13.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/22


Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Azzjoni rtirata

Talba mingħand entità kontraenti

2012/C 11/07

Fid-19 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1).

Din it-talba, li ġiet minn RWE Gas Storage, s.r.o tikkonċerna l-ħżin tal-gass fir-Repubblika Ċeka. It-talba kienet ippubblikata fil-ĠU C 228, 3.8.2011, p. 9. Id-data ta' skadenza inizjali kienet l-20 ta' Ottubru 2011. Il-perjodu ġie estiż sal-20 ta' Jannar 2012 u din l-estensjoni kienet is-suġġett ta' pubblikazzjonijiet fil-ĠU C 301, 12.10.2011, p. 12.

Fil-21 ta' Diċembru 2011, ir-rikorrent irtira din it-talba, li għandha titqies bħala nulla u bla effett. Għalhekk ma hemmx għalfejn jiġi deċiż jekk l-Artikolu 30(1) japplikax għal dawn is-setturi fir-Repubblika Ċeka. Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/17/KE tibqa' applikabbli meta entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti marbuta mal-ħżin tal-gass fir-Repubblika Ċeka u meta dawn jorganizzaw sejħiet għall-offerti bil-ħsieb li titwettaq attività tali f'dawn iż-żoni ġeografiċi.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.