52011PC0001

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa [dojoq] /* KUMM/2011/0001 finali - COD 2011/0002 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 13.1.2011

KUMM(2011) 1 finali

2011/0002 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa [dojoq]

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)SEG(2011) 44 finaliSEG(2011) 43 finali

MEMORANDUM TA' SPJEGA

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Ir-raġunijiet għal u l-għanijiet tal-proposta

Din il-proposta tipprovdi emenda fid-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u ta’ partikulu minn magni għat-tmexxija [intenzjonati biex iħaddmu] tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija. [1]

L-għan tad-Direttiva 2000/25/KE huwa li jkun iggarantit iċ-ċaqliq ħieles tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija filwaqt li jitnaqqsu l-livelli tal-emissjoni tal-egżost tal-magni sabiex ikunu protetti s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini kif ukoll l-ambjent.

Id-Direttiva tiddefinixxi l-istadji suċċessivi li jnaqqsu l-limiti tal-emissjoni tal-egżost koerenti l-aktar mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u ta’ partikulu minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq[2].

Wara d-definizzjoni ta' aktar tnaqqis tal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u ta' partikulu minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq addottati bid-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3], id-Direttiva 2000/25/KE kienet emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/13/KE tal-21 ta' Frar 2005[4].

Il-limiti l-ġodda tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u ta’ partikulu kienu definiti biex jipprovdu tnaqqis għal aktar minn 90 % tal-valuri li kienu regolati qabel bil-ħsieb li jkun hemm sistemi sekondarji tal-egżost wara t-trattament kemm għal MP kif ukoll għan-NOX addottati fuq il-maġġoranza vasta tal-magni u l-makkinarji koperti mid-direttivi rispettivi sakemm l-istadju l-aktar avvanzat isir obbligatorju.

Fid-dawl ta' dawk l-isfidi u l-inċertezzi dwar il-vijabilità teknika attwali ta' dawk il-miri, id-Direttiva 2004/26/KE tistipula li l-Kummissjoni twettaq reviżjoni teknika, b'mod partikolari sabiex "tikkonsidra t-teknoloġija disponibbli, inklużi l-beneficċji tal-ispiża, bil-għan li tikkonferma valuri tal-limiti tal-Istadju III B u IV u l-evalwazzjoni tal-ħtieġa possibbli għal flessibbiltà addizzjonali, eżenzjonijiet jew dati ta’ introduzzjoni aktar tard għal ċerti tipi ta’ apparat waqt li tittieħed konsiderazzjoni ta’ magni immuntati fil-makkinarju ambulanti mhux tat-triq użati f’apparati staġjonali"[5].

Id-Direttiva 2000/25/KE, kif emendata, fl-Artikolu 4(8) stabbilixxiet ħolqa mar-reviżjoni teknika stipulata fid-Direttiva 2004/26/KE sabiex ikunu investigati l-kwistjonijiet relatati mat-tratturi agrikoli u b'mod partikolari dawk li huma fil-kategoriji T2, T4.1 u C2 (l-hekk imsejħa t-tratturi b'karreġġjata dejqa [dojoq], b'wiesa' massima ta' inqas minn 1,15 m).

Ir-riżultati tal-valutazzoni teknika kkonfermaw il-vijabilità tal-limiti sfidanti ffissati mill-koleġiżlaturi fil-maġġoranza vasta tal-magni intiżi għall-installazzjoni fuq makkinarju mhux tat-triq u tratturi agrikoli. Madankollu, għat-tratturi agrikoli fil-kategoriji T2, T4.1 u C2 inħass il-bżonn ta' emenda fir-rekwiżiti.

- Il-kuntest ġenerali

Sabiex ikunu sodisfatti l-obbligi ffissati bl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/26/KE u bl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2000/25/KE, il-KE - id-DĠ ENTR taw kuntratt lid-DĠ JRC biex jinvestiga l-aspetti kollha meħtieġa minn dawk id-Direttivi.

Għall-kwistjoni tat-tratturi agrikoli, id-DĠ JRC eżamina s-sitwazzjoni tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 permezz ta' riċerka tal-letteratura, u l-valutazzjoni diretta tal-vetturi bi żjarat għand ħames manifatturi ta' kobor differenti u li jużaw teknoloġiji differenti, wieħed minnhom jista' jitqies bħala SME. Il-produzzjoni tagħhom tkopri l-maġġoranza tat-tratturi b'karreġġjata [dojoq] dejqa imqiegħda fis-suq Ewropew.

It-tratturi koperti bir-riċerka nstabu li huma prodotti tipiċi Ewropej żviluppati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-agrikoltura speċjalizzata fl-Agrikoltura Mediterranja tan-nofsinhar (speċifikament il-Mediterran). Il-maġġoranza vasta ta' dawn it-tratturi tinbiegħ fl-UE.

Ir-riżultati ta' din l-analiżi kienu ppreżentati matul sensiela ta' laqgħat wara xulxin tal-GEME li bdew minn Ġunju 2006 u kkonfermati f'abbozz tar-Rapport finali maħruġ f'Diċembru 2007 u ppubblikat fuq il-websajt tas-CIRCA.

Kuntrarju għal kwistjonijiet oħra fejn kienu indikati għażliet multipli, l-unika konklużjoni tad-DĠ JRC kienet li t-tratturi fil-kategoriji T2, T4.1 u C2 għandhom ikunu eżentati mill-Istadji IIIB u IV tad-Direttiva 2000/25/KE. Din il-konklużjoni rċeviet l-appoġġ ta' xi Stati Membri u ma kien hemm l-ebda reazzjoni negattiva.

Dawn is-sejbiet mill-JRC kienu kkonfermati fi studju tal-Valutazzjoni tal-Impatt imwettaq mill-Arcadis fl-2008-2009 skont il-kuntratt tal-KE – id-DĠ ENTR. L-istudju tal-Arcadis indika biċ-ċar il-vantaġġ għall-ambjent tal-posponiment propost: mingħajru l-utenti ma jkunux jistgħu jixtru tratturi aġġornati tal-Istadju IIIA u jibqgħu jużaw magni qodma (ħafna) (il-livell tal-"istadju 0"). Barra minn hekk, l-Arcadis juri l-impatti negattivi ta' natura ekonomika u soċjali jekk il-proposta ma tiġix addottata.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Iż-żewġ direttivi li ġejjin huma rilevanti f'dan ir-rispett:

- Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni pollutanti ta' gass u ta' partikulu mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu immuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq, kif emendata.

- Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u ta’ partikulu minn magni għat-tmexxijali t-tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif emendata.

- Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Id-Direttiva 97/68/KE hija bbażata fuq il-programm Komunitarju ta' politika u azzjoni relatat mal-iżvilupp ambjentali u sostenibbli[6].

Id-Direttiva 2000/25/KE tirrappreżenta t-traspożizzjoni tal-istess għanijiet u politika lis-settur tat-tratturi agrikoli.

Din il-proposta hija konsistenti mal-politika u l-għanijiet ambjentali Komunitarji preżenti kif dettaljati fis-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali (COM(2001) 31 finali)[7], li jelenka t-titjib tal-kwalità tal-arja bħala għan ta' prijorità li għandu jintlaħaq, inter alia , bl-infurzar tal-limiti tal-emissjoni tal-egżost speċifiċi għall-prodott. Is-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali jiddefinixxi l-metodu tat-tfassil tal-politika bbażata fuq il-parteċipazzjoni u l-għarfien sod, li skontu:

"L-involviment wiesgħa tal-partijiet interessati se jkun ċentrali għall-implimentazzjoni b’suċċess tas-Sitt Programm, u f’kull stadju tal-proċess tal-politika mill-qbil dwar il-miri sal-implimentazzjoni fil-prattika. L-għarfien xjentifiku sod u evalwazzjonijiet ekonomiċi, dejta u tagħrif affidabbli u aġġornati u l-użu ta’ indikaturi li jsostnu t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika ambjentali."

Id-dewmien propost jaqbel kompletament ma' dan il-metodu ta' tfassil tal-politika: ikopri l-limiti tal-Istadju IIIB u IV ffissati fid-Direttiva 2000/25/KE għat-tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 sakemm dawn jinstabu li huma teknikament impossibbli li jkunu sodisfatti mill-partijiet interessati kollha u l-istudju indipendenti tad-DĠ JRC.

IR-RIżULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

- Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Il-kwistjoni u r-riżultati tal-investigazzjoni tad-DĠ JRC kienu ppreżentati lill-Istati Membri u l-partijiet interessati f'laqgħat varji tal-Grupp tal-Esperti dwar il-makkinarju ambulanti mhux tat-triq. Fost laqgħat oħra, fil-21 ta' Novembru 2008 l-Istati Membri kienu kkonsultati waqt laqgħa tal-Kumitat għall-Addattament tal-Progress Tekniku – tratturi agrikoli. Kien hemm appoġġ mill-Awstrija, il-Finlandja, il-Greċja, l-Italja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit; ma kienu rreġistrati l-ebda pożizzjonijiet negattivi. Barra minn hekk, saret laqgħa mar-rappreżentanti tal-industrija fi-2 ta Settembru 2010 sabiex ikunu riveduti l-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

- Ġbir u użu tal-għarfien espert

L-oqsma xjentifiċi/esperti kkonċernati

L-emissjonijiet tal-egżost minn magni u tratturi agrikoli tal-NRMM.

Għaqdiet/esperti ewlenin ikkonsultati

Id-DĠ JRC; Il-Grupp Espert dwar l-emissjonijiet tal-egżost minn magni tal-NRMM u l-grupp ta' ħidma dwar it-tratturi agrikoli.

Mezzi użati biex il-parir esperti jkun disponibbli lill-pubbliku

Il-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-JRC u tal-Arcadis dwar ir-reviżjoni teknika tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjoni tal-egżost tal-magni tan-NRMM fuq il-websajt tas-CIRCA Il-komunikazzjoni tal-laqgħat tal-grupp tal-esperti tal-Kummissjoni dwar l-emissjoni minn magni tal-Makkinarju Ambulanti Mhux tat-Triq (GEME) u tal-grupp ta' ħidma u tal-Kumitat dwar it-tratturi agrikoli.

- Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt formali fl-2010, ibbażata fuq l-istudji tekniċi msemmijin qabel u li tikkonsidra l-iżviluppi teknoloġiċi riċenti. Il-konklużjoni kienet li s-soluzzjonijiet tekniċi aktarx ikunu vijabbli, minkejja li mhux fil-perjodu ta' żmien iffissat mil-leġiżlazzjoni preżenti. Dewmien ta' tliet (3) snin għall-ħtiġijiet tal-Istadju IIIB u l-Istadju IV kien stmat bħala l-għażla preferuta.

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Taqsira tal-azzjoni proposta

Huwa propost li d-dati mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/25/KE għall-approvazzjoni tat-tip u d-dħul inizjali fis-servizz tal-Istadji IIIB u IV għandhom jiddewmu bi tliet (3) snin għat-tratturi tal-kategoriji T2, C2 u T4.1 kif definit fid-Direttiva 2003/37/KE.

- Bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

L-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri, li jkun żgurat il-funzjonament kontinwu tas-suq intern billi jkun rekwiżit li t-tratturi agrikoli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-egżost ambjentali armonizzati, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri jaġixxu waħedhom u għalhekk, skont ir-raguni tal-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

Għalhekk din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iffissat fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

L-emenda proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hemm bżonn biex jinkisbu l-għanijiet iffissati hawn fuq.

Esperti indipendenti u partijiet interessati jaqblu li l-limiti tal-Istadji IIIB u IV għat-tipi tat-tratturi agrikoli koperti mill-emenda proposta mhumiex teknikalment vijabbli. Għalhekk iseħħ tħarbit serju fis-suq intern u lis-setturi agrikoli li jużaw dawk it-tratturi fl-Unjoni jekk id-dħul fis-seħħ tal-limiti tal-Istadji IIIB u IV ma jiddewmux.

Anki jekk saru argumenti tekniċi b'saħħithom mill-industrija għal eżenzjoni sħiħa għal dawn it-tratturi, dawn ma kinux inklużi. Għalhekk il-proposta tiddeskrivi l-emendi assolutament essenzjali meqjusin neċessarji biex ikun żgurat il-bilanċ xieraq tal-piżijiet fuq l-industrija flimkien mal-iżgurar li l-għanijiet ambjentali, fejn hu possibbli, kienu sodisfatti.

Għalhekk din il-proposta tikkonforma mal-priniċipju tal-proporzjonalità kif iffissata fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

- L-għażla tal-istrumenti

L-istrumenti proposti: direttiva

Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: l-emenda f'Direttiva eżistenti.

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

2011/0002 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa [dojoq]

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[8],

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[9],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[10]

F'konformità tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u ta’ partikulu minn magni għat-tmexxija [intenzjonati biex iħaddmu] tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE[11] tirregola l-emissjonijiet tal-egżost minn magni installati fit-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija. L-istadju tal-limiti tal-emissjoni li bħalissa japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-maġġoranza tal-magni li huma mkebbsa bil-kumpressjoni huma msemmija bħala l-Istadju IIIA. Id-Direttiva tipprovdi li dawk il-limiti jinbidlu b'limiti tal-Istadju IIIB aktar rigorużi li b'mod deħlin fis-seħħ bil-mod il-mod mill-1 ta' Jannar 2010 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip u mill-1 ta' Jannar 2011 fir-rigward it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-magni.

2. Id-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni pollutanti gassużi u ta' partikulu mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu immuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq[12] tistipula fl-Artikolu 2(b) li l-Kummissjoni għandha tikkonsidra t-teknoloġija disponibbli, inklużi l-beneficċji tal-ispiża, bil-għan li tikkonferma valuri tal-limiti tal-Istadju IIIB u IV u l-evalwazzjoni tal-ħtieġa possibbli għal flessibbiltà addizzjonali, eżenzjonijiet jew dati ta' introduzzjoni aktar tard għal ċerti tipi ta' apparat jew magni waqt li tittieħed konsiderazzjoni ta' magni immuntati fil-makkinarju ambulanti mhux tat-triq użati f'apparati staġjonali. Fl-Artikolu 4(8), id-Direttiva 2000/25/KE tipprovdi għal klawżola ta' reviżjoni sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tat-tratturi fil-kategoriji T2, T4.1 u C.2.

3. Id-Direttiva 97/68/KE kienet is-suġġett ta' studji tekniċi diversi. Bħala riżultat ta' dawn l-istudji tekniċi li twettqu fl-2007, fl-2009 u fl-2010 u kkonfermat mill-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni, kien stabbilit li mhux teknikament vijabbli għat-tratturi kklassifikati fil-kategoriji T2, C2 u T4.1 biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Istadji IIIB u IV sa mid-dati previsti fid-Direttiva.

4. Sabiex jiġi evitat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula ħitġijiet tekniċi li għadhom ma jistgħux jiġu sodisfatti u sabiex jiġi evitat li t-tratturi tal-kategoriji T2, C2 u T4.1 ma jkunux jistgħu jiksbu l-approvazzjoni tat-tip u jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz, hu għalhekk meħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju ta' tliet (3) snin, li fih tratturi kklassifikati fil-kateogriji T2, C2 u T4.1 ikunu xorta jistgħu jiksbu l-approvazzjoni tat-tip u jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz.

5. Għalhekk, id-Direttiva 2000/25/KE għandha tiġi emendata kif inhu xieraq.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/25/KE, jiżdied il-paragrafu li ġej:

" 9. Permezz ta' deroga mill-punti (d) u (e) tal-paragrafu 2 u mill-paragrafu 3, għat-tratturi tal-kategoriji T2, C2 u T4.1, kif definiti fl-Anness II, il-Kapitolu A, il-punt A.1 u l-Anness II, il-Kapitolu B, l-Appendiċi 1, il-Parti 1, il-punt 1.1 tad-Direttiva 2003/37/KE u mgħammra b'magni tal-kategoriji minn L sa R, id-dati ffissati fil-punti (d) u (e) tal-paragarfu 2 u fil-paragrafu 3 għandhom jiġu posposti għal tliet (3) snin. Sa dawn id-dati, għandhom ikomplu japplikaw il-ħtiġijiet tal-Istadju IIIA f'din id-Direttiva.. "

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sitt xhur nieqes jum mid-dħul fis-seħħ], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza trid issir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl- 20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, .

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President [pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 69, 22.2.98, p. 1.

[3] ĠU L 146, 30.4.2006, p. 1.

[4] ĠU L 55, 1.3.2005, p. 35.

[5] ĠU L 146, 30.4.2004, l-Artikolu 2.

[6] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-1 ta' Frar 1993 (ĠU C 138, 17.5.1993, p. 1).

[7] ĠU C 154E, 29.5.2001, p. 218.

[8] ĠU C , , p. .

[9] ĠU C , , p. .

[10] ĠU C , , p. .

[11] ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

[12] ĠU L 225, 25.6.2004, p. 3.