat-Tramuntana (DRIN), programmi “Appoġġ għall-promozzjoni tal-ekwità u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa” u “Appoġġ għall-Politika tal-Forest”, appoġġ għas-soċjetà ċivili permezz tal-Faċilità tas-soċjetà ċivili

6) Il-konsolidament tal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-minorenni || a) L-implimentazjzoni tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-protokoll fakultattiv tagħha (CEDEF); || TQ || Programm ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-ekwità u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; tisħiħ tal-ħiliet; appoġġ għas-soċjetà ċivili permezz tal-Faċilità tas-soċjetà ċivili,  Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat”

b) It-twaqqif tal-Awtorità għall-ugwaljanza u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni; || TQ

c) It-tlestija tal-qafas leġiżlattiv fir-rigward tal-ġlieda kontra l-vjolenza fir-rigward tan-nisa inkluża l-vjolenza domestika; || TQ Adozzjoni tal-liġi kontra l-vjolenza fir-rigward tan-nisa

|| d) L-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal u tal-persuni diżabbli; || TM Progress imwettaq b’mod konformi mal-pjan governattiv għall-ugwaljanza; Riforma tal-kodiċi penali; Adozzjoni u implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol għall-impjegati domestiċi; twaqqif tal-Kunsill Konsultattiv tal-familja u tat-tfal ||

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || || e) It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-applikazzjoni effettiva tal-kodiċi tax-xogħol li jipprojbixxi x-xogħol tat-tfal ta’ inqas minn 15-il sena || TM Rapporti tal-ILO ||

|| 7) Il-konsolidament tad-drittijiet ta' assoċjazzjoni, ta' espressjoni u ta' raggruppament || a) L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' kodiċi tal-istampa ġdid li jkopri l-istampa bil-miktub u l-istampa fuq l-internet u li jinkludi l-organizzazzjoni tal-aspetti deontoloġiċi tal-professjoni; || TQ Proċess inklużiv ta’ konsultazzjoni mas-sħab ikkonċernati kollha fil-qafas tat-tfassil ta’ kodiċi tal-istampa ġdid; Twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali tal-Istampa; Konformità mal-istandards internazzjonali ||

b) It-tkomplija tar-riformi li jimmiraw lejn il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza tagħhom; || TM Tkomplija tal-liberalizzazzjoni tas-suq fl-oqsma tal-medja awdjoviżiva; Tisħiħ tal-indipendenza tal-Awtorità Għolja tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva ||

|| c) L-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar id-dritt ta’ assoċjazzjoni u l-emenda tal-liġi dwar il-manifestazzjonijiet fit-triq; || TQ Ħruġ immedjat tal-irċevuti tal-istabbiliment ta’ assoċjazzjonijiet; Konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Patt Internazzjonali dwar id-drittijiet ċivili u politiċi u b’mod partikolari l-Artikolu 21. ||

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || || d) It-tkomplija tan-negozjati mas-sħab soċjali għall-finalizzazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-istrajkjar b’mod konformi mar-riżultati tan-negozjati mas-sħab soċjali || TM Proċess ta’ negozjati mas-sħab soċjali; Konformità tal-qafas legali u tal-prattiki mal-prinċipji stabbiliti mill-entitajiet ta’ kontroll tal-ILO ||

|| 8) Tittejjeb il-ġlieda kontra l-korruzzjoni || a) L-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-vittmi u l-iżvelaturi tal-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet; || TQ || Appoġġ għall-Entità Nazzjonali tal-integrita u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (għajnuna teknika fil-qafas tal-programm P3A III) u tisħiħ tal-ħiliet

|| || b) L-istabbiliment u t-tisħiħ tar-rwol, tal-indipendenza u tal-ħiliet tal-entità nazzjonali tal-integrita u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; || TQ Adozzjoni u implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-Entità Nazzjonali tal-integrita u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; Rapport annwali tal-ICPC ||

c) L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-adozzjoni ta’ strateġija nazzjonali tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; || TM Indikaturi ta’ Trasparenza Internazzjonali u sorsi rilevanti nazzjonali u internazzjonali oħra || Programm “It-tisħiħ tar-riforma demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar”; Programm P3AIII Sigma

Il-mobbiltà, il-migrazzjoni u s-sigurtà || 9) It-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri, ir-riammissjoni, il-mobbiltà tal-persuni u l-politika dwar il-migrazzjoni, il-protezzjoni internazzjonali u l-ażil || Il-konklużjoni ta’ sħubija għall-mobbiltà li tinkludi bosta taqsimiet: || TQ || L-Anness tal-isħubija għall-mobbiltà se jistabbilixxi l-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, fost oħrajn: Akkumpanjament tar-riformi, tisħiħ tal-ħiliet, appoġġ għas-soċjetà ċivili, taħriġ, skambju ta' esperjenza u

a) il-migrazzjoni legali: is-semplifikazzjoni tal-arranġamenti għall-għoti tal-viżi inkluż fil-qafas tal-Kodiċi tal-Viżi tal-UE; ||

b) il-migrazzjoni illegali: il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali/il-ġestjoni tal-fruntieri/il-ftehim ta’ riammissjoni; ||

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

|| || c) ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; || || ta’ għarfien, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, programm tematiku "il-Migrazzjoni u l-Ażil” u kooperazzjoni mal-aġenziji tal-UE kkonċernati; Appoġġ għall-iżvilupp taż-żoni b’ħafna emigrazzjoni (proġett DRIN fir-reġjun tal-RIF).

|| || d) il-promozzjoni tal-protezzjoni internazzjonali u t-tisħiħ tal-politika tal-ażil || ||

Riforma ekonomika u soċjali || 10) It-tkomplija tar-riformi strutturali tal-ekonomija u tal-finanzi || a) L-implimentazzjoni tal-pjan globali tal-pjattaformi industrijali integrati u taż-żoni ta’ attività kummerċjali; || TM It-tlestija tal-implimentazzjoni tal-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza Industrijali fis-setturi ewlenin tal-ekonomija (b’mod partikolari l-karozzi, l-avjazzjoni, l-elettronika, l-offshoring, it-tessuti-ġilda u l-agroalimentari) u tal-istrateġija Rawaj għall-kummerċ u d-distribuzzjoni || Programm Hakama u SPRING (akkumpanjament tar-riformi u tisħiħ tal-ħiliet)

|| b) It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-miżuri li jimmiraw għaż-żieda fil-produttività u t-taħriġ tal-ħaddiema fis-setturi ewlenin tal-ekonomija;

|| c) It-titjib tal-ambjent tan-negozju, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, tal-SMEs u l-VSEs kif ukoll it-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi; || TM Indikaturi ta’ monitoraġġ tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi; Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kumitat Nazzjonali tal-Ambjent tan-Negozju (CNEA); Twaqqif tal-Osservatorju tal-SMEs; Adozzjoni tal-istrateġija għall-VSEs; Riforma regolatorja u semplifikazzjoni amministrattiva; “Small Business Act” għall-SMEs ||

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

Riforma ekonomika u soċjali || || d) It-tkomplija tar-riforma tal-politika fiskali u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi || TM Titjib tat-trasparenza u l-effikaċja tal-amministrazzjoni fiskali; Semplifikazzjoni tas-sistema fiskali (inkluża l-VAT); Implimentazzjoni tal-Liġi Organika tal-Finanzi; ||

11) Żvilupp ta’ strateġija integrata tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-politika soċjali u tas-saħħa pubblika || a) L-iżvilupp tal-politika tal-impjiegi, tal-impjegabbiltà u tax-xogħol deċenti filwaqt li jitqiesu l-linji gwida tal-istrateġija Ewropea tal-impjiegi u tal-qafas ta’ azzjoni stabbilit mill-Konferenza Ministerjali Euro-Med dwar l-impjiegi f’Marrakech f'Novembru 2008; || TQ || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” u SPRING (akkumpanjament tar-riformi u tisħiħ tal-ħiliet)

b) L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kumpens f’sitwazzjoni ta’ telf ta’ impjieg; || TQ

c) L-implimentazzjoni tal-estensjoni tal-assigurazzjoni medika obbligatorja u tar-Reġim ta’ għajnuna medika (RAMED); || TQ || Programmi “koperatura medika bażika”; Programm ta’ appoġġ għas-settur tas-saħħa

d) It-titjib tal-livell tas-saħħa pubblika b’mod partikolari permezz ta’ tisħiħ istituzzjonali; || TM Implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-Marokk “Viżjoni Saħħa 2020”; Allinjament gradwali mal-istandards rilevanti tad-WHO u/jew tal-UE

e) Riforma tar-reġim tas-sussidji pubbliċi (“Caisse de compensation”); || TQ Sostituzzjoni ta’ reġim ta’ sussidji ġeneralizzati b’reġim ta’ sussidji tal-prezzijiet tal-enerġija u ta’ ċerti prodotti tal-ikel immirati għall-persuni bi dħul baxx. || Programm “koperatura medika bażika”; Programm “Appoġġ għall-promozzjoni tal-ekwità u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

Riforma ekonomika u soċjali || || f) Ġlieda kontra l-faqar u d-diskrepanzi soċjali || TM Tisħiħ tal-ġlieda kontra l-faqar fiż-żoni rurali Estensjoni tal-kopertura medika bażika; Titjib fl-effiċjenza tal-proġetti tal-INDH || Programm INDH II, Appoġġ għall-politika tas-saħħa rurali (SPRING); Progamm għall-ġlieda kontra l-illitteriżmu (SPRING) Proġett ta’ appoġġ għad-dinamika ta’ Zvilupp Rurali Integrat fit-territorji rurali tat-Tramuntana (DRIN)

Il-kummerċ, is-suq u r-riforma regolatorja || 12) L-approssimazzjoni mal-acquis tal-UE || a) Approssimazzjoni leġiżlattiva u regolatorja fis-setturi ewlenin prijoritarji approvati: (1) servizzi finanzjarji (assigurazzjonijiet), (2) swieq pubbliċi, u (3) standards u regolamentazzjoni teknika (kwalità u sigurtà) [għal dan tal-aħħar: ara l-azzjoni 13) a)]; || TQ || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” u ġemelaġġi istituzzjonali mal-Ministeru tal-Industrija

b) L-adozzjoni ta' programm nazzjonali ta' konverġenza regolatorja li jistabbilixxi s-setturi prijoritarji l-oħra; || Sal-2015 (sentejn wara l-adozzjoni tal-PA)

c) L-adozzjoni tar-riformi leġiżlattivi u regolatorji xierqa b’konformità ma’ dan il-programm nazzjonali ta’ konverġenza || TM Rispett tal-kalendarju u tal-prijoritajiet stabbiliti fil-programm nazzjonali ta’ konverġenza ladarba jiġi stabbilit;

13) L-approfondiment tar-relazzjonijiet kummerċjali || L-implimentazzjoni tal-integrazzjoni ekonomika permezz ta’: || || Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni

a) L-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq għall-prodotti industrijali permezz tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina ma’ dik tal-UE u t-tisħiħ tal-livell tal-infrastrutturi ta’ kwalità fis-setturi prijoritarji; || TQ Iffirmar tal-ftehimiet ACAA (prodotti elettroniċi u ġugarelli) TM Iffirmar ta’ ftehimiet ACAA (materjali għall-kostruzzjoni, apparat li juża l-gass u magni)

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

Il-kummerċ, is-suq u r-riforma regolatorja || || b) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-istrumenti ta’ difiża kummerċjali u fir-rigward tal-arbitraġġ; || TQ Żvilupp tal-għarfien espert fir-rigward tad-difiża kummerċjali u tal-arbitraġġ ||

c) It-tkomplija tan-negozjati għal ftehim fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment b’perspettivi li jibdew in-negozjati tad-DCFTA; || TQ

d) It-tnedija tan-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ ħieles komprensiv u profond. || TQ Riżultati tal-missjoni ta’ orjentazzjoni

14) Progress f’oqsma oħra relatati mal-kummerċ || a) Il-propjetà intellettwali u industrijali: approssimazzjoni gradwali lejn il-livell ta’ protezzjoni tal-UE u tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi u ġudizzjarji; || TQ L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-leġiżlazzjoni tal-UE; Stabbiliment ta’ miżuri dissważivi u ta’ infurzar effikaċi (ġustizzja, dwana); Evalwazzjoni tal-impatt tal-frodi u tal-piraterija fuq il-kreazzjoni u l-innovazzjoni nazzjonali; Titjib tas-sistema ta’ privattivi tal-invenzjonijiet || Ġemellaġġ istituzzjonali OMPIC

|| b) It-titjib tal-livell fir-rigward tal-istandards sanitarji u fitosanitarji u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Sanitarja tal-Prodotti tal-Ikel (ONSSA) b’mod partikolari fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pestiċidi, tal-fertilizzanti u tal-mezzi ta’ tkabbir fl-agrikoltura; || TM Adozzjoni u implimentazzjoni tat-testi ta' applikazzjoni tal-liġi Nru 28-07 dwar is-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel kif ukoll l-abbozzi tat-testi fir-rigward tas-saħħa tal-annimali mfassla u vvalidati fil-qafas tal-proġett ta’ ġemellaġġ iffinanzjat mill-UE fl-2007-2009; || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat”

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

Il-kummerċ, is-suq u r-riforma regolatorja || || || Jitjiebu l-laboratorji sabiex jilħqu l-livell għall-akkreditazzjoni. Stabbiliment ta’ sistema ta’ reġjonalizzazzjoni fir-rigward tas-saħħa tal-annimali ||

|| c) It-titjib tal-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi; || TM Tkomplija tal-approssimazzjoni leġiżlattiva; Tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi tal-Kunsill Għoli tal-Konsum; Twaqqif taċ-ċentru tal-konsum tal-Marokk. ||

15) Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-ħiliet tas-setturi agrikoli u tas-sajd || a) Il-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ kwalità; || TM Konklużjoni ta’ ftehim ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ||

|| b) L-iżvilupp tal-agrikoltura solidarja (Pilastru II tal-Pjan għal Marokk Ekoloġiku), b’mod partikolari l-agrikoltura fuq skala żgħira tar-reġjuni dgħajfa u diffiċli u l-iżvilupp rurali || TM Żvilupp tal-prodotti ta’ kwalità, lokali inkluża l-fergħa bijoloġika; Dinamizzazzjoni tal-fergħat benefiċjarji fiż-żoni mmirati; Programmi piloti ENPARD || Programmi ta’ appoġġ għall-Pjan għal Marokk Ekoloġiku, Pilastru 2; Inizjattiva ENPARD; Appoġġ għall-istrateġija tal-Kunsill agrikolu (SPRING);

|| c) It-titjib fil-livell tal-monitoraġġ strateġiku tal-prodotti u tas-swieq || TM ||

|| d) L-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ governanza tas-sajd b’mod partikolari fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-professjoni ta’ negozjant tal-ħut bl-ingrossa (b’koerenza mal-istrateġija Halieutis u l-Politika Ewropea tas-Sajd fir-rigward tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd) || TM Strutturar u dinamizzazzjoni tas-suq intern tal-prodotti tas-sajd; Titjib tal-valorizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat”

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-infrastrutturi || 16) It-titjib tal-effiċjenza tat-trasport || a) Il-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u t-titjib tas-sigurtà u tas-sikurezza fl-ajru; || TM Implimentazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp tat-tagħmir ta’ sigurtà li jkopri t-tisħiħ tal-kopertura tar-radar u ż-żieda tal-prestazzjoni tas-sistema kompjuterizzata tal-kontroll tal-ajru ||

|| b) L-implimentazzjoni ta’ strateġija marittima li jkollha l-għan ta' sikurezza, sigurtà u sorveljanza marittima msaħħa || TM Tisħiħ tas-sistemi ta’ kontroll mill-Istat tal-port u tal-bandiera u tal-Istat tal-kosta || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” (tisħiħ tal-ħiliet u akkumpanjament tar-riformi); Programmi SafeMed u MEDAMOS

|| 17) It-tisħiħ tal-provvisti u tas-sigurtà enerġetika || a) It-tkomplija tal-konverġenza leġiżlattiva u regolatorja fis-settur kollu tal-enerġija inklużi l-enerġiji sostenibbli u l-gass naturali fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-enerġija tal-Marokk ibbażata fuq l-għanijiet tas-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u l-modernizzazzjoni tas-settur || TM Tfassil u implimentazzjoni ta’ viżjoni sal-2020 || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat”

|| || b) It-tisħiħ tal-infrastrutturi ta’ interkonnessjoni enerġetiċi u l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija || TM Stabbiliment ta’ kundizzjoijiet preferenzjali għall-aċċess tal-operaturi Marokkini għas-swieq tal-enerġija tal-UE u kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija ||

|| || c) L-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet xierqa għall-iżvilupp tal-użu tal-gass naturali inkluża l-Awtorità regolatorja || TM Jintlaħaq sehem ta’ 20 % għall-gass naturali fil-bilanċ tal-enerġija nazzjonali sal-2020 ||

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-infrastrutturi || || d) L-iżvilupp tal-enerġiji sostenibbli fuq skala kbira u fuq skala żgħira; l-esportazzjoni tal-elettriku ekoloġiku u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika || TM Tisħiħ tal-effiċjenza tal-istrateġija ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti; Jintlaħaq l-għan ta’ 42 % tal-produzzjoni tal-elettriku minn enerġija sostenibbli sal-2020; Twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-Pjan Solari għall-Marokk u l-Proġett tal-Marokk tal-Enerġija Eolika ||

L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli || 18) It-titjib tal-protezzjoni tal-ambjent, tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima || a) L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi nazzjonali fil-qasam tal-ambjent u tar-riżorsi fl-ilma, inkluż l-istabbiliment ta’ strateġija nazzjonali għall-ekonomija ekoloġika || TM Approssimazzjoni gradwali mal-leġiżlazzjoni tal-UE || - Programm ta’ appoġġ għall-politika tal-foresti, - Appoġġ għall-istabbiliment ta' strateġija nazzjonali għal ekonomija ekoloġika u ta’ strateġija għall-bidla fil-klima; Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” għas-settur tal-ilma; - Appoġġ għall-operalizzazzjoni tal-karta nazzjonali tal-ambjnet u tal-iżvilupp sostenibbli

|| || b) It-titjib tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-kollettivitajiet territorjali kkonċernati fl-azzjoni ambjentali; || TQ Azzjonijiet ta’ taħriġ sabiex jitjiebu l-kompetenzi tal-assoċjazzjonijiet ambjentali; Kontribuzzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ tħejjija tad-dokumenti strateġiċi u tal-programmazzjoni; Evalwazzjoni mal-pjattaforma tal-NGOs stabbiliti (GT-PEV).

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli || || c) Impenn kontinwu fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima; || TM Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Cancun u Durban; Implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-bidla fil-klima u tal-pjanijiet territorjali għall-ġlieda kontra t-tisħiħ globali; ||

|| || d) Il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-impriżi || TM Stabbiliment ta’ prattika tajba ta’ ġestjoni u ta’ razzjonalizzazzjoni ||

L-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali || 19) It-titjib tas-sistema tal-edukazzjoni u tal-adegwatezza tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol || a) L-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ġlieda kontra l-illitteriżmu; || TQ || Programm ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ edukazzjoni; appoġġ għall-istrateġija għall-illitteriżmu (SPRING); INDH II; Erasmus Mundus, Tempus u l-programm il-ġdid Erasmus għal kulħadd, ġemellaġġ u appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat”

|| || b) It-titjib tal-aċċess, il-kwalità u l-governanza tat-tagħlim fl-iskejjel u tal-edukazzjoni għolja; || TM Riforma tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja u konverġenza leġiżlattiva u regolatorja mal-għanijiet tal-proċess ta’ Bolonja; Żieda tal-possibbiltajiet ta’ mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal universitarju fis-sħubiji mal-universitajiet; Konsolidament tal-iżgurar tal-kwalità (b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ Aġenzija tal-iżgurar tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja) ||

Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*)

L-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali || || c) L-implimentazzjoni tar-riforma tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali għal adegwatezza aħjar mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; || TM It-titjib tat-taħriġ tal-ħaddiema fis-setturi ewlenin tal-ekonomija previsti fil-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza (ajrunawtika, awtomobilistika, elettronika, offshoring, agroalimentari, tessili); Żieda tal-għadd ta’ professuri u ta’ postijiet disponibbli għall-istudenti u titjib tal-kwalità tat-taħriġ f’dawn is-setturi. || Programm ta’ akkumpanjament tal-istrateġija fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali (SPRING)

Ir-riċerka u l-iżvilupp, is-soċjetà tal-informazzjoni || 20) It-tisħiħ tal-ħiliet fir-rigward tas-soċjetà tal-informazzjoni u tar-riċerka u l-innovazzjoni || a) L-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida diġitali "Marokk Diġitali 2013" u l-iżvilupp ta’ sinerġiji mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u l-politiki Ewropej relatati mas-soċjetà tal-informazzjoni; || TQ ||

|| || b) It-tisħiħ tal-ħiliet tar-riċerka tal-universitajiet u taċ-ċentri ta’ riċerka Marokkini; || TM It-tisħiħ tan-netwerk tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tematiċi; Konverġenza regolatorja mal-istandards Ewropej fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija ||

|| || || ||

|| || ||

|| TQ = Terminu qasir (qabel it-tmiem tal-2014) || ||

|| TM = Terminu medju (qabel it-tmiem tal-2017) || ||

[1]               Adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk fit-13 ta’ Ottubru 2008

[2]               Previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, Ġurnal Uffiċjali Nru L 183 tad-29/06/1989

[3]               L-approssimazzjoni gradwali tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u tar-Regolament 1383/2003 dwar l-azzjonijiet doganali.

[4]               Proċeduri sempliċi għall-impriżi, edukazzjoni u taħriġ fl-ispirtu tal-impriżi, ħiliet imtejba, aċċess aktar faċli għall-finanzjament u tassazzjoni favorevoli għall-investiment, aċċess aħjar għas-suq, innovazzjoni, assoċjazzjonijiet professjonali b’saħħithom, sistemi u servizzi ta’ appoġġ ta’ kwalità għall-impriżi, netwerks u sħubijiet Ewro-Mediterranji, informazzjoni ċara u mmirata għall-impriżi.