52012PC0011

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali) /* COM/2012/011 final - 2012/0011 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

Dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jippreżenta f’aktar dettall il-qafas legali ġdid propost għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-UE kif stabbilit fil-Komunikazzjoni COM (2012) 9 finali[1]. Il-qafas legali ġdid propost jikkonsisti f’żewġ proposti leġiżlattivi:

– proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali), u

– proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ta’ eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[2].

Dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jirrigwarda l-proposta leġiżlattiva għal Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali.

Il-qofol tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, id-Direttiva 95/46/KE[3], ġie adottat fl-1995 b’żewġ objettivi: li jiġi protett id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta u li jkun iggarantit il-fluss liberu ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri. Din ġiet ikkumplimentata mid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI bħala strument ġenerali fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-oqsma tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali[4].

Żviluppi teknoloġiċi mgħaġġla ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-iskala tal-kondiviżjoni u l-ġbir ta’ dejta żdiedet b’mod drammatiku. It-teknoloġija tippermetti kemm lill-kumpaniji privati kif ukoll lill-awtoritajiet pubbliċi jużaw dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex isegwu l-attivitajiet tagħhom. L-individwi saru dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija biddlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali.

Il-bini tal-fiduċja fl-ambjent onlajn huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku. In-nuqqas ta’ fiduċja jġiegħel lill-konsumaturi jaħsbuha darbtejn qabel jixtru onlajn u jadottaw servizzi ġodda. Għaldaqstant il-protezzjoni tad-dejta għandha rwol ċentrali fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[5], u b’mod aktar ġenerali fl-Istrateġija għall-Ewropa 2020[6].

L-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ġie introdott mit-Trattat ta’ Lisbona, jistabbilixxi l-prinċipju li kull individwu għandu d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali li tirrigwardah/a. Barra minn hekk, permezz tal-Artikolu 16(2) tat-TFUE, it-Trattat ta’ Lisbona introduċa bażi legali speċifika għall-adozzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jinkludi l-protezzjoni tad-dejta personali bħala dritt fundamentali.

Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-funzjonament tal-istrumenti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta u sabiex tippreżenta, fejn ikun meħtieġ, aktar inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi[7]. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Programm ta’ Stokkolma, il-Parlament Ewropew[8] laqa’ skema komprensiva ta’ protezzjoni tad-dejta fl-UE u fost l-oħrajn talab għar-reviżjoni tad-Deċiżjoni Qafas. Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha li jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma[9] il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jkun żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali jkun applikat b’mod konsistenti fil-kuntest tal-politiki kollha tal-UE.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Strateġija komprensiva dwar il-ħarsien tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea”[10], il-Kummissjoni kkonkludiet li l-UE teħtieġ politika aktar komprensiva u koerenti dwar id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Il-qafas attwali jibqa’ sod safejn huma kkonċernati l-għanijiet u l-prinċipji tiegħu, iżda dan ma waqqafx il-frammentazzjoni fil-mod kif il-protezzjoni tad-dejta personali hija implimentata fl-Unjoni, l-inċertezza legali u l-perċezzjoni mifruxa fost il-pubbliku li hemm riskji sinifikanti assoċjati b’mod partikolari mal-attività onlajn[11]. Huwa għalhekk li wasal iż-żmien li jinbena qafas għall-protezzjoni tad-dejta aktar b’saħħtu u aktar koerenti fl-UE, appoġġjat minn infurzar qawwi li jippermetti lill-ekonomija diġitali tiżviluppa fis-suq intern, iqiegħed lill-individwi fil-kontroll tad-dejta tagħhom stess u jsaħħaħ iċ-ċertezza legali u prattika għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi.

2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Din l-inizjattiva hija r-riżultat ta’ konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati ewlenin kollha dwar ir-reviżjoni tal-qafas legali attwali għall-protezzjoni tad-dejta personali, li damu aktar minn sentejn u li kienu jinkludu konferenza ta’ livell għoli f’Mejju 2009[12] u żewġ fażijiet ta’ konsultazzjoni pubblika:

– Mid-9 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Konsultazzjoni dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali. Il-Kummissjoni rċeviet 168 tweġiba, 127 mingħand individwi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tan-negozju u 12 mingħand awtoritajiet pubbliċi.[13]

– Mill-4 ta’ Novembru 2010 sal-15 ta’ Jannar 2011, il-Konsultazzjoni dwar l-istrateġija komprensiva tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni rċeviet 305 tweġibiet, li 54 minnhom kienu mingħand ċittadini, 31 mingħand awtoritajiet pubbliċi u 220 mingħand organizzazzjonijiet privati, b’mod partikolari assoċjazzjonijiet tan-negozju u organizzazzjonijiet mhux governattivi.[14]

Saru wkoll konsultazzjonijiet immirati ma’ partijiet interessati ewlenin; ġew organizzati avvenimenti speċifiċi f’Ġunju u f’Lulju 2010 mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma’ partijiet interessati fis-settur privat, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-dejta u tal-konsumaturi[15]. F’Novembru 2010, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Reding organizzat diskussjoni dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta. Fit-28 ta’ Jannar 2011 (Il-Jum tal-Protezzjoni tad-Dejta), il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa organizzaw flimkien konferenza ta’ livell għoli sabiex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mar-riforma tal-qafas legali tal-UE kif ukoll mal-ħtieġa ta’ standards komuni ta’ protezzjoni tad-dejta mad-dinja kollha[16]. Ġew ospitati żewġ konferenzi dwar il-protezzjoni tad-dejta mill-Presidenza Ungeriża u dik Pollakka tal-Kunsill fis-16-17 ta’ Ġunju 2011 u fil-21 ta’ Settembru 2011 rispettivament.

Matul l-2011 saru workshops iddedikati u seminars dwar kwistjonijiet speċifiċi. F’Jannar, ENISA[17] organizzat workshop dwar in-notifiki tal-ksur tad-dejta fl-Ewropa[18]. Fi Frar, il-Kummissjoni laqqgħet workshop mal-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex jiġu diskussi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ta’ kriminalità, inkluża l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas, u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali kellha laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar il-“Protezzjoni tad-Dejta u l-Privatezza”. Fit-13 ta’ Lulju 2011, saret diskussjoni dwar kwistjonijiet ewlenin tar-riforma mal-Awtoritajiet nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Dejta. Iċ-ċittadini tal-UE ġew ikkonsultati permezz ta’ stħarriġ tal-Eurobarometer li sar f’Novembru-Diċembru 2010[19]. Ġew imnedija wkoll numru ta’ studji.[20] Il-“Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29”[21] ipprovda diversi opinjonijiet u input siewi lill-Kummissjoni[22]. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ħareġ ukoll opinjoni komprensiva dwar il-kwistjonijiet imqajma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Novembru 2010[23].

Bir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2011, Il-Parlament Ewropew approva rapport li jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni għar-riforma tal-qafas tal-protezzjoni tad-dejta.[24] Fl-24 ta’ Frar 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta konklużjonijiet li fihom jappoġġja b’mod ġenerali l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirriforma l-qafas tal-protezzjoni tad-dejta u jaqbel ma’ bosta elementi fl-approċċ tal-Kummissjoni. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew appoġġja bl-istess mod għan tal-Kummissjoni li tiżgura applikazzjoni aktar konsistenti tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta[25] fl-Istati Membri kollha u reviżjoni xierqa tad-Direttiva 95/46KE.[26]

Waqt il-konsultazzjonijiet dwar l-approċċ komprensiv, parti kbira mill-partijiet interessati qablu li l-prinċipji ġenerali jibqgħu validi iżda li hemm ħtieġa li l-qafas attwali jkun adattat sabiex iwieġeb aħjar għall-isfidi maħluqa mill-iżvilupp mgħaġġel ta’ teknoloġiji ġodda (b’mod partikolari onlajn) u miż-żieda fil-globalizzazzjoni, filwaqt li tinżamm in-newtralità teknoloġika tal-qafas legali. Saret kritika qawwija fir-rigward tal-frammentazzjoni attwali tal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni, b’mod partikolari mill-partijiet ekonomiċi interessati li talbu għal aktar ċertezza legali u armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. Il-kumplessità tar-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali tad-dejta personali hija meqjusa li toħloq xkiel sostanzjali għall-operazzjonijiet tagħhom minħabba li jkollhom jittrasferixxu regolarment dejta personali mill-UE lejn partijiet oħra tad-dinja.

Bi qbil mal-politika tagħha dwar “Regolamentazzjoni Aħjar”, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt ta’ alternattivi ta’ politika. Il-valutazzjoni tal-impatt kienet ibbażata fuq it-tliet objettivi ta’ politika li tittejjeb id-dimensjoni tas-suq intern tal-protezzjoni tad-dejta, li l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta mill-individwi jsir aktar effettiv u li jinħoloq qafas komprensiv u koerenti li jkopri l-oqsma kollha fil-kompetenza tal-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Ġew ivvalutati tliet għażliet politiċi ta’ gradi differenti ta’ intervent: l-ewwel għażla kienet tikkonsisti f’emendi leġiżlattivi minimi u l-użu ta’ Komunikazzjonijiet interpretattivi u miżuri ta’ appoġġ għall-politika bħal programmi ta’ finanzjament u għodod tekniċi; it-tieni għażla kienet tinkludi sett ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jindirizzaw kull kwistjoni identifikata fl-analiżi u t-tielet għażla kienet iċ-ċentralizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta fil-livell tal-UE permezz ta’ regoli preċiżi u dettaljati għas-setturi kollha u l-istabbiliment ta’ aġenzija tal-UE li tissorvelja u tinforza d-dispożizzjonijiet.

Skont il-metodoloġija stabbilita tal-Kummissjoni, kull għażla ta’ politika ġiet ivvalutata, bl-għajnuna ta’ grupp ta’ tmexxija b’rappreżentazzjoni minn diversi servizzi, għall-effettività tagħha biex tilħaq l-objettivi tal-politika, l-impatt ekonomiku tagħha fuq il-partijiet interessati (inkluż fuq il-baġit tal-istituzzjonijiet tal-UE), l-impatt soċjali u l-effett fuq id-drittijiet fundamentali. Ma kinux osservati impatti ambjentali. L-analiżi tal-impatt globali wasslet għall-iżvilupp tal-għażla politika ppreferuta li hija bbażata fuq it-tieni għażla b’xi elementi miż-żewġ l-għażliet l-oħra u inkorporata f’din il-proposta. Skont il-valutazzjoni tal-impatt, l-implimentazzjoni tagħha għandha twassal inter alia għal titjib konsiderevoli rigward iċ-ċertezza legali għall-kontrolluri tad-dejta u għaċ-ċittadini, għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv, għall-konsistenza fl-infurzar tal-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni, għall-possibbiltà effettiva tal-individwi li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ protezzjoni tad-dejta għall-protezzjoni ta’ dejta personali fl-UE u għall-effiċjenza tas-sorveljanza u l-infurzar tal-protezzjoni tad-dejta. L-implimentazzjoni tal-għażliet politiċi ppreferuti hija mistennija wkoll li tikkontribwixxi għall-għan tal-Kummissjoni li tissimplifika u tnaqqas il-piż amministrattiv u għall-għanijiet tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-Pjan ta’ azzjoni ta’ Stokkolma u l-istrateġija għall-Ewropa 2020.

Il-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt ħareġ opinjoni dwar l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt fid-9 ta’ Settembru 2011. Wara l-opinjoni tal-Bord, saru dawn it-tibdiliet fil-valutazzjoni tal-impatt:

– Ġew iċċarati L-objettivi tal-qafas legali preżenti (safejn intlaħqu u safejn ma ntlaħqux), kif ukoll l-objettiiv tar-riforma prevista ;

– Ġew miżjuda aktar evidenza u spjegazzjonijiet/kjarifiki addizzjonali fit-taqsima tad-definizzjoni tal-problemi;

– Żdiedet taqsima dwar il-proporzjonalità;

– Il-kalkoli u l-istimi kollha relatati mal-piż amministrattiv fix-xenarju ta’ referenza u fl-għażla ppreferuta ġew analizzati u riveduti għal kollox, u r-relazzjoni bejn l-ispejjeż tan-notifiki u l-ispejjeż globali tal-frammentazzjoni ġew iċċarati (inkluż l-Anness 10);

– L-impatti fuq mikroimpriżi, l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, b’mod partikolari ta’ uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta u l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta ġew speċifikati aħjar.

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt u sommarju eżekuttiv huma ppubblikati mal-proposti.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE, li huwa l-bażi legali ġdida għall-adozzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta mit-Trattat ta’ Lisbona. Din id-dispożizzjoni tippermetti l-adozzjoni tar-regoli relatati mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Istati Membri meta jsiru attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni. Tippermetti wkoll l-adozzjoni ta’ regoli relatati mal-moviment liberu ta’ dejta personali, inkluża dejta personali pproċessata mill-Istati Membri jew partijiet privati.

Regolament huwa meqjus bħala l-aktar strument legali xieraq sabiex jiddefinixxi l-qafas għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni. L-applikabbiltà diretta ta’ Regolament, f’konformità mal-Artikolu 288 tat-TFUE tnaqqas il-frammentazzjoni legali u tipprovdi aktar ċertezza legali billi tintroduċi sett armonizzat ta’ regoli ewlenin, ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-individwi u tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-Suq Intern.

Ir-referenza għall-Artikolu 114(1) tat-TFUE hija biss meħtieġa għall-emendar tad-Direttiva 2002/58/KE sal-punt li dik id-Direttiva wkoll tipprovdi għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-abbonati li huma persuni ġuridiċi.

3.2. Sussidjarjetà u proporzjonalità

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5(3) TUE), azzjoni fuq livell tal-Unjoni għandha tittieħed biss jekk u safejn l-objettivi previsti ma jkunux jistgħu kinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni prevista, jinkisbu aħjar mill-Unjoni. Fid-dawl tal-problemi deskritti hawn fuq, l-analiżi tas-sussidjarjetà tindika l-ħtieġa ta’ azzjoni fil-livell tal-UE għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

– Id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jeħtieġ l-istess livell ta’ protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni kollha. In-nuqqas ta’ regoli komuni tal-UE joħloq ir-riskju ta’ livelli differenti ta’ protezzjoni fl-Istati Membri u joħloq restrizzjonijiet fuq il-flussi transkonfinali ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri bi standards differenti.

– Id-dejta personali hija trasferita bejn il-fruntieri nazzjonali, kemm fruntieri interni kif ukoll esterni, b’rata dejjem aktar mgħaġġla. Barra minn hekk, hemm sfidi prattiċi għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u ħtieġa għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membru u l-awtoritajiet tagħhom, li jeħtieġ li jiġu organizzati fuq livell tal-UE biex tkun żgurata l-unità ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. L-UE tinsab ukoll fl-aħjar pożizzjoni sabiex tassigura b’mod effettiv u konsistenti l-istess livell ta’ protezzjoni lill-individwi meta d-dejta personali tagħhom tiġi trasferita lil pajjiżi terzi.

– L-Istati Membri waħedhom ma jistgħux inaqqsu l-problemi fis-sitwazzjoni preżenti, b’mod partikolari dawk ikkawżati mill-frammentazzjoni fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Għaldaqstant, hemm bżonn speċifiku li jiġi stabbilit qafas armonizzat u koerenti li jippermetti t-trasferiment mingħajr problemi ta’ dejta personali bejn il-fruntieri fi ħdan l-UE filwaqt li jassigura protezzjoni effettiva għall-individwi kollha madwar l-UE.

– L-azzjonijiet leġiżlattivi proposti tal-UE jkunu aktar effettivi minn azzjonijiet simili fil-livell tal-Istati Membri minħabba n-natura u l-iskala tal-problemi, li m’humiex limitati għal-livell ta’ Stat Membru wieħed jew diversi.

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jitlob li kwalunkwe intervent ikun immirat u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi. Dan il-prinċipju mexxa t-tħejjija ta’ din il-proposta mill-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ għażliet alternattivi ta’ politika sat-tfassil tal-proposta leġiżlattiva.

3.3. Sommarju tal-kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali

Id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali huwa stabbilit mill-Artikolu 8 tal-Karta u mill-Artikolu 16 tat-TFUE u fl-Artikolu 8 tal-KEDB. Kif tenfasizza l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE[27], id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mhuwiex dritt assolut, iżda jrid jiġi kkunsidrat f’relazzjoni mal-funzjoni tiegħu fis-soċjetà[28]. Il-protezzjoni tad-dejta hija marbuta mill-qrib mar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja kif protett mill-Artikolu 7 tal-Karta. Dan huwa rifless fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 95/46/KE, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, u partikolarment tad-dritt tagħhom għall-ħajja privata dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali.

Drittijiet fundamentali oħra stabbiliti fil-Karta li jistgħu jkunu affettwati huma dawn li ġejjin: il-libertà tal-espressjoni (l-Artikolu 11 tal-Karta); il-libertà li jitwettqu attivitajiet ekonomiċi (l-Artikolu 16); id-dritt għall-proprjetà u b’mod partikolari l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali (l-Artikolu 17(2)); il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni fost l-oħrajn ibbażati fuq ir-razza, l-oriġini etnika, il-karatteristiċi ġenetiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, id-diżabbiltà jew l-orjentazzjoni sesswali (l-Artikolu 21); id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24); id-dritt għal livell għoli ta’ kura tas-saħħa tal-bniedem (l-Artikolu 35); id-dritt għal aċċess għad-dokumenti (l-Artikolu 42); id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (l-Artikolu 47).

3.4. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta 3.4.1. KAPITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1 jiddefinixxi s-suġġett tar-Regolament, u, bħal fil-każ tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 95/46/KE, iż-żewġ għanijiet tar-Regolament.

L-Artikolu 2 jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni materjalitar-Regolament.

L-Artikolu 3 jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tar-Regolament.

L-Artikolu 4 fih definizzjonijiet tat-termini użati fir-Regolament. Filwaqt li xi wħud mid-definizzjonijiet huma meħuda mid-Direttiva 95/46/KE, oħrajn huma mibdula, miżjuda b’elementi addizjonali, jew introdotti għall-ewwel darba (‘ksur ta’ dejta personali’ ibbażat fuq l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza elettronika[29] kif emendat mid- Direttiva 2009/136/KE[30], ‘dejta ġenetika’, ‘dejta bijometrika’, ‘dejta li tirrigwarda s-saħħa’, ‘stabbiliment ewlieni’, ‘rappreżentant’, ‘intrapriża’, ‘grupp ta’ impriżi’, ‘regoli korporattivi vinkolanti’, u ta’ ‘minorenni’ li huwa bbażat fuq il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal[31], u ‘awtorità ta’ superviżjoni’).

Fid-definizzjoni ta’ kunsens, il-kriterju ‘espliċitu’ huwa miżjud sabiex jiġi evitat it-tqabbil ma’ kunsens ‘mhux ambigwu’ u sabiex ikun hemm definizzjoni waħda u konsistenti ta’ kunsens, li tassigura li s-suġġett tad-dejta huwa konxju li qed jagħti l-kunsens tiegħu u għalxiex.

3.4.2. KAPITOLU II - PRINĊIPJI

L-Artikolu 5 jistabbilixxi l-prinċipji relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali, li jikkorrispondu għal dawk fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46/KE. Elementi ġodda addizzjonali huma b’mod partikolari l-prinċipju tat-trasparenza, il-kjarifika tal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-dejta u l-istabbiliment tar-responsabbiltà komprensiva u tal-obbligu tal-kontrollur.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi, abbażi tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE, il-kriterji għall-ipproċessar legali, li huma speċifikati aktar fir-rigward tal-kriterju tal-bilanċ tal-interess, u l-konformità ma’ obbligi legali u l-interess pubbliku.

L-Artikolu 7 jiċċara l-kundizzjonijiet skont liema l-kunsens ikun validu bħala raġuni legali għall-ipproċessar legali.

L-Artikolu 8 jistabbilixxi kundizzjonijiet ulterjuri għal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali tat-tfal fir-rigward tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, offruti direttament lilhom.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi l-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali u l-eċċezzjonijiet minn din ir-regola ġenerali, waqt li jibni fuq l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 10 jiċċara li l-kontrollur mhuwiex obbligat li jakkwista informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.4.3. KAPITOLU III - DRITTIJIET TAS-SUĠĠETT TAD-DEJTA 3.4.3.1. Taqsima 1 – Trasparenza u modalitajiet

L-Artikolu 11 jintroduċi l-obbligu fuq il-kontrolluri li jipprovdu għal informazzjoni trasparenti, aċċessibbli u li tinftiehem b’mod faċli, ispirat b’mod partikolari mir-Riżoluzzjoni ta’ Madrid dwar l-istandards internazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali u tal-privatezza[32].

L-Artikolu 12 jobbliga lill-kontrollur sabiex jipprovdi proċeduri u mekkaniżmi għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, inklużi mezzi għal talbiet elettroniċi, li jeħtieġu tweġiba għat-talba tas-suġġett tad-dejta fi żmien skadenza speċifika, u l-motiv għar-rifjuti.

L-Artikolu 13 jipprovdi drittijiet relatati mar-riċevituri, ibbażati fuq l-Artikolu 12(c) tad-Direttiva 95/46/KE, estiżi għar-riċevituri kollha, inklużi kontrolluri u proċessuri konġunti.

3.4.3.2. Taqsima 2 – Informazzjoni u aċċess għad-dejta

L-Artikolu 14 jispeċifika ulterjorment l-obbligi ta’ informazzjoni tal-kontrollur lejn is-suġġett tad-dejta, jibni fuq l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE, billi jipprovdi informazzjoni addizzjonali lis-suġġett tad-dejta, inkluż dwar il-perjodu ta’ ħażna, id-dritt li jressaq ilment, b’konnessjoni ma’ trasferimenti internazzjonali u mas-sors li minnha toriġina d-dejta. Iżomm ukoll id-derogi possibbli fid-Direttiva 95/46/KE, pereżempju mhu sejjer ikun hemm l-ebda obbligu bħal dan jekk ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar ikunu espressament ipprovduti mil-liġi. Dan jista’ pereżempju japplika fil-proċeduri minn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, tat-taxxa jew l-amministrazzjonijiet tad-dwana, jew is-servizzi kompetenti għal affarijiet ta’ sigurtà soċjali.

L-Artikolu 15 jipprovdi d-dritt tas-suġġett tad-dejta għall-aċċess għad-dejta personali tiegħu, jibni fuq l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE u jżid elementi ġodda, bħall-informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta dwar il-perjodu ta’ ħażna, u għad-drittijiet għar-rettifika u għat-tħassir u għat-tressiq ta’ ilmenti.

3.4.3.3. Taqsima 3 – Rettifika u tħassir

L-Artikolu 16 jistabbilixxi d-dritt tas-suġġett tad-dejta għar-rettifika, ibbażat fuq l-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 17 jipprovdi d-dritt tas-suġġett tad-dejta li jkun minsi u għat-tħassir. Jelabora u jispeċifika aktar id-dritt tat-tħassir previst fl-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 95/46/KE u jipprovdi l-kundizzjonijiet tad-dritt li jkun minsi, inkluż l-obbligu tal-kontrollur li għamel id-dejta personali pubblika li jinforma lill-partijiet terzi dwar it-talba tas-suġġett tad-dejta sabiex iħassru kull rabta ma’, jew kopja jew replikazzjoni ta’ dik id-dejta personali. Jintegra wkoll id-dritt li wieħed ikollu l-ipproċessar ristrett f’ċerti każijiet, filwaqt li jevita t-terminoloġija ambigwa ta’ “imblukkar”.

L-Artikolu 18 jintroduċi d-dritt tas-suġġett tad-dejta għall-portabbiltà tad-dejta, jiġifieri li jittrasferixxi d-dejta minn sistema ta’ pproċessar elettronika lejn u f’oħra, mingħajr ma jkun miċħud li jagħmel dan mill-kontrollur. Bħala prerekwiżit, u biex itejjeb aktar l-aċċess tal-individwi għad-dejta personali tagħhom, jipprovdi d-dritt li wieħed jikseb mingħand il-kontrollur dik id-dejta f’format elettroniku strutturat u użat b’mod komuni.

3.4.3.4. Taqsima 4 – Dritt għall-oġġezzjoni u l-użu ta’ profili (“profiling”)

L-Artikolu 19 jipprovdi għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta li jagħmel oġġezzjoni. Huwa bbażat fuq l-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46/KE, b’ċerti emendi, inkluż fir-rigward tal-oneru tal-provi u l-applikazzjoni tiegħu għal marketing dirett.

L-Artikolu 20 jirrigwarda d-dritt tas-suġġett tad-dejta li ma jkunx soġġett għal miżura bbażata fuq l-użu ta’ profili. Dan huwa mibni, b’emendi u salvagwardji addizzjonali, fuq l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 95/46 dwar deċiżjonijiet individwali awtomatizzati, u jikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa fuq l-użu ta’ profili[33].

3.4.3.5. Taqsima 5 – Restrizzjonijiet

L-Artikolu 21 jiċċara l-għoti ta’ setgħa lill-Unjoni jew l-Istati Membri sabiex iżommu jew jintroduċu restrizzjonijiet tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5 u tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stabbiliti fl-Artikoli 11 sa 20 u fl-Artikolu 32. Din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE u fuq ir-rekwiżiti li joħorġu mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

3.4.4. KAPITOLU IV - KONTROLLUR U PROĊESSUR 3.4.4.1. Taqsima 1 – Obbligi ġenerali

L-Artikolu 22 jikkunsidra d-dibattitu dwar “prinċipju ta’ responsabbiltà” u jiddeskrivi fid-dettall l-obbligu tar-responsabbiltà tal-kontrollur li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u li juri din il-konformità, inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ politiki u mekkaniżmi interni sabiex tkun żgurata din il-konformità.

L-Artikolu 23 jistabbilixxi l-obbligi tal-kontrollur li jinħolqu mill-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni jew b’kontumaċja.

L-Artikolu 24 dwar il-kontrolluri konġunti jiċċara r-responsabbiltajiet tal-kontrolluri konġunti fir-rigward tar-relazzjoni ta’ bejniethom u mas-suġġett tad-dejta.

L-Artikolu 25taħt ċerti kundizzjonijiet jobbliga lill-kontrolluri mhux stabbiliti fl-Unjoni, fejn ir-Regolament japplika għall-attivitajiet ta’ pproċessar tagħhom, li jaħtru rappreżentant fl-Unjoni.

L-Artikolu 26 jiċċara l-pożizzjoni u l-obbligu tal-proċessuri, jibbaża parzjalment fuq l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 95/46/KE, u jżid elementi ġodda, fosthom li proċessur li jipproċessa dejta lil hinn mill-istruzzjonijiet tal-kontrollur għandu jitqies bħala kontrollur konġunt.

L-Artikolu 27 dwar l-ipproċessar taħt l-awtorità tal-kontrollur u tal-proċessur huwa bbażat fuq l-Artikolu 16 tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 28 jintroduċi l-obbligu tal-kontrolluri u tal-proċessuri li jżommu dokumenti dwar l-operazzjonijiet ta’ proċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom, minflok notifika ġenerali lill-awtorità ta’ superviżjoni meħtieġa mill-Artikoli 18(1) u 19 tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 29 jiċċara l-obbligi tal-kontrollur u tal-proċessur għall-kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni.

3.4.4.2. Taqsima 2 – Sigurtà tad-dejta

L-Artikolu 30 jobbliga lill-kontrollur u lill-proċessur jimplimentaw miżuri xierqa għas-sigurtà tal-ipproċessar, jibbaża fuq l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 95/46/KE, filwaqt li jestendi dak l-obbligu għall-proċessuri, irrispettivament mill-kuntratt mal-kontrollur.

L-Artikoli 31 u 32 jintroduċu obbligu li jkun innotifikat il-ksur ta’ dejta personali, billi jibni fuq in-notifika tal-ksur ta’ dejta personali fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza elettronika.

3.4.4.3. Taqsima 3 – Valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta u awtorizzazzjoni minn qabel

L-Artikolu 33 jintroduċi l-obbligu tal-kontrolluri u tal-proċessuri li jagħmlu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta qabel operazzjonijiet ta’ pproċessar riskjużi.

L-Artikolu 34 jirrigwarda l-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni minn, u l-konsultazzjoni ma’, l-awtorità ta’ superviżjoni hija obbligatorja qabel l-ipproċessar billi jibni fuq il-kunċett ta’ verifika minn qabel fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE.

3.4.4.4. Taqsima 4 – Uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

L-Artikolu 35 jintroduċi uffiċjal obbligatorju tal-protezzjoni tad-dejta għas-settur pubbliku, u, fis-settur privat, fil-każ ta’ impriżi kbar jew fejn l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku. Dan jibni fuq l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 95/46/KE li pprovda l-possibbiltà lill-Istati Membri li jintroduċu dan ir-rekwiżit minflok rekwiżit ta’ notifika ġenerali.

L-Artikolu 36 jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

L-Artikolu 37 jipprovdi l-kompiti ewlenin tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

3.4.4.5. Taqsima 5 – Kodiċijiet ta’ kondotta u ċertifikazzjoni

L-Artikolu 38 jirrigwarda l-kodiċijiet ta’ kondotta, billi jibni fuq il-kunċett tal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 95/46/KE, jiċċara l-kontenut tal-kodiċijiet u l-proċeduri u jipprovdi għall-għoti ta’ setgħa lill-Kummissjoni sabiex din tiddeċiedi fuq il-validità ġenerali tal-kodiċijiet ta’ kondotta.

L-Artikolu 39 jintroduċi għall-ewwel darba l-possibbiltà li jkunu stabbiliti mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta.

3.4.5. KAPITOLU V - TRASFERIMENT TA’ DEJTA PERSONALI LIL PAJJIŻI TERZI JEW LIL ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

L-Artikolu 40 jispeċifika, bħala prinċipju ġenerali, li l-konformità mal-obbligi f’dak il-kapitolu huma mandatorji għal kull trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi trasferimenti ulterjuri.

L-Artikolu 41 jistabbilixxi l-kriterji, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza mill-Kummissjoni, ibbażat fuq l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE. Il-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-livell adegwat jew mhux adegwat ta’ protezzjoni jinkludu b’mod espliċitu l-istat tad-dritt, ir-rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni indipendenti. L-Artikolu issa jikkonferma b’mod espliċitu l-possibbiltà tal-Kummissjoni li tivvaluta l-livell ta’ protezzjoni mogħti minn territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz.

L-Artikolu 42 jitlob li t-trasferimenti lejn pajjiżi terzi, fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza mill-Kummissjoni, jipproduċu salvagwardji xierqa, b’mod partikolari klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta, regoli korporattivi vinkolanti u klawżoli kuntrattwali. Il-possibbiltà li jintużaw il-klawżoli standard tal-protezzjoni tad-dejta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 95/46/KE. Bħala komponent ġdid, dawn il-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta issa jistgħu jiġu adottati wkoll minn awtorità ta’ superviżjoni u jiġu ddikjarati ġeneralment validi mill-Kummissjoni. Regoli korporattivi vinkolanti issa huma msemmija b’mod speċifiku fit-test legali. L-għażla ta’ klawżoli kuntrattwali tagħti ċerta flessibbiltà lill-kontrollur jew lill-proċessur, iżda hija soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni.

L-Artikolu 43 jiddeskrivi f’aktar dettall il-kundizzjonijiet għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti, ibbażati fuq prattiki attwali u rekwiżiti tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni.

L-Artikolu 44 jispjega u jiċċara d-derogi għat-trasferimenti tad-dejta, abbażi tad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 95/46/KE. Dan japplika b’mod partikolari għat-trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta’ raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ trasferimenti ta’ dejta internazzjonali bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tat-taxxa jew tad-dwana, jew bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għall-ġestjoni tas-sajd. Barra minn hekk, taħt ċirkostanzi limitati, trasferiment tad-dejta jista’ jkun iġġustifikat fuq interess leġittimu tal-kontrollur jew tal-proċessur, iżda biss wara li jkun ivvaluta u ddokumenta ċ-ċirkostanzi ta’ dik l-operazzjoni ta’ trasferiment.

L-Artikolu 45 jipprovdi b’mod espliċitu għal mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ dejta personali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari dawk meqjusa li joffru livell adegwat ta’ protezzjoni, filwaqt li titqies ir-Rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-privatezza tat-12 ta’ Ġunju 2007.

3.4.6. KAPITOLU VI - AWTORITAJIET TA’ SUPERVIŻJONI INDIPENDENTI 3.4.6.1. Taqsima 1 – Status indipendenti

L-Artikolu 46 jobbliga lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu awtoritajiet ta’ superviżjoni, skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE u jkabbar il-missjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni għal kooperazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni.

L-Artikolu 47 jiċċara l-kundizzjonijiet għall-indipendenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni, billi jimplimenta l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea[34], u huwa ispirat ukoll mill-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001[35].

L-Artikolu 48 jipprovdi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, jimplimenta l-ġurisprudenza rilevanti[36] u huwa ispirat ukoll mill-Artikolu 42(2) sa (6) tar-Regolament (KE) 45/2001.

L-Artikolu 49 jistabbilixxi r-regoli dwar it-twaqqif tal-awtorità ta’ superviżjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri bil-liġi

L-Artikolu 50 jistipula s-sigriet professjonali tal-membri u tal-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni u huwa bbażata fuq l-Artikolu 28(7) tad-Direttiva 95/46/KE.

3.4.6.2. Taqsima 2 – Dmirijiet u setgħat

L-Artikolu 51 jistabbilixxi l-kompetenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni. Ir-regola ġenerali, ibbażata fuq l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 95/46/KE (kompetenza fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess), hija kkumplimentata mill-kompetenza l-ġdida bħala awtorità ewlenija f’każ li kontrollur jew proċessur ikun stabbilit f’diversi Stati Membri, sabiex tkun żgurata l-unità tal-applikazzjoni (‘punt uniku ta’ servizz’). Il-qrati, meta jaġixxu fl-awtorità ġudizzjarja tagħhom, huma eżenti mis-sorveljanza mill-awtorità ta’ superviżjoni, iżda mhux mill-applikazzjoni tar-regoli sostantivi dwar il-protezzjoni tad-dejta.

L-Artikolu 52 jipprovdi d-dmirijiet tal-awtorità ta’ superviżjoni, inklużi s-smigħ u l-investigazzjoni ta’ lmenti u l-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet.

L-Artikolu 53 jipprovdi s-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni, billi f’xi partijiet jibni fuq l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) 45/2001, u jżid xi elementi ġodda, inkluża s-setgħa ta’ sanzjonar ta’ reati amministrattivi.

L-Artikolu 54 jobbliga lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni jfasslu rapporti annwali dwar l-attività, skont l-Artikolu 28(5) tad-Direttiva 95/46/KE.

3.4.7. KAPITOLU VII - KOOPERAZZJONI U KONSISTENZA 3.4.7.1. Taqsima 1 – Kooperazzjoni

L-Artikolu 55 jintroduċi regoli espliċiti dwar l-assistenza reċiproka obbligatorja, inklużi l-konsegwenzi għan-nuqqas ta’ konformità mat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, billi jibni fuq l-Artikolu 28 (6), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 56 jintroduċi regoli dwar operazzjonijiet konġunti, ispirat mill-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA[37], inkluż id-dritt tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jieħdu sehem f’operazzjonijiet bħal dawn.

3.4.7.2. Taqsima 2 – Konsistenza

L-Artikolu 57 jintroduċi mekkaniżmu ta’ konsistenza li jiżgura l-unità ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li jistgħu jirrigwardaw suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri.

L-Artikolu 58 jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għal opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

L-Artikolu 59 jirrigwarda l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet indirizzati fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza, li jistgħu kemm isaħħu l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kif ukoll jesprimu diverġenza ma’ dik l-opinjoni, u l-abbozz ta’ miżura tal-awtorità ta’ superviżjoni. Meta titqajjem kwistjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta taħt l-Artikolu 58(3), jista' jkun mistenni li l-Kummissjoni teżerċita d-diskrezzjoni tagħha u tagħti opinjoni fejn ikun meħtieġ.

L-Artikolu 60 jirrigwarda d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jeħtieġu lill-awtorità kompetenti tissospendi l-abbozz ta’ miżura tagħha meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 61 jipprovdi għall-possibbiltà tal-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji, fi proċedura ta’ urġenza.

L-Artikolu 62 jistabbilixxi r-rekwiżiti għal atti implimentattivi tal-Kummissjoni taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

L-Artikolu 63 jipprovdi l-obbligu tal-infurzar tal-miżuri ta’ awtorità ta’ superviżjoni fl-Istati Membri kollha kkonċernati, u jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza huwa prerekwiżit għall-validità legali u l-infurzar tal-miżura rispettiva.

3.4.7.3. Taqsima 3 – Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

L-Artikolu 64 jistabbilixxi l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, li huwa magħmul mill-kapijiet tal-awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jieħu post il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Dejta personali stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE. Qiegħed jiġi ċċarat li l-Kummissjoni mhijiex membru tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta iżda għandha d-dritt li tieħu sehem fl-attivitajiet u li tkun irrappreżentata.

L-Artikolu 65 jenfasizza u jiċċara l-indipendenza tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

L-Artikolu 66 jiddeskrivi l-kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, ibbażat fuq l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 95/46/KE, u jipprovdi elementi oħrajn, li jirriflettu ż-żieda fl-ambitu tal-attivitajiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, fl-Unjoni u lil hinn minnha. Sabiex ikun jista’ jirreaġixxi f’sitwazzjonijiet urġenti, huwa jipprovdi l-possibbiltà lill-Kummissjoni li titlob opinjoni f’limitu speċifiku ta’ żmien.

L-Artikolu 67 jeżiġi li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet tiegħu, skont l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 68 jistabbilixxi l-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, inkluż l-obbligu li jadotta regoli ta’ proċedura li għandhom ikunu estiżi wkoll għall-arranġamenti operattivi.

L-Artikolu 69 fih id-dispożizzjonijiet dwar il-president u l-viċi presidenti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

L-Artikolu 70 jistabbilixxi l-kompiti tal-president.

L-Artikolu 71 jistabbilixxi li s-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u jispeċifika l-kompiti tas-segretarjat.

L-Artikolu 72 jipprovdi għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità.

3.4.8. KAPITOLU VIII - RIMEDJI, RESPONSABBILTÀ U SANZJONIJIET

L-Artikolu 73 jipprovdi d-dritt ta’ kull suġġett tad-dejta li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni, skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE. Huwa jispeċifika wkoll il-korpi, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jistgħu jressqu lment f’isem is-suġġett tad-dejta jew, f’każ ta’ ksur ta’ dejta personali, f’isimhom stess, indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta.

L-Artikolu 74 jirrigwarda d-dritt ta’ rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni. Dan jibni fuq id-dispożizzjoni ġenerali tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE. Jipprovdi speċifikament rimedju ġudizzjarju li jobbliga lil awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, u jiċċara l-kompetenza tal-qrati tal-Istat Membru fejn l-awtorità ta’ superviżjoni hija stabbilita. Jipprovdi wkoll il-possibbiltà li l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn jgħix is-suġġett tad-dejta, tista’ tressaq f’isem is-suġġett tad-dejta, proċeduri quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti hija stabbilita.

L-Artikolu 75 jirrigwarda d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra kontrollur jew proċessur, billi jibni fuq l-Artikolu 22 tad-Direttiva 95/46/KE, u jipprovdi l-għażla li wieħed jitla’ l-qorti fl-Istat Membru fejn il-konvenut huwa stabbilit jew fejn jgħix is-suġġett tad-dejta. Meta l-proċeduri li jirrigwardaw l-istess kwistjoni jkunu pendenti fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza, il-qorti tista’ tissospendi l-proċeduri tagħha, ħlief f’każ ta’ urġenza.

L-Artikolu 76 jistabbilixxi regoli komuni għall-proċeduri fil-qorti, inklużi d-drittijiet ta’ korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw suġġetti tad-dejta quddiem il-qrati, id-dritt tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jidħlu fi proċeduri legali u l-informazzjoni tal-qrati dwar proċeduri paralleli fi Stat Membru ieħor, u l-possibbiltà għall-qrati li jissospendu l-proċeduri f’dan il-każ.[38] L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiżguraw azzjonijiet rapidi fil-qorti.[39]

L-Artikolu 77 jistabbilixxi d-dritt għall-kumpens u r-responsabbiltà. Huwa jibni fuq l-Artikolu 23 tad-Direttiva 95/46/KE, jestendi dan id-dritt għad-danni kkawżati mill-proċessuri u jiċċara r-responsabbiltà ta’ kontrolluri konġunti u ta’ proċessuri konġunti.

L-Artikolu 78 jobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-pieni, sabiex jissanzjonaw ksur tar-Regolament, u jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom.

L-Artikolu 79 jobbliga lil kull awtorità ta’ superviżjoni tissanzjona r-reati amministrattivi elenkati fil-katalogi stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, billi jimponu multi sal-ammont massimu, b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.

3.4.9. KAPITOLU IX - DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MA’ SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TA’ PPROĊESSAR TA’ DEJTA

L-Artikolu 80 jobbliga lill-Istati Membri sabiex jadottaw eżenzjonijiet u derogi mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament meta dan ikun meħtieġ biex jirrikonċiljaw id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni. Huwa bbażat fuq l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46/KE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.[40]

L-Artikolu 81 jobbliga lill-Istati Membri, minbarra l-kundizzjonijiet għal kategoriji speċjali ta’ dejta, li jiżguraw salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar għal skopijiet ta’ saħħa.

L-Artikolu 82 jipprovdi setgħa lill-Istati Membri li jadottaw liġijiet speċifiċi għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest tal-impjieg.

L-Artikolu 83 jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar ta’ dejta personali għal skopijiet ta’ storja, ta’ statistika u ta’ riċerka xjentifika.

L-Artikolu 84 jagħti setgħa lill-Istati Membri li jadottaw regoli speċifiċi dwar l-aċċess tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni għal dejta personali u għal postijiet, fejn il-kontrolluri huma soġġetti għal obbligi ta’ segretezza.

L-Artikolu 85 fid-dawl tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti l-applikazzjoni kontinwa ta’ regoli komprensivi u eżistenti għall-protezzjoni tad-dejta tal-knejjes jekk dawn jinġiebu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.4.10. KAPITOLU X - ATTI DELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

L-Artikolu 86 fih id-dispożizzjonijiet standard għall-eżerċizzju ta’ delegi bi qbil mal-Artikolu 290 tat-TFUE. Dan jippermetti lil-leġiżlatur li jiddelega s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv (atti kważi leġiżlattivi).

L-Artikolu 87 fih id-dispożizzjoni għall-proċedura tal-Kumitat li hija meħtieġa sabiex jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-każijiet fejn skont l-Artikolu 291 tat-TFUE ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti legalment vinkolanti tal-Unjoni. Il-proċedura ta’ eżami tapplika.

3.4.11. KAPITOLU XI - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 88 jirrevoka d-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 89 jiċċara r-relazzjoni ma’, u jemenda, id-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza elettronika.

L-Artikolu 90 jobbliga lill-Kummissjoni sabiex tevalwa r-Regolament u li tissottometti rapporti relatati.

L-Artikolu 91 jistabbilixxi d-dejta tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament u, fażi ta’ tranżizzjoni f’dak li jirrigwarda d-dejta tal-applikazzjoni tiegħu.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJI

L-implikazzjonijiet speċifiċi għall-baġit tal-proposta jirrigwardaw il-kompiti allokati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kif speċifikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi li jakkumpanjaw din il-proposta. Dawn l-implikazzjonijiet jeħtieġu l-programazzjoni mill-ġdid tal-Intestatura 5 tal-Perspettiva Finanzjara.

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq l-ispiża operattiva.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja din il-proposta għal Regolament tkopri l-impatti fuq il-baġit għar-Regolament innifsu u għad-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-ġustizzja u tal-pulizija.

2012/0011 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[41],

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta[42],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat jistabbilixxu li kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali li tirrigwardaha.

(2) L-ipproċessar tad-dejta personali huwa maħsub sabiex jaqdi lill-bniedem; il-prinċipji u r-regoli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew ir-residenza tal-persuni fiżiċi, għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali. Dan għandu jikkontribwixxi għall-kisba ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u ta’ għaqda ekonomika, għall-progress ekonomiku u soċjali, it-tisħiħ u l-konverġenza tal-ekonomiji fis-suq intern, u l-benesseri tal-individwi.

(3) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta [43] tfittex li tarmonizza l-protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-attivitajiet ta’ pproċessar u tiggarantixxi l-fluss liberu tad-dejta personali bejn l-Istati Membri.

(4) L-integrazzjoni ekonomika u soċjali li rriżultat mill-funzjonament tas-suq intern wasslet għal żieda sostanzjali fi flussi transkonfinali. L-iskambju ta’ dejta bejn atturi ekonomiċi u soċjali, pubbliċi u privati fl-Unjoni żdied. L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri qegħdin jintalbu mil-liġi tal-Unjoni sabiex jikkooperaw u jiskambjaw dejta personali sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom jew iwettqu kompiti f’isem awtorità fi Stat Membru ieħor.

(5) L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-iskala ta’ qsim u ġbir tad-dejta żdiedet b’mod impressjonanti. It-teknoloġija tippermetti kemm lil kumpaniji privati kif ukoll lil awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu użu minn dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom. L-individwi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija bidlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali, u teħtieġ li tiffaċilita aktar il-fluss liberu tad-dejta fl-Unjoni u t-trasferiment lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li tassigura livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali.

(6) Dawn l-iżviluppi jeħtieġu l-bini ta’ qafas ta’ protezzjoni tad-dejta b’saħħtu u aktar koerenti fl-Unjoni, appoġġjat minn infurzar qawwi, minħabba l-importanza li tinħoloq il-fiduċja li tippermetti lill-ekonomija diġitali tiżviluppa fis-suq intern. L-individwi għandu jkollhom il-kontroll tad-dejta personali tagħhom u ċ-ċertezza legali u prattika għall-individwi, għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet pubbliċi għandha tissaħħaħ.

(7) L-għanijiet u l-prinċipji tad-Direttiva 95/46/KE jibqgħu sodi, iżda din ma waqqfitx il-frammentazzjoni fil-mod kif il-protezzjoni tad-dejta hija implimentata fl-Unjoni, in-nuqqas ta’ ċertezza legali u perċezzjoni pubblika mifruxa li hemm riskji sinifikanti għall-protezzjoni tal-individwi assoċjati l-aktar mal-attività onlajn. Id-differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi, l-aktar fid-dritt tal-protezzjoni ta’ dejta personali, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mogħtija fl-Istati Membri jistgħu jwaqqfu l-fluss liberu tad-dejta personali fl-Unjoni kollha. Għaldaqstant din id-differenza tista’ tkun ta’ xkiel għas-segwitu tal-attivitajiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni, tgħawweġ il-kompetizzjoni u xxekkel lill-awtoritajiet fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni. Dawn id-differenzi fil-livelli ta’ protezzjoni hija dovuta għall-eżistenza ta’ differenzi fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE.

(8) Sabiex ikun assigurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-individwi u sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-flussi tad-dejta personali, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-dejta għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha. L-applikazzjoni konsistenti u omoġenea tar-regoli għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tkun assigurata fl-Unjoni kollha.

(9) Il-protezzjoni effettiva tad-dejta personali fl-Unjoni kollha teħtieġ it-tisħiħ u l-ispeċifikar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi ta’ dawk li jipproċessaw u jiddeterminaw l-ipproċessar ta’ dejta personali, iżda wkoll setgħat ugwali għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità mar-regoli għall-protezzjoni ta’ dejta personali u sanzjonijiet ugwali għat-trasgressuri fl-Istati Membri.

(10) L-Artikolu 16(2) tat-Trattat jagħti mandat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u r-regoli relatati mal-moviment liberu tad-dejta personali.

(11) Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ protezzjoni għall-individwi fl-Unjoni kollha u sabiex ma jkunx hemm diverġenzi li jfixklu l-moviment liberu tad-dejta fis-suq intern, hemm bżonn ta’ Regolament li jipprovdi ċertezza legali u trasparenza għall-operaturi ekonomiċi, inklużi l-mikroimpriżi l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u biex jipprovdi l-individwi fl-Istati Membri kollha bl-istess livell ta’ drittijiet infurzabbli bil-liġi u obbligi u responsabbiltajiet għall-kontrolluri u għall-proċessuri, sabiex ikun żgurat monitoraġġ konsistenti tal-ipproċessar tad-dejta personali, u sanzjonijiet ugwali fl-Istati Membri kollha kif ukoll kooperazzjoni effettiva mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Istati Membri differenti. Biex jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju, dan ir-Regolament jinkludi numru ta’ derogi. Barra minn hekk, il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom huma mħeġġa biex jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-kunċett ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju għandu jiġi bbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(12) Il-protezzjoni mogħtija minn dan ir-Regolament tirrigwarda lill-persuni fiżiċi, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta li jikkonċerna l-persuni ġuridiċi u b’mod partikolari l-impriżi stabbiliti bħala persuni ġuridiċi, inkluż l-isem u l-forma tal-persuna ġuridika u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ġuridika, il-protezzjoni ta’ dan ir-Regolament m'għandhiex tintalab minn kwalunkwe persuna. Dan għandu japplika wkoll fejn l-isem tal-persuna ġuridika jkun fih l-ismijiet ta' persuna fiżika waħda jew aktar.

(13) Il-protezzjoni tal-individwi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma tiddependix fuq it-tekniki użati; inkella din tista’ toħloq riskju serju ta’ ksur. Il-protezzjoni tal-individwi għandha tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali permezz ta’ mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-dejta titqgħed jew tkun masuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Fajls jew settijiet ta’ fajls kif ukoll il-qoxriet ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14) Dan ir-Regolament la jindirizza kwistjonijiet ta’ protezzjoni ta’ libertajiet u drittijiet fundamentali jew il-fluss ħieles ta’ dejta relatata ma’ attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, u lanqas ikopri l-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, li huma soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 45/2001[44], jew l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri meta jitwettqu attivitajiet fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni.

(15) Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ipproċessar ta-dejta personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta’ indirizzi, u mingħajr l-ebda interess bi qligħ u b’hekk mingħajr l-ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali. L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali għal dawn l-attivitajiet domestiċi jew personali.

(16) Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ din id-dejta, hija soġġetta ta’ strument legali speċifiku fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-attivitajiet ta’ pproċessar għal dawk il-finijiet. Madanakollu, d-dejta proċessata mill-awtoritajiet pubbliċi taħt dan ir-Regolament meta tintuża għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali għandha tkun gvernata mill-istrument legali aktar speċifiku fil-livell tal-Unjoni (id-Direttiva XX/YYY).

(17) Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

(18) Dan ir-Regolament jippermetti li jiġi meqjus il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

(19) Kull ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni għandu jsir skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar innifsu jseħħx fl-Unjoni jew le. L-istabbiliment jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attività permezz ta’ arranġamenti stabbli. Il-forma legali ta’ dawn l-arranġamenti, kemm jekk permezz ta’ fergħa kif ukoll sussidjarja ma’ personalità ġuridika, mhijiex il-fattur determinanti f’dan ir-rigward.

(20) Sabiex ikun assigurat li l-individwi ma jkunux imċaħħda mill-protezzjoni li huma intitolati għaliha taħt dan ir-Regolament, l-ipproċessar ta’ dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, għandu jkun soġġett għal dan ir-Regolament meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta, jew mal-monitoraġġ tal-imġiba ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta.

(21) Sabiex ikun iddeterminat jekk attività ta’ pproċessar tistax titqies li ‘tissorvelja l-imġiba’ tas-suġġetti tad-dejta, għandu jkun aċċertat jekk l-individwi humiex segwiti fuq l-internet b’tekniki ta’ pproċessar tad-dejta li jikkonsistu mill-applikazzjoni ta’ ‘profil’ lil individwu, b’mod partikolari sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardawh/a jew għall-analiżi jew it-tbassir tal-preferenzi, l-imġiba, l-attitudnijiet personali tiegħu/tagħha.

(22) Meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tapplika permezz tal-liġi internazzjonali pubblika, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, bħal fil-każ ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru.

(23) Il-prinċipji tal-protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex tidentifika lill-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx japplikaw għal dejta li tku saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jibqax identifikabbli.

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma’ identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista’ jħalli traċċi li, flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar li jinvolvi dejta bħal din. Minn dan isegwi li n-numri ta’ identifikazzjoni, id-dejta ta’ lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra bħala tali ma għandhomx bżonn neċessajament li jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha.

(25) Il-kunsens għandu jingħata b’mod espliċitu permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta’ dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ dejta personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest tindika b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Is-silenzju jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta’ pproċessar kollu li jsir għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih.

(26) Id-dejta personali relatata mas-saħħa għandha tinkludi b’mod partikolari d-dejta kollha li għandha x’taqsam mal-istatus tas-saħħa ta’ suġġett tad-dejta; informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar ħlasijiet jew eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; numru, simbolu jew partikolari assenjat lil individwu għall-identifikazzjoni unika tal-individwu għall-finijiet ta’ saħħa; kull informazzjoni dwar l-individwu miġbura fil-kors tal-għoti tas-servizzi tas-saħħa lill-individwu; informazzjoni miġbura mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta’ parti mill-ġisem jew sustanza tal-ġisem, inkluż kampjuni bijoloġiċi; identifikazzjoni ta’ persuna bħala fornitur ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu; jew kwalunkwe informazzjoni dwar, pereżempju, marda, diżabbiltà, riskju ta’ mard, storja medika, kura klinika, jew l-istat fiżjoloġiku jew bijomediku attwali tas-suġġett tad-dejta indipendentement mis-sors tiegħu, pereżempju. mingħand tabib jew professjonista mediku ieħor, sptar, apparat mediku, jew test dijanjostiku in vitro.

(27) L-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur fl-Unjoni għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta’ arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m’għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jsirx effettivament f’dak il-post; il-preżenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-dejta jew l-ipproċessar ta’ attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni. L-istabbilment ewlieni tal-proċessur għandu jkun il-post fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni.

(28) Grupp ta’ impriżi għandu jkopri impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati tagħha, fejn l-impriża li tikkontrolla għandha tkun l-impriża li tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-impriżi l-oħrajn permezz, pereżempju, tas-sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha jew is-setgħa li timplimenta r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

(29) It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-dejta personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. Sabiex ikun stabbilit jekk individwu huwiex minorenni, dan ir-Regolament għandu jassumi d-definizzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti.

(30) Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta. Id-dejta għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-għanijiet li għalihom id-dejta qiegħda tkun ipproċessata; dan jeħtieġ b’mod partikolari li jiġi żgurat li d-dejta miġbura ma tkunx eċċessiva u li l-perjodu li matulu ser tkun maħżuna d-dejta jkunu strettament limitati. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-dejta ma tibqax miżmuma għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni kultant żmien.

(31) Sabiex l-ipproċessar ikun legali, id-dejta personali għandha tkun ipproċessata fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra, stabbilita mil-liġi, jew f’dan ir-Regolament jew f’liġi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif imsemmi f’dan ir-Regolament.

(32) Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jkollu l-oneru li jipprova li s-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni ta’ pproċessar. B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-dejta huwa konxju dwar u sa liema punt ta l-kunsens.

(33) Sabiex ikun żgurat kunsens liberu, għandu jkun iċċarat li l-kunsens ma jipprovdix bażi legali valida meta l-individwu ma jkollu l-ebda għażla ġenwina u libera u sussegwentement ma jkunx jista’ jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.

(34) Il-kunsens m’għandhux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-data jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. Fejn il-kontrullur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittiieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

(35) L-ipproċessar għandu jkun legali fejn ikun meħtieġ fil-kuntest ta’ kuntratt jew id-dħul intenzjonali f’kuntratt.

(36) Meta l-ipproċessar isir f’konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur jew meta l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali fil-liġi tal-Unjoni, jew fil-liġi ta’ Stat Membru li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għal kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet. Hija wkoll il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk il-kontrollur li qed iwettaq il-kompitu fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għandux ikun amministrazzjoni pubblika jew xi persuna fiżika jew ġuridika oħra rregolata mil-liġi pubblika, jew mil-liġi privata bħal assoċjazzjoni professjonali.

(37) L-ipproċessar tad-dejta personali għandu jitqies ukoll bħala legali fejn ikun meħtieġ, biex jiġi protett interess li huwa essenzjali għall-ħajja tas-suġġett tad-dejta.

(38) L-interessi leġittimi ta’ kontrollur jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi leġittimi. Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(39) L-ipproċessar tad-dejta sal-punt li huwa strettament meħtieġ għall-finijiet li tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni u n-netwerk, jiġifieri l-kapaċità ta’ netwerk jew ta’ sistema ta’ informazzjoni li tirreżisti, b’ċertu livell ta’ fiduċja, għal avvenimenti aċċidentali jew azzjonijiet illegali jew malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta maħżuna jew trażmessa, u s-sigurtà tas-servizzi relatati offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta’ dawn in-netwerks u s-sistemi, mill-awtoritajiet pubbliċi, Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters - CERTs, Skwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters - CSIRTs, fornituri ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u minn fornituri ta’ teknoloġiji u servizzi għas-sigurtà, jikkostitwixxi interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta kkonċernat. Dan jista’, pereżempju, jinkludi l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u d-distribuzzjoni ta’ kodiċi malizzjuż u l-waqfien ta’ attakki ta’ “ċaħda mis-servizz” u l-ħsara lill-kompjuter u lil sistemi ta’ komunikazzjoni elettronika.

(40) L-ipproċessar ta’ dejta personali għal finijiet oħra għandu jkun permess biss meta l-ipproċessar ikun kompatibbli ma’ dawk l-għanijiet li għalihom id-dejta nġabret inizjalment, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika. Meta l-għan l-ieħor mhuwiex kompatibbli ma’ dak inizjali li għalih inġabret id-dejta, il-kontrollur għandu jikseb il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għal dan l-għan ieħor jew għandu jibbaża l-ipproċessar fuq bażi leġittima oħra għall-ipproċessar legali, b’mod partikolari fejn ipprovdut mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li l-kontrollur huwa soġġett għalih. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni b’mod partikolari tal-prinċipji stabbiliti minn dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar dawk l-għanijiet ulterjuri għandhom ikunu żgurati.

(41) Dejta personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva u vulnerabbli fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali jew privatezza, tixirqilha protezzjoni speċifika. Din id-dejta ma għandhiex tiġi pproċessata, sakemm is-suġġett tad-dejta ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu. Madankollu, għandhom jiġu pprovduti derogi minn din il-projbizzjoni b’mod espliċitu fir-rigward ta’ ħtiġijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta’ libertajiet fundamentali.

(42) Id-deroga mill-projbizzjoni fuq l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ dejta għandha tkun permessa wkoll jekk issir bil-liġi, u soġġett għal salvagwardji xierqa, sabiex tkun protetta dejta personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn raġunijiet ta’ interess pubbliku hekk jiġġustifikaw u b’mod partikolari għal għanijiet ta’ saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali u l-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

(43) Madankollu, l-ipproċessar ta’ dejta personali minn awtoritajiet uffiċjali għall-ilħuq tal-miri, stabbiliti fil-liġi kostituzzjonali jew il-liġi pubblika internazzjonali, ta’ assoċjazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti uffiċjalment isir fuq bażijiet ta’ interess pubbliku.

(44) Fejn waqt attivitajiet elettorali, l-operat tas-sistema demokratika teżiġi fi Stat Membru li l-partijiet politiċi jikkompilaw dejta dwar l-opinjonijiet politiċi tan-nies, l-ipproċessar ta’ din id-dejta jista’ jkun permess għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, sakemm ikunu stabbiliti salvagwardji xierqa.

(45) Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, il-kontrollur tad-dejta m’għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett biex b’hekk ikun jista’ jsib id-dejta personali li dik il-persuna qiegħda tfittex.

(46) Il-prinċipju tat-trasparenza jeħtieġ li kwalunkwe informazzjoni indirizzata lill-pubbliku jew lis-suġġett tad-dejta għandha tkun aċċessibbli b’mod faċli u faċli li tinftiehem, u li jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi. Dan huwa partikolarment rilevanti fejn f’sitwazzjonijiet, bħar-reklamar onlajn, il-proliferazzjoni ta’ atturi u l-kumplessità teknoloġika tal-prattika tagħmilha diffiċli għas-suġġett tad-dejta li jkun jaf u jifhem jekk hux qed tinġabar dejta personali dwaru, minn min u għal liema għan. Minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika, kwalunkwe informazzjoni u komunikazzjoni, fejn l-ipproċessar huwa indirizzat speċifikament lil xi minorenni, għandha tkun f’lingwaġġ ċar u sempliċi li l-minorenni jista’ jifhem faċilment.

(47) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet għall-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tas-suġġett tad-dejta tad-drittijiet tiegħu pprovduti minn dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex wieħed jitlob, bla ħlas, b’mod partikolari aċċess għad-dejta, rettifika, tħassir u sabiex wieħed jeżerċita d-dritt għall-oġġezzjoni. Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet tas-suġġett tad-dejta fi żmien skadenza fissa u jagħti raġunijiet, f’każ li ma jikkonformax mat-talba tas-suġġett tad-dejta.

(48) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

(49) L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta għandha tingħatalu meta tinġabar, jew, meta d-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, f’perjodu raġonevoli, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Fejn id-dejta tista’ tkun żvelata b’mod leġittimu lil riċevitur ieħor, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat meta d-dejta tkun żvelata għall-ewwel darba lir-riċevitur.

(50) Madankollu, mhuwiex neċessarju li jiġi impost dan l-obbligu meta s-suġġett tad-dejta diġà jkollu din l-informazzjoni, jew fejn ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar tad-dejta hija espressament stabbilita bil-liġi, jew fejn l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta tirriżulta impossibbli jew tinvolvi sforzi sproporzjonati. Dan tal-aħħar jista’ jkun partikolarment il-każ meta l-ipproċessar ikun għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika; f’dan ir-rigward, l-għadd ta’ suġġetti tad-dejta, l-età tad-dejta, u kwalunkwe miżura ta’ kumpens adottata tista’ tiġi kkunsidrata.

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x’inhi l-loġika tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta’ profili, il-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b’mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

(52) Il-kontrollur għandu juża l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jivverifika l-identità ta’ suġġett tad-dejta li jitlob aċċess, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ servizzi onlajn u identifikaturi onlajn. Kontrollur m’għandux iżomm id-dejta personali għall-fini unika li jkun jista’ jirreaġixxi għal talbiet potenzjali.

(53) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha dejta personali li tirrigwardaha rettifikata u ‘dritt li tkun minsija’ meta ż-żamma ta’ dejta bħal din ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-dejta tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-dejta jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Dan id-dritt huwa partikolarment rilevanti, meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tifel, meta ma jkunx għal kollox konxju dwar ir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard jixtieq ineħħi din id-dejta personali b’mod speċjali fuq l-Internet. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-dejta minflok titħassar.

(54) Sabiex jissaħħaħ id-‘dritt li tkun minsi’ fl-ambjent onlajn, id-dritt għat-tħassir għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun għamel id-dejta personali pubblika, għandu jkun obbligat li jinforma lil partijiet terzi li qegħdin jipproċessaw din id-dejta li s-suġġett tad-dejta jitolbu jħassar kwalunkwe rabta ma’, jew kopji jew replika ta’ dik id-dejta personali. Biex jiżgura din l-informazzjoni, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta għall-pubblikazzjoni li għaliha l-kontrollur huwa responsabbli. Fir-rigward ta’ pubblikazzjoni ta’ dejta personali ta’ parti terza, il-kontrollur għandu jkun ikkunsidrat bħala responsabbli għall-pubblikazzjoni, meta l-kontrollur ikun awtorizza l-pubblikazzjoni mill-parti terza.

(55) Sabiex isaħħu aktar il-kontroll fuq id-dejta tagħhom u d-dritt tagħhom għall-aċċess, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt, fejn id-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u f’format strutturat u użat b’mod komuni, li jiksbu kopja tad-dejta dwarhom f’format elettroniku użat komunement. Is-suġġett tad-dejta għandu jitħalla wkoll jittrasmetti dik id-dejta, li kien ipprovda, minn applikazzjoni awtomatizzata, bħal netwerk soċjali, għal oħra. Dan għandu japplika meta s-suġġett tad-dejta pprovda d-dejta lis-sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, abbażi tal-kunsens tiegħu jew fit-twettiq ta’ kuntratt.

(56) F’każijiet fejn id-dejta personali tista’ tkun ipproċessata legalment sabiex tipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta, jew għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, awtorità uffiċjali jew l-interessi leġittimi ta’ kontrollur, kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu madankollu jkun intitolat joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ kull dejta li tirrigwardah. L-oneru tal-prova għandu jkun f’idejn il-kontrollur li juri li l-interessi leġittimi tiegħu jistgħu jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

(57) Meta d-dejta personali tkun ipproċessata għall-għanijiet ta’ marketing dirett, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għal dan l-ipproċessar bla ma jkollu jagħmel ebda ħlas u b’mod effettiv u li jkun jista’ jiġi invokat faċilment.

(58) Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li hija bbażata fuq it-tfassil ta’ profili permezz ta’ pproċessar awtomatizzat. Madankollu, din il-miżura għandha tkun permessa meta tkun espressament awtorizzata mil-liġi, imwettqa waqt id-dħul fi jew it-twettiq ta’ kuntratt, jew meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens. Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-dejta u d-dritt li jikseb intervent uman u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal.

(59) Ir-restrizzjonijiet fuq prinċipji speċifiċi u fuq id-drittijiet ta’ informazzjoni, aċċess, rettifika u tħassir jew fuq id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta, id-dritt għall-oġġezzjoni, il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili, kif ukoll fuq il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lil suġġett tad-dejta u dwar ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri jistgħu jiġu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat f’soċjetà demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà pubblika, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment fir-rispons għal diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati, interessi pubbliċi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

(60) Għandha tiġi stabbiliti r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament.

(61) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali teħtieġ li jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, kemm fiż-żmien tad-disinn tal-ipproċessar u fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Sabiex jassigura u juri konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jadotta politiki interni u jimplimenta miżuri xierqa, li b’mod partikolari jissodisfaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku.

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur

(63) Meta kontrollur, li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni jipproċessa dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħix fl-Unjoni li l-attivitajiet ta’ pproċessar tiegħu huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta, jew mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom, il-kontrollur għandu jaħtar rappreżentant, sakemm il-kontrollur ma jkunx stabbilit f’pajjiż terz li jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni, jew il-kontrollur ikun impriża żgħira jew ta’ daqs medju jew awtorità jew korp pubbliku jew meta l-kontrollur ikun qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-dejta.Ir-rappreżentant għandu jaġixxi f’isem il-kontrollur u li jista’ jkun indirizzat minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni.

(64) Sabiex jiġi ddeterminat jekk kontrollur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni, għandu jiġi vverifikat jekk jirriżultax mill-attivitajiet ġenerali tal-kontrollur li l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti hijiex anċillari għal dawk l-attivitajiet prinċipali.

(65) Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta kull operazzjoni ta’ pproċessar. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għas-sorveljanza ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(66) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw it-teknoloġija u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-dejta personali li għandha tkun protetta. Meta tistabbilixxi standards tekniċi u miżuri ta’ organizzazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar, il-Kummissjoni għandha tippromwovi n-newtralità teknoloġika, l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni u fejn adatt tikkoopera ma’ pajjiżi terzi.

(67) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur bħal dan, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed u, fejn possibbli, fi żmien 24 siegħa. Meta dan ma jkunx jista’ jinkiseb fi żmien 24 siegħa, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi , ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal.

(68) Sabiex jiġi stabbilit jekk ksur tad-dejta personali għandux jiġi nnotifikat lill-awtorità ta’ superviżjoni u lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien żejjed, għandu jiġi vverifikat jekk il-kontrollur jkunx implimenta u applika protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi biex jistabbilixxi immedjatament jekk tkunx seħħet ksur ta’ dejta personali u biex jinforma minnufih lill-awtorità ta’ superviżjoni u lis-suġġett tad-dejta, qabel iseħħ xi dannu fuq l-interessi personali u ekonomiċi, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari n-natura u l-gravità tal-ksur tad-dejta personali u l-konsegwenzi u l-effetti negattivi tagħha għas-suġġett tad-dejta.

(69) Waqt l-iffissar ta’ regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi tal-ksur, inkluż jekk id-dejta personali kinitx protetta b’miżuri xierqa ta’ protezzjoni teknika , li jnaqqsu b’mod effettiv il-possibbiltà ta’ frodi tal-identità jew forom oħra ta’ użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’każijiet fejn l-iżvelar bikri jista’ jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ ksur.

(70) Id-Direttiva 95/46/KE pprovdiet għal obbligu ġenerali biex jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-dejta personali lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni. Filwaqt li dan l-obbligu jipproduċi oneri finanzjarji u amministrattivi, ma kkontribwixxiex fil-każijiet kollha għat-titjib tal-protezzjoni tad-dejta personali. Għaldaqstant, dan l-obbligu ta’ notifika ġenerali bla distinzjoni għandu jitneħħa, u jiġi sostitwit minn proċeduri u mekkaniżmi effettivi li jiffokaw minflok fuq dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta skont in-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom. F’dawn il-każijiet, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew il-proċessur qabel l-ipproċessar, li b’mod partikolari għandha tinkludi l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali u sabiex tintwera l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(71) Dan għandu japplika b’mod partikolari għal sistemi ta’ arkivjar fuq skala kbira li għadhom kif jiġu stabbiliti, li għandhom l-għan li jipproċessaw ammont konsiderevoli ta’ dejta personali fil-livell reġjonali, nazzjonali jew supranazzjonali u li jistgħu jaffettwaw għadd kbir ta’ suġġetti tad-dejta.

(72) Hemm ċirkostanzi li taħthom jista’ jkun sensibbli u ekonomiku li s-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta jkun usa’ minn proġett wieħed, pereżempju fejn awtoritajiet jew korpi pubbliċi jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu applikazzjoni jew pjattaforma ta’ pproċessar komuni jew fejn diversi kontrolluri għandhom il-pjan li jintroduċu applikazzjoni komuni jew ambjent ta’ pproċessar f’settur jew segment industrijali jew għal attività orizzontali li tintuża b’mod wiesa’.

(73) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jitwettqu minn awtorità pubblika jew korp pubbliku jekk din il-valutazzjoni ma tkunx diġà ġiet ippreżentata fil-kuntest tal-adozzjoni tal-liġi nazzjonali li l-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-awtorità pubblika jew tal-entità pubblika hija bbażata fuqhom u li tirregola l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifiku jew sett ta’ operazzjonijiet in kwistjoni.

(74) Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jinvolvu grad għoli ta’ riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, bħall-esklużjoni tal-individwi mid-dritt tagħhom, jew bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda speċifiċi, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun ikkonsultata, qabel jinbdew l-operazzjonijiet, dwar ipproċessar riskjuż li jista’ ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, u li tagħmel proposti sabiex tirrimedja sitwazzjoni bħal din. Din il-konsultazzjoni għandha sseħħ ukoll matul it-tħejjija kemm ta’ miżura mill-parlament nazzjonali kif ukoll ta’ miżura bbażata fuq miżura leġiżlattiva li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar u tistabbilixxi salvagwardji xierqa.

(75) Meta l-ipproċessar isir fis-settur pubbliku jew meta, fis-settur privat, l-ipproċessar isir minn impriża kbira, irrispettivament mid-daqs tal-impriża, jinvolvu operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku, persuna għandha tgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur jissorvelja l-konformità interna ma’ dan ir-Regolament. Dan l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, kemm jekk ikun impjegat tal-kontrollur kif ukoll jekk ma jkunx, għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti.

(76) Assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri għandhom ikunu mħeġġa li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar li jsir f’ċerti setturi.

(77) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta, sabiex jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta ta’ prodotti u servizzi rilevanti.

(78) Il-flussi transkonfinali ta’ dejta personali huma meħtieġa għall-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali. Iż-żieda f’dawn il-flussi żiedet sfidi u tħassib ġodda fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali. Madankollu, meta d-dejta personali tkun trasferita mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta’ protezzjoni tal-individwi ggarantita fl-Unjoni minn dan ir-Regolament m’għandux jiddgħajjef.. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti lejn pajjiżi terzi jistgħu jsiru biss f’konformità sħiħa ma’ dan ir-Regolament.

(79) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jirregolaw it-trasferiment ta’ dejta personali inklużi s-salvagwardji xierqa għas-suġġetti tad-dejta.

(80) Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li ċerti pajjiżi terzi, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni rigward il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni. F’dawn il-każijiet, it-trasferimenti ta’ dejta personali lil dawn il-pajjiżi jistgħu isiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri.

(81) F’konformità mal-valuri fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tagħha tal-pajjiż terz, għandha tikkunsidra kif pajjiż terz partikolari jirrispetta l-istat tad-dritt, l-aċċess għall-ġustizzja kif ukoll ir-regoli u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(82) Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, it-trasferiment tad-dejta personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess. F’dak il-każ, għandu jsir provvediment għal konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali bħal dawn.

(83) Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu miżuri sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ protezzjoni tad-dejta f’pajjiż terz permezz ta’ salvagwardji xierqa għas-suġġett tad-dejta. Dawn is-salvagwardji xierqa jistgħu jikkonsistu mill-użu ta’ regoli korporattivi vinkolanti, klawżoli tal-protezzjoni tad-dejta standard adottati mill-Kummissjoni, klawżoli ta’ protezzjoni tad-dejta standard adottati minn awtorità ta’ superviżjoni jew klawżoli kuntrattwali awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni, jew miżuri xierqa u proporzjonati oħra ġġustifikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-dejta jew sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment tad-dejta u meta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni.

(84) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni la għandha tipprevjeni l-possibbiltà għall-kontrolluri jew il-proċessuri li jinkludu l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta f’kuntratt usa’ u lanqas li jżidu klawżoli oħrajn sakemm ma jikkontradixxux, b’mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-dejta.

(85) Grupp korporattiv għandu jkun jista’ juża regoli korporattivi vinkolanti approvati għat-trasferiment internazzjonali tiegħu mill-Unjoni lejn organizzazzjonijiet fl-istess grupp korporattiv ta’ impriżi, sakemm dawn ir-regoli korporattivi jinkludu prinċipji essenzjali u drittijiet infurzabbli li jassiguraw salvagwardji xierqa għat-trasferimenti jew għal kategoriji ta’ trasferimenti ta’ dejta personali.

(86) Għandhom isiru provvedimenti għall-possibbiltà ta’ trasferimenti f’ċerti ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu, fejn it-trasferiment huwa meħtieġ minħabba xi kuntratt jew talba legali, fejn raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru hekk jeħtieġu, jew fejn it-trasferiment isir minn reġistru stabbilit mil-liġi u maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu. F’dan l-aħħar każ dan it-trasferiment ma għandux jinvolvi d-dejta kollha jew kategoriji sħaħ tad-dejta li tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri. Dawn il-possibbiltajiet għandhom ikunu interpretati b’mod restrittiv.

(87) Dawn id-derogi għandhom b’mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta’ raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ trasferimenti internazzjonali ta’ dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għal awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali..

(88) It-trasferimenti, li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala frekwenti jew kbar, jistgħu jkunu possibbli wkoll għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew il-proċessur, meta jkunu vvalutaw iċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-dejta. Għall-finijiet ta’ pproċessar għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u tal-istatistika, għandu jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi tas-soċjetà għal żieda tal-għarfien.

(89) Fi kwalunkwe każ, meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta f’pajjiż terz, il-kontrollur jew il-proċessur għandu juża soluzzjonijiet li jipprovdu lis-suġġetti tad-dejta b’garanzija li sejrin ikomplu jgawdu mid-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta tagħhom fl-Unjoni ladarba din id-dejta tkun trasferita.

(90) Xi pajjiżi terzi jattwaw liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra li jkunu intenzjonati sabiex jirregolaw direttament l-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. L-applikazzjoni ekstraterritorjali ta’ dawn il-liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra tista’ tikser il-liġi internazzjonali u tista’ xxekkel il-kisba tal-protezzjoni ta’ individwi ggarantita fl-Unjoni b’dan ir-Regolament. It-trasferimenti għandhom ikunu permessi biss fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għal trasferiment lejn pajjiż terz. Dan jista’ jkun il-każ fost l-oħrajn fejn l-iżvelar huwa neċessarju għal raġuni importanti ta’ interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi ta’ Stat Membru li għaliha jkun suġġett il-kontrollur. Il-kundizzjonijiet li taħthom teżisti raġuni importanti ta’ interess pubbliku għandhom ikunu speċifikati aktar f’att delegat tal-Kummissjoni.

(91) Meta d-dejta personali tgħaddi bejn il-fruntieri, hija tista’ tpoġġi f’riskju akbar il-ħila tal-individwi li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-dejta b’mod partikolari sabiex jipproteġu lilhom infushom mill-użu jew l-iżvelar illegali ta’ dik l-informazzjoni. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jistgħu jsibu li ma jistgħux isegwu l-ilmenti jew iwettqu investigazzjonijiet relatati mal-attivitajiet barra l-fruntieri tagħhom. L-isforzi tagħhom sabiex jaħdmu flimkien fil-kuntest transkonfinali jistgħu jkunu mxekkla wkoll minn nuqqas ta’ setgħat preventivi jew ta’ rimedju, sistemi legali inkonsistenti, u ostakoli prattiċi bħal restrizzjonijiet ta’ riżorsi. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi promossa kooperazzjoni akbar mill-qrib fost l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta sabiex tgħinhom fl-iskambju ta’ informazzjoni u fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom.

(92) L-istabbiliment ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fl-Istati Membri, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda, sabiex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom.

(93) Meta Stat Membru jistabbilixxi diversi awtoritajiet ta’ superviżjoni, dan għandu jistabbilixxi bil-liġi, mekkaniżmi sabiex jassigura l-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet ta’ superviżjoni fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dak l-Istat Membru għandu b’mod partikolari jaħtar lill-awtorità ta’ superviżjoni li taħdem bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet fil-mekkaniżmu, sabiex jassigura kooperazzjoni rapida u bla xkiel ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u mal-Kummissjoni.

(94) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura adegwati, li huwa meħtieġ għat-twettiq effettiva tal-kompiti tagħhom, inklużi għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn fl-Unjoni kollha.

(95) Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri.

(96) L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tiegħu madwar l-Unjoni, sabiex jipproteġu lil persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom u jiffaċilitaw il-fluss liberu ta’ dejta personali fis-suq intern. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

(97) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità ta’ superviżjoni waħda għandha tkun kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Unjoni u għat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tipprovdi ċertezza legali u tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri.

(98) L-awtorità kompetenti, li tipprovdi dan il-punt uniku ta’ servizz, għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru li fiha l-kontrollur jew il-proċessur għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu.

(99) Filwaqt li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-attivitajiet tal-qrati nazzjonali, il-kompetenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta’ dejta personali meta l-qrati jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, sabiex tkun salvagwardjata l-indipendenza tal-imħallfin fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħhom. Madankollu, din l-eżenzjoni għandha tkun strettament limitata għal attivitajiet ġudizzjarji ġenwini f’kawżi fil-qorti u ma tapplikax għal attivitajiet oħrajn fejn l-mħallfin jistgħu jkunu involuti skont il-liġi nazzjonali.

(100) Sabiex jiġu assigurati sorveljanza u infurzar konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandu jkollhom l-istess dmirijiet u setgħat effettivi f’kull Stat Membru, fosthom setgħat ta’ investigazzjoni, intervent, deċiżjonijiet u sanzjonijiet legalment vinkolanti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ lmenti mingħand individwi, u li jiparteċipaw fiproċedimenti legali. Is-setgħat investigattivi ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni rigward l-aċċess għall-postijiet għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. Dan jirrigwarda b’mod partikolari l-kundizzjoni li qabel tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja.

(101) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta u għandha tinvestiga l-każ. L-investigazzjoni wara lment għandha titwettaq, soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja, safejn ikun xieraq fil-każ speċifiku. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli. Jekk il-każ ikun jeħtieġ aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, għandha tingħata informazzjoni intermedja lis-suġġett tad-dejta.

(102) L-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni indirizzati lill-pubbliku, għandhom jinkludu miżuri speċifiċi diretti lejn il-kontrolluri u l-proċessuri, inklużi mikroimpriżi, l-impriżi żgħar u medji, kif ukoll is-suġġetti tad-dejta.

(103) L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u jipprovdu assistenza reċiproka, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti ta’ dan ir-Regolament fis-suq intern.

(104) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa f’operazzjonijiet konġunti bejn awtoritajiet ta’ superviżjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni mitluba għandha tkun obbligata li twieġeb f’perjodu ta’ żmien definit.

(105) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nfushom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ dejta personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.

(106) B’applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu joħroġ opinjoni, fi żmien perjodu ta’ żmien stabbilit, jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu tiddeċiedi hekk jew jekk jintalab dan minn xi awtorità ta’ superviżjoni jew mill-Kummissjoni.

(107) Sabiex tassigura l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tadotta opinjoni dwar din il-kwistjoni, jew deċiżjoni, li titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tissospendi l-abbozz ta’ miżura tagħha.

(108) Jista’ jkun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni sabiex ikunu mħarsa l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-dejta jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli. Għaldaqstant, awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifiku ta’ validità meta tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

(109) L-applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu għandha tkun kundizzjoni għall-validità legali u l-infurzar tad-deċiżjoni rispettiva minn awtorità ta’ superviżjoni. F’każijiet oħra ta’ rilevanza transkonfinali jista’ jkun hemm assistenza reċiproka u investigazzjonijiet konġunti bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati fuq bażi bilaterali jew multilaterali mingħajr ma jingħata bidu għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

(110) Fil-livell tal-Unjoni, għandu jkun stabbilit Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Dan għandu jieħu post il-Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi fl-Ipproċessar ta’ Dejta Personali stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE. Għandu jkun magħmul minn kap ta’ awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fl-attivitajiet tiegħu. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni, inkluż billi jagħti pariri lill-Kummissjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni madwar l-Unjoni. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jeżerċita l-kompiti tiegħu.

(111) Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru u jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk iħoss li d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament ikunu miksura jew fejn l-awtorità ta’ superviżjoni ma tirreaġixxix għal ilment jew ma tiħux azzjoni meta dik l-azzjoni tkun neċessarja sabiex ikunu protetti id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

(112) Kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom u li tkun kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni jew teżerċita d-dritt għal rimedju ġudizzjarju f’isem is-suġġetti tad-dejta, jew li tressaq, indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta, ilment hi stess meta tqis li kien hemm xi ksur ta’ dejta personali.

(113) Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni fir-rigward tagħha. Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru, fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

(114) Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni ġudizzjarja tas-suġġett tad-dejta fis-sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti hija stabbilita fi Stat Membru ieħor minn dak fejn jgħix is-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta jista’ jitlob kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom biex tressaq ’il quddiem il-proċedimenti f’isem is-suġġett tad-dejta kontra l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

(115) F’sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti li tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor ma taġixxix jew tkun ħadet miżuri insuffiċjenti fir-rigward ta’ lment, is-suġġett tad-dejta jista’ titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha sabiex tressaq proċeduri kontra dik l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità ta’ superviżjoni mitluba tista’ tiddeċiedi, soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju, jekk huwiex xieraq li tiġi segwita t-talba jew le.

(116) Fil-każ ta’ proċeduri kontra kontrollur jew proċessur, ir-rikorrent għandu jkollu l-għażla li jressaq l-azzjoni quddiem il-qrati tal-Istati Membri fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment jew fejn jgħix is-suġġett tad-dejta, sakemm il-kontrollur ma jkunx awtorità pubblika li qiegħda taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.

(117) Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li hemm proċeduri paralleli pendenti quddiem il-qrati fi Stati Membri differenti, il-qrati għandhom ikunu obbligati li jikkuntattjaw lil xulxin. Il-qrati għandu jkollhom il-possibbiltà li jissospendu kawża meta kawża parallela tkun pendenti fi Stat Membru ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet legali, sabiex ikunu effettivi, jippermettu l-adozzjoni rapida ta’ miżuri għal rimedju jew jimpedixxu ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

(118) Kwalunkwe ħsara li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżenti mir-responsabbiltà jekk iġibu provi li huma mhumiex responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari jekk jistabbilixxu tort min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f’każ ta’ forza maġġuri.

(119) Għandhom jiġu imposti pieni fuq kwalunkwe persuna, sew jekk regolati b’liġi privata kif ukoll jekk bil-liġi pubblika, li tonqos li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jrisu l-miżuri kollha sabiex jimplimentaw il-pieni

(120) Sabiex issaħħaħ u tarmonizza s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-ksur ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi. Dan ir-Regolament għandu jindika dawn ir-reati u l-limitu massimu għall-multi amministrattivi relatati, li għandhom ikunu ffissati f’kull każ individwali b’mod proporzjonali mas-sitwazzjoni speċifika, bil-kunsiderazzjoni xierqa speċjalment għan-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur. Il-mekkaniżmu ta’ konsistenza jista' jintuża wkoll biex ikopri d-diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi.

(121) L-ipproċessar tad-dejta personali għal skopijiet ġurnalistiċi biss, jew għal skopijiet ta’ espressjoni artistika jew letterarja għandu jikkwalifika għall-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u l-aktar id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, kif garantit b’mod partikolari mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qasam awdjoviżiv u fl-arkivji tal-aħbarijiet u l-libreriji tal-istampa. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi, li għandhom jistabbilixxu l-eżenzjonijiet u d-derogi li huma meħtieġa għall-fini tal-bilanċ ta’ dawn id-drittijiet fundamentali. Dawn l-eżenzjonijiet u derogi għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fuq prinċipji ġenerali, fuq id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, fuq il-kontrollur u l-proċessur, fuq it-trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti u fuq il-kooperazzjoni u l-konsistenza. Dan ma għandux iwassal, madankollu, sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jittieħed kont tal-importanza tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f’kull soċjetà demokratika, huwa neċessarju li jiġu interpretati kunċetti relatati b'mod wiesa’ mal-libertà, bħall-ġurnaliżmu. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-attivitajiet bħala "ġurnalistiċi" għall-fini tal-eżenzjonijiet u d-derogi li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk l-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa l-iżvelar lill-pubbliku tal-informazzjoni, opinjonijiet jew ideat, irrispettivament mill-medium li jintuża biex jiġu trażmessi. Dawn m’għandhomx ikunu limitati għal impriżi tal-medja u jistgħu jintużaw għall-fini ta’ profitt jew bla profitt.

(122) L-ipproċessar ta’ dejta personali rigward is-saħħa, bħala kategorija speċjali ta’ dejta li jistħoqqilha protezzjoni ogħla, spiss jista’ jkun iġġustifikat minn għadd ta’ raġunijiet leġittimi għall-benefiċċju tal-individwi u tas-soċjetà inġenerali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jipprovdi kundizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta’ dejta personali dwar is-saħħa, soġġett għal salvagwardji speċifiċi u adattati sabiex ikunu protetti d-drittijiet fundamentali u d-dejta personali tal-individwi. Dan jinkludi d-dritt tal-individwi li jkollhom aċċess għad-dejta personali dwar is-saħħa tagħhom, pereżempju d-dejta fir-reġistru mediku tagħhom li jkun fih informazzjoni dwar dijanjosi, riżultati ta’ eżamijiet, evalwazzjonijiet mit-tobba u kwalunkwe kura jew intervent ipprovdut.

(123) L-ipproċessar ta’ dejta personali dwar is-saħħa jista’ jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-dejta. F’dak il-kuntest, is-‘saħħa pubblika’ għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, li jfisser l-elementi kollha relatati mas-saħħa, l-aktar l-istat ta’ saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat ta’ saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-provvediment ta’, u l-aċċess universali għal, kura tas-saħħa kif ukoll l-ispiża u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta’ mortalità. Tali proċessar tad-dejta personali li jikkonċerna saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku m'għandux jirriżulta f'li d-dejta personali tiġi proċessata għal skopijiet oħra minn partijiet terzi bħal minn min jimpjega, kumpaniji tal-assigurazzjoni u banek.

(124) Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-kuntest tal-impjieg. Għaldaqstant, sabiex jiġi rregolat l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg, l-Istati Membri fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu jistgħu, jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi għall-ipproċessar ta’ dejta personali fis-settur tal-impjieg.

(125) L-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika għandu jirrispetta wkoll, sabiex ikun legali, leġiżlazzjoni rilevanti oħra bħal fi provi kliniċi.

(126) Ir-riċerka xjentifika għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi riċerka fundamentali, riċerka applikata u riċerka finanzjata privatament u barra dan għandha tieħu kont ukoll tal-għan tal-Unjoni taħt l-Artikolu 179(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikseb iż-Żona Ewropea ta' Riċerka.

(127) Rigward is-setgħat tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jiksbu mill-kontrollur jew mill-proċessur l-aċċess għal dejta personali u aċċess għall-bini tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, regoli speċifiċi sabiex jissalvagwardjaw l-obbligi professjonali jew obbligi ta’ segretezza oħrajn ekwivalenti, safejn dan ikun meħtieġ sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali ma’ obbligu ta’ segretezza professjonali.

(128) Dan ir-Regolament jirrispetta u ma jippreġudikax l-istatus taħt il-liġi nazzjonali ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri, kif rikonoxxut fl-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, meta knisja fi Stat Membru matul id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tapplika regoli komprensivi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali, dawn ir-regoli eżistenti għandhom ikomplu japplikaw jekk jinġiebu konformi ma’ dan ir-Regolament. Tali knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi għandhom ikunu obbligati li jipprovdu għat-twaqqif ta’ awtorità ta’ superviżjoni li hija indipendenti għal kollox.

(129) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta’ minorenni; l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għal talbiet u drittijiet eċċessivi b’mod ċar għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta u fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt li wieħed ikun minsi u għat-tħassir; il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur u għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku; proċessur; il-kriterji u rrekwiżiti għad-dokumentazzjoni u s-sigurtà tal-ipproċessar; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ notifika ta’ ksur ta’ dejta personali u għan-notifika tagħha lill-awtorità ta’ superviżjoni, u f’cirkostanzi fejn ksur ta’ dejtapersonali x’aktarx li jaffettwa ħażin lis-suġġett tad-dejta; il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ grad għoli ta’ riskji speċifiċi li jeħtieġu l-konsultazzjoni minn qabel; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta; il-kodiċijiet ta’ kondotta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti; id-derogi ta’ trasferiment; is-sanzjonijiet amministrattivi; l-ipproċessar għal finijiet ta’ saħħa; l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż ma’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal: l-ispeċifikazzjoni tal-forom standard fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni; proċeduri u l-forom standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[45]. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(131) Il-proċedura ta’ analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ forom standard ta’ speċifikazzjoni fir-rigward tal-kunsens ta’ minorenni; proċeduri u forom standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;, l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, minħabba li dawk l-atti huma ta’ ambitu ġenerali.

(132) Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li ma tassigurax livell ta’ protezzjoni adegwat u relatati ma’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet ta’ superviżjoni taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jitolbu hekk.

(133) Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat livell ugwali ta’ protezzjoni tal-individwi u l-fluss liberu ta’ dejta madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(134) Id-Direttiva 95/46/KE għandha tiġi rrevokata minn dan ir-Regolament. Madankollu, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni u l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni bbażati fuq id-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(135) Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali vis-à-vis l-ipproċessar tad-dejta personali, li mhijiex soġġetta għal obbligi speċifiċi bl-istess objettiv stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE, inkluż l-obbligi fuq il-kontrollur u d-drittijiet tal-individwi. Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2002/58/KE, din l-aħħar Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq.

(136) Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen sal-punt li japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali minn awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis, kif ipprovdut mill-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[46].

(137) Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen sal-punt li japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali minn awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis, kif ipprovdut mill-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen [47].

(138) Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen sal-punt li japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali minn awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis, kif ipprovdut mill-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen [48].

(139) Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolineat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f’relazzjoni mal-funzjoni tiegħu f’soċjetà u jkun bilanċjat ma’ drittijiet fundamentali oħra, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati, b’mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta’ dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta’ espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Suġġett u objettivi

1.           Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-dejta personali.

2.           Dan ir-Regolament iħares: id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali.

3.           Il-moviment liberu tad-dejta personali fl-Unjoni ma għandux ikun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward talipproċessar ta’ dejta personali.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni materjali

1.           Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

2.           Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ dejta personali:

(a)     fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali;

(b)     mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

(c)     mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(d)     minn persuna fiżika mingħajr ebda interess ta’ qligħ matul l-attività esklussivament personali jew domestika tagħha;persuni fiżiċi

(e)     minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

3.           Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni territorjali

1.           Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntesti tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni.

2.           Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessat tad-dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:

(a)     l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta fl-Unjoni; jew

(b)     il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom.

3.           Dan ir-Regolamet japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f’post fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tapplika permezz tal-liġi internazzjonali pubblika.

Artikolu 4 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) ‘suġġett tad-dejta’ tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

(2) ‘dejta personali’ tfisser kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ suġġett tad-dejta;

(3) ‘ipproċessar’ tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq dejta personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allinjament jew taħlita, tħassir jew distruzzjoni;

(4) ‘sistema ta’ arkivjar’ tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ dejta personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(5) ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru;

(6) ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa dejta personali f’isem il-kontrollur;

(7) ‘riċevitur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta;

(8) ‘il-kunsens tas-suġġett tad-dejta’ tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u espliċita tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-dejta, jew permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru;

(9) 'ksur ta’ dejta personali' tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, dejta personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(10) ‘dejta ġenetika’ tfisser id-dejta kollha, ta’ kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċi ta’ individwu li jintirtu jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta’ qabel it-twelid;

(11) ‘dejta bijometrika’ tfisser kwalunkwe dejta relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu li tippermetti l-identifikazzjoni unika tiegħu, bħal immaġni tal-wiċċ, jew dejta dattiloskopika;

(12) ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser kwalunkwe informazzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu, u li jistgħu jinkludu: informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-għoti tas-servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar ħlasijiet jew eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; numru, simbolu jew dettall mogħti lil individwu sabiex l-individwu jkun identifikat b’mod uniku għal skopijiet ta’ saħħa; kwalunkwe informazzjoni dwar l-individwu miġbura matul il-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu, informazzjoni miġbura minn testijiet jew eżamijiet fuq parti mill-ġisem jew sustanza mill-ġisem; u l-identifikazzjoni ta’ persuna (professjonista tal-kura tas-saħħa) bħala l-fornitur tal-kura tas-saħħa lill-individwu;

(13) ‘stabbiliment ewlieni’ tfisser fir-rigward tal-kontrollur, il-post tal-istabbilment tiegħu fl-Unjoni fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda; jekk fl-Unjoni ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali, l-istabbilment ewlieni huwa l-post fejn isiru l-attivitajiet ta’ pproċessar ewlenin fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur fl-Unjoni. Fir-rigward tal-proċessur, ‘stabbilment ewlieni’ tfisser il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni;

(14) ‘rappreżentant’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura b’mod espliċitu mill-kontrollur, taġixxi u tista’ tkun indirizzata minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni u korpi oħrajn fl-Unjoni minflok il-kontrollur, fir-rigward tal-obbligi tal-kontrollur taħt dan ir-Regolament;

(15) ‘impriża’ tfisser kull entità impenjata f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, u b’hekk tinkludi, b’mod partikolari, persuni fiżiċi u ġuridiċi, sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment impenjati f’attività ekonomika;

(16) ‘grupp ta’ impriżi’ tfisser impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati minnha;

(17) ‘regoli korporattivi vinkolanti’ tfisser politiki ta’ protezzjoni tad-dejta personali osservati minn kontrollur jew proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni għat-trasferimenti jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil kontrollur jew proċessur f’pajjiż terz wieħed jew aktar fi grupp ta’ impriżi;

(18) ‘minorenni’ tfisser kull persuna taħt it-18-il sena;

(19) ‘awtorità ta’ superviżjoni’ tfisser awtorità pubblika stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 46.

KAPITOLU II PRINĊIPJI

Artikolu 5 Prinċipji relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali        

Id-dejta personali għandha tkun:

(a) ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-dejta;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet;

(c) adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(d) eżatta u miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali ; id-dejta personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta’ riċerka storika, xjentifika jew ta’ statistika skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna;

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà u l-obbligu tal-kontrollur, li għandu jiżgura u juri għal kull operazzjoni ta’ pproċessar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6 Legalità tal-ipproċessar

1.           L-ipproċessar tad-dejta personali għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li tapplika mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(a)     is-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għan speċifiku wieħed jew aktar;

(b)     l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tad-dejta huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-dejta qabel ma jidħol f’kuntratt;

(c)     l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur;

(d)     l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta;

(e)     l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;

(f)      l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta ijkun minorenni.Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.           L-ipproċessar ta’ dejta personali li huwa neċessarju għall-fini ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika għandu jkun legali soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

3.           Il-bażi tal-ipproċessar imsemmi fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandu jkun ipprovdut:

(a)     fil-liġi tal-Unjoni, jew

(b)     fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit.

4.           Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma’ dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f’waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b’mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt.

5.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għal diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwarda lil minorenni.

Artikolu 7 Kundizzjonijiet għall-kunsens

1.           Il-kontrollur għandu jġorr l-oneru tal-prova għall-kunsens tas-suġġett tad-dejta għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għanijiet speċifikati.

2.           Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsensgħandu jiġi ppreżentat b’mod li jintgħaraf fid-dehra tiegħu minn din il-kwistjoni l-oħra.

3.           Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu.

4.           Il-kunsens ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar, meta jkun hemm nuqqas ta’ bilanċ sinifikanti bejn il-pożizzjoni tas-suġġett tad-dejta u l-kontrollur.

Artikolu 8 Ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni

1.           Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-offerta ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni taħt it-13-il sena għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li l-kunsens jingħata mill-ġenitur jew il-kustodju tal-minorenni. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jikseb il-kunsens verifikabbli, filwaqt li jieħu in konsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli.

2.           Il-paragrafu 1 m’għandux jaffettwa l-kuntratt legali ġenerali tal-Istati Membri bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt fir-rigward ta’ minorenni.

3.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 86 għall-finijiet li tispeċifika ulterjorment il-kriterji u r-rekwiżitigħall-metodi biex jinkiseb il-kunsens verifikabbli msemmi fil-paragrafu 1. Billi tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

4.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixi forom standard għal metodi speċifiċi biex jinkiseb il-kunsens verifikabbli msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adotatti skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 9 Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali

1.           L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

2.           Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn:

(a)     is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, għajr meta l-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-dejta; jew

(b)     l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru li tipprovdi għal salvagwardji adegwati; jew

(c)     l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra meta s-suġġett tad-dejta ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens; jew

(d)     l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-dejta ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-dejta; jew

(e)     l-ipproċessar huwa relatat ma’ dejta personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta; jew

(f)      l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(g)     l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, jew tal-liġi tal-Istat Membru, li għandha tipprovdi miżuri xierqa sabiex tissalvagwardja l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta;

(h)     l-ipproċessar ta’ dejta li tirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ saħħa u soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 81; jew

(i)      l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83; jew

(j)      l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa. Reġistru komplet ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 u l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 10 Ipproċessar li ma jippermettix l-identifikazzjoni

Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur jidentifika persuna fiżika, il-kontrollur m’għandux ikun obbligat li jakkwista informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-iskop uniku li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni minn dan ir-Regolament.

KAPITOLU III DRITTIJIET TAS-SUĠĠETT TAD-DEJTA

TAQSIMA 1 TRASPARENZA U MODALITAJIET

Artikolu 11 Informazzjoni u komunikazzjoni trasparenti

1.           Il-kontrollur għandu jkollu politiki trasparenti u aċċessibbli faċilment fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

2.           Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta f’forma li tinftiehem, permezz ta’ lingwaġġ ċar u ħafif, adattat għas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni.

Artikolu 12 Proċeduri u mekkaniżmi għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

1.           Il-kontrollur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikou 13 u l-Artikoli15 sa 19. Il-kontrollur għandu jipprovdi b’mod partikolari mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-talba għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

2.           Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn xahar minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikoliu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

3.           Jekk il-kontrollur jirrifjuta li jieħu azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

4.           L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

5.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-talbiet manifestament eċċessivi u l-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

6.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard u proċeduri standard ta’ speċifika għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format elettroniku.Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 13 Drittijiet relatati mar-riċevituri

Il-kontrollur għandu jikkomunika kull rettifika jew tħassir li jkun sar skont l-Artikolu 16 jew 17 lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata d-dejtasakemm din ma tkunx possibbli jew meta tkun tinvolvi sforz sproporzjonat.

TAQSIMA 2 INFORMAZZJONI U AĊĊESS GĦAL DEJTA

Artikolu 14 Informazzjoni lis-suġġett tad-dejta

1.           Fejn tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jipprovdi mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

(a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali, inklużi t-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(c) il-perjodu li matulu d-dejta personali tkun se tinħażen;

(d) l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona kontra l-ipproċessar ta’ din id-dejta personali;

(e) id-dritt li wieħed iressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(f) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali;

(g) fejn japplika, li l-kontrollur għandu l-ħsieb li jittrasferixxi lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-livell ta’ protezzjoni mogħti minn dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali permezz ta’ referenza għal deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni;

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

2.           Fejn d-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-dejta personali jkunx obbligatorju jew volontarju, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-dejta.

3.           Meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-dejta personali.

4.           Il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3:

(a)     fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mingħand is-suġġett tad-dejta; jew

(b)     meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-dejta jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta’ xi żvelar lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-dejta tiġi żvelata għall-ewwel darba.

5.           Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw, meta:

(a)     is-suġġett tad-dejta diġà jkollu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1,2 u 3; jew

(b)     id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat; jew

(c)     id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u r-reġistrazzjoni jew l-iżvelar huma espressament stabbiliti bil-liġi; jew

(d)     id-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ tali informazzjoni jaffettwa d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, kif definit fil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru skont l-Artikolu 21.

6.           Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 5, il-kontrollur għandu jipprovdi miżuri xierqa sabiex jipproteġi l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

7.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji għall-kategoriji ta’ riċevituri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għan-notifika ta’ aċċess potenzjali msemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, il-kriterji għall-informazzjoni ulterjuri meħtieġa li hi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għal setturi u sitwazzjonijiet speċifiċi, u l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 5. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

8.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3, filwaqt li tikkunsidra l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ diversi setturi u s-sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta fejn ikun meħtieġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 15 Dritt ta’ aċċess għas-suġġett tad-dejta

1.           Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur fi kwalunkwe ħin, fuq talba, il-konferma ta’ jekk dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le. Fejn dejta personali bħal din tkun qed tiġi pproċessata, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)     l-objettivi tal-ipproċessar;

(b)     il-kategoriji ta’ dejta personali inkwistjoni;

(c)     ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom sejra tkun żvelata jew ġiet żvelata d-dejta personali, b’mod partikolari r-riċevituri f’pajjiżi terzi;

(d)     il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

(e)     l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali;

(f)      id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g)     komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha;

(h)     is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ dan l-ipproċessar, għall-inqas fil-każ ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 20.

2.           Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar il-kontenut tad-dejta personali msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1.

4.           Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika formoli u proċeduri standard għat-talbiet u l-għoti ta’ aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-dejta u l-komunikazzjoni tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, filwaqt li tikkunsidra l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

TAQSIMA 3

RETTIFIKA U TĦASSIR

Artikolu 16 Dritt għal rettifika

Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika ta’ dejta personali dwaru li ma tkunx eżatta. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-dejta personali mhux kompluta, inkluż billi jissupplimenta stqarrija ta’ korrezzjoni.

Artikolu 17 Dritt li jkun minsi u għal tħassir

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali li tirrigwardah u l-astensjoni minn aktar tixrid ta’ din id-dejta, b’mod speċjali fir-rigward ta’ dejta personali li titqiegħed għad-dispożizzjoni mis-suġġett tad-dejta meta hu kien għadu minorenni, meta tapplika waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) id-dejta ma tkunx aktar meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet ipproċessata mod ieħor id-dejta;

(b) is-suġġett tad-dejta jirtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), jew meta l-perjodu ta’ ħażna li jkun ta l-kunsens għalih ikun skada, u meta ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar tad-dejta;

(c) is-suġġett tad-dejta joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dejta personali skont l-Artikolu 19;

(d) l-ipproċessar tad-dejta ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għal raġunijiet oħra.

2. Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għamel id-dejta personali pubblika, huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta li l-kontrollur huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, sabiex jinforma lil partijiet terzi li li qegħdin jipproċessaw din id-dejta, li suġġett tad-dejta jitlobhom biex iħassru kwalunkwe rabta ma’, jew kopja jew replika ta’ dik id-dejta personali. Meta l-kontrollur ikun awtorizza pubblikazzjoni ta’ parti terza ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu jitqies bħala responsabbli għal dik il-pubblikazzjoni.

3. Il-kontrollur għandu jagħmel dan it-tħassir mingħajr dewmien, ħlief sakemm iż-żamma tad-dejta personali tkun meħtieġa:

(a) għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni skont l-Artikolu 80;

(b) għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 81;

(c) għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika skont l-Artikolu 83;

(d) għall-konformità ma’ obbligu legali li tinżamm id-dejta personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur; il-liġijiet tal-Istat Membru għandhom jissodisfaw għan ta’ interess pubbliku, jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali u jkunu proporzjonati għall-għan leġittimu segwit;

(e) fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

4. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jillimita l-ipproċessar ta’ dejta personali meta:

(a)     l-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-kontrollur jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta;

(b)     il-kontrollur ma jkunx għad fadallu aktar il-ħtieġa tad-dejta personali għat-twettiq tal-kompitu tiegħu iżda jkollha tinżamm għal finijiet ta’ provi;

(c)     l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;

(d)     is-suġġett tad-dejta jitlob li jittrasmetti d-dejta personali f’sistema ta’ pproċessar awtomatizzata oħra skont l-Artikolu 18(2).

5. Id-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4 tista’, bl-eċċezzjoni tal-ħażna, tkun ipproċessata biss għal finijiet ta’ provi, jew bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal għan ta’ interess pubbliku.

6. Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun ristrett skont il-paragrafu 4, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta qabel ineħħi r-restrizzjoni fuq l-ipproċessar.

7. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li l-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tħassir ta’ dejta personali u/jew għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa tal-ħażna tad-dejta jiġu osservati.

8. Meta jsir it-tħassir, il-kontrollur ma għandux jipproċessa din id-dejta personali mod ieħor.

9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar:

(a) il-kriterji u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal setturi speċifiċi u f’sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta;

(b) il-kundizzjonijiet għat-tħassir ta’ konnessjonijiet, kopji jew repliki ta’ dejta personali minn servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) il-kriterji u l-kundizzjonijiet għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4.

Artikolu 18 Dritt għall-portabbiltà tad-dejta

1.           Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u b’format strutturat u użat b’mod komuni, li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-dejta li tkun qiegħda tiġi pproċessata f’format elettroniku u strutturat li jintuża normalment u li jippermetti l-użu ulterjuri mis-suġġett tad-dejta.

2.           Meta s-suġġett tad-dejta jkun ipprovda d-dejta personali u l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens jew fuq kuntratt, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jittrasmetti dik id-dejta personali u kull informazzjoni oħra pprovduta mis-suġġett tad-dejta u miżmuma minn sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, f’oħra, f’format elettroniku li jintuża normalment, mingħajr xkiel min-naħa tal-kontrollur li mingħandu tkun ġiet irtirata d-dejta personali.

3.           Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 u l-istandards tekniċi, il-modalitajiet u l-proċeduri għat-trasmissjoni ta’ dejta personali skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

TAQSIMA 4

DRITT GĦALL-OĠĠEZZJONI U T-TFASSIL TA’ PROFILI

Artikolu 19 Dritt għall-oġġezzjoni

1.           Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona, fuq raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha, fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jkun ibbażat fuq il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

2.           Meta d-dejta personali tkun ipproċessata għal marketing dirett, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal dan il-marketing. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod li jintgħaraf u għandu jkun separat minn informazzjoni oħra.

3.           Meta tintlaqa’ oġġezzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa mod ieħor id-dejta personali kkonċernata.

Artikolu 20 Miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili

1. Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tipproduċi effetti legali rigward din il-persuna fiżika jew taffettwa b’mod sinifikanti lil din il-persuna fiżika, u li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ din il-persuna fiżika jew janalizza jew ibassar b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika.

2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, persuna tista’ tkun soġġetta biss għal miżura tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 jekk l-ipproċessar:

(a)     isir matul id-dħul f’kuntratt jew waqt it-twettiq tiegħu, meta t-talba għad-dħul fil-kuntratt jew it-twettiq tiegħu, magħmula mis-suġġett tad-dejta, tkun ġiet issodisfata jew meta jkunu ġew ippreżentati miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, bħad-dritt li jinkiseb l-intervent tal-bniedem; jew

(b)     ikun awtorizzat espressament minn liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

(c)     ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u għal salvagwardji xierqa.

3. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika ma għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 9.

4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-kontrollur taħt l-Artikolu 14 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-eżistenza tal-ipproċessar għal miżura tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 u l-effetti previsti ta’ dan l-ipproċessar fuq is-suġġett tad-dejta.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għal miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2.

TAQSIMA 5 RESTRIZZJONIJIET

Artikolu 21 Restrizzjonijiet

1.           Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet ipprovduti fl-Artikoli 11 sa 20 u l-Artikolu 32, meta din ir-restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tissalvagwardja:

(a)     is-sigurtà pubblika;

(b)     il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

(c)     interessi pubbliċi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess finanzjarju jew ekonomiku importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inklużi kwistjonijiet baġitarji, monetarji u fiskali u l-protezzjoni tal-istabbiltà u l-integrità tas-suq

(d)     il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati;

(e)     funzjoni regolatorja ta’ spezzjoni jew ta’ superviżjoni marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali f’każijiet imsemmija f’(a), (b), (c) u (d);

(f)      il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

2.           B’mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwar:

         l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar;

         u d-determinazzjoni tal-kontrollur;

KAPITOLU IV

KONTROLLUR U PROĊESSUR

TAQSIMA 1

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 22 Responsabbiltà tal-kontrollur

1. Il-kontrollur għandu jadotta politiki u jimplimenta miżuri adattati sabiex jassigura u jkun jista’ juri li l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir skont dan ir-Regolament.

2. Il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a) iż-żamma tad-dokumenti skont l-Artikolu 28;

(b) l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 30,

(c) it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33;

(d) il-konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni minn qabel jew il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 34(1) u (2);

(e) il-ħatra ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 35(1).

3. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura l-verifika tal-effikaċja tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk tkun proporzjonata, din il-verifika għandha ssir minn awdituri interni jew esterni indipendenti.

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għal miżuri adattati msemmija fil-paragrafu 1 minbarra dawk diġà msemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet għall-mekkaniżmi ta’ verifika u awditjar imsemmija fil-paragrafu 3 u rigward il-kriterji għall-proporzjonalità taħt il-paragrafu 3, u meta wieħed jikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Artikolu 23 Il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku

1.           Wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

2.           Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar jew tinżamm aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f’dak li jirrigwarda l-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għall-miżuri u l-mekkaniżmi xierqa msemmija fil-paragrafu 1 u 2, b’mod partikolari għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn applikabbli fis-setturi, il-prodotti u s-servizzi kollha.

4.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 24  Kontrolluri konġunti

              Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom.

Artikolu 25 Rappreżentanti ta’ kontrolluri mhux stabbiliti fl-Unjoni

1.           Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2), il-kontrollur għandu jaħtar rappreżentant fl-Unjoni.

2.           Dan l-obbligu m’għandux japplika għal:

(a)     kontrollur stabbilit f’pajjiż terz meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 41; jew

(b)     impriża li timpjega inqas minn 250 persuna; jew

(c)     awtorità jew korp pubbliku; jew

(d)     kontrollur li joffri prodotti u servizzi okkażjonalment biss lil suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni.

3.           Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn jgħixu s-suġġetti li d-dejta personali tagħhom hija pproċessata fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi offruti lilhom, jew li l-imġiba tagħhom tkun issorveljata.

4.           Il-ħatra ta’ rappreżentant mill-kontrollur għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur innifsu.

Artikolu 26 Proċessur

1.           Meta operazzjoni ta’ pproċessar tkun sejra ssir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri.

2.           It-twettiq tal-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor li jorbot lill-proċessur mal-kontrollur u li jistipula b’mod partikolari li l-proċessur għandu:

(a)     jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-dejta personali użata jkun ipprojbit;

(b)     jimpjega biss persunal li jkun impenja ruħu li jżomm il-kunfidenzjalità jew li jkun taħt obbligu statutorju ta’ kunfidenzjalità;

(c)     jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 30;

(d)     jimpjega proċessur ieħor biss bil-permess minn qabel tal-kontrollur;

(e)     safejn dan ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, joħloq bi ftehim mal-kontrollur ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi meħtieġa għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stabbiliti fil-Kapitolu III;

(f)      jgħin lill-kontrollur sabiex jassigura l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 30 sa 34;

(g)     jgħaddi r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-ipproċessar u ma jipproċessax id-dejta personali mod ieħor;

(h)     jagħmel disponibbli għall-kontrollur u għall-awtorità ta’ superviżjoni kull informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

3.           Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jiddokumentaw bil-miktub l-istruzzjonijiet tal- kontrollur u l-obbligi tal-proċessur imsemmija fil-paragrafu 2.

4.           Jekk proċessur jipproċessa dejta personali għajr kif ordnat mill-kontrollur, il-proċessur għandu jitqies li huwa kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 24.

5.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għar-responsabbiltajiet, id-dmirijiet u l-kompiti fir-rigward ta’ proċessur skont il-paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet li jippermettu l-faċilitazzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali fi grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ kontroll u rappurtar.

Artikolu 27 Ipproċessar bl-awtorità tal-kontrollur u l-proċessur

Il-proċessur u kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità tal-kontrollur jew tal-proċessur li jkollhom aċċess għal dejta personali ma għandhomx jipproċessawha ħlief fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, sakemm ma jkunux meħtieġa jagħmlu dan mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru.

Artikolu 28 Dokumentazzjoni

1. Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti dwar l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur konġunt jew proċessur, u tar-rappreżentant, jekk ikun hemm;

(b) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jekk ikun hemm;

(c) l-objettivi tal-ipproċessar, inkluż l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(d) deskrizzjoni ta’ kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta u ta’ kategoriji ta’ dejta personali li tirrigwardahom;

(e) ir-riċevituri jew ikategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali, inklużi l-kontrolluri li lilhom tiġi żvelata dejta personali għall-interess leġittimu segwit minnhom;

(f) fejn applikabbli, trasferimenti ta’ dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), id-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;

(g) indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ dejta;

(h) id-deskrizzjoni ta’ mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 22

3.           Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

4.           L-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-kontrulluri u l-proċessuri segwenti:

(a) persuna fiżika li tipproċessa dejta personali mingħajr interess kummerċjali; jew

(b) impriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna li l-ipproċessar tad-dejta personali tkun attività anċillarja mal-attivitajiet ewlenin tagħha.

5.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra b’mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur. .

6.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 29 Kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni

1.           Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu.

2.           Bi tweġiba għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni taħt l-Artikolu 53(2), il-kontrollur u l-proċessur għandhom iwieġbu lill-awtorità ta’ superviżjoni fi żmien perjodu raġonevoli li jkun speċifikat mill-awtorità ta’ superviżjoni. It-tweġiba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba, b’risposta għall-kummenti tal-awtorità ta’ superviżjoni.

TAQSIMA 2

SIGURTÀ TAD-DEJTA

Artikolu 30 Sigurtà tal-ipproċessar

1.           Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta personali li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

2.           Il-kontrollur u l-proċessur għandhom, wara valutazzjoni tar-riskji, jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jipproteġu dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali u sabiex jipprevjenu kull forma illegali ta’ pproċessar, b’mod partikolari kull żvelar, tixrid jew aċċess mhux awtorizzat, jew it-tibdil ta’ dejta personali.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi d-determinazzjonijiet ta’ x’jikkostitwixxi teknoloġija avvanzata, għal setturi speċifiċi u f’sitwzzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija u s-soluzzjonijiet għall-privatezza bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 4.

4.           Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, b’mod partikolari sabiex:

(a)     tipprevjeni kull aċċess mhux awtorizzat għal dejta personali;

(b)     tipprevjeni kull żvelar, qari, ikkuppjar, tibdil, tħassir jew tneħħija mhux awtorizzata ta’ dejta personali;

(c)     tiżgura l-verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 31 Notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni

1.           Fil-każ ta’ ksur ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. In-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun akkumpanjata b’ġustifikazzjoni motivata f’każijiet fejn ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

2.           Skont il-punt (f) tal-Artikolu 26(2), il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur minnufih wara l-istabbiliment ta’ ksur ta’ dejta personali.

3.           In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a)     tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali inklużi l-kategoriji tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta’ rekords tad-dejta kkonċernati;

(b)     tagħti l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ta’ punt ta’ kuntatt ieħor minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(c)     tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(d)     tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-ksur tad-dejta personali;

(e)     tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali.

4.           Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

5.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

6.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti ta’ żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 32 Komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

1.           Meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali jew lill-privatezza tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

2.           Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(3).

3.           Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

4.           Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta tal-ksur tad-dejta personali, l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-effetti avversi possibbli tal-ksur, titolbu jagħmel dan.

5.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti rigward iċ-ċirkostanzi li fihom ksur ta’ dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lid-dejta personali msemmija fil-paragrafu 1.

6.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format tal-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċeduri applikabbli għal dik il-komunikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

TAQSIMA 3

VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA U AWTORIZZAZZJONI MINN QABEL

Artikolu 33 Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta

1. Meta l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom u l-għanijiet tagħhom, il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-dejta personali.

2. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin b’mod partikolari jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

(a) Evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew għall-analiżi jew it-tbassir b’mod partikolari tas--sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika, li tkun ibbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat li fuqu huma bbażati miżuri li jipproduċu effetti legali li jirrigwardaw lill-individwu jew jaffettwaw b’mod sinifikanti lill-individwu;

(b) informazzjoni dwar il-ħajja sesswali, is-saħħa, ir-razza u l-oriġini etnika jew għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-dejta tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

(c) il-monitoraġġ ta’ żoni aċċessibbli għall-pubbliku, b’mod speċjali meta jintuża apparat ottiku-elettroniku (sorveljanza bil-vidjo) fuq skala kbira;

(d) dejta personali f’sistemi ta’ arkivjar fuq skala kbira dwar tfal, dejta ġenetika jew dejta bijometrika;

(e) operazzjonijiet ta’ pproċessar oħrajn li għalihom tkun teħtieġ il-konsultazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 34(2).

3.           Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati.

4.           Il-kontrollur għandu jfittex l-opinjoni tas-suġġetti tad-dejta jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

5.           Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) ta’ Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta’ pproċessar.

6.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kundizzjonijiet għall- modularità, il-verifika u l-awditjar. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-miżuri speċifiċi, għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

7.           Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika standards u proċeduri speċifiċi għat-twettiq u l-verifika u l-awditjar tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 34 Awtorizzazzjoni minn qabel u konsultazzjoni minn qabel

1. Il-kontrollur jew il-proċessur, skont kif ikun il-każ, għandu jikseb awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali, sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

kontrollur jew proċessur jadotta klawżoli kuntrattwali kif ipprovdut fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2) jew ma jipprovdix għas-salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(5) għat-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;

.

2. Il-kontrollur jew proċessur li jkun qiegħed jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

(a) valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta kif ipprovduta fl-Artikolu 33 tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom, aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi; jew

(b) l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, u speċifikati skont il-paragrafu 4.

3. Meta l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tal-fehma li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn ir-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

4. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-punt (b) tal-paragrafu 2. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika dawn il-listi lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

5. Meta l-lista pprovduta fil-paragrafu 4 tinvolvi attivitajiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom, jew jistgħu jaffettwaw sostanzjalment il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 qabel l-adozzjoni tal-lista.

6. Il-kontrollur jew proċessur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni l-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta pprovduta fl-Artikolu 33 u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u s-salvagwardji relatati.

7. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtorità ta’ superviżjoni fit-tħejjija ta’ miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq din il-miżura leġiżlattiva, li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar, sabiex jassiguraw il-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqsu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta.

8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ livell għoli ta’ riskju speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

9. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli u proċeduri standard għall-awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, u formoli u proċeduri standard għall-infurmar lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

TAQSIMA 4

UFFIĊJAL TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Artikolu 35 Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

(a) l-ipproċessar isir minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku; jew

(b) l-ipproċessar isir minn impriża li timpjega 250 persuna jew aktar; jew

(c) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-dejta.

2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, grupp ta’ impriżi jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed.

3. Meta l-kontrollur jew il-proċessur huwa awtorità jew korp pubbliku, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar għal diversi mill-entitajiet tagħha, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura organizzativa tal-awtorità jew il-korp pubbliku.

4. F’każijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur jew assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessur jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Waqt il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jitneħħa biss mill-kariga, jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.

8. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jkun impjegat mill-kontrollur jew mill-proċessur, jew iwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ servizz.

9. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkomunika l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta lill-awtorità ta’ superviżjoni u lill-pubbliku.

10. Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta tas-suġġett tad-dejta u li jitolbu l-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

11. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-kriterji għall-kwalitajiet professjonali tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 5.

Artikolu 36 Pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-dejta personali.

2. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti b’mod indipendenti u ma jingħatax istruzzjonijiet rigward l-eżerċizzju tal-funzjoni. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jirrapporta b’mod dirett lill-ġestjoni tal-kontrollur jew tal-proċessur.

3. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34.

Artikolu 37 Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

(a)     jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(b)     jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-politiki tal-kontrollur jew tal-proċessur fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-operazzjonijiet, u l-verifiki relatati;

(c)     jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn, il-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-dejta u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament;

(d)     jassigura li tinżamm id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28;

(e)     jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali skont l-Artikoli 31 u 32;

(f)      jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikoli 33 u 34;

(g)     jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta stess;

(h)     jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ superviżjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar u jikkonsulta mal-awtorità ta’ superviżjoni, jekk ikun xieraq, fuq inizjattiva tiegħu stess.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-kompiti, iċ-ċertifikazzjoni, l-istatus, is-setgħat u r-riżorsi tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

TAQSIMA 5

KODIĊIJIET TA’ KONDOTTA U ĊERTIFIKAZZJONI

Artikolu 38 Kodiċijiet ta’ kondotta

1. L-Istati Membri, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tħejjija ta’ kodiċijiet ta’ kondotta maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi tal-ipproċessar tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)     ipproċessar ġust u trasparenti tad-dejta;

(b)     il-ġbir tad-dejta;

(c)     l-informazzjoni tal-pubbliku u tas-suġġetti tad-dejta;

(d)     it-talbiet tas-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom

(e)     informazzjoni u protezzjoni tat-tfal;

(f)      trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)     mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità mal-kodiċi mill-kontrolluri marbuta miegħu;

(h)     proċeduri barra l-qorti u proċeduri oħrajn ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn il-kontrolluri u s-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta skont l-Artikoli 73 u 75.

2. Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessuri fi Stat Membru wieħed li għandhom il-ħsieb li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta jew li jemendaw jew jestendu kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti jistgħu jissottomettuhom għall-opinjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni f’dak l-Istat Membru. L-awtorità ta’ superviżjoni tista’ tagħti opinjoni dwar jekk l-abbozz tal-kodiċi ta’ kondotta jew l-emenda hijiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tfittex il-fehmiet tas-suġġetti tad-dejta jew ir-rappreżentanti tagħhom dwar dawn l-abbozzi.

3. Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri f’diversi Stati Membri jistgħu jissottomettu abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u emendi jew estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti lill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk il-kodiċijiet ta’ kondotta u l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti sottomessi lilha skont il-paragrafu 3 għandhomx validità ġenerali fi ħdan l-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

5. Il-Kummissjoni għandha tassigura r-reklamar xieraq għall-kodiċijiet li jkun ġie deċiż li għandhom validità ġenerali skont il-paragrafu 4.

Artikolu 39 Ċertifikazzjoni

1.           L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu, b’mod partikolari fil-livell Ewropew, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta u ta’ siġilli u marki tal-protezzjoni tad-dejta, li jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta pprovduta mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi u operazzjonijiet ta’ pproċessar differenti.

2.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kundizzjonijiet għall-għoti, u l-irtirar, u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

3.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u għas-siġilli u l-marki ta’ protezzjoni tad-dejta u mekkaniżmi għall-promozzjoni u r-rikonoxximent ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

KAPITOLU V

TRASFERIMENT TA’ DEJTA PERSONALI LIL PAJJIŻI TERZI JEW LIL ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 40 Prinċipju ġenerali għat-trasferimenti

Kull trasferiment ta’ dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata jew hija maħsuba li tkun ipproċessata wara t-trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss jekk, soġġett għal:

(a) id-dispożizzjonijet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu mħarsa mill-kontrollur u mill-proċessur, inkluż għal trasferimenti ulterjuri ta’ dejta personali mill-pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali lil pajjiż terz ieħor jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali oħra.

Artikolu 41 Trasferimenti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

1. Trasferiment jista’ jseħħ jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. Trasferiment bħal dan ma għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni ulterjuri.

2. Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni lill-elementi li ġejjin:

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali; kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

(b) l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, li tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, għall-assistenza u l-għoti ta’ pariri lis-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri; u

(c) l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terzi, jew organizzazzjoni internazzjonali tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

4. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika u settorjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

5. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li pajjż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma tassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun qiegħda tiġi trasferita. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2), jew, f’każijiet ta’ urġenza estrema għal individwi fir-rigward tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3).

6. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skont il-paragrafu 5, kull trasferiment ta’ dejta personali lill-pajjiż terz, jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandu jkun ipprojbit, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 42 sa 44. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li livell adegwat ta’ protezzjoni huwa jew mhuwiex assigurat.

8. Id-Deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 25(6) jew tal-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 95/46/KE, għandhom jibqgħu fis-seħħ, sakemm ma jiġu emendati, mibdula jew imħassra mill-Kummissjoni.

Artikolu 42 Trasferimenti b’ salvagwardji xierqa

1.           Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew orgainizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti.

2.           Is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti, b’mod partikolari, permezz ta’:

(a) regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43; jew

(b) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2); jew

(c) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 meta ddikjarati ġeneralment validi mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1); jew

(d) klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u r-riċevitur tad-dejta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 4.

3.           Trasferiment ibbażat fuq klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta jew regoli korporattivi vinkolanti kif imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jeħtieġu aktar awtorizzazzjoni.

4.           Meta trasferiment ikun ibbażat fuq klawżoli kuntrattwali kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel tal-klawżoli kuntrattwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(1) mill-awtorità ta’ superviżjoni. Jekk it-trasferiment ikun relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħrajn, jew jaffettwa sostanzjalment il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

5.           Meta s-salvagwardji xierqa rigward il-protezzjoni tad-dejta personali mhumiex previsti fi strument legalment vinkolanti, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment, jew sett ta’ trasferimenti, jew għal dispożizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fl-arranġamenti amministrattivi li jipprovdu l-bażi għal dan it-trasferiment. Din l-awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun skont il-punt (a) tal-Artikolu 34(1). Jekk it-trasferiment huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw is-suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jew jaffettwaw b’mod sostanzjali l-moviment liberu ta’ dejta personali ġewwa l-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57. L-awtorizzazzjonijiet minn awtorità superviżorja fuq il-bażi tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu validi, sakemm ma jiġu emendati, mibdula jew imħassra mill-awtorità ta’ superviżjoni.

Artikolu 43 Trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti

1. Awtorità ta’ superviżjoni, f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilit fl-Artikolu 58, għandha tapprova regoli korporattivi vinkolanti, sakemm dawn

(a) ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal u jkunu inforzati minn kull membru fi ħdan il-grupp ta’ impriżi tal-kontrollur jew tal-ipproċessur, u jinkludu lill-impjegati tagħhom;

(b) espressament jagħtu drittijiet inforzabbli lis-suġġetti tad-dejta;

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.           Ir-regoli korporattivi vinkolanti għandhom mill-inqas jispeċifikaw:

(a) l-istruttura u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ impriżi u tal-membri tiegħu;

(b) it-trasferimenti tad-dejta jew sett ta’trasferimenti, inklużi l-kategoriji ta’ dejta personali, it-tip ta’ pproċessar u l-għanijiet tiegħu, it-tip ta’ suġġetti tad-dejta affettwati u l-identifikazzjoni tal-pajjiż terzi jew pajjiżi inkwistjoni;

(c) in-natura legalment vinkolanti tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament;

(d) il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-għan, il-kwalità tad-dejta, bażi legali għall-ipproċessar, l-ipproċessar ta’ dejta personali sensittiva; miżuri sabiex tkun assigurata s-sigurtà tad-dejta; u r-rekwiżiti għal trasferimenti ulterjuri lil organizzazzjonijiet li ma jkunux marbuta bil-politiki;

(e) id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-mezzi għall-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal miżura bbażata fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20, id-dritt li wieħed iressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni kompetenti u quddiem qrati kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 75, u li jikseb rimedju u, fejn xieraq, kumpens għal ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti;

(f) l-aċċettazzjoni mill-kontrollur jew mill-proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tar-responsabbiltà għal kwalunkwe ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi mhux stabbiliti fl-Unjoni; il-kontrollur jew il-proċessur jista’ biss ikun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk juri li l-membru mhuwiex responsabbli għall-avvenimenti li ħolqu l-ħsara;

(g) kif l-informazzjoni dwar ir-regoli korporattivi vinkolanti, b’mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu hija pprovduta lis-suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 11;

(h) il-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta maħtur skont l-Artikolu 35, inkluż il-monitoraġġ fil-grupp ta’ impriżi tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti, kif ukoll il-monitoraġġ tat-taħriġ u l-immaniġġjar tal-ilmenti;

(i) il-mekkaniżmi fil-grupp ta’ impriżi li għandhom l-għan li jiżguraw il-verifika tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti.

(j) il-mekkaniżmi għar-rappurtar u r-reġistrazzjoni tal-bidliet fil-politiki u r-rappurtar ta’ dawn il-bidliet lill-awtorità ta’ superviżjoni;

(k) il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni sabiex tkun assigurata konformità minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari billi jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni r-riżultati tal-verifiki tal-miżuri msemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom, l-applikazzjoni tal-punti (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għar-regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u dwar rekwiżiti oħrajn meħtieġa għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati.

4.           Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn il-kontrolluri, il-proċessuri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 44 Derogi

1.           Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 41 jew ta’ salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 42, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss sakemm:

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ikkonsenta għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat dwar ir-riskji ta’ trasferimenti bħala dawn minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza u ta’ salvagwardji xierqa; jew

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qabel il-kuntratt meħuda fuq talba tas-suġġett tad-dejta; jew

(c) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-konklużjoni jew it-twettiq ta’ kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad-dejta bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra; jew

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, jew

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(f) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsa l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, meta s-suġġett tad-dejta ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens tiegħu; jew

(g) it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru huwa maħsub sabiex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni kemm mill-pubbliku inġenerali jew minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, safejn il-kundizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għall-konsultazzjoni jkunu ssodisfati fil-każ partikolari; jew

(h) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mill-proċessur, li ma jistax ikun ikkwalifikat bħala frekwenti jew enormi,u meta l-kontrollur jew il-proċessur evalwa ċ-ċirkostanzi kollha tal-operazzjoni ta’ trasferiment tad-dejta jew l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sett tad-dejta u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni ppreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

2.           Trasferiment skont il-punt (g) tal-paragrafu 1 ma għandux jinvolvi t-totalità tad-dejta personali jew kategoriji sħaħ tad-dejta personali li jinsabu fir-reġistru. Meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni minn persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri.

3.           Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (h) tal-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jagħti konsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-dejta, l-għan u t-tul tal-operazzjoni jew tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar proposti, kif ukoll lis-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż terz u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u salvagwardji xierqa ppreżentati fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

4.           Punti (b), (c) u (h) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħhom.

5.           L-interess pubbliku msemmi fil-punt d tal-paragrafu 1 għandu jkun rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

6.           Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta l-valutazzjoni kif ukoll is-salvagwardji xierqa ppreżentati msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 (h) ta’ dan l-Artikolu fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u għandu jinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni dwar it-trasferiment.

7.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar ‘raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku’ fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji xierqa msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1.

Artikolu 45 Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta personali

1.           Fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jieħdu passi xierqa sabiex:

(a) jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali;

(b) jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali fl-infurzar ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali, fosthom permezz ta’ notifika, riferiment għal ilment, għajnuna investigattiva u skambju ta’ informazzjoni, soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta’ dejta personali u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra;

(c) jinvolvu lill-partijiet interessati rilevanti f’diskussjoni u attivitajiet immirati lejn it-tkabbir tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali;

(d) jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

2.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex ittejjeb ir-relazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom, meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li dawn jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 41(3).

KAPITOLU VI

AWTORITAJIET TA’ SUPERVIŻJONI INDIPENDENTI

TAQSIMA 1 STATUS INDIPENDENTI

Artikolu 46 Awtorità ta’ superviżjoni

1.           Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom u sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni. Għal dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

2.           Meta fi Stat Membru jkunu stabbiliti aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda, l-Istat Membru għandu jagħżel l-awtorità ta’ superviżjoni li tiffunzjona bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u għandu jistabbilixxi l-mekkaniżmu sabiex jassigura l-konformità mill-awtoritajiet l-oħrajn mar-regoli relatati mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

3.           Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont dan il-Kapitolu, sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 47 Indipendenza

1.           L-awtorità ta’ superviżjoni għandha taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilha.

2.           Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom, la jfittxu li jieħdu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd.

3.           Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom iżomu lura minn xi azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u ma għandhomx, maul it-terminu tal-ħatra tagħhom, jagħmlu xi xogħol inkompatibbli ieħor, sew jekk bi qligħ sew jekk le.

4.           Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom, matul it-terminu tal-ħatra tagħhom, jikkomportaw ruħhom b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ħatriet u benefiċċji.

5.           Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni tiġi pprovduta riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji adegwati, bini u infrastruttura neċessarja għat-twettiq effettiv tad-dmirijiet u s-setgħat tagħha, inklużi dawk li jridu jitwettqu fil-kuntest tal-assistenza reċiproka, kooperazzjoni u parteċipazzjoni fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

6.           Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni jrid ikollha l-persunal tagħha stess li għandu jinħatar minn u soġġett għad-diskrezzjoni tal-kap tal-awtorità ta’ superviżjoni.

7.           Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni tkun soġġetta għal kontroll finanzjarju ma għandux jaffettwa l-indipendenza tagħha. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni jkollha baġits annwali separati. Il-baġits għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 48 Kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni

1.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni jridu jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

2.           Il-membri għandhom jintgħażlu minn fost persuni li m’hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li l-esperjenza u l-ħiliet tagħhom meħtieġa sabiex jaqdu dmirijiethom l-aktar fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali huma evidenti.

3.           Id-dmirijiet ta’ membru għandhom jintemmu fl-eventwalità ta’ skadenza tat-terminu tal-ħatra, riżenja jew irtirar obbligatorju skont il-paragrafu 5.

4.           Membru jista’ jitkeċċa jew jitneħħielu d-dritt għal pensjoni jew benefiċċji oħrajn flokha mill-qorti nazzjonali kompetenti, jekk il-membru ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet jew ikun ħati ta’ mġiba ħażina serja.

5.           Meta jiskadi t-terminu tal-ħatra jew il-membru jirriżenja, il-membru għandu jkompli jeżerċita d-dmirijiet tiegħu sakemm jinħatar membru ġdid.

Artikolu 49 Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità ta’ superviżjoni

              Kull Stat Membru għandu jipprovdi bil-liġi fil-limiti ta’ dan ir-Regolament:

(a) it-twaqqifu l-istatus tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(b) il-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa sabiex jeżerċitaw id-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(c) ir-regoli u l-proċeduri għall-ħatra tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, kif ukoll ir-regoli dwar l-azzjonijiet jew impjiegi inkompatibbli mad-dmirijiet tal-uffiċċju;

(d) it-tul tal-mandat tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni li ma għandux ikun inqas minn erba’ snin, ħlief għall-ewwel ħatra wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir- Regolament, li parti minnha jista’ jseħħ għal perjodu iqsar fejn dan ikun neċessarju għall-ħarsien tal-indipendenza tal-awtorità ta’ superviżjoni permezz ta’ proċedura ta’ ħatra mqassma;

(e) jekk il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhomx ikunu eliġibbli għal ħatra mill-ġdid;

(f) ir-Regolamenti u l-kundizzjonijiet komuni li jirregolaw id-dmirijiet tal-membri u tal-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g) ir-regoli u l-proċeduri dwar it-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, inkluż fejn ma jkunux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom jew jekk ikunu ħatja ta’ mġiba ħażina serja.

Artikolu 50 Segretezza professjonali

Il-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom ikunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom, għal dmir ta’ segretezza professjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.

TAQSIMA 2 DMIRIJIET U SETGĦAT

Artikolu 51 Kompetenza

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, is-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

2. Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali iseħħ fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew ta’ proċessur fl-Unjoni, u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità ta’ superviżjoni tal--istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur għandha tkun kompetenti għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ pproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet tal-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament.

3. L-awtorità ta’ superviżjoni ma għandhiex tkun kompetenti li tissorvelja l-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom.

Artikolu 52 Dmirijiet

1.           L-awtorità ta’ superviżjoni għandha:

(a) tissorvelja u tassigura l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b) tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, jew minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dak is-suġġett u li għandha mandat xieraq mingħandhom skont l-Artikolu 73, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari jekk tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

(c) taqsam l-informazzjoni u tipprovdi assistenza reċiproka lil awtoritajiet ta’ superviżjoni oħra u tassigura l-konsistenza tal-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament;

(d) twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment lil din l-awtorità ta’ superviżjoni, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

(e) tissorvelja żviluppi rilevanti, sakemm dawn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u prattiki kummerċjali;

(f) tiġi ikkonsultata minn istituzzjonijiet u korpi tal-Istat Membru dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali;

(g) tawtorizza u tkun ikkonsultata dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imsemmija fl-Artikolu 34;

(h) toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta skont l-Artikolu 38(2);

(i) tapprova regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43;

(j) tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

2.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn it-tfal għandhom jingħataw attenzjoni speċifika.

3.           L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, meta tintalab tagħmel dan, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dan il-għan.

4.           Għall-ilmenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tipprovdi formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti, li tista’ timtela b’mod elettroniku, mingħajr ma jkunu esklużi mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

5.           L-eżerċizzju tad-dmirijiet tal-awtorità ta’ superviżjoni għandu jkun bla ħlas għas-suġġett tad-dejta.

6.           F’każ li t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob tariffa jew ma tiħux l-azzjoni mitluba mis-suġġett tad-dejta. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà li tipprova n-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

Artikolu 53 Setgħat

1.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa:

(a) li tinnotifika lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali, u, fejn xieraq, tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur li jirrimedja dak il-ksur, b’mod speċifiku, sabiex itejjeb il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(b) li tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jikkonforma mat-talbiet tas-suġġett tad-dejta li jeżerċita d-drittijiet ipprovduti minn dan ir-Regolament;

(c) li tordna lill-kontrollur u lill-proċessur, u, fejn ikun applikabbli, ir-rapreżentant sabiex jipprovdi kull informazzjoni li hija rilevanti għat-twettiq tad-dmirijietha;

(d) li tiżgura l-konformità mal-awtorizzazzjonijiet minn qabel u mal-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34;

(e) li twissi jew twiddeb lill-kontrollur jew lill-proċessur;

(f) li tordna r-rettifika, it-tħassir jew il-qerda tad-dejta kollha meta din tkun ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u n-notifika ta’ dawn l-azzjonijiet lil partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata d-dejta;

(g) li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar;

(h) li tissospendi flussi ta’ dejta lil riċevitur f’pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali;

(i) li toħroġ opinjonijiet dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali;

(j) li tinforma lill-parlamenti nazzjonal, lill-gvern jew lil istituzzjonijiet politiċi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali.

2.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur:

(a)     aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

(b)     aċċess għal kull bini tiegħu inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz ta’ pproċessar tad-dejta, meta jkun hemm bażi raġonevoli li jiġi preżunt li hemmhekk tkun qiegħda ssir xi attività bi ksur ta’ dan ir-Regolament.

Is-setgħat imsemmija fil-punt (b) għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi tal-Istat Membru.

3.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li ġġib kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li tidħol fi proċeduri legali, b’mod partikolari skont l-Artikolu 74(4) u l-Artikolu 75(2).

4.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 79(4), (5) u (6).

Artikolu 54 Rapport tal-attività

Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-parlament nazzjonali u għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

KAPITOLU VII

KOOPERAZZJONI U KONSISTENZA

TAQSIMA 1 KOOPERAZZJONI

Artikolu 55 Assistenza reċiproka

1.           L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni relevanti u assistenza reċiproka sabiex jimplimentaw u japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti, u għandhom jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet ta’ informazzjoni u miżuri ta’ superviżjoni, bħal talbiet sabiex isiru awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel, spezzjonijiet u informazzjoni immedjata dwar il-ftuħ ta' każijiet u żviluppi segwenti fejn is-suġġetti tad-dejta f’għadd ta’ Stati Membri x’aktarx li jiġu affettwati minn operazzjonijiet ta’ proċessar.

2.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn xahar wara li tkun irċeviet it-talba. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni relevanti dwar il-kors ta’ investigazzjoni jew miżuri ta’ infurzar li jwaqqfu jew jipprojbixxu l-operazzjonijiet ta’ pproċessar kuntrarji għal dan ir-Regolament.

3.           It-talba għall-assistenza għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-għan tat-talba u r-raġunijiet għat-talba. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha ntalbet.

4.           Awtorità ta’ superviżjoni li tkun wasslitilha talba għall-assistenza ma tistax tirrifjuta li tikkonforma magħha sakemm:

(a)     ma tkunx kompetenti għat-talba; jew

(b)     il-konformità mat-talba ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.           L-awtorità ta’ superviżjoni li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba dwar ir-riżultati jew, skont kif ikun il-każ, dwar il-progress jew il-miżuri meħuda sabiex titwieġeb it-talba mill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba.

6.           L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn b’mezzi elettroniċi u fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, permezz ta’ format standardizzat.

7.           Ma għandu jintalab l-ebda ħlas għal kwalunkwe azzjoni meħuda wara talba għal assistenza reċiproka.

8.           Meta awtorità ta’ superviżjoni ma taġixxix fi żmien xahar fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jagħmlu t-talba għandhom ikunu kompetenti li jieħdu miżura provviżorja fuq it-territorju tal-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 51(1) u għandhom jissottomettu l-każ lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57.

9.           L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità ta’ din il-miżura. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika mingħajr dewmien dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

10.         Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format u l-proċeduri għal assistenza reċiproka msemmija f’dan l-Artikolu u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

Artikolu 56 Operazzjonijiet konġunti ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni

1. Sabiex tħaffef il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom iwettqu ħidmiet ta’ investigazzjoni konġunti, miżuri ta’ infurzar konġunti u operazzjonijiet konġunti oħrajn, li fihom membri magħżula jew persunal minn awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ Stati Membri oħrajn ikunu involuti.

2. F’każijiet fejn is-suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membriaktarx li jkunu affettwati minn operazzjonijiet ta’ pproċessar, awtorità ta’ superviżjoni minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandu jkollu d-dritt li tipparteċipa fil-ħidmiet ta’ investigazzjoni konġunti jew fl-operazzjonijiet konġunti. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandha tistieden lill-awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri sabiex tipparteċipa fil-ħidmiet ta' investigazzjoni konġunti jew operazzjonijiet konġunti rispettivi u twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni sabiex tipparteċipa fl-operazzjonijiet mingħajr dewmien.

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni tista’, bħala l-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha stess, u bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda, tikkonferixxi setgħat eżekuttivi, inkluż ħidmiet ta’ investigazzjoni, lill-membri jew lill-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda involuti f’operazzjonijiet konġunti jew, safejn tippermetti l-liġi tal-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti, tippermetti lill-membri jew lill-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda li jeżerċitaw is-setgħat eżekuttivi tagħhom skont il-liġi tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda. Dawn is-setgħat eżekuttivi jistgħu jkunu eżerċitati biss taħt il-gwida u, bħala regola, fil-preżenza ta’ membri jew persunal mill-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti. Il-membri jew il-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti. L-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti għandha tassumi r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom.

4. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jistabbilixxu l-aspetti prattiċi ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi.

5. Meta awtorità ta’ superviżjoni ma tikkonformax fi żmien xahar mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni l-oħrajn għandhom ikunu kompetenti li jieħdu miżura provviżorja fit-territorju tal-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 51(1).

6. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità ta’ miżura provviżorja msemmi fil-paragrafu 5. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, tikkomunika mingħajr dewmien dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni u għandha tippreżenta l-kwistjoni fil-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 57.

TAQSIMA 2 konsistenza

Artikolu 57 Mekkaniżmu ta’ konsistenza

Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 46(1), l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni permezz tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza kif stabbilit f’din it-taqsima.

Artikolu 58 Opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1. Qabel ma awtorità ta’ superviżjoni tadotta miżura msemmija fil-paragrafu 2, din l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal miżura maħsuba sabiex tipproduċi effetti legali u li:

(a)     tkun relatata ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li għandom x’jaqsmu mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom; jew

(b)     tista’ taffettwa sostanzjalment il-moviment liberu tad-dejta personali fl-Unjoni; jew

(c)     għandha l-għan li tadotta lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 34(5); jew

(d)     għandha l-għan li tiddetermina l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 42(2); jew

(e)     għandha l-għan li tawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2)); jew

(f)      għandha l-għan li tapprova regoli korporattivi vinkolanti fis-sens tal-Artikolu 43.

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni jew il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jitlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu, b’mod partikolari meta awtorità ta’ superviżjoni ma tissottomettix l-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 2 jew ma tikkonformax mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56.

4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu.

5. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw b’mod elettroniku kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż skont kif ikun il-każ, sommarju tal-fatti, l-abbozz ta’ miżura, u r-raġunijiet li jagħmlu l-approvazzjoni ta’ miżura bħal din meħtieġa, permezz ta’ format standardizzat.

6. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma minnufih b’mod elettroniku lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu, permezz ta’ format standardizzat. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipprovdi t-traduzzjonijiet tal-informazzjoni rilevanti, fejn ikun meħtieġ.

7. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu joħroġ opinjoni dwar il-kwistjoni, jekk il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jiddeċiedi dan b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu jew kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni jitolbu dan fi żmien ġimgħa wara li l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet ipprovduta skont il-paragrafu 5. L-opinjoni għandha tkun adottata fi żmien xahar b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità ta’ superviżjoni msemmija, skont kif ikun il-każ, fil-paragrafi 1 u 3, lill-Kummissjoni u lill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti taħt l-Artikolu 51 dwar l-opinjoni u jippubblikaha.

8. L-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti taħt l-Artikolu 51 għandha tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u fi żmien ġimagħtejn wara l-informazzjoni dwar l-opinjoni mill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tikkomunika b’mod elettroniku lill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni jekk tkunx sejra żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura u, jekk ikun hemm, l-abbozz ta’ miżura emendat, permezz ta’ format standardizzat.

Artikolu 59 Opinjoni mill-Kummissjoni

1.           Fi żmien għaxar ġimgħat wara li tkun tqajmet kwistjoni taħt l-Artikolu 58, jew sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat fil-każ tal-Artikolu 61, il-Kummissjoni tista’ tadotta, sabiex tassigura applikazzjoni korretta u konsistenti ta’ dan ir-Regolament, opinjoni relatata ma’ kwistjonijiet imqajma skont l-Artikoli 58 jew 61.

2.           Meta l-Kummissjoni tkun adottat opinjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni kkonċernata għandha tikkunsidra kif xieraq l-opinjoni tal-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jekk għandhiex l-intenzjoni li żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura tagħha.

3.           Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-abbozz ta’ miżura ma għandux ikun adottat mill-awtorità ta’ superviżjoni.

4.           Meta l-awtorità ta’ superviżjoni kkonċernata jkollha l-ħsieb li ma ssegwix l-opinjoni tal-Kummissjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar dan fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 u tipprovdi ġustifikazzjoni. F’dan il-każ l-abbozz ta’ miżura ma għandux ikun adottat għal xahar ieħor.

Artikolu 60 Sospensjoni ta’ abbozz ta’ miżura

1. Fi żmien xahar wara l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4), u meta l-Kummissjoni jkollha dubji serji dwar jekk l-abbozz ta’ miżura jiżgurax l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament jew jirriżulta b’mod ieħor fl-applikazzjoni mhux konsistenti tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni raġunata li titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tissospendi l-adozzjoni tal-abbozz ta’ miżura, filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 61(2), fejn jidher li jkun meħtieġ sabiex:

(a)     tirrikonċilja l-pożizzjonijiet diverġenti tal-awtorità ta’ superviżjoni u tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, jekk dan ikun jidher li għadu possibbli; jew

(b)     tadotta miżura skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1).

2. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tul taż-żmien tas-sospensjoni li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

3. Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ ma tadottax l-abbozz ta’ miżura.

Artikolu 61 Proċedura ta’ urġenza

1.           F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta awtorità ta’ superviżjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa urġenti li taġixxi sabiex tħares l-interessi tas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-dejta jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli permezz ta’ tibdil fl-istat eżistenti jew sabiex jiġu evitati żvantaġġi kbar jew għal raġunijiet oħrajn, permezz ta’ deroga mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 58, tista’ minnufih tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifikat ta’ validità. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

2.           Meta awtorità ta’ superviżjoni tkun ħadet miżura skont il-paragrafu 1 u tikkunsidra li jeħtieġu li jkunu adottati miżuri finali b’mod urġenti, hija tista’ titlob opinjoni urġenti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, billi tagħti r-raġunijiet għat-talba ta’ din l-opinjoni, inkluż għall-urġenza ta’ miżuri finali.

3.           Kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob opinjoni urġenti meta l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti ma tkunx ħadet miżura xierqa f’sitwazzjoni fejn ikun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni, sabiex jitħarsu l-interessi tas-suġġetti tad-dejta, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba ta’ din l-opinjoni, inkluż għall-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni.

4.           B’deroga mill-Artikolu 58(7), l-opinjoni urġenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun adottata fi żmien ġimagħtejn permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Artikolu 62 Atti ta’ implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex:

(a)     tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament skont l-objettivi u r-rekwiżiti tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 58 jew 61, dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha ġiet adottata deċiżjoni motivata skont l-Artikolu 60(1), jew dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha, awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura u li dwarha l-awtorità ta’ superviżjoni indikat li m’għandhiex l-intenzjoni li ssegwi l-opinjoni tal-Kummissjoni li ġiet adottata skont l-Artikolu 59;

(b)     tiddeċiedi, fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 59(1), jekk tiddikjarax l-abbozzi ta’ klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 58(2), bħala li għandhom validità ġenerali;

(c)     tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi f’din it-taqsima;

(d)     tispeċifika l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fl-Artikolu 58(5), (6) u (8).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

2. Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati mal-interessi tas-suġġetti tad-dejta fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3). Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

3. In-nuqqas jew l-adozzjoni ta’ miżura taħt din it-taqsima ma għandux jippreġudika kwalunkwe miżura oħra mill-Kummissjoni taħt it-Trattati.

Artikolu 63 Infurzar

1.           Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, miżura inforzabbli tal-awtorità ta’ superviżjoni ta’ Stat Membru għandha tkun infurzata fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

2.           Meta awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza bi ksur tal-Artikolu 58(1) sa (5), il-miżura tal-awtorità ta’ superviżjoni ma għandhiex tkun legalment valida jew inforzabbli.

TAQSIMA 3 Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

Artikolu 64 Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1.           B’dan, qed ikun stabbilit Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

2.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkun magħmul mill-kap ta’ awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

3.           Meta fi Stat Membru jkun hemm aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament, dawn għandhom jinnominaw il-kap ta’ waħda minn dawk l-awtoritajiet ta’ superviżjoni bħala rappreżentant konġunt.

4.           Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-attivitajiet u l-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u għandha taħtar rappreżentant. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet kollha tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Artikolu 65 Indipendenza

1.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jeżerċita l-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 66 u 67.

2.           Mingħajr preġudizzju għat-talbiet mill-Kummissjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 66, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand ħadd.

Artikolu 66 Kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

(a) 1.          Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jassigura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. F’dan is-sens, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni:

(a) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

(b) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament;

(c) jirrevedi l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (b) u jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwarhom;

(d) joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57;

(e) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u prattiki bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni;

(f) jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g) jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-dejta ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta fid-dinja kollha.

2.           Meta l-Kummissjoni titlob parir mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, hija tista’ tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jagħti dak il-parir, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

3.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 87 u jagħmilhom pubbliċi.

4.           Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Artikolu 67 Rapporti

1.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma b’mod regolari u f’waqtu lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Huwa għandu jfassal rapport annwali dwar is-sitwazzjoni rigward il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

Ir-rapport għandu jinkludi r-reviżjoni tal-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1).

2.           Ir-rapport għandu jkun ippubblikat u trasmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 68 Proċedura

1.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

2.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu. B’mod partikolari, huwa għandu jipprovdi għall-kontinwazzjoni tal-eżerċitar tad-dmirijiet meta jiskadi l-mandat ta’ membru jew meta membru jirriżenja, għall-istabbiliment ta’ sottogruppi għal kwistjonijiet jew setturi speċifiċi u għall-proċeduri tiegħu relatati mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

Artikolu 69 President

1.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jeleġġi president u żewġ viċi-presidenti minn fost il-membri tiegħu. Viċi-president għandu jkun il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, sakemm dan ma jkunx ġie elett president.

2.           Il-mandat tal-president u tal-viċi-presidenti għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded.

Artikolu 70 Kompiti tal-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1.           Il-president għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)     ilaqqa’ l-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u jħejji l-aġenda tiegħu;

(b)     li jassigura t-twettiq fil-ħin tal-kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

2.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jistabbilixxi t-tqassim tal-kompiti bejn il-president u l-viċi-presidenti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 71 Segretarjat

1.           Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu segretarjat. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipprovdi s-segretarjat.

2.           Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta taħt id-direzzjoni tal-president.

3.           Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b’mod partikolari:

(a)     għax-xogħol ta’ kuljum tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

(b)     għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, il-president tiegħu u l-Kummissjoni u għall-komunikazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħrajn u mal-pubbliku;

(c)     għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna;

(d)     għat-traduzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti;

(e)     għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta;

(f)      għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ opinjonijiet u testi oħrajn adottati mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Artikolu 72 Kunfidenzjalità

1. Id-diskussjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom ikunu kunfidenzjali.

2. Id-dokumenti sottomessi lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, lill-esperti u lir-rappreżentanti ta’ partijiet terzi għandhom ikunu kunfidenzjali, sakemm ma jingħatax l-aċċess għal dawn id-dokumenti skont ir-Regolament Nru (KE) 1049/2001 jew sakemm il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ma jippubblikahomx.

3. Il-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, kif ukoll l-esperti u r-rappreżentanti ta’ partijiet terzi, għandhom ikunu mitluba li jirrispettaw l-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti f’dan l-Artikolu. Il-president għandu jassigura li l-esperti u r-rappreżentanti ta’ partijiet terzi jkunu konxji mir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità imposti fuqhom.

KAPITOLU VIII

RIMEDJI, RESPONSABBILTÀ U SANZJONIJIET

Artikolu 73 Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni

1.           Mingħajr preġudizzu għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

2.           Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tħares id-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta rigward il-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li tkun ġiet ikkostitwita kif xieraq skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar jekk tqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-dejta taħt dan ir-Regolament ikunu nkisru minħabba l-ipproċessar ta’ dejta personali.

3.           Indipendentement minn ilment ta’ suġġett tad-dejta, kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru, jekk tqis li jkun seħħ ksur ta’ dejta personali.

Artikolu 74 Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni

1.           Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni li tirrigwardaha.

2.           Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittjiet tiegħu, jew meta l-awtorità ta’ superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-dejta fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 52(1).

3.           Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

4.           Suġġett tad-dejta li huwa interessat minn deċiżjoni ta’ awtorità ta’ superviżjoni fi Stat Membru ieħor minn fejn is-suġġett tad-dejta għandu r-residenza abitwali tiegħu, jista’ jitlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu sabiex tibda proċeduri f’ismu kontra l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

5.           L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali tal-qrati msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 75 Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra kontrollur jew proċessur

1.           Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 73, kull persuna għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk din tħoss li d-drittijiet tagħha taħt dan ir-Regolament ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħha f’nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.           Il-proċeduri kontra kontrollur jew proċessur jistgħu jitressqu kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment kif ukoll quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-dejta jkollu r-residenza abitwali tiegħu.

3.           Meta jkun hemm proċeduri pendenti fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 56, li jirrigwardaw l-istess miżura, deċiżjoni jew prattika, qorti tista’ tissospendi l-proċeduri miġjuba quddiemha, ħlief meta l-urġenza tal-kwistjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta ma tippermettix li wieħed jistenna l-eżitu tal-proċedura fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

4.           L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali tal-qrati msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 76 Regoli komuni għall-proċeduri tal-qorti

1.           Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 74 u 75 f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

2.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fi proċeduri legali u tressaq azzjoni quddiem il-qorti, biex tinforza d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tassigura l-konsistenza tal-protezzjoni tad-dejta personali fi ħdan l-Unjoni.

3.           Meta qorti kompetenti ta’ Stat Membru jkollha motivi raġonevoli sabiex taħseb li qegħdin isiru proċeduri paralleli fi Stat Membru ieħor, din għandha tikkuntattja lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ dawn il-proċeduri paralleli.

4.           Meta dawn il-proċeduri paralleli fi Stat Membru ieħor ikunu jirrigwardaw l-istess miżura, deċiżjoni jew prattika, il-qorti tista’ tissospendi l-proċeduri.

5.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet ġudizzjarji disponibbli permezz ta’ liġi nazzjonali jippermettu l-adozzjoni rapida ta’ miżuri interim, intiżi biex iwaqqfu l-ksur allegat u ma jħallux aktar xkiel għall-interessi involuti.

Artikolu 77 Dritt għal kumpens u responsabbiltà

1.           Kull persuna li tkun sofriet xi ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tingħata kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet.

2.           Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed , kull kontrollur jew proċessur għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-ħsara.

3.           Il-kontrollur jew il-proċessur jista’ jkun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk il-kontrollur jew il-proċessur jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-avveniment li jwassal għad-dannu.

Artikolu 78 Pieni

1.           L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jkunu implimentati, inkluż meta l-kontrollur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu li jaħtar rappreżentant. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.           Meta l-kontrollur ikun stabbilixxa rappreżentant, kwalunkwe penalità għandha tkun applikata għar-rappreżentant, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penalità li tista’ tinbeda kontra l-kontrollur.

3.           Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet fil-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 79 Sanzjonijiet amministrattivi

1.           Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

2.           Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f’kull każ individwali effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali jew b’negliġenza tal-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur.

3.           Fil-każ ta l-ewwel nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali ma’ dan ir-Regolament, tista’ tingħata twissija bil-miktub iżda ma tista’ tiġi imposta ebda sanzjoni, fejn:

(a) il-persuna fiżika qed tipproċessa d-dejta personali mingħajr interess kummerċjali; jew,

(b) intrapriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna tkun qed tipproċessa d-dejta personali biss bħala attività anċillari għall-attivitajiet ewlenin tagħha.

4.           L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 250 000, jew fil-każ ta’ impriża sa 0,5 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza:

(a) ma jipprovdix il-mekkaniżmi għal talbiet mis-suġġetti tad-dejta jew ma jwiġibx mill-ewwel jew mhux fil-format mitlub lil suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 12(1) u (2);

(b) jimponi miżata għall-informazzjoni jew għal tweġiniet għal talbiet ta' soġġetti tad-dejta bi vjolazzjoni tal-Artikolu 12(4).

5.           L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 500 000, jew fil-każ ta’ impriża sa 1 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

(a) ma jipprovdix l-informazzjoni, jew ma jipprovdix informazzjoni kompluta, jew ma jipprovdix l-informazzjoni b’mod trasparenti biżżejjed, lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu (14);

(b) ma jipprovdix aċċess lis-suġġett tad-dejta jew ma jirrettifikax dejta personali skont l-Artikoli 15 u 16 jew ma jikkomunikax l-informazzjoni rilevanti lil riċevitur skont l-Artikolu 13;

(c) ma jikkonformax mad-dritt li wieħed jintnesa jew għat-tħassir, jew jonqos li jistabbilixxi mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien ikunu osservati jew ma jieħux il-passi kollha meħtieġa sabiex jinforma lil partijiet terzi li suġġett tad-dejta għamel talba biex iħassar kwalunkwe konnessjonijiet ma’, kopja jew replika ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta l-Artikolu 17;

(d) ma jipprovdix kopja tad-dejta personali f’format elettroniku jew ifixkel lis-suġġett tad-dejta milli jittrasmetti d-dejta personali lil applikazzjoni oħra bi ksur tal-Artikolu 18;

(e) ma jiddeterminax jew ma jiddeterminax biżżejjed ir-responsabbiltajiet rispettivi ma’ ko-kontrolluri skont l-Artikolu 24;

(f) ma jżommx jew ma jżommx biżżejjed id-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(4), u l-Artikolu 44(3);

(g) ma jikkonformax, f’każijiet fejn kategoriji speċjali ta’ dejta ma jkunux involuti, skont l-Artikoli 80, 82 u 83 ma’ regoli relatati mal-libertà tal-espressjoni jew ma’ regoli dwar l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg jew mal-kundizzjonijiet għall-ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

6.           L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 1 000 000 jew, fil-każ ta’ impriża sa 2 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza:

(a) jipproċessa dejta personali mingħajr kwalunkwe bażi legali jew bażi legali suffiċjenti għall-ipproċessar jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-kunsens skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

(b) jipproċessa kategoriji speċjali ta’ dejta bi ksur tal-Artikoli 9 u 81;

(c) ma jikkonformax ma' oġġezzjoni jew il-kundizzjoni skont l-Artikolu 19;

(d) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet relatati ma’ miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20;

(e) ma jadottax politiki interni jew ma jimplimentax miżuri xierqa sabiex jiżgura u juri konformità skont l-Artikoli 22, 23 u 30;

(f) ma jaħtarx rappreżentant skont l-Artikolu 25;

(g) jipproċessa jew jagħti struzzjonijiet għall-ipproċessar ta’ dejta personali bi ksur tal-obbligi relatati mal-ipproċessar f’isem kontrollur skont l-Artikoli 26 u 27;

(h) ma jwissix dwar jew ma jinnotifikax ksur ta’ dejta personali jew ma jinnotifikax fil-ħin jew għal kollox il-ksur tad-dejta lill-awtorità ta’ superviżjoni jew lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikoli 31 u 32;

(i) ma jwettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont jew jipproċessa dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 33 u 34;

(j) ma jaħtarx uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ma jiżgurax il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti skont l-Artikoli 35, 36 u 37;

(k) juża ħażin siġill jew marka ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 39;

(l) jagħmel jew jagħti struzzjonijiet sabiex isir trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li ma jkunx permess minn deċiżjoni ta’ adegwatezza jew minn salvagwardji xierqa jew minn deroga skont l-Artikoli 40 sa 44;

(m) ma jikkonformax ma’ ordni jew projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar jew is-sospensjoni ta’ flussi ta’ dejta mill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 53(1);

(n) ma jikkonformax mal-obbligi li jassisti jew iwieġeb jew jipprovdi informazzjoni rilevanti lil, jew aċċess għall-bini lill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 29, l-Artikolu 34 u l-Artikolu 53(2);

(o) ma jikkonformax mar-regoli għas-salvagwardja tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 84.

7            Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex taġġorna l-ammonti ta’ multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, filwaqt li tikkunsidra l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI GĦAL SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TA’ PPROĊESSAR TA’ DEJTA      

Artikolu 80 Ipproċessar ta’ dejta personali u libertà tal-espressjoni

1.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji ġenerali fil-Kapitolu II, mid-drittijiet tas-suġġett tad-dejta fil-Kapitolu III, dwar il-kontrollur u l-proċessur fil-Kapitolu IV, dwar it-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Kapitolu V, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti fil-Kapitolu VI u dwar il-kooperazzjoni u l-konsistenza fil-Kapitolu VII għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jsir unikament għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għall-għan ta’ espressjoni artistika jew letterarja għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.

2.           Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jkun adotta skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe liġi ta’ emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 81 Ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa

1.           Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament u skont il-punt (h) tal-Artikolu 9(2), l-ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa għandu jkun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru li għandu jipprovdi għal miżuri speċifiċi u xierqa sabiex iħares l-interessi leġittimi tas-suġġett, u jkun meħtieġ għal:

(a)     l-għanijiet ta’ mediċina preventiva jew okkupazzjonali, dijanjożi medika, l-għoti ta’ kura jew trattament jew il-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, u meta dik id-dejta tkun ipproċessata minn professjonista tas-saħħa soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali jew persuna oħra soġġetta wkoll għal obbligu ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità taħt il-liġi tal-Istat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti; jew

(b)     raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jew biex jiġu żgurati standards għoljin ta’ kwalità u sigurtà, fost l-oħrajn għall-prodotti mediċinali jew apparat mediku; jew

(c)     raġunijiet oħrajn ta’ interess pubbliku f’oqsma bħall-protezzjoni soċjali, b’mod speċjali sabiex tkun assigurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa.

2.           L-ipproċessar tad-dejta personali li jirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u ta’ statistika bħar-reġistri tal-pazjenti stabbiliti għat-titjib ta’ dijanjożi u d-divrenzar bejn tipi simili ta’ mard u t-tħejjija tal-istudji għat-terapiji, huwa soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar raġunijiet oħra ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 82 Ipproċessar fil-kuntest tax-xogħol

1.           Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.

2.           Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 83 Ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika, u riċerka xjentifika

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, dejta personali tista’ tkun ipproċessata għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika biss jekk:

(a)     dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mod ieħor bl-ipproċessar ta’ dejta li ma jippermettix jew m’għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(b)     id-dejta li tippermetti l-attribuzzjoni ta’ informazzjoni lil suġġett tad-dejta identifikat jew li jista’ jkun identifikat tinżamm b’mod separat mill-informazzjoni l-oħra sakemm dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu b’dan il-mod.

2. Korpi li jkunu qegħdin jagħmlu riċerka storika, statistika jew xjentifika jistgħu jippubblikaw jew b’mod ieħor jiżvelaw pubblikament dejta personali biss jekk:

(a)     is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7;

(b)     il-pubblikazzjoni ta’ dejta personali hija meħtieġa sabiex jiġu ppreżentati s-sejbiet tar-riċerka jew biex tiġi ffaċilitata r-riċerka sakemm l-interessi jew id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jegħlbux dawn l-interessi; jew

(c)     is-suġġett tad-dejta għamel id-dejta pubblika.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa fuq id-drittijiet tal-informazzjoni lil u l-aċċess mis-suġġett tad-dejta u li jagħtu dettalji dwar il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Artikolu 84 Obbligi ta’ segretezza

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli speċifiċi sabiex jistabbilixxu s-setgħat investigattivi mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni stabbiliti fl-Artikolu 53(2) fir-rigward tal-kontrolluri jew il-proċessuri li huma soġġetti skont il-liġi nazzjonali jew ir-regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti għal obbligu ta’ segretezza professjonali jew obbligi ta’ segretezza oħrajn ekwivalenti, meta din tkun meħtieġa u proporzjonata għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt tal-protezzjoni ta’ dejta personali mal-obbligu ta’ segretezza. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ dejta personali li l-kontrollur jew il-proċessur ikun irċieva mingħand jew kiseb f’attività koperta minn dan l-obbligu ta’ segretezza.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni,ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 85 Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi

1.           Meta fi Stat Membru, knejjes jew assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi japplikaw, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, regoli komprensivi dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, dawn ir-regoli jistgħu jkomplu japplikaw sakemm dawn jinġiebu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.           Il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi skont il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-istabbilment ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti skont il-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU X

ATTI DELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 86 Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1.           Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2),l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-dejta tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.           Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’dejta aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 87 Proċedura ta’ kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 88 Revoka tad-Direttiva 95/46/KE

1.           Id-Direttiva 95/46/KE hija revokata.

2.           Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Ir-referenzi għall-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Dejta Personali stabbiliti bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta stabbilit b’dan ir-Regolament.

Artikolu 89 Relazzjoni ma’ u emenda tad-Direttiva 2002/58/KE

1.         Dan ir-Regolament m’għandux jimponi obbligi addizzjonali fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali b’rabta mal-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi li jkunu disponibbli għall-pubbliku fin-netwerks ta’ komunikazzjoni pubbliċi fl-Unjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom huma suġġetti għal obbligi speċifiċi bl-istess objettiv stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE.

2          L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/58 għandu jitħassar.

Artikolu 90 Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapporti sussegwenti għandhom jiġu ppreżentati kull erba’ snin wara dan. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa bil-ħsieb li jkun emendat dan ir-Regolament u li jkunu allinjati strumenti legali oħrajn, b’mod partikolari filwaqt li tqis l-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informatika u fid-dawl tal-istat ta’ progress fis-soċjetà tal-informazzjoni. Ir-rapporti għandhom jsiru pubbliċi.

Artikolu 91 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.           Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.           Dan għandu japplika minn [sentejn mid-data msemmija fil-paragrafu 1].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, 25.1.2012

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titlu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestatura(i) tal-baġit affettwat(i)

              3.2.    L-impatt stmat fuq l-infiq

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja tindika f’aktar dettall ir-rekwiżiti f’termini tan-nefqa amministrattiva sabiex jitqiegħdu fil-prattika tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta, kif spjegat fil-valutazzjoni tal-impatt korrispondenti. Ir-riforma tinkludi żewġ proposti leġiżlattivi, Regolament ġenerali tal-Protezzjoni tad-Dejta u Direttiva dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali. Din id-dikjarazzjoni finanzjarja tkopri l-impatt baġitarju taż-żewġ istrumenti.

Skont id-distribuzzjoni tal-kompiti, ir-riżorsi huma meħtieġa mill-Kummissjoni u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD).

Fir-rigward tal-Kummissjoni, ir-riżorsi meħtieġa huma diġà inklużi fil-perspettiva finanzjarja proposta 2014-2020. Il-protezzjoni tad-dejta hija waħda mill-għanijiet tad-Drittijiet u l-programm Ċittadinanza, li sejra tappoġġja wkoll miżuri li jpoġġu l-qafas legali fil-prattika. L-approprjazzjonijiet amministrattivi inklużi l-ħtiġijiet tal-persunal huma inklużi fil-baġit amministrattiv għad-DĠ Ġustizzja.

Fir-rigward tal-KEPD, ir-riżorsi meħtieġa sejrin jeħtieġu li jitqiesu fil-baġits annwali rispettivi għall-KEPD. Ir-riżorsi huma spjegati fl-anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja. Sabiex jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa għall-kompiti l-ġodda tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, li għalihom il-KEPD sejjer jipprovdi s-segretarjat, sejjer ikun meħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-Intestatura 5 tal-perspettiva finanzjarja 2014-2020.

1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-fluss liberu ta’ din id-dejta (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta).

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ din id-dejta.

1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura tal-ABM/ABB [49]

Ġustizzja – Protezzjoni ta’ Dejta personali

L-impatt fuq il-baġit jirrigwarda lill-Kummissjoni u lill-KEPD. L-impatt fuq il-baġit tal-Kummissjoni huwa ddettaljat fit-tabelli ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja. L-infiq operattiv huwa parti mill-Programm Drittijiet u Ċittadinanza u ġie diġà meqjus fid-dikjarazzjoni finanzjarja għal dak il-programm, peress li n-nefqa amministrattiva hija fi ħdan il-pakkett għad-DĠ Ġustizzja. L-elementi li jirrigwardaw lill-KEPD jintwerew fl-Anness.

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[50]

þ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni indirizzata mill-ġdid għal azzjoni ġdida

1.4. Objettivi 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni li jikkostitwixxi/u l-mira tal-proposta/inizjattiva

Ir-riforma għandha l-għan li tlesti l-ilħuq tal-objettivi oriġinali, filwaqt li tikkunsidra żviluppi u sfidi ġodda, jiġifieri:

- iżżid l-effikaċja tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta u tagħti lill-individwi kontroll tad-dejta tagħhom, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ żviluppi teknoloġiċi u ż-żieda fil-globalizzazzjoni;

- ittejjeb id-dimensjoni tas-suq intern tal-protezzjoni tad-dejta, billi tnaqqas il-frammentazzjoni, issaħħaħ il-konsistenza u tissemplifika l-ambjent regolatorju, biex b’hekk telimina spejjeż bla bżonn u tnaqqas il-piż amministrattiv.

Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - u b’mod partikolari l-introduzzjoni ta’ bażi legali ġdida (Artikolu 16 tat-TFUE) - joffru l-opportunità li jinkiseb objettiv ġdid, jiġifieri

- li jkun stabbilit qafas komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta li jkopri l-oqsma kollha.

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività(ijiet)tal-ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru 1

Ikun assigurat infurzar konsistenti tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta

Għan speċifiku Nru 2

Ir-razzjonalizzazzjoni tas-sistema ta’ governanza attwali li tgħin tiżgura infurzar aktar konsistenti

Attivita(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati

[…]

1.4.3. Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi li hija mmirata lejhom.

Fir-rigward tal-kontrolluri tad-dejta, kemm l-entitajiet pubbliċi kif ukoll dawk privati għandhom jibbenefikaw minn aktar ċertezza legali permezz ta’ regoli tal-UE armonizzati u ċċarati dwar il-protezzjoni tad-dejta u proċeduri li joħolqu kundizzjonijiet indaqs u jiżguraw infurzar konsistenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll tnaqqis konsiderevoli ta’ piż amministrattiv.

L-individwi sejrin igawdu kontroll aqwa tad-dejta personali tagħhom u jafdaw l-ambjent diġitali u jibqgħu mħarsa inkluż meta d-dejta personali tagħhom tkun ipproċessata barra l-pajjiż. Huma sejrin isibu wkoll responsabbiltà msaħħa ta’ dawk li jipproċessaw id-dejta personali.

Sistema komprensiva ta’ protezzjoni tad-dejta tkopri wkoll l-oqsma tal-pulizija u tal-ġustizzja, inkluż u lil hinn mill-kolonna 3 ta’ qabel.

1.4.4. Indikaturi ta’ riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

(cf. Valutazzjoni tal-Impatt, Taqsima 8)

L-indikaturi għandhom jiġu evalwati minn żmien għal żmien u għandhom jinkludu dawn l-elementi li ġejjin:

•        Ħin u spejjeż użati mill-kontrolluri tad-dejta biex jikkonforma mal-leġiżlazzjoni fi ‘Stati Membri oħrajn’

•        Riżorsi allokati lil FDP,

•        UPD stabbiliti f’organizzazzjonijiet pubbliċi u privati,

•        Użu magħmul minn DPIA,

•        numru ta’ lmenti magħmula minn suġġetti tad-dejta u kumpens riċevut mis-suġġetti tad-dejta,

•        numru ta’ każijiet li wasslu għall-prosekuzzjoni ta’ kontrolluri tad-dejta,

•        multi imposti fuq kontrolluri tad-dejta responsabbli għal ksur tal-protezzjoni tad-dejta.

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq perjodu qasir jew twil

Id-diverġenzi attwali fl-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva mill-Istati Membri jfixklu l-funzjonament tas-suq intern u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-politiki tal-UE. Dan imur kontra l-għan fundamentali tad-Direttiva li tiffaċilita l-fluss liberu tad-dejta personali fis-suq intern. L-iżvilupp rapidu ta’ teknoloġiji ġodda u tal-globalizzazzjoni jkompli jkabbar il-problema.

L-individwi jgawdu drittijiet differenti tal-protezzjoni tad-dejta, minħabba l-frammentazzjoni u l-implimentazzjoni u l-infurzar mhux konsistenti fi Stati Membri differenti. Barra minn hekk, l-individwi spiss la jkunu konxji u lanqas f’kontroll ta’ dak li jkun qed jiġri mid-dejta personali tagħhom u għaldaqstant jonqsu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Waħedhom l-Istati Membri ma jistgħux inaqqsu l-problemi fis-sitwazzjoni attwali. Dan huwa partikolarment il-każ għal dawk il-problemi li jinqalgħu mill-frammentazzjoni f’leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw il-qafas regolatorju tal-protezzjoni tad-dejta. B’hekk, hemm raġuni qawwija għal qafas legali għall-protezzjoni tal-dejta fil-livell tal-UE. Hemm ħtieġa partikolari li jiġi stabbilit qafas armonizzat u koerenti li jippermetti trasferiment bla xkiel ta’ dejta personali matul il-fruntieri fl-UE filwaqt li tkun assigurata protezzjoni effettiva lill-individwi kollha madwar l-UE.

1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Din il-proposta tibni fuq l-esperjenza tad-Direttiva 95/46/KE u l-problemi li nqalgħu minħabba traspożizzjoni u implimentazzjoni frammentata ta’ dik id-Direttiva, li ma ħallewhiex tikseb iż-żewġ għanijiet tagħha, jiġifieri livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta u suq uniku għall-protezzjoni tad-dejta.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Dan il-pakkett ta’ Riforma tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu l-għan li jibni qafas ta’ protezzjoni tad-dejta konsistenti u modern fil-livell tal-UE - newtrali mill-aspett teknoloġiku u reżistenti għall-futur għad-deċennji li ġejjin. Għandu jkun ta’ benefiċċju għall-individwi – billi jsaħħaħ id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom, b’mod partikolari fl-ambjent diġitali - u jissemplifika l-ambjent legali għan-negozji u s-settur pubbliku, biex b’hekk jistimula l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali fis-suq intern tal-UE u lil hinn minnu, f’konformità mal-għanijiet tal-istrateġija tal-Ewropa 2020.

Il-qalba tal-pakkett ta’ riforma tal-protezzjoni tad-dejta tikkonsisti f’:

–        Regolament li jieħu post id-Direttiva 95/46/KE;

–        Direttiva dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali minn awtorità kompetenti għall-għanijiet ta’ prevenzjoni, detezzjoni, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ din id-dejta.

Dawn il-proposti leġiżlattivi huma akkumpanjati minn rapport dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ dak li fil-preżent huwa l-istrument ewlieni tal-UE tal-protezzjoni tad-dejta fl-oqsma tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

1.6. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

· ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

· ¨  L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien illimitat

· Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2014 sal-2016,

· segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i) [51]

þ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega ta’ kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

· ¨  aġenziji eżekuttivi

· ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[52]

· ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

· ¨  persuni inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat- Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal- Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijet internazzjonali (li għandhom ikunu speċifikati)

Jekk jiġi indikat iktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

//

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-ewwel evalwazzjoni għandha ssir 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tal-istrumenti legali. Klawżola espliċita ta’ reviżjoni, li permezz tagħha l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni, hija inkluża fl-istrumenti legali. Sussegwentement il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-evalwazzjoni tagħha. Evalwazzjonijiet oħrajn għandhom iseħħu kull erba’ snin. Il-metodoloġija tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni għandha tkun applikata. Dawn l-evalwazzjonijiet sejrin isiru bl-għajnuna ta’ studji mmirati fuq l-implimentazzjoni tal-istrumenti legali, kwestjonarji lill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta, diskussjonijiet tal-esperti, workshops, stħarriġ tal-Eurobarometru, u oħrajn.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju(i) identifikat(i)

Saret valutazzjoni tal-Impatt għar-riforma tal-qafas tal-protezzjoni tad-dejta fl-UE li takkumpanja l-proposti għar-Regolamenti u għad-Direttiva

L-istrument legali l-ġdid għandu jintroduċi mekkaniżmu ta’ konsistenza, li jassigura li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti fl-Istati Membri japplikaw il-qafas b’mod konsistenti u koerenti. Il-mekkaniżmu għandu jopera permezz tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta magħmul mill-kapijiet tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali u mill- Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD), li għandu jissostitwixxi l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29. Il-KEPD għandu jipprovdi s-segretarjat għal dan il-korp.

F’każ ta’ deċiżjonijiet diverġenti possibbli mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta sejjer jiġi kkonsultat sabiex joħroġ opinjoni dwar il-kwistjoni. Jekk din il-proċedura ma tirnexxix, jew jekk awtorità ta’ superviżjoni tirrifjuta li tikkonforma mal-opinjoni, il-Kummissjoni sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regolament, tista’ toħroġ opinjoni jew, fejn ikun meħtieġ, tadotta deċiżjoni, fejn ikollha dubji serji dwar jekk l-abbozz ta’ miżura jiżgurax l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament jew inkella jwassal għall-applikazzjoni inkonsistenti tiegħu.

Il-mekkaniżmu ta’ konsistenza jeħtieġ riżorsi addizzjonali għall-KEDP (12-il FTE u approprjazzjonijiet adegwati amministrattivi u operattivi, eż., għas-sistemi u l-operazzjonijiet tal-IT) sabiex ikun ipprovdut is-segretarjat u għall-Kummissjoni (5 FTE u approprjazzjonijiet amministrattivi u operattivi relatati) għat-trattament ta’ każijiet ta’ konsistenza.

2.2.1. Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)

Il-metodi ta’ kontroll eżistenti applikati mill-KEPD u mill-Kummissjonigħandhom ikopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri eżistenti jew previsti għall-prevenzjoni u l-protezzjoni.

Miżuri eżistenti ta’ prevenzjoni tal-frodi applikati mill-KEPD u mill-Kummissjoni għandhom ikopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali.

3. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestatura(i) tal-baġit affettwat(i)

1. Linji tal-baġit ta’ nfiq eżistenti

Fl-ordni ta’ intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nfiq || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhuxdiff. ([53]) || minn pajjiżi tal- EFTA[54] || minn pajjiżi kandidati[55] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| || || || || ||

 

3.2. L-impatt stmat fuq l-infiq 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru ||

|| || || Sena N[56]= 2014 || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (2) || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (2a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[57] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL Approprjazzjonijiet għad-DĠ || Impenji || =1+1a +3 || || || || || || || ||

Ħlasijiet || =2+2a+3 || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena N= 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: ĠUSTIZZJA ||

Ÿ Riżorsi umani || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 20.454

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 3.885

TOTAL DĠ ĠUSTIZZJA || || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 24.339

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total Impenji = Total Ħlasijiet) || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 24.339

f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena N[58] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 24.339

Ħlasijiet || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 24.339

3.2.2. L-Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

· þ  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi

Livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali huwa wkoll wieħed mill-objettivi tal-Programm Drittijiet u Ċittadinanza.

· ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Impenn approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N=2014 || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

ta’ riżultat[59] || Spiża medja tar-riżultat || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru totali ta’ riżultati || Spiża totalit

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 ||

- Riżultat || Fajls[60] || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ||

- Riżultat || Każijiet[61] || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

· ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

· þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N [62] 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 2.922 || 20.454

Nefqa amministrattiva oħra || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 0.555 || 3.885

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 24.339

Barra mill-INTESTATURA 5[63] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

TOTAL || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 3.477 || 24.339

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

· ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

· þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi mfissra f’unitajiet sħaħ tal-ħin ekwivalenti (jew sa mhux aktar minn punt deċimali wieħed)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Fil-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22 || 22

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full Time: FTE)[64]

XX 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2

XX 01 02 02 (AK, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy [65] || - fil-Kwartieri Ġenerali [66] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 24 || 24 || 24 || 24 || 24 || 24 || 24

XX huwa l-qasam politiku jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Bir-riforma, il-Kummissjoni sejra jkollha twettaq xogħlijiet ġodda fil-qasam tal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, flimkien ma’ dawk attwalment imwettqa. Il-kompiti addizzjonali jikkonċernaw prinċipalment l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-konsistenza l-ġdid li sejrin jiżguraw l-applikazzjoni koerenti tal-liġi armonizzata dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-valutazzjoni adegwatezza ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-Kummissjoni sejra jkollha responsabbiltà unika, u t-tħejjija tal-miżuri implimentattivi u l-atti ddelegati. Il-kompiti l-oħra attwalment imwettqa mill-Kummissjoni (eż. l-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ tat-traspożizzjoni, is-sensibilizzazzjoni, l-ilmenti eċċ), sejrin ikomplu jitwettqu.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin ikunu pprovduti mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun il-każ, allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jmexxi skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Jittrattaw il-każijiet, billi joperaw il-mekkaniżmu ta’ konsistenza tal-protezzjoni tad-dejta sabiex jassiguraw l-unità ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-kompiti jinkludu l-investigazzjoni u r-riċerka ta’ każijiet ippreżentati għal deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, negozjati ma’ Stati Membri u t-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Abbażi tal-esperjenza reċenti, jista’ jkun hemm minn 5 sa 10 każijiet fis-sena li jistgħu jeħtieġu l-invokazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza. It-trattament tat-talbiet ta’ adegwatezza jeħtieġ interazzjoni diretta mal-pajjiż li jagħmel it-talba, possibbilment il-ġestjoni ta’ studji ta’ esperti fuq il-kundizzjonijiet fil-pajjiż, valutazzjoni tal-kundizzjonijiet, tħejjija tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni u tal-proċess, inkluż tal-Kumitat li jgħin lill-Kummissjoni u kwalunkwe korp ta’ esperti kif xieraq. Abbażi tal-esperjenza attwali, fis-sena jkunu mistennija sa 4 talbiet ta’ adegwatezza. Il-proċess tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni jinkludi miżuri ta’ tħejjija, bħall-ħruġ ta’ dokumenti, riċerka u konsultazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll l-abbozzar tal-istrument attwali u l-ġestjoni tal-proċess tan-negozjati fil-Kumitati rilevanti u fi gruppi oħrajn, kif ukoll kuntatti mal-partijiet interessati inġenerali. Fl-oqsma li jeħtieġu aktar gwida eżatta, sa tliet miżuri ta’ implimentazzjoni jistgħu jkunu ttrattati f’sena, filwaqt li l-proċess jista’ jieħu sa 24 xahar, skont l-intensità tal-konsultazzjonijiet.

Persunal estern || Appoġġ amministrattiv u segretarjali

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

· ¨  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss.

· þ  Il-proposta/inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

It-tabella ta’ hawn taħt tindika l-ammonti ta’ riżorsi finanzjarji meħtieġa fis-sena mill-KEPD għall-kompiti l-ġodda tiegħu li jipprovdi s-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-proċeduri u l-għodod relatati matul il-perjodu tal-perspettiva finanzjarja li jmiss, flimkien ma’ dawk diġà inklużi fl-ippjanar.

Sena || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Persunal eċċ || 1.555 || 1.555 || 1.543 || 1.543 || 1.543 || 1.543 || 1.543 || 10.823

Operazzjonijiet || 0.850 || 1.500 || 1.900 || 1.900 || 1.500 || 1.200 || 1.400 || 10.250

Total || 2.405 || 3.055 || 3.443 || 3.443 || 3.043 || 2.743 || 2.943 || 21.073

· ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[67].

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

· þ Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

· ¨ Il-proposta tipprovdi għall-kofinanzjament stimat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

· þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

· ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju li ġej:

· ¨         fuq ir-riżorsi proprji

· ¨         fuq id-dħul mixxellanju

f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti || Impatt tal-proposta/inizjattiva[68]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

|| || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tal-baġit tal-infiq affetwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għall-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali.

Metodoloġija applikata u s-suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin

L-ispejjeż marbuta mal-kompiti l-ġodda li għandhom isiru mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD) li jirriżultaw miż-żewġ proposti ġew stmati għall-ispiża fuq il-persunal fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-preżent għal kompiti simili.

Il-KEPD ser jospita s-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li jieħu post il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29. Fuq il-bażi tal-ammont ta’ xogħol attwali tal-Kummissjoni għal dan il-kompitu, dan ifisser il-ħtieġa ta’ 3 FTE addizzjonali flimkien man-nefqa amministrattiva u operattiva korrispondenti. Dan ix-xogħol ser jibda jsir mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Barra minn hekk, il-KEPD ser ikollu rwol fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza li huwa mistenni li jeħtieġ 5 FTE, u fl-iżvilupp u fl-operat ta’ għodda tal-IT komuni għad-DPA nazzjonali, li jkun jeħtieġ 2 membri oħrajn tal-persunal.

Il-kalkolu taż-żieda fil-baġit meħtieġ għall-persunal għall-ewwel seba’ snin huwa ppreżentat f’aktar dettall fit-tabella ta’ hawn taħt. Tabella oħra turi l-baġit operattiv meħtieġ. Dan ser jidher fil-Baġit tal-UE fis-Taqsima IX KEPD.

Tip ta’ spiża || Kalkolu || Ammont (f’eluf)

2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Pagi u allowances || || || || || || || || ||

- tal-President tal-BEPD || || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 2.100

- li minnhom uffiċjali u aġenti temporanji || =7*0.127 || 0.889 || 0.889 || 0.889 || 0.889 || 0.889 || 0.889 || 0.889 || 6.223

- li minnhom ENS || =1*0.073 || 0.073 || 0.073 || 0.073 || 0.073 || 0.073 || 0.073 || 0.073 || 0.511

- li minnhom aġenti b’kuntratt || =2*0.064 || 0.128 || 0.128 || 0.128 || 0.128 || 0.128 || 0.128 || 0.128 || 0.896

Nefqa relatata mar-reklutaġġ || =10*0.005 || 0.025 || 0.025 || 0.013 || 0.013 || 0.013 || 0.013 || 0.013 || 0.113

Spejjeż tal-missjonijiet || || 0.090 || 0.090 || 0.090 || 0.090 || 0.090 || 0.090 || 0.090 || 0.630

Spejjeż oħra, taħriġ || =10*0.005 || 0.050 || 0.050 || 0.050 || 0.050 || 0.050 || 0.050 || 0.050 || 0.350

Nefqa Amministrattiva totali || || 1.555 || 1.555 || 1.543 || 1.543 || 1.543 || 1.543 || 1.543 || 10.823

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Uffiċjali inkarigati mis-segretarjat tal-Bord tal-Protezzjoni tad-Dejta. Minbarra mill-appoġġ loġistiku, inkluż kwistjonijiet ta’ baġit u kuntratti, dan jinkludi t-tħejjija ta’ aġendi ta’ laqgħat u stediniet lill-esperti, riċerka fuq suġġetti fuq l-aġenda tal-grupp, il-ġestjoni tad-dokumenti relatati max-xogħol tal-grupp inkluża l-protezzjoni tad-dejta rilevanti, il-kunfidenzjalità u r-rekwiżiti tal-aċċess pubbliku. Bl-inklużjoni tas-sottogruppi u l-gruppi tal-esperti kollha, sa 50 laqgħa u proċedura ta’ deċiżjoni jistgħu jkunu organizzati kull sena. Dawk li jittrattaw il-każijiet, billi joperaw il-mekkaniżmu ta’ konsistenza tal-protezzjoni tad-dejta sabiex jassiguraw l-unità ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-kompiti jinkludu l-investigazzjoni u r-riċerka ta’ każijiet ippreżentati għal deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, negozjati ma’ Stati Membri u t-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Abbażi tal-esperjenza reċenti, jista’ jkun hemm minn 5 sa 10 każijiet fis-sena li jkunu jeħtieġu l-invokazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza. L-għodda tal-IT għandha tissimplifika l-interazzjoni operattiva bejn id-DPA nazzjonali u l-kontrolluri tad-dejta obbligati li jaqsmu informazzjoni mal- awtoritajiet pubbliċi. Il-membru/i tal-persunal responsabbli għandhom jassiguraw il-kontroll tal-kwalità, il-ġestjoni tal-proġetti u s-segwitu tal-baġit tal-proċessi tal-IT fuq rekwiżiti ta’ inġinerija, implimentazzjoni u operat tas-sistemi.

Persunal estern || Appoġġ amministrattiv u segretarjali

Nefqa għall-KEPD relatata ma’ kompiti speċifiċi

Objettivi u riżultati indikattivi ò || || || Sena N=2014 || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

OUTPUTS

Tip ta’ riżultat[69] || Spiża medja tar- riżultat || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru totali ta’ riżultati || Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[70] || Segretarjat għall-Bord DP

- Riżultat || Każijiet[71] || 0.010 || 30 || 0.300 || 40 || 0.400 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 320 || 3.200

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru1 || 30 || 0.300 || 40 || 0.400 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 50 || 0.500 || 320 || 3.200

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 || Mekkaniżmu ta’ konsistenza

- Riżultat || Fajls[72] || 0.050 || 5 || 0.250 || 10 || 0.500 || 10 || 0.500 || 10 || 0.500 || 8 || 0.400 || 8 || 0.400 || 8 || 0.400 || 59 || 2.950

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 2 || 5 || 0.250 || 10 || 0.500 || 10 || 0.500 || 10 || 0.500 || 8 || 0.400 || 8 || 0.400 || 8 || 0.400 || 59 || 2.950

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3 || Għodda tal-IT komuni għad-DPA (KEPD)

- Riżultat || Każijiet [73] || 0.100 || 3 || 0.300 || 6 || 0.600 || 9 || 0.900 || 9 || 0.900 || 6 || 0.600 || 3 || 0.300 || 5 || 0.500 || 41 || 4.100

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 3 || 3 || 0.300 || 6 || 0.600 || 9 || 0.900 || 9 || 0.900 || 6 || 0.600 || 3 || 0.300 || 5 || 0.500 || 41 || 4.100

SPIŻA TOTALI || 38 || 0.850 || 56 || 1.500 || 69 || 1.900 || 69 || 1.900 || 64 || 1.500 || 61 || 1.200 || 63 || 1.400 || 420 || 10.250

[1]               Nissalvagwardjaw il-Privatezza f’Dinja Konnessa - Qafas għall-Protezzjoni tad-Dejta Ewropew għas-Seklu 21” COM(2012) 9 finali.

[2]               COM(2012) 10 finali

[3]               Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, ĠU L 281, 23.11.1995, p.31.

[4]               Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60. (‘Deċiżjoni Qafas’).

[5]               COM(2010)245 finali.

[6]               COM(2010)2020 finali.

[7]               “Il-Programm ta’ Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz tal-protezzjoni taċ-ċittadini”, ĠU C115, 4.5.2010, p.1.

[8]               Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – Programm ta’ Stokkolma adottat fil-25 ta’ Novembru 2009 (P7_TA(2009)0090).

[9]               COM(2010)171 finali.

[10]             COM(2010)609 finali.

[11]             Eurobarometru Speċjali (EB) 359, Il-Protezzjoni tad-Dejta u l-Identità Elettronika fl-UE (2011): http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_359_en.pdf .

[12]             http://ec.europa.eu/justice/newsroom/dejta-protection/events/090519_en.htm.

[13]             Il-kontribuzzjonijiet mhux kunfidenzjali jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/justice/newsroom/dejta-protection/opinion/090709_en.htm.

[14]             Il-kontribuzzjonijiet mhux kunfidenzjali jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/justice/newsroom/dejta-protection/opinion/101104_en.htm.

[15]             http://ec.europa.eu/justice/newsroom/dejta-protection/events/100701_en.htm.

[16]             http://www.coe.int/t/dghl/standardsetting/dataprotection/Data_protection_day2011_en.asp..

[17]             Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, li tittratta kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati ma’ netwerks ta’ komunikazzjoni u sistemi ta’ informazzjoni.

[18]             Ara http://www.enisa.europa.eu/act/it/data-breach-notification/...

[19]             Special Eurobarometer (EB) 359, Data Protection and Electronic Identity in the EU (2011): http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_359_en.pdf.

[20]             Ara l-Istudju dwar il-benefiċċji ekonomiċi ta’ teknoloġiji li jtejbu l-privatezza u l-Istudju komparattiv dwar approċċi differenti għal sfidi ġodda ta’ privatezza, b’mod partikolari fid-dawl ta’ żviluppi teknoloġiċi, Jannar 2010    (http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/studies/new_privacy_challenges/final_report_en.pdf).

[21]             Il-Grupp ta’ Ħidma twaqqaf fl-1996 (mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE) bi status konsultattiv u kien magħmul minn rappreżentanti ta’ Awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Dejta (APD), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD) u l-Kummissjoni. Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu ara http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/index_en.htm.

[22]             Ara b’mod partikolari l-opinjonijiet li ġejjin: dwar il-“Futur tal-Privatezza” (2009, WP 168); dwar il-kunċetti ta’ “kontrollur” u “proċessur” (1/2010, WP 169); dwar reklamar fuq l-internet ibbażat fuq l-imġiba tal-konsumaturi (2/2010, WP 171); dwar il-prinċipju tar-responsabbiltà (3/2010, WP 173); dwar il-liġi applikabbli (8/2010, WP 179); u dwar il-kunsens (15/2011, WP 187). Fuq talba tal-Kummissjoni, adotta wkoll it-tliet Dokumenti Konsultattivi li ġejjin: dwar in-notifikazzjonijiet, dwar dejta sensittiva u dwar l-implimentazzjoni prattika tal-Artiklu 28(6) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Dawn tista’ taċċessahom kollha fuq: http://ec.europa.eu/justice/data-protection/article-29/documentation/index_en.htm.

[23]             Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-KEPD: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/...

[24]             Riżoluzzjoni tal-PE tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar approċċ komprensiv fuq il-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea (2011/2025(INI), http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P7-TA-2011-0323&language=EN&ring=A7-2011-0244 (rapporteur: MEP Axel Voss (EPP/DE).

[25]             SEC(2012)72.

[26]             CESE 999/2011.

[27]             Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, sentenza tad-9.11.2010, Każijiet Konġunti C-92/09 u C-93/09 Volker und Markus Schecke and Eifert [2010] ECR I-0000.

[28]             Bi qbil mal-Artikolu 52(1) tal-Karta, jistgħu jiġu imposti limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta sakemm il-limitazzjonijiet ikunu previsti mil-liġi, jirrispettaw l-essenza ta’ dak id-dritt u l-libertajiet u, bla ħsara għall-prinċipju tal-proporzjonalità, ikun meħtieġ u ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

[29]             Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ĠU L 201 , 31/07/2002, p. 37.

[30]             Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi Test b’rilevanza għaż-ŻEE; ĠU L 337 , 18.12.2009, p. 11.

[31]             Adottata u miftuħa għall-firma, ir-ratifika u l-adeżjoni mir-Riżoluzzjoni 44/25 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20.11.1989

[32]             Adottata mill-Konferenza Internazzjonali tal-Kummissarji għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Privatezza fil-5 ta’ Novembru 2011. Cf. ukoll Artikolu 13(3) tal-proposta għal Regolament dwar Liġi Ewropea Komuni dwar il-Bejgħ (COM(2011)635finali.

[33]             CM/Ġabra (2010)13.

[34]             Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, sentenza tad-9.3.2010, Kummissjoni / Il-Ġermanja, Każ C-518/07, ECR 2010 p. I-1885.

[35]             Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta; ĠU L 008 , 12/01/2001, p.1.

[36]             Op. cit, nota ta’ qiegħ il-paġna 34.

[37]             Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

[38]             Jibni fuq l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali, ĠU L 328 , 15/12/2009, p. 42; u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 04.01.2003, p.1.

[39]             Jibni fuq l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (‘Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku’); ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

[40]             Cf. għall-interpretazzjoni, eż. Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2008, Satakunnan Markkinapörssi and Satamedia (C-73/07, ECR 2008 p. I-9831)

[41]             ĠU C , , p. .

[42]             ĠU C , , p. .

[43]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[44]             ĠU L 8, 12.1.2001, p.1.

[45]             Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[46]             ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[47]             ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52     

[48]             ĠU L 160 of 18.6.2011, p. 19.

[49]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Skont l-Attività.

[50]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[51]             Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit

                elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[52]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[53]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[54]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[55]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[56]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[57]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nfiq b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[58]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[59]             Riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[60]             Opinjonijiet, deċiżjonijiet, laqgħat ta’ proċeduri tal-bord.

[61]             Każijiet ittrattati taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza

[62]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[63]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (ex-linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[64]             AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[65]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (ex-linji “BA”).

[66]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[67]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[68]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

[69]             Riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[70]             Kif deskritt fit-taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”

[71]             Każijiet ittrattati taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza

[72]             Opinjonijiet, deċiżjonijiet, laqgħat ta’ proċeduri tal-bord.

[73]             It-totali għal kull sena jistmaw l-isforzi għall-iżvilupp u t-tħaddim tal-għodod tal-IT