52012PC0073

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE /* COM/2012/073 final - 2012/0029 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Kuntest tal-proposta

Id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli (CSDs - Central Securities Depositories) huma istituzzjonijiet sistemikament importanti għas-swieq finanzjarji. Kwalunkwe negozjar ta’ titoli ġewwa jew barra borża tat-titoli huwa segwit minn proċessi ta’ wara n-negozjar li jwasslu għas-saldu ta’ dak in-negozju, jiġifieri l-għoti ta’ titoli għal flus. Is-CSDs huma l-istituzzjonijiet ewlenin li jippermettu li jsir is-saldu billi jħaddmu l-hekk imsejħa sistemi ta’ saldu tat-titoli. Is-CSDs jiżguraw ukoll li r-reġistrar inizjali u l-manutenzjoni ċentrali tal-kontijiet tat-titoli li jirreġistraw kemm-il titolu nħareġ, minn min u kull bidla fiż-żamma ta’ dawk it-titoli.

Is-CSDs għandhom rwol kruċjali wkoll għas-suq tal-kollateral, b’mod partikolari għal skopijiet tal-politika monetarja. Pereżempju, kważi kull kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-banek ċentrali fl-UE, b’mod partikolari fiż-żona tal-euro, jgħaddi mis-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs.

Fl-2010, is-sistemi tas-saldu tat-titoli fl-UE saldaw madwar EUR 920 triljun fi tranżazzjonijiet, u fi tmiem l-2010 kellhom depożitati magħhom kważi EUR 39 triljun f’titoli. Hemm aktar minn 30 CSD fl-UE, ġeneralment wieħed f’kull pajjiż, u żewġ CSDs ‘internazzjonali’ (ICSDs – Clearstream Banking Luxembourg u Euroclear Bank), li huma subkategorija ta’ CSDs speċjalizzati fil-ħruġ ta’ bonds internazzjonali, komunament magħrufa bħala “Eurobonds”.

Filwaqt li huma ġeneralment sikuri u effiċjenti fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, is-CSDs jingħaqdu u jikkomunikaw b’mod inqas sikur fil-livell transfruntieri, u dan ifisser li investitur jaffaċċja riskji u spejjeż akbar meta jinvesti b’mod transfruntier. Pereżempju, l-għadd ta’ fallimenti tas-saldu huwa ogħla fi tranżazzjonijiet transfruntieri milli fi tranżazzjonijiet domestiċi u l-ispejjeż tas-saldu transfruntier huma sa erba’ darbiet ogħla mill-ispejjeż għas-saldu domestiku.

Dawn il-problemi fis-sikurezza huma l-konsegwenza ta’ għadd ta’ fatturi, inklużi:

· It-tul taċ-ċiklu tas-saldu. Iż-żmien bejn in-negozju u s-saldu mhuwiex armonizzat fl-UE, u dan joħloq xkiel meta t-titoli jiġu saldati b’mod transfruntier;

· Proporzjon żgħir iżda sostanzjali ta’ titoli għadu jeżisti fuq il-karti. Dawn it-titoli jiġu saldati wara ċiklu tas-saldu ferm itwal, u dan iżid ir-riskju li jġorru l-investituri;

· Fallimenti tas-saldu, li huma sitwazzjonijiet fejn tranżazzjoni ma jirnexxilhiex tiġi saldata fid-data tas-saldu maħsuba, mhumiex soġġetti għal penali deterrenti fis-swieq kollha u fejn jeżistu l-miżuri dixxiplinarji tas-saldu jvarjaw ħafna bejn is-swieq;

· Filwaqt li d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (SFD)[1] tnaqqas ix-xkiel għal sistema ta’ saldu tat-titoli kkawżat minn proċeduri ta’ insolvenza kontra parteċipant f’dik is-sistema, din ma tindirizzax riskji oħrajn tas-sistema jew ir-reżiljenza tas-CSD li jħaddem is-sistema. Uħud mis-CSDs huma soġġetti għal riskji fuq il-kreditu u tal-likwidità addizjonali li jiġu mill-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari għas-saldu;

· Filwaqt li huma meqjusa bħala l-ewwel pass lejn il-konsolidazzjoni tas-swieq Ewropej tas-saldu, il-ftehimiet ta’ konnessjoni bejn is-CSDs joħolqu tħassib dwar is-sikurezza fin-nuqqas ta’ regoli prudenzjali speċifiċi għal dawn il-konnessjonijiet. Barra minn hekk, ikabbru l-interkonnettività bejn is-CSDs u dan jiġġustifika ulterjorment l-introduzzjoni ta’ qafas prudenzjali komuni.

In-nuqqas ta’ suq intern uniku effiċjenti għas-saldu jqajjem ukoll tħassib importanti. Għadhom jeżistu ostakli importanti għas-suq Ewropew ta’ wara n-negozjar, bħal pereżempju l-limitazzjoni tal-aċċess tal-emittenti tat-titoli għas-CSDs, reġimi u regoli ta’ liċenzjar nazzjonali differenti għas-CSDs madwar l-UE u kompetizzjoni limitata bejn is-CSDs nazzjonali differenti. Dawn l-ostakli jirriżultaw f’suq frammentat ħafna. Konsegwentement, is-saldu transfruntieri ta’ tranżazzjonijiet jiddependi fuq ‘katini’ ta’ holdings kumplessi bla bżonn li spiss jinvolvu diversi CSDs u diversi intermedjarji oħrajn. Dan iħalli impatt negattiv fuq l-effiċjenza, iżda anki fuq ir-riskji assoċjati mat-tranżazzjonijiet transfruntieri.

Dawn il-problemi huma importanti peress li t-tranżazzjonijiet transfruntieri fl-Ewropa, li jvarjaw minn xiri/bejgħ normali ta’ titoli sa trasferimenti ta' kollateral, qegħdin dejjem jiżdiedu u s-CSDs qed isiru dejjem aktar interkonnessi. Dawn ix-xejriet huma mistennija jiżdiedu b'rata mgħaġġla bid-dħul tat-Target2 Securities (T2S), proġett imniedi mill-Eurosystem sabiex jipprovdi pjattaform komuni mingħajr fruntieri għas-saldu tat-titoli fl-Ewropa, li huwa skedat li jibda fl-2015.

Dan ir-Regolament propost jindirizza dawn il-problemi. Jintroduċi obbligi li t-titoli trasferibbli kollha jiġu rappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba u li dawn jiġu rreġistrati fis-CSDs qabel ma jiġu nnegozjati f’ċentri regolati. Jarmonizza l-perjodi tas-saldu u r-reġimi dixxiplinarji tas-saldu madwar l-UE. Jintroduċi sett ta’ regoli komuni ispirat minn standards internazzjonali li jindirizza r-riskji tal-operazzjonijiet u s-servizzi tas-CSDs. Peress li s-CSDs se jkunu soġġetti għal regoli sostantivi identiċi madwar l-UE, dawn se jibbenefikaw minn rekwiżiti uniformi għal-liċenzjar u passaport għall-UE kollha, li se jgħin biex jiġu eliminati l-ostakli eżistenti għall-aċċess.

Għaldaqstant, ir-Regolament propost se jżid is-sikurezza fis-sistema u jiftaħ is-suq għas-servizzi tas-CSD, u b’hekk itejjeb l-effiċjenza tas-saldu tat-titoli. Bir-Regolament propost se jitlesta l-qafas regolatorju għall-infrastrutturi tas-suq tat-titoli, flimkien mad-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID)[2] għaċ-ċentri tan-negozjar, u l-proposta għal Regolament dwar tranżazzjonijiet tad-derivattivi (EMIR) għall-Kontropartijiet Ċentrali (CCPs).

Din l-inizjattiva rċiviet appoġġ politiku wiesa'. Il-Kunsill tal-ECOFIN tat-2 ta’ Diċembru 2008 enfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sikurezza u s-solidità tas-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs u qabel li hija meħtieġa leġiżlazzjoni tal-UE biex tindirizza l-ostakli legali relatati mal-proċess ta’ wara n-negozjar, inklużi l-ostakli fl-aċċess għas-CSDs. Hemm ukoll qbil mod internazzjonali dwar il-ħtieġa ta' standards xierqa għas-CSDs. Sa mill-2001, ir-regolaturi bankarji u tat-titoli globali (CPSS-IOSCO - Committee on Payment and Settlement Systems of the International Organisation of Securities Commissions) adottaw sett ta’ rakkomandazzjonijiet għas-sistemi tas-saldu tat-titoli. Dawn ġew adattati permezz ta’ linji gwida mhux vinkolanti minn regolaturi Ewropej (SEBĊ-KRET) fl-2009. F’Ottubru 2010 il-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja tenna s-sejħa għal standards aġġornati għal infrastrutturi tas-swieq ewlenin aktar robusti u talab reviżjoni u tisħiħ tal-istandards eżistenti.

2.           riżutati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

Din l-inizjattiva hija r-riżultat ta’ djalogu u konsultazzjoni estensivi u kontinwi mal-partijiet interessati ewlenin kollha, inklużi r-regolaturi tat-titoli u dawk bankarji, il-BĊE u kull tip ta’ parteċipant fis-suq. Tieħu f’kunsiderazzjoni l-opinjonijiet espressi f’konsultazzjoni pubblika mit-13 ta’ Jannar sal-1 ta’ Marzu 2011, u l-kontribuzzjoni miksuba minn firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ partijiet interessati sa mis-sajf tal-2010.

Barra minn hekk, studju estern tal-ispejjeż u l-prezzijiet fis-settur ta’ wara n-negozjar ġie kkummissjonat lil Oxera Consulting. Oxera pprovdiet l-ewwel rapport fl-2009 u t-tieni wieħed fl-2011. Dawn ir-rapporti jipprovdu dejta utli dwar id-diskrepanzi fl-ispejjeż ta’ wara n-negozjar transfruntier u domestiku fl-Ewropa.

B’konformità mal-politika tagħha ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar”, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi politiċi. L-għażliet politiċi ġew valutati fl-isfond tal-objettivi ewlenin ta’ żieda fis-sikurezza, l-effiċjenza u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għas-servizzi tas-CSDs fl-Ewropa. Il-valutazzjoni twettqet billi li ġiet ikkunsidrata l-effettività tal-kisba tal-objettivi msemmija hawn fuq u l-kosteffiċjenza fl-implimentazzjoni tal-għażliet politiċi differenti.

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt ġie sottomess fis-16 ta’ Marzu 2011 lill-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt (IAB - Impact Assessment Board) tal-Kummissjoni, segwit minn sottomissjoni mill-ġdid ta’ abbozz revedut fit-8 ta’ Awwissu 2011. L-abbozz tar-rapport ġie mtejjeb b’mod konsiderevoli wara l-kummenti tal-IAB billi ssaħħet il-bażi tal-elementi pprovati li huma sottostanti l-problemi identifikati u l-analiżi tal-għażliet politiċi differenti, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi bankarji anċillari għas-saldu u billi inkluda stima tal-benefiċċji kumplessivi u tal-impatt tal-għażliet politiċi differenti fuq gruppi ta’ partijiet interessati differenti u qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni aktar ċar u robust.

3.           Elementi legali tal-proposta

3.1.        Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bħala l-aktar bażi legali xierqa f’dan il-qasam. L-għan ewlieni tal-proposta huwa li tindirizza n-nuqqas ta’ sikurezza u effiċjenza tas-saldu tat-titoli u l-ostakli li jirriżultaw għall-funzjonament tas-suq intern mir-regoli nazzjonali diverġenti li jirregolaw is-saldu tat-titoli u l-attivitajiet tas-CSDs li jħaddmu s-sistemi ta’ saldu tat-titoli, billi tintroduċi sett ta’ regoli komuni li jikkonċernaw ċerti aspetti taċ-ċiklu u d-dixxiplina tas-saldu, kif ukoll sett ta’ rekwiżiti prudenzjali komuni li jindirizzaw ir-reżiljenza u l-aċċess għas-CSDs. Fin-nuqqas ta' dawn ir-regoli u rekwiżiti komuni, miżuri li x'aktarx ikunu diverġenti meħuda fil-livell nazzjonali jkollhom impatt dirett negattiv fuq is-sikurezza, l-effiċjenza u l-kompetizzjoni fis-swieq tas-saldu tal-Unjoni. Regolament huwa meqjus bħala l-aktar strument xieraq sabiex jiżgura li l-parteċipanti kollha fis-suq ikunu soġġetti għal obbligi uniformi u li huma direttament applikabbli rigward iċ-ċiklu u d-dixxiplina tas-saldu, u li s-CSDs ikunu soġġetti għal standards prudenzjali uniformi u direttament applikabbli fl-Unjoni, li għandhom isaħħu r-reżiljenza u r-rwol ċentrali tagħhom fil-manutenzjoni tas-sistemi ta’ entrati fil-kotba u fil-proċess tas-saldu.

Peress li l-għan ewlieni tar-Regolament propost huwa li jintroduċi għadd ta’ obbligi legali imposti direttament fuq l-operaturi tas-suq li, fost l-oħrajn, jikkonsistu fir-reġistrar ta’ virtwalment it-titoli trasferibbli kollha fil-format ta’ entrata fil-kotba f’CSD u qafas ta’ żmien aktar strett għas-saldu u peress li s-CSDs huma responsabbli mit-tħaddim tas-sistemi tas-saldu tat-titoli u tal-applikazzjoni ta’ miżuri sabiex jipprovdu saldu f’waqtu fl-Unjoni, huwa essenzjali li s-CSDs kollha jikkonformaw b’mod kostanti mar-rekwiżiti prudenzjali uniformi u stretti previsti fil-proposta. Għaldaqstant, hemm bżonn li f’din il-proposta jiġi inkluż sett ta’ regoli uniformi u direttament applikabbli fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tas-CSDs, b'konsegwenza tal-obbligi legali imposti fuq l-operaturi tas-suq.

3.2.        Sussidjarjetà u proporzjonalità

Skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea , azzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tittieħed biss meta l-miri previsti ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom u jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar mill-UE.

Essenzjalment, din il-proposta għandha l-għan li trendi s-suq Ewropew tat-titoli aktar sikur u effiċjenti ġewwa l-Unjoni, u dan jeħtieġ azzjoni koordinata mill-UE. L-azzjoni tal-Unjoni hija ġustifikata ulterjorment min-natura sistemika tas-CSDs u l-interkonessjoni dejjem tikber ta’ bejniethom, b’mod partikolari wara l-introduzzjoni tat-T2S.

Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, ir-Regolament propost għandu l-għan li jsib bilanċ bejn il-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali u l-interessi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) se jkollha rwol importanti fis-soluzzjoni tat-tilwim, fl-iffaċilitar tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali u fl-iżvilupp ta’ standards tekniċi b’konsultazzjoni mill-qrib mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

Ċerti kwistjonijiet diġà huma koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. Pereżempju, is-sistemi tas-saldu tat-titoli diġà huma definiti mid-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli[3] u d-Direttiva 2004/39/KE (MiFID) tipprevedi ċerti regoli ta’ aċċess mill-parteċipanti fis-suq għas-sistema ta’ saldu tat-titoli tal-għażla tagħhom. Ir-Regolament propost huwa konsistenti ma’ dawn it-testi tal-Unjoni.

Il-proposta tieħu f’kunsiderazzjoni sħiħa wkoll il-prinċipju tal-proporzjonalità meħtieġ fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiġifieri li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun adegwata sabiex tilħaq l-objettivi fil-mira u ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. Ir-Regolament propost huwa kompatibbli ma’ dan il-prinċipju u jsib il-bilanċ it-tajjeb bejn l-interess pubbliku inkwistjoni u l-kosteffiċjenza tal-miżuri proposti. Il-proposta ħadet f’kunsiderazzjoni sħiħa l-ħtieġa li jiġu bbilanċjati s-sikurezza u l-effiċjenza tas-suq mal-ispejjeż għall-partijiet interessati.

3.3.        Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Ir-Regolament propost għandu żewġ partijiet ewlenin: miżuri li jindirizzaw l-operaturi kollha tas-suq fil-kuntest tas-saldu tat-titoli (Titolu II) u miżuri li jindirizzaw b’mod speċifiku lis-CSDs (Titoli III, IV u V). It-titoli li jifdal, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet (Titolu I) u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali (Titolu VI) japplikaw għaż-żewġ partijiet tal-proposta.

3.3.1.     Kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta (Titolu I)

Ir-Regolament propost ikopri s-CSDs kollha, iżda jeżenta mir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni lill-membri tas-SEBĊ u l-korpi nazzjonali u pubbliċi oħrajn li jipprovdu servizzi simili, bħall-korpi nazzjonali tal-Istati Membri inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew biex jintervjenu fiha, li li kieku jkunu jikkawlifikaw bħala CSDs. Minkejja dan, dawn l-istituzzjonijiet jibqgħu soġġetti għas-sett sħiħ ta’ rekwiżiti għas-CSDs. Huma eżenti mit-Titolu IV li jimponi s-segregazzjoni bejn is-servizzi bankarji anċillari għas-saldu u servizzi oħra tas-CSD peress li dawn l-istituzzjonijiet, fl-essenza tan-natura tagħhom, jipprovdu servizzi anċillari bħal dawn.

Rigward l-istrumenti finanzjarji, il-proposta tkopri l-istrumenti finanzjarji kollha f’dak li jikkonċerna s-CSDs, iżda tkopri l-aktar it-titoli trasferibbli kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE (MiFID) (essenzjalment ishma u bonds) għall-finijiet tat-Titolu II dwar is-saldu ta’ titoli.

3.3.2.     Saldu ta’ titolu (Titolu II)

Objettiv ewlieni tar-Regolament propost jikkonsisti fit-tkabbir tas-sikurezza tas-saldu. It-Titolu II jinkludi tliet settijiet ta’ miżuri sabiex jinkiseb dan il-għan. L-ewwel nett, jimponi l-hekk imsejħa dematerjalizzazzjoni/immobilizzazzjoni tat-titoli, li huwa l-ħruġ ta’ titoli fil-format ta’ entrata fil-kotba. Din il-miżura għandha l-għan li żżid l-effiċjenza tas-saldu, tiffaċilita t-tqassir tal-perjodi tas-saldu u tiżgura l-integrità ta' ħruġ ta' titoli billi tippermetti rikonċiljazzjoni eħfef taż-żamma tat-titoli. Titoli b'entrata fil-kotba mhux neċessarjament iridu jiġu rreġistrati f’CSD qabel ma jiġu nnegozjati jew mogħtija bħala kollateral. Pereżempju, jistgħu jiġu rreġistrati minn reġistraturi. Madanakollu, jekk jiġu nnegozjati f’ċentri regolati mid-Direttiva 2004/39/KE (MiFID), dawn iridu jiġu rreġistrati f’CSD, sabiex jibbenefikaw mill-protezzjoni għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli skont id-Direttiva 98/26/KE u sabiex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni bejn it-titoli rreġistrati, fuq naħa, u t-titoli negozjati, fuq in-naħa l-oħra. Ir-Regolament propost jipprovdi għal perjodu ta' transazzjoni twil biżżejjed, sal-1 ta' Jannar 2018 ħalli jippermetti lill-operaturi tas-suq mill-Istati Membri fejn għadhom jeżistu ammonti sinifikanti ta' titoli fuq il-karta biex jikkonformaw ma' din il-miżura.

It-tieni, it-Titolu II jarmonizza l-perjodu tas-saldu għat-tranżazzjonijiet tat-titoli madwar l-UE. Fl-Ewropa, ħafna mit-tranżazzjonijiet ta’ titoli jiġu saldati fi żmien jumejn jew tlieta wara l-ġurnata tan-negozjar, skont is-suq. Il-perjodu tas-saldu ser jiġi armonizzat u stipulat għal jumejn wara l-ġurnata tan-negozjar, għalkemm ser ikunu permessi perjodi iqsar tas-saldu. It-tielet, it-Titolu II jarmonizza l-miżuri dixxiplinarji tas-saldu madwar l-UE. Dawn jikkonsistu f’miżuri ex ante għall-prevenzjoni tal-fallimenti tas-saldu, u miżuri ex post biex jindirizzaw il-fallimenti tas-saldu. L-objettiv ewlieni huwa li jonqsu l-fallimenti tas-saldu u li tiġi skoraġġita kwalunkwe kompetizzjoni li tbaxxi l-istandards għad-dixxiplina tas-saldu, pereżempju bejn swieq li jista’ jkollhom sistemi ta’ penali differenti fis-seħħ. Id-dispożizzjonijiet proposti jmorru lil hinn mil-livell tas-CSDs u għandhom l-għan li jissottomettu lill-parteċipanti fis-suq li jonqsu milli jfornu t-titoli fid-data ta’ saldu maħsuba għal proċedura ta’ ‘xiri sfurzat’ armonizzata, li tista’ tiġi eżekwita minn CCP, fil-każ ta’ tranżazzjoni kklerjata, jew inkluża b’mod ieħor fir-regoli proprji taċ-ċentri tan-negozjar.

3.3.3.     CSDs (Titolu III)

Awtorizzazzjoni u superviżjoni tas-CSDs (Kapitolu I)

Id-Direttiva 98/26/KE diġà tiddefinixxi s-sistemi tas-saldu tat-titoli bħala arranġamenti formali li jippermettu t-trasferimenti ta’ titoli bejn parteċipanti differenti. Madanakollu, dik id-direttiva ma tindirizzax l-istituzzjonijiet li huma responsabbli mit-tħaddim ta’ dawn is-sistemi. Fir-rigward tal-kumplessità ta’ dawn is-sistemi u r-riskji relatati mas-saldu li dejjem qed jiżdiedu, huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet li jħaddmu sistemi ta’ saldu tat-titoli jiġu legalment definiti, awtorizzati u superviżati skont sett ta’ standards prudenzjali komuni. CSD huwa definit bħala persuna ġuridika li tħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli u tal-inqas servizz ewlieni ieħor (jew servizz ‘notarili’ jew servizz ta’ manutenzjoni ċentrali). Barra minn hekk, is-CSDs jitħallew iwettqu ċerti servizzi 'anċillari' biss, li fil-parti l-kbria tagħhom huma relatati mas-servizzi ewlenin. Fejn dawn is-servizzi anċillari jinkludu servizzi tat-taxxa, is-CSDs ikun jeħtiġilhom jiżguraw li huma konformi mal-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istati Membri konċernati. Fil-każ ta' proċeduri ta' ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn, is-CSDs ikun jeħtiġilhom osservaw kwalunkwe rekwiżit li l-Istat Membru tas-sors tal-pagamenti soġġetti għat-taxxa minn ras il-għajn jimponi fuq l-intermedjarji finanzjarji sabiex jawtorizzahom japplikaw it-taxxa minn ras il-għajn u jitolbu ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn f'isem is-sidien benefiċjarji tal-pagamenti. Dan jista' b'mod partikolari jinvolvi l-obbligu li tiġi rapportata informazzjoni dwar l-investitur direttament lill-Istat Membru tas-sors (biex ikun jista' jintalab ħelsien mit-taxxi minn ras il-għajn fis-sors), li jista' mbagħad jgħaddiha lill-Istat Mmebru tar-residenza tas-sid benefiċjarju tal-istrumenti finanzjarji.

Is-CSDs iridu jkunu awtorizzati u superviżati minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-post fejn ikunu stabbiliti. Madanakollu, minħabba l-element transfruntier li qed dejjem jikber tal-attività tagħhom, ikollhom jiġu kkonsultati awtoritajiet oħrajn relatati mas-sistema/i ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD u relatati ma’ entitajiet ta’ grupp oħrajn. L-AETS se jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi sabiex jiġi armonizzat il-proċess tal-awtorizzazzjoni u sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet.

Il-proposta tagħti “passaport” lis-CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi fl-Unjoni, jew billi jipprovdu direttament servizz fi Stat Membru ieħor jew billi jistabbilixxu fergħa f’dak l-Istat Membru. CSD minn pajjiż terz jista’ jingħata aċċess għall-Unjoni jekk ikun rikonoxxut mill-AETS. Rikonoxximent bħal dan jista’ jingħata biss meta l-Kummissjoni tkun aċċertat li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz ikun ekwivalenti għal dak tal-Unjoni u li l-pajjiż terz jipprovdi għal rikonoxximent ekwivalenti effettiv tal-qafas regolatorju u superviżorju tal-Unjoni; is-CSD huwa soġġett għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva f’dak il-pajjiż terz; u li hemm fis-seħħ ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz.

Rekwiżiti għas-CSDs u kunflitt bejn il-liġijiet (Kapitoli II u III)

Peress li s-CSDs huma sistemikament importanti u jwettqu servizzi kritiċi għas-suq tat-titoli, dawn iridu jkunu soġġetti għal standards prudenzjali għoljin sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħhom u l-protezzjoni tal-parteċipanti tagħhom. Ir-rekwiżiti għas-CRDs huma ggruppjati f’diversi kategoriji fil-Kapitolu II: rekwiżiti organizzazzjonali (Taqsima 1), regoli tal-kondotta tan-negozju (Taqsima 2), rekwiżiti għas-servizzi tas-CSD (Taqsima 3), rekwiżiti prudenzjali (Taqsima 4) u rekwiżiti għall-konnessjonijiet tas-CSD (Taqsima 5).

It-Taqsima 1 teħtieġ li s-CSDs ikollhom arranġamenti ta’ governanza robusti, maniġment superjuri, bord u azzjonisti bl-esperjenza u adattati, u li jistabbilixxu kumitati tal-utenti li jirrappreżentaw l-emittenti u l-parteċipanti għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli. Kull esternalizzazzjoni ta’ servizzi jew attivitajiet ma għandhiex tikkomprometti r-responsabbiltà ta’ CSD lejn il-parteċipanti jew l-emittenti jew l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet superviżorji jew ta’ sorveljanza minn awtoritajiet differenti. Eċċezzjoni importanti hija prevista għall-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni ma’ entitajiet pubbliċi, bħall-proġett T2S imħaddem mill-Eurosystem, li huma rregolati minn qafas iddedikat miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti.

It-Taqsima 2 tintoduċi rekwiżiti importanti għas-CSDs sabiex ikollhom kriterji nondiskriminatorji, trasparenti u strettament ibbażati fuq ir-riskji għall-parteċipazzjoni f’sistemi ta’ saldu tat-titoli. Dawn ir-rekwiżiti huma msaħħa mid-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess stabbiliti fil-Kapitolu IV. Tintroduċi wkoll prinċipji importanti dwar it-trasparenza rigward id-divulgazzjoni pubblika tal-prezzijiet u d-divulgazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-ispejjeż u d-dħul mis-servizz ipprovdut.

It-Taqsima 3, fl-Artikolu 34 dwar ir-rekwiżiti għas-servizzi tas-CSD, tirrikonoxxi r-rwol importanti tas-CSDs fl-iżgurar tal-integrità ta’ ħruġ ta’ titoli u tinkludi obbligi dwar ir-rikonċiljazzjoni dakinhar tal-kontijiet. F’termini ta’ segregazzjoni tal-kontijiet għall-finijiet tal-protezzjoni tal-assi tal-parteċipanti, il-proposta tmur lil hinn mir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 2004/39/KE (MiFID) u teħtieġ li s-CSDs jissegregaw il-kontijiet ta’ kull parteċipant minn dawk ta' parteċipanti oħrajn u li jippermettu lill-parteċipanti jissegregaw il-kontijiet ta’ kull klijent tal-parteċipanti. Rigward is-saldu fi flus, il-proposta teħtieġ li s-CSDs isaldaw f’kontijiet f'banek ċentrali kull meta dan ikun prattikabbli u disponibbli. Saldu fi flus f'bank kummerċjali jista’ jsir, madanakollu, mhux għall-kuntrarju ta' ċerti prattiki attwali, dan għandu jsir permezz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu separata li taġixxi bħala aġent tas-saldu.

Ir-rekwiżiti prudenzjali għas-CSDs stess fit-Taqsima 4 jinkludu dispożizzjonijiet importanti dwar il-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali. Peress li s-CSDs ma jitħallewx iwettqu servizzi tat-tip bankarju b’mod dirett, ir-riskju ewlieni li se jaffaċjaw is-CSDs huwa riskju operazzjonali. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu miżuri xierqa sabiex jiżguraw il-kontinwatà tal-operazzjonijiet, inkluż is-saldu, il-ħin kollu. Huma stabbiliti wkoll rekwiżiti kapitali b’referenza għall-ispejjeż operazzjonali – is-CSDs għandhom iżommu l-kapital, il-qligħ imfaddal u riżervi sabiex ikopru minimu ta’ sitt xhur spejjeż operazzjonali.

Peress li s-CSDs qed isiru dejjem aktar interkonnessi u dan il-proċess huwa mistenni jitħaffef bid-dħul tas-T2S, l-Artikolu 45 jipprovdi għal rekwiżiti prudenzjali importanti għal CSDs konnessi, inkluż l-istabbiliment ta’ regoli identiċi dwar il-finalità tas-saldu.

Il-Kapitolu III għandu l-għan li jżid iċ-ċertezza legali għat-tranżazzjonijiet tat-titoli, billi jipproponi regola dwar kunflitti tal-liġijiet fir-rigward tal-aspetti proprjetarji għat-titoli depożitati għand CSD.

Aċċess għas-CSDs (Kapitolu IV)

Il-ftuħ tas-suq għas-servizzi tas-CSD u t-tneħħija tal-ostakli għall-aċċess huwa wieħed mill-objettivi ta’ din l-inizjattiva. Il-Kapitolu IV jindirizza tliet tipi ta’ aċċess: (a) bejn emittenti u CSDs, (b) bejn CSDs, u (c) bejn CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq.

F’diversi Stati Membri, l-emittenti huma meħtieġa mil-liġi joħorġu ċerti tipi ta’ titoli, l-aktar ishma, fis-CSD nazzjonali. L-Artikolu 47 jintroduċi d-dritt tal-emittenti li jirreġistraw it-titoli tagħhom fi kwalunkwe CSD awtorizzat fl-Unjoni kif ukoll id-dritt għas-CSDs li jipprovdu servizzi għal titoli li ġew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru ieħor. L-ispeċifiċitajiet nazzjonali huma rispettati billi jiġi rrikonoxxut li dan id-dritt għandu jkun mingħajr ħsara għal-liġi tal-kumpaniji li skontha t-titoli jkunu kostitwiti.

It-Taqsimiet 2 u 3 jistabbilixxu l-prinċipji dwar l-aċċess. CSD għandu jkollu d-dritt li jsir parteċipant f’sistema ta’ saldu tat-titoli ta’ CSD ieħor fuq il-bażi ta' prinċipji nondiskriminatorji u bbażati fuq ir-riskji. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-istess prinċipji, CSD għandu jkollu d-dritt li jitlob lil CSD ieħor sabiex jiżvilluppa funzjonijiet speċjali, li għandhom jiġu pprezzati fuq bażi ta’ ‘kost b’addenda’. B’mod simili, CSD għandu jkollu d-dritt li jirċievi aġġornamenti dwar it-tranżazzjonijiet mis-CCPs u ċentri tan-negozjar u dawk l-infrastrutturi għandu jkollhom aċċess għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs. Kull tilwima bejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti tista’ tiġi riferuta lill-AETS sabiex tinstab soluzzjoni.

3.3.4.     Istituzzjonijiet ta’ kreditu maħtura sabiex jaġixxu bħala aġenti tas-saldu (Titolu IV)

Kif ġie spjegat qabel, meta saldu f'bank ċentrali ma jkunx prattiku jew disponibbli, is-CSDs jistgħu joffru lill-parteċipanti tagħhom saldu fi flus f’bank kummerċjali. Madanakollu, is-CSDs ma għandhomx jipprovdu s-servizzi bankarji anċillari għas-saldu huma stess, iżda għandhom ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jagħżlu istituzzjoni ta’ kreditu sabiex taġixxi bħala aġent tas-saldu sabiex jinfetħu kontijiet tal-flus u jagħtu faċilitajiet ta’ kreditu sabiex jiġi ffaċilitat is-saldu sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jurux, abbażi tal-evidenza disponibbli, li l-iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji tal-kreditu u l-likwidità mhijiex mitigata biżżejjed. Din is-separazzjoni bejn is-CSDs u l-aġenti tas-saldu hija miżura importanti sabiex tiġi indirizzata u tiżdied is-sikurezza tas-CSDs. Is-servizzi bankarji anċillari għas-saldu jżidu r-riskji li għalihom huma esposti s-CSDs u għaldaqstant, iżidu l-probabilità li s-CSDs iġarrbu inadempjenza jew ikunu soġġetti għal stress qawwi. Filwaqt li ġeneralment is-servizzi bankarji jiġu pprovduti minn xi CSDs fuq il-bażi ta’ dakinhar u huma limitati għas-servizzi anċillari għas-saldu, l-ammonti ġestiti xorta waħda huma sinifikanti u kwalunkwe inadempjenza ta’ CSDs bħal dawn ikollha konsegwenzi negattivi għas-swieq tat-titoli u tal-pagamenti. Ir-rekwiżit li s-servizzi bankarji jiġu fornuti f’entità legali separata minn dik li tipprovdi s-servizzi ewlenin tas-CSD se jipprevjeni t-trażmissjoni tar-riskji mis-servizzi bankarji għall-forniment ta’ servizzi ewlenin tas-CSD, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza jew stress qawwi li jirriżultaw mis-servizzi bankarji. Dan ir-rekwiżit se jipprovdi wkoll lis-CSDs u lill-awtoritajiet pubbliċi b’aktar għażliet sabiex isibu soluzzjonijiet adattati f’każ ta’ inadempjenza tal-aġent tas-saldu li jipprovdi servizzi bankarji. Għas-CSDs li bħalissa jipprovdu servizzi bankarji, l-ispejjeż ewlenin assoċjati ma’ din il-miżura huma l-ispejjeż legali involuti fil-ftugħ ta’ entità ġuridika separata għall-forniment ta’ servizzi bankarji, filwaqt li s-CSDs li jixtiequ jiżviluppaw servizzi bħal dawn fil-ġejjieni ma jġarrbux spejjeż inkrimentali sinifikanti biex jistabbilixxu entità ġuridika separata. Ma hemm l-ebda alternattiva inqas strinġenti għas-separazzjoni tas-servizzi bankarji, li tkun telimina kompletament il-periklu ta’ trażmissjoni ta' riskji mis-servizzi bankarji għas-servizzi ewlenin tas-CSD.

Sabiex jiġu żgurati l-effiċjenzi li jirriżultaw mid-dispożizzjoni ta' servizzi kemm ta' CSD kif ukoll bankarji fl-istess grupp ta' intrapriżi, ir-rekwiżit li s-servizzi bankarji jitwettqu minn istituzzjoni ta' kreditu differenti ma għandux jipprevjeni lil dik l-istituzzjoni ta' kreditu milli tagħmel parti mill-istess grupp ta' intrapriżi bħas-CSD. Madankollu, jekk servizzi kemm ta' CSD kif ukoll bankarji jiġu pprovduti fl-istess grupp ta' intrapriżi, l-attivitajiet tal-istituzzjoni ta' kreditu li tipprovdi s-servizzi bankarji għandhom ikunu limitati għall-forniment ta' servizzi bankarji anċillari għas-saldu. L-aħħar restrizzjoni timmira li tnaqqas il-profil ġenerali tar-riskju tal-grupp li jirriżulta mill-preżenza ta' istituzzjoni ta' kreditu f'dak il-grupp.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu juru każ b'każ li ma jeżistix riskju sistemiku li jinħoloq mill-forniment ta' servizzi ta' CSD kif ukoll bankarji mill-istess entità ġuridika. F'dan il-każ, tkun tista' ssir talba ġustifikata lill-Kummissjoni Ewropea li tista' tawtorizza deroga. Fi kwalunkwe każ, l-attivitajiet ta' CSD liċenzjat bħala istituzzjoni tal-kreditu għandhom ikunu limitata għall-forniment ta' servizzi bankarji anċillari għas-saldu.

L-istituzzjoni ta’ kreditu li taġixxi bħala aġent tas-saldu għandha tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu[4]. Madanakollu, peress li s-sistema/i tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs għandhom jiġu protetti kemm jista’ jkun kontra kwalunke riskju potenzjali kkawżat mill-aġenti tas-saldu, dawn l-aġenti għandhom jikkonformaw ma' rekwiżiti addizzjonali għall-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu u tal-likwidità fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jaqdu.

Meta wieħed iqis li d-Direttiva 2006/48/KE ma tindirizzax b’mod speċifiku r-riskji tal-kreditu u tal-likwidità ta’ dakinhar li jirriżultaw mill-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari għas-saldu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu soġġetti wkoll għal rekwiżiti ta’ mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu u tal-likwidità li għandhom japplikaw għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li fir-rigward tagħhom huma jaġixxu bħala aġenti tas-saldu. Ir-rekwiżiti proposti għall-aġenti tas-saldu huma spirati mill-istandards internazzjonali tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju u minn prattiki attwali tas-suq. Jinkludu kollateralizzazzjoni sħiħa ta’ skoperturi ta’ kreditu, il-monitoraġġ ta’ likwidità ta’ dakinhar filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni r-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza tal-akbar żewġ parteċipanti u limiti ta’ konċentrazzjoni fuq il-fornituri tal-likwidità.

3.3.5.     Sanzjonijiet (Titolu V)

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji’ twettqet analiżi tas-setgħat ta’ sanzjonar eżistenti u l-applikazzjoni prattika tagħhom bil-għan li tippromwovi l-konverġenza tas-sanzjonijiet fost il-firxa tal-attivitajiet superviżorji[5]. Pereżempju, analiżi tar-reġimi nazzjonali fis-seħħ uriet li l-livelli ta’ sanzjonijiet pekunarji jvarjaw ħafna fost l-Istati Membri, li uħud mill-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ċerti setgħat ta’ sanzjonar importanti għad-dispożizzjoni tagħhom u li xi awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jimponu sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi. Konsegwentement, il-Kummissjoni issa qed tipproponi li l-Istati Membri għandhom jipprevedu li sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa jkunu jistgħu jiġu applikati għal ksur tar-Regolament. Għal dan il-għan, sett minimu ta’ sanzjonijiet u miżuri amministrattivi għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, twissijiet pubbliċi, tkeċċija tal-maniġment, radd lura ta’ profitti miksuba mill-ksur ta’ dan ir-Regolament fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati, u multi amministrattivi. Il-livell massimu ta’ multi amministrattivi ma għandux ikun inqas mil-livell stipulat mir-Regolament – 10% mill-fatturat annwali ta’ entità legali jew ħames miljun Euro jew 10% tad-dħul annwali ta’ persuna fiżika. Meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni għadd ta’ kriterji stabbiliti mir-Regolament, inkluż id-daqs u s-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, l-impatt tal-ksur u l-imġiba kooperattiva tal-persuna responsabbli. Ir-Regolament propost ma jipprevjenix lill-Istati Membri individwali milli jistabbilixxu standards ogħla.

3.3.6.     Konformità mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għar-Regolamenti li jistabbilixxu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar id-Dikjarazzjonijiet fir-rigward tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE li hija għamlet fl-adozzjoni tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont liema: "Fir-rigward tal-proċess tal-adozzjoni ta' standards regolatorji, il-Kummissjoni temfasizza l-karatru uniku tas-settur tas-servizzi finanzjarji, b'segwitu għall-istruttura Lamfalussy u rikonoxxuta espliċitament fid-Dikjarazzjoni 39 TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha dubji serji dwar jekk ir-restrizzjonijiet fuq ir-rwol tagħha meta tadotta atti u mużuri delegati humiex konformi mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE."

4.           Implikazzjonijiet baġitarji

Il-proposta għandha implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni Ewropea relatati mal-kompiti allokati lill-AETS, kif inhu speċifikat fir-rapporti finanzjarji leġiżlattivi li jakkumpanjaw din il-proposta.

2012/0029 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abozz tal-att leġiżlattiv ingħadda lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[7],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Id-depożitorji Ċentrali tat-Titoli (CSDs), flimkien mal-Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) jikkontribwixxu ħafna fil-manutenzjoni tal-infrastrutturi ta’ wara n-negozjar li jissalvagwardjaw is-swieq finanzjarji u jagħtu fiduċja lill-parteċipanti fis-suq li t-tranżazzjonijiet tat-titoli jitwettqu kif inhu xieraq u b’mod tempestiv, anki matul perjodi ta’ kriżi kbira.

(2) Minħabba l-pożizzjoni tagħhom fi tmiem il-proċess tas-saldu, is-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs huma ta’ importanza sistemika għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli. Peress li jinsabu fuq nett fil-katina taż-żamma tat-titoli li permezz tagħha l-parteċipanti tagħhom jirraportaw iż-żamma ta’ titoli tal-investituri, is-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs iservu wkoll bħala għodda essenzjali għall-kontroll tal-integrità ta’ ħruġ u b'hekk għandhom rwol importanti biex tinżamm il-fiduċja tal-investituri. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs huma involuti mill-qrib fil-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja kif ukoll fil-proċess ta’ kollateralizzazzjoni bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu u għadaqstant, huma atturi importanti fis-swieq tal-kollateral.

(3) Filwaqt li d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli[8] naqqset it-tfixkil għal sistema ta’ saldu tat-titoli kkawżat minn proċeduri ta’ insolvenza kontra parteċipant f’dik is-sistema, hemm bżonn li jiġu indirizzati riskji oħrajn li s-sistemi tas-saldu tat-titoli qed iħabbtu wiċċhom magħhom, kif ukoll ir-riskju ta’ insolvenza jew tfixkil fil-funzjonament tas-CSDs li jħaddmu sistemi ta’ saldu tat-titoli. Għadd ta’ CSDs huma soġġetti għal riskji tal-kreditu u tal-likwidità li ġejjin mill-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari għas-saldu.

(4) Fin-nuqqas ta’ regoli prudenzjali komuni, l-għadd dejjem jikber ta’ saldi transfruntieri bħala konsegwenza tal-iżvilupp ta’ ftehimiet ta’ konnessjoni bejn is-CSDs jixħet dubju fuq ir-reżiljenza tas-CSDs meta jidħlu riskji għas-CSDs minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, minkejja ż-żieda fis-saldi transfruntieri, is-swieq ta’ saldu fl-Unjoni għandhom frammentati u s-saldu transfruntier għadu jiswa’ aktar, minħabba regoli nazzjonali differenti li jirregolaw is-saldu u l-attivitajiet tas-CSDs u kompetizzjoni limitata bejn is-CSDs. Din il-frammentazzjoni xxekkel u toħloq riskji u spejjeż addizzjonali għas-saldu transfruntier. Fin-nuqqas ta' obbligi identiċi għall-operaturi tas-suq u standards prudenzjali komuni għas-CSDs, miżuri x'aktarx diverġenti meħuda fil-livell nazzjonali jkollhom impatt dirett negattiv fuq is-sikurezza, l-effiċjenza u l-kompetizzjoni fis-swieq tas-saldu tal-Unjoni. Hemm bżonn li jitneħħew dawn l-ostakli sinifikanti fil-funzjonament tas-suq intern u jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u li jiġi evitat milli jitfaċċaw ostakli u distorsjonijiet bħal dawn fil-ġejjieni. Konsegwentement, il-bażi legali xierqa għal dan ir-Regolament għandha tkun l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(5) Hemm il-bżonn li f’Regolament jiġu stabbiliti għadd ta’ obbligi uniformi li għandhom jiġu imposti fuq il-parteċipanti fis-suq rigward ċerti aspetti taċ-ċiklu tas-saldu u d-dixxiplina u li jiġi pprovdut sett ta’ rekwiżiti komuni għas-CSDs li jħaddmu sistemi ta’ saldu tat-titoli. Ir-regoli direttament applikabbli ta’ Regolament għandhom jiżguraw li l-operaturi kollha tas-suq u s-CSDs ikunu soġġetti għal obbligi u regoli direttament applikabbli. Regolament għandu jtejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza tas-saldu fl-Unjoni billi jipprevjeni regoli nazzjonali diverġenti li jirriżultaw mit-traspożizzjoni ta’ Direttiva. Regolament għandu jnaqqas il-kumplessità regolatorja għall-operaturi tas-suq u s-CSDs li jirriżulta minn regoli nazzjonali differenti u għandu jippermetti lis-CSDs sabiex jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq bażi transfruntiera mingħajr ma jkollhom jikkonformaw ma’ settijiet differenti ta’ rekwiżiti nazzjonali bħal dawk li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni, is-superviżjoni, l-organizzazzjoni jew ir-riskji tas-CSDs. Regolament li jimponi rekwiżiti identiċi fuq is-CSDs għandu jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġu eliminati d-distorzjonijiet għall-kompetizzjoni.

(6) Fl-20 ta’ Ottubru 2010[9], il-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FSB - Financial Stability Board) sejjaħ għal infrastrutturi tas-swieq ewlenin aktar robusti u talab ir-reviżjoni u t-titjib tal-istandards eżistenti. Il-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) qed jiffinalizzaw abbozz ta' standards globali. Dawn għandhom jieħdu post ir-rakkomandazzjonijiet tal-BĦI mill-2001, li ġew adattati permezz ta’ linji gwida mhux vinkolanti fil-livell Ewropew fl-2009 permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET).

(7) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2008[10], il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sikurezza u l-solidità tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli u li jiġu indirizzati l-ostakli legali għall-proċess ta’ wara n-negozjar fl-Unjoni.

(8) Wieħed mill-kompiti bażiċi tas-SEBĊ huwa li tippromwovi t-tħaddim mingħajr intoppi tas-sistemi tal-pagamenti. F’dan ir-rigward, il-membri tas-SEBĊ iwettqu s-sorveljanza billi jiżguraw li jkun hemm sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi. Il-membri tas-SEBĊ spiss jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-parti ta’ flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli. Barra minn hekk, huma wkoll klijenti importanti tas-CSDs, li spiss jamminiġjaw il-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja. Il-membri tas-SEBĊ għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jkunu kkonsultati fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, ir-rikonoxximent ta’ CSDs ta’ pajjiżi terzi u l-approvazzjoni ta’ konnessjonijiet tas-CSDs. Barra minn hekk, għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jiġu kkonsultati fit-tfassil ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) sabiex jiġu żgurati sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi fl-Unjoni u f'pajjiżi oħrajn.

(9) Il-banek ċentrali tal-Istati Membri jew kwalunkwe korp ieħor b’funzjonijiet simili f’ċerti Stati Membri, bħall-korpi nazzjonali tal-Istati Membri inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fih jistgħu huma stess jipprovdu għadd ta’ servizzi li jkunu jikkwalifikawhom bħala CSD. Istituzzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni, iżda għandhom jibqgħu soġġetti għas-sett sħiħ ta’ rekwiżiti prudenzjali għas-CSDs. Peress li l-banek ċentrali jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-finijiet tas-saldu, dawn ukoll għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament.

(10) Dan ir-Regolament għandu japplika għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti u l-attivitajiet finanzjarji kollha tas-CSDs sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tikkonċerna l-istrumenti finanzjarji speċifiċi bħad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE[11] u l-miżuri adottati skont dik id-Direttiva.

(11) Ir-reġistrar ta’ titoli f’format ta’ entrata fil-kotba huwa pass importanti sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-saldu u tiġi żgurata l-integrità tal-ħruġ tat-titoli, b’mod partikolari f’kuntest ta’ kumplessità dejjem tiżdied tal-metodi taż-żamma u t-trasferiment. Għal raġunijiet ta’ sikurezza, dan ir-Regolament jipprovdi għar-reġistrar f’format ta’ entrata fil-kotba tat-titoli trasferibbli kollha. Dan ir-Regolament ma għandux jimponi metodu partikolari wieħed għar-reġistrar tal-entrata fil-kotba inizjali, li jista’ jieħu l-forma ta’ immobilizzazzjoni permezz tal-ħruġ ta’ nota globali jew ta’ dematerjalizzazzjoni immedjata. Dan ir-Regolament ma għandux jimponi t-tip ta’ istituzzjoni li għandha tirreġistra t-titoli f’format ta’ entrata fil-kotba wara l-ħruġ u jippermetti lil atturi differenti, inklużi reġistraturi, sabiex iwettqu din il-funzjoni. Madanakollu, ladarba titoli bħal dawn ikunu negozjati f’ċentri tan-negozjar regolati mid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE[12] jew ipprovduti bħala kollateral skont il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali[13], dawn it-titoli għandhom jiġu rreġistrati f’sistema ta’ entrata fil-kotba ta’ CSD sabiex, fost l-oħrajn, jiġi żgurat li kull titolu bħal dan ikun jista’ jiġi saldat f’sistema ta’ saldu tat-titoli.

(12) Sabiex tkun żgurata s-sikurezza tas-saldu, kull parteċipant f’sistema ta’ saldu tat-titoli li jixtri jew ibigħ ċerti strumenti finanzjarji, b’mod partikolari titoli trasferibbli, strumenti tas-suq monetarju, unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv u kwoti tal-emissjonijiet, għandu jsalda l-obbligu tiegħu fid-data maħsub tas-saldu.

(13) Perjodi ta’ saldi itwal ta’ tranżazzjonijiet f’titoli trasferibbli jikkawżaw inċertezza u riskju akbar għall-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli. Tul ta' żmien differenti ta’ perjodi tas-saldu fost l-Istati Membri jxekklu r-rikonċiljazzjoni u huma sorsi ta’ żbalji għall-emittenti, l-investituri u l-intermedjarji. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġi pprovdut perjodu ta’ saldu komuni li jkun jiffaċilita l-identifikazzjoni tad-data maħsuba tas-saldu u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-miżuri dixxiplinarji tas-saldu. Id-data tas-saldu maħsuba tat-tranżazzjonijiet f’titoli trasferibbli ammessi għan-negozjar f’ċentri tan-negozjar regolati mid-Direttiva 2004/39/KE ma għandhiex tkun aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara li jseħħ in-negozju.

(14) Is-CSDs u l-infrastrutturi l-oħrajn tas-suq għandhom jieħdu miżuri sabiex jipprevjenu u jindirizzaw il-fallimenti tas-saldu. Huwa importanti li dawn ir-regoli jkunu applikati b’mod uniformi u dirett fl-Unjoni. B’mod partikolari, is-CSDs u l-infrastrutturi l-oħrajn tas-suq għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw proċeduri li jippermettulhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jissospendi lil kwalunkwe parteċipant li b’mod sistematiku jikkawża fallimenti tas-saldu u li jippermettulhom ukoll jiddivulgaw l-identità tiegħu lill-pubbliku, dejjem jekk il-parteċipant jingħata l-opportunità jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni.

(15) Wieħed mill-aktar modi effiċjenti sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-saldu huwa dak li jeħtieġ lill-parteċipanti li jfallu sabiex ikun soġġetti għal xiri sfurzat, fejn it-titoli li għandhom jiġu fornuti jkollhom jinxtraw fis-suq wara d-data ta’ saldu maħsuba u fornuti lill-parteċipant li jirċievi. Dan ir-Regolament għandu jipprodi għal regoli uniformi li jikkonċernaw ċerti aspetti tat-tranżazzjonijiet ta’ xiri sfurzat għat-titoli trasferibbli, l-istrumenti tas-suq monetarju, l-unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv u l-kwoti tal-emissjonijiet kollha, bħat-twaqqit, il-perjodu ta’ notifika, l-ipprezzar u l-penali.

(16) Peress li l-għan ewlieni ta’ dan ir-Regolament huwa li jintroduċi għadd ta’ obbligi legali imposti direttament fuq l-operaturi tas-suq li, fost l-oħrajn, jikkonsistu fir-reġistrar f’format ta’ entrata fil-kotba f’CSD tat-titoli trasferibbli kollha ladarba dawn it-titoli jkunu negozjati f’ċentri tan-negozjar regolati mid-Direttiva 2004/39/KE jew ipprovduti bħala kollateral skont il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2002/47/KE u fis-saldu tal-obbligi tagħhom mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara li jseħħ in-negozju u peress li s-CSDs huma responsabbli mit-tħaddim tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli u mill-applikazzjoni ta’ miżuri sabiex jipprovdu saldu f’waqtu fl-Unjoni, huwa essenzjali li jiġi żgurat li s-CSDs kollha jkunu sikuri u solidi u l-ħin kollu konformi ma' rekwiżiti organizzazzjonali stretti, tal-kondotta tan-negozju u prudenzjali stabbiliti minn dan ir-Regolament. Għaldaqstant, regoli uniformi u direttament applikabbli rigward l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tas-CSDs huma konsegwenza essenzjali tal-obbligi legali imposti fuq il-parteċipanti fis-suq minn dan ir-Regolament, kif ukoll interrelatati ma’ xulxin. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu inklużi r-regoli rigward l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs fl-istess att bħall-obbligi legali imposti fuq il-parteċipanti fis-suq.

(17) Jekk jittieħed f’kunsiderazzjoni l-fatt li s-CSDs għandhom ikunu soġġetti għal sett ta’ rekwiżiti komuni u li sabiex jiġi eliminati l-ostakli eżistenti għas-saldu transfruntier, kwalunkwe CSD awtorizzat għandu jgawdi l-libertà li jipprovdi s-servizzi tiegħu ġewwa t-territorju tal-Unjoni jew billi jwaqqaf fergħa jew billi jforni servizzi direttament.

(18) Ġewwa suq tas-saldu tal-Unjoni mingħajr konfini, hemm bżonn li jiġu definiti l-kompetenzi tal-awtoritajiet differenti involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħżlu b’mod speċifiku l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jingħataw is-setgħat superviżorja u investigattiva meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. CSD għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-awtorità kompetenti ta’ fejn huwa stabbilit, liema awtorità tkun f'pożizzjoni tajba u għandha tingħata s-setgħa teżamina kif is-CSDs joperaw ta’ kuljum, twettaq eżamijiet regolari u tieħu l-azzjonijiet xierqa meta jkun neċessarju. Madanakollu, dik l-awtorità għandha tikkonsulta fl-aktar stadju bikri u tikkoopera mal-awtoritajiet relevanti l-oħrajn, li jinkludu l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD u, fejn applikabbli, mal-banek ċentrali relevanti li jaġixxu bħala aġent tas-saldu għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli u anki, fejn applikabbli, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ entitajiet ta’ gruppi oħrajn. Din il-kooperazzjoni timplika wkoll tagħrif immedjat tal-awtoritajiet involuti f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jaffettwaw il-likwidità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit is-CSD jew il-parteċipanti tiegħu. Kull fejn CSD jipprovdi s-servizzi tiegħu fi Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn huwa stabbilit, kemm permezz tal-istabbiliment ta’ fergħa jew inkella permezz ta’ forniment dirett ta' servizzi, l-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tiegħu tkun dik prinċipalment responsabbli għas-superviżjoni ta’ dak is-CSD.

(19) Kwalunwe persuna ġuridika li taqa’ taħt din id-definizzjoni ta’ CSD trid tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qabel ma tibda bl-attivitajiet tagħha. Sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni mudelli ta’ negozju differenti, CSD għandu jiġi definit b’referenza għal ċerti servizzi ewlenin, li jikkonsistu f’saldu, li jimplika t-tħaddim ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli, servizzi notarili u ta' manutenzjoni ċentrali tal-kontijiet tat-titoli. Tal-inqas CSD għandu jkun iħaddem sistema waħda ta’ saldu tat-titoli u jipprovdi servizz ewlieni wieħed ieħor jew aktar. Għaldaqstant, din id-definizzjoni għandha teskludi l-entitajiet li ma jħaddmux sistemi ta’ saldu tat-titoli bħal reġistraturi jew awtoritajiet u korpi pubbliċi responsabbli għal sistema ta' reġistrazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva 2003/87/KE. Din it-taħlita hija essenzjali biex is-CSDs iwettqu r-rwol tagħhom fis-saldu tat-titoli u fl-iżgurar tal-integrità tal-ħruġ tat-titoli.

(20) Sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-CSDs f’attivitajiet oħra li mhumiex dawk soġġetti għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, l-attivitajiet tas-CSDs awtorizzati għandhom ikunu limitati għall-forniment ta’ servizzi koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom u ma għandu jkollhom l-ebda parteċipazzjoni, kif definit fir-Regolament b’referenza għar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji[14], jew kwalunwe sjieda, diretta jew indiretta, ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital fi kwalunkwe istituzzjoni oħra li ma tipprovdix servizzi simili.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza fil-funzjonament tas-sistemi tas-saldu tat-titoli, dawn tal-aħħar għandhom jitħaddmu biss mis-CSDs soġġetti għar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament jew minn banek ċentrali.

(22) Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi tal-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istati Membri, is-CSDs għandhom ikunu awtorizzati jipprovdu servizzi anċillari għas-servizzi ewlenin tagħhom li jikkontribwixxu għat-titjib fis-sikurezza, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-swieq tat-titoli. Fejn il-forniment ta' dawn is-servizzi jirrelata ma' proċeduri ta' taxxa minn ras il-għajn, dan jibqa' jitwettaq skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru konċernat.

(23) CSD li għandu l-ħsieb li jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza jew li jipprovdi servizz ewlieni jew anċillari ġdid, li jħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli oħra, li juża bank ċentrali ieħor bħala aġent tas-saldu jew li jistabbilixxi konnessjoni ma' CSD għandu japplika għall-awtorizzazzjoni billi jsegwi l-istess proċedura bħal għall-awtorizzazzjoni inizjali, bl-eċċezzjoni li l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lis-CSD li japplika fi żmien tliet xhur dwar jekk awtorizzazzjoni tkunx ingħatat jew ġietx miċħuda.

(24) Is-CSDs stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu joffru s-servizzi tagħhom jew permezz ta' fergħa jew permezz ta' forniment dirett ta' servizzi lill-emittenti u l-parteċipanti stabbiliti fl-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom hemm u jistgħu jistabbilixxu konnessjonijiet mas-CSDs stabbiliti fl-Unjoni soġġetti għar-rikonoxximent mill-AETS. Minħabba n-natura globali tas-swieq finanzjarji, l-AETS tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tirrikonoxxi s-CSDs ta’ pajjiżi terzi. L-AETS tista’ tirrikonoxxi lil CSDs ta’ pajjiżi terzi biss jekk il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li dawn huma soġġetti għal qafas legali u superviżorju ekwivalenti għal dak stipulat f’dan ir-Regolament, jekk huma effettivament awtorizzati u superviżati f’pajjiżhom u jekk ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tas-CSDs. Ir-rikonoxximent mill-AETS huwa soġġett għal rikonoxximent ekwivalenti effettiv tal-qafas prudenzjali applikabbli għas-CSDs stabbiliti fl-Unjoni u awtorizzat skont dan ir-Regolament.

(25) Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni n-natura globali tas-swieq finanzjarji u l-importanza sistemika tas-CSDs, joħroġ il-bżonn li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti prudenzjali li huma soġġetti għalihom. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom isegwu r-rakkomandazzjonijiet eżistenti żviluppati mis-CPSS-IOSCO u s-SEBĊ-KRET. L-AETS għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-istandards eżistenti u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa f’dan ir-Regolament.

(26) Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni l-kumplessità kif ukoll in-natura sistemika tas-CSDs u tas-servizzi li jipprovdu, regoli ta’ governanza trasparenti għandhom jiżguraw li l-maniġment superjuri, il-membri tal-bord, l-azzjonisti u l-parteċipanti, li huma f'pożizzjoni li jeżerċitaw kontroll kif definit b’referenza għas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati[15], fuq it-tħaddim tas-CSD, kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti tas-CSD.

(27) Ir-regoli ta’ governanza trasparenti għandhom jiżguraw li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-interessi tal-azzjonisti, il-maniġment u l-persunal tas-CSD min-naħa, u l-interessi tal-utenti tagħhom min-naħa l-oħra. Dawn il-prinċipji ta’ governanza għandhom japplikaw mingħajr ħsara għall-mudell ta’ sjieda adottat mis-CSD. Il-kumitati tal-utenti għandhom jitwaqqfu għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD sabiex jagħtu pariri lill-bord tas-CSD dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jħallu impatt fuq il-membri tiegħu.

(28) Minħabba l-importanza tal-kompiti fdati lis-CSDs, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi li s-CSDs ma jittrasferixxux ir-responsabbiltajiet tagħhom lejn partijiet terzi permezz ta’ esternalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. L-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet bħal dawn għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet stretti li jħallu r-responsabbiltà fuq is-CSDs għall-attivitajiet tagħhom u jiżgura li ma jiġux imxekkla s-superviżjoni u s-sorveljanza tas-CSDs. F’ċerti kundizzjonijiet, l-esternalizzazzjoni minn CSD tal-attivitajiet tiegħu lil entitajiet pubbliċi tista’ tiġi eżentata minn dawn ir-rekwiżiti.

(29) Ir-regoli tal-kondotta tan-negozju għandhom jipprovdu trasparenza fir-relazzjonijiet bejn is-CSD u l-utenti tiegħu. B’mod partikolari, CSD għandu jkun iddivulga b’mod pubbliku kriterji trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji għall-parteċipazzjoni fis-sistema tas-saldu tat-titoli, li jkunu jippermettu li jiġi ristrett l-aċċess tal-parteċipanti fuq il-bażi tar-riskji involuti biss. Rimedju veloċi u xieraq għandu jitqiegħed għad-dispożizjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizzaw kwalunkwe ċaħda mhux ġustifikata tas-CSDs biex jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-parteċipanti. CSD għandu jiddivulga b’mod pubbliku l-prezzijiet u t-tariffi għas-servizzi tiegħu. Sabiex jiġi pprovdut aċċess miftuħ u nondiskriminatorju għas-servizzi tas-CSD u minħabba s-setgħa sinifikanti fis-suq li s-CSDs għad għandhom fit-territorju tal-Istati Membri rispettivi tagħhom, CSD ma jistax jitbiegħed mill-politika ta’ pprezzar tiegħu. CSD għandu jipprovdi għal proċeduri ta’ komunikazzjoni rikonoxxuti. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni jakkumpanjaw u jsaħħu d-dritt tal-parteċipanti fis-suq li jużaw sistema ta’ saldu fi Stat Membri previst fid-Direttiva 2004/39/KE.

(30) Minħabba r-rwol ċentrali tas-sistemi tas-saldu tat-titoli fis-swieq finanzjarji, meta jipprovdu s-servizzi tagħhom, is-CSDs għandhom jiżguraw saldu f’waqtu, l-integrità tal-ħruġ, is-segregazzjoni tal-kontijiet tat-titoli miżmuma għal kull parteċipant u l-possibbiltà li fuq talba tiġi offruta segregazzjoni ulterjuri tal-kontijiet tal-klijenti tal-parteċipanti. Is-CSDs għandhom jiżguraw li dawn ir-rekwiżiti japplikaw b’mod separat għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minnhom.

(31) Sabiex jiġu evitati r-riskji tas-saldu minħabba l-insolvenza tal-aġent tas-saldu, CSD għandu jsalda, kull meta din il-possibbiltà tkun prattika u disponibbli, il-parti li tikkonsisti fi flus tat-tranżazzjoni ta’ titoli permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ bank ċentrali. Jekk din l-għażla ma tkunx prattikabbli u disponibbli, CSD għandu jkun kapaċi jsalda permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu mwaqqfa skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu[16] u soġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni speċifika u r-rekwiżiti prudenzjali stipulati fit-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament. Meta taġixxi bħala aġent tas-saldu, din tal-aħħar għandha tkun kapaċi tipprovdi lill-parteċipanti tas-CSDs dawk is-servizzi stabbiliti f’dan ir-Regolament, li huma koperti mill-awtorizzazzjoni, jew inkella tista’ tipprovdi servizzi oħrajn mhux koperti minn dan ir-Regolament.

(32) Peress li dik id-Direttiva 2006/48/KE ma tindirizzax b’mod speċifiku riskji fuq il-kreditu u tal-likwidità ta’ dakinhar li jirriżultaw mill-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari għas-saldu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jipprovdu servizzi bħal dawn għandhom ikunu soġġetti wkoll għal rekwiżiti msaħħa ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u tal-likwidità li għandhom japplikaw għal kull sistema tas-saldu tat-titoli li fir-rigward tagħhom huma jaġixxu bħala aġenti tas-saldu. Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-miżuri speċifiċi mmirati lejn il-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu u l-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu lis-CSDs jaħtru aktar minn istituzzjoni tal-kreditu waħda kull meta jkunu jistgħu juru, abbażi tal-evidenza disponibbli, li l-iskoperturi ta' istituzzjoni ta' kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji tal-kreditu u l-likwidità mhumiex mitigati bis-sħiħ.

(33) Ir-rekwiżit li s-saldu tal-parti li tikkonsisti fi flus tat-tranżazzjoni ta’ titoli jitwettaq minn entità legali separata li taġixxi bħala aġent tas-saldu hija miżura importanti sabiex tiżdied is-sikurezza u r-reżiljenza tas-CSDs. Tabilħaqq jidher li separazzjoni bħal din bejn is-servizzi ewlenin tas-CSDs u s-servizzi bankarji anċillari għas-saldu hija indispensabbli sabiex jitneħħa kull periklu ta’ trażmissjoni tar-riskji mis-servizzi bankarji, bħal riskji tal-kreditu u tal-likwidità, lill-forniment tas-servizzi ewlenin tas-CSDs. Ma hemmx miżuri inqas intrusivi disponibbli sabiex jitneħħew dawk ir-riskji tal-kreditu u tal-likwidità sabiex jiġi żgurat il-livell previst ta’ sikurezza u reżiljenza tas-CSDs. Madankollu, sabiex jiġu żgurati l-effiċjenzi li jirriżultaw mid-dispożizzjoni ta' kemm is-servizzi ta' CSD kif ukoll dawk bankarji fl-istess grupp ta' intrapriżi, ir-rekwiżit li s-servizzi bankarji jitwettqu minn istituzzjoni ta' kreditu differenti ma għandux jipprevjeni lil dik l-istituzzjoni ta' kreditu milli tagħmel parti mill-istess grupp ta' intrapriżi bħas-CSD. Jekk kemm is-servizzi tas-CSD u dawk bankarji jiġu pprovduti fl-istess grupp ta' intrapriżi, sabiex jiżdiedu s-sikurezza u l-effiċjenza tas-servizzi pprovduti, l-attivitajiet tal-istituzzjoni ta' kreditu li tipprovdi s-servizzi bankarji għandhom ikunu limitati għall-forniment ta' servizzi bankarji anċillari għas-saldu. Barra minn dan, deroga mill-obbligu ta' separazzjoni bejn is-servizzi bankarji anċillari għas-saldu mis-servizzi ewlenin tas-CSDs għandha tkun disponibbli fin-nuqqas ta' kwalunkwe periklu ta’ trażmissjoni tar-riskji tal-kreditu u l-likwidità mis-servizzi bankarji għall-forniment tas-servizzi ewlenin tas-CSDs. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-possibbiltà ta' deroga mill-obbligu fuq CSDs li ma jipprovdu l-ebda tip ta' servizzi bankarji aniċillari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tiddeċiedi, fuq talba ta' awtorità nazzjonali kompetenti, dwar jekk xi deroga bħal din hijiex permissibbli fid-dawl ta' nuqqas ta' riskju sistemiku imġarrab mill-forniment ta' servizzi kemm ewlenin ta' CSD kif ukoll dawk bankarji mill-istess entità ġuridika. Fi kwalunkwe każ, l-attivitajiet ta' CSD li jibbenefika minn xi deroga bħal din u li hu awtorizzat bħala istituzzjoni ta' kreditu għandhom ikunu limitati esklussivament għall-forniment ta' servizzi bankarji anċillari għas-saldu.

(34) Sabiex jiġi pprovdut grad suffiċjenti ta’ sikurezza u kontinwità tas-servizzi pprovduti mis-CSDs, is-CSD għandu jkun soġġett għal rewiżiti prudenzjali u kapitali speċifiċi li huma uniformi u direttament applikabbli u li jimmitigaw ir-riskji legali, operazzjonali u tal-investimenti tiegħu.

(35) Is-sikurezza tal-ftehimiet ta’ konnessjoni stabbiliti bejn is-CSDs għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti speċifiċi sabiex ikun jista’ jsir aċċess mill-parteċipanti rispettivi tagħhom għal sistemi tas-saldu tat-titoli oħrajn. Ir-rekwiżit li tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju f'entità ġuridika separata ma għandux ipprevjeni lis-CSDs milli jirċievu servizzi bħal dawn, partikolarment meta jkunu parteċipanti f'sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra. Huwa partikolarment importanti li kwalunkwe riskju potenzjali li jirriżulta mill-arranġamenti ta' konnessjoni bħal riskji tal-kreditu, likwidità, organizzazzjonali jew oħrajn għas-CSDs jiġu mmitigati kompletament. Għal konnessjonijiet interoperabbli, huwa importanti li sistemi konnessi tas-saldu tat-titoli ikollhom mumenti ta’ entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment identiċi fis-sistema, l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ trasferiment u l-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus. Għandhom ikunu japplikaw l-istess prinċipji għas-CSDs li jużaw l-stess infrastruttura ta’ teknoloġija tal-informazzjoni (IT) għas-saldu.

(36) Bħala operaturi tas-sistemi tas-saldu tat-titoli, is-CSDs għandhom rwol importanti fl-ipproċessar ta’ trasferiment ta’ titoli f’kontijiet ta’ titoli. Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali b’mod partikolari fil-kuntest transfruntier, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar il-liġi applikabbli għall-aspetti ta’ sjieda fir-rigward tat-titoli li jinżammu minn CSD fil-kontijiet tiegħu. Filwaqt li ssegwi l-approċċ meħud mir-regoli eżistenti dwar il-kunflitti ta’ liġijiet, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-post fejn jinżammu l-kontijiet ta’ CSD.

(37) F’ħafna Stati Membri, l-emittenti huma meħtieġa mil-liġi nazzjonali li joħorġu ċerti tipi ta’ titoli, b’mod partikolari ishma, fis-CSDs nazzjonali tagħhom. Sabiex jitneħħa dan l-ostaklu għall-funzjonament bla intoppi tas-suq ta’ wara n-negozjar tal-Unjoni u sabiex l-emittenti jkunu jistgħu jagħżlu l-aktar mezz effiċjenti sabiex jamminiġjaw it-titoli tagħhom, l-emittenti għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu kwalunkwe CSD stabbilit fl-Unjoni sabiex jirreġistraw t-titoli tagħhom u sabiex jirċievu kwalunkwe servizz relevanti mingħand CSD. Rimedju veloċi u xieraq għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizzaw kull ċaħda inġustifikata tas-CSDs milli jipprovdu s-servizzi tagħhom lil emittenti. Sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-azzjonisti, id-dritt li l-emittenti jagħżlu CSD ma għandux jipprevjeni l-applikazzjoni tal-liġijiet korporattivi nazzjonali li t-titoli huma kkostitwiti skonthom u li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-emittenti u l-azzjonisti tagħhom.

(38) Il-Kodiċi Ewropew tal-Kondotta għall-Ikklerjar u s-Saldu tas-7 ta’ Novembru 2006[17] ħolqu qafas volontarju sabiex ikun hemm aċċess bejn is-CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq. Madanakollu, is-settur ta’ wara n-negozjar għadu frammentat skont linji nazzjonali, u dan iżid l-ispejjeż għan-negozjar transfruntier. Hemm bżonn li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-konnessjonijiet bejn is-CSDs u ta’ aċċess bejn is-CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq. Sabiex is-CSDs ikunu jistgħu joffru aċċess lill-parteċipanti tagħhom għal swieq oħrajn, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsiru parteċipant ta’ CSD ieħor jew li jitolbu lil CSD ieħor jiżviluppa funzjonijiet speċjali ħalli jiksbu aċċess għal dan tal-aħħar. Rimedju veloċi u xieraq għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizza kwalunkwe ċaħda inġustifikata ta’ CSD milli jagħti aċċess lil CSD ieħor. Peress li l-konnessjonijiet tas-CSDs jistgħu jintroduċu riskju addizzjonali għas-saldu, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti relevanti.

(39) Is-CSDs għandu jkollhom aċċess anki għall-aġġornamenti dwar it-tranżazzjonijiet minn CCP jew ċentru tan-negozjar u dawk l-infrastrutturi tas-suq għandu jkollhom aċċess għas-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs, sakemm aċċess bħal dan ma jkunx jipperikola t-tħaddim tal-attivitajiet tagħhom. Rimedju veloċi u xieraq għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizza kwalunkwe ċaħda inġustifikata tas-CSDs jew infrastrutturi tas-suq milli jipprovdu aċċess għas-servizzi tagħhom.

(40) Qafas prudenzjali sod u ta’ kondotta tan-negozju għas-settur finanzjarju għandu jiġi msejjes fuq reġimi sodi ta’ superviżjoni u sanzjonar. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jingħataw biżżejjed setgħat sabiex jaġixxu u għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq reġimi ta’ sanzjonar deterrenti li għandhom jintużaw kontra kwalunkwe kondotta illegali. Fil-Komunikazzjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tisħiħ tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji, twettqet analiżi tas-setgħat ta’ sanzjonar eżistenti u l-applikazzjoni prattika tagħhom bil-għan li tippromwovi l-konverġenza tas-sanzjonijiet fuq il-firxa tal-attivitajiet superviżorji.

(41) Għaldaqstant, sabiex tiġi żgurata konformità effettiva mis-CSDs, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula bħala aġenti tas-saldu, il-membri tal-korpi tal-maniġment tagħhom u kull persuna oħra li effettivament tikkontrolla n-negozju tagħhom jew kwalunwe persuna oħra bir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu japplikaw sanzjonijiet amministrattivi u miżuri li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(42) Sabiex tiġi pprovduta applikazzjoni deterrenti u konsistenti tas-sanzjonijiet fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal lista ta’ sanzjonijiet amministrattivi ewlenin u l-miżuri li jeħtieġ li jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, għas-setgħa li jimponu dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri fuq il-persuni kollha, kemm jekk ġuridiċi jew inkella fiżiċi, responsabbli għal ksur, għal lista ta’ kriterji ewlenin meta jiġu determinati l-livell u t-tip ta’ dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri u għal livelli ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi. Multi amministrattivi għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni fatturi bħal kwalunkwe benefiċċju finanzjarju identifikat li jirriżulta mill-ksur, il-gravità u kemm dam il-ksur, kwalunkwe fatturi li jaggravaw jew jimmitigaw, il-ħtieġa li l-multi jkollhom effett deterrenti u, fejn din tkun xieraq, l-inklużjoni ta’ skont għall-kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti. L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-drittijiet tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (Artikolu 8) u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (Artikolu 47).

(43) Sabiex jiġi identifikat ksur potenzjali, għandhom jiġu implimentati mekkaniżmi effettivi li jħeġġu r-rapportar ta’ ksur potenzjali jew ksur reali ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jinkludu salvagwardji adegwati għall-persuni li jirraportaw il-ksur potenzjali jew reali ta’ dan ir-Regolament u għall-persuni akkużati b’dan il-ksur. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa sabiex ikun hemm konformità mad-dritt ta’ protezzjoni tad-dejta personali tal-persuna akkużata, mad-dritt ta’ difiża u ta’ smigħ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali li taffettwa lil dik il-persuna kif ukoll mad-dritt ta’ li jintalab rimedju effettiv quddiem tribunal kontra kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li taffettwa lil dik il-persuna.

(44) Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġi tal-Istati Membri relatata mas-sanzjonijiet kriminali.

(45) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[18] tirregola l-ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandha sseħħ skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data[19] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data [dejta] jirregola l-ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq mill-AETS skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ dejta personali mwettqa mill-AETS għandha ssir skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(46) Dan ir-Regolament huwa konformi mad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partioklari d-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat, il-libertà li jitwettqu attivitajiet ekonomiċi, u jrid jiġi applikat skont dawn ir-regoli u l-prinċipji.

(47) L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE[20], għandu jkollha rwol ċentrali fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u billi ssib soluzzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejniethom.

(48) Bħala korp b’kompetenzi ferm speċjalizzati rigward it-titoli u s-swieq tat-titoli, ikun effiċjenti u xieraq li l-AETS tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet politiċi, sabiex jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. Kull meta dan ikun speċifikat, l-AETS għandha tinvolvi mill-qrib anki lill-membri tas-SEBĊ u lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE[21].

(49) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tal-elementi dettaljati tal-miżuri dixxiplinarji tas-saldu; it-tagħrif u elementi oħrajn li jridu jiġu inklużi minn CSD fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni; it-tagħrif li l-awtoritajiet differenti għandhom jipprovdu lil xulxin meta jissuperviżaw lis-CSDs; id-dettalji tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-domiċilju u dawk ospitanti; l-elementi tal-arranġamenti tal-governanza għas-CSDs; id-dettalji tar-reġistri li għandhom jinżammu mis-CSDs; id-dettalji tal-miżuri li għandhom jittieħdu mis-CSDs sabiex tinżamm l-integrità tal-ħarġa; il-protezzjoni tat-titoli tal-parteċipanti; it-twettiq f’waqtu tas-saldu; il-mitigazzjoni tar-riskji operazzjonali u tar-riskji li jiġu mill-konnessjonijiet tas-CSDs; id-dettalji tar-rekwiżiti kapitali għas-CSDs; id-dettalji tar-rekwiżiti prudenzjali għarr-riskji tal-kreditu u tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula.

(50) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tal-formoli u l-mudelli standard għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mis-CSDs; għall-forniment ta’ tagħrif bejn awtoritajiet kompetenti differenti għall-finijiet ta’ superviżjoni tas-CSDs; għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni relevanti bejn l-awtoritajiet tad-domiċilju u dawk ospitanti; għall-formati tar-reġistri li għandhom jinżammu mis-CSDs; għall-proċeduri f’każijiet fejn parteċipant jew emittent ma jingħatax aċċess għal CSD, CSDs ma jingħatawx aċċess bejniethom jew bejn CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq; għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet differenti qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni lil aġent tas-saldu.

(51) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B’mod partikolari, l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tad-dettalji speċifiċi li jikkonċernaw id-definizzjonijiet; il-kriterji li skonthom l-operazzjonijiet ta’ CSD fi Stat Membru ospitanti għandhom jitqiesu ta’ importanza sostanzjali għal dak l-Istat Membri; is-servizzi li għalihom CSD ta’ pajjiż terz għandha tfittex li tikseb rikonoxximent mill-AETS u t-tagħrif li s-CSD applikant għandu jipprovdi lill-AETS fl-applikazzjoni tiegħu għar-rikonoxximent; ir-riskji li jistgħu jiġġustifikaw ċaħda ta’ aċċess minn CSD lil parteċipanti u l-elementi tal-proċedura disponibbli għall-parteċipanti li qed jitolbu aċċess; il-valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fejn is-saldu fi flus tal-bank ċentrali ma jkunx prattikabbli u disponibbli; l-elementi tal-proċedura għal aċċess ta’ emittenti għal CSDs, aċċess bejn CSDs u bejn CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq.

(52) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tieħu deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-regoli ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ rikonoxximent ta’ CSDs ta’ pajjiżi terzi u derogi mill-obbligu ta' separazzjoni tas-servizzi bankarji anċillari għas-saldu mis-servizzi ewlenin ta' CSD. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[22].

(53) Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi għas-saldu kif ukoll għas-CSDs, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jikseb dawk l-objettivi.

(54) Hemm bżonn li tiġi emendata d-Direttiva 98/26/KE sabiex tiġi konformi mad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)[23], fejn is-sistemi ta’ saldu tat-titoli magħżula ma jibqgħux jiġu notifikati lill-Kummissjoni iżda lill-AETS.

(55) L-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u rikonoxximent ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi differita sabiex is-CSDs stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi jingħataw żmien biżżejjed sabiex jiksbu l-awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent stipulati f’dan ir-Regolament.

(56) Hemm il-bżonn ukoll li tiġi differita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni ta’ ċerti titoli trasferibbli f’format ta’ entrata fil-kotba u s-saldu ta’ obbligi fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara n-negozjar sabiex il-parteċipanti fis-suq li għandhom titoli fuq il-karta jew li jużaw perjodi ta’ saldu itwal jingħataw biżżejjed żmien sabiex jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Titolu I Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għas-saldu ta’ strumenti finanzjarji fl-Unjoni u regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kondotta tad-depożitorji ċentrali tat-titoli għall-promozzjoni ta’ saldu sikur u mingħajr intoppi.

2. Dan ir-Regolament japplika għas-saldu tal-istrumenti u l-attivitajiet finanzjarji kollha tas-CSDs sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3. Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji speċifiċi, partikolarment id-Direttiva 2003/87/KE.

4. L-Artikoli 9 sa 18 u 20 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ma japplikawx għall-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), korpi nazzjonali oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili jew il-korpi pubbliċi tal-Istati Membri inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fih.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘depożitorju ċentrali tat-titoli’ (‘CSD’) tfisser persuna ġuridika li tħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli elenkata fil-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness u li tal-inqas twettaq servizz ewlieni ieħor elenkat fit-Taqsima A tal-Anness;

(2) ‘saldu’ tfisser it-tlestija ta’ tranżazzjoni ta’ titoli bil-għan li jitwettqu l-obbligi ta’ parteċipanti permezz tat-trasferiment ta’ fondi jew titoli;

(3) ‘sistema ta’ saldu tat-titoli’ tfisser sistema skont l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE li n-negozju tagħha jikkonsisti fit-twettiq ta’ ordnijiet ta’ trasferiment kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(4) ‘perjodu ta’ saldu’ tfisser il-perjodu ta’ żmien bejn id-data tan-negozjar u d-data ta’ saldu maħsuba;

(5) ‘jum ta’ negozjar’ tfisser jum ta’ negozjar kif definit fil-punt (n) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(6) ‘falliment tas-saldu’ tfisser li s-saldu ta’ tranżazzjoni ta’ titoli ma jseħħx fid-data ta’ saldu maħsuba minħabba nuqqas ta’ titoli jew flus, irrelevanti mill-kawża sottostanti;

(7) ‘data ta’ saldu maħsuba’ tfisser id-data li fiha l-partijiet għal tranżazzjoni ta’ titoli jaqblu li għandu jseħħ is-saldu;

(8) ‘kontroparti ċentrali (CCP)’ tfisser entità li tidħol bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati ġewwa suq finanzjarju wieħed jew aktar, fejn issir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej;

(9) ‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità magħżula minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 10;

(10) ‘parteċipant’ tfisser kwalunkwe parteċipant, kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE, inkluża CCP, f’sistema ta’ saldu tat-titoli;

(11) ‘parteċipazzjoni’ tfisser parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 78/660/KEE, jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

(12) ‘Stat Membru tal-pajjiż tad-domiċilju’ oriġini’ tfisser l-Istat Membru li fih ikun awtorizzat is-CSD;

(13) ‘Stat Membru ospitanti’ tfisser l-Istat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih CSD ikollu fergħa jew jipprovdi servizzi ta’ CSD;

(14) ‘fergħa’ tfisser post tan-negozju li mhijiex l-uffiċċju prinċipali li huwa parti minn CSD, li ma għandux personalità ġuridika u li jipprovdi servizzi ta’ CSD li għalihom ġie awtorizzat is-CSD;

(15) ‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn żewġ impriżi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(16) ‘inadempjenza ta’ parteċipant’ tfisser sitwazzjoni fejn jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, kif definiti fil-punt (j) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE, kontra parteċipant;

(17) ‘kunsenja kontra ħlas’ (‘DVP - Delivery Versus Payment’) tfisser mekkaniżmu ta’ saldu ta’ titoli li jorbot trasferiment ta’ titoli ma’ trasferiment ta’ fondi b’mod li l-kunsenja ta’ titoli sseħħ biss jekk iseħħ il-ħlas korrisponenti;

(18) ‘kont ta’ titoli’ tfisser kont li fih it-titoli jistgħu jiġu kkreditati jew iddebitati;

(19) ‘konnessjoni ma' CSD’ tfisser arranġament bejn CSDs fejn CSD jiftaħ kont fis-sistema ta’ saldu tat-titoli ta’ CSD ieħor sabiex jiffaċilita t-trasferiment ta’ titoli mingħand il-parteċipanti tiegħu għal għand il-parteċipanti ta’ dak is-CSD. Il-konnessjonijiet tas-CSDs jinkludu aċċess għal konnessjoni standard, aċċess għal konnessjoni personalizzata u konnessjonijiet interoperabbli;

(20) ‘aċċess għal konnessjoni standard’ tfisser konnessjoni ta’ CSD fejn CSD ikun konness ma’ CSD ieħor bħal kwalunkwe parteċipant ieħor fis-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn dan tal-aħħar;

(21) ‘aċċess għal konnessjoni personalizzata’ tfisser konnessjoni ma’ CSD fejn CSD jipprovdi servizzi speċifiċi lil CSD ieħor differenti mis-servizzi pprovduti lil parteċipanti oħrajn fis-sistema ta’ saldu tat-titoli tiegħu;

(22) ‘konnessjonijiet interoperabbli’ tfisser konnessjonijiet ta' CSDs fejn is-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs isiru interoperabbli kif definit fil-punt (o) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(23) ‘titoli trasferibbli’ tfisser titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (18) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;

(24) ‘strumenti tas-suq monetarju’ tfisser strumenti tas-suq monetarju kif definiti fil-punt (19) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;

(25) ‘l-unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv’ tfisser l-unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv kif imsemmi fil-punt (3) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;

(26) ‘kwoti tal-emissjonijiet’ tfisser kwalunkwe kwota rikonoxxuta għall-konformità tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE;

(27) ‘suq regolat’ tfisser ‘suq regolat’ kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;

(28) ‘faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF - Multilateral Trading Facility)’ tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;

(29) ‘faċilità organizzata tan-negozjar (OTF - Organised Trading Facility)’ tfisser kwalunkwe sistema jew faċilità, li mhijiex suq regolat jew MTF, imħaddma minn ditta tal-investiment jew operatur tas-suq, fejn interessi ta’ xiri jew bejgħ ta’ partijiet terzi multipli fi strumenti finanzjarji jistgħu jinteraġixxu fis-sistema b’mod li jirriżutla f’kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva 2004/39/KE;

(30) ‘sussidjarja’ tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(31) ‘aġent tas-saldu’ tfisser aġent tas-saldu kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 li jikkonċernaw il-miżuri sabiex tispeċifika l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet fil-punti (17), (20), (21) u (22) tal-paragrafu 1, u sabiex tispeċifika s-servizzi anċillari stabbiliti fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima B tal-Anness u s-servizzi stabbiliti fil-punti (1) u (2) tat-Taqsima C tal-Anness.

Titolu II Saldu ta’ titoli

Kapitolu I Format ta’ entrata fil-kotba

Artikolu 3 Format ta’ entrata fil-kotba

1. Kwalunkwe kumpanija li toħroġ titoli trasferibbli li huma ammessi għan-negozjar fuq swieq regolati għandha tipprovdi sabiex dawn it-titoli jkunu rappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba bħala immobilizzazzjoni permezz tal-ħruġ ta’ nota globali, li tirrappreżenta l-ħruġ sħiħ, jew sussegwenti għal ħruġ dirett tat-titoli f’forma dematerjalizzata.

2. Fejn it-titoli msemmija fil-paragrafu 1 jiġu nnegozjati fi swieq regolati, f'faċilitajiet ta' negozjar multilaterali (MTFs) jew faċilitajiet ta' negozjar organizzati (OTFs) jew ikunu trasferiti wara arranġament ta’ kollateral finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/47/KE, dawk it-titoli għandhom jiġu rreġistrati f’format ta’ entrata fil-kotba f’CSD qabel id-data tan-negozju, sakemm ma jkunux diġà ġew irreġistrati b’dan il-mod.

Artikolu 4 Infurzar

1. L-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun imwaqqfa l-kumpanija li toħroġ it-titoli għandhom ikunu kompetenti sabiex jiżguraw li jiġi applikat l-Artikolu 3(1).

2. L-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni ta’ swieq regolati, MTFs u OTFs għandhom jiżguraw li jiġi applikat l-Artikolu 3(2) meta t-titoli msemmija fl-Artikolu 3(1) jiġu nnegozjati fi swieq regolati, MTFs jew OTFs.

3. L-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/47/KE għandhom ikunu kompetenti sabiex jiżguraw li jiġi applikat l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament meta t-titoli msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament jiġu trasferiti wara arranġament ta’ kollateral finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/47/KE.

Kapitolu II Perjodi ta’ saldu

Artikolu 5 Dati ta’ saldu maħsuba

1. Kwalunkwe parteċipant f’sistema ta’ saldu tat-titoli li jixtri jew ibiegħ f’ismu jew f’isem parti terza titoli trasferibbli, strumenti tas-suq monetarju, unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv u kwoti tal-emissjonijiet għandu jsalda l-obbligu tieħu marbuta mas-sistema ta’ saldu tat-titoli fid-data ta’ saldu maħsuba.

2. Fir-rigward tat-titoli trasferibbli msemmija fil-paragrafu 1, li huma nnegozjati fi swieq regolati, MTFs jew OTFs, id-data ta’ saldu maħsuba ma għandhiex tkun aktar tard mit-tieni jum ta’ negozju wara li jseħħ in-negozju.

3. L-awtorità relevanti tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD għandha tkun kompetenti sabiex tiżgura li jiġu applikati l-paragrafi 1 u 2.

Kapitolu III Dixxiplina rigward is-saldu

Artikolu 6 Miżuri għall-prevenzjoni ta’ fallimenti tas-saldu

1. Kwalunkwe suq regolat, MTF jew OTF għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu l-konferma tad-dettalji relevanti ta’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5 (1) fid-data meta ntbagħtulu l-ordnijiet.

2. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi proċeduri li jiffaċilitaw is-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) fid-data tas-saldu maħsuba. Għandu jippromwovi s-saldu bikri fid-data tas-saldu maħsuba permezz ta’ mekkaniżmi xierqa, bħal struttura ta' tariffa progressiva.

3. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi għodod ta’ monitoraġġ li jippermettulu jidentifika minn qabel is-saldu ta’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) li l-aktar għandhom probabbiltà jfallu u għandu jeħtieġ lill-parteċipanti jissaldaw dawn it-tranżazzjonijiet fid-data ta’ saldu maħsuba.

4. B’konsultazzjoni mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dettalji tal-proċeduri li jippermettu l-konferma tad-dettalji relevanti tat-tranżazzjonijiet u li jiffaċilitaw is-saldu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u d-dettalji tal-għodod ta’ monitoraġġ li jidentifikaw il-fallimenti tas-saldu probabbli msemmija fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7 Miżuri li jindirizzaw il-fallimenti tas-saldu

1. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jisabbilixxi sistema li timmonitorja l-fallimenti tas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1). Għandu jipprovdi rapporti regolari lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe persuna b’interess leġittimu fir-rigward tal-għadd u d-dettalji tal-fallimenti tas-saldu u kwalunkwe tagħrif relevanti ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqsmu mal-AETS kwalunkwe tagħrif relevanti dwar il-fallimenti tas-saldu.

2. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi proċeduri li jiffaċilitaw is-saldu ta’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) li mhumiex saldati fid-data ta’ saldu maħsuba. Dawn il-proċeduri għandhom jipprovdu għal mekkaniżmu ta’ penali deterrenti biżżejjed għall-parteċipanti li jikkawżaw il-fallimenti tas-saldu.

3. Parteċipant f’sistema ta’ saldu tat-titoli li jonqos milli jforni l-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-parteċipant li jirċievi fid-data ta’ saldu maħsuba għandu jkun soġġett għal xiri sfurzat fejn dawk l-istrumenti għandhom jinxtraw fis-suq mhux aktar tard minn erbat ijiem wara d-data ta’ saldu maħsuba u pprovduti lil dak il-parteċipant li jirċievi u miżuri oħra skont il-paragrafu 4.

4. Bħala minimu, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jispeċifikaw:

(a) il-penali ta’ kuljum imħallsa mill-parteċipant inadempjenti għal kull jum ta’ negozjar bejn id-data ta’ saldu maħsuba u d-data reali tas-saldu;

(b) il-perjodu ta’ notifika mogħti lill-parteċipant inadempjenti qabel l-eżekuzzjoni ta’ xiri sfurzat;

(c) l-ipprezzar u l-ispejjeż ta’ xiri sfurzat;

(d) fejn relevanti, il-parti li teżegwixxi x-xiri sfurzat;

(e) l-ammont ta’ kumpens għall-parti li tirċievi fil-każ li ma tkunx possibbli l-eżekuzzjoni tax-xiri sfurzat;

5. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiżguraw li:

(a) il-parteċipant li jirċievi, tal-inqas jieħu l-prezz tal-istrumenti finanzjarji miftiehem fiż-żmien meta seħħ in-negozjar;

(b) il-penali ta’ kuljum imħallsa mill-parteċipant inadempjenti hija detterrenti biżżejjed għall-parteċipant inadempjenti;

(c) fejn ma tkunx possibbli l-eżekuzzjoni tax-xiri sfurzat, l-ammont ta’ kumpens fi flus imħallas lill-parteċipant li jirċievi jkun ogħla mill-prezz tal-istrumenti finanzjarji miftiehem fi żmien in-negozjar u l-aħħar prezz disponnibbli pubblikament għal dawn l-istrumenti fiċ-ċentru tan-negozjar fejn sar in-negozju, u jkun deterrenti biżżejjed għall-parteċipant inadempjenti;

(d) il-partijiet imsemmija fil-paragrafu 7, inklużi s-CCPs, li jeżegwixxu x-xiri sfurzat jiddivulgaw lill-parteċipanti t-tariffi imposti għal dan is-servizz;

(e) jekk parti li mhijiex il-parteċipant inadempjenti teżegwixxi x-xiri sfurzat, il-parteċipant inadempjenti jirrimborża l-ammonti kollha mħallsa mill-parti li teżegwixxi skont il-paragrafi 3 u 4.

6. Is-CSDs, is-CCPs, is-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettulhom jissospendu lil kwalunkwe parteċipant li jonqos b’mod sistematiku milli jipprovdi l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 jew il-flus fid-data tas-saldu maħsuba u jiddivulgaw lill-pubbliku l-identità tiegħu biss wara li l-parteċipant jingħata l-opportunità jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

7. Il-paragrafi 2 sa 6 għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet kollha tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 5(1) li huma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati, innegozjati f’MTFs jew OTFs jew ikklerjati minn CCP.

Għal tranżazzjonijiet ikklerjati minn CCP qabel ma jiġu saldati ġewwa sistema ta’ saldu tat-titoli, għandhom jiġu eżegwiti mis-CCP il-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 sa 5.

Għal tranżazzjonijiet mhux ikklerjati minn CCP, is-swieq regolati, MTFs u OTFs għandhom jinkludu fir-regoli interni tagħhom obbligu fuq il-parteċipanti tagħhom sabiex dawn ikunu soġġetti għal miżuri msemmija l-paragrafi 3 sa 5.

8. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dettalji tas-sistema li timmonitorja l-fallimenti tas-saldu u r-rapporti dwar il-fallimenti tas-saldu msemmija fil-paragrafu 1, tal-proċeduri li jiffaċilitaw is-saldu ta’ tranżazzjonijiet wara l-fallimenti tas-saldu msemmija fil-paragrafu 2 u l-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 5.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8 Infurzar

1. L-awtorità relevanti tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD għandha tkun kompetenti sabiex tiżgura li jiġu applikati l-Artikoli 6 u 7 u sabiex timmonitorja l-penali imposti, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tas-swieq regolati, MTFs, OTFs, u CCPs msemmija fl-Artikolu 7. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-penali msemmija fl-Artikolu 7(2) u (4) u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(6).

2. Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni fir-rigward tal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Titolu III Depożitorji ċentrali tat-titoli

Kapitolu I Awtorizzazzjoni u superviżjoni tas-CSDs

Taqsima 1 L-awtoritajiet responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs

Artikolu 9 Awtorità kompetenti

CSD għandu jiġi awotrizzat u superviżat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

Artikolu 10 Għażla tal-awtorità kompetenti

1. Kull Stat Membru għandu jagħżel l-awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet skont dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs stabbiliti fit-territorju tiegħu u għandi jgħarraf lill-AETS dwar dan.

Fejn Stat Membru jagħżel aktar minn awtorità kompetenti waħda, dan għandu jiddetermina r-rwoli rispettivi tagħhom u għandu jagħżel awtorità waħda li għandha tkun responsabbli għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn, l-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11, l-AETS, u l-ABE kull meta dan ikun imsemmi b’mod speċifiku f’dan ir-Regolament.

2. Fuq is-sit elettroniku tagħha, l-AETS għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti magħżula skont il-paragrafu 1.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 11 L-awtoritajiet relevanti

1. L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu involuti fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs kull meta dan ikun speċifikament imsemmi f’dan ir-Regolament:

(a) l-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD fl-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għal dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli;

(b) fejn dan ikun applikabbli, il-bank ċentrali fl-Unjoni li l-parti ta’ flus ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD tkun saldata fil-kotba tiegħu jew, fil-każ ta’ saldu permezz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu skont it-Titolu IV, il-bank ċentrali fl-Unjoni emittenti tal-munita relevanti.

2. Fuq is-sit elettroniku tagħha, l-AETS għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet relevanti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 12 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1. L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 u l-AETS għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fis-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 13. Kull meta dan ikun xieraq u relevanti, din il-kooperazzjoni għandha tinkludi awtoritajiet jew korpi pubbliċi oħrajn, b’mod partikolari dawk stabbiliti jew appuntati skont id-Direttiva 2003/87/KE.

Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 fil-valutazzjonijiet differenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9 skont l-Artikolu 16 tr-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2. Fl-eżerċizzju tad-dmrijiet ġenerali tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni serja l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati, b’mod partikolari fis-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 13, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli.

Artikolu 13 Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS u lil xulxin dwar sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CSD, inklużi kwalunkwe żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit is-CSD jew wieħed mill-parteċipanti tiegħu.

Taqsima 2 Kundizzjonijiet u proċeduri għall-awtorizzazzjoni tas-CSDs

Artikolu 14 Awtorizzazzjoni ta’ CSD

1. Kwalunkwe persuna ġuridika li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ CSD għandha tikseb awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija stabbilita qabel ma tibda bl-attivitajiet tagħha.

2. L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika s-servizzi stabbiliti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness, li s-CSD huwa awtorizzat li jipprovdi.

3. CSD għandu jikkonforma fil-ħin kollu mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni.

Mingħajr dewmien żejjed, CSD għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla materjali li jaffettwaw il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.

Artikolu 15 Proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni

1. Is-CSD li japplika għandu jissottometti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tiegħu.

2. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jippermetti lill-awtorità kompetenti taċċerta ruħha li s-CSD li japplika jkun stabbilixxa, fi żmien l-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti meħtieġa kollha sabiex jilħaq l-obbligi tiegħu stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandu jkun fiha programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta’ negozju previst u l-organizzazzjoni strutturali tas-CSD.

3. Fi żmien 20 jum ta’ xogħol mir-riċevuta tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih is-CSD li japplika jrid jipprovdi tagħrif addizzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lis-CSD li japplika meta l-applikazzjoni titqies bħala kompluta.

4. Sa mill-mument meta l-applikazzjoni titqies kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat it-tagħrif kollu inkluż fl-applikazzjoni lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 u tikkonsulta lil dawk l-awtoritajiet rigward il-karatteristiċi tas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD li japplika.

5. Qabel ma tagħti awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut fil-każijiet li ġejjin:

(a) is-CSD huwa sussidjarja ta’ CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor;

(b) is-CSD huwa sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor;

(c) is-CSD huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw CSD differenti awtorizzat fi Stat Membru ieħor.

Il-konsultazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkopri dan li ġej:

(a) kemm huma adattati l-azzjonisti u l-parteċipanti msemmija fl-Artikolu 25(4) u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-persuni li effettivament jidderiġu n-negozju tas-CSD kull meta dawk l-azzjonisti, l-parteċipanti u l-persuni jkunu komuni kemm għas-CSD u għal CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor;

(b) jekk ir-relazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 bejn is-CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor u s-CSD li japplika jaffetwawx l-abbiltà ta’ dan tal-aħħar sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

6. Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf bil-miktub lis-CSD li japplika b’deċiżjoni u r-raġunijiet kollha dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx miċħuda.

7. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li s-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16 Effetti tal-awtorizzazzjoni

1. L-attivitajiet tas-CSD awtorizzat għandhom ikunu limitati għall-forniment ta’ servizzi koperti mill-awtorizzazzjoni tiegħu.

2. Sistemi ta’ saldu tat-titoli jistgħu jitħaddmu biss mis-CSDs awtorizzati u mill-banek ċentrali.

3. CSD awtorizzat ma għandu jkun espost għall-ebda riskji relatati mal-forniment ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju mill-istituzzjoni ta’ kreditu magħżula sabiex tipprovdi dawn is-servizzi skont it-Titolu IV.

4. CSD awtorizzat jista’ biss ikollu parteċipazzjoni f’persuna ġuridika li l-attivitajiet tagħha jkunu limitati għall-forniment tas-servizzi stabbiliti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness.

Artikolu 17 Estensjoni u esternalizzazzjoni tal-attivitajiet u s-servizzi

1. CSD awtorizzat għandu jissottometti talba għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf kull meta jkun jixtieq jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza skont l-Artikolu 28 jew jestendi l-attivitajiet tiegħu lil wieħed jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

(a)     servizzi ewlenin u anċillari addizzjonali stabbiliti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness mhux koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali;

(b)     it-tħaddim ta’ sistema oħra ta’ saldu tat-titoli;

(c)     is-saldu tal-parti ta’ flus kollha, jew parti minnha, tas-sistema ta’ saldu tat-titoli tiegħu fil-kotba ta’ bank ċentrali ieħor;

(d)     stabbiliment ta’ xi konnessjoni ma’ CSD.

2. L-għoti ta’ awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 għandu jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lis-CSD li japplika dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx miċħuda fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta.

Artikolu 18 Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-CSD għandha tirtira l-awtorizzazzjoni fi kwalunwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) fejn is-CSD ma jkunx għamel użu mill-awtorizzazzjoni għal 12-il xahar, espressivament jirrinunzja għall-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizzi u lanqas ma wettaq xi attività matul is-sutt xhur ta' qabel;

(b) fejn is-CSD jkun kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn;

(c) fejn is-CSD ma jibqax jikkonforma mal-kundizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma jkunx ħa l-azzjonijiet ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti fi żmien perjodu ta’ żmien stabbilit;

(d) fejn is-CSD ikun kiser ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament b’mod serju u sistematiku.

2. Mill-mument li ssir konxja dwar waħda miċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta minnufih lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 dwar il-ħtieġa li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni ħlief meta deċiżjoni bħal din tkun meħtieġa b’mod urġenti.

3. Fi kwalunkwe mument, l-AETS u kwalunkwe awtorità relevanti msemmija fl-Artikolu 11 tista’ titlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-CSD teżamina jekk is-CSD għadux jikkonfroma mal-kundizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni.

4. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-irtirar għal servizz, attività, jew strument finanzjarju partikolari.

Artikolu 19 Reġistru tas-CSD

1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 14, 17 u 18 għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-AETS.

2. Il-banek ċentrali għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS dwar kwalunkwe CSD li jħaddmu.

3. Isem kull CSD imħaddem b’konformità ma’ dan ir-Regolament u li ngħatatlu awtorizzazzjoni jew rikonoxximent skont l-Artikoli 14, 17 u 23 għandu jiddaħħal f’lista li tispeċifika s-servizzi u l-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li għalihom ikun ġie awtorizzat is-CSD. Il-lista għandha tinkludi l-fergħat imħaddma mis-CSD fi Stati Membri oħrajn u l-konnessjonijiet tas-CSDs. L-AETS għandha tippubblika l-lista fuq is-sit elettroniku ddedikat tagħha u żżommha aġġornata.

4. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkomunikaw lill-AETS dawk l-istituzzjonijiet li joperaw bħala CSDs fi żmien 90 jum mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Taqsima 3 Superviżjoni tas-CSDs

Artikolu 20 Reviżjoni u evalwazzjoni

1. Tal-inqas fuq bażi annwali, l-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn CSD fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u tevalwa r-riskji li s-CSD huwa, jew jista’ jkun, espost għalihom.

2. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-frekwenza u d-dettall tar-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi tieħu f’kunsiderazzjoni d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-CSD ikkonċernat. Ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni għandhom jiġu aġġornati tal-inqas fuq bażi annwali.

3. L-awtorità kompetenti tista’ tissoġġetta lis-CSD għal spezzjonijiet fuq il-post.

4. Meta twettaq ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fi stadju bikri, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 rigward il-funzjonament tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD.

5. B’mod regolari u tal-inqas darba f’sena, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 dwar ir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju jew penali, tar-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

6. Meta twettaq ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tas-CSDs li jkollhom it-tipi ta’ relazzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(5) għandhom jipprovdu lil xulxin bit-tagħrif relevanti kollu li aktarx jiffaċilita l-kompiti tagħhom.

7. L-awtorità kompetenti għandha teħtieġ lis-CSD li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament sabiex, fi stadju bikri, jieħu l-azzjonijiet jew il-passi meħtieġa sabiex jindirizza s-sitwazzjoni.

8. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) it-tagħrif li s-CSD għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b) it-tagħrif li l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtoritajiet relevanti msemmija fil-paragrafu 5;

(c) it-tagħrif li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 6 għandhom jipprovdu lil xulxin.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.           B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-forniment tat-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 4 Forniment ta’ servizzi fi Stat Membru ieħor

Artikolu 21 Libertà ta’ forniment ta’ servizzi fi Stat Membru ieħor

1. CSD awtorizzat jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, jew billi jwaqqaf fergħa jew billi jipprovdi s-servizzi direttament, dejjem jekk it-tipi ta’ attivitajiet ikkonċernati jkunu koperti mill-awtorizzazzjoni.

2. Kull CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li jixtieq jibdel il-firxa ta’ servizzi pprovduti għandu jikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf:

(a) l-Istat Membru li beħsiebu jopera fih;

(b) programm ta’ operazzjonijiet li b’mod partikolari jgħid x'servizzi beħsiebu jipprovdi;

(c) f’każ ta’ fergħa, l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa u l-ismijiet ta’ dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa.

3. Fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika dak it-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-forniment tas-servizzi previsti, ma jkollhiex raġuni sabiex tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.

4. Fejn l-awtorità kompetenti tiċħad milli tikkomunika t-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, din għandha tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħha lis-CSD ikkonċernat fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu.

5. Is-CSD jista’ jibda jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) wara li jirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti li tirrikonoxxi r-riċevuta minn din tal-aħħar tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;

(b) fin-nuqqas ta’ riċevuta ta’ komunikazzjoni, wara xahrejn mid-data ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

6. F’każ ta’ bidla fi kwalunkwe tagħrif ikkomunikat skont il-paragrafu 2, CSD għandu jagħti avviż bil-miktub dwar dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-pajjiż tad-domiċilju tal-inqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti wkoll għandha tiġi mgħarrfa dwar dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-pajjiż tad-domiċilju.

Artikolu 22 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pajjiż tad-domiċilju u tal-pajjiż ospitanti

1. Fejn CSD awtorizzat fi Stat Membru jkun waqqaf fergħa fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-pajjiż tad-domiċilju tas-CSD, fl-eżerċizzju tar-responsabblitajiet tagħha u wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post f’dik il-fergħa.

2. L-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu lis-CSDs li jipprovdu servizzi skont l-Artikolu 21 sabiex jirraportaw għandhom b’mod perjodiku dwar l-attivitajiet tagħhom f’dawk l-Istati Membri ospitanti, b’mod partikolari għal skopijiet ta’ ġbir ta’ statistiki.

3. Fuq talba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u fi żmien perjodu ta’ żmien xieraq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-pajjiż tad-domiċilju tas-CSD għandha tikkomunika l-identità tal-emittenti u l-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD li jipprovdi servizzi f’dak l-Istat Membru ospitanti u kwalunkwe tagħrif relevanti ieħor rigward l-attivitajiet ta’ dak is-CSD fl-Istat Membru ospitanti.

4. Filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tas-swieq tat-titoli fl-Istat Membru ospitanti, meta l-attivitajiet ta’ CSD li jkun waqqaf fergħa jew konnessjonijiet interoperabbli ma’ CSDs oħrajn jew sistemi ta’ saldu ta’ titoli f’dak l-Istat Membru ospitanti jkunu saru ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u l-protezzjoni tal-investituri f’dak l-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tad-domiċilju u tal-pajjiż ospitanti għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni għas-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ dak is-CSD fl-Istat Membru ospitanti.

5. Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u li jistgħu jiġu pprovati biex temmen li CSD li jipprovdi servizzi ġewwa t-territorju tagħha skont l-Artikolu 21 ikun qed jikser l-obbligi li jinħolqu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, din għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Fejn, minkejja miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-pajjiż tad-domiċilju jew għax dawn il-miżuri jkunu inadegwati, is-CSD jippersisti fl-imġiba li tmur kontra l-obbligi li ġejjin tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-pajjiż tad-domiċlju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ġewwa t-territorju tal-Istat Membru ospitanti. L-AETS għandha tiġi mgħarrfa dwar dawn il-miżuri mingħajr dewmien.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi din il-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 rigward il-miżuri għall-istabbiliment ta’ kriterji li skonthom l-operazzjonijiet ta’ CSD fi Stat Membru ospitanti jistgħu jitqiesu ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u l-protezzjoni tal-investituri f’dak l-Istat Membru ospitanti.

7. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 5 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 23 Pajjiżi terzi

1. CSD stabbilit f’pajjiż terz jista’ jipprovdi servizzi ta’ CSD jew permezz ta' fergħa jew permezz ta' forniment dirett ta' servizzi lil emittenti u parteċipanti stabbiliti fl-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni u jista’ jistabbilixxi konnessjonijiet ma’ CSD stabbilit fl-Unjoni, iżda biss jekk dak is-CSD ikun rikonoxxut mill-AETS.

2. Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha tirrikonoxxi CSD imwaqqaf f’pajjiż terz li jkun applika għal rikonoxximent sabiex jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 6;

(b) is-CSD huwa soġġett għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(c) ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti f’dak il-pajjiż terz skont il-paragrafu 7.

3. Meta jiġi vvalutat jekk intlaħqux il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-AETS għandha tikkonsulta ma’:

(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn is-CSD minn pajjiż terz ikun beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD;

(b) l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-CSDs stabbiliti fl-Unjoni li magħhom is-CSD minn pajjiż terz ikun stabbilixxa konnessjonijiet;

(c) l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1);

(d) l-awtorità fil-pajjiż terz responabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs.

4. Is-CSD imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għar-rikonoxximent lill-AETS.

Is-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-AETS bit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ għar-rikonoxximent tiegħu. L-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta fi żmien 30 jum ta’ xogħol mir-riċevuta tal-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-AETS għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih is-CSD li japplika jrid jipprovdi tagħrif addizzjonali.

Id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2.

Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta, l-AETS għandha tgħarraf lis-CSD li japplika bil-miktub b’deċiżjoni rraġunata bis-sħiħ dwar jekk ir-rikonoxximent ingħatax jew ġiex miċħud.

5. B’konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha tirrevedi r-rikonoxximent tas-CSD imwaqqaf f’pajjiż terz f’każ ta’ estensjonijiet minn dak is-CSD fl-Unjoni tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4.

L-AETS għandha tiċħad ir-rikonoxximent ta’ dak is-CSD fejn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti skont il-paragrafu 2 ma jibqgħux issodisfati jew fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 18.

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 66, li tiddetermina l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz sabiex tiżgura li s-CSDs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, li dawk is-CSDs huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa, u li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprovdi għal sistema effettiva ekwivalenti għar-rikonoxximent ta' CSDs awtorizzati skont ir-reġimi legali tal-pajjiż terz.

7. Skont l-Artikolu 33 (1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti relevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqsfa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 6. Bħala minimu, arranġamenti bħal dawn għandhom jispeċifikaw:

(a) il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ tagħrif bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż aċċess għat-tagħrif kollu rigward is-CSDs awtorizzati f’pajjiżi terzi li huwa mitlub mill-AETS;

(b) il-mekkaniżmu għal notifika f’waqtha tal-AETS fejn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li s-CSD li tkun qed tissorvelja jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew leġiżlazzjoni oħra li huwa obbligat jaderixxi magħha;

(c) il-proċedura li tikkonċerna l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi, fejn dawn ikunu xierqa, spezzjonijiet fuq il-post.

Fejn ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għal trasferimenti ta’ dejta personali minn Stat Membru, dawn it-trasferimenti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u fejn ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għal trasferimenti ta’ dejta personali mill-AETS, dawn it-trasferimenti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 45/2001.

8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 li jikkonċernaw miżuri sabiex tispeċifika s-servizzi li għalihom CSD stabbilit f’pajjiż terz għandu japplika għal rikonoxximent mill-AETS skont il-paragrafu 1 u t-tagħrif li s-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-AETS fl-applikazzjoni tiegħu għal rikonoxximent skont il-paragrafu 4.

Kapitolu II Rekwiżiti għas-CSDs

Taqsima 1 Rekwiżiti organizzazzjonali

Artikolu 24 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. CSD għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi sabiex jidentifika, jamministra u jirraporta r-riskji li huwa, jew li jista’ jkun, espost għalihom, u politiki ta’ remunerazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi solidi.

2. CSD għandu jadotta politiki u proċeduri li huma effettivi biżżejjed sabiex jiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża konformità tal-maniġers u l-impjegati tiegħu mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.

3. CSD għandu jżomm u jħaddem arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi miktuba effettivi sabiex jidentifika u jimmaniġja kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali bejnu stess, kif ukoll il-maniġers, l-impjegati, il-membri tal-bord tiegħu jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta magħhom, u l-parteċipanti tiegħu jew il-klijenti tagħhom. Għandu jżomm u jimplimenta proċeduri ta’ riżoluzzjoni adegwati kull meta jkun hemm il-possibbiltà ta' kunflitti ta’ interess.

4. CSD għandu jqiegħed l-arranġamenti ta’ governanza tiegħu u r-regoli li jirregolaw l-attività tiegħu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

5. CSD għandu jkollu proċeduri xierqa sabiex l-impjegati tiegħu jirraportaw internament ksur potenzjali permezz ta’ mezz speċifiku.

6. CSD għandu jkun soġġett għal awditjar spiss u indipendenti. Ir-riżultati ta’ dan l-awditjar għandu jiġi komunikat lill-bord u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.

7. CSD marbut b’konnessjonijiet kapitali ma’ CSD ieħor, kumpanija holding jew ma’ istituzzjoni ta’ kreditu msemmija fit-Titolu IV għandu jadotta politiki u proċeduri dettaljati li jispeċifikaw kif ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw għall-grupp u għall-entitajiet differenti tal-grupp.

8. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-għodod ta’ monitoraġġ għar-riskji tas-CSDs imemmija fil-paragrafu 1, u r-responsabbiltajiet tal-persunal ewlieni fir-rigward ta’ dawn ir-riskji, il-kunflitti ta’ interess potenzjali msemmija fil-paragrafu 3 u l-metodi ta’ awditjar imsemmija fil-paragrafu 6 fil-livell tas-CSD kif ukoll fil-livell tal-grupp.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 25 Maniġment superjuri, il-bord u l-azzjonisti

1. Il-maniġment superjuri ta’ CSD għandu jkollu reputazzjoni u esperjenza tajbin biżżejjed sabiex jiżgura l-ġestjoni solida u prudenti tas-CSD.

2. CSD għandu jkollha bord li tal-inqas terz minnu, iżda mhux inqas minn żewġ membri tiegħu, ikunu indipendenti.

3. Il-kumpens tal-membri indipendenti u ta’ membri oħrajn mhux eżekuttivi tal-bord ma għandux ikun marbut mal-prestazzjoni tan-negozju tas-CSD.

4. Il-bord għandu jkun ifformat minn membri xierqa b’taħlita ta’ ħiliet, esperjenza u għarfien adattati dwar l-entità u s-suq.

5. CSD għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-bord u għandu jqiegħed il-minuti tal-laqgħat tal-bord għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.

6. L-azzjonisti u l-parteċipanti ta’ CSD li huma f’pożizzjoni li jeżerċitaw, b’mod dirett jew indirett, kontroll fuq il-ġestjoni tas-CSD għandhom ikunu adattati sabiex jiżguraw il-ġestjoni solida u prudenti tas-CSD.

7. CSD għandu:

(a) jipprovdi lill-awtorità kompetenti u jippubblika t-tagħrif rigward is-sjieda tas-CSD, u b’mod partikolari, l-identità u l-iskala tal-interessi ta’ kwalunkwe parti f’pożizzjoni li teżerċita kontroll fuq it-tħaddim tas-CSD;

(b) jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar, u jippubblika kwalunkwe, trasferiment ta’ sjieda li jwassal għal bidla fl-identità tal-persuni li jeżerċitaw kontroll fuq it-tħaddim tas-CSD.

8. Fi żmien 60 jum ta’ xogħol mir-riċevuta tat-taħrif imsemmi fil-paragrafu 7, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar il-bidliet proposti fil-kontroll tas-CSD. L-awtorità kompetenti għandha tiċħad milli tapprova l-bidliet proposti fil-kontroll tas-CSD fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jiġu pprovati għalfejn temmen li dawn ikunu jqiegħdu f’riskju l-ġestjoni solida u prudenti tas-CSD jew l-abbiltà li s-CSD tikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 26 Kumitat tal-utenti

1. CSD għandu jwaqqaf kumitati tal-utenti għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, li għandhom ikunu fformati minn rappreżentanti tal-emittenti u tal-parteċipanti f’dawn is-sistemi ta’ saldu tat-titoli. Il-parir tal-kumitat tal-utenti għandu jkun indipedenti minn kwalunkwe influwenza diretta mill-maniġment tas-CSD.

2. CSD għandu jiddefinixxi l-mandat għal kull kumitat tal-utenti mwaqqaf, l-arranġamenti ta’ governanza meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom u l-proċeduri operazzjonali tagħhom, kif ukoll il-kriterji ta’ ammissjoni u l-mekkaniżmu ta’ elezzjoni għall-membri tal-kumitat tal-utenti. L-arranġamenti ta’ governanza għandhom ikunu pubblikament disponibbli u għandhom jiżguraw li l-kumitat tal-utenti jirraporta direttament lill-bord u li jiltaqa' regolarment.

3. Kumitati tal-utenti għandhom jagħtu parir lill-bord tas-CSD dwar arranġamenti ewlenin li jħallu impatt fuq il-membri tagħhom, inklużi l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ emittenti jew parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli tagħhom, il-livell tas-servizz u l-istruttura tal-ipprezzar.

4. Mingħajr ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jiġu mgħarrfa, il-membri tal-kumitati tal-utenti għandhom ikunu marbuta bil-kunfidenzjalità. Fejn president ta’ kumitat tal-utenti jiddetermina li membru jkollu kunflitt ta' interess potenzjali jew reali rigward kwistjoni partikolari, dak il-membru ma għandux jitħalla jivvota dwar dik il-kwistjoni.

5. CSD għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe deċiżjoni li fiha l-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tal-utenti.

Artikolu 27 Żamma tar-rekords

1. CSD għandu jżomm ir-rekords kollha dwar is-servizzi u l-attività pprovduti għal perjodu minimu ta’ ħames snin sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.

2. Meta jintalab CSD għandu jqiegħed ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti u l-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 bl-iskop li jissodisfaw il-mandati tagħhom.

3. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dettalji tar-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom jinżammu għall-iskop ta’ monitoraġġ tal-konformità tas-CSDs mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-format tar-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom jinżammu għall-iskop ta’ monitoraġġ tal-konformità tas-CSDs mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 28 Esternalizzazzjoni

1. Fejn CSD testernalizza servizzi jew attivitajiet lil parti terza, din għandha tibqa’ kompletament responsabbli mir-rilaxx tal-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tikkonforma fil-ħin kollu mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabbiltà tagħha;

(b) ir-relazzjoni u l-obbligi tas-CSD lejn il-parteċipanti jew l-emittenti tagħha ma jinbidlux;

(c) effettivament, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-CSD ma jinbidlux;

(d) esternalizzazzjoni ma tipprevjenix l-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji u ta’ sorveljanza, inkluż l-aċċess fuq il-post għall-kisba ta’ kwalunkwe tagħrif meħtieġ sabiex jitwettqu dawn il-funzjonijiet;

(e) esternalizzazzjoni ma twassalx biex is-CSD jitlef mis-sistemi u l-kontrolli meħtieġa sabiex jimmaniġja r-riskji li jħabbat wiċċu magħhom;

(f) is-CSD ikollu l-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi pprovduti, l-adegwatezza organizzazzjonali u kapitali tal-fornitur tas-servizz, għas-superviżjoni tas-servizzi esternalizzati b’mod effettiv u għall-ġestjoni tar-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(g) is-CSD għandu aċċess dirett għat-tagħrif relevanti tas-servizzi esternalizzati;

(h) il-fornitur tas-servizz jikkoopera mal-awtorità kompetenti u l-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati;

(i) is-CSD jiżgura li l-fornitur tas-servizz jilħaq l-istandards stabbiliti mil-leġiżlazzjoni relevanti ta’ protezzjoni tad-dejta li jkunu japplikaw li kieku l-fornituri tas-servizz kienu stabbiliti fl-Unjoni. Is-CSD huwa responsabbli mill-iżgurar li dawk l-istandards ikunu stabbiliti f’kuntratt bejn il-partijiet u li dawk l-istandards jinżammu.

2. Is-CSD għandu jiddefinixxi fi ftehim bil-miktub id-drittijiet u l-obbligi tiegħu u dawk tal-fornitur tas-servizz. Il-ftehim ta’ esternalizzazzjoni għandu jinkludi l-possibbiltà li s-CSD itemm il-ftehim.

3. Fuq talba, CSD għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 it-tagħrif meħtieġ kollu sabiex jippermettilhom jivvalutaw il-konformità tal-attivitajiet esternalizzati mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4. L-esternalizzazzjoni ta’ servizz ewlieni għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 17 mill-awtorità kompetenti.

5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw fejn CSD jesternalizza wħud mis-servizzi jew l-attivitajiet tiegħu lil entità pubblika u fejn dik l-esternalizzazzjoni tkun irregolata minn qafas legali, regolatorju u operazzjonali ddedikat li sar qbil dwaru u ġie formalizzat b’mod konġunt mill-entità pubblika u s-CSD relevanti u li l-awtoritajiet kompetenti qablu dwaru fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Taqsima 2 Regoli tal-kondotta tan-negozju

Artikolu 29 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. CSD għandu jiġi ddiżenjat biex jilħaq il-ħtiġijiet tal-parteċipanti tiegħu u tas-swieq li jaqdi.

2. CSD għandu jkollu għanijiet u objettivi definiti b’mod ċar li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, bħal fl-oqsma ta’ livelli minimi ta’ servizz, l-aspettattivi ta’ ġestjoni tar-riskji u l-prijoritajiet tan-negozju.

3. CSD għandu jkollu regoli trasparenti għall-ġestjoni tal-ilmenti.

Artikolu 30 Rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni

1. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jkollu kriterji divulgati pubblikament għal parteċipazzjoni li jippermettu aċċess ġust u miftuħ. Dawn il-kriterji għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi, ibbażati fuq ir-riskji, u mhux diskriminatorji sabiex jiġi żgurat aċċess ġust u miftuħ għas-CSD. Kriterji li jillimitaw l-aċċess għandhom jitħallew biss sa fejn l-għan tagħhom ikun li jikkontrollaw ir-riskju għas-CSD.

2. CSD għandu jittratta t-talbiet għall-aċċess minnufih billi jipprovdi risposta għal dawn it-talbiet fi żmien xahar l-aktar tard u għandu jqiegħed l-proċeduri dwar it-trattament tat-talbiet għall-aċċess għad-dispożizzjoni pubblika.

3. CSD jista’ jiċħad aċċess lil parteċipant li jilħaq il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 biss fejn dan ikun ġustifikat sew bil-miktub u fuq il-bażi ta’ analiżi komprensiva tar-riskji.

F’każ ta’ ċaħda, il-parteċipant li jitlob aċċess ikollu d-dritt jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li ċaħad l-aċċess.

L-awtorità kompetenti responsabbli għandha teżamina l-ilment bir-reqqa billi tivvaluta r-raġunijiet għaċ-ċaħda u għandha tipprovdi lill-parteċipant li jitlob l-aċċess bi tweġiba rraġunata.

L-awtorità kompetenti responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-parteċipant li jitlob l-aċċess dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità tal-parteċipant li jitlob aċċess ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, il-kwistjoni għandha tiġi rriferita lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fejn iċ-ċaħda mis-CSD sabiex jagħti aċċess lil parteċipant li jkun qed jitolbu titqies bħala inġustifikata, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha toħroġ ordni li teħtieġ li s-CSD jagħti aċċess lill-parteċipant li jkun qed jitlob dan.

4. CSD għandu jkollu proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat tal-parteċipanti li ma jibqgħux jilħqu l-kriterji għal parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 rigward miżuri sabiex tispeċifika r-riskji li jistgħu jiġġustifikaw ċaħda minn CSD ta’ aċċess lill-parteċipanti u l-elementi tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 3.

6. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli u mudelli standard għall-proċedura msemmija fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 31 Trasparenza

1. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem kif ukoll għal kull wieħed mis-servizzi l-oħrajn li jwettaq, CSD għandu jiddivulga pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi pprovduti. Għandu jiddivulga l-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz u funzjoni pprovduti b’mod separat, inklużi l-iskontijiet u r-roħs u l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jibbenefika minn dak it-tnaqqis. Għandu jagħti aċċess separat lill-klijenti tiegħu għas-servizzi speċifiċi pprovduti.

2. CSD għandu jippubblika lista tal-prezzijiet sabiex jiffaċilita t-tqabbil tal-offerti u sabiex il-klijenti ikunu jistgħu jantiċipaw il-prezz li jkunu jridu jħallsu jekk jużaw is-servizzi.

3. CSD għandu jkun marbut mill-politika ta’ pperzzar ippubblikata tiegħu.

4. CSD għandu jipprovdi lill-klijenti tiegħu dak it-tagħrif li jippermetti rikonċiljament tal-fattura mal-lista tal-prezzijiet ippubblikata.

5. CSD għandu jiddivulga lill-parteċipanti kollha dawk ir-riskji assoċjati mas-servizzi pprovduti.

6. CSD jagħti raġunijiet separati għall-ispejjeż u d-dħul tas-servizzi pprovduti u għandu jiddivulga dak it-tagħrif lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 32 Proċeduri ta’ komunikazzjoni ma’ parteċipanti u infrastrutturi oħrajn tas-suq

Fil-proċeduri ta’ komunikazzjoni tagħhom mal-parteċipanti tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jħaddmu u mal-infrastrutturi tas-suq li huma konnessi magħhom, is-CSDs għandhom jużaw il-proċeduri u l-istandards ta’ komunikazzjoni rikonoxxuti sabiex jintbagħtu l-messaġġi u d-data ta’ referenza sabiex jiġu faċilitati r-reġistrar, il-ħlas u s-saldu effiċjenti.

Taqsima 3 rekwiżiti għas-servizzi tas-CSD

Artikolu 33 Dispożizzjonijiet ġenerali

Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jkollu r-regoli u l-proċeduri xierqa, inklużi prattiki u kontrolli kontabbilistiċi robusti sabiex jgħin jiżgura l-integrità tal-ħruġ ta’ titoli, inaqqas u jimmaniġġja r-riskji assoċjati mal-kustodja u s-saldu ta' tranżazzjonijiet fit-titoli.

Artikolu 34 Integrità tal-kwistjoni

1. CSD għandu jieħu l-miżuri ta’ rikonċiljazzjoni xierqa sabiex jivverifika li l-għadd ta’ titoli li jifforma ħruġ ta’ titoli jew parti minn ħruġ ta’ titoli sottomessi lis-CSD jkun daqs is-somma tat-titoli rreġistrati fil-kontijiet ta’ titoli tal-parteċipanti fis-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD. Miżuri ta’ rikonċiljazzjoni bħal dawn għandhom jitwettqu dakinhar.

2. Fejn dan ikun xieraq u jekk entitajiet oħrajn ikunu involuti fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni għal ċertu ħruġ ta’ titoli, bħall-emittent, ir-reġistraturi, l-aġenti tal-ħruġ, l-aġenti tat-trasferimenti, id-depożitorji komuni, CSDs oħrajn jew entitajiet oħrajn, is-CSD għandu jeħtieġ li dawn l-entitajiet ikollhom miżuri ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju tat-tagħrfi adegwati mas-CSD sabiex tinżamm l-integrità tal-ħruġ.

3. F’sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD ma għandhomx ikunu permessi self kurrenti ta’ titoli, bilanċi tad-dejn jew ħolqien ta’ titoli.

4. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-miżuri ta’ rikonċiljazzjoni li CSD għandu jieħu skont il-paragrafi 1 sa 3.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 35 Protezzjoni tat-titoli tal-parteċipanti

1. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jżomm ir-rekords u l-kontijiet li għandhom jippermettulu li fi kwalunkwe mument u mingħajr dewmien jiddistingwi fil-kontijiet mas-CSD it-titoli ta’ parteċipant mit-titoli ta’ kwalunkwe parteċipant ieħor u, jekk applikabbli, mill-assi proprji tas-CSD.

2. CSD għandu jżomm rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jiddistingwi t-titoli ta’ dak il-parteċipant minn dawk tal-klijenti ta’ dak il-parteċipant.

3. CSD għandu joffri li jżomm ir-rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jagħmel distinzjoni t-titoli ta’ kull wieħed mill-klijenti ta’ dak il-parteċipant, jekk u kif ikun mitlub minn dak il-parteċipant (‘segregazzjoni tal-klijenti individwali’).

4. CSD għandu jiddivulga pubblikament il-livell ta’ protezzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta’ segregazzjoni li jipprovdi u għandu joffri dawn is-servizzi f’termini kummerċjali raġonevoli.

5. CSD ma għandux juża titoli ta’ parteċipant għall-ebda skop sakemm dan ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-parteċipant.

6. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodi ta’ entrata fil-kotba u l-istrutturi tal-kontijiet li jippermettu li ssir distinzjoni bejn il-holdings imsemmija fil-paragrafu 1 sa 3 u l-metodi tal-valutazzjoni tagħhom.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 36 Finalità tas-saldu

1. CSD għandu jiżgura li s-sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem toffri protezzjoni adegwata għall-parteċipanti. Is-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD għandha tingħażel u tiġi nnotifikata skont il-proċeduri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE.

2. CSD għandu jistabbilixxi proċeduri għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli tiegħu li jippermettu li s-saldu jsir filwaqt, espożizzjoni minima tal-parteċipanti tagħhom għar-riskju tal-kontroparti u r-riskju tal-likwidità u rata baxxa ta’ fallimenti tas-saldu.

3. CSD għandu jiddefinixxi b’mod ċar il-punt li jekk jintlaħaq, l-ordnijiet tat-trasferimenti f’sistema ta’ saldu tat-titoli jsiru irrevokabbli, legalment infurzabbli u vinkolanti fuq il-partijiet terzi.

4. CSD għandu jiddivulga l-mument li fih it-trasferimenti tal-fondi u t-titoli f’sistema ta’ saldu tat-titoli jsiru irrevokabbli, legalment infurzabbli u vinkolanti fuq il-partijiet terzi.

5. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-konnessjonijiet u l-infrastrutturi tal-IT komuni tas-saldu stipulati fl-Artikolu 45.

6. CSD għandu jikseb finalità tas-saldu mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozjar tad-data tas-saldu maħsuba. Fuq talba mill-kumitat tal-utenti tiegħu, dan għandu jistalla sistemi li jippermettu li jsir saldu dakinhar jew f’ħin reali.

7. Ir-rikavati fi flus ta’ saldu ta’ titoli għandhom ikunu disponibbli għar-riċevituri sabiex jużawhom mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozjar tad-data tas-saldu maħsuba.

8. It-tranżazzjonijiet kollha ta' titoli għal flus bejn parteċipanti diretti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD għandhom jiġu saldati fuq il-bażi ta’ DVP.

9. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 li jippermettu li s-saldu jsir filwaqt.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 Saldu fi flus

1. Għal tranżazzjonijiet denominati fil-munita tal-pajjiż fejn isir is-saldu, CSD għandu jissalda l-pagamenti fi flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli rispettivi tiegħu permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ bank ċentrali li joperaw f’munita f'din il-munita kull meta dan ikun prattiku u disponibbli.

2. Fejn ma jkunx prattiku u disponibbli li jiġu saldati f’kontijiet ta’ bank ċentrali, CSD jista’ joffri li jsalda l-pagamenti fi flus għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli kollha tiegħu, jew parti minnhom, permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu. Jekk CSD joffri li jsalda f’kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, dan għandu jagħmel dan skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV.

3. Fejn is-CSD joffri saldu kemm f’kontijiet ta’ bank ċentrali kif ukoll f’kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, il-parteċipanti tiegħu għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu bejn dawn iż-żewġ għażliet.

4. CSD għandu jipprovdi biżżejjed tagħrif lill-parteċipanti fis-suq sabiex jippermettilhom jidentifikaw u jevalwaw ir-riskji u l-ispejjeż assoċjati ma’ dawn is-servizzi.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 rigward miżuri li jiddefinixxu l-każijiet fejn is-saldu tal-pagamenti fi flus f’munita speċifika permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ bank ċentrali ma jkunx prattikabbli u disponibbli u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.

Artikolu 38 Proċeduri u regoli dwar l-inadempejnza tal-parteċipanti

1. Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jkollu regoli u proċeduri effettivi u definiti b’mod ċar sabiex jimmaniġja l-inadempjenza ta’ parteċipant sabiex jiġi żgurat li s-CSD jista’ jieħu azzjoni f’waqtha sabiex jillimita t-telf u l-pressjonijiet fuq il-likwidità u jkompli jilħaq l-obbligi tiegħu.

2. CSD għandu jqiegħed ir-regoli u l-proċeduri tiegħu dwar l-inadempjenza għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3. Flimkien mal-parteċipanti tiegħu u partijiet interessati relevanti oħrajn, CSD għandu jwettaq ittestjar u reviżjoni perjodiċi tal-proċeduri tiegħu dwar l-inadempjenza sabiex jiżgura li jkunu prattiċi u effettivi.

4. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-artikolu, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 4 Rekwiżiti prudenzjali

Artikolu 39 Rekwiżiti ġenerali

CSD għandu jadotta qafas ta’ ġestjoni tar-riskji solidu sabiex jimmaniġja b’mod komprensiv ir-riskji legali, tan-negozju, operazzjonali u riskji oħrajn.

Artikolu 40 Riskji legali

1. Għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tiegħu, kif ukoll għat-tagħrif tal-konsumaturi tiegħu, CSD għandu jkollu regoli, proċeduri, u kuntratti li huma ċari u li jistgħu jinftiehmu inklużi għas-sistemi tas-saldu tat-titoli kollha li jħaddem.

2. CSD għandu jfassal ir-regoli, il-proċeduri u l-kuntratti tiegħu sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu infurzati fil-ġurisdizzjonijiet relevanti kollha, anki f’każ ta’ inadempjenza ta’ parteċipant.

3. CSD li jwettaq negozju f’ġurisdizzjonijiet differenti għandu jidentifika u jimmitiga r-riskji li jirriżultaw minn kwalunkwe kunflitt potenzjali fil-liġijiet bejn il-ġurisdizzjonijiet.

Artikolu 41 Riskju ġenerali tan-negozju

CSD għandu jkollu għodod tal-IT ta’ kontroll u ġestjoni robusti sabiex jidentifika, jimmonitorja u jimmaniġja r-riskji tan-negozju ġenerali, inklużi l-istrateġija tan-negozju, il-flussi tal-flus u l-ispejjeż operatorji.

Artikolu 42 Riskji operazzjonali

1. CSD għandu jidentifika kull sors potenzjali ta’ riskju operazzjonali, kemm intern kif ukoll estern, u jimminimizza l-impatt tagħhom permezz tal-użu ta’ għodod tal-IT, kontrolli u proċeduri xierqa, inklużi għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli kollha li jħaddem.

2. CSD għandu jżomm l-għodod tal-IT xierqa li jiżguraw grad għoli ta’ sigurtà u affidabbiltà operazzjonali, u li għandhom kapaċità adegwata. Għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandhom jindirizzaw b’mod adegwat il-kumplessità, il-varjetà u t-tip ta’ servizzi u attivitajiet imwettqa sabiex jiġu żgurati standards għoljin ta’ sigurtà, integrità u kunfidenzjalità tat-tagħrif miżmum.

3. Għas-servizzi notarili u ta’ manutenzjoni ċentrali tiegħu kif ukoll għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika ta’ kontinwità tan-negozju adegwata u pjan ta’ rkupru minn diżastri sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tas-servizzi tiegħu, l-irkupru fil-pront tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CSD fil-każ ta’ avvenimenti li jġibu riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal-operazzjonijiet.

4. Bħala minimu, il-pjan imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprovdi għall-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha fi żmien it-tfixkil sabiex il-parteċipanti f’CSD ikunu jistgħu jkomplu joperaw b’ċertezza u sabiex ilestu s-saldu fid-data skedata. Għandu jinkludi t-twaqqif ta' tieni sit ta’ proċessar bil-livell meħtieġ ta’ riżorsi, kapaċitajiet u funzjonalitajiet ewlenin, inkluż persunal b’ħiliet u esperjenza xierqa.

5. Is-CSD għandu jippjana u jwettaq programm ta’ testijiet tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

6. CSD għandu jidentifika, jimmonitorja u jimmaniġja r-riskji li l-parteċipanti ewlenin fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, kif ukoll il-fornituri tas-servizz u l-utilitajiet, u CSDs oħrajn jew infrastrutturi oħrajn tas-suq jistgħu jġibu magħhom għat-tħaddim tiegħu.

7. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika r-riskji operazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 6, il-metodi sabiex tittestja, tindirizza jew timminimizza dawk ir-riskji, inklużi l-politika ta’ kontinwità tan-negojzu u l-pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 43 Riskji ta’ investimenti

1. CSD għandu jżomm l-assi finanzjarji tiegħu f’banek ċentrali jew istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati li għandhom prattiki ta’ kontabbiltà, proċeduri ta’ kustodja u kontrolli interni robusti li jipproteġu lil dawn l-assi bis-sħiħ.

2. CSD għandu jkollu aċċess fil-pront għall-assi tiegħu, meta jkun meħtieġ.

3. CSD għandu jinvesti r-riżorsi finanzjarji tiegħu unikament fi flus jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju tas-suq u tal-kreditu minimi. Dawn l-investimenti għandhom ikunu kapaċi jiġu likwidati malajr b’effett negattiv minimu fuq il-prezz.

4. CSD għandu jieħu f’kunsiderazzjoni l-iskoperturi għar-riskju ta’ kreditu ġenerali għall-istituzzjonijiet individwali meta jieħu d-deċiżjoni ta’ investiment tiegħu u għandu jiżgura li l-iskopertura għar-riskju ġenerali għal istituzzjoni individwali tibqa’ fi ħdan limiti ta’ konċentrazzjoni aċċettabli.

Artikolu 44 Rekwiżiti kapitali

1. Il-kapital, flimkien mal-qligħ imfaddal u r-riżervi ta’ CSD, għandu jkun proporzjonat mar-riskji mill-attivitajiet tas-CSD. Għandu jkun il-ħin kollu biżżejjed sabiex:

(a) jiżgura li s-CSD ikun adegwatement protett kontra riskji operazzjonali, legali, tan-negozju, tal-kustodja u tal-investimenti;

(b) ikopri telf tan-negozju ġenerali potenzjali, sabiex is-CSD ikun jista’ jkompli jipprovdi s-servizzi bħala negozju avvjat;

(c) jiżgura stralċ jew ristrutturar ordinat tal-attivitajiet tas-CSD tul perjodu ta’ żmien xieraq f’każ ta’ inadempjenza;

(d) jippermetti lis-CSD jissodisfa l-ispejjeż operatorji attwali u proġettati għal minimu ta’ sitt xhur f’medda ta’ xenarji ta' stress.

2. CSD għandu jkollu pjan għal dan li ġej:

(a) il-ġbir ta’ kapital addizzjonali jekk il-kapital tal-ekwità tiegħu jersaq viċin jew jaqa’ taħt ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1;

(b) il-twettiq ta’ stralċ jew riorganizzazzjoni ordinata tal-operazzjonijiet u s-servizzi tiegħu f’każ li s-CSD ma jkunx jista’ jiġbor kapital ġdid.

Dan il-pjan għandu jiġi approvat mill-bord tad-diretturi jew kumitat tal-bord xieraq u aġġornat b’mod regolari.

3. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kapital, il-qligħ imfaddal u r-riżervi ta’ CSD imsemmija fil-paragrafu 1 u l-karatteristiċi tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 5 Rekwiżiti għall-konnessjonijiet tas-CSD

Artikolu 45 Konnessjonijiet tas-CSDs

1. Qabel ma jistabbilixxu konnessjoni ma’ CSD u fuq bażi kontinwa ladarba tkun stabbilita l-konnessjoni, is-CSDs kkonċernati kollha għandhom jidentifikaw, jivvalutaw, jimmonitorjaw u jimmaniġjaw is-sorsi potenzjali kollha ta’ riskju għalihom stess u għall-parteċipanti tagħhom li jinħolqu mill-arranġament tal-konnessjoni.

2. L-arranġamenti tal-konnessjoni għandhom jiġu sottomessi għal awtorizzazzjoni kif meħtieġ fil-punt (d) tal-Artikolu 17(1).

3. Konnessjoni għandha tipprovdi protezzjoni adegwata lis-CSDs konnessi u lill-parteċipanti tagħhom, partikolarment fir-rigward ta' krediti possibbli meħuda mis-CSDs u tar-riskji ta' konċentrazzjoni u likwidità b'riżultat ta' arranġament ta' konnessjoni.

Konnessjoni għandha tkun sostnuta b'arranġament kuntrattwali xieraq li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tas-CSDs konnessi u fejn ikun meħtieġ, tal-parteċipanti tas-CSDs. Arranġament kuntrattwali b’implikazzjonijiet transġurisdizzjonali għandu jipporvdi għal għażla bla ambigwità tal-liġi li tirregola kull aspett tal-operazzjonijiet tal-konnessjoni.

4. Fil-każ ta' trasferiment proviżorju ta' titoli bejn CSDs konnessi, għandu jkun projbit ritrasferiment tat-titoli qabel l-ewwel trasferiment isir finali.

5. CSD li juża intermedjarju sabiex iħaddem konnessjoni ma’ CSD ieħor għandu jkejjel, jimmonitorja u jimmaniġja r-riskji addizzjonali li jinħolqu mill-użu ta’ dak l-intermedjarju.

6. CSDs konnessi għandu jkollhom proċeduri ta’ rikonċiljazzjoni robusti sabiex jiżguraw li r-reġistri rispettivi tagħhom ikunu preċiżi.

7. Il-konnessjonijiet bejn CSDs għandhom jippermettu s-saldu DVP ta’ tranżazzjonijiet bejn parteċipanti f’CSDs konnessi, kull fejn dan ikun prattikabbli u fattibbli. Ir-raġunijiet għal kwalunkwe saldu mhux DVP għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti.

8. Sistemi ta’ saldu tat-titoli interoperabbli u CSDs li jużaw infrastruttura tas-saldu komuni għandhom jistabbilixxu mumenti identiċi ta’:

(c) l-entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema;

(d) l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet tat-trasferiment;

(e) il-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus.

9. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 3 li skonthom kull tip ta’ arranġament ta’ konnessjoni jipprovdi għal protezzjoni adegwata tas-CSDs konnessi u tal-parteċipanti tagħhom, partikolarment meta CSD ikollha ħsieb tipparteċipa fis-sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tar-riskji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 li ġejjin mill-użu tal-intermedjarji, il-metodi ta’ rikonċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, il-każijiet fejn is-saldu DVP permezz tal-konnessjonijiet ikun possibbli u fattibbli kif stipulat fil-paragrafu 7 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament UE Nru 1095/2010.

Kapitolu III Kunflitt ta’ liġijiet

Artikolu 46 Liġi applikabbli għal aspetti proprjetarji

1. Kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-aspetti proprjetarji relatati ma' strumenti finanzjarji miżmuma minn CSD għandha tiġi rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab il-kont.

2. Fejn il-kont jintuża għal saldu f’sistema ta’ saldu tat-titoli, il-liġi applikabbli għandha tkun dik li tirregola dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli.

3. Fejn il-kont ma jintużax għas-saldu f’sistema ta’ saldu tat-titoli, għandu jiġi supponut li dak il-kont qed jinżamm fil-post fejn is-CSD għandu r-residenza abitwali tiegħu kif determinat mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24].

4. L-applikazzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż speċifikata f’dan l-Artikolu għandha tinvolvi l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż li mhumiex ir-regoli tiegħu tad-dritt internazzjonali privat.

Kapitolu IV Aċċess għas-CSDs

Taqsima 1 Aċċess ta’ emittenti għal CSDs

Artikolu 47 Libertà fil-ħruġ f’CSD awtorizzat fl-UE

1. Mingħajr ħsara għal-liġi korporattiva li skontha huma kostitwiti t-titoli, emittent għandu jkollu d-dritt li jirranġa biex it-titoli tiegħu jiġu rreġistrati fi kwalunkwe CSD stabbilit fi kwalunkwe Stat Membru.

2. Meta emittent jissottometti talba biex jirreġistra t-titoli tiegħu f'CSD, dan tal-aħħar għandu jittratta din it-talba minnufih u jipprovdi tweġiba lill-emittent li jagħmel it-talba fi żmien tliet xhur.

3. CSD jista’ jiċħad milli jipprovdi servizzi lil emittent. Ċaħda bħal din tista’ tkun ibbażata biss fuq analiżi tar-riskji komprensiva jew fuq in-nuqqas ta’ aċċess mis-CSD għal aġġornamenti tat-tranżazzjonijiet mis-suq fejn qed jiġu jew se jiġu nnegozjati t-titoli tal-emittent li qed jagħmel it-talba.

4. Fejn CSD jiċħad li jipprovdi servizzi lil emittent, dan għandu jipprovdi lill-emittent li qed jagħmel it-talba bir-raġunijiet sħaħ għaċ-ċaħda tiegħu.

F’każ ta’ ċaħda, l-emittent li jagħmel it-talba għandu jkollu d-dritt li jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li jiċħad li jipprovdi s-servizzi tiegħu.

L-awtorità kompetenti ta’ dak is-CSD għandha teżamina bir-reqqa l-ilment billi tivvaluta r-raġunijiet għaċ-ċaħda pprovduti mis-CSD u għandha tipprovdi lill-emittent bi tweġiba rraġunata.

L-awtorità kompetenti tas-CSD għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-emittent li jagħmel it-talba dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità tal-post tal-istabbiliment tal-emittent li jagħmel it-talba ma taqbilx ma’ dik il-valutazzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fejn iċ-ċaħda mis-CSD li jipprovdi s-servizzi tiegħu lil emittent titqies bħala inġustifikata, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha toħroġ ordni fejn teħtieġ lis-CSD jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-emittent li għamel it-talba.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 li jikkonċernaw il-miżuri sabiex tispeċifika r-riskji li jistgħu jiġġustifikaw ċaħda tal-aċċess minn CSD lil emittenti u l-elementi tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 4.

6. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli u mudelli standard għall-proċedura msemmija fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 2 Aċċess bejn CSDs

Artikolu 48 Aċċess permezz ta' konnessjoni standard

CSD għandu jkollu d-dritt li jsir parteċipant f’CSD ieħor skont l-Artikolu 30 u soġġett għall-awtorizzazzjoni ta' konnessjoni ma’ CSD stipulata fl-Artikolu 17.

Artikolu 49 Aċċess permezz ta' konnessjoni personalizzata

1. Fejn CSD titlob lil CSD ieħor sabiex jiżviluppa funzjonijiet speċjali sabiex ikollu aċċess għal dan tal-aħħar, is-CSD li jirċievi jista’ jiċħad din it-talba biss fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet tar-riskji. Ma tistax tiċħad talba għal raġunijiet ta’ telf ta’ sehem mis-suq.

2. Is-CSD li jirċievi jista’ jitlob tariffa mis-CSD li jagħmel it-talba sabiex joffri konnessjoni personalizzata fuq il-bażi ta’ kost b’addenda, sakemm ma jsirx qbil ieħor bejn iż-żewġ partijiet.

Artikolu 50 Proċedura għal links tas-CSDs

1. Meta CSD jissottometti talba għal aċċess għal CSD ieħor, dan tal-aħħar għandu jittratta din it-talba minnufih u jipprovdi tweġiba lis-CSD li jagħmel it-talba fi żmien tliet xhur.

2. CSD tista' tinnega aċċess lil CSD li titolbu biss fejn dan l-aċċess ikun jaffettwa l-funzjonament tas-swieq finanzjarji u jikkawża riskju sistemiku. Din iċ-ċaħda tista’ tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tar-riskju biss.

Fejn CSD jiċħad milli jagħti aċċess, dan għandu jipprovdi lis-CSD li jagħmel it-talba bir-raġunijiet sħaħ għaċ-ċaħda tiegħu.

F’każ ta’ ċaħda, is-CSD li jagħmel it-talba għandu d-dritt li jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li ċaħad milli jagħti aċċess.

L-awtorità kompetenti responsabbli għandha teżamina bir-reqqa l-ilment billi tivvaluta r-raġunijiet għaċ-ċaħda u għandha tipprovdi lis-CSD li jagħmel it-talba bi tweġiba rraġunata.

L-awtorità kompetenti responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tas-CSD li jagħmel it-talba fil-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità tas-CSD li jagħmel it-talba ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, kull waħda miż-żewġ awtoritajiet tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fejn iċ-ċaħda mis-CSD milli jagħti aċċess lis-CSD li jagħmel it-talba titqies bħal inġustifikata, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha toħroġ ordni fejn titlob li s-CSD jagħti aċċess lis-CSD li jagħmel it-talba.

3. Fejn is-CSDs jaqblu li jistabbilixxu konnessjoni, għandhom jissottomettu d-deċiżjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 17, li għandhom jivvalutaw jekk ir-riskji potenzjali mill-arranġament ta' konnessjoni bħar-riskji tal-krditu, il-likwidità, operazzjonali jew kwalunkwe riskju rilevanti ieħor humiex mitigati bis-sħiħ.

L-awtoritajiet kompetenti tas-CSDs rispettivi jistgħu jiċħdu li jawtorizzaw konnessjoni meta din jista’ jkollha effett fuq il-funzjonament tas-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs li japplikaw.

4. L-awtoritajiet kompetenti tas-CSDs rispettivi għandhom jikkonsultaw lil xulxin rigward l-approvazzjoni tal-konnessjoni u jistgħu, jekk dan ikun meħtieġ f’każ ta’ deċiżjonijiet diverġenti, jirreferu l-kwistjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 li jikkonċernaw il-miżuri sabiex tispeċifika l-elementi tal-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 sa 3.

6. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli u mudelli standard għall-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 sa 3.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 3 Aċċess bejn CSD u infrastruttura oħra tas-suq

Artikolu 51 Aċċess bejn CSDs u infrastruttura oħra tas-suq

1. CCP u ċentru tan-negozjar għandhom jipprovdu aġġornamenti dwar it-tranżazzjonijiet fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti lil CSD fuq talba mis-CSD u jistgħu jitolbu tariffa għal dawn l-aġġornamenti dwar it-tranżazzjonijiet lis-CSD li jagħmel it-talba fuq il-bażi ta’ kost b’addenda, sakemm ma jsirx ftehim ieħor bejn iż-żewġ partijiet.

CSD għandu jipprovdi aċċess għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli tiegħu fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti lil CCP jew ċentru tan-negozjar u jista’ jitlob tariffa għal dan l-aċċess fuq il-bażi ta’ kost b’addenda, sakemm ma jsirx ftehim ieħor bejn iż-żewġ partijiet.

2. Fejn parti tissottometti talba għal aċċess lil parti oħra skont il-paragrafu 1, din it-talba għandha tiġi indirizzata minnufih u fi żmien xahar għandha tiġi pprovduta tweġiba lill-parti li tagħmel it-talba.

3. Il-parti li tirċievi tista' tinnega aċċess biss fejn dan l-aċċess ikun jaffettwa l-funzjonament tas-swieq finanzjarji u jikkawża riskju sistemiku. Ma tistax tiċħad talba għal raġunijiet ta’ telf ta’ sehem mis-suq.

Parti li tiċħad aċċess għandha tipprovdi lill-parti li tagħmel it-talba bir-raġunijiet sħaħ għal ċaħda bħal din ibbażata fuq analiżi komprensiva tar-riskji. F’każ ta’ ċaħda, il-parti li tagħmel it-talba għandha d-dritt li tilmenta mal-awtorità kompetenti tal-parti li ċaħdet l-aċċess.

L-awtorità kompetenti responsabbli għandha teżamina bir-reqqa l-ilment billi tivvaluta r-raġunijiet għaċ-ċaħda u għandha tipprovdi lill-parti li tagħmel it-talba bi tweġiba raġunata.

L-awtorità kompetenti responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-parti li tagħmel it-talba dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità tal-parti li tagħmel it-talba ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, kull waħda miż-żewġ awtoritajiet tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fejn iċ-ċaħda minn parti milli tagħti aċċess titqies bħala inġustifikata, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha toħroġ ordni fejn teħtieġ lil dik il-parti tagħti aċċess għas-servizzi tagħha.

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 64 li jikkonċernaw il-miżuri sabiex tispeċifika l-elementi tal-proċeudra msemmija fil-paragrafi 1 sa 3.

5. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli u mudelli standard għall-proċedura msemmija fil-paragrafi 1 sa 3.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Titolu IV

Istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta' tip bankarju għal parteċipanti tas-CSD

Artikolu 52 Awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ servizzi anċillari ta' tip bankarju

1. CSD ma għandux jipprovdi huwa stess xi servizzi anċillari tat-tip bankarju stabbiliti fit-Taqsima C tal-Anness.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 53(1) ta' dan ir-Regolament tkun issodisfata li CSD għandha fis-seħħ is-slavagwardji meħtieġa kollha biex tkun tista' teżerċita servizzi anċillari, l-awtorità kompetenti tista' tissottometti talba lill-Kummissjoni biex tippermetti lil din is-CSD twettaq ukoll is-servizzi anċillari stipulati fit-Taqsima C tal-Anness. Dan ir-riżultat għandu jinkludi:

(a) evidenza li tiġġustifika t-talba, tispjega fid-dettall l-arranġamenti li s-CSD għandha fis-seħħ biex tindirizza r-riskji assoċjati kollha;

(b) valutazzjoni ġġustifikata li din is-soluzzjoni hija l-aktar mezz effettiv biex tiżgura reżiljenza sistemika;

(c) analiżi tal-impatt mistenni fuq is-suq finanzjarju rilevanti u l-istabbiltà finanzjarja.

Wara valutazzjoni tal-impatt dettaljata, konsultazzjoni mal-intrapriżi kkonċernati u wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-AEB, l-AETS u l-BĊE, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 66. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta' implimentazzjoni.

CSD li jibbenifika minn deroga għandu jkun awtorizzat bħala istituzzjoni ta' kreditu kif previst fit-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata esklussivament għall-forniment ta' servizzi anċillari ta' tip bankarju li huwa awtorizzat jipprovdi skont il-paragrafu 4 u għandha timplika li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti prudenzjali u ta' superviżjoni pprovduti fl-Artikolu 57 u 58.

3. CSD li jkun beħsiebu jsalda l-parti ta’ flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli kollha tiegħu, jew parti minnha, skont l-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament għandu jikseb awtorizzazzjoni biex jaħtar għal dan il-għan istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata kif stipulat fit-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE, sakemm l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament ma turix, abbażi tal-evidenza disponnibbli, li l-iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 57(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx mitigata biżżejjed. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) tista' teħtieġ lis-CSD taħtar aktar minn istituzzjoni tal-kreditu waħda. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu maħtura għandhom jitqiesu bħala aġenti tas-saldu.

4. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkopri s-servizzi anċillari stabbiliti fit-Taqsima C tal-Anness li l-istituzzjoni ta’ kreditu maħtura jew is-CSD li jkun ngħata deroga skont il-paragarfu 2 ta' dan l-Artikolu jista' jkun jixtieq jipprovdi lill-parteċipanti tiegħu.

5. Kull meta CSD u istituzzjoni ta' kreditu maħtura jappartjenu għal grupp ta' intrapriżi li fl-aħħar mill-aħħar ikunu kkontrollati mill-istess intrapriża prinċipali, l-awtorizzazzjoni kif previst fit-Titolu II tad-Direttiva 2006/48?KE ta' din l-istituzzjoni ta' kreditu maħtura għandha tkun limitata esklussivament għall-forniment ta' servizzi anċillari tat-tip bankarju li tkun awtorizzata tipprovdi skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-istess rekwiżit japplika fir-rigward ta' CSD li ngħatat deroga skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

6. Fil-ħin kollu, is-CSD u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament.

Mingħajr demwien żejjed, is-CSD għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe bidliet materjali li jaffettwaw il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.

Artikolu 53 Proċedura għall-għoti u ċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni

1. Is-CSD għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni sabiex jaħtar istituzzjoni ta’ kreditu, kif inhu meħtieġ fl-Artikolu 52, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2. L-applikazzjoni għandu jkun fiha t-tagħrif kollu li huwa meħtieġ sabiex jippermetti lill-awtorità kompetenti taċċerta ruħha li s-CSD u l-istituzzjoni ta’ kreditu maħtura jkunu stabbilixxew, fi żmien l-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti meħtieġa kollha sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandu jkun fiha programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi s-servizzi anċillari tat-tip bankarju previsti, l-organizzazzjoni strutturali tar-relazzjonijet bejn is-CSD u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu maħtura u kif dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkun beħsiebhom jilħqu r-rekwiżiti prudenzjali kif inhu stipulat fl-Artikolu 57(1), (3) u (4).

3. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-proċedura skont l-Artikolu 15(3) u (6).

4. Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni lis-CSD, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet li ġejjin:

(a) L-awtorità relevanti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) dwar jekk il-forniment previst ta’ servizzi mill-istituzzjoni ta’ kreditu maħtura huwiex se jaffettwa l-funzjonament tas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD applikant;

(b) L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 58(1) dwar l-abbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali tal-Artikolu 57.

5. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li s-CSD applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6. B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 4 qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 54 Estensjoni tas-servizzi anċillari tat-tip bankarju

1. CSD li jkun beħsiebu jestendi s-servizzi anċillari tat-tip bankarju li għalihom huwa jaħtar istituzzjoni ta’ kreditu għandu jissottometti talba għal estensjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit dak is-CSD.

2. It-talba għal estensjoni għandha tkun soġġetta għall-proċedura fl-Artikolu 53.

Artikolu 55 Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-CSD għandha tirtira l-awtorizzazzjoni fi kwalunwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) fejn is-CSD ma jkunx għamel użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressivament jirrinunzja għall-awtorizzazzjoni jew fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu maħtura ma jkunu pprovdew l-ebda servizzi u lanqas ma jkunu wettqu l-ebda attività fis-sitt xhur ta' qabel;

(b) fejn is-CSD jkun kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn;

(c) fejn is-CSD u l-istituzzjoni ta’ kreditu maħtura ma jibqgħux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma jkunux ħadu l-azzjonijiet ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti f'perjodu ta' żmien stabbilit;

(d) fejn is-CSD u l-istituzzjoni ta’ kreditu maħtura jkunu kisru r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament b’mod serju u sistematiku.

2. Qabel ma tirtira awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet relevanti fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(1) dwar il-ħtieġa li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni ħlief fejn deċiżjoni bħal din tkun meħtieġa b’mod urġenti.

3. L-AETS, kwalunkwe awtorità relevanti fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) u kwalunkwe awtorità msemmija fl-Artikolu 58(1) tista’, fi kwalunkwe mument, titlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-CSD tivverifika jekk is-CSD u l-istituzzjoni ta’ kreditu maħtura għandhomx jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni.

4. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-irtirar għal servizz, attività, jew strument finanzjarju partikolari.

Artikolu 56 Reġistru tas-CSD

1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 52, 54 u 55 għandhom jiġu nnotifikati lill-AETS.

2. L-AETS għandha tintroduċi t-tagħrif li ġej fil-lista li hija meħtieġa tippubblika fuq is-sit elettroniku ddedikat tagħha skont l-Artikolu 19(3):

(a) isem kull CSD li kien soġġett għal deċiżjoni skont l-Artikoli 52, 54 u 55;

(b) isem kull istituzzjoni ta’ kreditu magħżula;

(c) il-lista tat-tip ta' servizzi bankarji anċillari li istituzzjoni ta’ kreditu maħtura hija awtorizzata tipprovdi għall-parteċipanti tas-CSD.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS dawk l-istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi anċillari tat-tip bankarju skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali 90 jum mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 57 Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula sabiex jipprovdu servizzi anċillari tat-tip bankarju

1. Istituzzjoni ta’ kreditu magħżula sabiex tipprovdi servizzi anċillari tat-tip bankarju għandha tipprovdi s-servizzi stabbiliti fit-Taqsima C tal-Anness li huma koperti mill-awtorizzazzjoni.

2. Istituzzjoni ta’ kreditu magħżula sabiex tipprovdi servizzi anċillari tat-tip bankarju għandha tikkonforma ma’ kull leġiżlazzjoni preżenti jew futura applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3. Istituzzjoni ta’ kreditu magħżula sabiex tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju għandha tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi li ġejjin għar-riskji tal-kreditu relatati ma’ dawn is-servizzi fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli:

(a) għandha tistabbilixxi qafas robust sabiex tammaniġja r-riskji ta’ kreditu korrispondenti;

(b) għandha tidentifika s-sorsi ta’ dan ir-riskju tal-kreditu, spiss u b’mod regolari, tkejjel u timmonitorja l-iskoperturi korrispondenti tal-kreditu u tuża għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskji sabiex tikkontrolla dawn ir-riskji;

(c) għandha tkopri bis-sħiħ l-iskoperturi tal-kreditu korrispondenti għall-mutwatarji individwali billi tuża kollateral u riżorsi finanzjarji ekwivalenti oħrajn;

(d) jekk ikun meħtieġ kollateral sabiex tammaniġja r-riskji tal-kreditu korrispondenti tagħha, għandha taċċetta biss kollateral b’riskju fuq il-kreditu, tal-likwidità u tas-suq baxx;

(e) għandha tistipula u tinforza limiti konservattivi xierqa ta’ telf impost u konċentrazzjoni fuq valuri tal-kollaterali kostitwiti beix ikopru l-iskoperturi tal-kreditu msemmija fil-punt (c);

(f) għandha timplimenta arranġamenti legalment vinkolanti sabiex tippermetti li l-kollateral jinbiegħ jew jiġi mirhun minnufih, b’mod partikolari fil-każ ta’ kollateral transfruntier;

(g) għandha tistipula limiti fuq l-iskoperturi tal-kreditu korrispondenti tagħha;

(h) għandha tanalizza u tippjana kif tindirizza kwalunkwe skopertura tal-kreditu reżidwa potenzjali, tadotta regoli u proċeduri biex timplimenta dawn il-pjanijiet;

(i) għandha tipprovdi kreditu biss lil dawk il-parteċipanti li għandhom kontijiet tal-flus magħha;

(j) għandha tipprovdi għal proċedura ta’ rimborż awtomatiku ta’ kreditu ta’ dakinhar u tiskoraġġixxi l-kreditu mil-lum għal għada permezz ta’ rati ta’ sanzjonar deterrenti.

4. Istituzzjoni ta’ kreditu magħżula sabiex tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju għandha tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi li ġejjin għar-riskji tal-likwidità relatati ma’ dawn is-servizzi fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli:

(a) għandu jkollha qafas robust sabiex tkejjel, timmonitorja u tammaniġja r-riskji tal-likwidità tagħha għal kull munita tas-sistema ta’ saldu ta’ titoli li għaliha hija taġixxi bħala aġent tas-saldu;

(b) għandha kontinwament timmonitorja l-livell tal-assi likwidi li żżomm u tiddetermina l-valur tal-assi likwidi disponibbli tagħha filwaqt li tieħu f’kunsiderazzjoni t-telf impost xieraq fuq dawn l-assi;

(c) għandha kontinwament tkejjel il-ħtiġijiet u r-riskji tal-likwidità tagħha; filwaqt li tagħmel dan, għandha tieħu f’kunsiderazzjoni r-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza taż-żewġ parteċipanti li fir-rigward tagħhom għandha l-ikbar skoperturi;

(d) għandha timmitiga r-riskji tal-likwidità korrispondenti b’riżorsi immedjatament disponibbli bħal arranġamenti ta’ prefinanzjajment u, fin-nuqqas ta’ dan, għandha tfittex li tikseb il-linji ta’ kreditu meħtieġa jew arranġamenti simili sabiex tkopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità korrispondenti ma' istituzzjonijiet bi profil tar-riskju u tas-suq adegwat biss u għandha tidentifika, tkejjel u timmonitorja r-riskju tal-likwidità tagħha li jiġi minn dawn l-istituzzjonijiet;

(e) għandha tistabbilixxu u tinforza l-limiti ta’ konċentrazzjoni xierqa għal kull wieħed mill-fornituri tal-likwidità korrispondenti inklużi l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

(f) għandha tiddetermina u tivverifika jekk ir-riżorsi korrispondenti humiex biżżejjed permezz ta’ testjar tal-istress regolari u rigoruż;

(g) għandha tanalizza u tippjana kif tindirizza kwalunkwe nuqqas mhux kopert fil-likwidità, u tadotta regoli u proċeduri sabiex timplimenta dawn il-pjanijiet;

(h) għandha tibbaża s-servizzi ta’ kreditu ta’ dakinhar tagħha fuq riżorsi tal-maturità proporzjonati u tal-inqas indaqs, magħmula minn kapital, depożiti fi flus u arranġamenti ta’ self;

(i) għandha tiddepożita l-bilanċi tal-flus korrispondenti f’kontijiet dedikati f'banek ċentrali, fejn prattikabbli u disponibbli;

(j) għandha tiżgura li tista’ terġa’ tuża, bil-kunsens infurmat tal-konsumatur, il-kollateral ipprovdut lilha minn konsumatur inadempjenti.

5. L-ABE, b’konsultazzjoni mal-AETS u l-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) il-frekwenza tal-qafas ta’ tkejjil u monitoraġġ tal-iskopertura tal-kreditu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u t-tipi ta’ għodod ta’ ġestjoni tar-riskji li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkontrollati r-riskji derivati minn dawn l-iskoperturi;

(b) x’jikkostitwixxi riżorsi finanzjarji ekwivalenti għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 3;

(c) it-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies li għandu riskju tal-kreditu, tal-likwidità u tas-suq baxx għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 3;

(d) x’jikkostitwixxi telf impost xieraq għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 3 u l-punt (b) tal-paragrafu 4;

(e) il-limiti ta’ konċentrazzjoni fuq valuri ta’ kollateral imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3, fuq l-iskoperturi tal-kreditu msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 3 u fuq il-fornituri tal-likwidità msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 4;

(f) x’jikkostitwixxi rati ta’ sanzjonar deterrenti għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 3;

(g) id-dettalji tal-qafas ta’ monitoraġġ imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur tal-assi likwidi disponibbli għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 4 u għat-tkejjil tal-ħtiġijiet u r-riskji tal-likwidità msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4;

(h) x’jikkostitwixxi riżorsi disponibbli minnufih u profil ta’ riskju u tas-suq adegwat għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 4;

(i) il-frekwenza, it-tip u l-perjodu ta’ żmien tat-testijiet tal-istress għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 4;

(j) il-kriterji għall-valutazzjoni meta jkun prattiku u possibbli li jiġu depożitati bilanċi tal-flus f’kontijiet ma’ banek ċentrali għall-finijiet tal-punt (i) tal-paragrafu 4.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 58 Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula sabiex jipprovdu servizzi anċillari tat-tip bankarju

1. L-awtorità kompetenti msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE hija responasbbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni fil-kundizzjonijiet ipprovduti f’dik id-Direttiva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta' tip bankarju u fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 57(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament.

2. B’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u tal-inqas fuq bażi annwali, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 għandha tirrevedi u tevalwa jekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula jikkonformawx mal-Artikolu 57(1), jekk l-arranġamenti meħtieġa kollha bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula u s-CSD jippermettulhomx li jilħqu l-obbligi tagħhom stipulati f’dan ir-Regolament.

3. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jiżgura li jkollu aċċess mill-istituzzjoni ta’ kreditu li jagħżel għat-tagħrif meħtieġ kollu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jirraporta kwalunkwe ksur fih lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 9.

4. Sabiex tiżgura superviżjoni konsistenti, effiċjenti u effettiva ġewwa l-Unjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta' tip bankarju, l-ABE, f’konsultazzjoni mal-AETS u l-membri tas-SEBĊ, tista’ toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Titolu V Sanzjonijiet

Artikolu 59 Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi applikabbli fiċ-ċirkostanzi definiti fl-Artikolu 60 għall-persuni responsabbli mill-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Sa 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni u l-AETS. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emendi sussegwenti fih.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu japplikaw sanzjonijiet u miżuri amministrattivi lis-CSDs, lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula, lill-membri tal-korpi ta’ ġestjoni tagħhom u lil kwalunkwe persuna oħra li effettivament tikkontrolla n-negozju tagħhom kif ukoll għal kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tinżamm responsabbli għal ksur.

3. Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar tagħhom fiċ-ċirkostanzi definiti fl-Artikolu 60, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa ta’ dan ir-Regolament u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw xogħol doppju u sovrappożizzjoni possibbli meta japplikaw sanzjonijiet u miżuri amministrattivi għal każijiet transfruntieri skont l-Artikolu 12.

Artikolu 60 Setgħat ta’ sanzjonar

1. Dan l-artikolu għandu japplika għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:

(a) il-forniment ta’ servizzi stabbiliti fit-Taqsimiet A, B u C tal-Anness bi ksur tal-Artikoli 14, 23 u 52;

(b) il-kisba tal-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikoli 14 u 52 billi jsiru dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn kif stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1), u l-punt (b) tal-Artikolu 55(1);

(c) nuqqas tas-CSDs milli jżommu l-kapital meħtieġ bi ksur tal-Artikolu 44(1);

(d) nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzazzjonali bi ksur tal-Artikoli 24 sa 28;

(e) nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-regoli tal-kondotta tan-negozju bi ksur tal-Artikoli 29 sa 32;

(f) nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għas-servizzi tas-CSD bi ksur tal-Artikoli 34 to 38;

(g) nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali bi ksur tal-Artikoli 40 to 44;

(h) nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għal-links tas-CSD bi ksur tal-Artikolu 45;

(i) ċaħdiet abbużiti mis-CSDs milli jagħtu tipi differenti ta’ aċċess bi ksur tal-Artikoli 47 sa 51;

(j) nuqqas tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula milli jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi relatati mar-riskji fuq il-kreditu bi ksur tal-Artikolu 57(3);

(k) nuqqas tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula milli jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi relatati mar-riskji tal-likwidità bi ksur tal-Artikolu 57(4).

2. Mingħajr ħsara għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u b’konformità mal-liġi nazzjonali, f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li tal-inqas jimponu s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna responsabbli mill-ksur u n-natura tal-ksur;

(b) ordni li teħtieġ lill-persuna responsabbli mill-ksur sabiex twaqqaf l-kondotta u sabiex ma tirrepetix dik il-kondotta;

(c) irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 14 u 52, f'konformità mal-Artikoli 18 u 55;

(d) tkeċċija ta’ membri tal-korpi ta’ ġestjoni tal-istituzzjonijiet responsabbli minn ksur;

(e) sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jaslu sad-doppju tal-ammonti tal-profitti miksuba b'riżultat ta’ ksur, fejn dawn l-ammonti jkunu jistgħu jiġu determinati;

(f) fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jaslu sa EUR 5 miljun jew inkella sa 10% tad-dħul annwali totali ta’ dik il-persuna fis-sena kalendarja preċedenti;

(g) fir-rigward ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jaslu sa 10 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna fis-sena ta’ negozju preċedenti; fejn l-impriża tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-ammont konsolidat tal-impriża prinċipali finali tal-grupp fis-sena ta’ negozju preċedenti.

3. L-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom setgħat ta’ sanzjonar oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u jistgħu jipprovdu għal livelli ogħla ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.

4. Kull sanzjoni jew miżura amministrattiva imposta għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien żejjed, inkluż bħala minimu t-tagħrif dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għalih, sakemm divulgazzjoni bħal din ma tkunx tipperikola serjament l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għall-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

Il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet għandha tikkonforma mad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għal rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 61 Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet

1. Meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:

(a) il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b) il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli;

(c) id-daqs u s-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;

(e) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f) ksur preċedenti mill-persuna responsabbli.

2. Jistgħu jiġu kkunsidrati fatturi oħrajn mill-awtoritajiet kompetenti, jekk dawn il-fatturi jkunu speċifikati fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 62 Rapportar ta’ ksur

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi effettivi sabiex iħeġġu r-rapportar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Bħala minimu, il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a) il-proċeduri speċifiċi għar-riċevuta u l-investigazzjoni tar-rapporti ta’ ksur;

(b) il-protezzjoni xierqa għall-persuni li jirraportaw ksur potenzjali jew reali;

(c) il-protezzjoni tad-dejta personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirraporta l-ksur potenzjali jew reali kif ukoll lill-persuna akkużata b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;

(d) il-proċedura xierqa sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tad-difiża u li l-persuna akkużata tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali li taffettwa lil dik il-persuna u d-dritt li tfittex rimedju effettiv quddiem tribunal kontra kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li taffettwa lil dik il-persuna.

Titolu VI Atti ddelegati, dispożizzjonijiet tranżizzjonali, emenda għad-Direttiva 98/26/KE u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 63 Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 li jikkonċernaw l-Artikoli 2(2), 22(6), 23(1), 23(4), 30(1), 30(3), 37(1), 50(1), 50(2), 50(3), 51(2) u 51(3).

Artikolu 64 Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 63 għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 63 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat skont l-Artikolu 63 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 65 Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 23(6) u skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 52(2). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 66(2).

Artikolu 66 Proċedura ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE[25]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika meta l-Kummissjoni teżerċita s-setgħa ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha minn dan ir-Regolament.

Artikolu 67 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1. L-istituzzjonijiet li jkunu ġew notifikati lill-AETS bħala CSDs skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(4) għandhom ifittxu jiksbu l-awtorizzazzjonijiet kollha li huma meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fi żmien sentejn mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Fi żmien sentejn mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, CSD imwaqqaf f’pajjiż terz għandu jfittex li jikseb jew awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CSD jipprovdi s-servizzi tiegħu fuq il-bażi tal-Artikolu 14, jew inkella rikonoxximent mill-AETS fejn ikun beħsiebu jipprovdi s-servizzi tiegħu fuq il-bażi tal-Artikolu 23.

3. Fejn, fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, CSD stabbilit f’pajjiż terz, diġà jipprovdi servizzi fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, dak is-CSD għandu jitħalla jkompli jipprovdi s-servizzi sakemm tingħata jew tiġi miċħuda l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 jew ir-rikonoxximent imsemmi fl-Artikolu 23.

4. Il-links bejn CSD stabbilit f’pajjiż terz u CSDs awtorizzati fl-Istati Membri għandhom jiġu aċċettati sakemm tingħata jew tiġi miċħuda l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 jew ir-rikonoxximent imsemmi fl-Artikolu 23.

Artikolu 68 Emenda għad-Direttiva 98/26/KE

1. It-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

"-       magħżula, mingħajr ħsara għal kundizzjonijiet oħrajn aktar strinġenti ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti mil-liġi nazzjonali, bħala sistema u notifikati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli, wara li dak l-Istat Membru jkun issodisfat rigward l-adegwatezza tar-regoli tas-sistema.”.

2. Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw u jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 69 Rapporti u analiżi

1. AETS, b'kooperazzjoni mal-ABE u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 għandha tissottometti rapporti annwali lill-Kummissjoni li jipprovdu valutazzjonijiet tax-xejriet, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet, u fejn meħtieġ, rakkomandazzjonijiet għal azzjoni preventiva u rimedjali fis-swieq tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu tal-anqas:

(a) Valutazzjoni tal-effiċjenza tas-saldu għall-operazzjonijiet domestiċi u transfruntieri għal kull Stat Membru bbażata fuq l-għadd u l-volum ta' fallimenti tas-saldu, l-ammont ta' penali msemmija fl-Artikolu 7(4), l-għadd u l-volum ta' tranżazzjonjiet ta' xiri sfurzat imsemmija fl-Artikolu 7(4) u kwalunkwe kriterju relevanti ieħor;

(b) Valutazzjoni li tkejjel is-saldu li ma jseħħx fis-sistemi tas-saldu tat-titoli operati mis-CSDs abbażi tal-għadd u l-volum ta' tranżazzjonijiet u kwalunkwe kriterju relevanti ieħor;

(c) Valutazzjoni tal-forniment ta' servizzi transfruntieri koperti minn dan ir-Regolament abbażi tal-għadd u t-tip ta' konnessjonijiet tas-CSDs, l-għadd ta' parteċipanti barranin fis-sistemi tas-saldu tat-titoli operati mis-CSDs, l-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu lil dwan il-parteċipanti, l-għadd ta' emittenti barranin li jirreġistraw it-titoli tagħhom f'CSD skont l-Artikolu 47 u kwalunkwe kriterju relevanti irħor.

2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li jkopru sena tal-kalendarju għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' April tas-sena tal-kalendarju ta' wara.

Artikolu 70

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. L-Artikolu 5 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

3. L-Artikolu 3(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, 7.3.2012

Għall-Parlament Ewropew                                                           Għall-Kunsill

Il-President                                                                                   Il-President                                                                                                      

ANNESS

Lista ta’ Servizzi

Taqsima A Servizzi ewlenin tad-depożitorji ċentrali tat-titoli

1. Ir-reġistrar inizjali tat-titoli f’sistema ta’ entrata fil-kotba ('servizz notarili');

2. Iż-żamma ta’ kontijiet ta’ titoli fl-ogħla Grad (‘servizz ta’ manutenzjoni ċentrali’);

3. It-tħaddim ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli (‘servizz ta’ saldu’).

Taqsima B Servizzi anċillari mhux tat-tip bankarju tad-depożitorji ċentrali tat-titoli

Servizzi pprovduti mis-CSDs li jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-swieq tat-titoli, inklużi:

1. Servizzi relatati mas-servizz ta’ saldu, bħal:

(a) L-organizzazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ self ta’ titoli, bħala aġent fost il-parteċipanti f’sistema ta’ saldu tat-titoli;

(b) Il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral, bħala aġent għall-parteċipanti ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli;

(c) Tqabbil tas-saldu, twassil tal-ordnijiet, konferma tan-negozju, verifika tan-negozju.

2. Servizzi relatati mas-servizzi notarili u ta’ manutenzjoni ċentrali, bħal:

(a) Servizzi relatati mar-reġistri tal-azzjonisti;

(b) Bidu tal-ipproċessar ta’ azzjonijiet korporattivi, inklużi servizzi ta’ taxxa, laqgħat ġenerali u tagħrif;

(c) Servizzi ta’ ħarġiet ġodda, inklużi l-allokazzjoni u l-ġestjoni tal-kodiċi ISIN (International Securities Identification Number) u kodiċi simili;

(d) Twassil tal-ordnijiet u pproċessar, ġbir ta’ tariffi u pproċessar u rapportar relatat;

3. Iż-żamma ta’ kontijiet ta’ titoli relatati mas-servizz ta’ saldu, il-ġestjoni tal-kollateral u servizzi anċillari oħrajn.

4. Kwalunkwe servizzi oħrajn, bħal:

(a) Il-forniment ta’ servizzi ġenerali ta’ ġestjoni ta’ kollateral bħala agent;

(b) Il-forniment ta’ rapportar regolari;

(c) Il-forniment ta’ dejta u statistika għall-uffiċċji tas-suq/taċ-ċensiment;

(d) Il-forniment ta’ servizzi tal-IT.

Taqsima C Servizzi anċillari tat-tip bankarju

1. Servizzi tat-tip bankarju għall-parteċipanti f’sistema ta’ saldu tat-titoli relatati mas-servizz ta’ saldu, bħal

(a) Il-forniment ta’ kontijiet tal-flus;

(b) Aċċettazzjoni ta’ depożiti ta’ flus;

(c) Il-forniment ta’ kreditu ta’ flus;

(d) Self ta’ titoli.

2. Is-servizzi tat-tip bankarju relatati ma’ servizzi ewlenin jew anċillari oħrajn elenkati fit-Taqsimiet A u B, bħal:

(a) Il-forniment ta’ kontijiet tal-flus għas-saldu u l-aċċettazzjoni ta’ depożiti ta’ flus mid-detenturi ta’ kontijiet ta’ titoli;

(b) Self ta’ titoli lid-detenturi ta’ kontijiet ta’ titoli;

(c) Servizzi tat-tip bankarju li jiffaċilitaw l-ipproċessar tal-azzjonijiet korporattivi, bħal:

– (i)            Introjtu prefinanzjarju u rikavat mill-fidi ;

– (ii)           Talbiet lura ta' taxxa tal-prefinanzjament.

ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma politiku/politiċi kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien tal-impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fis-saldu ta’ titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE

1.2. Qasam/oqsma politiku/politiċi kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[26]

Suq Intern – Swieq finanzjarji

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

ý Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara azzjoni ta’ proġett pilota/preparatorja[27]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatat ma’ azzjoni ridirezzjonata lejn azzjoni ġdida

1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiwannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Żieda fis-sikurezza u l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji; tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji

1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ta’ ABM/ABB ikkonċernata/i

Għanijiet speċifiċi: Fid-dawl tal-għanijiet ġenerali ta’ hawn fuq, ġew stabbiliti l-għanijiet speċifiċi li ġejjin: · Sikurezza akbar tas-saldu transfruntier · Effiċjenza akbar tas-saldu transfruntier · Żgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għas-servizzi ta’ CSD

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta għandha l-għan li: · Iżżid is-sikurezza u l-effiċjenza tas-saldu billi tarmonizza l-perjodu ta’ saldu u tiżgura li l-parti l-kbira tat-titoli trasferibbli jinħarġu fil-format ta’ entrata fil-kotba · Ittejjeb id-dixxiplina fis-saldu billi toħloq qafas xieraq u armonizzat sabiex tipprevjeni u tindirizza fallimenti tas-saldu · Tirregola b’mod xieraq is-CSDs kollha li jaħdmu fl-UE · Tiżgura l-konsistenza tar-rekwiżiti għas-CSDs u l-koordinazzjoni fis-superviżjoni mir-regolaturi nazzjonali · Tnaqqas l-ispejjeż tas-saldu transfruntier għall-investituri · Tipprovdi għażla usa’ lill-emittenti u l-investituri billi żżid l-aċċess għas-CSDs · Iżżid il-kompetizzjoni b’kundizzjonijiet ekwi bejn is-servizzi ta’ CSD, u potenzjalment dan iwassal għal kwalità aħjar u tariffi aktar baxxi għas-servizzi ta’ CSD għall-emittenti u l-investituri

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

· Rapport li jivvaluta l-effiċjenza tas-saldu għal kull suq tal-UE. L-indikaturi jistgħu jinkludu għadd u volum ta’ fallimenti tas-saldu (differenzjati bejn tranżazzjonijiet domestiċi u transfruntieri), volum ta’ penali ta’ CSD, għadd ta’ proċeduri ta’ xiri sfurzat u għadd ta’ każijiet ta’ sospensjoni ta’ sħubijiet minħabba fallimenti sistematiċi fis-saldu · Rapport li jkejjel il-volum ta’ pretensjonijiet tas-suq, sabiex jiġi valutat jekk l-armonizzazzjoni tal-perjodi ta’ saldu wasslitx għal effiċjenza akbar tal-azzjonijiet korporattivi · Rapport li jkejjel l-internalizzazzjoni ta’ saldu minn kustodji barra s-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs. Dan it-tagħrif huwa importanti f’termini ta’ riskju sistemiku u jgħin sabiex jiġi valutat jekk huwiex meħtieġ intervent mill-UE f’dan ir-rigward · Rapport li jivvaluta jekk hijiex qed tiżdied l-attività transfruntiera. L-indikaturi jistgħu jinkludu għadd ta’ links tas-CSDs, għadd ta’ parteċipanti barranin fis-CSDs, il-volum ta’ tranżazzjonijiet għal parteċipanti barranin u l-għadd ta’ emittenti li jaċċessaw CSDs barranin · Rapport li janalizza l-prezzijiet fl-UE għas-servizzi ewlenin ta’ CSD, bħas-saldu u l-kustodja għal tranżazzjonijiet transfruntieri u domestiċi · Stħarriġ tas-CSDs, emittenti u infrastrutturi oħrajn tas-suq sabiex jiġi valutat sa liema punt il-miżuri meħuda eliminaw l-ostakli għall-aċċess jew jekk l-ostakli (ta’ natura prattika jew legali) għadhomx jeżistu

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jintlaħaq/jintlaħqu f’perjodu qasir jew fit-tul

B'riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament fl-Istati Membri: · Il-perjodi tas-saldu jiġu armonizzati · Il-parti l-kbira tat-titoli trasferibbli jinħarġu fil-format ta’ entrata fil-kotba · Tiżdied id-dixxiplina fis-saldu billi jinħoloq qafas xieraq u armonizzat li jipprevjeni u jindirizza l-fallimenti tas-saldu · Is-CSDs kollha li jaħdmu fl-UE jiġu regolati kif xieraq, fuq il-bażi tal-istess sett ta’ rekwiżiti · L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs tiġi armonizzata u titjieb il-koordinazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali · L-aċċess għas-CSDs (minn emittenti li mhumiex CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq) u minn CSDs (għal CSDs oħrajn u infrastrutturi oħrajn tas-suq) jiżdied u jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet għall-aċċess

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

· Fin-natura tagħhom, is-swieq finanzjarji huma transfruntieri b’mod inerenti u dejjem qed isiru aktar hekk. In-natura tal-problemi identifikati fir-rigward tas-servizzi ta’ CSD u b’mod partikolari s-saldu fl-UE huma essenzjalment relatati mat-tranżazzjonijiet transkonfinali. Konsegwentement, l-effettività tar-rimedji implimentati b’mod awtonomu u mhux koordinat mill-Istati Membri individwali aktarx li tkun ferm baxxa f’kuntest transfruntier · In-natura sistemika tas-CSDs u l-interkonnessjoni tagħhom dejjem akbar fl-Ewropa jeħtieġu azzjoni koordinata · L-aspetti relatati huma koperti mill-acquis communautaire eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva dwar l-Arranġamenti tal-Kollateral Finanzjarju, id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu (SFD), id-Direttiva dwar is-Suq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFID), id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD) kif ukoll id-Direttiva dwar il-Liġi tat-Titoli li tista' tinħoloq fil-ġejjieni. Kull proposta ġdida tkun trid tikkonforma bis-sħiħ ma’ dawn il-miżuri tal-UE. Dan jista’ jinkiseb l-aħjar permezz ta’ sforz komuni

1.5.3. Lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Is-CSDs huma istituzzjonijiet importanti għas-swieq finanzjarji għax jiżguraw ir-reġistrar u l-kustodja tat-titoli u jħaddmu s-sistemi li jiżguraw is-saldu ta’ tranżazzjonijiet tat-titoli, li jfisser il-forniment effettiv ta’ titoli għal flus. Għalhekk, huma infrastrutturi importatnti tas-suq finanzjarju, flimkien maċ-ċentri tan-negozjar, il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (TRs - Trade Repositories). Iċ-ċentri tan-negozjar huma regolati mid-Direttiva tas-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID), filwaqt li s-CCPs u t-TRs ukoll se jiġu regolati fil-livell tal-UE ladarba tiġi approvata l-proposta għal regolament dwar it-tranżazzjonijiet tad-derivattivi, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u tidħol fis-seħħ. Il-MiFID ġiet applikata minn Novembru 2007 u rriżultat f’kompetizzjoni akbar bejn iċ-ċentri għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji u għażla akbar għall-investituri f’termini ta’ fornituri tas-servizz u strumenti finanzjarji disponibbli.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti relevanti oħrajn

Ċerti kwistjonijiet diġà huma koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. Pereżempju, is-sistemi tas-saldu tat-titoli diġà huma definiti mid-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli[28] u d-Direttiva 2004/39/KE (MiFID) tipprevedi ċerti regoli ta’ aċċess mill-parteċipanti fis-suq għas-sistema ta’ saldu tat-titoli tal-għażla tagħhom. Fil-proposti tal-Kummissjoni huma inklużi kwistjonijiet oħrajn. Pereżempju, il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta’ Inadempjenza ta’ Kreditu tindirizza wkoll id-dixxiplina fis-saldu għal ċerti kategoriji ta’ strumenti finanzjarji, u l-proposta tal-Kummissjoni dwar tranżazzjonijiet derivattivi, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet tistabbilixxi regoli għall-ikklirjar, li huwa proċess relatat mill-qrib mas-saldu. Ir-Regolament propost huwa konsistenti ma’ dawn it-testi tal-Unjoni.

1.6. Tul ta' żmien tal-impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva b'tul ta' żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva b’effett minn [ĠĠ/XX]SSSS sa [ĠĠ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

ý Proposta/inizjattiva b'tul ta' żmien illimitat

– Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2013 sal-2015,

– segwita b'operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Mod(i) ta’ ġestjoni previst(i[29])

¨ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ý  korpi mwaqqfa mill-Kummissjoni[30]

– ¨  korpi nazzjonali mis-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (iridu jiġu speċifikati)

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

Kummenti

-

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Artikolu 81 tal-abbozz tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) jipprovdi għall-evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba b'riżultat tat-tħaddim tal-AETS fi żmien tliet snin mill-bidu effettiv tat-tħaddim tagħha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tippubblika rapport ġenerali li se jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i)

Twettqet valutazzjoni tal-impatt għall-proposta ta’ riforma tas-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja fl-UE sabiex takkumpanja l-abbozz tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Ir-riżorsa addizzjonali għall-AETS prevista bħala riżultat tal-proposta attwali hija meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ twettaq il-kompetenzi tagħha u b’mod partikolari r-rwol tagħha li: · Tiżgura reġim armonizzat u mtejjeb għad-dixxiplina fis-saldu billi tiżgura konsistenza tal-monitoraġġ u r-rapportar ta’ fallimenti tas-saldu u billi tabbozza standards għall-miżuri biex tipprevjeni u tindirizza l-fallimenti tas-saldu · Tiżgura armonizzazzjoni u koordinazzjoni tar-regoli li japplikaw għas-CSDs billi tabbozza standards · Issaħħaħ u tiżgura applikazzjoni konsistenti tas-setgħat regolatorji nazzjonali billi toħroġ linji gwida rigward il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u billi tabbozza standards li jispeċifikaw il-kontenut tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u t-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lill-awtoritajiet kompetenti u li għandu jiġi skambjat bejn l-awtoritajiet għal skopijiet ta’ superviżjoni · Tiżgura koordinazzjoni u armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess mogħti lil ditti minn pajjiżi terzi · Tiżgura armonizzazzjoni u koordinazzjoni tar-regoli fir-rigward tal-aċċess għas-CSDs mill-parteċipanti, l-emittenti u CSDs oħrajn, u bejn is-CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq In-nuqqas ta’ din ir-riżorsa ma setax jiżgura twettiq f’waqtu u effiċjenti tar-rwol tal-AETS.

2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll kif stipulati fir-Regolament tal-AETS se japplikaw anki fir-rigward tar-rwol tal-AETS skont din il-proposta.

Is-sett finali ta’ indikaturi sabiex tiġi valutata l-prestazzjoni tal-AETS se jiġi deċiż mill-Kummissjoni fi żmien it-twettiq tal-ewwel evalwazzjoni. Għall-valutazzjoni finali, l-indikaturi kwantitattivi se jkunu importanti daqs il-provi kwalitattivi miġbura fil-konsultazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha tiġi rrepetuta kull tliet snin.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Għall-finijiet ta’ ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-AETS mingħajr l-ebda restrizzjoni.

L-AETS għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-AETS.

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod ċar li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji tal-fondi mogħtija mill-AETS kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Intestaturi tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-intestaturi tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Nurmu [Deskrizzjoni……………………...……….] || Diff./mhux diff. ([31]) || minn pajjiżi tal-EFTA[32] || minn pajjiżi kandidati[33] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| 12.0404.01 [AETS – Sussidju skont it-Titoli 1 u 2 (Nefqa amministrattiva u fuq il-persunal)] || Diff || IVA || LE || LE || LE

· Intestaturi tal-baġit ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-intestaturi tal-baġit.

-

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1A || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

DĠ: MARKT || || || Sena 2013[34] || Sena 2014 || Sena 2015 || || || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

12.0404.01 || Impenji || (1) || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Ħlasijiet || (2) || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett għal programmi speċifiċi[35] || || || || || || || ||

Numru tal-intestatura tal-baġit || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ MARKT || Impenji || =1+1a +3 || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Ħlasijiet || =2+2a+3 || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Ħlasijiet || (5) || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Ħlasijiet || =5+ 6 || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Kummenti:

L-approprjazzjonijiet operazzjonali msemmija hawn fuq huma relatati mal-kompiti speċifiċi allokati lill-AETS skont il-proposta:

1) Kompiti relatati mad-dixxiplina fis-saldu (2 standards regolatorji, linja gwida waħda (1) u kompiti repożitorji)

Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jintroduċu monitoraġġ u rapportar konsistenti tal-fallimenti tas-saldu u li jnaqqsu l-fallimenti tas-saldu billi jimplimentaw miżuri preventivi u ta’ penali stretti.

L-AETS se jkollha tabbozza żewġ standards tekniċi regolatorji rigward il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ fallimenti tas-saldu, l-għodod ta’ monitoraġġ għall-identifikazzjoni tal-fallimenti probabbli, il-miżuri sabiex tindirizza l-fallimenti u d-dettalji tas-sistema ta’ monitoraġġ u rapportar fir-rigward tal-fallimenti.

L-AETS se jkollha toħroġ ukoll linji gwida għall-awtoritajiet sabiex tiżgura l-infurzar konsistenti, effiċjenti u effettiv tal-miżuri għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-fallimenti tas-saldu.

L-AETS se tirċievi wkoll id-dejta relevanti dwar il-fallimenti tas-saldu mingħand l-awtoritajiet kompetenti.

2) Il-kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs (3 standards regolatorji, 4 standards ta’ implimentazzjoni, linja gwida waħda (1), kompiti repożitorji u permanenti)

Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jintroduċu qafas ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni konsistenti għas-CSDs u li jżidu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. Dan għandu, inter alia, inaqqas il-piż regolatorju minn fuq is-CSDs b’operazzjonijiet transfruntieri.

L-AETS se jkollha tabbozza tliet standards tekniċi regolatorji u erba’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-kontenut tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, it-tagħrif ipprovdut mis-CSDs lill-awtoritajiet kompetenti, it-tagħrif skambjat bejn l-awtoritajiet għall-iskop ta’ superviżjoni, u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pajjiż tad-domiċilju u tal-pajjiż ospitanti.

L-AETS se jkollha tabbozza linji gwida sabiex tiżgura l-kooperazzjoni konsistenti, effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet fil-valutazzjonijiet differenti meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament.

L-AETS se jkollha żżomm reġistru dettaljat tal-attivitajiet ta’ CSD fl-Unjoni, inklużi l-ismijiet tas-CSDs awtorizzati u tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs, is-servizzi pprovduti, l-awtoritajiet inkarigati, is-CSDs ta’ pajjiżi terzi, eċċ.

L-AETS se jkollha rwol importanti fir-rigward ta’ CSDs mhux mill-UE li beħsiebhom jistabbilixxu fergħa jew jipprovdu servizzi mingħajr ma jistabbilixxu fergħa fl-Unjoni jew li jkun beħsiebhom jistabbilixxu konnessjoni ma’ CSD fl-Unjoni. B’mod partikolari, l-AETS se jkollha tivvaluta jekk dawn is-CSDs ikunux soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettivi fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom u se jkollha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f’dawk il-pajjiżi.

L-AETS se jkollha wkoll għadd ta’ kompiti permanenti oħrajn, inkluż il-kompitu li tintervjeni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet tal-pajjiż tad-domiċilju u tal-pajjiż ospitanti u li tkun mgħarrfa f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

3) Kompiti relatati mar-rekwiżiti għas-CSDs (8 standards regolatorji, 2 standards ta’ implimentazzjoni, linja gwida waħda (1), kompiti permanenti)

Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jintroduċu rekwiżiti konsistenti għas-CSDs fir-rigward tal-kwistjonijiet organizzazzjonali u korporattivi, il-kondotta tal-operazzonijiet, is-servizzi u l-qafas prudenzjali. Dan għandu joħloq ambjent aktar sikur għas-servizzi ta’ CSD u mill-ġdid inaqqas il-piż regolatorju fuq is-CSDs b’operazzjonijiet transfruntieri.

L-AETS se jkollha tabbozza tmien standards tekniċi regolatorji u żewġ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika ċerti dettalji fir-rigward ta’ għadd ta’ rekwiżiti regolatorji għas-CSDs, b’mod partikolari għall-kwistjonijiet organizzazzjonali, iż-żamma tar-reġistri, l-aċċess mill-parteċipanti, ir-rikonċiljazzjoni ta’ kontijiet ta’ titoli, is-segregazzjoni ta’ kontijiet ta’ titoli, il-finalità tas-saldu, il-mitigazzjoni tar-riskji operazzjonali, ir-rekwiżiti kapitali u l-links tas-CSDs.

L-AETS se jkollha toħroġ ukoll linji gwida dwar ir-regoli u l-proċeduri tas-CSD għall-ġestjoni ta’ inadempejnza ta’ parteċipant.

L-AETS se jkollha wkoll kompiti permanenti derivati mis-setgħa tagħha li tintervjeni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet fir-rigward tal-aċċess ta' parteċipanti għas-CSDs.

4) Kompiti relatati mar-rekwiżiti ta’ aċċess (3 standards ta’ implimentazzjoni, kompiti permanenti)

Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jżidu l-effiċjenza billi jippermettu lill-emittenti u lill-investituri jkollhom aċċess għas-CSD tal-għażla tagħhom.

L-AETS se jkollha tabbozza tliet standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċedura tal-aċċess mill-emittenti għas-CSDs, bejn is-CSDs u bejn CSDs u infrastrutturi oħrajn tas-suq.

L-AETS se jkollha wkoll kompiti permanenti derivati mis-setgħa tagħha li tintervjeni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet fir-rigward tal-aċċess.

5) Kompiti relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proposta (2 rapporti annwali)

L-AETS se jkollha tipproduċi żewġ rapporti annwali, wieħed sabiex tivvaluta l-effiċjenza tas-saldu għal kull suq tal-UE, fuq il-bażi tar-rapportar standardizzat tal-fallimenti tas-saldu minn atturi tas-suq, u t-tieni sabiex tivvaluta jekk hijiex qed tiżdied l-attività transfruntiera, fuq il-bażi tad-dejta rreġistrata fir-reġistru tal-AETS.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || || || TOTAL

DĠ: MARKT ||

Ÿ Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || || || || ||

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || || || || ||

TOTAL DĠ MARKT || Approprjazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total ta’ impenji = Total ta’ ħlasijiet) || 0 || 0 || 0 || || || || ||

EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || Sena 2013[36] || Sena 2014 || Sena 2015 || || || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

Ħlasijiet || 0,385 || 0,354 || 0,354 || || || || || 1,093

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– ý  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

L-għanijiet speċifiċi tal-proposta huma stabbiliti fit-Taqsima 1.4.2. Se jintlaħqu permezz tal-miżuri leġiżlattivi proposti, li għandhom jiġu implimentati fil-livell nazzjonali, u permezz tal-involviment tal-AETS. Filwaqt li mhuwiex possibbli li jiġu attribwiti riżultati numeriċi konkreti għal kull għan operazzjonali, ir-rwol tal-AETS u l-kontribuzzjoni tagħha għall-għanijiet tal-proposta huma spjegati fid-dettall fit-Taqsima 3.2.1.

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Kumment:

L-ebda riżorsi umani jew amministrattivi addizzjonali ma huma se jkunu meħtieġa fid-DĠ MARKT minħabba l-proposta. Ir-riżorsi li qed jintużaw bħalissa sabiex tiġi ssodisfata d-Direttiva 1997/9/KE se jibqgħu jintużaw.

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

– ý  Il-proposta/inizjattiva se tinkludi riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Il-proposta tipprovdi għal kompiti oħra li għandhom jitwettqu mill-AETS. Dan se jkun jeħtieġ riżorsi addizzjonali taħt l-intestatura tal-baġit 12.0404.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[37].

3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– ý  Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || || || Total

Stati Membri permezz ta’ superviżuri nazzjonali tal-UE * || 0,577 || 0,531 || 0,531 || || || || || 1,639

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0,577 || 0,531 || 0,531 || || || || || 1,639

* Stima bbażata fuq il-mekkaniżmu finanzjarju attawli fir-Regolament tal-AETS (Stati Membri 60%, Komunità 40%)

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq id-dħul mixxelanju

Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fis-saldu ta’ titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE

L-ispejjeż relatati mal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-AETS ġew stmati għan-nefqa fuq il-persunal (Titolu 1), b’konformità mal-klassifikazzjoni tal-ispejjeż fl-abbozz tal-baġit tal-AETS għall-2012 sottomess lill-Kummissjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għall-AETS sabiex tiżviluppa 13-il standard tekniku regolatorju u 9 standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ natura teknika ħafna jiġu implimentati b’mod konsistenti madwar l-UE kollha. Barra minn hekk, l-AETS se jkollha tiżviluppa wkoll 3 linji gwida, b’mod partikolari sabiex tiżgura l-kooperazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet u 2 rapporti annwali sabiex tissorvelja u tevalwa l-effettività tar-Regolament, se żżomm ir-reġistru tas-CSDs u se jkollha għadd ta’ kompiti permanenti oħrajn.

Rigward it-twaqqit, ġie supponut li r-Regolament se jidħol fis-seħħ kmieni fl-2013, u għaldaqstant, ir-riżorsi addizzjonali tal-AETS huma meħtieġa mill-2013. Persunal addizzjonali ġie stmat biss għall-istandards tekniċi, il-linji gwida u r-rapporti li għandhom jiġu prodotti mil-AETS; ġie supponut li l-AETS tista’ twettaq il-kompiti permanenti l-oħrajn tagħha, bħal fir-rigward ta’ rikonoxximent ta’ CSDs mhux mill-UE u medjazzjoni bejn l-awtoritajiet bil-persunal eżistenti tagħha. Fir-rigward tan-natura tal-pożizzjonijiet, il-tlestija b’suċċess u f’waqtha tal-istandards tekniċi se teħtieġ, b’mod partikolari, uffiċjali tal-politiki, legali u tal-valutazzjoni tal-impatt addizzjonali.

Is-suppożizzjonijiet li ġejjin ġew applikati sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq l-għadd ta’ FTEs (Full-Time Equivalents) meħtieġa sabiex jiżviluppaw standards tekniċi, linji gwida u rapporti:

· Uffiċjal tal-politiki wieħed jabbozza medja ta’ 5 standards tekniċi fis-sena u l-istess uffiċjal tal-politki jista’ jabbozza l-linji gwida jew ir-rapporti relatati. Dan jimplika li huma meħtieġa 4 uffiċjali tal-politiki;

· Uffiċjal tal-valutazzjoni tal-impatt wieħed huwa meħtieġ għall-istandards tekniċi ta’ hawn fuq;

· Uffiċjal legali wieħed huwa meħtieġ għall-istandards tekniċi u l-linji gwida ta’ hawn fuq.

Dan ifisser li mill-2013 se jkunu meħtieġa 6 FTEs addizzjonali.

Ġie supponut li din iż-żieda fl-FTEs se tinżamm fl-2014 u l-2015 peress li aktarx li l-istandards jiġu finalizzati biss fl-2014 u jistgħu jkunu meħtieġa emendi fl-2015.

Suppożizzjonijiet oħrajn:

· Fuq il-bażi tad-distribuzzjoni tal-FTEs fl-abbozz tal-baġit tal-2012, huwa supponut li s-6 FTEs addizzjonali jkunu fformati minn 4 aġenti temporanji (74%), espert nazzjonali sekondat (16%) u aġent b’kuntratt (10%);

· L-ispejjeż annwali medji għas-salarji għall-kategoriji differenti ta’ persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ BUDG;

· Koeffiċjenti tal-ippeżar tas-salarji għal Pariġi ta’ 1.27;

· Spejjeż tat-taħriġ supponuti għal EUR 1,000 għal kull FTE fis-sena;

· Spejjeż għal missjonijiet ta’ EUR 10,000, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għall-missjonijiet għal kull persuna;

· Spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġ, lukanda, eżamijiet mediċi, illoġġjar u allowances oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ) ta’ EUR 12,700, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għar-reklutaġġ għal kull persuna.

Il-metodu ta’ kalkolu taż-żieda fil-baġit meħtieġ għat-tliet snin li ġejjin huwa ppreżentat f’aktar dettall fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-kalkolu jirrifletti l-fatt li l-baġit tal-Komunità jiffinanzja 40% tal-ispejjeż.

Tip ta' spiża || Kalkolu || Ammont (f'eluf)

|| || 2013 || 2014 || 2015 || Total

|| || || || ||

Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal || || || || ||

|| || || || ||

11 Salarji u benefiċċji || || || || ||

- li minnhom aġenti temporanji || =4*127*1,27 || 645 || 645 || 645 || 1,935

- li minnhom SNEs || =1*73*1,27 || 93 || 93 || 93 || 278

- li minnhom aġenti bil-kuntratt || =1*64*1,27 || 81 || 81 || 81 || 244

|| || || || ||

12 Spiża relatata mar-reklutaġġ || =6*12,7 || 76 || || || 76

|| || || || ||

13 Spejjeż tal-missjonijiet || =6*10 || 60 || 60 || 60 || 180

|| || || || ||

15 Taħriġ || =6*1 || 6 || 6 || 6 || 18

|| || || || ||

Total tat-Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal || || 961 || 885 || 885 || 2,732

|| || || || ||

Li minnhom kontribuzzjoni mill-Komunità (40%) || || 385 || 354 || 354 || 1,093

Li minnhom kontribuzzjoni mill-Istati Membri (60%) || || 577 || 531 || 531 || 1,639

It-tabella li ġejja tippreżenta t-tabella tal-persunal proposta għall-erba’ pożizzjonijiet ta’ aġenti temporanji.

Grupp u grad tal-funzjoni || Postijiet temporanji

||

AD 8 || 1

AD 7 || 1

AD 6 || 1

AD 5 || 1

||

Total AD || 4

[1]               ĠU L166, 11.6.1998, p. 45

[2]               ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1

[3]               ĠU L166, 11.6/1998, p. 45

[4]               ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1

[5]               COM(2010) 716, 8.12.2010

[6]               ĠU C , , p. .

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

[9]               FSB "Innaqqsu l-periklu morali li jinħoloq minn istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti", 20 ta' Ottubru 2010

[10]             Il-Konklużjonijiet tal-2911-il laqgħa tal-Kunsill, ECOFIN, 2 ta’ Diċembru 2008.

[11]             ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

[12]             ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

[13]             ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.

[14]             ĠU L 222 , 14.8.1978, p. 11.

[15]             ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

[16]             ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

[17]             “Kodiċi tal-Kondotta Ewropea għall-Ikklerjar u s-Saldu” iffirmat mill-FESE (Federazzjoni tal-Boroż Ewropej tat-Titoli - Federation of European Securities Exchanges), l-EACH (Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Kmamar tal-Ikklerjar - European Association of Clearing Houses) u l-ECSDA (Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Depożitorji Ċentrali tat-Titoli - European Central Securities Depositories Association) fis-7 ta’ Novembru 2006.

[18]             ĠU L 281, 23.11.1995, p.31.

[19]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[20]             ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

[21]             ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

[22]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[23]             ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

[24]             ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

[25]             ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.

[26]             ABM: Ġestjoni Ibbażata fuq l-Attività (Activity-Based Management) – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività (Activity-Based Budgeting).

[27]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju

[28]             ĠU L166, 11.6/1998, p. 45

[29]             Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit elettorniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[30]             Kif stipulat fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[31]             Diff = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff.

[32]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association).

[33]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[34]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[35]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (eks linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[36]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[37]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.