13.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 264/119


Il-Ħamis 24 ta’ Mejju 2012
Għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi ***I

P7_TA(2012)0220

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-24 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi (COM(2011)0396 – C7-0187/2011 – 2011/0176(COD)) (1)

2013/C 264 E/25

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Titolu

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

(1a)

L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tintuża biex tingħata għajnuna finanzjarja eċċezzjonali lil pajjiżi terzi li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet temporanji tal-bilanċ tal-pagamenti. B’differenza minn strumenti oħra tal-Unjoni li jappoġġjaw direttament il-politika esterna tagħha (bħalma huma l-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (2) , l-Istrument tal-Viċinat Ewropew (3) , l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (4) eċċ.), l-assistenza makrofinanzjarja m’għandhiex tintuża biex tagħti appoġġ finanzjarju regolari, u lanqas m’għandu jkollha bħala l-għan primarju tagħha li tgħin l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi benefiċjarji. L-assistenza makrofinanzjarja wkoll m’għandhiex tintuża b’mod li jixbah għotjiet kondizzjonali tal-ħfir tad-dejn.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

(2)

Fil-preżent, l-assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi hija bbażata fuq deċiżjonijiet ad-hoc għal pajjiżi speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan inaqqas l-effiċjenza u l-effikaċja tal-assistenza billi jikkawża dewmien bla bżonn bejn it-talbiet għall-assistenza makrofinanzjarja u l-implimentazzjoni proprja tagħhom .

(2)

Ir-regolament ta’ qafas għandu l-għan li jiċċara r-regoli u jtejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-assistenza tal-Unjoni, inter alia billi jsaħħaħ l-applikazzjoni tal-prekundizzjonijiet, itejjeb it-trasparenza u jifformalizza l-valutazzjoni politika min-naħa tal-Kummissjoni u jtejjeb l-effikaċja demokratika u l-iskrutinju demokratiku .

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

(3)

Qafas għall-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha rabtiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali importanti għandu jagħmel l-assistenza aktar effikaċi . B’mod partikolari, għandu jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi sabiex dawn jiġu mħeġġa jadottaw miżuri ta’ politika ekonomika li x’aktarx isolvu kriżi ta’ bilanċ tal-pagamenti.

(3)

Qafas għall-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi għandu jinkoraġġihom sabiex jadottaw miżuri ta’ politika ekonomika li x’aktarx isolvu kriżi ta’ bilanċ tal-pagamenti.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5

(5)

L-adozzjoni ta’ regolament ġenerali għall-assistenza makrofinanzjarja abbażi tal-Artikoli 209 u 212 hija mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 213 tat-Trattat, li jirregolaw l-assistenza finanzjarja urġenti lil pajjiżi terzi, u tal-prerogattivi relatati tal-Kunsill.

imħassar

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 7

(7)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2002, il-Kunsill stabbilixxa kriterji (l-hekk imsejħa kriterji Genval) sabiex jiggwidaw l-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-UE. Huwa xieraq li dawn il-kriterji jiġu fformalizzati f’att legali approvat kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill, filwaqt li jiġu aġġornati u ċċarati .

(7)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2002, il-Kunsill stabbilixxa kriterji (l-hekk imsejħa kriterji Genval) sabiex jiggwidaw l-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-UE. Huwa xieraq li dawn il-kriterji jiġu aġġornati u ċċarati f’att legali adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, inter alia bi rbit mal-kriterji għad-determinazzjoni tal-forma adegwata tal-assistenza (self, għotja jew kombinazzjoni tat-tnejn) .

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 8

(8)

Il-proċeduri u l-istrumenti xierqa għandhom jiġu previsti bil-quddiem sabiex l-Unjoni tkun tista’ tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun disponibbli bi prontezza, speċjalment meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu azzjoni immedjata. Dan għandu jżid ukoll iċ-ċarezza u t-trasparenza tal-kriterji applikabbli għall-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja.

(8)

Il-proċeduri u l-istrumenti xierqa għandhom jiġu previsti bil-quddiem sabiex l-Unjoni tkun tista’ tagħmel l-assistenza makrofinanzjarja disponibbli bil-ħeffa, speċjalment meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu azzjoni immedjata u biex iżidu ċ-ċarezza u t-trasparenza tal-kriterji applikabbli għall-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9

(9)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun konformi mal-prinċipji, l-għanijiet u l-miżuri ewlenin meħuda fi ħdan l-oqsma differenti ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

(9)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fl-għażla tagħha ta’ pajjiżi benefiċjarji u fil-kontenut tal-Memoranda ta’ Ftehim , li l-assistenza makrofinanzjarja tkun konformi mal-prinċipji, l-għanijiet u l-miżuri ewlenin meħuda fi ħdan l-oqsma differenti ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

(9a)

L-assistenza makrofinanzjarja hija wkoll strument tal-politika barranija tal-Unjoni u għandha sservi biex issaħħaħ il-viżibilità u l-influwenza tal-Unjoni lil hinn mill-fruntieri tagħha. L-involviment mill-qrib tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-fini tal-koordinazzjoni u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni għandu jkun żgurat fl-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja kollha.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 10

(10)

L-assistenza makrofinanzjarja għandha tappoġġja l-impenji tal-pajjiżi benefiċjarji lejn valuri komuni mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll lejn il-prinċipji ta’ kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli.

(10)

L-assistenza makrofinanzjarja għandha tinkludi miżuri biex itejbu l-impenn tal-pajjiżi benefiċjarji lejn valuri komuni mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra x-xogħol furzat tat-tfal, l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll lejn il-prinċipji ta’ kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli. L-issodisfar ta’ dawn l-għanijiet għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 13

(13)

L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kumplimentari għar-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali u minn istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali oħrajn u għandu jkun hemm qsim ġust tal-piżijiet ma’ donaturi oħrajn. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni.

(11a)

B’mod ġenerali , l-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kumplimentari għar-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali u minn istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali oħrajn u għandu jkun hemm qsim ġust tal-piżijiet ma’ dawk l-istituzzjonijiet u ma’ donaturi oħrajn. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tingħata fejn tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

(13a)

Bil-għan li tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun tista’ taqdi d-domanda kkawżata minn kriżijiet ekonomiċi urġenti, l-Unjoni għandha tiżgura li riżorsi finanzjarji suffiċjenti jkunu allokati għall-baġit tagħha. Jeħtieġ ukoll li jkun żgurat li l-assistenza makrofinanzjarja tkun disponibbli għall-pajjiżi eliġibbli kollha, kien x’kien id-daqs ekonomiku tagħhom, u li tiġi applikata b’mod adegwat flimkien mal-istrumenti ta’ finanzjament estern l-oħra tal-Unjoni.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

(14a)

Sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħtieġa għall-effikaċja u l-effiċjenza tal-unjoni minn naħa waħda, u aktar koerenza, trasparenza u skrutinju demokratiku min-naħa l-oħra, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ pajjiżi u territorji eliġibbli (l-Anness I) u tal-għoti ta' assistenza lil pajjiżi u territorji partikolari (l-Anness IIa). Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 15

(15)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-approvazzjoni u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja fil-pajjiżi benefiċjarji , għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(15)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 16

(16)

Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-ammont, l-għamla, it-tul ta' żmien u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ operazzjonijiet individwali ta’ assistenza makrofinanzjarja meta wieħed iqis li tali deċiżjonijiet għandhom implikazzjonijiet baġitarji sostanzjali.

imħassar

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 17

(17)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-Memorandum ta’ Ftehim (Memorandum of Understanding - MoU) li jistabbilixxi l-miżuri ta’ politika ekonomika assoċjati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta wieħed iqis li l-MoU mhuwiex att implimentattiv ta’ ambitu ġenerali, u lanqas att li jinvolvi implikazzjonijiet baġitarji jew implikazzjonijiet għal pajjiżi terzi ’lil hinn minn dawk diġà kkawżati mid-deċiżjoni li tingħata l-assistenza.

imħassar

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi u territorji eliġibbli kif stipulat fl-Artikolu 2.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi u territorji eliġibbli li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2 (minn hawn ‘il quddiem “il-pajjiżi benefiċjarji”) .

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

2.   L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta’ appoġġ mingħajr irbit u ġenerali għall-bilanċ tal-pagamenti lil pajjiżi terzi u territorji eliġibbli . Hija għandha timmira li tikseb lura sitwazzjoni sostenibbli ta’ finanzjament estern għal pajjiżi li jkunu qegħdin jaffrontaw diffikultajiet finanzjarji esterni. Hija għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ riforma strutturali u ta’ aġġustament b’saħħithom maħsuba biex jirrimedjaw id-diffikultajiet marbuta mal-bilanċ tal-pagamenti.

2.   L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta’ appoġġ mingħajr irbit u ġenerali għall-bilanċ tal-pagamenti lil pajjiżi benefiċjarji Hija għandha timmira li tikseb lura sitwazzjoni sostenibbli ta’ finanzjament estern għal pajjiżi benefiċjarji li jkunu qegħdin jaffrontaw diffikultajiet finanzjarji esterni. Hija għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni, min-naħa ta’ dawn il-pajjiżi benefiċjarji , ta’ ftehimiet bilaterali u programmi rilevanti mal-Unjoni u għandha timmira li jittieħdu miżuri ta’ riforma strutturali u ta’ aġġustament b’saħħithom maħsuba biex jirrimedjaw id-diffikultajiet marbuta mal-bilanċ tal-pagamenti.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

3.   L-assistenza makrofinanzjarja tista’ tingħata fuq il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ distakk ta’ finanzjament estern residwu identifikata b’mod konġunt mal-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali minbarra r-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, minkejja l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riforma u stabbilizzazzjoni ekonomika b’saħħitha.

3.   L-assistenza makrofinanzjarja tista’ tingħata fuq il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ distakk ta’ finanzjament estern residwu fil-pajjiż benefiċjarju rispettiv identifikata b’mod konġunt mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali minbarra r-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali oħrajn, minkejja l-implimentazzjoni min-naħa tal-pajjiż benefiċjarju rispettiv ta’ programmi ta’ riforma u stabbilizzazzjoni ekonomika b’saħħitha.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – titolu

Pajjiżi eliġibbli

Pajjiżi u territorji eliġibbli

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – parti introduttorja

Il-pajjiżi terzi u t-territorji eliġibbli għall-assistenza makrofinanzjarja għandhom ikunu:

1.    Il-pajjiżi terzi u t-territorji eliġibbli għall-assistenza makrofinanzjarja dment li jissodisfaw il-kriterji ta’ kondizjonalità fl-Artikolu 6 (il-“pajjiżi benefiċjarji”) għandhom ikunu:

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

(c)

Pajjiżi terzi oħrajn f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Tali pajjiżi għandhom ikunu politikament, ekonomikament u ġeografikament qrib l-Unjoni Ewropea .

(c)

Pajjiżi terzi oħrajn li jkollhom rwol determinanti għall-istabbiltà reġjonali u jkunu ta’ importanza strateġika għall-Unjoni , f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Tali pajjiżi għandhom ikunu politikament, ekonomikament u ġeografikament qrib l-Unjoni.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

 

1a.     Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex temenda l-punti 1 u 2 tal-Anness I biex taġġornah wara deċiżjonijiet politiċi xierqa rigward l-istatus tal-pajjiżi bħala pajjiżi kandidati jew bħala pajjiżi kandidati potenzjali jew rigward l-ambitu tal-Politika tal-Viċinat Ewropew.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

 

1b.     Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex tissupplimenta dan ir-Regolament, fejn meħtieġ, b'pajjiżi eliġibbli li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

1.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta f’għotjiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet tal-baġit stabbiliti fil-qafas finanzjarju multi-annwali.

1.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta fil-forma ta’ għotja skont dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet tal-baġit stabbiliti fil-qafas finanzjarju multi-annwali.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

2.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta f’self skont dan ir-Regolament għandhom jiġu pprovduti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni.

2.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta fil-forma ta’ self skont dan ir-Regolament għandhom jiġu pprovduti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

3.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju. L-ammonti ta’ referenza korrispondenti għall-perjodu 2011-2013 huma stipulati fl-Anness II.

3.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali .

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

1.   L-ammont tal-assistenza għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-pajjiż benefiċjarju. Dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali , abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva komprensiva u ddokumentata sewwa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ser tfassal fuq l-aħħar projezzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti għall-pajjiż inkwistjoni prodotti mill-FMI, filwaqt li tqis l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali.

1.   L-ammont propost tal-assistenza għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-pajjiż benefiċjarju. Dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-FMI u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali , abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva komprensiva u ddokumentata sewwa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tfassal fuq l-aħħar projezzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti għall-pajjiż benefiċjarju inkwistjoni prodotti mill-FMI u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali oħra , filwaqt li tqis l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali kif ukoll l-implimentazzjoni preeżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament l-oħra tal-Unjoni fil-pajjiż ikkonċernat .

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

2.   Id-determinazzjoni tal-ammonti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tqis wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat qsim ġust tal-piżijiet ma’ donaturi oħrajn .

2.   Id-determinazzjoni tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tqis wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat qsim ġust tal-piżijiet bejn l-Unjoni u d-donaturi l-oħrajn . Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun biżżejjed biex tiggarantixxi li lill-Unjoni ġġibilha valur miżjud u normalment m’għandhiex tkun taħt l-20 %.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

3.   F’każ li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż benefiċjarju jonqsu fundamentalment matul il-perjodu tal-ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, li taġixxi skont l-Artikolu 14 (2), tista’ tiddeċiedi li tnaqqas l-ammont ta’ fondi disponibbli fil-kuntest tal-assistenza, tissospendi jew tikkanċella l-assistenza.

3.   F’każ li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż benefiċjarju jonqsu fundamentalment matul il-perjodu tal-ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fil-pajjiż benefiċjarju, u abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 14a, biex temenda l-Anness IIa, biex tnaqqas l-ammont ta’ fondi disponibbli fil-kuntest tal-assistenza, tissospendi jew tikkanċella l-assistenza.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

1.   Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tkun li l-pajjiż riċevitur jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistemi parlamentari b’bosta partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

1.   Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tkun li l-pajjiż riċevitur jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistemi parlamentari b’bosta partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Din il-valutazzjoni għandha tkun fdata lis-SEAE f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti reċenti adottati mill-Parlament Ewropew rigward il-pajjiżi benefiċjarji. Il-valutazzjoni tista’ tidentifika rakkomandazzjonijiet ta’ politika rigward it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem, tat-trasparenza u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Dan ir-rapport għandu jiġi anness ma’ kull att delegat individwali msemmi fl-Artikolu 7(3). Bil-għan li jipproteġi l-interessi demokratiċi tal-Unjoni u jsaħħaħ ir-rispett tad-drittijiet fundamentali min-naħa tal-pajjiżi benefiċjarji, il-Memorandum ta’ Ftehim għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jkunu konsistenti mal-politika esterna tal-Unjoni maħsuba biex isaħħu d-drittijiet tal-bniedem u dawk tal-ħaddiema, it-trasparenza, u biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

2.   L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kundizzjonali fuq l-eżistenza ta’ programm tal-FMI li jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-FMI.

2.   L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kundizzjonali fuq l-eżistenza ta’ programm tal-FMI li jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-FMI jew ta’ istituzzjoni finanzjarja Ewropea jew multilaterali oħra .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

3.   L-iżborż tal-assistenza għandu jkun kundizzjonali fuq rekord sodisfaċenti ta’ programm tal-FMI. Huwa għandu jkun kundizzjonali wkoll fuq l-implimentazzjoni, fi ħdan qafas ta’ żmien speċifiku, ta’ serje ta’ miżuri ta’ politika ekonomika definiti b’mod ċar li jiffokaw fuq riformi strutturali, li jridu jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju u jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim.

3.   L-iżborż tal-assistenza għandu jkun kundizzjonali fuq rekord sodisfaċenti ta’ programm tal-FMI jew ta’ istituzzjoni finanzjarja Ewropea jew multilaterali oħra u ta' rispett għall-prinċipji politiċi u ta' bażi fuq il-valur. Huwa għandu jkun kundizzjonali wkoll fuq l-implimentazzjoni, fi ħdan qafas ta’ żmien speċifiku, ta’ serje ta’ miżuri ta’ politika ekonomika definiti b’mod ċar li jiffokaw fuq riformi strutturali, li jridu jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju u jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

2.   Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jiġu ssodisfati , l-assistenza makrofinanzjarja għandha tingħata mill-Kummissjoni billi taġixxi skont l-Artikolu 14(2) .

2.    Malli tirċievi t-talba, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’assistenza makrofinanzjarja msemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 humiex issodisfati . Jekk dawk il-kundizzjonjiet ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammont u l-forma tal-assistenza skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 3 rispettivament.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafi 3 u 3a (ġodda)

3.   Id-deċiżjoni li jiġi pprovdut self għandha tispeċifika l-ammont, il-maturità medja massima u l-għadd massimu ta’ pagamenti tal-assistenza makrofinanzjarja. Id-deċiżjoni li tiġi pprovduta għotja għandha tispeċifika l-ammont u l-għadd massimu ta’ pagamenti. Fiż-żewġ każijiet, għandu jiġi definit il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja. Bħala regola, dan mgħandux jaqbeż it-tliet snin.

3.    Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 14a biex tistabbilixxi u temenda l-Anness IIa ħalli tagħti assistenza makrofinanzjarja lil pajjiż jew territorju partikolari. Fl-att delegat, il-Kummissjoni għandha, inter aia, tistipula dan li ġej:

 

(a)

fil-każijiet kollha, il-benefiċjarju tal-assistenza, l-ammont massimu totali tal-assistenza, il-forma tal-assistenza, u l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza.

 

(b)

fil-każ ta’ deċiżjoni li jinħareġ self, l-ammont, il-maturità medja massima u l-għadd massimu ta’ pagamenti tal-assistenza makrofinanzjarja.

 

(c)

fil-każ tad-deċiżjoni li tinħareġ għotja, l-ammont u l-għadd massimu ta’ pagamenti. Id-deċiżjoni li tinħareġ għotja għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni tal-għotja (jew element ta’ għoti) ta’ assistenza.

 

3a.    Bħala regola, il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja m’għandux jaqbeż tliet snin.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

4.   Wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni li tingħata l-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, li taġixxi skont l-Artikolu 14(3), għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar il-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 6(3) , (4), (5) u (6).

4.   Wara l-adozzjoni tal-att delegat dwar l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju fil-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 6(1) , (3), (4), (5) u (6).

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

5.   Wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni li tingħata l-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar it-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza. Dawn għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar Għotja jew Self.

5.   Wara l-adozzjoni tal-att delegat dwar l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar it-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza. Dawn għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar Għotja jew Self.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

6.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-assistenza speċifika għall-pajjiż u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

6.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-assistenza speċifika għall-pajjiż u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti fiż-żmien dovut .

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

2.   L-assistenza għandha titħallas f’pagamenti suċċessivi, kundizzjonali fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3).

2.   L-assistenza għandha titħallas f’pagamenti suċċessivi, kundizzjonali fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), (2) u (3).

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) ikomplu jiġu ssodisfati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) jibqgħu jiġu ssodisfati. Is-SEAE għandu jivverifika f’intervalli regolari, u bla dewmien fil-każ ta’ żviluppi mhux mistennija, li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) jibqgħu jiġu ssodisfati, u jinforma lill-Kummissjoni skont dan.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

4.   F’każ li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni tista’ temporanjament tissospendi, tnaqqas jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza.

4.   F’każ li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), (2) u (3) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE , tista’ temporanjament tissospendi, tnaqqas jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

 

4a.     F’dawn il-każijiet, u jekk is-sospensjoni tal-operazzjoni titneħħa wara konsultazzjoni mas-SEAE, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għal dan.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

1.    Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni ntuża kif suppost, jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw kwalunkwe fondi pprovduti skont dan ir-Regolament li jkunu ġew miżapproprjati.

1.    Kull ftehim li jirriżulta minn dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-pajjiżi benefiċjarji għandhom jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni ntuża kif suppost, jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw kwalunkwe fondi pprovduti skont dan ir-Regolament li jkunu ġew miżapproprjati.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

 

3a.     Il-Memornadum ta’ Ftehim imsemmi fl-Artikolu 6(3) u kwlaunkwe ftehim ieħor li jirriżulta minn dan ir-Regolament għandhom jiżguraw id-drittijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri taħt il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu matul u wara l-perjodu ta' disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment ir-riżultati u l-effikaċja tal-assistenza makrofinanzjarja sabiex taċċerta jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet fil-ġejjieni.

1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment ir-riżultati u l-effikaċja tal-assistenza makrofinanzjarja rigward kull pajjiż jew territorju partikolari li jirċievi l-assistenza sabiex taċċerta jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet fil-ġejjieni. Meta tevalwa l-funzjonament tal-kundizzjonalità politika skont l-Artikolu 9(1), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lis-SEAE.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapporti ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvalutaw il-livell ta' kontribuzzjoni lill-miri tal-assistenza mogħtija mill-operazzjonijiet ta' MFA li tlestew riċentament..

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapporti ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri , li jivvalutaw sa liema punt l-operazzjonjiet ta’ assistenza makrofinanzjarja li jkunu tlestew riċentament fir-rigward ta’ pajjiż jew territorju benefiċjarju partikolari jkunu kkontribwew biex jintlaħqu l-miri tal-assistenza mogħtija .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

2a.     Il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq awditu tal-ġestjoni dfinanzjarja tal-assistenza.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

3.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (EU) Nru 182/2011.

imħassar

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

 

Artikolu 14a

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

 

1.     Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(1a), 2(1b), 5(3), 7(3) u 7(4) għandha tkun ikkonferita lill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament.

 

2.     Id-delega ta’ setgħa tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

 

3.     Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

4.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(1a), 2(1b), 5(3), 7(3) u 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 14b (ġdid)

 

Artikolu 14b

Reviżjoni

 

1.     Sa mhux aktar tard minn … (5) u mbagħad kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

2.     Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi stampa dettaljata tal-assistenza makrofinanzjarja mogħtija skont dan ir-Regolament u, jekk dan ikun f’loku, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlativa għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013 .

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Anness II

 

l-Anness imħassar.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Emenda tal-Parlament

ANNESS IIa

ASSISTENZA MAKROFINANZJARJA LIL PAJJIŻI U TERRITORJI PARTIKOLARI

Benefiċjaru tal-assitenza

Ammont Massimu totali tal-assistenza

Forma tal-assitenza

Perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza

Self

Għotja

Ammont

Maturità massima medja

Għadd massimu ta’ pagamenti parzjali

Ammont

Għadd massimu ta’ pagamenti parzjali


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli mill-eżami mill-ġdid skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura (A7-0157/2012).

(2)   Ir-Regolament Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar l-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU …)

(3)   Ir-Regolament Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar l-Istrument tal-Viċinat Ewropew (ĠU …)

(4)   Ir-Regolament Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU …)

(5)   Erba’ snin wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.