52012PC0164

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jissimplifika t-trasferiment tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor fi ħdan is-Suq Uniku /* COM/2012/0164 final - 2012/0082 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Minkejja l-integrazzjoni dejjem tavvanza tas-suq uniku, il-problemi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur ta' spiss għadhom ikunu ta' ostaklu fis-suq intern, għan-negozji iżda wkoll għaċ-ċittadini. Il-problemi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur ġew enfasizzati bħala wieħed mill-20 punt ta' tħassib ewlenin fis-Suq Uniku kif jinsab bħalissa f'lista mfassla mill-Kummissjoni. Fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE"[1], il-Kummissjoni identifikat il-problemi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi bħala wieħed mill-ostakoli ewlenin li jiffaċċjaw iċ-ċittadini meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE fil-ħajja tal-kuljum tagħhom u ħabbret, fost l-azzjonijiet previsti biex jitneħħew tali ostakoli, is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet u l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-vetturi li huma rreġistrati fi Stat Membru ieħor (l-azzjoni 6 tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE).

L-obbligu li tiġi rreġistrata vettura bil-mutur fl-Istat Membru riċeventi li tkun ġiet reġistrata fl-Istat Membru tal-oriġini kien sors ta' lmenti u każijiet quddiem il-qorti għal bosta snin. Iċ-ċittadini u n-negozji li jixtru vettura bil-mutur f'pajjiż ieħor u li mbagħad jeħduha lura magħhom fil-pajjiż fejn joqogħdu, normalment jiffaċċjaw proċeduri ta' reġistrazzjoni kumplessi u ta' piż u talbiet li jieħdu l-ħin għal dokumenti addizzjonali.

Għalhekk, il-problemi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur għandhom impatti negattivi fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, libertà fundamentali li tikkostitwixxi l-qofol tal-Unjoni Ewropea. Dan kien enfasizzat fl-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv[2], li indikat li n-negozji u ċ-ċittadini kuljum jiffaċċjaw ir-realtà li għadhom jeżistu ostakoli għall-attività transkonfinali minkejja l-eżistenza legali tas-suq uniku.

Fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2011, il-Grupp ta' Livell Għoli ta' Partijiet Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi appoġġa inizjattiva possibbli tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-formalitajiet ta' reġistrazzjoni. Barra minn hekk, il-Grupp talab lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħmlu dak li jistgħu biex itejbu l-proċessi ta' reġistrazzjoni malajr kemm jista' jkun, b'mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku tad-dokumentazzjoni meħtieġa, u biex jieqfu jagħmlu talbiet li jkun ta' piż għal dokumentazzjoni supplementari.

L-Istati Membri kollha għandhom sistema ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għall-vetturi bil-mutur. Din tikkostitwixxi l-awtorizzazzjoni amministrattiva għall-bidu tal-użu tagħhom fit-traffiku, u tinvolvi l-identifikazzjoni tagħhom u l-ħruġ ta' numru ta' reġistrazzjoni. Id-dejta tar-reġistrazzjoni tintuża għat-tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Fit-tmiem tal-proċedura ta' reġistrazzjoni, l-Istati Membri joħorġu ċertifikat ta' reġistrazzjoni li jiċċertifika li l-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru. Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkun fih ukoll l-isem u l-indirizz tal-persuna li f'isimha tkun ġiet irreġistrata l-vettura (id-"detentur" taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni li mhux bilfors ikun is-sid tal-vettura bil-mutur).

Iżda, meta l-vettura bil-mutur tkun irreġistrata fi Stat Membru wieħed u tintuża ta' spiss f'ieħor, ta' spiss jinqalgħu żewġ problemi ewlenin:

(1) Iċ-ċittadini li jmorru joqogħdu fi Stat Membru ieħor, il-ħaddiema transkonfinali, il-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi u l-persuni li jwellu vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor ta' spiss ikunu obbligati li jirreġistrawha fit-territorju fejn joqogħdu jew fejn tintuża l-vettura, għalkemm il-vettura bil-mutur tkun diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor. Dan jiġri pereżempju meta d-detenturi taċ-ċertifikat jibdlu r-residenza tagħhom u jmorru joqogħdu b'mod permanenti fi Stat Membru ieħor bil-vettura bil-mutur tagħhom. Madankollu, hija problema tedjanti għaċ-ċittadini li joqogħdu parti mis-sena fi Stat Membru wieħed u l-parti l-oħra fi Stat Membru ieħor, kif ukoll għal dawk li ta' spiss jivvjaġġaw bejn il-fruntieri li jużaw vettura bil-mutur fl-Istat Membru tagħhom li tkun irreġistrata minn min iħaddimhom fi Stat Membru ieħor. F'dan il-każ, il-vettura bil-mutur tiġi rreġistrata f'wieħed mill-Istati Membri iżda d-detentur ta' spiss jiġi mitlub mill-Istat Membru l-ieħor biex jirreġistraha hemmhekk. Il-kumpaniji tal-kiri wkoll jiffaċċjaw problemi ta' reġistrazzjoni, mill-inqas jekk ikunu d-detenturi taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni u meta l-vettura bil-mutur tintuża minn persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor. Fl-aħħar nett, id-ditti tal-kiri tal-karozzi li jixtiequ jġorru parti mill-flotta tagħhom lejn Stat Membru ieħor għal perjodu qasir sabiex ilaħħqu mad-domanda tal-istaġun, normalment ikunu obbligati li jirreġistraw il-vetturi bil-mutur ikkonċernati f'dak l-Istat Membru.

(2) Il-formalitajiet tar-reġistrazzjoni mill-ġdid għal vettura bil-mutur li qed tiġi trasferita minn Stat Membru għal ieħor ta' spiss huma ta' piż u twal. It-trasferiment ta' vettura bil-mutur għal perjodu itwal lejn Stat Membru ieħor iwassal għal burokrazija ġdida fl-Istat Membru riċeventi u, normalment, anke għal dokumentazzjoni addizzjonali biex titwaqqaf ir-reġistrazzjoni tal-vettura fl-Istat Membru tal-oriġini. Il-piż addizzjonali huwa kkawżat l-aktar mill-fatt li l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-Istat Membru riċeventi għandhom ftit informazzjoni jew xejn dwar il-vettura bil-mutur, minbarra l-informazzjoni li jistgħu jsibu fuq iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Jekk il-vettura tiġi rreġistrata mill-ġdid fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni jistgħu jiddependu fuq l-informazzjoni fil-bażijiet ta' dejta nazzjonali tagħhom.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Din il-proposta qed tiġi akkumpanjata minn taqsira eżekuttiva tal-valutazzjoni tal-impatt u valutazzjoni tal-impatt, li verżjoni abbozz tagħha ġiet ivvalutata mill-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea li ħareġ l-opinjoni tiegħu fis-16 ta' Diċembru 2011. Il-valutazzjoni tal-impatt finali ġiet emendata kif xieraq.

Din il-proposta tista' twassal għal simplifikazzjoni amministrattiva sostanzjali ħafna għan-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni. It-tnaqqis tal-piż amministrattiv jammonta għal tfaddil għal mill-inqas EUR 1 445 miljun kull sena.

Minn Marzu sa Mejju 2011 twettqet konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati permezz tal-I.P.M. (Your Voice in Europe), li kienet tikkonsisti minn kwestjonarji magħmula apposta għaċ-ċittadini, l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi. Hemm taqsira tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fl-Anness 1 tal-valutazzjoni tal-impatt u tista' tinsab ukoll fuq il-websajt Europa[3]. L-istandards minimi tal-Kummissjoni kollha ntlaħqu. Ġiet organizzata konferenza fil-21 ta' Ġunju 2011 biex jiġu ppreżentati r-riżultati preliminari tal-konsulatazzjoni pubblika, u sabiex jiġi pprovdut forum addizzjonali għad-dibattitu u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet interessati differenti, u b'mod partikolari għall-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni fl-Istati Membri.

3.           ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

3.1         Għanijiet tal-proposta

L-għan ġenerali ta' din l-inizjattiva hija li ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku permezz tal-eliminazzjoni tal-ostakoli amministrattivi relatati mal-proċedura ta' reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur, li bħalissa qed ifixklu l-moviment liberu tal-merkanzija.

L-għanijiet speċifiċi ta' din l-inizjattiva huma li jiġu armonizzati, ristrutturati, u ssimplifikati l-proċeduri għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor, għaċ-ċittadini, l-impjegati, min iħaddem, il-kumpaniji tal-kiri u t-twellija, u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni. Madankollu, din l-inizjattiva għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv tal-atturi kollha involuti mingħajr ma tfixkel is-sikurezza fit-triq jew il-prevenzjoni tar-reati jew tal-frodi.

L-għanijiet operattivi li għandhom jinkisbu minn din l-inizjattiva huma dawn li ġejjin:

– Jiġi determinat f'liema Stat Membru għandha tiġi rreġistrata vettura bil-mutur li qed tiġi trasferita bejn l-Istati Membri;

– Jitnaqqas il-ħin tal-proċeduri tar-reġistrazzjoni mill-ġdid;

– Jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq iċ-ċittadini u l-impriżi billi jiġu limitati l-għadd ta' dokumenti meħtieġa biex issir l-proċedura ta' reġistrazzjoni mill-ġdid u billi jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-dejta bejn l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni nazzjonali.

3.2.        Bażi legali - Forma tal-att legali

Il-problemi u d-differenzi attwali fir-regoli amministrattivi fuq livell nazzjonali fir-rigward tar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor ifixklu l-moviment liberu ta' dawn il-vetturi ġewwa l-UE. Għalhekk l-UE għandha d-dritt taġixxi fuq il-bażi legali tal-Artikolu 114 TFUE sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-vetturi bil-mutur użati li jkunu nxtraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, din il-proposta tkun ukoll ta' benefiċċju għaċ-ċittadini li jittrasferixxu vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor ta' residenza, għaċ-ċittadini li jużaw vettura bil-mutur irreġistrata fl-Istat Membru tal-impjieg, kif ukoll għall-impriżi tal-kiri tal-karozzi (u sa ċertu punt għall-impriżi tat-twellija) li, minħabba l-ħtiġijiet ta' reġistrazzjoni għalihom stess jew għall-klijenti tagħhom, jiffaċċjaw ostakoli għall-użu transkonfinali ta' dawn il-vetturi.

L-istrument legali propost għandu l-forma ta' regolament għar-raġunijiet li ġejjin: Regolament huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri mingħajr il-ħtieġa ta' traspożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali diversi. Billi l-istrument leġiżlattiv ikun japplika biss għal sitwazzjonijiet transkonfinali ġewwa l-UE, regolament jiżgura ċ-ċertezza u s-simplifikazzjoni legali fis-suq intern. Barra minn hekk, regolament huwa strument aktar effettiv biex jiġi organizzat l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni nazzjonali. Fl-aħħar nett, ir-riskju ta' "gold-plating" mill-Istati Membri ma jeżistix meta l-att legali jieħu l-forma ta' regolament.

3.3         Il-kontenut tal-proposta

L-Artikolu 1 jikkonferma l-prinċipju li l-Istati Membri huma intitolati li jeżentaw ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur mir-reġistrazzjoni. Il-fatt li vettura bil-mutur tkun ġiet irreġistrata fi Stat Membru ieħor ma jimplikax li l-istess vettura bil-mutur għandha tkun soġġetta għall-obbligi ta' reġistrazzjoni fl-Istat Membru fejn ġiet ittrasferita. L-Artikolu 1 jindika espressament wkoll li l-vetturi bil-mutur li jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta. Barra minn hekk, il-proposta għandha tiġi interpretata li teskludi r-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur li kienu rreġistrati fl-istess Stat Membru. Ir-reġistrazzjonijiet mill-ġdid ta' vetturi bil-mutur fl-istess Stat Membru għalhekk għadhom soġġetti għar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru u mhux se jiġu affettwati minn din il-proposta. Barra minn hekk, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jeżerċitaw is-setgħa tagħhom tat-tassazzjoni fir-rigward tal-vetturi bil-mutur, skont il-liġi tal-Unjoni.

L-Artikolu 2 fih id-definizzjonijiet li jirriflettu mill-qrib id-definizzjonijiet eżistenti stipulati fil-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari d-Direttiva 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi[4]. Din id-Direttiva tapplika għall-vetturi bil-mutur li huma soġġetti għad-Direttiva Qafas 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi[5] u d-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE[6], u mhux għat-tratturi tal-agrikoltura jew tal-forestrija. Madankollu, id-Direttiva 1999/37/KE ma tipprevedix armonizzazzjoni eżawrjenti skont sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja[7].

L-Artikolu 3 jistipula li Stat Membru jista' jeħtieġ ir-reġistrazzjoni fit-territorju tiegħu ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor biss jekk id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu. L-Artikolu 3 jipproponi bosta kriterji għad-determinazzjoni tar-residenza normali. Għall-persuni fiżiċi li ma jaġixxux waqt l-attività tan-negozju tagħhom, il-kriterji proposti huma dawk stipulati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor[8]. Għall-kumpaniji, il-kriterji proposti jirreferu għall-post ta' stabbiliment jew il-post tan-negozju, li jfisser li għall-karozzi rreġistrati f'isem kumpanija fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħha u li jintużaw minn impjegat li jkollu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tal-aħħar ma jistax jirrikjedi r-reġistrazzjoni fit-territorju tiegħu. Dan jevita l-ħtieġa ta' valutazzjoni għal kull każ fl-Istat Membru tar-residenza normali tal-impjegat sabiex jiġi determinat jekk karozza tal-kumpanija tintużax l-aktar għal skopijiet privati jew professjonali, u jekk dawk li jivvjaġġaw bejn id-dar tagħhom u l-uffiċċju jistgħux jitqiesu bħala użu privat jew professjonali.

L-Artikolu 4 jistabbilixxi regola ċara u sempliċi: meta d-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jċaqlaq ir-residenza normali tiegħu lejn Stat Membru ieħor, huwa għandu jitlob ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiegħu f'perjodu ta' sitt xhur minn meta jasal. Matul dak il-perjodu, l-użu tal-vettura jista' ma jkunx limitat mill-Istat Membru tal-wasla. L-Artikolu 4 fih ukoll simplifikazzjoni drastika tal-proċeduri ta' reġistrazzjoni għall-vetturi bil-mutur li kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor. Huwa japplika l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, li skontha l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ ġewwa l-UE billi jirrikonoxxu l-prova maħruġa fi Stat Membru ieħor li turi, pereżempju, li vettura rreġistrata fit-territorju ta' dak l-Istat kienet għaddiet test ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li dan il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tal-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni u l-kundizzjoni tajba għas-sewqan għandu jiġi kkumplimentat bil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri fir-rigward ta' kwalunkwe dejta li tista' tkun nieqsa[9]. Madankollu, l-Artikolu 4 jorganizza din il-kooperazzjoni b'mod elettroniku fejn l-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandha tfittex id-dejta fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru fejn kienet irreġistrata l-vettura, permezz tal-applikazzjoni tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 7 u l-Anness II. Dan il-prinċipju ta' kooperazzjoni amministrattiva b'mezzi elettroniċi jaħdem ukoll bil-kontra: meta Stat Membru jirreġistra vettura li tkun ġiet irreġistrata fi Stat Membru ieħor, l-Artikolu 4 jobbliga lill-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-Istat Membru destinatarju tal-vettura bil-mutur tgħarraf lill-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni preċedenti. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 4 ta' din il-proposta jippermetti kontrolli addizzjonali tal-vettura bil-mutur f'ċerti każijiet speċifiċi.

L-Artikolu 5 jiddefinixxi b'mod preċiż f'liema każijiet l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni jkunu intitolati li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni ta' vettura bil-mutur li kienet irreġistrata fi Stat Membru ieħor. L-għan ewlieni tal-Artikolu 5 huwa li tiġi evitata l-frodi u li tiġi żgurata s-sikurezza fit-triq billi r-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru ieħor xi kultant tintuża għal-legalizzazzjoni ta' vetturi misruqa jew ta' dokumenti tal-vetturi. Il-vetturi misruqa ta' spiss jinbiegħu bl-identità tagħhom mibdula, pereżempju permezz tal-"cloning" (jiġifieri prattika fejn vettura tinsteraq u mbagħad l-immarkar oriġinali tal-identità tagħha jitneħħew u jinbiddlu biex jirriflettu l-identità ta' vettura leġittima li tkun qed tintuża dak il-ħin fit-triq, sabiex il-vettura misruqa jkollha l-identità tal-vettura leġittima u żewġ vetturi jkunu qed jintużaw bl-istess numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura) jew "ringing" (jiġifieri l-prattika fejn l-identità ta' vettura misruqa tinbidel mal-identità ta' vettura bi ħsara sejra). Dan jista' biss jiġi evitat permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni. Għalhekk, dan l-Artikolu għandu jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta':

· Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw[10]. Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri, inter alia, biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-vetturi li m'għadhomx jintużaw jiġu trasferiti lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati. Skont id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li permezz tagħha l-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' tkissir hija kundizzjoni għad-dereġistrazzjoni tal-vettura li m'għadhiex tintuża. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ lid-detentur u/jew is-sid meta l-vettura li m'għadhiex tintuża tiġi trasferita għal faċilità ta' trattament.

· Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/919/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar it-trattament tal-kriminalità tal-vetturi b'implikazzjonijiet transkonfinali[11] li għandha l-għan li tikseb kooperazzjoni mtejba fi ħdan l-Unjoni Ewropea bl-għan li tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità tal-vetturi bejn il-fruntieri, fejn tingħata attenzjoni partikolari lir-rabta bejn is-serq tal-vetturi u l-kummerċ illegali tal-karozzi. Id-Deċiżjoni tobbliga lil kull Stat Membru jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu evitati l-abbuż u s-serq tad-dokumenti ta' reġistrazzjoni tal-vetturi. Id-Deċiżjoni tobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali ta' reġistrazzjoni tal-vetturi jiġu mgħarrfa mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jekk vettura li qiegħda fil-proċess li tiġi rreġistrata tkun magħrufa li ġiet misruqa. Id-Deċiżjoni għandha wkoll l-għan li tevita l-abbuż taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi: kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jieħdu l-passi meħtieġa biex jirkupraw iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tas-sid tal-vettura jew tad-detentur tal-vettura jekk il-vettura tkun ġarrbet ħafna ħsara f'aċċident (telf totali). Ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu wkoll jiġi rkuprat jekk, matul verifika mill-aġenzija tal-infurzar tal-liġi, ikun hemm suspett li kien hemm kontravvenzjoni dwar l-immarkar tal-identità tal-vettura, bħal pereżempju n-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura.

L-Artikolu 6 jiżgura li l-kummerċ ġewwa l-UE ta' vetturi użati jiġi ffaċilitat, permezz ta' regoli armonizzati dwar ir-reġistrazzjoni temporanja tal-vetturi bil-mutur. Tali regoli huma meħtieġa l-ewwel nett għal persuni li jixtru vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor, sabiex ikunu jistgħu jsuqu l-vettura lejn l-Istat Membru tagħhom sabiex fl-aħħar tiġi rreġistrata hemmhekk. Meta vettura bil-mutur li tkun diġà ġiet irreġistrata fi Stat Membru tinbiegħ lil persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor, il-bejjiegħ probabbilment jiddereġistra l-vettura bil-mutur meta tinbiegħ il-vettura. Il-bejjiegħ probabbilment ma jħallix lix-xerrej isuq il-vettura bil-mutur li jkollha n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu. Għalhekk, sistema ta' reġistrazzjoni temporanja hija indispensabbli sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq tal-vetturi bil-mutur użati u sabiex jiġi żgurat li ż-żmien bejn ir-reġistrazzjoni fl-ewwel Stat Membru u r-reġistrazzjoni l-ġdida fit-tieni Stat Membru jkun kopert b'mod temporanju. Sistema ta' reġistrazzjoni temporanja tippermetti wkoll lill-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni jissalvagwardjaw il-kwalità tad-dejta ta' reġistrazzjoni fir-reġistri tagħhom sabiex tkun tista' tiġi skambjata faċilment permezz tas-softwer imsemmi fl-Artikolu 7. L-Artikolu 6 jipproponi li tiġi limitata l-validità tar-reġistrazzjoni temporanja għal 30 jum sabiex tkun kompatibbli mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà[12]. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/103/KE jorganizza l-kopertura tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur mibgħuta minn Stat Membru wieħed għall-ieħor, billi jispeċifika li f'tali każijiet, l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju għandu jitqies bħala l-Istat Membru destinatarju, minnufih mill-aċċettazzjoni tal-kunsinna mix-xerrej, għal perjodu ta’ 30 jum, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet uffiċċjalment irreġistrata fl-Istat Membru destinatarju. Jekk il-vettura tkun involuta f'aċċident matul dan il-perjodu meta ma tkunx assigurata, il-korp responsabbli għall-kumpens fl-Istat Membru destinatarju jkun responsabbli għall-kumpens previst fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/103/KE.

L-Artikolu 7 tal-proposta jorganizza l-iskambju elettroniku tad-dejta tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-Istati Membri, għall-iskop li terġa' tiġi rreġistrata vettura bil-mutur. L-Artikolu 7 jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni għal proċeduri u speċifikazzjonijiet komuni għall-applikazzjoni tas-softwer, inkluż il-format għad-dejta skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsulenza elettronika u l-aċċess għar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri ta’ aċċess u l-mekkaniżmi ta’ sigurtà. L-iskambju elettroniku tad-dejta tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-Istati Membri għandu jsir b'mod konformi mal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (QEI)[13].

L-Artikolu 8 għandu l-għan li jiffaċilita l-kummerċ ġewwa l-UE ta' vetturi użati min-negozji, permezz ta' regoli armonizzati dwar ir-"reġistrazzjoni professjonali" tal-vetturi bil-mutur. Bħalissa jeżistu skemi ta' "reġistrazzjoni professjonali" fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri sabiex jippermettu lill-bejjiegħa bl-imnut isuqu vetturi bil-mutur fit-toroq pubbliċi għal żmien qasir ħafna mingħajr ma jkunu obbligati li jirreġistrawhom formalment. L-iskemi ta' "reġistrazzjoni professjonali" normalment huma riżervati għall-manifatturi, il-muntaturi, id-distributuri u n-negozjanti, fir-rigward ta' vetturi bil-mutur li jkunu s-sidien tagħhom, jew għal skopijiet ta' ttestjar. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma joħorġux ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali per se li jinvolvu l-identifikazzjoni tal-vettura bil-mutur. Huma ta' spiss jipprovdu tip ieħor ta' dokument, li joħloq rabta bejn il-pjanċi ta' reġistrazzjoni u d-detentur tagħhom, u/jew jeħtieġu lid-detentur li jżomm ġurnal ta' abbord fejn ikunu mniżżla l-vjaġġi li saru bil-pjanċa ta' reġistrazzjoni. Madankollu, il-prattika turi li l-biċċa l-kbira tar-"reġistrazzjonijiet professjonali" mhumiex rikonoxxuti minn Stati Membri oħra, normalment minħabba n-nuqqas ta' ċertifikat ta' reġistrazzjoni formali, u għalhekk il-biċċa l-kbira tad-distributuri u n-negozjanti professjonali ma jużawx reġistrazzjonijiet professjonali barra mit-territorju nazzjonali tagħhom. L-għan tal-Artikolu 8 huwa li jneħħi dawn l-ostakoli għall-kummerċ ġewwa l-UE tal-vetturi bil-mutur użati, permezz ta' sistema komuni fejn ir-"reġistrazzjonijiet professjonali" mogħtija lill-manifatturi, il-montaturi, id-distributuri u n-negozjanti stabbiliti fi Stat Membru wieħed ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra. L-Artikolu 8 jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-istabbiliment tal-format u l-mudell taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi.

L-Artikolu 9 jobbliga lill-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li huma responsabbli għall-ġestjoni tar-reġistri uffiċjali tal-vetturi fit-territorju tagħhom u għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni mbagħad se tippubblika lista ta' awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi u kwalunkwe aġġornament ta' din il-lista fuq il-websajt tagħha. Barra minn hekk, l-Artikolu 9 jobbliga lill-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi jiżguraw li l-informazzjoni fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Istat Membru tal-awtorità rilevanti u l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità jkunu aċċessibbli faċilment għall-pubbliku.

L-Artikoli 10 u 11 jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta l-emenda għall-Annessi I u II fid-dawl tal-progress tekniku, b'mod partikolari, sabiex tqis l-emendi rilevanti għad-Direttiva 1999/37/KE jew l-emendi għal atti oħra tal-Unjoni li huma direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Annessi I u II. Dawn l-Artikoli jiddelegaw setgħat ukoll lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn impriżi li jużaw iċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' reputazzjoni tajba u l-kompetenza professjonali meħtieġa, u biex tispeċifika t-tul ta' żmien tal-validità taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi.

– L-Anness I għandu jikkorrispondi għall-kontenut taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni armonizzata stabbilit fid-Direttiva 1999/37/KE, fir-rigward tad-dejta tal-vettura. Billi la d-dejta personali tad-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistazzjoni preċedenti u lanqas id-dejta personali ta' kwalunkwe persuna oħra msemmija fiċ-ċertifikat (pereżempju s-sid, l-utent eċċ) mhuma meħtieġa għall-iskopijiet ta' reġistrazzjoni mill-ġdid, din id-dejta mhijiex miżmuma fl-Anness I għalkemm hija parti mill-informazzjoni obbligatorja stabbilita fiċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni armonizzata stabbilit fid-Direttiva 1999/37/KE. Madankollu, il-bidliet possibbli fil-ġejjieni fil-kontenut taċ-ċertifikat tal-konformità li jservi bħala bażi għall-ewwel reġistrazzjoni pereżempju, ma jistgħux jiġu esklużi. Tali bidliet jistgħu jkunu l-konsegwenza ta', pereżempju, emenda tad-Direttiva Qafas 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi. Id-delega tas-setgħat għandha tippermetti lill-Kummissjoni taddatta l-Anness I għal tali emendi.

– L-Anness II jirreferi espressament għall-applikazzjoni tas-softwer li probabbilment se jirrikjedi bosta aġġornamenti tekniċi fil-ġejjieni sabiex jirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika. Id-delega tas-setgħat għandha tippermetti lill-Kummissjoni taddatta l-Anness II kif xieraq.

– Id-delega tas-setgħat għandha tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-impriżi li jużaw iċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' reputazzjoni tajba u l-kompetenza professjonali meħtieġa, kif stabbilit fl-Artikolu 8(1)(c). Għandha wkoll tippermetti lill-Kummissjoni tispeċifika t-tul ta' żmien tal-validità taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi.

L-Artikolu 12 jistabbilixxi l-proċedura tal-Kumitat għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 7 u 8, jiġifieri l-atti ta' implimentazzjoni għall-proċeduri u speċifikazzjonijiet komuni għall-applikazzjoni tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 7, inkluż il-format għad-dejta skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsulenza elettronika u l-aċċess għar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri ta’ aċċess u l-mekkaniżmi ta’ sigurtà, kif ukoll l-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format u l-mudell taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jkollhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali sabiex il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tapplika skont l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[14].

L-Artikolu 13 jorganizza l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandha tirriżulta f'rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tidentifika problemi u nuqqasijiet possibbli tar-Regolament u tista' tkun il-punt ta' bidu għal azzjonijiet oħra, inkluża proposta possibbli biex jiġi emendat ir-Regolament, fid-dawl ta' simplifikazzjoni amministrattiva ulterjuri għaċ-ċittadini u n-negozji u integrazzjoni mtejba tas-suq uniku għall-vetturi bil-mutur użati.

L-Artikolu 14 jispeċifika li r-Regolament se japplika sena wara li jidħol fis-seħħ.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-implikazzjoni baġitarja ta' din il-proposta hija stabbilita fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża mal-proposta. Din il-proposta tirrikjedi approprjazzjonijiet amministrattivi biss. Ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi.

2012/0082 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jissimplifika t-trasferiment tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor fi ħdan is-Suq Uniku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ttrażmettew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[15],

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li aġixxew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       L-Istati Membri kollha għandhom sistema ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għall-vetturi bil-mutur li tikkostitwixxi l-awtorizzazzjoni amministrattiva għall-bidu tal-użu tagħhom fit-traffiku, u li biha l-vettura tiġi identifikata u jiġi assenjat in-numru ta' reġistrazzjoni lill-vettura. Madankollu, ħafna mir-regoli nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi huma konfliġġenti, kumplessi u ta' piz. Għalhekk, il-problemi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi joħolqu ostakoli fis-suq intern u jwasslu għal problemi għall-moviment liberu, ġewwa l-Unjoni, ta' vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor.

(2)       Ir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE"[16] identifika l-problemi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi bħala wieħed mill-ostakoli ewlenin li jiffaċċjaw iċ-ċittadini meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni fil-ħajja ta' kuljum. F'dak ir-Rapport, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jitneħħa dak l-ostakolu, billi jiġu simplifikati l-formalitajiet u l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor.

(3)       Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi[17] tarmonizza l-forma u l-kontenut taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni sabiex ikun aktar faċli biex jinftiehem u għalhekk jiġi ffaċilitat il-moviment liberu, fit-toroq fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra, ta' vetturi rreġistrati fi Stat Membru. Skont dik id-Direttiva, iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni maħruġ minn Stat Membru għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra, għall-identifikazzjoni tal-vettura fit-traffiku internazzjonali jew għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tagħha fi Stat Membru ieħor. Id-Direttiva 1999/37/KE, madankollu, ma fihiex dispożizzjonijiet li jiddeterminaw l-Istat Membru kompetenti għar-reġistrazzjoni u l-formalitajiet u l-proċeduri applikabbli. Għalhekk, sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għall-moviment liberu tal-vetturi bil-mutur fis-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli armonizzati separati dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru li fih għandhom jiġu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u dwar proċeduri simplifikati għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor.

(4)       Ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri ta' spiss jeħtieġu li l-impriżi u ċ-ċittadini stabbiliti fit-territorju tagħhom jirreġistraw vettura bil-mutur irreġistrata minn terza persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor hemmhekk, filwaqt li jinkludu fejn il-vettura ma tintużax essenzjalment fuq bażi permanenti fi Stat Membru li jirrikjedi r-reġistrazzjoni u li ma hemmx ħsieb li tintuża b'dak il-mod. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit f'liema Stat Membru għandha tiġi rreġistrata l-vettura bil-mutur jekk tinżamm minn persuna stabbilita jew li toqgħod fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li fih ikun stabbilit jew joqgħod is-sid. F'dawk iċ-ċirkostanzi, huwa xieraq li l-Istati Membri jirrikonoxxu b'mod reċiproku r-reġistrazzjoni valida fi Stat Membru ieħor.

(5)       Ir-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor hija ostakolata minn formalitajiet ta' reġistrazzjoni kkumplikati fl-Istati Membri, b'mod partikolari mill-obbligu li dawn il-vetturi jiġu sottomessi għal testijiet kumplimentari sabiex tiġi vvalutata l-kundizzjoni ġenerali tagħhom qabel ir-reġistrazzjoni jew sabiex jiġu identifikati. Għalhekk huwa meħtieġ li dawn il-formalitajiet jitnaqqsu sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-vetturi bil-mutur u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni. Speċjalment għaċ-ċittadini jew in-negozji li jixtru vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru ieħor, huwa xieraq li tiġi prevista proċedura ta' reġistrazzjoni simplifikata li tinkludi r-rikonoxximent tad-dokumenti u tat-testijiet ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor u li torganizza l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar l-iskambju ta' dejta nieqsa.

(6)       Dan ir-Regolament għandu jqis id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/919/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar it-trattament tal-kriminalità tal-vetturi b' implikazzjonijiet transkonfinali[18], li l-għan tagħha huwa li tikseb kooperazzjoni mtejba fl-Unjoni bl-għan li tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità tal-vetturi bejn il-fruntieri. Skont dik id-Deċiżjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu evitati l-abbuż u s-serq tad-dokumenti ta' reġistrazzjoni tal-vetturi. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-Istati Membri jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni ta' vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru ieħor fil-każ ta' reat kriminali fuq vettura, inkluż l-abbuż u s-serq tad-dokumenti ta' reġistrazzjoni tal-vetturi.

(7)       Dan ir-Regolament għandu jkompli s-simplifikazzjoni amministrattiva għaċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-iskambju elettroniku tad-dejta ta' reġistrazzjoni tal-vetturi. Għalhekk, għas-simplifikazzjoni amministrattiva tal-formalitajiet ta' reġistrazzjoni, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jagħtu lil xulxin id-dritt ta' aċċess għad-dejta ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tagħhom sabiex jitjieb l-iskambju tal-informazzjoni u sabiex il-proċeduri ta' reġistrazzjoni jsiru aktar malajr.

(8)       L-ipproċessar tad-dejta personali b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa soġġett għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[19]. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta[20], japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(9)       It-trasferiment ta' vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru lejn Stat Membru ieħor, fid-dawl tar-reġistrazzjoni tagħha minn dak l-Istat Membru l-ieħor, jirrikjedi reġistrazzjoni temporanja aċċessibbli b'mod wiesa' sabiex tiġi żgurata s-sigurtà fit-triq u t-trażmissjoni ta' dejta ta' reġistrazzjoni tal-vetturi affidabbli b'mezzi elettroniċi. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema li biha l-vetturi bil-mutur ikunu jistgħu jiġu rreġistrati b'mod temporanju.

(10)     It-trasferiment ta' vetturi bil-mutur lejn Stat Membru ieħor minn impriżi li jiddistribwixxu vetturi bil-mutur jew li jipprovdu servizzi ta' ttestjar jew ta' tiswija u ta' manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur, normalment iseħħ b'numri ta' reġistrazzjoni professjonali nazzjonali. Madankollu, dawn in-numri ta' reġistrazzjoni professjonali nazzjonali ta' spiss ma jiġux rikonoxxuti fi Stati Membri oħra u għalhekk il-kummerċ professjonali tal-impriżi tal-vetturi bil-mutur użati bejn il-fruntieri, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntieri, qed jiġi ostakolat. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi adottat sistema li biha l-impriżi li jiddistribwixxu vetturi bil-mutur jew li jipprovdu servizzi ta' ttestjar, ta' tiswija u ta' manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur ikunu jistgħu jittrasferixxu dawn il-vetturi bil-mutur lejn Stat Membru ieħor b'numru ta' reġistrazzjoni professjonali.

(11)     Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tnaqqis tal-formalitajiet ta' reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għaċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba r-regoli nazzjonali konfliġġenti u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett tiegħu, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jikseb dawk l-għanijiet.

(12)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(13)     Sabiex jintlaħaq l-għan tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri b'mezzi interoperabbli, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku, b'mod partikolari, sabiex jitqiesu l-emendi rilevanti għad-Direttiva 1999/37/KE jew l-emendi għal atti oħra tal-Unjoni direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-impriżi li jużaw iċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' reputazzjoni tajba u l-kompetenza professjonali meħtieġa, u fir-rigward tat-tul ta' żmien tal-validità taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa waqt ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(14)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-applikazzjoni tas-softwer li hija meħtieġa għall-iskambju elettroniku tad-dejta ta' reġistrazzjoni tal-vetturi, inkluż il-format għad-dejta skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsulenza elettronika u l-aċċess għar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri ta’ aċċess u l-mekkaniżmi ta’ sigurtà, u biex jiġi stabbilit il-format u l-mudell taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[21].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Kamp ta' Applikazzjoni

1.           Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi li ġejjin:

(a) kwalunkwe vettura jew karru kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22];

(b) kwalunkwe vettura bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta, kemm jekk rota doppja jew xort'oħra, maħsuba għall-ivvjaġġar fit-triq, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23].

2.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għar-reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur irreġistrati f'pajjiż terz.

3.           Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jeżentaw il-vetturi bil-mutur mir-reġistrazzjoni skont id-Direttiva 1999/37/KE.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)          "reġistrazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għall-bidu tal-użu ta' vettura fit-traffiku, u li biha l-vettura tiġi identifikata u jiġi assenjat numru tas-serje, magħruf bħala n-numru ta' reġistrazzjoni, lill-vettura;

(2)          "vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor" tfisser vettura li jkollha ċertifikat ta' reġistrazzjoni validu maħruġ minn Stat Membru ieħor;

(3)          “detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni” tfisser il-persuna li f'isimha tkun irreġistrata vettura fi Stat Membru;

(4)          "reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi" tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għall-bidu tal-użu tal-vetturi fit-traffiku, u li biha l-vetturi jiġu identifikati u jiġi assenjat numru tas-serje, magħruf bħala n-numru ta' reġistrazzjoni, li jista' jintuża minn vetturi differenti.

Artikolu 3 Post ta' reġistrazzjoni ta' vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor

1.           Stat Membru jista' jeħtieġ ir-reġistrazzjoni fit-territorju tiegħu ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor biss jekk id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu.

2.           L-Istat Membru li fih id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkollu r-residenza normali tiegħu huwa kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(c) għal kumpanija jew korp ieħor, korporattiva jew mhux korporattiva, l-Istat Membri fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali;

(d) għal fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ta' kumpanija jew korp ieħor, l-Istat Membru fejn tinsab il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor;

(e) għal persuna fiżika li taġixxi fl-eżerċitar tal-attività professjonali tagħha, l-Istat Membru li huwa l-post ewlieni tan-negozju tagħha;

(f) għal kwalunkwe persuna fiżika oħra:

(i)      il-post fejn persuna normalment toqgħod, jiġifieri għal mill-inqas 185 jum f'kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali jew tax-xogħol, jew, fil-każ ta' persuna mingħajr irbit tax-xogħol, minħabba rabtiet personali li juri konnessjonijiet mil-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn toqgħod;

(ii)      għal persuna li r-rabtiet tax-xogħol tagħha jkunu f'post differenti minn dak tar-rabtiet personali tagħha u li minħabba dan tgħix f'postijiet differenti li jinsabu f'żewġ Stati Membri jew aktar, il-post tar-rabtiet personali tagħha, sakemm din il-persuna regolarment terġa' lura lejh.

Il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (ii) ma għandhiex tapplika meta persuna tkun tgħix fi Stat Membru biex tagħmel xogħol partikolari ta' tul ta' żmien definit. Attendenza f’università jew skola ma timplikax trasferiment tar-residenza normali.

Artikolu 4 Proċedura ta' reġistrazzjoni għall-vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor

1.           Meta d-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jċaqlaq ir-residenza normali tiegħu lejn Stat Membru ieħor, huwa għandu jitlob ir-reġistrazzjoni ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor f'perjodu ta' sitt xhur minn meta jasal.

Matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-użu tal-vettura ma għandux jiġi limitat.

2.           It-talba għal reġistrazzjoni ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor għandha titressaq lil awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi u għandha tinkludi l-partijiet rilevanti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/37/KE jew kwalunkwe evidenza oħra ta' reġistrazzjoni minn qabel fi Stat Membru ieħor.

3.           Meta tasal it-talba għar-reġistrazzjoni ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandha minnufih tiġbor l-informazzjoni dwar il-punti tad-dejta stabbiliti fl-Anness I direttament mill-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura, skont l-Artikolu 7, u tittrasferixxi d-dejta għar-reġistru tagħha stess.

4.           L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jwettqu verifiki fiżiċi tal-vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor qabel ir-reġistrazzjoni tagħha biss fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant matul il-proċess ta' reġistrazzjoni ma tkunx tista' tinstab fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru fejn il-vettura suppost kienet irreġistrata;

(b) jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant matul il-proċess ta' reġistrazzjoni hija differenti mill-informazzjoni fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru fejn il-vettura hija rreġistrata;

(c) meta l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jaħsbu li d-dispożizzjonijiet tekniċi skont liema l-vettura ġiet approvata skont l-Artikolu 23 jew 24 tad-Direttiva 2007/46/KE jew skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/24/KE mhumiex ekwivalenti għal tagħhom;

(d) jekk ikunu meħtieġa testijiet ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan fil-każ ta' bidla tas-sid tal-vettura, jew għall-vetturi li jkollhom ħsara kbira.

5.           Meta vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor hija rreġistrata, l-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi rilevanti għandha tirraporta dan minnufih lill-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun ġiet irreġistrata l-aħħar, skont l-Artikolu 7.

Artikolu 5 Rifjuti li jiġu rreġistrati vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor

1.           L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jirrifjutaw li jirreġistraw vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor biss fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) ma jkunux issodisfati;

(b) fejn japplika, jekk it-taxxi jew il-miżati imposti minn dak l-Istat Membru għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 ma jkunux tħallsu;

(c) meta l-vetturi ma jkunux għaddew mill-verifiki fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 4(4);

(d) meta l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 7 tindika wieħed mill-punti li ġejjin:

(i)      il-vettura għandha ħsara kbira, hija misruqa jew tkun inqerdet;

(ii)      id-dokumenti ta' reġistrazzjoni tal-vettura huma misruqa sakemm id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkun jista' juri b'mod ċar li huwa s-sid tal-vettura;

(iii)     id-data taċ-ċertifikat obbligatorju li jmiss ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan tkun għaddiet.

2.           Kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li tirrifjuta li tirreġistra vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor għandha tiġi sostanzjata kif xieraq. Il-persuna kkonċernata tista', f'perjodu ta' xahar mill-wasla tad-deċiżjoni negattiva, titlob lill-awtorità kompetenti ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tirrevedi d-deċiżjoni. Dik it-talba għandha tinkludi r-raġunijiet għal tali reviżjoni. Fi żmien xahar mill-wasla ta' dik it-talba, l-awtorità kompetenti ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandha tikkonferma jew tbiddel id-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 6 Reġistrazzjonijiet temporanji għal trasferimenti lejn Stat Membru ieħor

1.           Kwalunkwe persuna li tkun xtrat vettura fi Stat Membru ieħor u meta dik il-vettura ma jkollhiex ċertifikat ta' reġistrazzjoni, tista' titlob lill-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi toħroġ ċertifikat ta' reġistrazzjoni termporanju għal vettura fid-dawl li tiġi trasferita lejn Stat Membru ieħor. Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni temporanju għandu jkun validu għal perjodu ta' 30 jum.

2.           Meta tasal it-talba għaċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni termporanja msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandha minnufih tiġbor l-informazzjoni dwar il-punti tad-dejta stabbiliti fl-Anness I direttament mill-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura, skont l-Artikolu 7, u tittrasferixxi d-dejta għar-reġistru tagħha stess.

3.           L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jirrifjutaw li joħorġu ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni temporanja kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) fejn japplika, jekk it-taxxi jew il-miżati imposti mill-Istat Membru tagħha għar-reġistrazzjoni temporanja ma jkunux tħallsu;

(b) meta l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 7 jew l-informazzjoni fir-reġistri tal-vetturi uffiċjali nazzjonali tindika kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

(i)      il-vettura għandha ħsara kbira, hija misruqa jew tkun inqerdet;

(ii)      id-dokumenti ta' reġistrazzjoni tal-vettura huma misruqa sakemm id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkun jista' juri b'mod ċar li huwa s-sid tal-vettura;

(iii)     id-data taċ-ċertifikat obbligatorju li jmiss ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan tkun għaddiet.

Artikolu 7 Skambju ta' informazzjoni dwar id-dejta tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.           Għall-iskop li tiġi rreġistrata vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandhom jagħtu aċċess għad-dejta miżmuma fir-reġistri tal-vetturi uffiċjali dwar il-punti tad-dejta stabbiliti fl-Anness I lill-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Istati Membri l-oħra.

2.           Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandhom jużaw l-applikazzjoni tas-softwer kif stabbilit fl-Anness II.

L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi biss jistgħu jkollhom aċċess dirett għad-dejta miżmuma u lesta għall-irkupru fl-applikazzjoni tas-softwer. L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-prevenzjoni ta' dawn il-punti li ġejjin:

(a) persuni mhux awtorizzati jiksbu aċċess għat-tagħmir tal-ipproċessar tad-dejta;

(b) l-informazzjoni tinqara, tiġi kkopjata, tiġi emendata jew imħassra minn persuni mhux awtorizzati;

(c) l-interrogazzjoni mhux awtorizzata jew it-trażmissjoni tal-informazzjoni;

(d) il-qari jew l-ikkupjar mhux awtorizzat tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni.

3.           L-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Istati Membri għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità pubblika indipendenti tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 tagħha.

L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandhom jużaw l-informazzjoni trażmessa skont dan ir-Regolament biss sabiex tiġi rreġistrata vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor.

Meta l-informazzjoni tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet ta' reġistazzjoni tal-vetturi skont dan ir-Regolament, l-awtorità ta' reġistrazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni għandha tiġi mgħarrfa, jekk mitlub, bl-użu li għandu jingħata lill-informazzjoni pprovduta u bl-azzjoni ta' segwitu meħuda.

L-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li tipprovdi l-informazzjoni għandha tqis il-preċiżjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u jekk tkunx meħtieġa u proporzjonata meta mqabbla mal-iskop li għalih tiġi pprovduta. Hija għandha timxi mar-regolament rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

Jekk isir evidenti li tkun ġiet ipprovduta informazzjoni mhux korretta jew informazzjoni li mhux suppost ġiet ipprovduta, l-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vettura li tkun qed tirċievi l-informazzjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih. L-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li tirċievi l-informazzjoni għandha mbagħad tħassar jew tikkoreġi l-informazzjoni li tkun waslitilha.

4.           Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri u speċifikazzjonijiet komuni għall-applikazzjoni tas-softwer imsemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format għad-dejta skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsulenza elettronika u l-aċċess għar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri ta’ aċċess u l-mekkaniżmi ta’ sigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 8 Reġistrazzjonijiet professjonali tal-vetturi

1.           Awtorità ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tista' toħroġ ċertifikat ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi wieħed jew aktar minn wieħed lil kwalunkwe impriża li tikkonforma mall-kriterji li ġejjin:

(a) tkun stabbilita fit-territorju tagħha;

(b) tiddistribwixxi vetturi jew tipprovdi servizzi ta' tiswija, ta' manutenzjoni jew ta' ttestjar għall-vetturi;

(c) għandha reputazzjoni tajba u għandha l-kompetenza professjonali meħtieġa.

2.           L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandhom jiżguraw li d-dejta tal-vettura kif imsemmi fl-Anness I tiġi rreġistrata fir-reġistru tagħhom għal kull reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi.

3.           Il-vetturi li jkollhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi jistgħu biss jintużaw jekk il-vettura ma tikkostitwix riskju dirett u immedjat għas-sigurtà fit-triq. Dawk il-vetturi ma jistgħux jintużaw għat-trasport kummerċjali tal-persuni jew tal-merkanzija.

4.           L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, għal raġunijiet relatati mar-reġistrazzjoni tal-vettura, il-moviment liberu tal-vetturi koperti minn ċertifikat ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi.

5.           Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format u l-mudell taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 9 Awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi

1.           L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li huma responsabbli għall-ġestjoni tar-reġistri uffiċjali tal-vetturi fit-territorju tagħhom u għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi u kwalunkwe aġġornament ta' din il-lista fuq il-websajt tagħha.

2.           L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun aċċessibbli faċilment għall-pubbliku:

(a) l-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Istat Membru tal-awtorità rilevanti;

(b) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità sabiex tkun tista' tiġi kkuntattjata direttament.

Artikolu 10 Atti delegati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 dwar:

(1)          l-emendi għall-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku, b'mod partikolari, sabiex tqis l-emendi rilevanti għad-Direttiva 1999/37/KE jew l-emendi għal atti oħra tal-Unjoni li huma direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

(2)          il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-impriżi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(c);

(3)          it-tul ta' żmien tal-validità taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni professjonali tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 8(1).

Artikolu 11 Eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħa li tadotta atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.           Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 12 Proċedura tal-Kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.           Meta għandha tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 13 Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tressaq proposti xierqa bl-iskop li temenda dan ir-Regolament, u tallinja atti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari filwaqt li tqis il-possibbiltajiet ta' simplifikazzjonijiet amministrattivi ulterjuri għaċ-ċittadini u n-negozji.

Artikolu 14 Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-xxxx [għandha tiddaħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, 4.4.2012

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

Sett ta' dejta għat-tfittxija awtomatika tad-dejta ta' reġistrazzjoni tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 7(1)

Punt || Kodiċijiet Armonizzati Direttiva 1999/37/KE

1. Pajjiż ta’ reġistrazzjoni || --

2. Numru ta' reġistrazzjoni || (A)

3. Data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura || (B)

4. Numru/i ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni || --

5. Isem l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni || --

6. Vettura: marka || (D.1)

7. Vettura: tip - Varjant (jekk disponibbli); - Verżjoni (jekk disponibbli) || (D.2)

8. Vettura: deskrizzjoni(jiet) kummerċjali || (D.3)

9. Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura (NIV) || (E)

10. Piż: piż massimu li jista' teknikament jiġi mgħobbi, għajr għall-muturi || (F.1)

11. Piż: piż massimu permess tal-vettura mgħobbija fl-użu fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni || (F0.2)

12. Piż tal-vettura fl-użu bil-karrozzerija, u bil-mekkaniżmu tat-tqabbid fil-każ ta' vettura li tirmonka fl-użu minn kwalunkwe kategorija oħra għajr M1 || (G)

13. Perjodu ta' validità, jekk mhux illimitat || (H)

14. Data tar-reġistrazzjoni li għaliha jirreferi dan iċ-ċertifikat || (I)

15. Numru tal-approvazzjoni tat-tip (jekk disponibbli) || (K)

16. Numru ta’ fusien || (L)

17. Distanza bejn il-fusien (f'mm) || (M)

18. Għall-vetturi b'piż totali massimu permess li jaqbeż it-3500 kg, distribuzzjoni tal-piż massimu li jista' teknikament jiġi mgħobbi fost il-fusien: l-fus 1 (f'kg) || (N.1)

19. Għall-vetturi b'piż totali massimu permess li jaqbeż it-3500 kg, distribuzzjoni tal-piż massimu li jista' teknikament jiġi mgħobbi fost il-fusien: il-fus 2 (f'kg), fejn xieraq || (N.2)

20. Għall-vetturi b'piż totali massimu permess li jaqbeż it-3500 kg, distribuzzjoni tal-piż massimu li jista' teknikament jiġi mgħobbi fost il-fusien: il-fus 3 (f'kg), fejn xieraq || (N.3)

21. Għall-vetturi b'piż totali massimu permess li jaqbeż it-3500 kg, distribuzzjoni tal-piż massimu li jista' teknikament jiġi mgħobbi fost il-fusien: il-fus 4 (f'kg), fejn xieraq || (N.4)

22. Għall-vetturi b'piż totali massimu permess li jaqbeż it-3500 kg, distribuzzjoni tal-piż massimu li jista' teknikament jiġi mgħobbi fost il-fusien: il-fus 5 (f'kg), fejn xieraq || (N.5)

23. Piż massimu li jista' teknikament jiġi rmunkat mill-karru: wieqaf bil-brejkijiet (f'kg) || (O.1)

24. Piż massimu li jista' teknikament jiġi rmunkat mill-karru: wieqaf mingħajr brejkijiet (f'kg) || (O.2)

25. Magna: kapaċità (f'ċm3) || (P.1)

26. Magna: saħħa massima netta (f'kW) (jekk disponibbli) || (P.2)

27. Magna: tip ta' karburant jew sors ta' enerġija || (P.3)

28. Magna: stima tal-veloċità (f'min-1) || (P.4)

29. Numru ta’ identifikazzjoni tal-magna || (P.5)

30. Proporzjon saħħa/piż (f'kW/kg) (għall-muturi biss) || (Q)

31. Kulur tal-vettura || (R)

32. Kapaċità ta' postijiet: għadd ta' postijiet bil-qieghda, inkluż tas-sewwieq || (S.1)

33. Kapaċità ta' postijiet: numru ta' postijiet bil-wieqfa (fejn applikabbli) || (S.2)

34. Velocità massima (f'km/h) || (T)

35. Livell tal-ħoss: wieqfa (f'dB(A)) || (U.1)

36. Livell tal-ħoss: veloċità tal-magna (f'min-1) || (U.2)

37. Livell tal-ħoss: waqt is-sewqan (f'dB(A)) || (U.3)

38. Emissjonijiet tal-egżost: CO (fi g/km jew g/kWh) || (V.1)

39. Emissjonijiet tal-egżost: HC (fi g/km jew g/kWh) || (V.2)

40. Emissjonijiet tal-egżost: NOx (fi g/km jew g/kWh) || (V.3)

41. Emissjonijiet tal-egżost: HC + NOx (fi g/km) || (V.4)

42. Emissjonijiet tal-egżost: partikolati għad-diżil (fi g/km jew g/kWh) || (V.5)

43. Emissjonijiet tal-egżost: koeffiċjent ta' assorbiment koreġut għad-diżil (f'min-1) || (V.6)

44. Emissjonijiet tal-egżost: CO2 (fi g/km) || (V.7)

45. Emissjonijiet tal-egżost: konsum tal-fjuwil kombinat (f'l/100 km) || (V.8)

46. Emissjonijiet tal-egżost: indikazzjoni tal-kategorija ambjentali tal-approvazzjoni tat-tip KE, referenza għall-verżjoni applikabbli skont id-Direttiva 70/220/KEE jew id-Direttiva 88/77/KEE || (V.9)

47. Kapaċità tat-tank(ijiet) tal-fjuwil (f'litri) || (W)

48. Data tal-aħħar test ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan || --

49. Data għat-test ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan li jmiss || --

50. Kilometraġġ (jekk disponibbli) || --

51. Vettura meqruda (Iva/Le) || --

52. Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-qerda[24] || --

53. Stabbiliment jew impriza li toħroġ iċ-ċertifikat tal-qerda || --

54. Raġuni tal-qerda || --

55. Vettura misruqa (Iva/Le) || --

56. Ċertifikat ta' reġistrazzjoni u/jew pjanċi misruqa (Iva/Le) || --

57. Reġistrazzjoni inattiva || --

58. Reġistrazzjoni sospiża || --

59. Bidla fin-numru ta' reġistrazzjoni || --

60. Test ta' kundizzjoni tajba għas-sewqan meħtieġ wara l-aċċident bi ħsara kbira || --

61. Ittestjar addizzjonali meħtieġ wara l-bidla jew il-modifikazzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-punti 9 sa 47 ||

ANNESS II

Użu tal-applikazzjoni tas-softwer kif imsemmi fl-Artikolu 7

1.           L-iskambju tal-informazzjoni għandu jsir b'mezzi elettroniċi interoperabbli u l-iskambju tad-dejta ma għandux jinvolvi bażijiet ta' dejta oħra. Dan l-iskambju tal-informazzjoni għandu jsir b'mod kosteffiċenti u sigur u għandu jiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta trażmessa, sakemm ikun possibbli bl-użu tal-applikazzjonijiet tas-softwer eżistenti.

2.           Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tas-softwer għandha tipprevedi l-mod ta' skambju fil-ħin reali onlajn u/jew il-mod ta' skambju f'lott. Il-mod ta' skambju f'lott għandu jippermetti l-iskambju ta' bosta talbiet jew tweġibiet f'messaġġ wieħed.

3.           Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż tiegħu li jirriżultaw mill-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-applikazzjoni tas-softwer imsemmija fil-punt 1.

4.           L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni għandhom, bl-użu tal-proċeduri awtomatiċi kif imsemmi fil-punti 1 u 2, jirkupraw l-informazzjoni dwar punti tad-dejta msemmija fl-Anness I mir-reġistri elettroniċi tal-vetturi ta' Stat Membru wieħed jew aktar.

5.           L-applikazzjoni tas-softwer għandha timmaniġġja l-komunikazzjoni sigura lill-Istati Membri l-oħrajn u għandha tikkomunika lis-sistemi eżistenti fil-parti aħħarija (back-end legacy systems) tal-Istati Membri bl-użu ta’ XML. L-Istati Membri jiskambjaw il-messaġġi billi jibagħtuhom direttament lir-riċevitur.

7.           Il-messaġġi XML mibgħuta fuq in-netwerk għandhom jiġu kriptati.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma politiku/politiċi kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji baġitarji tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Taqsira tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-simplifikazzjoni tat-trasferiment tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor fi ħdan is-Suq Uniku

1.2.        Qasam/oqsma politiku/politiċi kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[25]

Titolu 2 – Intrapriża – Kapitolu 02 03: Suq intern għall-merkanzija u l-politiki settorjali

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għani(jiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u attività tal-ABM/ABB ikkonċernata

Għan speċifiku Nru 1: Biex jiġi rrevedut b’mod kontinwu l-acquis eżistenti tas-suq intern u tiġi proposta azzjoni ġdida leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva kull meta jixraq.

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Ir-riżultat mistenni ta' din l-inizjattiva hija li jitjieb il-funzjonament tas-suq uniku permezz tal-eliminazzjoni tal-ostakoli amministrattivi relatati mal-proċedura ta' reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur, li bħalissa qed ifixklu l-moviment liberu tal-vetturi bil-mutur. Din il-proposta għandha tarmonizza, tirristruttura, u tissimplifika l-proċeduri għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor, għaċ-ċittadini, l-impjegati, min iħaddem, il-kumpaniji tal-kiri u t-twellija, u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni. Din il-proposta għandha wkoll tnaqqas il-piżijiet amministrattivi tal-atturi kollha involuti mingħajr ma tfixkel is-sikurezza fit-triq jew il-prevenzjoni tar-reati jew tal-frodi.

Din il-proposta se jkollha impatt fuq iċ-ċittadini li jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor jew il-persuni li jkollhom residenza tal-vaganzi fi Stat Membru ieħor, u fuq il-persuni li jgħixu fi Stat Membru wieħed u li jużaw vettura bil-mutur irreġistrata minn min iħaddimhom fi Stat Membru ieħor. Iċ-ċittadini huma wkoll il-grupp ewlieni ta' klijenti għas-suq tal-vetturi użati ġewwa l-UE. In-negozjanti tal-oġġetti użati huma wkoll affettwati direttament minn din il-proposta, kif ukoll il-kumpaniji ta' twellija u l-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi. Fl-aħħar nett, din il-proposta se jkollha impatt fuq l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur. L-impatti speċifiċi huma indikati f'aktar dettall fil-valutazzjoni tal-impatt mehmuża.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

- Għadd ta' lmenti;

- Għadd ta' każijiet SOLVIT;

- Għadd ta' każijiet quddiem il-qorti;

- Għadd ta' talbiet liċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi;

- Għadd ta' reġistrazzjonijiet u dereġistrazzjonijiet;

- Konsultazzjoni pubblika b'mod partikolari dwar il-piżijiet amministrattivi;

- Stħarriġ speċifikament indirizzat lil dan is-settur;

- Stħarriġ speċifikament indirizzat lill-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni nazzjonali;

- Statistika EUCARIS.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jintlaħaq/jintlaħqu f’perjodu qasir jew fit-tul

L-għan ġenerali ta' din l-inizjattiva hija li ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku permezz tal-eliminazzjoni tal-ostakoli amministrattivi relatati mal-proċedura ta' reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur, li bħalissa qed ifixklu l-moviment liberu tal-vetturi bil-mutur.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-aspetti transkonfinali tar-reġistrazzjoni tal-karozzi jibqgħu jikkawżaw problemi fis-suq intern. Pereżempju, kien hemm 17-il sentenza u ordni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-ostakoli kkawżati minn kwistjonijiet relatati mar-reġistrazzjoni tal-karozzi, mal-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-persuni mis-sena 2000. Id-differenzi fir-regoli amministrattivi fuq livell nazzjonali fir-rigward tar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor ifixklu l-moviment liberu ta' dawn il-vetturi ġewwa l-UE. L-UE għalhekk għandha d-dritt li taġixxi fuq il-bażi tal-Artikolu 114 TFUE, sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-vetturi bil-mutur użati mixtrija fi Stat Membru ieħor, għaċ-ċittadini li jittrasferixxu vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor ta' residenza, għaċ-ċittadini li jużaw vettura bil-mutur irreġistrata fl-Istat Membru tal-impjieg, kif ukoll għad-ditti tal-kiri tal-karozzi (u sa ċertu punt għad-ditti tat-twellija) li, minħabba l-ħtiġijiet ta' reġistrazzjoni għalihom stess jew għall-klijenti tagħhom, jiffaċċjaw ostakoli għall-użu transkonfinali ta' dawn il-vetturi. Madankollu, sabiex tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, din il-proposta ma taffettwax ir-reġistrazzjonijiet mill-ġdid ġewwa l-istess Stat Membru, jew it-trasferiment ta' vettura bil-mutur ġewwa l-istess Stat Membru.

1.5.3.     Lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Minbarra li bdiet proċeduri ta' ksur tal-liġi, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjonijiet interpretattivi li jiġbru fil-qosor il-liġi tal-UE fuq is-suġġett. Madankollu, il-liġi tal-UE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq is-suġġett jibqgħu jevolvu u għalhekk il-komunikazzjonijiet l-aktar interpretattivi dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi jiskadu pjuttost malajr, inkluża dik ippubblikata fl-2007. Barra minn hekk, Komunikazjoni interpretattiva mhijiex vinkolanti, u s'issa ma aġġixxietx bħala gwida effettiva jew restrizzjoni fuq l-Istati Membri. Aktar minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni diġà ħarġet dawn il-komunikazzjonijiet interpretattivi differenti, wieħed ma jistax jistqarr li dawn naqqsu l-għadd ta' problemi b'mod konsiderevoli. L-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni nazzjonali huma konxji - jew għandhom ikunu konxji - bl-eżistenza tal-komunikazzjoni interpretattiva l-aktar reċenti iżda normalment japplikaw il-liġi nazzjonali fil-każ ta' kunflitt bejn ir-regoli nazzjonali u l-komunikazzjoni interpretattiva. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li ċ-ċittadini u l-intrapriżi jistgħu jkunu konxji tal-eżistenza tal-komunikazzjoni, u jidher li mhuwiex realistiku li wieħed jistenna li l-komunikazzjoni - li tiddeskrivi l-elementi ewlenin tal-liġi tal-UE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - tista' tkun ta' għajnuna kbira għalihom fil-każ ta' kunflitt.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Din l-inizjattiva hija kompletament koerenti ma' strumenti rilevanti oħrajn, b'mod partikolari d-Direttiva 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi, id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/919/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar it-trattament tal-kriminalità tal-vetturi b'implikazzjonijiet transkonfinali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali.

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

Proposta/inizjattiva b'tul ta' żmien illimitat

1.7.        Mod(i) ta’ ġestjoni previst(i)

Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Artikolu 13 ta' din il-proposta jorganizza l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandha tirriżulta f'rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tidentifika problemi u nuqqasijiet possibbli tar-Regolament u tista' tkun il-punt ta' bidu għal azzjonijiet oħra, inkluża proposta possibbli biex jiġi emendat ir-Regolament, fid-dawl ta' simplifikazzjoni amministrattiva ulterjuri għaċ-ċittadini u n-negozji u integrazzjoni mtejba tas-suq uniku għall-vetturi bil-mutur użati.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Ma seta' jiġi identifikat l-ebda riskju finanzjarju.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Il-metodi ta' kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu mingħajr jedd u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u diżważivi, skont ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96, u (KE) Nru 1073/1999.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji baġitarji tan-nefqa affettwata/i

· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([26]) || minn pajjiżi tal-EFTA[27] || minn pajjiżi kandidati[28] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || [XX.YY.YY.YY] || Diff./mhux diff. || IVA || LE || LE || LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Taqsira tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi ||

|| DĠ ENTR || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || TOTAL

|| Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ ENTR || Impenji || =1+1a +3 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa amministrattiva” ||

|| DĠ ENTR || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || TOTAL

|| Ÿ Riżorsi umani || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 1,0

|| Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,5

|| TOTAL DĠ ENTR || Approprjazzjonijiet || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 1,5

|| Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 1,5

|| Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 1,5

|| Ħlasijiet || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 1,5

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Taqsira

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 1,0

Nefqa amministrattiva oħra || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,5

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 1,5

Barra mill-INTESTATURA 5[29] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 1,5

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018

Ÿ Karigi tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| 02 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2

|| FTE = 1,5 || FTE = 1,5 || FTE = 1,5 || FTE = 1,5 || FTE = 1,5

|| XX 01 01 02 (fid-Delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| XX 01 05 01 (għar-riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| 10 01 05 01 (għar-riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| Ÿ Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[30] ||

|| XX 01 02 01 (CA, INT, ENS mill-"pakkett globali") || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u ENS fid-delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| XX 01 04 yy [31] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 ||

|| 0 || 0 || 0 || 0 || 0 ||

|| XX 01 05 02 (CA, INT, ENS - Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| 10 01 05 02 (CA, INT, ENS - Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| TOTAL || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2 || 0,2

|| FTE = 1,5 || FTE = 1,5 || FTE = 1,5 || FTE = 1,5 || FTE = 1,5

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie allokat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji eżistenti.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-ġestjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament, inter alia permezz tat-tħejjija tal-atti ta' implimentazzjoni u possibbilment l-atti delegati u t-tnedija tal-evalwazzjoni

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi

Il-proposta ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

[1]               COM(2010)603, 27.10.2010.

[2]               COM(2010)2020, 3.3.2010.

[3]               http://ec.europa.eu/enterprise/policies/single-market-goods/free-movement-non-harmonised-sectors/car-registration/view_contributions_en.htm

[4]               ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.

[5]               ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[6]               ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

[7]               Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2011, Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement, Kawża C-443/10.

[8]               ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59.

[9]               Sentenza tal-20 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju tal-Olanda, Kawża C-297/05.

[10]             ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.

[11]             ĠU L 389, 30.12.2004, p. 28.

[12]             ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

[13]             COM(2010)744, 16.12.2010.

[14]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[15]             ĠU C , , p. .

[16]             COM(2010)603, 27.10.2010.

[17]             ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.

[18]             ĠU L 389, 30.12.2004, p. 28.

[19]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31

[20]             ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1

[21]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[22]             ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[23]             ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

[24]             Kif imsemmi fid-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34) kif emendata.

[25]             ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Skont l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Skont l-Attività)

[26]             Diff = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[27]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association).

[28]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[29]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nfiq b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li qabel kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[30]             CA= Contract Agent (Aġent Kuntrattwali); INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni); LA= Local Agent (Aġent Lokali); ENS= Espert Nazzjonali Sekondat;

[31]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (qabel kienu linji "BA").