52011DC0500

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Baġit għall-Ewropa 2020 /* KUMM/2011/0500 finali */


WERREJ

Agrikoltura u żvilupp rurali............................................................................................................. 3

Ċittadini........................................................................................................................................ 7

Protezzjoni Ċivili........................................................................................................................... 9

Azzjoni Klimatika........................................................................................................................ 13

Kompetittività u SMEs................................................................................................................ 19

Unjoni Doganali u Tassazzjoni..................................................................................................... 23

Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali................................................................................... 26

Edukazzjoni u l-Kultura............................................................................................................... 31

Impjiegi u Affarijiet Soċjali.......................................................................................................... 35

Ambjent..................................................................................................................................... 40

Azzjoni Esterna........................................................................................................................... 45

Ġlieda kontra l-Frodi.................................................................................................................. 51

Saħħa u Konsumaturi.................................................................................................................. 53

Affarijiet Interni........................................................................................................................... 56

Infrastruttura – Il-Faċilità 'Nikkollegaw l-Ewropa'........................................................................ 59

Strumenti Finanzjarji Innovattivi................................................................................................... 81

Ġustizzja..................................................................................................................................... 84

Politika dwarl-Affarijiet Marittimi u s-Sajd................................................................................... 86

Riċerka u innovazzjoni................................................................................................................. 89

Amministrazzjoni......................................................................................................................... 94

Agrikoltura u żvilupp rurali

1. Għanijiet tal-Politika

L-agrikoltura u l-foresti jkopru l-maġġoranza vasta tat-territorju tagħna u għandhom rwol ewlieni fis-saħħa tal-ekonomiji rurali u tal-pajsaġġ rurali. Il-bdiewa jwettqu diversi funzjonijiet differenti li jvarjaw mill-produzzjoni ta' prodotti agrikoli alimentari u mhux, għall-ġestjoni tal-kampanja, il-konservazzjjoni tan-natura u t-turiżmu.

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija mfassla biex ikun hemm settur agrikolu modern, sostenibbli u effiċjenti fl-Ewropa. Hija għandha l-għan li tippromwovi l-kompetittività tas-settur, li tiżgura provvista adegwata u sigura tal-ikel u li tippreserva l-ambjent u l-kampanja filwaqt li tipprovdi livell ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola.

Il-PAK hija politika Ewropea ġenwina. Minflok iħaddmu 27 politika u baġits agrikoli differenti separatament, l-Istati Membri jikkondividu r-riżorsi u jħaddmu poltika Ewropea unika b'baġit Ewropew uniku. Naturalment dan ifisser li proporzjon sinifikanti mill-baġit tal-UE jiġi allokat għall-PAK. Madankollu, dan l-approċċ huwa kemm aktar effiċjenti kif ukoll aktar ekonomiku milli approċċ nazzjonali mhux ikkoordinat.

Illum, l-agrikoltura Ewropea qed taffaċċja diversi sfidi. Fis-snin riċenti, il-prezzijiet agrikoli għolew b'50 % iżda l-prezzijiet tal-enerġija u tal-fertilizzanti għolew b'200 % u 150 % rispettivament. Ir-riżultat huwa tnaqqis drastiku fid-dħul mill-agrikoltura fuq perjodu ta' żmien twil. Is-settur għandu jirreaġixxi għall-isfidi tat-tibdil tal-klima u d-degradazzjoni ambjentali u t-tħassib dejjem jikber rigward is-sigurtà alimentari, il-bilanċ territorjali u l-objettiv tat-tkabbir sostenibbli.

Il-PAK żviluppat b'mod kunsiderevoli fis-snin riċenti minħabba li kienet affaċċjata minn dawn l-isfidi. Ir-riforma li jmiss se tkompli dan il-proċess u se tirriżulta f'politika aktar moderna u aktar ekoloġika mgħammra b'tali mod li tikkontribwixxi b'mod attiv għall-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 billi tiżblokka l-potenzjal ekonomiku taż-żoni rurali, tiżviluppa s-swieq lokali u l-impjiegi, takkumpanja r-ristrutturar tal-agrikoltura u tappoġġja l-introjtu tal-bdiewa biex is-settur agrikolu jinżamm sostenibbli madwar l-Ewropa.

Il-PAK riformata se tippromwovi tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv billi tippromwovi effiċjenza fl-użu tar-riżorsi sabiex tinżamm il-bażi tal-produzzjoni għall-ikel, l-għalf u l-enerġija rinnovabbli fl-UE kollha; inċentivi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima biex ikunu protetti l-ekosistemi u jkun miġġieled it-telf tal-bijodiversità; u appoġġ għad-diversifikazzjoni ta' attività ekonomika fiż-żoni rurali biex ikun promoss żvilupp territorjali bbilanċjat madwar l-Ewropa.

2. Strumenti

Il-Kummissjoni tipproponi li tinżamm l-istruttura kurrenti ta‘ żewġ pilastri tal-PAK.

· Il-Pilastru I se jkompli jipprovdi appoġġ dirett għall-bdiewa u miżuri ta' appoġġ għas-suq. L-appoġġ dirett u l-miżuri tas-suq huma totalment iffinanzjati mill-baġit tal-UE, sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' politika komuni permezz tas-suq uniku u sabiex tkun possibbli sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll.

· Il-Pilastru II tal-PAK se jkompli jipproduċi oġġetti ambjentali pubbliċi speċifiċi, itejjeb il-kompetittività tas-setturi agrikoli u tal-forestrija u jippromwovi d-diversifikazzjoni ta' attività ekonomika u kwalità ta' ħajja fiż-żoni rurali. L-Istati Membri għandhom flessibbiltà fit-tfassil tal-miżuri abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi nazzjonali u reġjonali iżda li jirriflettu l-prijoritajiet tal-UE. Il-miżuri fil-Pilastru II huma kofinanzjati mill-Istati Membri, fattur li jgħin biex ikun żgurat li l-objettivi sottostanti jintlaħqu u biex ikun imsaħħaħ l-effett ta' amplifikazzjoni tal-politika tal-iżvilupp rurali. Permezz ta' rati ta' kofinanzjament ogħla għar-reġjuni ifqar tal-UE, il-Pilastru II jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi ta' koeżjoni tal-UE.

Fl-istruttura taż-żewġ pilastri, it-tfassil tal-politika se jkun modernizzat b'mod komprensiv u ssimplifikat sabiex il-politika tkun aktar ġusta, ekoloġika u allinjata mal-objettivi ta' Ewropa 2020.

L-elementi ewlenin tar-riforma se jinkludu:

· Distribuzzjoni aktar ġusta tal-appoġġ tal-introjtu dirett

Għal raġunijiet storiċi, il-livell ta' appoġġ dirett għall-bdiewa tal-UE għal kull ettaru huwa sostanzjalment differenti fl-UE. Pereżempju, il-pagament dirett medju għal kull ettaru ta' art eliġibbli potenzjali u għal kull benefiċjarju għas-sena 2013 huwa EUR 94,7 fil-Latvja u EUR 457,5 fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-medja tal-UE-27 hija EUR 269,1

Il-PAK riformata se tinkludi sistema ta' 'konverġenza' li tnaqqas dawn id-distakki u tippromwovi distribuzzjoni aktar ġusta tal-appoġġ finanzjarju. L-ibbilanċjar mill-ġdid tal-appoġġ huwa element ewlieni tar-riforma mmirat lejn użu aktar effikaċi tar-riżorsi baġitarji permezz ta' pagamenti diretti ġusti u mmirati aħjar u s-sistemazzjoni aħjar bejn id-distribuzzjoni futura tal-appoġġ tal-iżvilupp rurali u l-objettivi tal-politiki. Dan se jsir kif ġej: l-Istati Membri kollha b'pagamenti diretti inqas minn 90 % tal-medja tal-UE-27, matul il-perjodu se jagħlqu terz tad-distakk bejn il-livell kurrenti u 90 % tal-pagamenti diretti medji tal-UE.

L-allokazzjoni ta' għajnuna għall-iżvilupp rurali se tkun modernizzata wkoll, bl-ishma determinati abbażi ta' sensiela ta' kriterji territorjali u ekonomiċi oġġettivi li jirriflettu l-objettivi ekonomiċi, soċjali ambjentali u territorjali futuri tal-politika.

· Pagamenti diretti ekoloġiċi

Il-proċess obbligatorju biex il-pagamenti diretti jsiru ekoloġiċi huwa pilastru fundamentali tar-riforma. Dan se jsaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali tas-settur u se jiddeskrivi b'mod ċar kif il-PAK riformata se tikkontribwixxi għal firxa usa' tal-prijoritajiet tal-Unjoni.

B'mod speċifiku, fil-futur, 30 % tal-pagamenti diretti se jsiru kontinġenti fuq il-konformità ma' sensiela ta' prattiki ambjentalment tajba li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità.

· Appoġġ għall-bdiewa attivi

Sabiex ikun żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-PAK, il-benefiċċju tal-appoġġ dirett se jkun riservat għall-bdiewa attivi.

· Limitu massimu għal-livell tal-pagamenti diretti għall-ikbar bdiewa.

Bħalissa, ażjendi agrikoli kbar jirċievu sehem disproporzjonat ta' appoġġ permezz ta' introjtu dirett mill-PAK. Il-PAK riformata se tintroduċi proċess moderat u progressiv ta' 'limitu massimu' tal-livell ta' appoġġ permezz ta' introjtu dirett għall-ikbar ażjendi, filwaqt li tikkunsidra b'mod xieraq l-ekonomiji ta' skala ta' strutturi ikbar u l-impjegar dirett li dawn l-istrutturi jiġġeneraw.

· Politika ta' żvilupp rurali ffukata fuq ir-riżultati

Sabiex ikunu massimizzati s-sinerġiji bejn il-politika tal-iżvilupp rurali u l-fondi l-oħra tal-UE għall-iżvilupp territorjali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) se jkun inkorporat fil-Kuntratti ta' Sħubija bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru. Dawn il-kuntratti se jkunu marbuta mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-Programmi ta' Riforma Nazzjonali. Huma se jistabbilixxu strateġija integrata għall-iżvilupp territorjali appoġġjata mill-fondi strutturali tal-UE rilevanti, inkluż l-iżvilupp rurali. Huma se jinkludu objettivi bbażati fuq indikaturi miftiehma, investimenti strateġiċi u għadd ta' kundizzjonalitajiet.

· Skema ssimplifikata għall-bdiewa żgħar

Ħafna mill-benefiċjarji tal-appoġġ dirett huma bdiewa żgħar; mekkaniżmu ta' allokazzjoni simplifikat għall-appoġġ tagħhom se jnaqqas sostanzjalment il-piż amministrattiv tal-Istati Membri u l-bdiewa filwaqt li jkun newtrali għall-baġit tal-UE.

· Nefqa tas-suq u mekkaniżmi ta' kriżi

Illum, l-agrikoltura Ewropea qed taffaċċja varjetà ta' sfidi, b'mod partikolari l-bżonn li jkun hemm reazzjoni għal ċirkustanzi imprevedibbli, li għandhom impatt f'daqqa fuq l-introjtu mill-agrikoltura, jew il-bżonn li jkunu ffaċilitati l-adattamenti/it-tranżazzjonijiet meħtieġa mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali.

Għal dawn ir-raġunijiet, qed jiġi propost li jiġu ristrutturati l-miżuri tas-suq li bħalissa huma miġbura fil-Pilastru 1, sabiex jinħolqu u jiġu estiżi żewġ strumenti barra l-qafas finanzjarju multiannwali. Se jinħoloq mekkaniżmu ta' emerġenza, li jirreaġixxi għal sitwazzjonijiet ta' kriżi (li jistgħu jirriżultaw minn problema ta' sigurtà alimentari jew minn żviluppi f'daqqa tas-swieq), biex jipprovdi appoġġ immedjat għall-bdiewa permezz ta' proċedura mgħaġġla. Il-proċedura għall-mobilizzazzjjoni tal-Fond se tkun l-istess bħal dik għal mobilizzazzjoni tar-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza.

Qed jiġi propost ukoll li jkun estiż l-ambitu tal-interventi tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni biex jipprovdi appoġġ tranżitorju għall-bdiewa sabiex ikun iffaċilitat l-adattament tagħhom għal sitwazzjoni ġdida tas-suq mill-effetti indiretti tal-globalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tipproponi li titrasferixxi l-iffinanzjar tal-appoġġ alimentari għall-aktar persuni l-aktar fil-bżonn għall-Intestatura 1 sabiex terġa' tiġbor l-azzjonijiet għall-glieda kontra l-faqar u l-esklużjoni u li titrasferixxi l-iffinanzjar tas-sikurezza alimentari flimkien mal-azzjonijiet relatati mas-saħħa pubblika.

3. Implimentazzjoni

Permezz tal-ħolqien tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-bażi leġiżlattiva tal-PAK kienet ristrutturata sabiex iż-żewġ pilastri tal-PAK ikunu allinjati. Qed jiġi propost li fil-perjodu wara l-2013, kemm jista' jkun jinżamm l-allinjament taż-żewġ fondi.

Il-proposta għal artikolu ġdid tar-Regolament Finanzjarju dwar il-kondiviżjoni tal-ġestjoni hija f'konformità mas-sistemi kurrenti ta' ġestjoni u kontroll applikati għall-FAEG u l-FAEŻR.

Sar ukoll issimplifikar fuq skala kbira tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-organizzazzjoni tas-swieq agrikoli mal-Organizzazzjoni Unika tas-Suq Komuni (Common Market Organisation (CMO) Regolament (KE Nru 1234/2007) li jgħaqqad flimkien f'regolament uniku d-dispożizzjonijiet li qabel kienu koperti mis-CMOs settorjali.

Għall-perjodu wara l-2013, qed issir reviżjoni tal-bażijiet leġiżlattivi kollha tal-PAK biex ikun żgurat li s-simplifikazzjoni tkompli kull fejn ikun neċessarju u possibbli.

4. Allokazzjoni tal-Baġit

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-20 li minnhom · Pilastru I – pagamenti diretti u nefqa tas-suq · Pilastru II – żvilupp rurali · Sikurezza tal-ikel · Persuni l-aktar fil-bżonn · Riserva għal kriżi fis-settur agrikolu · Il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni · Riċerka u innovazzjoni dwar is-sigurtà alimentari, il-bijoekonomija u l-agrikoltura sostenibbli (fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni) || EUR 386,9 biljun EUR 281,8 biljun EUR 89,9 biljun EUR 2,2 biljun EUR 2,5 biljun EUR 3,5 biljun Sa EUR 2,5 biljun EUR 4,5 biljun

Ċittadini

1. Għanijiet tal-Politika

It-Trattat ta’ Lisbona jagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadidni biex jieħdu sehem b'mod sħiħ fil-ħajja demokratika tal-UE.

Il-Programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” jappoġġa l-proġetti transnazzjonjali fil-qasam tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-identità Ewropea. Filwaqt li jeżistu miżuri speċifiċi f’bosta oqsma ta’ politika, il-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” huwa l-unika strument li jippermetti liċ-ċittadini biex jieħdu sehem fi kwistjonijiet Ewropej ġenerali, irrilevanti jekk ikunux istituzzjonali – pereżempju, it-Trattati tal-UE jew l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew – jew li japplikaw f’diversi kampi.

Il-komunikazzjoni, jiġifieri li l-pubbliku ġenerali jiġi infurmat dwar il-politiki tal-UE huwa mod kif tissaħħaħ il-kuxjenza taċ-ċittadini dwar l-affarijiet Ewropej u tad-drittijiet tagħhom. Għalhekk, l-attivitajiet dwar il-komunikazzjoni huma ta’ sensibilizzazzjoni dwar u jipprovdu appoġġ għall-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

2. Strumenti

L-akbar sehem tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini jsosstni sħubijiet ta’ ġemellaġġ transnazzjonali bejn l-ibliet. Il-programm jipprovdi wkoll appoġġ strutturali lil gruppi ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili u gruppi ta’ riflessjoni fuq il-livell tal-UE. Dawn l-isħubijiet strateġiċi jiggarantixxu li l-organizzazzjonijiet Ewropej ta’ interess pubbliku jistgħu jiżviluppaw l-input tagħhom f’dibattiti madwar l-UE. Dan isaħħaħ ir-responsabbiltà tal-aġenda tal-UE fost is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini tal-UE u jippromwovi kultura ta’ parteċipazzjoni ċivika għall-benefiċċju tal-UE u tal-Istati Membri. Il-programm jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ fehim kondiviż tal-istorja Ewropea (b’mod speċifiku fir-rigward tal-Olokawst u tal-Istaliniżmu) billi jappoġġa proġetti ta’ tifkira.

· Sa mill-2007, kull sena madwar miljun ċittadin Ewropew ħa sehem b’mod dirett f’azzjonijiet appoġġati mill-programm.

· Bejn l-2007 u l-2010, kien hemm madwar 800 soċjetà ċivili u proġetti ta’ tifkira, u aktar minn 4 000 proġett ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet.

· Il-programm jappoġġa wkoll aktar minn 50 grupp ta’ riflessjoni, gruppi ta’ organizzazzjoni u netwerks ewlenin fuq il-livell tal-UE, li huma interlokuturi importanti tal-istituzzjonijiet u multiplikaturi tal-UE .

Flimkien ma’ dan il-programm speċifiku, hija neċessarja aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u ta' sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġu ggarantiti li l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni jiġu kkomunikati b'mod effettiv. Għalhekk, se tiġi inkluża dispożizzjoni dwar il-komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva, f’kull bażi legali skont il-ġenerazzjoni l-ġdida tal-istrumenti legali għall-2014-2020.

3. Implimentazzjoni

Il-Programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” huwa amministrat b’mod ċentrali mill-Kummissjoni li hija assistita mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA). Huma appoġġati minn Kumitat għall-Programm magħmul minn rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri. Il-Punti ta’ Kuntatt tal-“Ewropa għaċ-Ċittadini" ġew stabbiliti fil-parti kbira tal-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem biex jassistu l-benefiċjarji fuq il-livell nazzjonali u jipprovdu feedback lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Djalogu regolari qiegħed jiġi organizzat mal-partijiet interessati fil-qafas tal-programm.

Is-sinerġiji u l-amalgamazzjoni tar-riżorsi mill-bażijiet legali differenti għall-komunikazzjoni se jiggarantixxu aktar konsistenza, ekonomiji ta’ skala u użu aħjar tar-riżorsi għall-azzjonijiet tal-komunikazzjoni indirizzati lill-pubbliku ġenerali.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 || EUR 203 miljun

Protezzjoni Ċivili

1. Għanijiet tal-Politika

Il-miri totali tal-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni ċivili huma biex tiġi ggarantita protezzjoni aħjar tan-nies, tal-ambjent, tal-proprjetà u tal-wirt kulturali fil-każ ta’ diżastri kbar naturali, teknoloġiċi u magħmula mill-bniedem.

Iż-żieda fl-għadd u fl-intensità tad-diżastri naturali u magħmula mill-bniedem u fl-impatt ekonomiku tagħhom titlob għal azzjoni sistematika fuq il-livell Ewropew biex tissaħħaħ il-preparazzjoni u biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ rispons, kemm ġewwa l-UE kif ukoll barra mill-UE. Il-kooperazzjoni u s-solidarjetà Ewropea tippermetti lill-UE inġenerali biex tkun ppreparata b’mod kollettiv biex taffaċċja diżastri kbar u tippermetti lill-Istati Membri u stati oħrajn li qegħdin jipparteċipaw (in-Norveġja, il-Liechtenstein, l-Islanda u l-Kroazja) biex jamalgamaw ir-riżorsi u jirreaġixxu bi sforz kollettiv li jimmassimizza l-impatt tar-rispons għad-diżastru u jimminimizza t-telf uman u materjali. Meta d-diżastru jseħħ fl-UE jew f’pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-pajjiż affetwat jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza immedjata u tanġibbli permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili.

Il-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni ċivili timmira għal:

– Faċilitar ta’ rispons rapidu u effettiva għal kontra d-diżastri;

– Żgurar ta’ preparazzjoni suffiċjenti ta’ atturi tal-protezzjoni ċivili għall-emerġenzi; kif ukoll

– Żvilupp ta’ miżuri għall-prevenzjoni tad-diżastri.

L-UE żviluppat approċċ integrat għall-ġestjoni tad-diżastri li jindirizza attivitajiet ta’ rispons, preparazzjoni u prevenzjoni. Il-Komunikazzjoni "Lejn Rispons Ewropew Aktar b’Saħħtu għal Diżastri" ġiet adottata[1] mill-Kummissjoni u approvata mill-Kunsill fl-2010. L-għan ewlieni huwa li titjieb l-effikaċja, il-koerenza u l-viżibbiltà tar-rispons tal-UE. Dan se jsir billi jsir bini fuq it-tagħlimiet meħuda mid-diżastri naturali li seħħew fl-Ewropa u barra mill-UE matul l-2010 (bħat-tempesta Xynthia, l-għargħar fl-Ewropa tal-Lvant, nirien fil-foresti tal-Ewropa tan-Nofs-in-nhar, it-tixrid tal-ħama l-ħamra fl-Ungerija, it-terremot tal-Ħaiti, l-għargħar fil-Pakistan).

Il-ħolqien tal-Kapaċità Ewropea ta’ Rispons għall-Emerġenzi se tibni primarjment fuq il-kapaċitajiet eżistenti tal-Istat Membru, biex b’hekk jiġu evitati kostijiet addizzjonali. Fuq il-livell tal-UE, il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta’ Rispons għall-Emerġenzi b’funzjonijiet imsaħħa ta’ ppjanar u koordinazzjoni se jkun ta’ benefiċċju għall-UE kollha billi jiġġenera ffrankar fuq il-livell tal-Istat Membru, li għandu jkun ogħla mill-kostijiet tal-baġit tal-UE, minkejja ovvjament il-benefiċċji ta’ rispons rapidu u effettiv għad-diżastru f’termini tal-ħajjiet salvati tal-bniedem li ma jistgħux jitkejjlu f’termini finanzjarji biss.

Il-miżuri ta’ politika ta’ Prevenzjoni u Preparazzjoni kif stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill[2] jinkludu appoġġ għat-taħriġ u l-eżerċizzji, l-iskambju tal-esperti u tal-proġetti ta’ kooperazzjoni li jittestjaw approċċi ġodda biex jitnaqqas ir-riskju ta’ diżastri. Studji indipendenti għall-organizzazzjonijiet, inkluż il-Bank Dinji indikaw li r-redditu fuq l-investimenti fil-prevenzjoni tad-diżastru huwa bejn 400% u 700%.

2. Strumenti

Il-Kummissjoni tipproponi li ġġedded l-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (CPI) biex tipprovdi sostenn finanzjarju għall-attivitajiet li jindirizzaw l-aspetti differenti taċ-ċiklu tal-amministrazzjoni tad-diżastru, b’mod speċjali rispons aktar koerenti u integrat aħjar fil-każ ta' emerġenzi, preparazzjoni mtejba biex taffaċċja diżastri u azzjonijiet innovattivi biex tnaqqas ir-riskju tad-diżastru. Is-CPI se jintuża wkoll għall-ħolqien tal-Kapaċità Ewropea ta' Rispons għall-Emerġenzi, li tibni fuq l-amalgamazzjoni volontarja tal-assi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri, biex tiġi ġġenerata kost-effettività permezz ta’ disponibbiltà koordinata tal-assi tal-protezzjoni ċivili.

Is-CPI rivedut se jsaħħaħ u jtejjeb ulterjorment il-kapaċità tal-UE għall-amministrazzjoni tad-diżastru permezz ta’ bidla għal sistemi prevedibbli u ppjanati minn qabel. Dan se jsir permezz ta’ ġabra aktar komprensiva ta’ informazzjoni f’ħin reali dwar id-diżasti, kartografija mtejba tal-assi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri u approċċ ikkoordinat fl-iffaċilitar tat-tqassim rapidu tal-persunal u tal-materjal fiż-żona tad-diżastru. Dan se jappoġġa wkoll l-attivitajiet ta’ preparazzjoni li jiffokaw fuq it-titjib tal-kwalità tat-taħriġ, it-twessigħ tal-ambitu tat-taħriġ biex tiġi inkluża l-prevenzjoni u l-integrazzjoni tat-taħriġ u tal-eżerċizzji. Dan se jappoġġa wkoll l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju u biex jiżviluppaw mekkaniżmi innovattivi ta’ żvilupp (bħall-amalgamazzjoni tal-assigurazzjoni reġjonali).

3. Implimentazzjoni

It-tiġdid tas-CPI se jqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-proposti tal-partijiet interessati tal-protezzjoni ċivili dwar kif jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-mekkaniżmi ta’ ffinanzjar, kif ukoll l-esperjenza miksuba permezz ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji dwar ir-rispons rapidu.

L-attivitajiet tal-protezzjoni ċivili li ġew implimentati mill-korpi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri se jiġu appoġġati u ssupplimentati mill-attivitajiet tal-UE, inkluż permezz tal-iffaċilitar ta’ azzjoni koordinata. Din se tieħu l-forma ta’ attivitajiet bħall-amalgamazzjoni volontarja tar-riżorsi, it-taħriġ u s-sostenn tal-kost tat-trasport biex jitwasslu l-assi fil-postijiet ta’ emerġenza.

Dan se jiffaċilità s-simplifikazzjoni tal-proċeduri użati skont l-istrument ta' bħalissa u se jissimplifika l-proċeduri amministrattivi, b’mod speċjali fl-oqsma tal-għotjiet, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ekwu. L-għażliet li qegħdin jiġu vvalutati jirrigwardaw it-tip ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati – taħriġ, eżerċizzju relatat mal-emerġenzi, trasport ta’ appoġġ għall-Istati Membri fil-ħin ta’ emerġenza, proġetti ta’ kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-preparazzjoni għad-diżastri.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost għall-2014-2020 għall-Istrument tal-Protezzjoni Ċivili li minnhom || EUR 455 miljun

Protezzjoni ċivili - interna || EUR 245 miljun

Protezzjoni ċivili – esterna u Kapaċità Ewropea ta' Rispons għall-Emerġenzi || EUR 210 miljun

Azzjoni Klimatika

1. Għanijiet tal-Politika

L-indirizzar tat-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-akbar sfidi li qegħdin jaffaċċjaw l-UE u s-sħab globali tagħha. Il-bżonn ta’ azzjoni urġenti huwa rifless b’mod ċar fl-Istrateġija Ewropa 2020 u fil-miri ambizzjużi tal-20/20/20 tal-UE, b’mod speċjali

– li l-gassijiet serra jitnaqqsu b’20% (30% jekk il-kondizzjonijiet ikunu adattati);

– li l-konsum tal-enerġija jitnaqqas b’20% permezz ta’ żieda tal-effiċjenza enerġetika; kif ukoll

– li 20% tal-bżonnijiet tal-enerġija jiġu minn riżorsi rinnovabbli.

Il-bini ta’ ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima se jsaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa, joħloq impjiegi ġodda u aktar ekoloġiċi, isaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija u joħloq benefiċċji għas-saħħa permezz ta’ arja aktar nadifa.

Biex jinkisbu l-miri dwar il-klima u l-enerġija għall-2020 u lil hinn, se jkun hemm il-bżonn ta’ sforzi kbar u ta’ investiment. L-UE kellha rwol ċentrali fil-monitoraġġ u fil-kisba ta’ dawn il-miri. Pereżempju, hemm bżonn li l-isforzi jissaħħu b’mod sinifikanti biex tintlaħaq il-mira ta’ 20 % tal-effiċjenza enerġetika, (bl-estimu ta’ bħalissa li qiegħed ibassar li se jinkiseb inqas minn 10 %), li jista’ jwassal għal tnaqqis ta’ 25 % fl-emissjonijiet tal-gass serra. Il-Kummissjoni fasslet l-azzjonijiet li jistgħu jippermettu lill-UE biex tilħaq il-mira tat-tnaqqis ta’ 80-95 % tal-gass serra sal-2050[3].

Il-baġit tal-UE għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-azzjoni klimatika fis-setturi kollha tal-ekonomija Ewropea u fl-ikkatalizzar tal-investimenti speċifiċi li se jkunu bżonnjużi biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tiġi ggarantita r-reżiljenza tal-klima. Dawn l-investimenti jirrigwardaw firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastrutturi relatati u kif ukoll investimenti għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

Il-kost tal-investimenti ta’ mitigazzjoni, b’estimu ta’ madwar EUR 125 biljun fis-sena[4], bejn il-perjodu 2014-2020 għandu jinħareġ primarjament minn investituri privati, iżda l-baġit tal-UE jista’ jaġixxi bħala stimulu għal infiq nazzjonali u joffri prevedibbiltà fit-tul għall-investituri privati. L-oqsma l-aktar promettenti jinkludu r-restwar tal-binjiet, innovazzjoni fit-trasport u d-diffużjoni ta’ teknoloġiji ġodda, bħal netwerks intelliġenti u kif ukoll enerġija rinnovabbli.

Tali investimenti għandhom potenzjal kbir biex jagħtu spinta lill-kompetittività u lit-tkabbir fl-UE kollha. Il-baġit tal-UE, b’mod partikolari, jista’ jġib valur miżjud tal-UE qawwi billi jiffaċilita l-investimenti fl-Istati Membri b’potenzjal għoli għal tnaqqis kost-effettiv tal-emissjonijiet, iżda li għandhom kapaċità relattivament baxxa biex jinvestu. L-investiment fl-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri kollha se jżid wkoll il-produttività totali u se jikkontribwixxi biex isolvi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-enerġija u tal-faqar enerġetiku. Il-baġit tal-UE, billi jsostni dawn l-investimenti, jista’ jgħin biex jitnaqqas b’mod sinifikanti il-kost totali biex jinkisbu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija.

2. Strumenti 2.1. Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika

Illum, l-azzjoni klimatika hija integrata f’ħafna oqsma ta’ politika u implimentata permezz ta’ firxa ta’ strumenti li jappoġġaw l-miri multipli tal-UE, pereżempju kemm il-bijodiversità u l-politiki dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Madankollu, diġà, proporzjon tal-baġit tal-UE huwa relatat mal-integrazzjoni tal-klima u għalhekk jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni tal-Ewropa għal soċjeta ta’ livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima Il-Kummissjoni għandha l-għan li żżid il-proporzjon b'minn tal-anqas 20%, b'kontribuzzjonijiet minn politiki differenti, suġġett għal evidenza minn valutazzjonijiet tal-impatt.

Sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020, u biex partijiet oħrajn tad-dinja tingħatalhom għajnuna biex itejbu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, is-sehem tal-baġit tal-UE relatat mal-klima jrid jiżdied b’mod sinifikanti, inkluż fl-investimenti fi proġetti li mhumiex relatati b’mod esklussiv mal-klima, iżda li għandhom element sinifikanti dwar il-klima.

Biex tinkiseb din il-mira, l-azzjonijiet dwar il-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima se jiġu integrati fil-programmi ewlenin kollha tal-UE.

· Il-politiki ta’ koeżjoni, enerġija u trasport huma rilevanti ħafna mal-klima. Fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni, iffukar qawwi fuq ir-riżultati u tisħiħ tal-kondizzjonalità se jiggarantixxu li l-proġetti sostnuti mill-baġit tal-UE jikkontribwixxu b’mod attiv għall-miri tal-UE dwar il-klima. Il-Kuntratti ta’ Sħubija mal-Istati Membri se jintużaw biex jistimulaw u jmmonitorjaw il-progress tal-investimenti li jikkontribwixxu lejn il-miri 20/20/20. L-integrazzjoni għandha timmira għall-“protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima" tal-investimenti. Il-politika ta' koeżjoni, permezz tal-programmi operazzjonali tagħha madwar l-UE, għandha rwol ċentrali fit-titjib tal-isforzi biex tinkiseb il-mira tal-effiċjenza enerġetika ta’ 20 %.

· Riċerka u innovazzjoni: l-azzjoni klimatika se tkun pilastru ewlieni fil-Qafas Strateġiku Komuni futur għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li se jappoġġa azzjonijiet b’impatt klimatiku pożittiv dirett jew indirett, f’oqsma bħat-transport, enerġija, riċerka fuq il-materjali u bijoekonomija sostenibbli. Il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika jistima li l-bżonnijiet għall-2010-2020 se jkunu ta’ EUR 50 biljun għall-iżvilupp tat-teknoloġija biex jindirizza t-tibdil fil-klima, jiżgura l-fornitura tal-enerġija tal-UE u jiggarantixxi l-kompetittività. Parti sostanzjali tal-baġit għandha tiġi investita permezz ta’ strumenti finanzjarji (dejn u ekwità) biex tindirizza nuqqasijiet fil-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi ta’ livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u kif ukoll teknoloġiji ta’ adattament[5].

· Il-pagamenti diretti aktar ekoloġiċi lill-bdiewa se jkunu wieħed mill-elementi ewlenin tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Lil hinn mill-bżonnijiet eżistenti ta' konformità reċiproka, 30 % tal-pagamenti lill-bdiewa se jingħataw b’kundizzjoni ta’ konformità ma’ għadd ta’ prattiki ambjentali tajbin li se jikkontribwixxu għal agrikoltura li hija aktar favur l-ambjent. B’dan il-mod, il-PAK riformata se tagħmel kontribuzzjoni importanti għall-kisba tal-miri tal-UE dwar il-klima, kemm dwar il-mitigazzjoni (pereżempju ż-żieda tal-materjal organiku fil-ħamrija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-użu tal-fertilizzant u d-demel) u dwar l-adattament (pereżempju ż-żieda fir-reżistenza kontra organiżmi ta' ħsara, u kif tlaħħaq mad-disponibbiltà aktar baxxa tal-ilma).

· Barra minn hekk, il-politika ta' żvilupp rurali tkun dejjem aktar marbuta mal-azzjoni klimatika. Permezz tal-integrazzjoni tal-klima u tal-ambjent, se jinħolqu inċentivi sodi għall-bdiewa biex jipprovdu l-beni pubbliċi tal-UE u jtejbu l-użu tat-teknoloġija effiċjenti għal settur agrikolu dejjem aktar reżiljenti u aktar favur l-ambjent u l-klima.

2.2. Programm LIFE +

Flimkien mal-integrazzjoni tal-miri dwar l-azzjoni klimatika u l-ambjent, il-Kummissjoni tipproponi li tissokta bil-programm LIFE+ u ġġibu dejjem aktar konformi mal-miri tal-Ewropa 2020, inkluż sehem akbar tal-azzjonijiet klimatiċi. Il-LIFE+ se jissokta jaġixxi bħala pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u bħala katalist għal investimenti aktar effettivi. Dan se jikkontribwixxi għal azzjoni klimatika ‘minn isfel għal fuq’, kemm għal proġetti għall-iżvilupp ta’ proġetti għall-bini ta’ kapaċità fuq livelli lokali/reġjonali u għall-appoġġ lil atturi privati fl-ittestjar ta’ tekonoloġiji fuq skala żgħira fir-rigward tal-livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u kif ukoll adattament, b’mod speċjali mill-SMEs.

Hemm bżonn ta’ kapital inizzjali għaż-żewġ proġetti pilota ta’ adattament u ta’ mitigazzjoni biex jiggarantixxu tagħlim ta’ politika u żvilupp ulterjuri ta’ politika għal dawn il-prijoritajiet il-ġodda tal-UE. Is-subprogramm tal-Azzjoni Klimatika se jiffoka fuq proġetti pilota u proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala żgħira. Il-proġetti integrati se jintużaw ukoll, pereżempju, biex jippromwovu strateġiji transkonfinali ta’ adattament f’żoni esposti għall-għargħar.

Is-subprogramm tal-Azzjoni Klimatika se jappoġġa, b’mod partikolari, l-isforzi li jikkontribwixxu għall-għanijiet li ġejjien:

(1) Mitigazzjoni: Appoġġ għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra. Azzjonijiet għall-istabbiliment ta’ proġetti pilota, li jistgħu jintużaw biex jittestjaw approċċi innovattivi inkluż permezz ta’ appoġġ lill-SMEs, biex itejbu l-bażi ta’ għarfien u biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-acquis dwar il-klima.

(2) Adattament: Appoġġ lill-isforzi li jwasslu għal aktar reżiljenza għat-tibdil fil-klima. Azzjonijiet għall-appoġġ tal-iżvilupp jew tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali/reġjonali/lokali ta’ adattament. Azzjonijiet li jippermettu lill-dawk li jieħdu deċiżjonijiet biex jużaw b’mod effettiv l-għarfien u d-dejta dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima u b’mod partikolari għall-adattament ta’ ppjanar relatat.

(3) Governanza u Sensibilizzazzjoni: appoġġ għall-isforzi li jwasslu għal żieda fis-sensibilizzazzjoni, fil-komunikazzjoni, fil-kooperazzjoni u fid-disseminazzjoni fuq l-azzjonijiet dwar il-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima. Azzjonijiet għas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini tal-UE u l-partijiet interessati inkluż dwar il-bidla fl-imġiba.

2.3. Id-dimensjoni globali

It-Trattat ta’ Lisbona għamel il-ġlieda kontra it-tibdil fil-klima fuq livell internazzjonali bħala mira speċifika tal-UE. L-UE, bħala l-akbar donatur ta’ għajnuna u prekursur fil-mekkaniżmi bbażati fuq is-suq, għandha għarfien espert uniku x’tikkontribwixxi. Kontribuzzjonijiet finanzjarji u parteċipazzjoni fil-korpi governattivi tal-istrumenti u tal-fondi internazzjonali se jiggarantixxu li l-UE tibqa’ attur ewlieni fit-tfassil tal-politika internazzjonali futura dwar it-tibdil fil-klima. L-UE hija determinata biex twettaq l-impenji internazzjonali tagħha dwar finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Il-politika dwar il-klima se tiġi integrata u tiżdied fl-istrumenti ġeografiċi ta’ azzjoni esterna bil-għan li jiżdied b’mod sinifikanti l-iffinanzjar relatat mal-klima skont id-direzzjoni tal-azzjoni esterna; rigward l-istrumenti tematiċi tad-DCI, l-UE għandha timmira sabiex tonfoq inqas minn 25 % tal-programm għall-"Beni Pubbliċi Globali" fuq l-objettivi tat-tibdil fil-klima u dawk ambjentali. Sal-2020 il-baġit tal-UE se jikkontribwixxi għall-iffinanzjar internazzjonali għall-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima prevedut għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (USD 100 biljun fis-sena) fin-negozjati tal-UNFCCC.

Flimkien mal-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-baġit tal-azzjoni esterna, il-Kummissjoni qiegħda tqis il-ħolqien ta’ mekkaniżmu/fond, barra mill-baġit, biex tamalgama l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u l-baġit tal-UE.

3. Implimentazzjoni 3.1. Integrazzjoni

L-integrazzjoni timmassimizza s-sinerġiji bejn il-politiki dwar it-tibdil fil-klima u oqsma oħrajn iżda trid tkun viżibbli u soda. Se tiġi akkumpanjata minn obbligu li japplika f’diversi oqsma li jiġi identifikat fejn il-programmi jippromwovu azzjoni klimatika jew effiċjenza enerġetika ħalli l-UE tkun kapaċi tistabbilixxi b’mod ċar kemm mill-ammont eżatt tal-infiq tagħha huwa relatat mal-azzjoni klimatika.

Qiegħed jiġi propost li jiġu stabbiliti valuri referenzjarji u regoli ċari ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għall-istrumenti rilevanti kollha ta’ politika tal-UE. Il-qafas għandu jkun sempliċi u pragmatiku u għandu jinbena fuq żewġ elementi: 1) proċeduri komuni ta’ intraċċar għan-nefqa relatata mal-klima u 2) l-istabbiliment tal-mira fil-politiki kollha rilevanti u fil-monitoraġġ tar-riżultati.

L-intraċċar tan-nefqa relatata mal-klima se tiġi integrata fil-metodoloġija eżistenti għall-kejl tal-prestazzjoni użata fil-programmi tal-UE. L-istrumenti rilevanti kollha se jinkludu mira speċifika relatata mal-klima, akkumpanjata minn indikatur tar-riżultat.

In-nefqa kollha se tiġi mmarkata fi tliet kategoriji: nefqa relatata biss mal-klima (100%); nefqa relatata b’mod sinifikanti mal-klima (40%); u nefqa mhux relatata mal-klima (0%). Dan huwa bbażat fuq metodoloġija stabbilita tal-OECD ("indikaturi ta’ Rio"), iżda ma jeskludix l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi f’oqsma ta’ politika fejn dawn ikunu disponibbli.

Il-monitoraġġ tal-kisba tar-riżultati se jiggarantixxi l-effikaċja tal-isforz ta’ integrazzjoni matul iċ-ċiklu baġitarju li jmiss. Dan se jgħin ukoll biex tiġi identifikata l-effikaċja ta’ programmi differenti ta’ infiq u l-kundizzjonalitajiet mehmuża magħhom.

3.2. LIFE+

Il-programm attwali tal-LIFE+ jitmexxa mill-Kummissjoni b'mod dirett u ċentralizzat. Il-Kummissjoni tqis li l-programm li jmiss għandu jibqa' ġestit b'mod ċentralizzat, iżda li l-kompiti ta’ ġestjoni jistgħu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jiġu ddelegati lil aġenzija eżekuttiva diġà eżistenti. Il-kundizzjonijiet u t-termini tad-delegazzjoni għandhom iqisu l-bżonn għall-Kummissjoni li żżomm rabtiet ta’ politika b’saħħithom fir-rigward tal-Proġetti Integrati.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri fi prezzijiet kostanti tal-2011. Huma esklużi l-fondi għall-integrazzjoni, li jinsabu inklużi fl-allokazzjonijiet baġitarji għall-istrumenti ta’ finanzjament settorjali.

Programm LIFE + (subprogramm tal-klima) || EUR 800 miljun

Kompetittività u SMEs

1. Għanijiet tal-Politika

Il-promozzjoni tal-kompetittività tal-industrija tal-UE - b’mod partikolari l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) – u l-għajnuna għall-aġġustament tal-proċessi ta’ produzzjoni u servizzi lil ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, reżiljenti għall-klima, b'użu effiċjenti ta’ riżorsi huma l-miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-UE qiegħda taħdem biex ittejjeb l-ambjent tan-negozju u biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ bażi industrijali soda u diversifikata kapaċi li tikkompeti fuq skala globali.

Hemm bżonn ta’ sforz partikolati biex issir il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-SME. L-SMEs huma sors kbir ta’ tkabbir ekonomiku u ta’ ħolqien tax-xogħol fl-UE, u jirrappreżentaw aktar minn 67 % tal-impjiegi fis-settur privat u jipprovdu aktar minn 58 % tat-total tal-fatturat tal-UE. Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-SMEs biex jiffjorixxu huwa parti mill-istrateġija tal-UE dwar it-tkabbir u l-impjiegi, kif deskritt fil-komunikazzjoni prinċipali tal-Kummissjoni dwar il-Politika Industrijali tal-Ewropa 2020[6].

L-UE għandha rwol importanti fil-ftuħ tal-potenzjal tat-tkabbir tas-settur tal-SMEs, inkluż permezz ta’ użu mmirat tal-baġit tal-UE. L-attivitajiet f’dan il-qasam jiffokaw fuq l-indirizzar tan-nuqqasijiet ewlenin tas-suq li jillimitaw it-tkabbir tal-SMEs - pereżempju fir-rigward tal-aċċess għal finanzi – u jiggarantixxu li l-SMEs huma kapaċi li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-potenzjal enormi tas-suq uniku Ewropew.

L-użu strateġiku u innovattiv tal-baġit tal-UE se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal dawn l-isforzi. Il-baġit tal-UE se jintuża biex jgħin jagħti l-iffinanzjar, li huwa tant bżonnjuż, ta’ dejn u ekwità permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u biex issostni firxa sħiħa ta’ attivitajiet biex jippromwovi l-iżvilupp tal-SMEs fuq il-livell Ewropew. Flimkien, dawn l-attivitajiet se jagħtu spinta sinifikanti lis-settur tal-SMEs.

2. Strumenti

L-istrateġija Ewropea għall-kompetittività industrijali u l-SMEs se tiffoka fuq il-promozzjoni ta’ attivitajiet favur l-SMEs fil-firxa sħiħa tal-politiki u l-porgrammi ta’ infiq tal-UE u kif jiġi pprovdut appoġġ u servizzi dedikati li jirriflettu l-bżonnijiet partikolari tal-komunità tal-SMEs fuq livell Ewropew.

2.1. Promozzjoni tal-kompetittività Industrijali u l-SMEs

Huwa essenzjali li jitqiesu l-interessi u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-SMEs fit-tfassil tal-politiki tal-UE u tal-programmi ta’ ffinanzjar.

B’mod partikolari, il-qafas finanzjarju futur se jitfassal biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-negozji żgħar fil-programmi ta’ ffinanzjar, pereżempju billi jissemplifika r-regoli, inaqqas il-kostijiet ta’ parteċipazzjoni, jaċċelera l-proċeduri tal-għoti u jipprovdi "one-stop shop" biex ikun eħfef għall-benefiċjarji tal-iffinanzjar tal-UE.

2.2. Programm ddedikat għall-kompetittività industrijali u għall-SMEs

Flimkien mal-promozzjoni tal-interessi tal-SMEs u tal-passi li ttieħdu biex jissaħħu l-koordinazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ ffinanzjar, il-baġit tal-UE se jipprovdi wkoll sostenn finanzjarju mmirat lill-SMEs. Il-Kummissjoni tipproponi li tistabbilixxi "Programm iddedikat għall-Kompetittività u għall-SMEs" bħala suċċessur għall-parti li ma tinkludiex l-innovazzjoni tal-“Programm Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni" (CIP). L-appoġġ kollu tar-riċerka u tal-innovazzjoni lill-SMEs (inkluża l-parti tal-innovazzjoni tas-CIP) se tiġi inkluża fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Il-"Programm dwar il-Kompetittività u l-SMEs" se jiffoka primarjament fuq il-miżuri biex jipprowmovi SMEs aktar dinamiċi u kompetittivi internazzjonalment. Dawn il-miżuri se jinkludu:

2.2.1. Aċċess għall-iffinanzjar: l-istrumenti finanzjarji għat-tkabbir

L-istrumenti finanzjarji għat-tkabbir se jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-iffinanzjar permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Dawn l-istrumenti se jisfruttaw bi sħiħ il-pjattaformi l-ġodda ta’ dejn u ekwità biex jipprovdu kemm faċilitajiet ta’ekwità kif ukoll garanziji tas-self. Strumenti finanzjarji, għall-investimenti għall-fażi ta’ bidu u għat-tkabbir, b’mod partikolari kapital tar-riskju, se jiġu pprovduti wkoll fil-Qafas Strateġiku Komuni futur għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-kumpaniji innovattivi u l-SMEs L-istrumenti fil-programm ta' Kompetittività u tal-SMEs se jinkludu:

(1) Faċilità ta’ ekwità għall-fażi ta’ tkabbir tal-investiment, li se tipprovdi finanzjar ta’ ekwità rimborsabbli b’orjentament kummerċjali primarjament fil-forma ta’ kapital tar-riskju (KR) permezz intermedjarji finanzjarji lill-SMEs. Huma mbassra żewġ miżuri:

– L-investimenti fil-fondi tal-KR li joperaw b’mod transkonfinali fl-UE u li huma ffukati li jinvestu f’impriżi orjentati lejn it-tkabbir, b’hekk isostnu l-iżvilupp għal suq tal-KR madwar l-UE.

– “Fond ta’ fondi” (jew “il-fond Ewropew”) li jinvesti b’mod transkonfinali fil-fondi tal-KR li sussegwentament jinvestu f’intrapriżi, b’mod partikolari fil-fażi tagħhom ta’ espansjoni internazzjonali.

(2) Faċilità ta’ self, li tipprovdi arranġamenti diretti jew oħrajn li jikkondividu r-riskju ma’ intermedjarji finanzjarji sabiex ikopru s-self għall-SMEs. Il-faċilità tista’ tiġġenera effet għoli ta' ingranaġġ u tista' tipprovdi self transkonfinali jew self minn bosta pajjiżi li ma jistgħux jinkisbu faċilment permezz ta’ faċilitajiet fil-livell nazzjonali.

Sabiex tiġi ggarantita l-kumplimentarjetà, dawn l-attivitajiet se jiġu kkoordinati mill-qrib mat-tipi ta’ azzjoni li ttieħdu fil-politika ta’ koeżjoni taħt ġestjjoni kondiviża.

2.2.2. Titjib tal-kompetittività u tas-sostenibbiltà tal-industrija tal-UE

Din il-linja tal-programm tal-Kompetittività u tal-SMEs se tappoġġa azzjonijiet, inklużi:

· Attivitajiet għat-titjib tal-kompetittività Ewropea: Azzjoni tal-UE f’dan il-qasam se tiffoka fuq l-appoġġar tal-koerenza u tal-konsistenza fl-implimentazzjoni kif ukoll tfassil informat ta’ politika fuq il-livell Ewropew. B’mod partikolari, se ttejjeb l-ambjent ekonomiku u regolatorju permezz ta’ valutazzjoni komparattiva, l-iskambju tal-aħjar prattiki u attivitajiet settorjali.

· Żvilupp tal-politika dwar l-SMEs u l-promozzjoni tal-kompetittività tal-SMEs skont il-miri tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” (Small Business Act - SBA). L-azzjonijiet tal-UE se jinkludu tisħiħ tal-użu tal-prinċipju "L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir” fit-tfassil tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri, li jidentifikaw u jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-SBA, iżommu punt wieħed ta’ dħul għall-politiki tal-UE – il-Portal tan-Negozji ż-Żgħar u l-appoġġ lill-SMEs biex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq uniku.

· Turiżmu: Il-miżuri tal-UE dwar it-turiżmu se jiffukaw, inter alia, biex tiġi pprovduta informazzjoni affidabbli fuq it-tendenzi fid-domanda tat-turiżmu fuq il-livell Ewropew; l-iżvilupp tal-kompetittività fl-industrija tat-turiżmu u l-promozzjoni tal-użu tal-ICT mill-impriżi tat-turiżmu; il-ġlieda kontra t-turiżmu li jiddependi fuq l-istaġuni; il-promozzjoni ta’ prodotti u destinazzjonijiet ta' turiżmu sostenibbli; l-immobilizzar ta’ qafas dwar il-ħiliet u l-kompetenzi għall-impjegati u minn iħaddem fis-settur; l-iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-ħolqien ta’ sħubija. Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona, il-miżuri tal-UE dwar it-turiżmu se jinkoraġixxu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri billi jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-offerta tat-turiżmu transnazzjonali, jikkoordinaw l-isforzi nazzjonali għat-tisħiħ tal-viżibbiltà tal-Ewropa fis-swieq terzi u jippromwovu b’mod konġunt destinazzjonijiet Ewropej emerġenti u mhux tradizzjonali.

· Kunċetti ġodda ta’ kummerċ, prodotti sostenibbli, ibbażati fuq id-disinn u skont ix-xewqa tal-utent: Din l-inizzjattiva se tiffoka fuq l-użu kummerċjali tal-kunċetti u l-ideat rilevanti fis-setturi tat-tessuti, taż-żraben u tal-isport u ta’ kwalunkwe prodott ieħor għall-konsumatur.

2.2.3. Aċċess għas-swieq

Dawn l-attivitajiet se jinkludu:

· Dispożizzjoni ta’ servizzi ta' appoġġ għan-negozju orjentati lejn it-tkabbir permezz tan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi: Bħala one-stop-shop għall-SMEs, in-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża, b’600 organizzazzjoni sħab f’49 pajjiż, se jkompli jagħti servizzi komprensivi u integrati lill-SMEs li jinkludu:

– servizzi ta’ informazzjoni u ta’ konsulenza dwar kwistjonijiet tal-UE,

– l-iffaċilitar ta’ sħubiji transkonfinali billi tiġi amministrata bażi tad-dejta ta’ kooperazzjoni b’13 000 talba u offerta attivi għall-kooperazzjoni,

– servizzi ta’ internazzjonalizzazzjoni fl-UE li jwasslu għal 2 500 kooperazzjoni ta’ negozju, ftehimiet ta’ sħubija teknoloġika u tal-R&D kull sena,

– l-infurmar lill-SMEs dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-promozzjoni tal-programmi ta’ ffinanzjar tal-UE, inkluż il-Qafas Strateġiku Komuni futur għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;

– il-fornitura ta’ mezz ta’ komunikazzjoni bejn miż-żewġ naħat bejn l-SMEs u l-Kummissjoni fejn ġew involuti 10 000 SME;

– appoġġ għat-titjib tal-għarfien finanzjarju tal-SMEs; kif ukoll

– aċċess għall-effiċjenza enerġetika u għall-għarfien espert ambjentali u klimatiku mill-SMEs.

· Appoġġ tan-negozju tal-SME fis-swieq il-barra mill-UE: Biex ikun hemm aċċess b’suċċess fis-swieq tal-pajjiżi terzi, l-SMEs iridu jkunu mgħamra bil-ħiliet u l-għarfien xieraq tal-qafas regolatorju tal-pajjiż terz. L-attivitajiet proposti f’dan il-qasam jinkludu t-tqabbil tad-domanda għas-servizzi mal-provvediment tas-servizz atwalment, il-ħolqien ta’ portal fuq l-internet, fejn ikun xieraq, f’każi magħżula, l-istabbiliment ta’ u/jew il-kontinwazzjoni tal-appoġġ taċ- Ċentri tal-UE għall-SMEs, f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta' negozji lokali Ewropej u tal-Istati Membri. Iċ-Ċentri tal-UE għall-SME se jipprovdu servizzi ta’ appoġġ komprensivi għall-SMEs li joperaw fis-swieq barra mill-UE.

· Kooperazzjoni industrijali internazzjonali: L-attivitajiet se jiffokaw fuq it-tnaqqis tad-differenzi fl-ambjenti regolatorji u tan-negozju bejn l-UE u l-isħab kummerċjali ewlenin tagħha u l-pajjiżi fil-“Viċinat Ewropew” bi djalogu regolatorju minn gvern għall-ieħor, djalogi minn negozju għall-ieħor u “azzjonijiet diretti” ma’ pajjiżi terzi bħal laqgħat tematiċi u konferenzi.

2.2.4. Promozzjoni ta’ Intraprenditorija

L-attivitajiet f’dan il-qasam se jinkludu s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-atitudnijiet imprenditorjali, b’mod speċjali fost l-intraprendituri l-ġodda, iż-żgħażagħ u n-nisa. L-attivitajiet kollha se jkollhom dimensjoni Ewropea qawwija.

Il-programm ta’skambju Erasmus għall-Intraprendituri joffri lill-intraprendituri l-ġodda jew prospettivi l-possibbiltà li jaħdmu sa sitt xhur ma ;intraprenditur esperjenzjat f’pajjiż ieħor tal-UE. L-iskema Ewropea tal-mobbiltà tiffoka biex tippromwovi l-intraprenditorija u biex tappoġġa l-internazzjonalizzazzjoni u l-kompetittività tal-impriżi mikro u żgħar fl-UE.

3. Implimentazzjoni

Il-biċċa l-kbira tal-amministrazzjoni tal-Programm il-ġdid dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni se tingħata f’idejn korpi esterni, b’mod partikolari lill-Grupp tal-BEI għall-"Istrumenti Finanzjarji għat-Tkabbir" u (is-suċċessur tal-) l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) għal attivitajiet oħrajn relatati mal-SMEs

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Programm dwar il-Kompetittività u l-SMEs || EUR 2,4 biljun

Unjoni Doganali u Tassazzjoni

1. Għanijiet tal-Politika

Waħda mill-punti fundamentali tas-suq intern hija l-unjoni doganali. Din tippermetti li suq intern mingħajr fruntieri jkun jista’ jopera billi jiżgura li prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi jkunu konformi ma' regoli mifthema mal-mument li jidħlu jew ikunu rilaxxati biex jiċċirkolaw, u għaldaqstant jistgħu jiċċaqalqu b’mod ħieles fis-suq intern. L-unjoni doganali hija wkoll l-fergħa operazzjonali tal-politika kummerċjali komuni, li timplimenta ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali, tiġbor id-dazji, tapplika l-miżuri tal-kummerċ (bħar-regoli ta’ oriġini), embargos u restrizzjonijiet oħrajn.

Addizjonalment, id-dwana għandha funzjoni dejjem aktar protettiva, bħall-kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-katina tal-fornitura, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (pereżempju, ħasil tal-flus, prekursuri tad-droga u kummerċ illegali fl-armi) u l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali mal-fruntiera. Hija tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwi billi tiggarantixxi li prodotti importati jkunu konformi mal-istess standards tekniċi, tas-saħħa u tas-sikurezza bħall-prodotti tal-UE.

Il-kummerċ internazzjonali qiegħed jespandi b’mod kostanti u l-proċessi effiċjenti ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni huma kruċjali għall-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. Fl-istess ħin qegħdin jikbru r-riskji ta’ sigurtà u sikurezza. Għaldqastant, l-UE qiegħda taffaċċja sfida doppja li se tifforma l-prijoritajiet tagħha għall-ġejjieni: biex tiffaċilità l-fluss tal-prodotti għal kummerċjanti legali filwaqt li fl-istess ħin tipproteġi ċ-ċittadini kontra r-riskji għas-sikurezza u sigurtà tagħhom.

L-uffiċjali doganali nazzjonali ta’ kuljum huma responsabbli għat-tħaddim bla xkiel tal-unjoni doganali. Dan jirrikjedi netwerking operazzjonali intens bejn l-amministrazzjonijiet doganali, inkluż permezz ta’ infrastruttura tal-IT mill-aktar avvanzata u sistemi li jippermettulhom jaġġixxu bħala amministrazzjoni doganali globali . L-iffinanzjar ta’ ċerti azzjonijiet permezz tal-baġit tal-UE minflok programmi nazzjonali separati jagħmel sens ekonomiku. Din hija r-raġuni għaliex programm ffinanzjat mill-UE – il-programm ta’ kooperazzjoni Customs – isostni dan in-netwerking u din il-kooperazzjoni b’bosta metodi prattiki.

In-negozji u ċ-ċittadini tal-UE qegħdin jaffaċċjaw varjetà ta’ ostakoli relatati mat-taxxa meta jieħdu sehem f’attivitajiet transkonfinali. Tali ostakoli jirriżultaw minn frammentazzjoni u diverġenza fil-metodu kif jiġu trattati l-istess tranżazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Din hija r-raġuni għaliex it-tneħħija ta’ dawn l-ostakoli u l-kisba ta’ koordinazzjoni ulterjuri tat-taxxa bejn l-Istati Membri – b’rispett sħiħ tal-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam – hija waħda mill-prijoritajiet għat-tisħiħ u għall-approfondiment tas-suq uniku.

Il-frodi tat-taxxa kienet u tibqa’ sfida serja għall-UE u għall-Istati Membri, l-aktar meta d-dixxiplina fiskali hija tal-akbar importanza. Il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fis-suq uniku hija għaldaqstant fuq quddiem fl-aġenda tal-politika tal-UE dwar it-tassazzjoni. Biex tiġi miġġielda l-frodi fis-suq uniku, huwa neċessarju li jkun hemm arranġamenti tajba ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxa u l-kondiviżjoni effiċjenti ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet, in-negozji jew l-iskemi ta’ frodi. Pereżempju, il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u tas-sisa hija ffaċilitata ħafna bis-sistemi li jippermettu l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet.

L-UE għandha rwol indispensabbli fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu s-sistemi u l-proċessi neċessarji għal kooperazzjoni transkonfinali effettiva. B’mod partikolari, il-programm ta’ kooperazzjoni Fiscalis għandu rwol ewlieni fl-iffaċilitar ta’ din il-kooperazzjoni, biex b’hekk iżid valur lill-isforzi proprji tal-Istati Membri f’dan il-qasam.

2. Strumenti

Il-Kummissjoni tipproponi ġenerazzjoni ġdida tal-programmi Customs ("Customs 2020") u tat-Tassazzjoni ("Fiscalis 2020").

Iż-żewġ programmi se jkunu strumentali għas-sostenn u għat-tisħiħ tas-suq intern fid-deċenju li jmiss. Il-benefiċċji se jitgawdew mill-partijiet interessati kollha permezz ta’ ambjent tan-negozju aktar effiċjenti u sigur, sikurezza u sigurtà akbar għaċ-ċittadini, u implimentazzjoni aktar effiċjetni u effettiva tal-ordni pubbliku għall-gvernijiet.

Dawn il-programmi se jgħinu lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u dawk doganali tal-Istati Membri biex jinteraġixxu b’mod aktar effiċjenti, appoġġati minn sistemi moderni u effiċjenti tal-iskambju ta’ informazzjoni biex jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu filwaqt li jiġġieldu attivitajiet frodulenti. Tali faċilitajiet pan-Ewropej jistgħu jiġu pprovduti bl-aktar mod effiċjenti u ekonomiku fuq il-livell tal-UE: Pereżempju, id-disponibbiltà ta’ netwerk ta’ kompjuter trans-Ewropew sigur madwar l-Ewropa kollha li jgħaqqad l-amministrazzjonijiet doganali u tat-taxxa jiġġenera ffrankar annwali ta’ EUR 35 miljun għall-Istati Membri, filwaqt li jiswa’ biss EUR 11 miljun fuq il-livell ċentrali tal-UE.

Il-programmi se jsostnu dawn l-attivitajiet li ġejjin:

· Sistemi trans-Ewropej tal-IT biex issir kondiviżjoni tad-dejta u tal-proċessi bejn l-awtoritajiet nazzjonali doganali u tat-taxxa permezz ta’ applikazzjonijiet interoperabbli tal-IT li jippermettu lill-amministrazzjonijiet biex jikkooperaw u ‘jaġixxu bħal entità waħda’ u jsaħħu ulterjorment l-e-amministrazzjoni għan-negozji u għaċ-ċittadini;

· Netwerks umani u bini ta’ kompetenza msaħħa li jistimulaw kooperazzjoni prattika, kondiviżjoni tal-għarfien, u l-identifikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki u taħriġ bejn l-uffiċjali doganali nazzjonali, uffiċjali nazzjonali tat-taxxa, u r-rappreżentanti tal-kummerċ;

· Bini ta' kapaċità tal-infrastruttura għall-kofinanzjament tal-akkwist ta’ tagħmir operazzjonali speċifiku meħtieġ biex jitwettqu kompiti ta’ kontroll u ta’ sorveljanza doganali fil-fruntieri esterni tal-UE, li huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha.

3. Implimentazzjoni

Il-programmi Customs u Fiscalis huma implimentati skont il-prijorità. Il-programmi ta’ ħidma huma stabbiliti – flimkien mal-partijiet interessati – skont il-prijoritajiet għal perjodu speċifiku. Il-bażijiet legali ta’ dawn il-programmi se jitfasslu mill-ġdid sabiex jinbidlu minn programmi ta’ ħidma multiannwali għal dawk annwali u sabiex jissimplifikaw l-arranġamenti ta’ bħalissa.

L-amministrazzjoni ċentrali diretta li hemm fis-seħħ bħalissa se tinżamm u se tiġi issimplifikata b’mod sħiħ għaż-żewġ programmi sabiex tkun żgurata l-effikaċja massimia f’termini tal-appoġġ ta’ kuljum tal-ġestjoni fuq il-livell tal-Kummissjoni u dak nazzjonali u sabiex tippermetti fehim aħjar tar-regoli ta’ implimentazzjoni mill-partijiet interessati kollha.

Kuntratti ta’ akkwist, li jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-baġit tal-programmi, se jiġu eżegwiti primarjament mill-Kummissjoni skont ir-regoli tal-UE u billi jintużaw regoli komuni għall-assigurazzjoni ta’ kwalità u aċċettazzjoni.

Iż-żewġ programmi huma mfassla biex l-UE tkun tista’ tirreaġixxi b’mod xieraq u rapidu f'sitwazzjonijiet li jevolvu malajr. Li l-programmi jkollhom strument imfassal apposta u kif ukoll mekkaniżmu flessibbli għas-sottomissjoni ta’ proposti se jippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet tal-programm.

Hemm każ ċar għall-applikazzjoni ta’ aktar metodi alternattivi ta’ finanzjament biex jiġu koperti l-kostijiet tal-parteċipazzjoni u tal-organizzazzjoni. Il-Kummissjoni se tissostitwixxi (għall-inqas b’mod parzjali) l-applikazzjoni ta’ bħalissa tal-kostijiet reali bil-pagament ta’ somom ta' flus f’daqqa.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 Għal Customs 2020 u għal Fiscalis 2020 || EUR 690 miljun

Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

1. Għanijiet tal-Politika

L-għan ewlieni tal-politika ta' koeżjoni tal-UE huwa li jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali sinifikanti li għadhom jeżistu bejn ir-reġjuni tal-Ewropa. Jekk ma titteħidx azzjoni sabiex jitnaqqsu dawn id-diskrepanzi, uħud mis-sisien tal-UE, inkluż is-suq uniku u l-munita,tal-euro jiddgħajfu.

Il-politika ta' koeżjoni għandha wkoll rwol ewlieni biex l-għanijiet ta' Ewropa 2020 jintlaħqu madwar l-UE kollha. Infiq fil-koeżjoni mmirat tajjeb jista' jagħti valur miżjud reali, iħeġġeġ it-tkabbir u joħloq l-impjiegi fir-reġjuni tal-Ewropa. F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Ħames Rapport ta' Koeżjoni[7], il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ il-fokus fuq ir-riżultati u l-valur miżjud tal-UE billi torbot il-politika ta' Koeżjoni mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 b'mod aktar sistematiku.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni qed tipproponi bidliet importanti dwar kif hija mfassla u implimentata il-politika ta' koeżjoni. Il-finanzjament se jkun ikkonċentrat fuq numru iżgħar ta' prijoritajiet, se jiġi monitorjat aktar mill-qrib il-progress lejn l-għanijiet maqbula u se jiġu stabbiliti kundizzjonalitajiet stretti f'kuntratti ta' sħubija mal-Istati Membri. Dan se jippermetti lill-politika ta' koeżjoni tal-UE li tagħti l-ikbar kontribuzzjoni possibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi.

2. Strumenti 2.1. Qafas ta' strateġija komuni

Il-Kummissjoni qed tipproponi li tiġbor flimkien il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni taħt Qafas ta' Strateġija Komuni, li se jkopri wkoll il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija għall-Iżvulupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Dan se jiżgura koerenza akbar bejn is-sorsi ta' finanzjament u attenzjoni akbar fuq Ewropa 2020.

2.2. Konċentrazzjoni mtejba fuq Ewropa 2020

Sabiex tiżdied l-effettività fuq l-infiq ta' koeżjoni, il-finanzjament fil-ġejjieni se jkun immirat fuq numru limitat ta' għanijiet marbutin mal-prijoritajiet ta' Ewropa 2020.

Il-finanzjament tal-Koeżjoni se jkompli jikkonċentra fuq ir-reġjuni u l-Istati Membri l-inqas żviluppati. Madankollu, fid-dawl tad-diffikultajiet li kellhom l-Istati Membri biex jassorbu l-fondi strutturali u biex jiġbru l-kofinanzjament meħtieġ, l-allokazzjoni tal-koeżjoni se tkun limitata għal 2,5 % tal-ING.

Se tiġi introdotta kategorija ta' reġjun ġdida -"reġjuni ta' tranżizzjoni"- sabiex tieħu post is-sistema ta' tneħħiha u introduzzjoni gradwali (phasing-out and phasing-in) ta' bħalissa. Din il-kategorija se tinkludi r-reġjuni kollha bi PDG ta' bejn 75 % u 90% tal-medja tal-UE-27 għall kull ras, u b'mod aktar partikolari:

· Reġjuni li bħalissa huma eliġibbli għall-għan ta' konverġenza iżda li l-PDG għal kull ras tagħhom kiber aktar minn 75 % tal-medja tal-UE-27. Bħala mezz ta' sikurezza, dawn ir-reġjuni se jżommu żewġ terzi tal-allokazzjoni attwali; kif ukoll

· Reġjuni li – għalkemm bħalissa mhumiex eliġibbli għall-għan ta' konverġenza – għandhom PDG ta' bejn 75 % u 90 % tal-medja tal-UE-27għal kull ras. Il-livell ta' appoġġ se jvarja skont il-livell tal-PDG, sabiex reġjuni bi PDG li huwa qrib tad-90 % tal-medja tal-UE jirċievu intensità tal-għajnuna simili għal dik ta' reġjuni aktar żviluppati.

Reġjuni ta' kompetittività bi PDG ogħla minn 90 % tal-medja tal-UE se jkomplu jirċievu appoġġ mill-fond ta' koeżjoni għal numru limitat ta' prijoritajiet.

Reġjuni ta' trażizzjoni u dawk ta' kompetittività se jkunu mitluba li jiffokaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom fuq il-finanzjament ta' koeżjoni (ħlief għall–FSE) primarjament dwar l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinovabbli; innovazzjoni u kompetittività tal-SME (intrapriżi żgħar u ta' daqs medju). F'dawn ir-reġjuni l-investimenti fl-enerġija enerġetika u fl-enerġija rinovabbli se jkun ta' mill-inqas 20 %. Ir-reġjuni ta' konverġenza se jkunu jistgħu jiddedikaw l-allokazzjoni tagħhom għal firxa usa' ta' għanijiet li jirriflettu firxa usa' ta' ħtiġijiet ta' żvilupp.

Fl-aħħar nett, il-kooperazzjoni territorjali se tibqa' jkollha rwol fl-għajnuna lir-reġjuni sabiex jegħlbu l-iżvantaġġi tal-ppożizzjoni tagħhom fuq fruntieri interni jew esterni, fil-kontribuzzjoni għal politika tal-viċinat ambizzjuża u fl-indirizzar ta' sfidi transkonfinali u transnazzjonali.

L-istrumenti ta' koeżjoni se jintużaw sabiex jintlaħqu għanijiet differenti imma li jikkumplimentaw lil xulxin:

· Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

Il-FEŻR jimmira sabiex issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika tal-Unjoni Ewropea billi jikkorreġi l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni tagħha. Il-FEŻR jappoġġa l-iżvilupp reġjonali u lokali billi jikkofinanzja investimenti fir-riċerka u l-iżvuilupp u fl-innovazzjoni; tibdil fil-klima u ambjent; appoġġ fin-negozju tal-SMEs; Servizzi ta' interessi ġenerali ekonomiċi; telekomunikazzjoni, enerġija u infrastruttura tat-trasport; saħħa, edukazzjoni u infrastrutturi soċjali; u żvilupp urban sostenibbli.

Kuntrarju għall-perjodu attwali, dawn it-tipi kollha ta' investiment se jkunu kapaċi jiġu iffinanzjati fil-futur mhux biss permezz ta' għotjiet imma wkoll bi strumenti finanzjarji (fondi ta' riskju ta' kapital ta' riskju, fondi ta' żvilupp lokali eċċ).

· Fond Soċjali Ewropew

Il-Fond Soċjali Ewropew jimmira li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali bl-appoġġ għall-promozzjoni tal-impjiegi; l-investiment fil-ħiliet, fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja; l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar; u t-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.

Se jiġu stabbiliti partijiet minimi għall-Fond Soċjali Ewropew għal kull kategorija ta' reġjuni (25 % tar-reġjuni ta' konverġenza; 40 % għal tranżizzjoni; u 52 % għall-kompetittività tar-reġjuni) u l-ambitu tal-Fond Soċjali Ewropew se jiġi estiż sabiex ikopri l-kost ta' tagħmir marbut mal-investiment fil-kapital soċjali u uman.

· Fond ta' Koeżjoni

Il-Fond ta' Koeżjoni jgħin lill-Istati Membri li l-ING għal kull abitant tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-UE-27 fl-investiment fin-netwerks tat-trasport TEN-T u fl-ambjent. Parti mill-allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni (EUR 10 bijuni) se titwarrab għall-finanzjament ta’ netwerks ewlenin tat-trasport taħt il-faċiltità "Connecting Europe" (ara wkoll l-iskeda separata) IL-Fond ta' Koeżjoni jista' jappoġġa wkoll proġetti marbutin mal-enerġija, sakemm dawn jippreżentaw b'mod ċar benefiċċju għall-ambjent, pereżempju bil-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinovabbli.

3. Implimentazzjoni 3.1. Ġestjoni mqassma

L-appoġġ provdut permezz tal-politika ta' koeżjoni se jkompli jkun suġġett għal ġestjoni mqassma mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri (ħlief għal Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li se tkun ġestita b'mod ċentrali), li se tintalab tipprovdi kofinanzjament. Pajjiżi li qed jirċievu għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 tat-TFUE se jkollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw minn rata aħjar ta' kofinanzjament.

3.2. Kuntratti ta' Sħubija

Il-Kuntratti ta' Sħubija bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru se jistabbilixxu l-impenji tal-imsieħba f'livell nazzjonali u reġjonali u l-Kummissjoni. Huma se jintrabtu mal-għanijiet tal-istrateġija ta' Ewropa 2020 u tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma. Se jistabbilixxu strateġija integrata għall-iżvilupp territorjali sostnuta mill-fondi strutturali kollha rilevanti tal-UE u jinkludu l-għanijiet ibbażati fuq indikaturi maqbula, investimenti strateġiċi u għadd ta' kundizzjonalitajiet. Se jkunu jinkludu impenji li jagħtu rendikont annwali tal-progress fir-rapporti annwali fuq il-politika ta' koeżjoni u f'rappurtar pubbliku ieħor.

3.3. Programmazzjoni integrata

L-Istati Membri fil-futur se jiġu mħeġġa biex jużaw il-programmi ffinanzjati minn fondi differenti għat-tħejjija, n-negozjar, l-ġestjoni u l-implimentazzjoni, partikolarment fejn hemm l-ikbar ħtieġa ta' koordinazzjoni mtejba ta' kapital uman u ta' investimenti fl-infrastuttura.

Fejn xieraq, se jiġi stabbilit "fond ewlieni" marbut mal-qasam (oqsma) tal-politika tal-programm. L-interventi tal-fond ewlieni se jkunu kumplimentati bl-interventi minn fondi strutturali oħra sabiex jiżguraw sostenn koerenti għal għanijiet tematiċi differenti skont il-politika ta' koeżjoni.

3.4. Kundizzjonalità

Se jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda ta' kundizzjonalità sabiex jiżguraw li l-finanzjament tal-UE huwa ffukat fuq riżultati li joħolqu inċentivi b'saħħithom għall-Istati Membri biex jiżguraw li l-objettivi u l-miri ta' Ewropa 2020 jintlaħqu permezz tal-politika ta' Koeżjoni. U l-kundizzjonalità marbuta mal-governanza ekonomika l-ġdida se tikkumplimenta l-kundizzjonalitajiet tas-settur speċifiku ex ante stabbiliti f'kull kuntratt, sabiex jiġi żgurat li l-effikaċja tan-nefqa tal-koeżjoni mhux qed tiddgħajjef minħabba politiki makrofiskali ħżiena.

Il-kundizzjonalità se tieħu l-forma kemm ta' kundizzjonijiet "ex-ante" li jridu jkunu stabbiliti qabel l-iżborż tal-fondi u kif ukoll ta' kundizzjonijiet "ex-post" li se jissoġġettaw ir-rilaxx ta' fondi addizzjonali skont il-kisba ta' riżultati speċifikati minn qabel. Sabiex dan jiġi ffaċilitat, se jiġu speċifikati stadji ewlenin u indikaturi u l-progress se jiġi monitorjat b'mod strett permezz ta' rappurtar annwali. In-nuqqas ta' progress se jwassal għal sospensjoni jew il-kanċllazzjoni tal-fondi.

3.5. Riżerva għall-prestazzjoni

Sabiex jissaħħaħ l-iffukar fuq ir-riżultati u l-kisba tal-objettivi ta' Ewropa 2020, matul l-analiżi interim, 5 % tal-baġit ta' koeżjoni se jitwarrab u jiġi allokat għall-Istati Membri u reġjuni li l-programmi tagħhom ikunu laħqu l-istadji ewlenin b'rabta mal-kisba tal-objettivi tal-programm relatati mal-objettivi u l-miri ta' Ewropa 2020. L-istadji ewlenin se jkunu definiti skont ir-regolamenti għall-politika ta' koeżjoni.

3.6. Finanzjament innovattiv

Minbarra l-għoti ta' finanzjament, qed jiġi propost li s-sostenn tal-koeżjoni għal intrapriżi u proġetti li mistennija jiġġeneraw redditi finanzjarji sostanzjali se jingħata primarjament permezz ta' strumenti finanzjarji. (Ara wkoll l-iskeda separata fuq l-istrumenti finanzjarji innovattivi)

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 Li minnhom || EUR 376 biljun

· Reġjuni ta' Konverġenza · Reġjuni ta' Tranżizzjoni · Reġjuni ta' Kompetittività · Kooperazzjoni territorjali · Fond ta' Koeżjoni · Allokazzjoni addizzjonali għal reġjuni l-aktar imbiegħda b'poplazzjoni baxxa || EUR 162,2 biljun EUR 39 biljun EUR 53,1 biljun EUR 11,7 biljun EUR 68,7 biljun EUR 926 miljun

· Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, għat-trasport, l-enerġija u l-ICT || EUR 40 biljun u EUR 10 biljuni imwarrbin fil-Fond ta' Koeżjoni

Edukazzjoni u l-Kultura

1. Għanijiet tal-Politika

L-edukazzjoni u t-taħriġ huma essenzjali għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-ekonomija Ewropea u ser ikollhom rwol importanti fil-kisba kollettiva tal-miri tal-Ewropa 2020. Investiment miżjud fil-kapital uman u l-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ se jgħinu lill-UE sabiex issir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva.

Ħafna minn dan l-investiment ser isir fuq livell nazzjonali. Madankollu, b’għadd dejjem jikber ta’ ċittadini Ewropej li qegħdin iħarsu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għall-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, l-UE għandha rwol importanti sabiex tiggarantixxi li l-opportunitajiet tas-suq uniku jsiru disponibbli għal kulħadd.

L-UE taħdem sabiex tippromwovi l-edukazzjoni u t-taħriġ f’firxa wiesgħa ta’ modi. Il-programmi għall-promozzjoni tal-mobbiltà transnazzjonali fit-tagħlim – bħall-programm Erasmus – urew li huma ta’ suċċess kbir, billi jgħinu lin-nies jiksbu ħiliet ġodda li jkunu bżonnjużi fl-impjiegi tal-ġejjieni. Il-mobbiltà miżjuda tista’ tikkontribwixxi wkoll għar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ billi tiffaċilita d-disseminazzjoni transkonfinali tal-ideat u tal-aħjar prattiki. Permezz ta’ taħlita ta’ programmi ta’ finanzjament immirati u flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament, bħall-fondi strutturali, il-baġit tal-UE jista’ jipprovdi valur miżjud reali billi jippromwovi l-mobbiltà, jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u jsostni lill-Istati Membri fl-immodernizzar tas-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Id-diversità kulturali tal-Ewropa hija waħda mill-aktar aspetti b'saħħithom tagħna, li tarrikkixxi u tispira liċ-ċittadini u tipprovdi benefiċċji ekonomiċi reali. Ir-rwol ekonomiku u soċjali tal-industrji kulturali u kreattivi qiegħed dejjem isir aktar evidenti, u jirrappreżenta 4,5 % tal-PDG Ewropew totali fl-2008 u jirrappreżenta madwar 3,8 % tal-forza tax-xogħol. L-UE taħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri f’dan il-qasam sabiex tutilizza l-potenzjal tas-suq uniku u sabiex tipprovdi l-kondizzjonijiet tajbin għall-industrji kulturali u kreattivi sabiex jiffjorixxu.

Il-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi ffinanzjati mill-baġit tal-UE se tindirizza d-dgħufijiet li jillimitaw il-potenzjal ta’ tkabbir ta’ dan is-settur, billi tittratta l-frammentazzjoni tas-suq, issaħħaħ il-kompetittività fis-setturi kulturali u awdjoviżivi, u tiffoka fuq il-miżuri tal-bini ta’ kapaċità u fuq l-appoġġ għaċ-ċirkulazzjoni tax-xogħlijiet kulturali.

2. Strumenti

Il-Kummissjoni tipproponi li l-baġit tal-UE jsostni l-politika għall-edukazzjoni u għall-kultura permezz ta’ żewġ strumenti ewlenin:

2.1. Programm għall-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ - 'Edukazzjoni Ewropa'

Dan il-programm se jgħaqqad is-subprogrammi, li bħalissa huma separati, tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, l-aspetti internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja, inkluż l-Erasmus Mundus, u Żgħażagħ fl-Azzjoni. Dan se jippermetti li jkun hemm effiċjenza akbar, iffukar strateġiku aktar b’saħħtu u l-isfruttar ta’ sinerġiji bejn l-aspetti varji tal-programm.

Għalkemm dawn jikkostitwixxu l-aktar lawrji tal-edukazzjoni effiċjenti għall-impjiegi u r-riċerka innovattivi, l-istrumenti attwali tal-UE għall-mobbiltà mhumiex adattati għall-istudenti tal-masters. L-aktar mod kost-effiċjenti biex din il-kategorija ta’ studenti tintlaħaq huwa li jintuża l-baġit tal-UE biex jinkisbu fondi mis-settur privat, priċipalment il-banek nazzjonali, biex tiġi ggarantita l-portabilità tas-self u l-għotjiet tal-istudenti.

L-azzjonijiet attwalment appoġġjati mill-programm Leonardo se jingħataw spinta bħala parti mill-isforzi fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-Kummissjoni se taħdem mal-EIB biex tipprovdi garanziji għas-self lill-istudenti tal-Masters li jixtiequ jagħmlu l-Masters tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Dan il-programm il-ġdid se jiffoka fuq:

– il-provediment ta’ opportunitajiet immirati ta’ tagħlim transnazzjonali;

– it-tqabbil tad-domanda tas-suq tax-xogħol mal-ħiliet sabiex tingħata spinta lill-impjegabbiltà, lill-ispirtu imprenditorjali u lill-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;

– il-volontarjat kif ukoll it-tagħlim formali u dak li mhux formali; kif ukoll

– l-appoġġ għal riformi wiesa’ u l-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha.

B’mod konkrett, il-programm ser ikollu tliet linji ewlenin ta’ azzjoni:

(1) Mobbiltà transnazzjonali tat-tagħlim – kull sena madwar 800 000 ċittadin tal-UE, prinċipalment studenti, jistgħu jiġu megħjuna sabiex ikunu mobbli.

(2) Attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol se jiġu apppoġġati sabiex jippromwovu l-immodernizzar tal-edukazzjoni, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija.

(3) Se jiġi provdut appoġġ politiku sabiex tinġabar evidenza dwar l-effikaċja tal-investimenti fl-edukazzjoni u sabiex jgħin lill-Istati Membri jimplimentaw politiki effettivi.

Kondizzjonijiet stretti ta’ kwalità rigward il-mobbiltà, konċentrazzjoni fuq il-miri ewlenin ta’ politika fejn il-massa kritika tista’ tinkiseb u l-kumplimentarjetà ma’ programmi oħrajn tal-EU se jkunu strumentali sabiex jiġi ggarantit valur miżjud Ewropew għoli ħafna.

Il-programm Edukazzjoni Ewropa se jinkorpora l-programmi internazzjonali eżistenti bħall-Erasmus Mundus, Tempus, Alfa u Edulink u programmi ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi industrjalizzati taħt l-istess strument, u se jakkomoda miri differenti (l-attraenza taż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, l-eċċellenza, is-solidarjetà u l-ekwità).

Dan l-approċċ ser itemm il-frammentazzjoni li hemm bħalissa fl-istrumenti tal-UE li jappoġġaw il-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja, u li tagħmilha diffiċli għall-istudenti u għall-universitajiet sabiex jaċċedu għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet tal-edukazzjoni għolja tal-Ewropa u għall-edukazzjoni għolja tal-UE sabiex tkun viżibbli fix-xena globali.

2.2. Sport

Bħala parti mill-programm Edukazzjoni Ewropa, is-subprogramm propost tal-Isport se jiffoka fuq:

· li jittratta theddidiet transnazzjonali li huma speċifiċi għall-isport bħal doping, vjolenza, razziżmu u intollerenza, jew kwistjonijiet relatati mal-integrità tal-kompetizzjonijiet u tal-persuni li jipprattikaw l-isports;

· li jiżviluppa kooperazzjoni Ewropea fl-isport permezz ta’, pereżempju, linji gwida għal karrieri doppji tal-atleti jew valuri referenzjarji għal governanza tajba tal-organizzazzjonijiet sportivi; kif ukoll

· li jappoġġa organizzazzjonijiet sportivi lokali li jista’ jkollhom rwol fl-indirizzar ta’ sfidi soċjoekonomiċi usa’ bħall-inklużjoni soċjali.

Dan il-programm ser iwassal il-valur miżjud tal-UE lil kwistjonijiet li joriġinaw min-natura speċifika tal-isport, se jimmobilizza l-iffinanzjar tas-settur privat minn atturi fil-qasam tal-isport, u se jappoġġa organizzazzjonijiet fil-bażi tal-piramida tal-isports – mhux il-livell professjonali ta’ fuq nett.

2.3. Programm għall-kultura u l-industrija awdjoviżiva - 'Ewropa Kreattiva'

Dan il-programm se jgħaqqad il-programmi ta’ bħalissa Culture, MEDIA u MEDIA Mundus sabiex jiffoka s-sostenn fuq il-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ħolqien tax-xogħol tas-setturi kulturali u kreattivi. Il-programm se jikkomplimenta programmi oħrajn tal-UE billi jimmira b’mod speċifiku l-bżonnijiet tas-setturi kulturali u kreattivi li qegħdin jimmiraw li joperaw lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u b’rabta b’saħħita mal-promozzjoni tad-diversità kulturali lingwistika. L-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur se jiġu indirizzati, inkluż permezz ta’ allokazzjoni tal-baġit apposta, u t-tielet element se jipprovdi appoġġ orizzontali lill-industrji kreattivi u kulturali permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi.

3. Implimentazzjoni

L-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda se jiġu ssimplifikati ħafna.

Il-programm Edukazzjoni Ewropa l-ġdid ser jissimplifika ferm l-azzjonijiet u r-regoli permezz tat-tneħħija tas-subprogrammi, it-tnaqqis fl-għadd totali ta’ attivitajiet u ż-żieda fl-użu tas-somom ta' flus f’daqqa.

Il-programm Ewropa Kreattiva se jiġi ġestiti b’mod ċentrali permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), kif inhu l-każ bħalissa kemm għal Culture u kif ukoll għal MEDIA. Għadd żgħir ta’ azzjonijiet se jiġu ġestiti b’mod dirett mill-Kummissjoni (pereżempju, il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-premjijiet kulturali tal-UE, azzjonijiet konġunti mal-istituzzjonijiet internazzjonali).

L-elementi Culture u MEDIA tal-programm Ewropa Kreattiva se jiġu komplementati minn strument finanzjarju innovattiv, amministrat mill-grupp tal-BEI, sabiex jipprovdu finanzjament ta’ dejn u ekwità lill-industriji kulturali u kreattivi (CCI). Dan se jindirizza wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp tal-kontenut kulturali u kreattiv – l-aċċess għall-iffinanzjar – u jista’ jilħaq lill-industrji kulturali u kreattivi li mhumiex sostnuti minn programmi oħrajn tal-UE.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 16,8 biljun

· Edukazzjoni Ewropa || EUR 15,2 biljun

· Ewropa Kreattiva || EUR 1,6 biljun

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

1. Għanijiet tal-Politika

L-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja sfidi kunsiderevoli fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali. Illum, kważi 23 miljun ruħ huma qiegħda u 'l fuq minn 113-il miljun huma stmati li jgħixu fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni[8]. Il-kwistjonijiet soċjali u tal-impjiegi huma tħassib primarju għaċ-ċittadini Ewropej u huwa qasam fejn huwa mistenni aktar mill-Unjoni. Minkejja titjib riċenti fil-perspettiva ekonomika, il-prospetti tal-impjiegi għadhom mhux ċari fit-terminu l-medju, fost affarijiet oħrajn minħabba n-nuqqas ta’ uniformità fis-sitwazzjonijiet tal-Istati Membri u l-pressjonijiet mistennija fuq ir-ristrutturar ekonomiku mill-ekonomija globali.

Il-qgħad u r-rati persistentement għolja tal-faqar jirrikjedu azzjoni komprensiva. Il-politiki li diġà ġew implimentati jeħtieġ li jiġu aġġornati u msaħħa billi l-Unjoni qed taffaċċja sfidi urġenti: nuqqasijiet fil-livelli tal-ħiliet, rendiment baxx fil-politika tas-suq tax-xogħol attiv u fis-sistemi edukattivi, l-esklużjoni soċjali tal-gruppi marġinalizzati u mobbiltà baxxa tal-ħaddiema. Ħafna minn dawn l-isfidi marru għall-agħar bil-kriżi finanzjarja u ekonomika, ix-xejriet demografiċi u migratorji u l-pass mgħaġġel tal-bidla teknoloġika. Sakemm ma jiġux indirizzati b’mod effettiv, dawn se jkunu theddida partikolari għall-koeżjoni soċjali u l-kompetittività.

Ir-responsabbiltà ewlenija għall-immodernizzar tas-sistemi tal-politiki soċjali u tas-suq tax-xogħol se tibqa’ tal-Istati Membri; Madankollu, l-UE tagħti aktar valur lill-isforzi tagħhom billi taġixxi bħala katalist għall-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tar-riformi, billi tipprovdi l-finanzjament, partikolarment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, u billi tagħti setgħat lill-imsieħba soċjali, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lil partijiet interessati oħra li għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fit-twettiq tar-riformi.

2. Strumenti

Se titwaqqaf inizjattiva Ewropea fil-qasam tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali permezz ta’ azzjoni konġunta fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-impjiegi u l-inklużjoni. Il-finanzjament f’dan il-qasam se jingħata essenzjalment minn tliet strumenti ewlenin. Dawn se jkunu allinjati bis-sħiħ mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u t-twassil tagħhom se jiġi mtejjeb b’komplementarjetà msaħħa ma’ strumenti oħrajn u bis-simplifikazzjoni tal-proċeduri relevanti.

2.1. Il-Fond Soċjali Ewropew

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) se jagħti finanzjament għall-azzjonijiet strutturali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Il-finanzjament se jkun ikkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020, partikolarment permezz ta’ erba’ ‘opportunitajiet ta’ investiment’:

– il-promozzjoni tal-impjiegi;

– l-investiment fil-ħiliet, fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja;

– l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar; kif ukoll

– it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti.

Fi ħdan dawn l-opportunitajiet, il-FSE se jikkontribwixxi wkoll għal għanijiet politiċi oħrajn, bħall-faċilitazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'użu baxx tal-karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi, il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni, speċjalment fil-qasam soċjali, it-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Huwa propost li l-azzjonijiet jiġu raggruppati, partikolarment favur l-inklużjoni soċjali, bit-trasferiment tal-iskema tal-appoġġ alimentari għall-persuni l-aktar fil-bżonn għall-FSE.

Għall-perjodu wara l-2013, il-FSE se jkun kopert bil-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-fondi strutturali[9]. Il-finanzjament se jiġi pprogrammat bħala parti mill-Kuntratti ta’ Sħubija li se jiġu nnegozjati mal-Istati Membri. Il-miri stipulati se jiġu allinjati mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u se jittraduċu l-għanijiet miftiehma f’deċiżjonijiet dwar l-investiment.

Biex ikun hemm aktar enfasi fuq ir-riżultati, se jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità, ibbażat fuq ġabra komprensiva ta’ rekwiżiti definiti minn qabel, biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-baġit tal-UE u jistimola u jappoġġa r-riformi meħtieġa fl-Istati Membri.

Sabiex il-FSE jagħmel kontribut reali lill-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, tinħtieġ massa kritika ta’ finanzjament fil-livell tal-UE u wkoll fil-livell tal-programmi operazzjonali. Is-sehem minimu meħtieġ tal-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni allokat lill-FSE se jingħata skont il-kategoriji differenti tar-reġjuni li jirriflettu l-intensitajiet differenti ta' għajnuna li jirċievu u l-isfidi li jiffaċċjaw: dan se jsir billi jiġu stabbiliti ishma minimi għall-FSE mis-sostenn tal-fondi strutturali għal kull kategorija ta’ reġjuni (25 % għar-reġjuni ta’ konverġenza, 40 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni, 52 % għar-reġjuni ta’ kompetittività, abbażi tal-Fond ta’ Koeżjoni li jkompli jirrappreżenta terz tal-allokazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fi Stati Membri eliġibbli, u bl-esklużjoni tal-kooperazzjoni territorjali). L-applikazzjoni ta’ dawn l-ishma tirriżulta f’sehem minimu globali għall-FSE ta’ 25 % tal-baġit allokat għall-politika ta' koeżjoni.

2.2. Programm integrat għall-impjiegi, il-politika soċjali u l-inklużjoni

Il-programm integrat għall-impjiegi, il-politika soċjali u l-inklużjoni se jikkontribwixxi għat-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-miri ewlenin tagħha li jsaħħu lil xulxin reċiprokament, permezz ta’ sostenn għall-azzjonijiet li jippromwovu livell għoli ta’ impjiegi u ħarsien soċjali xieraq, jiġġieldu l-esklużjoni soċjali u l-faqar u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-programm se jaġixxi bħala katalista għall-bidla fl-Istati Membri u se jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

· Pjattaforma Ewropea għall-proċessi tat-tagħlim reċiproku biex ittejjeb il-bażi tal-evidenza għat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi u għall-promozzjoni tal-involviment tal-partijiet interessati fit-tfassil tal-politika biex tissaħħaħ is-sjieda tal-impjiegi tal-UE u l-għanijiet tal-politika soċjali u tal-inklużjoni, u li tibni fuq l-esperjenza ta' suċċess bil-Programm tal-Progress;

· Il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali abbażi tal-evidenza biex jissaħħu l-isforzi tal-Istati Membri biex jimmodernizzaw is-sistemi tal-politika soċjali u tal-impjiegi bl-użu ta’ metodi ppruvati għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-innovazzjoni u tqassim aktar effettiv tal-informazzjoni;

· Il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-UE u t-titjib tal-aċċess għall-opportunitajiet tal-impjiegi, partikolarment għaż-żgħażagħ, u li tibni fuq l-attivitajiet tan-netwerk EURES;

· Appoġġ tal-intraprenditorija u l-impjiegi indipendenti bħala mezzi għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali biż-żieda tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mikrofinanzi għall-gruppi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi u l-ekonomija soċjali, u li jibni fuq il-Faċilità tal-Progress tal-Mikrofinanzi.

2.3. Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Se jingħata sostenn speċifiku lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidla strutturali kbira permezz tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG).

Permezz tal-FEG, l-UE se tkompli tgħin lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ individwalizzat għall-ħaddiema li jingħataw is-senjsa minħabba bidliet strutturali kbar ikkawżati miż-żieda fil-globalizzazzjoni tal-produzzjoni u x-xejriet tal-kummerċ. Barra minn hekk, il-FEG se tindirizza s-sensji fuq skala kbira li jirriżultaw minn tfixkil serju tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn kriżi f’daqqa u mhux mistennija. Il-FEG għandu l-għan li jilħaq rata ta’ 50 % ta’ ħaddiema megħjuna jsibu xogħol ġdid u stabbli wara 12-il xahar[10].

Il-Kummissjoni se tipproponi li testendi l-ambitu tal-FEG biex jipprovdi kumpens f’ċerti każijiet għall-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni fuq ċerti setturi agrikoli.

2.4. Linji tal-baġit awtonomi

Barra minn dawn l-istrumenti u bis-saħħa tas-setgħat konferiti lilha mit-Trattat, il-Kummissjoni se tkompli timplimenta l-linji tal-baġit awtonomi[11] sabiex:

– tiffaċilita d-djalogu soċjali Ewropew li huwa komponent kruċjali tal-mudell soċjali Ewropew;

– tanalizza u tevalwa x-xejriet ewlenin fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-persuni u tippromwovi l-koordinazzjoni tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali; kif ukoll

– tanalizza s-sitwazzjoni soċjali u l-impatt tal-bidla demografika.

3. Implimentazzjoni

It-tnaqqis fin-numru tal-istrumenti finanzjarji u l-linji tal-baġit u s-simplifikazzjoni tal-metodi u s-sistemi tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni se jippermettu integrazzjoni ikbar tal-istrumenti u jwasslu għal simplifikazzjoni kunsiderevoli, partikolarment għall-benefiċjarji.

3.1. Il-Fond Soċjali Ewropew

L-implimentazzjoni tal-FSE se jiffoka fuq approċċ imsaħħaħ ibbażat fuq ir-riżulati, permezz tal-inkorporazzjoni tal-FSE fil-Qafas Strateġiku Komuni għall-istrumenti kondiviżi kollha tal-ġestjoni u l-Kuntratti tas-Sħubija nnegozjati mal-Istati Membri.

L-implimentazzjoni se tiġi issimplifikata wkoll. Se jsir użu ikbar minn alternattivi ssimplifikati tal-kost, partikolarment għall-proġetti ż-żgħar, sabiex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u r-reġjuni u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-inizjattivi lokali. Se jkun possibbli wkoll irbit aktar strett tal-pagamenti mal-ksib tal-miri definiti minn qabel fil-Kuntratti ta’ Sħubija abbażi ta' pjanijiet ta’ azzjoni konġunti.

Fl-aħħar nett, se jiddaħħlu mekkaniżmi ta’ inċentiv bbażati fuq ir-riżultati biex jiġu ppremjati l-programmi u l-miżuri ta’ suċċess u jistimolaw il-bidliet f’dawk b’rendiment baxx.

3.2. Programm integrat (ġestjoni diretta) għall-impjiegi, il-politika soċjali u l-inklużjoni

Il-programm ġdid integrat għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali se jitmexxa direttament mill-Kummissjoni. Il-proċeduri ewlenin jinkludu sejħiet għall-offerti, sejħiet għall-proposti u ġestjoni konġunta – partikolarment għall-implimentazzjoni tal-faċilità ta’ mikrofinanzi f’kollaborazzjoni mal-Fond Ewropew tal-Investiment. Il-programm il-ġdid se jiffoka fuq proġetti kbar b’valur miżjud Ewropew ċar sabiex tintlaħaq massa kritika u jitnaqqas l-piż amministrattiv. Se jiġu introdotti regoli u proċeduri armonizzati u simplifikati biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-programm, partikolarment għall-organizzjonijiet iż-żgħar.

Barra minn hekk, se jiġi stabbilit programmar multiannwali biex jistipula l-għanijiet politiċi fit-tul flimkien mal-finanzjament annwali, sabiex b’hekk il-programm ikun tassew strument immexxi mill-politika. Il-programm se jiġi implimentat permezz ta’ approċċ ta’ ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati li jinvolvi monitoraġġ regolari tal-progress b’indikaturi ċari.

3.3. Appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja

Il-mobilizzazzjoni tal-FEG se tkompli tirrikjedi deċiżjoni tal-awtorità baġitarja. Il-Kummissjoni se tfittex li tiżgura li t-tħaddim tal-FEG isir aktar sempliċi u aktar risponsiv għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi jinbidlu.

3.4. Linji tal-baġit awtonomi

L-implimentazzjoni tal-linji tal-baġit awtonomi se tkun ikkoordinata bis-sħiħ maż-żewġ strumenti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex jiżdiedu s-sinerġiji. In-numru tagħhom se jitnaqqas u l-proġetti l-kbar se jingħataw prijorità sabiex tinkiseb massa kritika u jitnaqqas il-piż amministrattiv.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 88,3 biljun

· Il-Fond Soċjali Ewropew (ibbażat fuq il-formola 25/40/52 għal kull kategorija tar-reġjuni li tirriżulta f’25 % tal-envelopp tal-koeżjoni, ħlief il-Faċilità Ngħaqqdu l-Ewropa) || EUR 84 biljun

· Politika Integrata għall-Impjiegi, il-Politika Soċjali u l-Inklużjoni || EUR 850 miljun

· Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni || EUR 3 biljun

· Linji tal-Baġit Awtonomi || EUR 400 miljun

Ambjent

1. Għanijiet tal-Politika

Il-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi lejn l-għan ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fil-qafas ta’ Ewropa 2020. L-investimenti li jsiru fil-ħarsien tal-ambjent huma investimenti fil-modernizzazzjoni tas-soċjetajiet tagħna, u għandhom jgħinu biex l-Ewropa tevolvi f'ekonomija msejsa fuq l-għarfien u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Dawn l-investimenti huma tal-ikbar siwi għall-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent.

It-triq lejn ekonomija aktar ħadra timplika t-tnaqqis tal-kostijiet ambjentali permezz ta’ użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, b'mod li jsir kontribut lejn it-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien ta’ impjiegi. Il-ħarsien tal-bijodiversità –il-kapital naturali tagħna–, u t-tisħiħ tal-ekosistemi se jagħtu kontribut importanti lejn l-għanijiet tagħna ta’ tkabbir sostenibbli. L-ekosistemi jipprovdulna l-ikel, l-ilma frisk, materja prima u ħafna benefiċċji oħra, u b'hekk jikkontribwixxu għall-produttività u għall-kwalità tal-ħajja, filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż tas-saħħa pubblika. Ir-restawr tal-ekosistemi u tas-servizzi li jipprovdu jikkontribwixxi lejn l-ekonomija l-ħadra permezz ta’ ħiliet, impjiegi u opportunitajiet kummerċjali ġodda, billi jixpruna l-innovazzjoni u b'hekk jagħti sehem importanti fl-isfidi tat-taffija tat-tibdil fil-klima u l-addattament għalih.

Huwa magħruf ferm il-valur miżjud tal-ħidma konġunta fuq il-livell Ewropew biex jinkisbu għanijiet komuni fil-qasam tal-ambjent, billi l-kwistjonijiet ambjentali jisbqu l-fruntieri nazzjonali. Il-kollaborazzjoni fil-qrib mal-ġirien tal-UE u mal-ekonomiji emerġenti hija prerekwiżit għal Ewropa aktar ħadra. Is-sostenibbiltà ambjentali hija wkoll wieħed mill-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju (Millenium Development Goals), li l-UE hija impenjata li tilħaq.

Minbarra l-vantaġġi tal-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea, il-baġit tal-UE jista' jikkontribwixxi lejn l-għanijiet ambjentali kemm permezz ta’ programmi ddedikati, kif ukoll billi jiġi żgurat li dawk l-għanijiet ikunu inkorporati bis-sħiħ fl-attivitajiet sostnuti mill-baġit.

2. Strumenti 2.1. Integrazzjoni

Il-prijoritajiet tal-politika ambjentali se jiġu integrati fl-istrumenti kollha ewlenin tal-finanzjament tal-UE, fil-programmi ta’ koeżjoni, agrikultura, il-politika marittima u s-sajd, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-għajnuna esterna. Dan l-approċċ għandu jkattar kemm jista' jkun is-sinerġiji bejn il-politiki ambjentali u oqsma oħra, b'qies għall-fatt li l-istess azzjonijiet jistgħu u għandhom ifittxu firxa wiesgħa ta’ għanijiet kumplimentari. Dan l-approċċ se jgħin ukoll biex tiġi evitata proliferazzjoni ta’ programmi, u biex inaqqas safejn possibbli l-piż amministrattiv.

· Agrikoltura Għan ewlieni tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) huwa t-trawwim ta’ għanijiet ambjentali permezz ta' pagamenti diretti aktar ekoloġiċi lill-bdiewa. 30 % mill-pagamenti diretti se jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li tiġi rispettata firxa tal-aqwa prattiki ambjentali, miżjuda mal-obbligi diġà eżistenti ta’ kundizzjonalità. Barra minn hekk, l-iżvilupp rurali fil-qafas tal-PAK se jerġa' jiġi ċċentrat fuq it-twassil ta’ beni pubbliċi, inkluż permezz ta’ miżuri agriambjentali. Dawn il-miżuri se jgħinu biex jiġi żgurat li s-settur agrikolu tal-UE jkun sostenibbli, u jibqa' fornitur ewlieni ta' beni pubbliċi ambjentali bħalma huma l-ilma nadif, il-bijodiversità, il-ħarsien tal-ħamrija, arja aktar nadifa, u l-ħarsien tal-pajsaġġi. Dan għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ksib tal-għanijiet tal-UE f'dak li jirrigwarda l-klima, kemm ta’ taffija kif ukoll ta’ addattament.

· Politika dwarl-Affarijiet Marittimi u s-Sajd Fil-ġejjieni, is-sostenibbiltà ambjentali se tkun fil-qofol tal-politika marittima u tas-sajd. Dan se jinkiseb, fost l-oħrajn, billi jitnaqqas is-sajd żejjed u l-kapaċità żejda, kif ukoll billi jitnaqqsu l-impatti diretti (ngħidu aħna, il-qbid inċidentali jew impatt fuq qiegħ il-baħar), filwaqt li jingħata appoġġ liż-żoni marittimi protetti. Il-Politika Marittima Integrata se tkompli tiddefinixxi l-fruntieri tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem li jkollhom impatt fuq l-ambjent tal-baħar, bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima.

· Politika ta’ Koeżjoni Il-politika ta’ koeżjoni ser tiġi mmodifikata biex tiffoka aktar fuq il-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, fosthom l-għan li l-UE ssir ekonomija aktar ħadra, kompetittiva, u li tuża r-riżorsi b'mod aktar effiċjenti. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ attenzjoni qawwija fuq ir-riżultati u l-kundizzjonalità, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-għanijiet ambjentali. Dawn l-għanijiet jinkludu l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-acquis ambjentali (ilma, skart, il-baħar, nitrati, id-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali, il-kwalità tal-arja u l-leġiżlazzjoni dwar l-għargħar) u l-iffinanzjar ta’ infrastruttura ambjentali relatata; il-ħarsien u r-restawr tal-biodervisità u ta’ servizzi dwar l-ekosistemi, inkluż permezz tal-iżvilupp tal-infrastrutturi ekoloġiċi u t-tnaqqis u l-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni. Il-protezzjoni tal-ambjent kontra t-tibdil fil-klima se tissaħħaħ bħala parti mill-politika ta’ koeżjoni.

· Riċerka u innovazzjoni Il-Qafas Strateġiku Komuni l-ġdid għar-Riċerka u l-Innovazzjoni se jikkontribwixxi biex jixprunaw l-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. It-tkomplija u t-twessigħ tal-appoġġ finanzjarju għall-ekoinnovazzjoni se jgħinu wkoll biex isir tkabbir aktar intelliġenti u sostenibbbli. Is-sħubijiet għall-innovazzjoni se jkollhom impatt dirett fuq l-effiċjenza tar-riżorsi, ngħidu aħna fl-oqsma tal-ilma, l-ekosistemi, il-materja prima u l-bliet intelliġenti.

· Fl-azzjoni esterna, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni se jgħin lill-pajjiżi kandidati jiffinanzjaw l-infrastruttura ambjentali tagħhom, kif ukoll biex jibnu l-kapaċità meħtieġa biex isiru konformi mal-acquis tal-UE. Permezz tad-djalogu dwar il-politiki fuq il-livelli reġjonali u nazzjonali, il-Kummissjoni se tissokta tintegra l-appoġġ għall-ambjent fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija. L-ambjent għandu jkompli jiġi integrat ukoll fil-programmi ta’ għajnuna lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Il-bijodiversità u l-ekosistemi huma beni pubbliċi globali ewlenin, u se jkunu parti mill-programm tematiku ppjanat għall-beni pubbliċi u l-isfidi globali. It-Trattat ta’ Liżbona jagħti lill-UE rwol aktar qawwi fil-ftehimiet ambjentali multilaterali kif ukoll fil-governanza ambjentali internazzjonali, u l-finanzjament imtejjeb se jkun xhieda ta’ dan.

2.2. Strument iddedikat għall-Ambjent u għall-Azzjoni kontra t-Tibdil fil-Klima

Minbarra l-integrazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li jissokta l-programm LIFE+, u li jiġi allinjat aktar mill-qrib mal-għanijiet tal-Ewropa 2020. Bħalma hu l-każ fil-perjodu ta’ programmar attwali, l-istrument il-ġdid se jkopri, fi programm waħdieni, firxa ta’ azzjonijiet fl-oqsma tal-ambjent u tal-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima.

Skont is-subprogramm tal-Ambjent[12], l-istrument se jiffoka fuq żewġ tipi ta’ proġett: il-Proġetti Integrati ġodda, li l-għadd u s-sehem finanzjarju tagħhom se jiżdied progressivament matul id-dewmien tal-programm; u proġetti “tradizzjonali”. Il-Kummissjoni tqis li l-proġetti integrati jistgħu jiżvolġu rwol essenzjali bħala xprun għall-ksib ta' għanijiet bħall-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, il-ġestjoni effettiva tan-netwerk Natura 2000, it-trawwim tal-governanza ambjentali, u l-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart u l-immobilizzar, b'mod effettiv ta’ fondi oħra għal dawn l-għanijiet. L-għażla tal-proġetti se tibqa' tissejjes fuq il-valur miżjud li joffru għall-UE, kif ukoll fuq il-potenzjal għat-trażmissjoni tal-għarfien.

Il-Proġetti Integrati tal-LIFE huma ddisinjati biex jiddemostraw l-implimentazzjoni sostenibbli ta’ pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali[13] marbutin ma' direttivi ambjentali ewlenin tal-UE, bħad-Direttiva dwar il-Ħabitats jew id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma. Il-Proġetti Integrati se jagħtu appoġġ lil sensiela ta’ attivitajiet u miżuri speċifiċi. Il-finanzjament addizzjonali għal dawn il-proġetti se jinġibed minn programmi oħra ta' finanzjament tal-UE, kif ukoll minn fondi nazzjonali, reġjonali u tas-settur privat, u se jiġu indirizzati lejn l-għanijiet ambjentali. B'hekk, il-finanzjament tal-LIFE għandu jservi ta’ xprun li jiżgura l-konsistenza u l-attenzjoni strateġika ambjentali, billi jiġu sfruttati bis-sħiħ is-sinerġiji, u tiġi stabbilita kooperazzjoni aktar strutturata ma' fondi oħra tal-UE permezz tal-Qafas Strateġiku Komuni.

Is-subprogramm għall-Ambjent se jkun imqassam skont il-prijoritajiet li ġejjin:

(a) LIFE Biodiversity,filwaqt li tibqa' tiffoka fuq Natura 2000 u fuq l-iżvilupp u l-qsim tal-aqwa prattiki fil-qasam tal-bijodiversità, din il-kategorija se tindirizza wkoll sfidi usa' marbutin mal-bijodiversità, skont il-mira tal-istrateġija tal-bijodiversità ta’ Ewropa 2020 li jinżammu u jiġu restawrati l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom;

(b) LIFE Environment din il-kategorija se tiffoka fuq l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE min-naħa tas-settur pubbliku u dak privat, u b'mod partikulari, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali relevanti għall-għanijiet ta’ Ewropa 2020 fejn tidħol l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi (ngħidu aħna, id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma jew id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart).

(c) LIFE Governance din il-kategorija se tappoġġja l-ħolqien ta’ pjattaformi għall-iskambju tal-aqwa prattiki għall-konformità mtejba mal-prijoritajiet u l-infurzar tal-politika ambjentali tal-UE, għall-iżvilupp tal-politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet imsejjes fuq l-għarfien (eż. b'tixrid wiesa’ tar-riżultati tal-proġetti), b'enfasi fuq il-governanza tajba. Din il-kategorija se tappoġġja wkoll lill-NGOs ambjentali u trawwem it-tqajjim tal-kuxjenza, l-attiviżmu u t-tixrid tat-tagħrif ambjentali, billi dawn huma marbutin sew mal-għan li tinkiseb governanza tajba u l-implimentazzjoni u l-konformità sħaħ.

2.3. Il-finanzjament għall-bijodiversità

Il-finanzjament tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020[14] jitlob li l-bijodiversità tiġi integrata tul il-baġit tal-UE, kemm fi ħdan l-UE permezz tal-istrumenti ewlenin ta’ finanzjament, kif ukoll permezz ta' fondi għall-azzjoni esterna. Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-infiq tal-UE, huwa importanti wkoll li jitkattru kemm jista' jkun is-sinerġiji fil-finanzjament fil-qasam tat-tibdil fil-klima, permezz tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ addattament u taffija msejsa fuq l-ekosistemi, li jipprovdu wkoll servizzi usa' fl-UE kif ukoll lil hinn minnha.

It-tmexxija effettiva u r-restawr taż-żoni protetti tan-Natura 2000 huma tal-ikbar importanza biex tintlaħaq il-mira tal-Ewropa 2020, stabbilita mill-Kunsill Ewropew fl-2010, li jitwaqqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità fl-UE. Fuq il-livell tal-UE, approċċ integrat imsaħħaħ li juża l-fondi settorjali varji tal-UE, u l-iżgurar tal-konsistenza tagħhom mal-prijoritajiet tal-oqfsa ta’ azzjoni tan-Natura 2000 flimkien ma' kategorija msaħħa ta’ LIFE Bijodiversità, għandhom jipprovdu sisien sodi għall-istrateġija l-ġdida ta’ finanzjament tan-Natura 2000.

F'dak li jirrigwarda l-politika esterna, l-UE ntrabtet, flimkien ma' parteċipanti oħra, waqt l-10 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD COP10) f'Ottubru 2010 f'Nagoya, li żżid b'mod sostanzjali l-mobbilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-bijodiversità dinjija sal-2020. Il-finanzjament mill-baġit tal-UE se jiġi pprovdut mill-allokazzjonijiet ġeografiċi u reġjonali tal-programmi ta’ azzjoni esterna tal-UE, kif ukoll permezz tal-programm tematiku għall-beni pubbliċi globali.

Minbarra l-integrazzjoni tal-bijodiversità fil-baġit tal-azzjoni esterna, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll il-ħolqien ta' mekkaniżmu jew fond barra mill-baġit, sabiex jinġabru flimkien kontributi mill-Istati Membri u mill-baġit tal-UE.

3. Implimentazzjoni 3.1. Integrazzjoni

L-integrazzjoni se ssir permezz tal-istrutturi u l-istrumenti deskritti fid-dossiers dwar il-politiki settorjali. Sabiex jiġi żgurat it-twassil tar-riżultati, se jkun hemm parametri stabbiliti biċ-ċar, kif ukoll regoli ta’ mmonitorjar u rappurtar għall-istrumenti ta’ politika kollha relevanti tal-UE, bl-indikaturi xierqa.

Sabiex jitkattru s-sinerġiji bejn l-għanijiet differenti ta' politika, ġiet ppjanata proċedura ta’ segwiment tal-infiq marbut mal-ambjent, simili għal dik proposta għall-infiq marbut mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

F'dak li jirrigwarda l-bijodiversità, l-'indikaturi ta’ Rio' stabbiliti mill-OECD, li diġà qed jintużaw mill-Kummissjoni għall-istrumenti esterni, se jiġu integrati fil-metodoloġija eżistenti għat-tkejjil tar-rendiment tal-programmi tal-UE. L-indikaturi għandhom jgħinu wkoll biex juru l-benefiċċji sekondarji tal-infiq għall-bijodiversità u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll biex jixħtu dawl fuq il-benefiċċji sekondarji, għall-bijodiversità, tal-infiq għall-azzjonijiet tar-REDD+ (Reducing Emissions from Deforestation and Forest Degradation).

3.2. Strument speċifiku għall-Azzjoni għall-Ambjent u kontra t-Tibdil fil-Klima

Il-programm attwali tal-LIFE+ jitmexxa mill-Kummissjoni b'mod dirett u ċentralizzat. Il-Kummissjoni tqis li l-programm li jmiss għandu jibqa' ġestit b'mod ċentralizzat, iżda li l-kompiti ta’ ġestjoni jistgħu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jiġu ddelegati lil aġenzija eżekuttiva diġà eżistenti. L-estent, il-kundizzjonijiet u t-termini tad-delegazzjoni jkollhom iqisu l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm rabtiet mill-qrib ħafna f'dak li jirrigwarda l-politika tal-Proġetti Integrati.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Iċ-ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011. Huma esklużi l-fondi għall-integrazzjoni, li jinsabu inklużi fl-allokazzjonijiet baġitarji għall-istrumenti ta’ finanzjament settorjali.

Programm LIFE + (subprogramm tal-ambjent) || EUR 2,4 biljun

Azzjoni Esterna

1. Għanijiet tal-Politika

L-Unjoni Ewropea hija attur globali minħabba l-popolazzjoni u s-setgħa ekonomika tagħha. B’500 miljun ċittadin, hija tirrappreżenta 25 % tal-prodott domestiku gross tad-dinja u 20% tal-kummerċ globali. L-Unjoni hija wkoll attur politiku attiv, b’interessi ta’ sigurtà u responsabbiltajiet reġjonali (b’mod partikolari fil-viċinat tagħha) u globali. B’mod partikolari, hija turi solidarjetà billi tipprovdi aktar minn nofs l-għajnuna kollha internazzjonali għall-iżvilupp u hija l-akbar donatur ta’ assistenza umanitarja. Hija involuta b’mod attiv fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni ta’ aġenda tax-xogħol diċenti, valuri universali u konvenzjonijiet ambjentali u soċjali internazzjonali oħrajn.

L-UE hija wkoll dejjem aktar attiva fil-prevenzjoni tal-kunflitt, l-immaniġjar tal-kriżijiet u l-bini tal-paċi, permezz ta’ missjonijiet ta’ immaniġjar tal-kriżijiet immexxija mill-UE kif ukoll permezz ta’ strumenti tal-UE għar-rispons u għall-istabilizzazzjoni tal-kriżi. L-UE tappoġġa wkoll il-missjonijiet tan-NU u tal-Unjoni Afrikana għaż-żamma tal-paċi u tar-restawr tal-paċi fil-pajjiżi fraġli jew mifnija bi gwerra. Barra minn hekk, l-UE hija impenjata fl-appoġġ tas-sistema multilaterali u fir-riforma tagħha, in-negozjati multilaterali ta’ Doha dwar il-kummerċ, in-negozjati tal-UNFCCC (Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima) dwar it-tibdil fil-klima, in-negozjati tas-CBD (Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika) dwar il-bijodiversità u n-negozjati dwar il-ftehimiet multilaterali, riformi tal-G-8 u tal-G-20 u l-aġenda dwar il-governanza globali.

B’hekk il-politiki esterni huma qasam importanti ta’ azzjoni għall-UE, qasam li ġie msaħħaħ fil-qafas istituzzjonali l-ġdid tat-Trattat ta’ Lisbona.

L-UE tuża strumenti finanzjarji għar-relazzjonijiet esterni biex issostni l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki esterni, b’mod partikolari:

(1) Promozzjoni u difiża tal-valuri tal-UE l-barra mill-Unjoni. It-tqegħid tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u d-dritt tal-istat fil-qalba,. Avvenimenti riċenti f’partijiet differenti tad-dinja qegħdin jitolbu għal reviżjoni tal-assistenza tal-UE lil proċessi transnazzjonali u demokratiċi u lil soċjetà ċivili.

(2) Projettar ta’ politiki tal-UE b’appoġġ għall-indirizzar tal-isfidi globali ewlenin bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, u l-protezzjoni tal-beni pubbliċi globali u tar-riżorsi għandhom jissaħħu ulterjorment. Il-Kummissjoni tipproponi li tiżviluppa aġenda proattiva tal-UE u interessi reċiproki ma’ pajjiżi terzi, b’iffokar speċifiku fuq msieħba strateġiċi.

(3) Żieda tal-impatt tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp tal-UE, bil-għan ewlieni li tgħin sabiex jinqered il-faqar. L-UE se tiffoka l-għajnuna fuq dawk l-oqsma fejn l-UE tkun tista’ toffri għarfien espert partikolari, u tiddiferenzja fost il-pajjiżi u reġjuni sħab biex tiggarantixxi li r-riżorsi ta’ għajnuna jiġu allokati skont il-bżonnijiet, il-kapaċitajiet, l-interessi u l-impenji; ttejjeb il-koordinazzjoni tal-għajnuna u l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp; u tiggarantixxi ffinanzjar adekwat għall-iżvilupp. Se jinħoloq strument pan-Afrikan biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-Ewropa, li jiffoka fuq valur miżjud ċar ta’ attivitajiet transreġjonali u transkontinentali. Se jkun flessibbli biżżejjed biex jakkomoda kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE, l-Istati Afrikani, l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-settur privat.

(4) Investiment fil-prosperità fit-tul u l-istabbiltà tal-Viċinat tal-UE. L-għan li tiġi stabbilita żona ta’ stabbiltà, prosperità u demokrazija se jiġi segwit kemm permezz tal-preparazzjoni ta’ pajjiżi kandidati (potenzjali) għal sħubija u permezz tal-politka mġedda tagħna dwar il-viċinat. L-UE se tkun attiva fl-appoġġ tal-valuri tal-prinċipji demokratiċi fil-viċinat tagħha u distribuzzjoni aktar ekwa tal-benefiċji tat-tkabbir permezz ta’ kooperazzjoni politika akbar u integrazzjoni ekonomika aktar profonda fin-Nofs-in-nhar u fil-Lvant.

(5) Tisħiħ tas-solidarjetà Ewropea wara diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem. Li jinżammu l-prinċipji mifthema b’mod internazzjonali tal-liġi umanitarja u t-titjib tal-kapaċità tagħha, fl-għajnuna umanitarja u fil-protezzjoni ċivili, il-baġit tal-UE se jsostni azzjonijiet biex jantiċipaw, jippreparaw għal, jipprevjenu u jirrispondu b’mod aktar rapidu għal diżastri u jieħdu sehem b’mod aktar flessibbli fl-azzjonijiet ta’ żvilupp biex jerġgħu jibnu mill-kriżi u biex jiżviluppaw reżistenza għall-ġejjieni.

(6) Titjib tal-prevenzjoni u tar-riżoluzzjoni tal-kriżi. Se tiżdied l-azzjoni tal-UE dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżi, li tippreserva l-paċi u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE għall-preparazzjoni għall-kriżi.

Ewropa miftuħa, li topera f’qafas internazzjonali msejjes fuq regoli, hija l-aħjar triq biex jitgawdew il-benefiċċji tal-globalizzazzjoni li se jagtħu spinta 'l quddiem lit-tkabbir u l-impjiegi.

2. Instruments

Il-Kummissjoni tipproponi l-istruttura li ġejja għall-istrumenti futuri tal-EU dwar l-azzjoni esterna:

2.1. Kooperazzjoni għall-iżvilupp

Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tibni fuq l-istrument tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI) ta’ bħalissa rigward l-ambitu ġeografiku u tematiku. Hija tipproponi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) li jkopri l-kooperazzjoni mal-AKP (pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) u l-OCT (pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej) għandu jibqa’ barra mill-baġit għall-perjodu tal-MFF li jmiss.

2.2. Strument għall-pajjiżi tat-tkabbir

Strument wieħed integrat ta’ qabel l-adeżjoni huwa propost bħala l-pilastru finanzjarju tal-Istrateġija dwar it-Tkabbir, li jinkludi d-dimensjonijiet kollha tal-politiki interni u tal-kwistjonijiet tematiċi. Il-mira se tkun li jiġi ggarantit li l-pajjiżi kandidati u kif ukoll l-kandidati potenzjali jkunu preparati bi sħiħ għal adeżjoni eventwali. L-emfażi se tintefa’ fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku, fuq il-kooperazzjoni reġjonali, fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, u fuq il-preparazzjoni għall-amministrazzjoni tal-politiki interni malli ssir l-adeżjoni. Se jiġi implimentat permezz programmi nazzjonali/multibenefiċjarji mifthema mal-benefiċjarji u se jirrifletti wkoll l-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inkluż l-iffukar tagħhom mill-ġdid biex jiġu pprovduti l-beni pubbliċi. Barra minn hekk, l-istrumenti politiċi u finanzjarji relatati mal-kriżi (Assistenza Makrofinanzjarja, u Strument għall-Istabbilità) se jibqgħu jkunu disponibbli għall-pajjiżi tat-tkabbir, sabiex jintużaw meta jkun hemm bżonn.

2.3. Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)

L-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) se jibbenefika lill-pajjiżi ġirien tal-UE li jappoġġaw kooperazzjoni politika aktar profonda, integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib mal-UE u appoġġ għal tranżizzjoni effettiva u sostenibbli lejn id-demokrazija. Il-kooperazzjoni mal-ġirien tal-UE se tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ ‘aktar għal aktar', skont il-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Rispons ġdid għal viċinat li qiegħed jinbidel'. L-ENI se jipprovdi l-parti l-kbira tal-iffinanzjar tal-UE għall-Viċinat u se jiġi kkumplimentat minn strumenti oħrajn kif xieraq[15].

2.4. Strument ta’ Sħubija

Dan il-programm il-ġdid se jipprovdi sostenn ad hoc għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi kollha (dawk li mhumiex qegħdin jiżviluppaw u dawk li qegħdin jiżviluppaw) b’iffokoar speċifiku fuq l-imsieħba strateġiċi / ekonomiji emerġenti. Dan se jiffinanzja attivitajiet biex jappoġġa l-projjezzjoni tal-politika tal-UE l-barra mill-Unjoni permezz kooperazzjoni bilaterali u approċċi komuni għall-isfidi, l-isħubijiet ekonomiċi u l-kooperazzjoni tan-negozju, l-attivitajiet u n-netwerks tad-diplomazija pubblika, u kuntatti bejn il-persuni; l-imġiba tad-diskussjonijiet ta’ politika u tal-attivitajiet konġunti ma’ pajjiżi sħab individwali; u l-promozzjoni tal-kummerċ u tal-investiment u tal-konverġenza regolatorja mal-imsieħba strateġiċi.

2.5. Promozzjoni madwar id-dinja tad-drittijiet tal-bniedem

Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) imsaħħaħ se jiffoka fuq żewġ attivitajiet. L-ewwel, se jkun hemm appoġġ imsaħħaħ għall-iżvilupp ta’ soċjetajiet ċivili sodi u għar-rwol speċifiku tagħhom bħala atturi għall-bidla u bħala appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija. Dan se jinkludi kapaċità msaħħa għall-UE biex tirreaġġixxi fil-waqt għall-emerġenzi tad-drittijiet tal-bniedem u kif ukoll appoġġ aktar b’saħħtu lill-osservazzjonijiet u mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem. It-tieni, biex jingħata appoġġ lill-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali u titjib fil-proċessi elettorali.

2.6. Solidarjetà u għajnuna għall-poplazzjonijiet li qegħdin jaffaċċjaw diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem

L-Assistenza Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili se jissaħħu u jibqgħu jsegwu approċċ bbażat fuq il-bżonnijiet u fuq il-prinċipji.

– L-Istrument għall-Għajnuna Umanitarja se jagħti rsipons għad-diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, ibbażat fuq il-prinċipji internazzjonali tal-liġi umanitarja, u permezz tal-użu tal-organizzazzjonijiet speċjalizzati.

– Il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili se jirreaġixxi għad-diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem fil-pajjiżi terzi permezz tal-koordinazzjoni tal-aġenziji tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri tal-UE.

2.7. Prevenzjoni u amministrazzjoni tal-kriżi

Hemm bosta elementi għall-ħidma tal-UE f’dan il-qasam:

· Ir-reazzjoni għall-kriżi permezz tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), inklużi d-diżastri naturali, l-iffokar fuq il-prevenzjoni tal-kunflitt, il-bini tal-paċi u l-bini tal-Istat. Il-kapaċità fit-tul tiegħu se jindirizza theddidiet globali u transreġjonali bħall-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, il-prevenzjoni tal-ittraffikar illegali, eċċ.

· L-indirizzar tal-bżonnijiet finanzjarji għal perjodu qasir tal-pajjiżi suġġetti għal programmi ta’ stabilizzazzjoni u aġġustament permezz ta’ Assistenza Makrofinanzjarja (MFA).

· Il-promozzjoni tas-sikurezza nukleari bħala sostenn tar-regolamenti internazzjonali permezz ta’ Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (INSC). L-għan se jkun li tiġi appoġġata l-promozzjoni ta’ livell għoli tas-sikurezza nukleari, radjuprotezzjoni u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjal nukleari fil-pajjiżi terzi.

· Barra minn hekk, il-baġit tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni se jsostni l-azzjonijiet ta’ mingħajr implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.

3. Implimentazzjoni

L-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda se tiġi ssimplifikata ulterjorment, b’mod partikolari biex jinkludi l-effikaċja tal-għajnuna. L-istrumenti l-ġodda se jinkludu, fejn xieraq, ir-responsabbiltà reċiproka fl-allokazzjoni u fit-tqassim tal-fondi. Iżidu s-sinerġiji fl-użu tal-fondi esterni biex miri politiki multipli tal-UE jiġu mfittxija, pereżempju biex jiġu ssosdisfatti l-impennji tal-UE dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-iffinanzjar tal-bijodiversità.

Se tiġi proposta wkoll flessibbiltà miżjuda f’azzjonijiet esterni. Il-mekkaniżmi tal-baġit li qegħdin barra mill-qafas finanzjarju sabiex ilaħqu mal-eventi kbar mhux previsti se jiġu msaħħa (Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza, Strument ta’ Flessibbiltà).

Is-simplifikazzjoni se tingħata permezz ta’ delinjazzjoni ċara u tnaqqis ta’ koinċidenzi bejn l-istrumenti, sabiex jiġu identifikati b’mod individwali b’miri ta’ politika definiti b’mod ċar. Se tiġi prposta wkoll is-simplifikazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri biex tiġi pprovduta l-assistenza tal-UE, b’mod speċjali għall-ipprogrammar biex iwassal għal azzjoni konġunta mal-Istati Membri.

Użu ieħor tal-istrumenti finanzjarji innovattivi huwa propost fl-istrumenti kollha (b’mod partikolari permezz ta’ faċilitajiet ta’ investiment reġjonali) li għandhom jippermettu għal sehem akbar ta’ għotjiet sabiex jitħalltu mas-self, sabiex jiġi mmobilizzat finanzjar addizzjonali biex jiġu koperti l-bżonnijiet tal-pajjiżi sħab.

Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġiżlaturi fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dan l-istrument.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 70 biljun

· Strument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni || EUR 20,6 biljun

· Strument ta’ Qabel l-Adeżjoni || EUR 12,5 biljun

· Strument Ewropew ta' Viċinat || EUR 16,1 biljun

· Strument ta’ Sħubija || EUR 1 biljun

· Strument għall-Istabbiltà || EUR 2,5 biljun

· L-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem || EUR 1,4 biljun

· Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni || EUR 2,5 biljun

· Strument għall-Għajnuna Umanitarja || EUR 6,4 biljun

· Protezzjoni Ċivili u Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi || EUR 0,2 biljun

· Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja || EUR 0,2 biljun

· Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari || EUR 0,56 biljun

· Assistenza Makrofinanzjarja || EUR 0,6 biljun

· Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni || EUR 1,26 biljun

Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza || EUR 2,45 biljun

Baġit totali propost skont il-11 il-FEŻ || EUR 30,3 biljun

Ġlieda kontra l-Frodi

1. Għanijiet tal-Politika

L-għan tal-politika tal-UE ta' kontra l-frodi hija li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea pemezz tal-prevenzjoni, id-deterrent, l-investigazzjoni u l-iżgurar ta' prosekuzzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE. Il-politika hija implimentata mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li jifforma parti mill-Kummissjoni iżda jmexxi l-investigazzjonijiet f'indipendenza sħiħa.

Bħala servizz tal-Kummissjoni, l-OLAF jamministra l-programmi deskritti hawn taħt b'appoġġ għall-politiki tal-Unjoni ta' kontra l-frodi. Faxxa partikolari ta' attivitajiet hija d-difiża tal-Ewro kontra l-falsifikazzjoni ta' flus karti u muniti, li hija ċentrali għall-funzjonament tal-munita unika.

2. Strumenti

Tliet programmi huma mfassla biex jikkoordinaw l-azzjoni tal-Istati Membri biex jikkumbattu l-frodi kontra l-baġit, f'konformita mad-dover ta' kooperazzjoni mill-qrib u regolari skont l-Artikolu 325 tat-TFUE.

· Il-programm Hercule II jippromwovi l-attività kontra l-frodi permezz tat-tisħiħ ta' kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinarja, it-taħriġ, studji legali speċjalizzati, il-forniment ta' servizzi speċjalizzati oħra ta' kontra l-frodi lill-awtoritajiet fl-Istati Membri b'responsabbiltajiet f'dan il-qasam (il-pulizija u l-aġenziji doganali, il-prosekuturi pubbliċi, eċċ.), il-ħolqien ta' netwerks bejn il-professjonijisti inklużi pajjiżi ta' adeżjoni jew kandidati u l-finanzjament ta' tagħmir tekniku għall-Istati Membri. Il-programm Hercule għandu rwol partikolari fl-appoġġ tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti.

· Is-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS) tipprovdi infrastruttura sigura għall-iskambju ta' informazzjoni relatata mal-frodi fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Din l-infrastruttura tippermetti wkoll operazzjonijiet konġunti li jinvolvu Stati Membri u pajjiżi terzi li jikkoordinaw ir-riżorsi ta' servizzi differenti kontra riskji għolja mmirati ta' interess komuni.

· Il-programm Pericles iddedikat għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni jipprovdi skambji ta' persunal, assistenza u programmi ta' taħriġ. Il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-Euro kienet suċċess b’riżultat ta' sett ta' miżuri koerenti b'enfasi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-atturi kollha involuti fil-livell nazzjonali u dak Ewropew, kif ukoll taħriġ u tkabbir ta' sensibilizzazzjoni.

Barra mill-programm ta' nefqa speċifiku kontra l-frodi, koerenza ikbar fid-dispożizzjonijiet kontra l-frodi matul il-firxa kollha tal-programmi ta' nefqa se tgħin biex ikun garantit li l-impenn tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi ikun implimentat b'mod effettiv. Dispożizzjonijiet kontra l-frodi għalhekk se jiġu inklużi f'kull bażi legali tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi 2014-2020.

3. Implimentazzjoni

L-evalwazzjonijiet tal-programmi Hercule preċedenti wrew impatt sinifikanti f'dak li hu titjib fil-livell ta' tagħmir tekniku utiliżżat mill-Istati Membri, il-faċilitazzjoni ta' operazzjonijiet transkonfinali, u l-kwalità tal-evidenza. Il-kuntatti bejn uffiċjali speċjalisti tal-infurzar tal-liġi ġew imsaħħa. L-istudji legali ffukaw fuq kwistjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw operazzjonijiet transkonfinali kontra l-frodi saħħew il-bażi għall-kooperazzjoni.

L-użu tal-AFIS fl-Istati Membri żdied sostanzjalment wara l-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida fl-2010. Hemm aktar titjib ippjanat, b'mod partikolari l-iffaċilitar tal-analiżi tar-riskju. Se tiżdied il-kapaċità li jitmexxew operazzjonijiet doganali konġunti.

Il-programm Pericles ikkontribwixxa għal-livell relattivament baxx ta' falsifikazzjoni tal-karti u l-muniti tal-Euro u għall-azzjonijiet b'suċċess biex jitwaqqfu l-flus foloz qabel ma fil-fatt jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni. B'madwar 110 azzjoni u kważi 6 000 uffiċjal imħarreġ, Pericles jifforma parti importanti mis-sett ta' miżuri li jipproteġu l-Euro kontra l-iffalsifikar.

Dawn il-programmi huma implimentati permezz ta' għotjiet u akkwist pubbliku.

Il-proposta għat-tliet programmi hija li jitjieb l-approċċ attwali fid-dawl tal-esperjenza, konsistenti mal-Istrateġija tal-Kummissjoni ta' Kontra l-Frodi, filwaqt li jinżammu livelli xierqa ta' nfiq.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 għal HERCULES, PERICLES U AFIS || EUR 150 miljun

Saħħa u Konsumaturi

1. Għanijiet tal-Politika

Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u l-konsumaturi tiffoka fuq kwistjonijiet li huma ta' importanza ċentrali għaċ-ċittadini Ewropej kollha – is-saħħa u s-sikurezza tagħhom u d-disponibbiltà ta’ firxa vasta ta’ ikel u prodotti għall-konsumatur f’suq intern effiċjenti u sigur. Il-politiki tal-UE f’dan il-qasam huma mfassla sabiex jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi Ewropej, jipproteġu u jtejjbu s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, jiggarantixxu li l-ikel ikun sigur u sustanzjuż, u jipproteġu s-saħħa tal-pjanti u l-benesseri tal-annimali.

Il-Kummissjoni għandha responsabbiltà partikolari biex tgħin tipproteġi u tgħolli l-istatus tas-saħħa u l-kundizzjoni tal-annimali fil-Komunità, b’mod partikolari annimali li jipproduċu l-ikel, filwaqt li tippermetti l-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ annimali u prodotti mill-annimali skont standards xierqa tas-saħħa u obbligi internazzjonali. Bl-istess mod l-UE tissorvelja l-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tistabbilixxi standards għall-monitoraġġ u l-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi. Hija timplimenta miżuri preventivi sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni u l-firxa ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti mill-pjanti fi ħdan l-UE. Hija tiggarantixxi wkoll kundizzjonijiet ta' kwalità għall-bejgħ ta’ żerriegħa u materjali ta’ tnissil fi ħdan l-UE. Din il-ħidma titwettaq b’mod aktar effiċjenti u b’mod aktar ekonomiku permezz tal-baġit tal-UE milli permezz 27 baġit nazzjonali differenti.

Il-promozzjoni tas-saħħa hija parti integrali tal-miri ta’ tkabbir intelliġenti u inklużiv tal-Ewropa 2020. Li n-nies jinżammu b’saħħithom u attivi għal perjodu itwal għandu impatt pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività. L-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa tgħin biex tiġi indirizzata l-isfida tas-sostenibbiltà fis-settur fil-kuntest tal-bidla demografika.

Bl-istess mod, il-politika tal-konsumatur tikkontribwixxi ħafna għall-effikaċja tal-ekonomija Ewropea billi tagħti s-setgħa liċ-ċittadini li jkollhom rwol sħiħ fis-suq uniku u ssaħħaħ l-abbiltà u l-kunfidenza tagħhom li jixtru prodotti u servizzi transkonfinali, b’mod partikolari mill-internet. Minħabba li n-nefqa min-naħa tal-konsumaturi hija ta' 56 % tal-PDG tal-UE, politika effettiva tal-konsumatur tista’ tagħti kontribut attiv għall-miri tal-Ewropa 2020.

Il-programmi ffinanzjati bħala parti mill-politika tal-UE dwar is-saħħa u l-konsumaturi jikkontribwixxu għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Il-valur miżjud tal-programmi tal-UE dwar is-saħħa u l-konsumaturi jinsab fil-kapaċità tagħhom li jittrattaw kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu indirizzati bl-istess effettività mill-Istati Membri meta jaġixxu waħedhom. Pereżempju, attivitajiet għall-promozzjoni tax-xiri transkonfinali jew ta' reazzjoni għal sfidi importanti, mard jew pandemiji li jaffetwaw diversi Stati Membri jeħtieġu rispons kkoordinat u koerenti. Bl-istess mod, il-mard tal-annimali u tal-pjanti ma jirrispettax il-fruntieri nazzjonali. L-iżgurar ta’ livell uniformi u għoli tas-saħħa tal-annimali u tas-sigurtà fl-ikel madwar l-UE kollha tippermetti l-moviment liberu ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, li huwa essenzjali għat-tħaddim tas-suq uniku, huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi minħabba għażla usa' u aktar kompetizzjoni, u tippermetti lill-produtturi tal-ikel tal-UE igawdu l-ekonomiji tal-kobor.

2. Strumenti

Il-Kummissjoni tipproponi l-programmi li ġejjin b'appoġġ għat-twettiq tal-politika tal-UE dwar is-saħħa u l-konsumaturi.

2.1. Is-Saħħa 2.1.1. Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir

Il-programm il-ġdid is-Saħħa għat-Tkabbir ser ikun orjentat lejn azzjonijiet b’valur miżjud ċar tal-UE, skont l-objettivi tal-Ewropa 2020 u obbligi legali ġodda. L-għan ewlieni huwa li ssir ħidma flimkien mal-Istati Membri għall-protezzjoni taċ-ċittadini minn theddidiet transkonfinali għas-saħħa, sabiex tiżdied is-sostenibbiltà tas-servizzi tas-saħħa u biex titjieb is-saħħa tal-popolazzjoni, filwaqt li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni fis-saħħa. Pereżempju, il-programm ser jappoġġa l-politika dwar is-saħħa billi jiżviluppa l-aħjar prattiki u linji gwida għad-dijanjożi u t-trattament ta’ mard rari, isostni n-netwerks Ewropej ta’ referenza dwar il-mard, jiżviluppa l-aħjar prattiki u linji gwida għall-iskrining tal-kanċer u jiżviluppa approċċ komuni tal-UE għall-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa u l-e-Saħħa. Ir-riċerka u l-azzjonijiet ta' innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa se jkollhom appoġġ mill-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

2.1.2. Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti u Sigurtà tal-Ikel

Il-programm għas-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti u s-Sigurtà fl-Ikel jiffoka fuq il-qerda tal-mard tal-annimali, il-fond veterinarju ta’ emerġenza u azzjonijiet relatati bħall-iffinanzjar tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE, programmi ta’ taħriġ u banek tat-tilqim. Il-programm futur se jissokta b'dawn l-attivitajiet b’enfasi msaħħa fuq ir-riżultati. Il-programm se jiffinanzja wkoll azzjoni addizzjonali u meħtieġa ħafna biex tindirizza l-organiżmi u l-mard li jeqirdu s-saħħa tal-pjanti u li qegħdin isiru dejjem aktar prevalenti madwar l-UE.

2.2. Konsumaturi

Programm tal-Konsumaturi

Il-programmi tal-Konsumaturi jippromwovi l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi bħala mezz ewlieni biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni madwar is-suq uniku. Il-programm se jiffoka fuq it-titjib tal-fluss tal-informazzjoni lill-konsumaturi u r-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Ser isostni l-applikazzjoni effettiva tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom, informazzjoni, edukazzjoni u riżoluzzjoni tat-tilwim. Il-programm il-ġdid se jibni fuq ir-riżultati pożittivi tal-programm ta’ bħalissa b'xi ffukar mill-ġdid biex jiġu indirizzati prijoritajiet ġodda ewlenin. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tipproponi li żżid ir-riżorsi ddedikati għar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim u għall-bini ta’ kapaċità sabiex tingħata konsulenza lill-konsumaturi meta jagħmlu xiri transkonfinali.

3. Implimentazzjoni

Il-baġit għas-saħħa u l-konsumaturi huwa implimentat permezz ta' ġestjoni ċentralizzata diretta u indiretta. Il-parti l-kbira tal-baġit għall-ikel u għall-għalf huwa implimentat b'ġestjoni diretta ċentralizzata, l-aktar permezz ta’ għotjiet imħalsa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Fl-2004, il-Kummissjoni stabbiliet Aġenzija Eżekutiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi sabiex tamministra il-Programm għas-Saħħa Pubblika. Il-mandat tal-Aġenzija twessa' fl-2008 biex ikopri l-implimentazzjoni tal-programm tal-Konsumaturi u tal-miżuri ta' taħriġ dwar is-sigurtà tal-ikel ffinanzjati mill-baġit għall-ikel u l-għalf . F’dan il-qasam hemm għadd ta’ aġenziji regolatorji li huma attivi: l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Is-CPVO jiffinanzja lilu nnifsu permezz ta' tariffi. L-ECDC u l-EFSA huma ffinanzjati minn sussidju baġitarju annwali, filwaqt li l-EMA tirċivi sussidju baġitarju flimkiem ma' tariffi mis-settur privat. Dawn il-korpi se jintużaw sabiex jiġu implimentati l-programmi l-ġodda fl-oqsma tagħhom ta’ kompetenza.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 2,75 biljun

· Sigurtà tal-Ikel || EUR 2,2 biljun

· Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir || EUR 396 miljun

· Programm tal-Konsumaturi || EUR 175 miljun

Affarijiet Interni

1. Għanijiet tal-Politika

L-għan tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-affarijiet interni huwa li jinħoloq qasam mingħajr fruntieri interni fejn in-nies jistgħu jidħlu, jiċċaqalqu, jgħixu u jaħdmu b'mod ħieles, kunfidenti li l-jeddijiet tagħhom huma rrispettati bis-sħiħ u li s-sikurezza tagħhom hija ggarantita.

L-UE għandha rwol deċiżiv billi tindirizza t-theddidiet tal-kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità u t-terroriżmu, u billi tiżgura l-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE u billi tirreaġixxi malajr għal kriżijiet emerġenti kkawżati minn diżastri naturali jew li jagħmel il-bniedem. Fl-era tal-globalizzazzjoni, fejn it-theddidiet qegħdin jikbru u dejjem għandhom dimensjoni dejjem aktar transnazzjonali, l-ebda Stat Membru m'hu ser ikun kapaċi jirreaġixxi waħdu b’mod effettiv. Hemm bżonn ta’ tweġiba Ewropea koerenti u komprensiva sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv transkonfinalment u bejn il-ġurisdizzjonijiet.

Il-kooperazzjoni u s-solidarjetà fuq il-livell tal-UE diġa’ ppermettew progress sostanzjali fil-bini ta' Ewropa aktar miftuħa u aktar sigura. L-UE se tkompli taffaċċja sfidi importanti, mhux l-inqas fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qiegħda tixjieħ u forza tax-xogħol li qiegħda tonqos. Politika għall-imigrazzjoni legali u ta’ integrazzjoni li tħares 'il quddiem hija kruċjali biex jissaħħu l-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tal-UE, jistagħnew is-soċjetajiet tagħna u jinħolqu opportunitajiet għal kulħadd. Għandna bżonn li nindirizzaw il-migrazzjoni rregolari u niġġieldu t-traffikar tal-bnedmin u forom oħrajn ta’ jasar modern. Fl-istess ħin, l-UE trid tkompli turi solidarjetà ma’ dawk li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali. It-tlestija ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil aktar sigura u aktar effiċjenti li tirrifletti l-valuri tagħna tibqa’ prijorità.

Is-sostenn mill-baġit tal-UE jista’ joffri valur miżjud ġenwin f’dan il-qasam. L-iffinanzjar tal-UE huwa sinjal tanġibbli tas-solidarjetà u tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà li huma indispensabbli biex nirreaġixxu għall-isfidi komuni tagħna. Pereżempju, il-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE huwa kundizzjoni bażika għall-moviment liberu u jsir mill-Istati Membri fl-interess tal-UE kollha kemm hi u f'isimha. Barra minn hekk, f'sitwazzjoni fejn Stat Membru jkollu jiffaċċja pressjonijiet eċċezzjonali fil-fruntieri tiegħu, l-UE għandha tkun kapaċi tipprovdi appoġġ adegwat. Bl-istess mod, dawk l-Istati Membri li, minħabba l-qagħda ġeografika tagħhom, jidħlu f‘kostijiet sproporzjonati minħabba l-flussi ta’ migrazzjoni għandhom jirċievu sostenn finanzjarju xieraq permezz tal-baġit tal-UE.

Il-finanzjament tal-UE jista’ jgħin ukoll biex jippromwovi l-effiċjenzi permezz tal-konċentrazzjoni tar-riżorsi u r-rinfurzar tal-kooperazzjoni prattika transnazzjonali bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Dan huwa rilevanti b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza interna, fejn is-sostenn finanzjarju għal operazzjonijiet konġunti bħal Timijiet Konġunti ta’ Investigazzjoni isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pulizija, id-dwana, il-gwardji tal-fruntiera u l-awtoritajiet ġudizzjarji.

Flimkien mas-sostenn għall-aspetti interni tal-politki dwar l-affarijiet interni, fondi suffiċjenti mill-UE għandhom jkunu disponibbli wkoll biex isaħħu d-dimensjoni esterna tal-politika dwar l-affarijiet interni b'koerenza sħiħa mal-azzjoni esterna tal-UE; pereżempju, billi jingħata sostenn għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet għar-riammissjoni u għas-Sħubijiet ta’ Mobbiltà, billi tingħata għajnuna lil pajjiżi terzi biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom għas-sorveljanza tal-fruntiera jew billi jingħataw fondi għall-ġlieda kontra n-netwerks kriminali internazzjonali, it-traffikar tal-bnedmin u t-traffikar tal-armi u d-drogi.

2. Strumenti

Il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika l-istruttura tal-iffinanzjar tal-UE f’dan il-qasam billi tnaqqas l-għadd tal-programmi finanzjarji għal tnejn:

– Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil ser isostni l-azzjonijiet rigward l-asil u l-migrazzjoni, l-integrazzjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u r-ritorn.

– Il-Fond dwar is-Sigurtà Interna se jagħti assistenza finanzjarja għall-inizjattivi fl-oqsma tal-fruntieri esterni u tas-sikurezza interna.

Iż-żewġ fondi għandu jkollhom dimensjoni esterna mdaqqsa sabiex jiggarantixxu li l-UE jkollha l-mezzi biex issegwi l-prijoritajiet tal-politiki tagħha dwar l-affarijiet interni fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi u biex tiddefendi l-interessi tal-UE. Se jkun disponibbli sostenn finanzjarju biex tiġi ggarantità l-kontinwità territorjali tal-iffinanzjar, li tibda fl-UE u tissokta f'pajjiżi terzi. Ngħidu aħna, fir-rigward tar-risistemazzjoni tar-rifuġjati, il-ftehimiet ta’ riammissjoni, il-programmi reġjonali għall-protezzjoni, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, it-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntiera u l-kooperazzjoni tal-pulizija ma’ pereżempju pajjiżi ġirien.

L-istrumenti se jipprovdu wkoll għal reazzjoni rapida fil-każ ta’ emerġenzi, bil-fond(i) imfassal/imfasslin tali li l-UE tkun tista’ tirreaġixxi kif xieraq f'sitwazzjonijiet li jevolvu malajr.

3. Implimentazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta’ programmi u tar-regoli tagħhom ta’ implimentazzjoni korrispondenti ser jissimplifika l-proċeduri u jippermetti fehim aħjar tar-regoli mill-partijiet interessati kollha.

Iċ-ċaqliq minn ġestjoni diretta għal ġestjoni kondiviża fejn ikun possibbli ser ineħħi l-piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa. Il-ġestjoni diretta se tinżamm għal proġetti speċifiċi transnazzjonali jew partikolararment innovattivi u sabiex jingħata appoġġ lil entitajiet li mhumiex Stati, kif ukoll sabiex jitmexxew 'il quddiem avvenimenti u studji. Se tinżamm ukoll għall-mekkaniżmu flessibbli ta' rispons ta' emerġenza u għad-dimensjoni esterna.

Rigward il-fondi b’ġestjoni kondiviża, huwa propost li dawn jiċċaqalqu għal sistema ta' programmar multiannwali ibbażat fuq ir-riżultati, minflok programmi annwali. Dan se jikkontribwixxi għal iffukar aħjar fuq l-objettivi u fuq l-output, ser inaqqas ix-xogħol għall-partijiet interessati kollha u ser inaqqas iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, biex b’hekk jitħaffef ir-rilaxx tal-fondi.

Għadd ta’ aġenziji jappoġġaw il-ħidma tal-UE f’dan il-qasam, inkluż l-Europol, il-Frontex, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u l-Aġenzija tal-IT. Hemm skop u bżonn li jitjiebu s-sinerġija u l-koerenza bejn l-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-aġenziji tagħha sabiex jiġi żgurat li l-aġenziji jkunu effettivi fl-appoġġ tal-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri.

Sistemi tal-IT fuq skala kbira (bħas-SIS u l-VIS) għandhom parti kbira mill-baġit f'dan il-qasam. Huma jġibu valur miżjud għoli tal-UE. Dawn is-sistemi bħalissa huma ġestiti mill-Kummissjoni, iżda l-ġestjoni tagħhom se tgħaddi gradwalment għand l-Aġenzija tal-IT, li se tibda l-operazzjonijiet tagħha fl-2012. L-Aġenzija tal-IT se tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp u l-ġestjoni tas-sistemi futuri tal-IT f'dan il-qasam.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 8,23 biljun

· Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil || EUR 3,4 biljun

· Fond għas-Sigurtà Interna || EUR 4,1 biljun

· Sistemi tal-IT || EUR 730 miljun

Infrastruttura – Il-Faċilità 'Nikkollegaw l-Ewropa'

1. Għanijiet tal-Politika

Il-futur ekonomiku tal-Ewropa jeħtieġ netwerks ta' trasport, tal-enerġija u tal-informazzjoni diġitali li huma intelliġenti, sostenibbli u kompletament interkonnessi. Dawn huma kundizzjoni meħtieġa għat-tlestija tas-suq uniku Ewropew. Dawn se jgħinu wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE għal tkabbir sostenibbli spjegat fl-Istrateġija Ewropa 2020 u l-objettivi ambizzjużi tal-UE "20-20-20" fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija u l-klima[16].

Filwaqt li s-suq hu mistenni jkollu rwol importanti fit-twassil tal-infrastrutturi meħtieġa permezz ta' investiment xieraq u mekkaniżmi tal-prezzijiet, mingħajr intervent pubbliku proprju (inkluż mill-baġit tal-UE) xi investimenti fl-infrastruttura ma jsirux jew se jiddewmu sa ħafna wara l-iskadenza tal-2020.

Fis-settur tal-enerġija, fl-2010 l-Kummissjoni ddefiniet il-kuriduri prijoritarji għat-trasport tal-elettriku (erbgħa), il-gass (tlieta) u ż–żejt. Huwa kkalkulat li sal-2020 huma meħtieġa madwar EUR 200 biljun f'investiment għall-pajpijiet tal-gass u l-grilji tal-elettriku. Minn dan l-investiment totali, EUR 100 biljun għandhom jiġu mis-suq mingħajr għajnuna, filwaqt li l-EUR 100 biljun l-oħra se jeħtieġu azzjoni pubblika sabiex jinstab u għall-ingranaġġ tal-kapital privat meħtieġ.

Fis-settur tat-trasport, l-infrastruttura għandha tiġi ppjanata b'tali mod li timmassimizza l-impatt pożittiv fuq it-tkabbir eknomomiku u timminimizza l-impatt negattiv fuq l-ambjent. L-infrastruttura tat-trasport ma żviluppatx bl-istess ritmu fil-partijiet tal-Lvant u tal-Punent tal-UE, li jeħtieġu jiġu kkollegati. L-Ewropa teħtieġ ‘netwerk ewlieni’ pan-Ewropew b'kuriduri li jwasslu t-traffiku tal-mekanzija u tal-passiġġieri b'ħafna effiċjenza u b'emissjonijiet baxxi, li jagħmel użu estensiv minn infrastruttura eżistenti, li jimla fejn hemm vojt u jtaffi l-konġestjonijiet u jagħmel użu aktar effiċjenti tas servizzi f'kumbinazzjonijiet multimodali. Dan in-netwerk ewlieni se jkollu sostenn mill-faċilità Nikkolegaw l-Ewropa u kkumplimentat minn netwerk komprensiv ta' infrastrutturi nazzjonali (li jistgħu jkunu sostnuti mill-fondi strutturali). In-netwerk ewlieni se jiġi stabbilit permezz ta' metodoloġija ta' ppjanar pan-Ewropea. Lil hinn mill-manutenzjoni tal-assi attwali, in-netwerk komprensiv se jkun ibbażat fuq it-TEN-T kurrenti u jiġbor fih l-infrastruttura attwali u ppjanata fl-Istati Membri. Il-kost tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-UE biex twieġeb għad-domanda tat-trasport ġie stmat li se jiġi jiswa aktar minn EUR 1,5 triljun għall-2010-2030. Biex jitlesta n-netwerk TEN-T jinħtieġu madwar EUR 500 biljun sal-2020 , li minnhom EUR 250 biljun se jkunu biex jitneħħew il-konġestjonijiet ewlenin.

In-netwerks diġitali, kemm fiżiċi kif ukoll dawk ibbażati fuq is-servizz, huma xprun ewleni għal tkabbir intelliġenti. Bħala parti mill-Aġenda diġitali, sal-2013 kull Ewropew għandu jkollu aċċess għal broadband bażiku u sal-2020 għal broadband veloċi u ultra veloċi. F'Settembru 2010, il-Kummissjoni indikat il-passi li hi u l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jingħata bidu għall-investiment ta' bejn EUR 180 biljun u EUR 270 biljun meħtieġ biex sal-2020 il-broadband veloċi jasal f'kull dar. Hemm ħtieġa ta' intervent pubbliku ffukat biex jistimula l-investiment privat fejn is-suq huwa dgħajjef. Hekk kif l-Ewropa qed timmodernizza, arkitetturi komuni għal servizzi diġitali se jgħinu liċ-ċittadini li qed isiru dejjem aktar mobbli, jagħmlu possibbli l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali, jistimulaw l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali, u jnaqqsu l-kostijiet tat-transazzjonijiet għall-impriżi, b'mod partikolari għall-SMEs li jkunu qed ifittxu opportunitajiet ta' tkabbir lil hinn mis-swieq domestiċi.

2. Strumenti

Fi ħdan l-intestatura li taqqgħad mill-ġdid l-azzjonjiet kollha li jappoġġaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-Kummissjoni qed tipproponi li tinħoloq il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex tmexxi 'l quddiem it-tlestija tan-"newerk ewlieni tat-trasport", il-"kuriduri prioritarji tal-enerġija" u l-infrastruttura diġitali li teħtieġ l-UE għall-kompetittività sostenibbli futura tagħha. Hija se tagħti appoġġ lil infrastrutturi b'dimensjoni Ewropea u tas-Suq Uniku, u timmira s-sostenn tal-UE fuq netwerks prioritarji li jridu jiġu implimentati sal-2020 u fejn hi meħteġa l-aktar l-azzjoni Ewropea. Minħabba l-kumplessità dejjem tiżdied tan-netwerks, il-koordinazzjoni effettiva li se timminimizza l-kosti għaċ-ċittadini kollha tista' tintlaħaq biss fil-livell Ewropew.

Barra minn hekk, il-kompitu hu li jinbena ambjent li jwassal għal investiment privat u jiġu żviluppati strumenti li jkunu mezz ta' attrazzjoni għal investituri fl-infrastruttura speċjalizzata. L-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jistabbilixxu l-kundizzjoinjiet biex jistimulaw l-investiment privat u jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom minkejja, u minħabba d-diffikultajiet finanzjarji attwali li qed jiffaċċaw l-awtoritajiet pubbliċi kollha. Biex ikunu effettivi l-aktar, tali mezzi jeħtieġ ikunu multisettorijali u mifruxin fuq diversi pajjiżi biex tiġi massimizzata d-diversifikazzjoni u b'hekk jitnaqqas ir-riskju. Dan jista' jintlaħaq biss fil-livell Ewropew u fuq il-bażi ta' kuriduri definiti sew u oqsma ta' investiment immirati tajjeb. Jekk jiġu attirati l-flus frankati lejn investimenti fit-tul li jsaħħu t-tkabbir tiġi stimulata l-ekonomija, jinħolqu l-impjiegi, jiżdied il-konsum u jingħata appoġġ lill-miri maqbula minn kulħadd bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se tagħti sostenn lil proġetti pan-Ewropej fejn approċċ ikkoordinat u ottimizzat se jnaqqss il-kostijiet kollettivi jew jindirizza l-kwistjoni ta' redditi mhux indaqs. Barra minn hekk, permezz tat-twaqqif konġunt ta' strumenti finanzjarji, se tipprovedi għodod biex jiġu attirati fondi mis-settur privat kemm mill-UE kif ukoll lil hinn minnha. Il-finanzjament ta' proġetti b'hekk se jikkumplimenta t-tħaddim tal-fondi tal-UE. Il-faċilità 'Nikkollegaw l-Ewropa' se tisfrutta wkoll sinerġiji fl-infrastruttura soda (pereżempju billi jsir xogħol konġunt fuq kollegamenti kbar transkonfinali fit-trasport u l-enerġija) u bit-tixrid ta' teknoloġiji intelliġenti ta' informazzjoni fl-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija.

3. implimentazzjoni

Il-Faċilità tal-Infrastruttura se jkollha fond uniku ta' EUR 40 biljun għall-perjodu 2014-2020. Fi ħdan dan l-ammont se jiġu allokati fondi speċifiċi għan-netwerks tal-enerġija, tat-trasport u l-informazzjoni diġitali. Il-Faċilità se tkun ġestita b'mod ċentrali mill-Kummissjoni bl-appoġġ ta' aġenzija eżekuttiva (bħall-aġenzija TEN-T attwali) u ta' intermedjarji finanzjarji. L-implimentazzjoni teknika attwali ta' proġetti fil-prattika (pereżempju l-akkwist u s-sejħiet għall-offerti) se jssir mill-promoturi tal-proġetti. Il-Faċilità se tkun ikkumplimentata b'EUR 10 biljuni addizzjonali riservati għal investimenti f'infrastrutturi tat-trasport relatati fi ħdan il-fond ta' Koeżjoni.

Skont is-setturi, il-pożizzjoni ġeografika u t-tip ta' proġetti, se japplikaw rati ta' finanzjament differenti, li jibbilanċjaw kemm il-ħtieġa biex jiġi massimizzat l-ingranaġġ kif ukoll biex titħaffef b'mod sostanzjali l-implimentazzjoni tal-proġett. Ir-rati massimi tal-kofinanzjament se jkunu modulati abbażi ta; analiżi kost-benefika ta' kull proġett, id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-baġit u l-ħtieġa li jiġi massimizzat l-ingranaġġ tal-fondi mill-UE. Għat-tliet setturi, l-impatt tar-rata ta’ kofinanzjament applikabbli tiddependi ħafna mill-istatus ekonomiku/żvilupp tal-pajjiżi kkonċernati[17]. Rigward l-enerġija speċifikament, il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (EERP) wera wkoll li kienet meħtieġa rata ogħla ta' kofinanzjament biex jinħolqu proġetti biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista[18].

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jġġib flimkien strumenti bbażati fuq is-suq ma' sostenn dirett tal-UE sabiex jiġi ottimizzat l-impatt tal-finanzjament. L-impatti ta' ingranaġġ għoli fuq strumenti finanzjarji innovattivi (pereżempju li jistgħu jkunu għoljin sa 1:25 fuq bonds tal-proġetti) u l-assorbiment b'suċċess ta' sostenn dirett tal-UE (kif sar fl-EERP jew fil-programm TEN-T) se jagħtu kontribut sinifikanti biex jittaffew ir-riskji u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital għall-ħtiġiet ta' investiment kbir ħafna.

Il-bżonnijiet għal netwerk prioritarju ewlieni li jkopri l-Ewropa kollha kienu identifikati fil-linji gwida riveduti tat-TEN-T (li se jiġu adottati f'Settembru 2011), fil-pakkett dwar l-Infrastruttura tal-Enerġija (COM(2010)677) endorsjat mill-Kunsill Ewropew fl-4 ta' Frar 2011 u fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010)245) rispettivament.

Lista proposta ta' kollegamenti li jridu jiġu ffinanzjati hija ppreżentata fl-anness.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li minnhom || EUR 40 biljun

· Enerġija || EUR 9,1 biljun

· Trasport || EUR 21,7 biljun

· ICT/Informazzjoni Diġitali || EUR 9,2 biljun

Ammonti mill-Fond ta' Koeżjoni intiżi għall-infrastrutturi tat-trasport || EUR 10 biljun

Total || EUR 50 biljun

Lista preliminari tal-Kurituri Ewropej tal-Mobilità u l-Proġetti tan-Netwerk Ewlieni tat-Trasport

Prijoritajiet Orizzontali

Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Sema Ewropew Uniku - SESAR

Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku għat-Toroq, il-Ferroviji u l-Passaġġi Interni tal-Ilma (ITS, ERTMS u RIS

Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Portijiet u Ajruporti tan-Netwerk Ewlieni

|| || ||

Kurituri Ewropej

Proġetti Mħejjija fuq il-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T || Taqsimiet li għandhom jiġu ffinanzjati sal-2020 || modalità || Dati ewlenin

1. Kuritur Baltiku - Adrijatiku - Helsinki – Tallinn – Riga – Kaunas – Warszawa – Katowice - Gdynia – Katowice - Katowice – Ostrava – Brno- Wien - Katowice – Žilina – Bratislava – Wien - Wien – Graz – Udine (inkluż Koralm) – Venezia - Graz – Maribor – Ljubljana – Trieste / Koper – Venezia - Venezia – Bologna - Ravenna || || ||

|| Tallinn - Riga - Kaunas - Warszawa || Multimodali || l-istudju tal-fattibilità huwa ffinalizzat, it-titjib tal-linja eżistenti għandu jitlesta sal-2015, ix-xogħlijiet għal linja ġdida għandhom jibdew qabel l-2020

Konnessjoni multimodali Gdynia – Katowice || Multimodali || It-titjib għal 160 kmh jinsab għaddej

Katowice - Ostrava - Brno & Katowice - Žilina - Bratislava || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib

Konnessjoni bil-ferrovija Bratislava – ajruport ta' Vjenna || Ferrovija || qegħda tinbena l-interkonnessjoni tal-ajruport

Konnessjoni bil-ferrovija Wien – Graz – Klagenfurt (Semmering, Koralm) || Ferrovija || jinsabu għaddejjin studji dettaljati għal Semmering, il-kostruzzjoni tinsab għaddejja għal Koralm sal-2024

Konnessjoni bil-ferrovija Klagenfurt - Udine (Pontebbana) || Ferrovija || se jitqiegħdu fil-post is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku

Konnessjoni bil-ferrovija Graz – Maribor || Ferrovija || għandha titlesta wara l-2020

Konnessjoni bil-ferrovija Maribor – Ljubljana – Trieste || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u titjib parzjali

Konnessjoni bil-ferrovija ta' Koper || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib

Venezia – Bologna – Ravenna || Ferrovija || se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, titjib tal-interkonnessjoni modali

|| || ||

2. Kuritur Warszawa – Berlin – Amsterdam - Amsterdam (Rotterdam) – Hannover – Berlin – Poznań – Warzsawa || || ||

|| Konnessjoni multimodali Warszawa - Poznań –Fruntiera DE || Multimodali || jinsab għaddej it-titjib tat-triq u l-ferrovija, jinsabu għaddejjin l-istudji għall-ferrovija b'veloċità għolja

Konnessjoni bil-ferrovija Fruntiera PL - Berlin - Hannover - Amsterdam || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji, se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġesjoni tat-traffiku

Il-locks ta' Amsterdam || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin

|| || ||

3. Il-Kuritur Mediterranju Algeciras – Madrid – Tarragona - Valencia – Tarragona - Tarragona – Barcelona – Perpignan – Lyon – Torino – Milano - Milano – Venezia - Ljubljana – Budapest – Fruntiera UA || || ||

|| Konnessjoni ferrovjarja Algeciras – Madrid || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji, għandu jibda x-xogħol qabel l-2015, għandha titlesta fl-2020

Konnessjoni ferrovjarja Valencia - Taragona - Barcelona || Ferrovija || kostruzzjoni bejn l-2014 - 2020

Barcelona - Perpignan || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol, għandha titlesta sal-2015

Konnessjoni ferrovjarja diretta Perpignan – Montpellier || Ferrovija || il-bypass Nîmes – Montpellier għandha tkun operattiva fl-2017, Montpellier – Perpignan għall-2020

Konnessjoni ferrovjarja Lyon – Turin || Ferrovija || ix-xogħol għandu jitlesta fl-2025

Milano – Brescia || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib

Brescia - Valenzia – Trieste || Ferrovija || ix-xogħlijiet fuq diversi sezzjonijiet għandhom jibdew qabel l-2014

Trieste - Divača || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u titjib parzjali

Maribor - Budapest – Záhony || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol

|| || ||

4. Hamburg – Rostock – Constanta – Burgas – Piraeus – Il-Kuritur ta' Lefkosia - Hamburg – Berlin - Rostock – Berlin - Berlin – Praha – Brno – Bratislava – Budapest - Arad - Arad – Bucureşti – Constanţa - Arad – Timişoara – Sofia – Burgas - Sofia – Thessaloniki – Piraeus – Lefkosia || || ||

|| Hamburg - Berlin u Rostock – Berlin - Dresden || || se jitqiegħdu fil-post is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku

Dresden - Praha || || se jitqiegħdu fil-post is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, l-istudji għall-ferrovija ta' veloċità għolja jinsabu għaddejjin

Il-locks ta' Děčín || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin

Konnessjoni multimodali Bratislava - Budapest (inkluż iċ-ċirku ta' madwar Budapest) || Multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol

Konnessjoni multimodali Budapest - Bucureşti - Constanţa, Arad - Timişoara - Calafat || Multimodali || l-aġġornament fl-HU huwa kważi lest, u jinsab għaddej fir-RO

Konnessjoni multimodali Calafat - Sofia - Burgas Sofia - Thessaloniki || Multimodali || l-istudji Calafat -Sofia - Thessaloniki jinsabu għaddejjin, it-titjib ta' Sofia - Burgas jinsab għaddej

Investimenti fil-portijiet u konnessjonijiet multimodali f'CY || Multimodali || se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, titjib tal-interkonnessjoni modali

|| || ||

5. Kuritur Helsinki - Valletta - Helsinki – Turku – Stockholm – Malmö – København – Hamburg (inkluża Fehmarn) - Hamburg – Hannover – Nurnberg – München – Verona (inkluż il-Mina ta' Bażi ta' Brenner) – Bologna – Roma – Napoli – Bari – Valletta || || ||

|| Helsinki - Turku || Multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol

Stockholm - Malmö (Trijangolu Nordiku) || Multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol

Fehmarn biss || Multimodali || jinsabu għaddejjin l-istudji, ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni tal-Fehmarn bejn l-2014 u l-2020

konnessjoni multimodali København - Hamburg permezz ta' Fehmarn: rotot ta' aċċess || Multimodali || ir-rotot ta' aċċess DK se jitlestew sal-2020, ir-rotot ta' aċċess tal-Ġermanja se jitlestew f'żewġ passi (2020- 2027)

Punti ta' konġestjoni ferrovjarji bejn Hamburg u München || Ferrovija || mistennija li titlesta madwar l-2017

München - Wörgl: aċċess għall-Mina ta' Bażi ta' Brenner u s-sezzjoni li taqsam il-fruntiera || Ferrovija || tnedew l-istudji

Mina ta' Bażi ta' Brenner || Ferrovija || ix-xogħlijiet fuq il-mina prinċipali 2010-2024

Rotot ta' aċċess għal Verona tal-Mina ta' Bażi ta' Brenner || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Verona - Bologna - Roma - Napoli || Ferrovija || Titjib tal-interkonnessjoni modali

Napoli - Bari – Valletta || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Investimenti fil-portijiet u konnessjonijiet multimodali f'MT || Multimodali || se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, titjib tal-interkonnessjoni modali

|| || ||

6. Kuritur Genova – Rotterdam - Genova – Milano/Novara – Basel – Mannheim – Köln - Köln– Düsseldorf – Rotterdam - Köln– Liège – Bruxelles/Brussel– Zeebrugge || || ||

|| Terzovalico - Milano/Novara - Genova || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet

Konnesjoni ferrovjarja Karlsruhe – Basel || Ferrovija || ix-xogħlijiet se jitlestew sa tmiem l-2020

Konnessjoni ferrovjarja Frankfurt – Mannheim || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Konnessjoni ferrovjarja Rotterdam – Oberhausen || Ferrovija || ix-xogħlijiet se jitlestew sal-2017

Locks marittimi f'Zeebrugge || Baħar || l-istudji jinsabu għaddejjin

|| || ||

7. Kuritur Atlantiku - Sines / Lisboa – Madrid - Valladolid - Lisboa - Aveiro - Oporto - Aveiro – Valladolid – Vitoria – Bordeaux – Paris || || ||

|| Ferrovija ta' Veloċità Għolja Sines/Lisboa – Madrid || ferrovija || l-istudji u x-xogħlijiet jinsabu għaddejjin, titjib tal-interkonnessjoni modali

Ferrovija ta' veloċità għolja Porto - Lisboa || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Konnessjoni ferrovjarja Aveiro - ES || Ferrovija || jinsabu għaddejjin ix-xogħlijiet transkonfinali

Konnessjoni ferrovjarja Bergara - San Sebastián - Bayonne || Ferrovija || mistennija li titlesta fi ES sal-2016, fi FR sal-2020

Bayonne - Bordeaux || Ferrovija || tinsab għaddejja konsultazzjoni pubblika

|| || ||

8. Il-kuritur Dublin – London – Paris – Brussel/Bruxelles - Belfast – Dublin - Dublin – Holyhead - Holyhead – Birmingham – London – Lille – Brussel/Bruxelles - Lille – Paris (inkluż Canal Seine – Escaut) || || ||

|| Konnessjoni ferrovjarja Dublin – Belfast || Ferrovija || jinsabu għaddejjin ix-xogħlijiet sal-2018

Konnessjonijiet multimodali fl-Ingilterra (inkluża l-Linja ta' Veloċità Għolja 2) || multimodali || se titlesta sal-2025

Canal Seine - Escaut || IWW || tlesta t-tfassil, tnieda d-djalogu kompetittiv, jitlesta għal kollox sal-2018

Titjib tal-kanali tal-ilma f'Wallonie || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin

|| || ||

9. Kuritur Antwerp – Lyon – Basel - Rotterdam – Antwerp – Brussel/Bruxelles – Luxembourg - Luxembourg – Dijon – Lyon - Luxembourg – Strasbourg – Basel || || ||

|| Titjib tal-Maas || IWW || se jitlesta sal-2015

Titjib tal-locks f'Terneuzen || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin

Locks Marittimi f'Antwerp || Baħar || l-istudji jinsabu għaddejjin

Eurocaprail || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol

Konnessjonijiet ferrovjarji Dijon Lyon (TGV Rhin - Rhône) || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Kanal Saône - Moselle || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin

Strasbourg - Mulhouse - Basel || multimodali || jinsabu għaddejjin l-istudji u titjib parzjali

|| || ||

10. Kuritur Seine – Danubju - Le Havre – Paris – Strasbourg – Stuttgart – München – Wien || || ||

|| Konnessjoni ta' Veloċità Għolja Le Havre – Paris || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Konnessjoni ferrovjarja - Paris Strasbourg: it-tieni fażi LGV Est || Ferrovija || se titlesta sal-2016

Konnessjoni ferrovjarja Strasbourg - Kehl Appenweier || Ferrovija || se titlesta sal-2016

Karlsruhe - Stuttgart - München || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet

Konnessjoni ferrovjarja München - Salzburg || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet

Konnessjoni ferrovjarja Wels - Wien || Ferrovija || mistennija li titlesta sal-2017

Titjib tad-Danubju || IWW || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet

|| || ||

Sezzjonijiet Oħra fuq in-Netwerk Ewlieni

|| || ||

Transkonfinali || Konnessjoni ferrovjarja Sofia – Plovdiv – Istanbul || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib

Transkonfinali || Konnessjoni bit-triq Sofia - Bucureşti permezz ta' Ruse || Triq || l-istudji jinsabu għaddejjin

Transkonfinali || Konnessjoni bit-Triq u bil-Ferrovija minn Sofia għal Skopje || Multimodali || l-istudji jinsabu għaddejjin

Transkonfinali || Konnessjoni bit-triq u bil-ferrovija Timişoara - Belgrad || Multimodali || l-istudji jinsabu għaddejjin

Transkonfinali || Konnessjoni ferrovjarja Nürnberg - Praha || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet

Transkonfinali || Konnessjoni bit-Triq u bil-Ferrovija Wroclaw – Dresden || Multimodali || jinsab għaddej it-titjib

Transkonfinali || Konnessjoni multimodali Nürnberg - Linz || multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol

Punt ta' konġestjoni || Netwerk Ferrovjarju Spanja tal-Majjistral u l-Portugall || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol

Punt ta' konġestjoni || Konnessjoni ferrovjarja Frankfurt - Fulda – Erfurt – Berlin || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Punt ta' konġestjoni || Halle - Leipzig - Nürnberg || Ferrovija || ix-xogħol jinsab għaddej, se jitlesta sal-2017

Punt ta' konġestjoni || HSL Provence - Côte d'Azur || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Punt ta' konġestjoni || Rail Egnathia (EL) || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Punt ta' konġestjoni || Passaġġi interni tal-ilma Dunkerque - Lille || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin

Punt ta' konġestjoni || Linja tal-HSR parallela Paris – Lyon || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji preliminari

Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Netwerk Ewlieni HS konnessjonijiet bejn Zaragoza - Pamplona - Logrono, Valladolid - La Coruña || Ferrovija || Jinsabu għaddejjin xogħlijiet parzjali

Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Konnessjoni ferrovjarja - Shannon - Cork - Dublin || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Titjib tal-konnessjoni ferrovjarja u tal-HS bejn bliet ewlenin tal-PL (inklużi Warszawa, Łódź, Wrocław, Poznań, Kraków) || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Konnessjoni ferrovjarja għal Wilhelmshaven u Bremerhaven || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin

Lista preliminari ta' Kurituri Prijoritarji tal-Enerġija

Prijoritajiet Orizzontali

Tqegħid fil-post tal-grilji intelliġenti || Investimenti fi proġetti ta' skala kbira għall-ibbilanċjar tad-domanda u l-provvista bl-użu ta' soluzzjonijiet tal-grilja intelliġenti għal grilji tal-elettriku ta' vultaġġ għoli u medju f'reġjuni kbar transkonfinali b'ġenerazzjoni tal-elettriku varjabbli sinifikanti.

|| || ||

Kurituri Ewropej tal-Elettriku

|| L-għan se jinkiseb sal-2020 || Il-pajjiżi kkonċernati || Punti ta' konġestjoni ewlenin fuq perjodu qasir

1. Grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta fl-Ibħra tat-Tramuntana || Grilja integrata lil hinn mill-kosta fl-Ibħra tat-Tramuntana li tgħaqqad l-40 GW ippjanati ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u tittrasportahom lejn iċ-ċentri tal-konsum || BE, DE, DK, FR, IE, LU, NL, SE, UK (NO) || - Soluzzjonijiet ottimali tal-grilji li jużaw konnessjonjiet submarine radial jew hub ma' konnessjonijiet fuq il-kosta u T-connections ma' interkonnetturi fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż u r-reġjun tal-Kanal Ingliż

- tisħiħ tal-grilji fuq l-art li jippermettu l-flussi tal-elettriku lejn iċ-ċentri ewlenin tal-konsum fil-pajjiżi tal-kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana

- aċċess akbar għall-kapaċitajiet tal-ħżin hydro u oħrajn għall-użu f'każ ta' bżonn u għall-ibbilanċjar

|| || ||

2. Interkonnessjonijiet tal-elettriku fl-Ewropa tal-Lbiċ || Interkonnessjonijiet fir-reġjun tal-Lbiċ bejn l-Istati Membri tal-UE u mal-pajjiżi terzi Mediterranji. || ES, FR, IT, MT, PT (CH, pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq) || - interkonnessjonijiet bejn il-Peninsula Iberika u Franza

- konnessjonijiet aktar lejn l-Ewropa Ċentrali

- interkonnessjonijiet bejn l-Italja/Spanja u l-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq fid-dawl tal-potenzjal aktar fit-tul tagħhom fl-enerġija rinnovabbli

- konnessjoni adegwata ta' Malta mal-Italja

|| || ||

3. Konnessjonijiet tal-elettriku fl-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u tax-Xlokk || Netwerk tal-elettriku reġjonali msaħħaħ fid-direzzjonijiet tal-fluss tal-enerġija mit-Tramuntana għan-Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent, sabiex jitlesta s-suq intern u tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli, kemm permezz tal-interkonnetturi kif ukoll permezz tal-linji interni || AT, BG, CZ, DE, GR, HU, IT, PL, RO, SI, SK (AL, BA, FYROM, HR, ME, SP) || - tisħiħ tan-netwerks interni tal-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Kroazja u l-Bulgarija, kif ukoll l-Awstrija u l-Ġermanja fid-direzzjoni mit-Tramuntana għan-Nofsinhar

- interkonnessjonijiet ġodda bejn il-Ġermanja u l-Polonja, is-Slovakkja u l-Ungerija

- żieda fil-kapaċitajiet tat-trasferiment bejn ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Greċja, inkluż mal-pajjiżi tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija

- konnessjonijiet bejn l-Italja u l-pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija (partikolarment il-Montenegro, iżda wkoll l-Albanija u l-Kroazja)

|| || ||

4. Il-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP) || Tmiem tal-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u żieda fl-indipendenza tas-sistema tagħhom min-netwerk tal-elettriku Russu. Aktar fit-tul, konnessjoni sinkronika mas-sistema kontinentali Ewropea koperta b'ENTSO-E || DE, DK, EE, FI, LT, LV, PL, SE (NO) || - konnessjonijiet tal-elettriku mit-tliet Stati Baltiċi għall-Iżvezja, il-Finlandja u l-Polonja

- tisħiħ tal-grilja interna tal-Istati Baltiċi f'konformità ma' dan, partikolarment fil-Latvja

- interkonnessjoni ulterjuri bejn il-Latvja u l-Estonja sabiex jimxu lejn l-indipendenza tas-sistema

- tisħiħ tal-grilja Pollakka fil-Grigal kif ukoll kapaċità transkonfinali addizzjonali bejn il-Polonja u l-Litwanja, bħala tħejjija għall-konnessjoni sinkronika

Kurituri Ewropej tal-Gass

5. Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar || Jinfetaħ ir-raba' kuritur tal-provvista tal-gass għall-UE li jkollu l-kapaċità li jgħaqqad l-Ewropa mal-provvisti tal-gass mill-Baħar Kaspju u l-Baċir tal-Lvant Nofsani (90,6 triljun metru kubu ta' riżervi ppruvati). || Direttament: IT, EL, BG, RO, AT, HU Indirettament: DE, CZ, PL, FR (AL, BA, FYROM, HR, ME, SP; il-Ġeorġja, l-Iraq, it-Turkija, il-pajjiżi tar-Reġjun tal-Kaspju) || - pipelines li jippermettu l-ħolqien ta' konnessjoni diretta bejn it-territorju tal-UE u ż-żoni tal-bjar tal-gass fil-Kaspju u l-Lvant Nofsani

- Għażliet u konfigurazzjonijiet differenti tal-pipelines huma kkunsidrati inkluż pipeline apposta mit-territorju tat-Turkija u pipelines taħt il-baħar fuq qiegħ il-Baħar Kaspju u l-Baħar l-Iswed (Turkmenistan - Ażerbajġan u Ġeorġja-UE)

|| || ||

6. Il-kuritur tal-gass mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Punent || Interkonnessjonijiet ġodda fuq l-assi tat-Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Punent sabiex ikunu konnessi aħjar flimkien iż-żona tal-Mediterran u r-reġjun tal-gass tal-Majjistral, u b'hekk tiġi pprovduta diversifikazzjoni akbar mill-Italja u Spanja u kompetizzjoni fiż-żona kollha, u jingħata aċċess għal provvisti mill-Afrika, in-Norveġja u r-Russja u tiżdied il-flessibilità tan-netwerk tal-gass tal-UE kollu kemm hu || BE, CY, DE, ES, FR, IE, IT, LU, MT, NL, PT, UK (pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq) || - kapaċitajiet ulterjuri tal-interkonnessjoni bejn il-Peniżola Iberika u Franza u tneħħija tal-punti ta' konġestjoni interni

- kapaċitajiet ulterjuri ta' interkonnessjoni fit-Tramuntana tal-Italja mal-Awstrija u fin-Nofsinhar mar-reġjun tal-Afrika ta' Fuq

- soluzzjonijiet adegwati ta' LNG/CNG/pipeline f'Ċipru u Malta

- infrastrutturi oħra sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet fir-Renju Unit u l-IRL (pereżempju ħżin/LNG)

|| || ||

7. Konnessjonijiet tal-gass bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant u tax-Xlokk || Konnessjonijiet tal-gass bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku u l-Ibħra tal-Adrijatiku u l-Eġew u aktar 'il bogħod lejn il-Baħar l-Iswed sabiex jissaħħu s-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista fir-reġjun. Fit-tieni pass, dan il-proċess ta' integrazzjoni se jkollu jiġi estiż għall-pajjiżi membri tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija permezz ta' kapaċità ta' interkonnessjoni adegwata. || BG, HU, CZ, PL, RO, SK, AT, GR, SI (HR, pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija) || - Konnessjonijiet Tramuntana-Nofsinhar fil-pajjiżi u bejniethom, b'mod partikolari titjib ta' pipelines jew pipelines ġodda fil-Polonja, il-Bulgarija u r-Rumanija, interkonnessjonijiet bejn il-Polonja u s-Slovakkja u s-Slovakkja u l-Ungerija

- żieda fil-kapaċità transkonfinali jew il-possibilità ta' flussi bidirezzjonali bejn il-Polonja u r-Repubblika Ċeka, il-Polonja u l-Ġermanja u r-Rumanija u l-Ungerija

- infrastruttura ġdida għal importazzjonijiet tal-gass minn sorsi ġodda u l-konnessjoni tagħhom man-netwerk reġjonali tal-gass fit-Tramuntana u n-Nofsinhar permezz ta' pipelines u terminals tal-LNG ġodda fil-Polonja, il-Kroazja u r-Rumanija li jservu reġjun aktar wiesa'

|| || ||

8. Il-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (BEMIP) || Li jintemm l-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u l-Finlandja, li tintemm id-dipendenza fuq fornitur wieħed u wkoll li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista fir-reġjun kollu tal-Baħar Baltiku permezz ta' aktar diversifikazzjoni tal-provvista min-Norveġja || DK, EE, FI, LT, LV, PL, SE, DE (NO) || - interkonnetturi li jorbtu l-Finlandja u l-Estonja, il-Polonja u l-Litwanja u terminal reġjonali tal-LNG fil-Lvant tal-Baltiku

- titjib intern tas-sistemi sabiex tintlaħaq biżżejjed kapaċità sabiex ikun possibbli l-fluss liberu tal-gass fid-direzzjonijiet kollha

- Għaż-żona tal-Baltiku tal-Punent, possibilitajiet ulterjuri ta' interkonnessjoni bejn is-sistemi tan-Norveġja u d-Danimarka, interkonnessjoni bejn il-Polonja u d-Danimarka u żieda fil-kapaċitajiet bidirezzjonali bejn il-Ġermanja u d-Danimarka

Lista preliminari ta' Żoni ta' Mira tal-Broadband u Kurituri Ewropej tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali

Prijoritajiet Orizzontali

Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || L-immappjar ta' infrastruttura pan-Ewropea tal-broadband se jiżviluppa stħarriġ u dokumentazzjoni fiżiċi kontinwi u dettaljati ta' siti relevanti, analiżi ta' drittijiet tal-passaġġ, valutazzjonijiet tal-potenzjal għat-titjib ta' faċilitajiet eżistenti, eċċ.

Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Miżuri ta' assistenza teknika inkluż ippjanar tal-proġetti u l-investimenti u studji tal-fattibilità, f'appoġġ għall-miżuri tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji.

|| || ||

                                                Żoni ta' Mira tal-Broadband

Proġetti Mħejjija dwar iż-Żoni ta' Mira tal-Broadband ta' prijorità || Deskrizzjoni taż-żoni ta' mira li għandhom jiġu ffinanzjati sal-2020 || Sinifikat / Dati ewlenin

1. Żvilupp ta' portafoll ġeografikament diversifikat ta' proġetti tal-broadband li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa || Portafoll ġeografikament diversifikat ta' proġetti tal-broadband li jikkorrispondu maż-Żoni ta' Mira tal-Broadband, predominantement identifikati bħala ż-żoni tas-sobborgi, li għalihom il-kumpaniji tal-portafoll jibbenefikaw minn aċċess għal strumenti finanzjarji apposta, kkatalizzati u/jew imsaħħa bil-kreditu minn kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 biljun mill-Baġit tal-UE. Huwa probabbli li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiġbed fondi oħra mis-settur pubbliku jew minn dak privat li jista' jservi ta' bażi għal investiment ta' EUR 6 bn - EUR 15 bn fil-broadband skont il-ħtiġijiet tal-finanzjament u l-profili tar-riskju tal-investimenti ta' bażi. Fl-ewwel mewġa ta' proġetti taż-żoni ta' mira tal-broadband huwa probabbli li kumpaniji stabbiliti tat-telekomunikazzjonijiet (dawk preżenti jew operaturi) jinvestu f'żoni fejn il-pressjoni mill-kumpaniji tal-kejbil hija qawwija. Kumpaniji oħra tas-servizzi bażiċi (ilma, dranaġġ, elettriku) huma mistennija li jinvestu f'netwerks passivi tal-broadband, jew waħedhom jew fi sħab mal-operaturi. Diversi operaturi (ta' sikwit attivi fis-swieq tat-telefonija fissa jew mobbli) jistgħu jgħaqqdu l-forzi tagħhom sabiex jibnu ġenerazzjoni ġdida ta infrastrutturi. Is-sħubijiet huma min-natura tagħhom aktar ta' riskju minn dawk li jissellfu waħedhom. || Benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali huma assoċjati ma' veloċitajiet akbar tal-broadband. Effett immedjat fuq l-impjiegi relatati mal-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni tal-broadband ta' veloċità għolja. Fuq perjodu ta' tul medju, l-effetti diretti se jkunu relatati ma' kost-effikaċja ogħla u aħjar tas-servizzi bil-possibilità tal-ICT (pereżempju, grilji intelliġenti, gvern elettroniku, benefiċċji għall-konsumatur fir-rigward tal-għoti tas-servizzi tas-saħħa). Studju tal-OECD wera li żieda fir-rati tal-penetrazzjoni tal-broadband ta' ħames punti perċentwali tfisser żieda fir-rata tat-tkabbir tal-produttività tal-ħaddiema ta' 0,07 ta' punt perċentwali. Fit-tul, se jkun hemm effetti li jibqgħu fuq il-PDG.

|| || ||

                                     Kurituri Ewropej tal-Infrastrutturi Diġitali

Proġetti Mħejjija dwar l-infrastrutturi ta' prijorità || Deskrizzjoni tal-infrastruttura tas-servizzi li għandha tiġi ffinanzjata sal-2020 || Sinifikat / Dati ewlenin

1. Li jingħata aċċess għar-riżorsi diġitali tal-wirt kulturali tal-Ewropa (Europeana) || L-infrastruttura tas-servizzi għall-esplorazzjoni tar-riżorsi diġitali tal-mużewijiet, libreriji, arkivji u kollezzjonijiet awdjoviżivi tal-Ewropa. Din l-infrastruttura hija maħsuba sabiex tipprovdi aċċess faċli biex jintuża u uniku għall-kontenut kulturali Ewropew onlajn u se tittrasforma r-riżorsi kulturali tal-Ewropa f'assi dejjiema għall-ekonomija diġitali, li għandha tkun akkumpanjata minn infrastruttura tad-drittijiet apposta u li sservi ta' fus għall-industriji kreattivi u għall-użu mill-ġdid innovattiv tal-materjal kulturali Hija tibni fuq l-Europeana u żżid l-iskala tagħha għal kollezzjonijiet li qabel ma kinux intużaw fl-Istati Membri kollha. || L-Europeana tippromwovi l-aċċess għall-għarfien, id-diversità kulturali u l-kontenut kreattiv, u għandha l-għan li tiffaċilita d-diġitizzazzjoni u d-disseminazjoni tax-xogħlijiet kulturali fl-Ewropa. Intlaħaq qbil dwar it-tisħiħ tal-Europeana fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2010. L-industriji kulturali u kreattivi huma wieħed mis-setturi l-aktar dinamiċi tal-Ewropa u jirrappreżentaw 3,3% tal-PDG kollu tal-UE u 3% tal-impjiegi tagħha. Il-wirt kulturali b'saħħtu tal-Ewropa jipprovdi bażi soda għas-settur tal-kontenut. Il-kapulavuri kollha li jinsabu fid-dominju pubbliku se jkunu disponibbli sa mill-2016. Mill-2016 'il quddiem se jkun hemm espansjoni ulterjuri tal-kontenut u s-servizzi.

|| || ||

2. Identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi sikuri interoperabbli madwar l-Ewropa. || Infrastruttura tas-servizzi li tagħmel l-użu transkonfinali tal-identifikazzjoni elettronika (eID), inkluża l-awtentikazzjoni madwar l-Ewropa, possibbli għaċ-ċittadini u l-impriżi sabiex ikollhom aċċess għas-servizzi diġitali fi kwalunkwe Stat Membru li jgħixu fih jew jivvjaġġaw lejh. Servizzi ta' identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi estiżi għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw f'din l-infrastruttura tas-servizzi u integrati f'servizzi addizzjonali ta' livell għola (akkwist elettroniku, mobilità tal-impriżi, skambju elettroniku tal-informazzjoni ġuridika || Numru ta' infrastrutturi oħra tas-servizzi jkunu jiddependu fuq l-istallazzjoni ta' infrastruttura transkonfinali tas-servizzi tal-identità elettronika bħala l-punt ta' kuntatt uniku tad-direttiva tas-Servizzi, skambju tar-rekords kriminali, tar-rekords tas-saħħa tal-pazjenti, eċċ. Azzjonijiet sabiex il-kunċett tas-servizzi jiġi ppruvat fl-azzjoni f'kuntest limitat għandhom jibqgħu għaddejjin sal-2014. Operazzjonijiet fuq skala sħiħa għandhom jibdew mill-2014 'il quddiem.

|| || ||

3. Servizzi elettroniċ ta' akkwisti transkonfinali interoperabbli || Infrastruttura tas-servizzi li tippermetti lil kull kumpanija fl-UE sabiex tirrispondi għal sejħiet għall-offerti minn kull Stat Membru li tkopri l-attivitajiet tal-akkwisti elettroniċi ta' qabel l-għoti u ta' wara l-għoti. Żieda fl-iskala għall-Istati Membri kollha u l-integrazzjoni ta' attivitajiet bħal Virtual Company Dossier, eCatalogues, eOrders u eInvoices. || L-akkwisti pubbliċi elettroniċi jkabbru s-suq għall-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi u jsaħħu l-kompetizzjoni għall-offerti, u dan potenzjalment iwassal għal iffrankar annwali ta' bejn 1% u 2% tas-suq totali tal-akkwisti pubbliċi ta' EUR 2 000 biljun bl-użu ta' proċessi tal-akkwisti aktar effiċjenti u kompetittivi. Mill-2014 'il quddiem, l-infrastruttura tas-servizzi tiġi estiża għall-Istati Membri kollha, fuq il-bażi tal-White Paper dwar kif għandha tiġi interkonnessa l-kapaċità tal-akkwist elettroniku madwar is-suq uniku.

|| || ||

4. Proċeduri elettroniċi għat-twaqqif ta' negozju f'pajjiż Ewropew ieħor (fil-kuntest tad-Direttiva tas-Servizzi) || Infrastruttura tas-servizzi mmirata għal fornituri tas-servizzi lesti li joffru servizzi professjonali barra minn pajjiżhom. Għandha l-għan li tipprovdi proċeduri elettroniċi transkonfinali mingħajr problemi għat-twaqqif ta' negozju f'pajjiż Ewropew ieħor sabiex il-proċeduri amministrattivi kollha neċessarji jiġu ttrattati elettronikament minn pajjiż għall-ieħor permezz ta' Punt ta' Kuntatt Uniku fil-kuntest tad-Direttiva tas-Servizzi || Infrastruttura tas-servizzi interoperabbli ankrata fid-Direttiva tas-Servizzi. Azzjonijiet li għandhom il-mira li jneħħu l-ostakli amministrattivi li l-impriżi Ewropej jiffaċċjaw meta joffru s-servizzi tagħhom barra minn pajjiżhom se jibqgħu għaddejjin sal-2014 f'kuntest limitat. Operazzjonijiet fuq skala sħiħa għandhom jibdew mill-2014, b'estensjoni għall-Istati Membri kollha

|| || ||

5. Appoġġ elettroniku interoperabbli għall-assistenza tas-saħħa kullimkien madwar l-UE || Infrastruttura tas-servizzi li għandha l-għan li tgħaqqad flimkien l-istituzzjonijiet tas-saħħa u tegħleb l-ostakli lingwistiċi, amministrattivi u tekniċi għas-soluzzjonijiet tas-Saħħa elettronika. Is-servizzi għandhom jinkludu skambju tas-sommarji tal-pazjenti u preskrizzjonijiet elettroniċi madwar l-Ewropa u jappoġġjaw implimentazzjoni transkonfinali tas-servizzi tat-telemediċina. || L-infrastruttura se tikkontribwixxi għall-mekkaniżmu tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti għall-kura tas-saħħa transkonfinali dwar is-Saħħa elettronika bl-adozzjoni ta' sett ta' regoli komuni għas-semantika u l-proċeduri tar-rekords tas-saħħa. Azzjonijiet sabiex is-servizz jidħol fis-seħħ f'kuntest limitat għandhom jibqgħu għaddejjin sal-2015. Operazzjonijet fuq skala sħiħa għandhom jibdew mill-2015.

|| || ||

6. Data.eu || Infrastruttura tas-servizzi li taggrega f'punt ta' aċċess wieħed settijiet ta' dejta prodotti minn korpi pubbliċi fl-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u mill-istituzzjonijiet Ewropej, għall-użu u l-użu mill-ġdid tad-dejta fl-applikazzjonijiet differenti. Portal data.eu jipprovdi tiftix/aċċess għal datasets fi kwalunkwe lingwa użata mill-korpi pubbliċi fl-Istati Membri, sabiex isir tiftix fihom u jiġu viżwalizzati. Huwa jipprovdi għodod miftuħa għal kulħadd sabiex jinteraġixxi mal-infrastruttura (jfittex għad-dejta, jiġbor statistika, iniżżel statistika) għall-iżvilupp ta' negozju ġdid. || Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (PSI) hija mhux biss sors primarju ta' dejta, iżda wkoll mezz importanti sabiex jinħolqu servizzi innovattivi (servizzi bbażati fuq il-lokalità, servizzi finanzjarji, marketing, monitoraġġ ambjentali). Bħala settur tal-PSI, is-suq internazzjonali tal-Informazzjoni Ġeografika kien stmat li hu ta' $ 5,3 biljun fl-2009. Test li jinsab għaddej tal-portal f'kuntest limitat Implimentazzjoni progressiva ta' infrastruttura tad-dejta miftuħa pan-Ewropea li gradwalment testendi għall-amministrazzjoni pubblika kollha fl-Unjoni Ewropea mill-2014 'il quddiem.

|| || ||

7. Internet aktar Sikur għat-tfal || Infrastruttura tas-servizzi sabiex jiġu protetti aħjar l-utenti żgħar fl-età fuq l-internet. Huwa se joffri pjattaforma wiesgħa għall-qsim tar-riżorsi, sistemi ta' informazzjoni u għodod tas-softwer. "Ċentri tal-Internet aktar Sikur" konnessi se jipprovdu kontenut edukattiv, informazzjoni dwar is-sikurezza onlajn u, għodod biex jinfurmaw lill-pubbliku u teknoloġiji ta' integrazzjoni għall-aċċess għall-għodod tal-kontroll mill-ġenituri, għall-verifika tal-età minima, għall-klassifikazzjoni f'konformità mal-kodiċi tal-prattika tal-industrija (pereżempju logħob onlajn), l-implimentazzjoni ta' għodod innovattivi tal-ħolqien tal-kontenut, u għal listi bojod interoperabbli sabiex jitkabbar fl-iskala l-iżvilupp ta' ambjenti tal-internet sikuri għat-tfal żgħar u jiġi promoss l-aċċess għal kontenut xieraq għall-età tagħhom. || Din l-infrastruttura tgħin sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Kummissjoni li tħares lit-tfal onlajn kif stabbilit fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Implimentazzjoni u tqegħid fil-post ta' pjattaforma u għodod għas-servizzi komponenti differenti mill-2014 'il quddiem. Integrazzjonijiet u żieda fl-iskala mill-2018 'il quddiem.

|| || ||

8 Servizzi multilingwi || Infrastruttura tas-servizzi sabiex tipprovdi lill-eBusinesses (fornituri tal-kummerċ elettroniku) b'aċċess mingħajr limiti għal elementi bażiċi multilingwi riutilizzabbli mibnija madwar it-traduzzjoni onlajn, servizzi interattivi bbażati fuq it-taħdit, u tiftix tal-kontenut multilingwi. L-infrastruttura tospita u tipprovdi aċċess b'valur miżjud għal riżorsi ta' dejta għal-lingwi tal-UE (pereżempju materjali tradotti, corpora multilingwi, lexica u banek tad-dejta terminoloġiċi), il-metadata, għodod u standards relatati u tippermetti l-ġbir flimkien, il-kondiviżjoni u l-iskambjar tar-riżorsi lingwistiċi (kemm id-dejta kif ukoll l-għodod) li joriġinaw kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat. || Li jingħelbu l-barrieri lingwistiċi jappoġġja t-twaqqif ta' suq uniku diġitali transkonfinali mingħajr problemi u effettiv. Studju tal-2009 kkalkula li l-valur tal-industrija tal-lingwi fl-UE fl-2008 kien ta' EUR 8,4 biljun, li jinkludi t-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, il-lokalizzazzjoni tas-softwer, l-iżvilupp tal-għodod teknoloġiċi tal-lingwi, il-konsulenza u t-tagħlim u r-rata ta' tkabbir annwali għal din l-industrija ġiet ikkalkulata li hi ta' mill-anqas 10% għall-ftit snin li ġejjin. L-infrastruttura tibda bil-konnessjoni u l-estensjoni ta' inizjattivi eżistenti (pereżempju TAUS, ELRA, LDC, netwerks tal-UE għal META-NET) u tikber fl-iskala mill-2016 'il quddiem.

|| || ||

9. Sinsla trans-Ewropea pubblika ("mid-mile") || Infrastruttura tas-servizzi li tgħaqqad servizzi ta' importanza ewlenija tas-settur pubbliku ma' sinsla pan-Ewropea li hi netwerk ta' veloċità għolja, li fuqha jistgħu jiġu offruti servizzi oħra ta' livell ogħla u li fuqha jistgħu jinbnew "clouds" għal servizzi pubbliċi trans-Ewropej. B'dan il-mod, id-domanda tiġi aggregata, u b'hekk jonqsu l-ispejjeż u tintlaħaq ħafna aktar malajr massa kritika fl-għoti tas-servizzi. || Il-partijiet interessati primarji huma l-awtoritajiet pubbliċi li joperaw servizz li jibbenefika minn netwerk ta' veloċità għolja (pereżempju servizzi tas-saħħa, repożitorji ta' dejta pubblika, uffiċċji tal-istatistika, aġenziji tal-monitoraġġ tal-ambjent, protezzjoni ċivili, istituzzjonijiet kulturali). Sa mill-2014, servizz pan-Ewropew bħal dan jista' jiġi implimentat b'densità suffiċjenti fi żmien sentejn sa erba' snin. It-tieni fażi mbagħad tindirizza nuqqasijiet speċifiċi f'żoni ġeografiċi jew oqsma tematiċi. Punt tat-tluq għal din l-infrastruttura tas-servizzi trans-Ewropea hija sTesta.

Strumenti Finanzjarji Innovattivi

1. Għanijiet tal-Politika

L-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi jista' joffri alternattiva għall-għoti tradizzjonali ta' fondi assoċjat mal-baġit tal-UE u jipprovdi fluss ġdid importanti ta' finanzjament għall-investimenti strateġiċi. Vantaġġ importanti tal-istrumenti finanzjarji innovattivi huwa li joħolqu effett ta' multiplikazzjoni għall-baġit tal-UE billi jiffaċilitaw u jattiraw finanzjament ieħor pubbliku u privat għal proġetti ta’ interess għall-UE.

Għal proġetti b'potenzjal kummerċjali, il-fondi tal-UE jistgħu jintużaw bi sħab mas-setturi privati u bankarji, l-aktar permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), sabiex jgħinu jingħelbu l-imperfezzjonijiet tas-suq fil-finanzjament tal-proġetti u attivitajiet ta' interess strateġiku għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha.

Jeżisti potenzjal għal użu akbar ta' tali strumenti biex jintużaw għall-appoġġ ta' firxa wiesgħa ta' politiki. Għal aktar minn għaxar snin, il-baġit tal-UE għamel użu minn strumenti finanzjarji bħal garanziji u investimenti tal-ekwità għall-SMEs. Fil-qafas finanzjarju attwali, daħlu fis-seħħ ġenerazzjoni ġdida ta' strumenti finanzjarji f'kooperazzjoni mal-BEI, bħall- Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF) taħt is-seba' Programm Kwadru għar-R&D, jew l-Istrument ta’ Garanzija għas-Self għal proġetti TEN-T (LGTT). Għal attivitajiet lil hinn mill-UE, twaqqaf il-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli biex jipprovdi investimenti tal-akwità f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fil-qasam tal-fondi strutturali, ġew imwaqqfa strumenti finanzjarji biex isostnu lill-intrapriżi, l-iżvilupp urban u l-effiċjenza fl-enerġija permezz ta' fondi ta' rotazzjoni.

Dawn l-istrumenti kellhom suċċess iżda ġew żviluppati b'mod sperimentali. Għalhekk, bħala parti mill-qafas finanzjarju futur, il-Kummissjoni qed tipproponi li tintroduċi approċċ aktar sempliċi u standardizzat għall-użu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi, u b'hekk tgħin biex ikun żgurat li l-fondi tal-UE jintużaw bl-aktar mod effikaċi għas-sostenn tal-politiki tal-UE.

2. Strumenti

Qed tiġi proposta razzjonalizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji attwali biex tipprovdi regoli komuni għal strumenti ta' ekwità u dejn, sabiex ikun hemm viżjoni integrata tal-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali/reġjonali. Dawn se jissimplifikaw ir-relazzjonijiet mal-imsieħba fil-finanzjament, b'mod partikolari l-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Dawn se jipprovdu trasparenza rigward kif il-Kummissjoni tintervjeni fis-swieq bi strumenti ta' ekwità u ta' dejn, u b'hekk jiggarantixxu viżibbiltà ogħla tal-interventi tal-UE.

Il-Kummissjoni tipproponi tip ta' strument ġdid jiġifieri l-inizjattiva ta' bonds għal proġetti tal-UE li se tintuża bħala mezz biex tiggarantixxi riżorsi mill-investiment għal proġetti ta' infrastruttura li huma ta' interess Ewropew strateġiku ewlieni. Se tintuża kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE biex issostni proġetti billi tissaħħaħ il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom, u b'hekk jiġi attratt finanzjament mill-BEI, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, u investituri privati tas-suq tal-kapital. Strumenti finanzjarji ma jimplikawx aktar riskju mill-għotjiet, minħabba li r-riskju għall-baġit tal-UE huwa fil-każi kollha limitat strettament għall-kontribuzzjoni baġitarja. Il-baġit tal-UE ma jistax jippreżenta defiċit.

Fil-qasam estern, qed tiġi żviluppata pjattaforma speċifika għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp estern, li jġġib flimkien il-forzi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali u bilaterali Ewropej (notevolment il-BEI) li huma attivi fil-qasam tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp estern. Il-pjattaforma se tagħti kontribut biex jitkattru l-koerenza, l-effettività, l-effiċjenza u l-viżibbiltà tal-finanzjament estern, filwaqt li tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tal-imsieħba esterni tal-UE.

3. Implimentazzjoni

L-istrumenti finanzjarji se jiffurmaw parti mill-interventi baġitarji tal-UE f'diversi oqsma ta' politika, b'mod partikolari dawk li jsegwu l-għanijiet li ġejjin:

(1) Biex titkattar il-kapaċità tas-settur privat li jwassal għat-tkabbir, joħloq l-impjiegi u/jew l-innovazzjoni: sostenn lil negozji ġodda, lill-SMEs, lill-mikroimpriżi, it-trasferiment tal-għarfien, l-investiment fil-proprjetà intellettwali.

(2) Biex jinbnew infrastrutturi permezz tal-użu ta' skemi ta' Sħubija Pubblika Privata biex ikunu rinfurzati l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-UE fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT.

(3) Biex jingħata appoġġ lil mekkaniżmi li jimmobilizzaw l-investimenti privati biex iwasslu prodotti pubbliċi, bħall-protezzjoni tal-klima u l-ambjent, f'oqsma oħra.

It-tfassil tal-istrumenti se jkun iggwidat mill-prinċipji li ġejjin:

· Arranġamenti ta' governanza sodi: il-pjattaformi ta' tad-dejn u l-ekwità se jkollhom fis-seħħ strutturi sodi ta' governanza biex jiggarantixxu li l-UE jkollha sorveljanza effettiva tal-operazzjonijiet u l-investimenti finanzjarji kif ukoll il-kisba tal-objettivi tal-politika.

· Finanzjament permezz ta' intestaturi differenti tal-baġit: mhux se jkun hemm pakkett speċifiku fil-baġit għall-finanzjament ta' tali strumenti; minflok, l-istrumenti finanzjarji se jkunu ffinanzjati permezz ta' intestaturi tal-baġit minn oqsma ta' politika speċifiċi, ikkumbinati ma' strumenti xierqa li jipprovdu ekwità jew dejn.

· Stabbiliti bħala parti mir-Regolament Finanzjarju: il-prinċipji ewlenin taż-żewġ pjattaformi se jkunu inkorporati fir-Regolament Finanzjarju li bħalissa jinsab taħt reviżjoni fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew. Dan se jagħti kontribut sinifikanti għas-simplikazzjoni u l-istandardizzazzjoni.

· Użu tar-regoli komuni għall-ekwità u għad-dejn se jkun obbligatorju għall-politiki interni u japplika orizzontalment għal strumenti matul dawn l-oqsma ta' politika. L-istrumenti finanzjarji innovattivi attwali se jiġu allinjati mar-regoli komuni. Fil-każ tal-politika ta' koeżjoni, il-prinċipju ta' ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri se jkun irrispettat u għaldaqstant il-mudelli tal-UE se jiġu offruti bħala mudelli fakultattivi tal-aħjar prattiki, flimkien ma' inċentivi b'saħħithom biex l-Istati Membri jsegwu l-approċċ tal-livell tal-UE. Fl-azzjoni esterna, sehem ikbar tal-għotjiet tal-UE (fejn xieraq permezz ta' faċilitajiet ta' investiment reġjonali) se jitħalltu ma' self jew jintużaw fl-istrumenti ta' ekwità jew ta' kondiviżjoni tar-riskju. Dan se jgħin biex jiġu mobilizzati aktar fondi – inkluż mis-settur privat – b'appoġġ għall-prioritajiet tal-UE u biex ikopru il-ħtiġijiet tal-investiment tal-pajjiżi msieħba tagħna. Dan se jkun iffaċilitat mid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ġodda proposti fir-Regolament Finanzjarju dwar l-istrumenti finanzjarji, u bit-twaqqif ta' prinċipji komuni għal tali strumenti sal-punt li hu xieraq għall-ambjent tal-azzjonijiet esterni.

· Ġestjoni permezz ta' istituzzjonijiet finanzjarji il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji hija ġeneralment mogħtija lill-Grupp tal-BEI, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi fejn mill-inqas Stat Membru wieħed huwa azzjonist. Il-ġestjoni tista' wkoll issir permezz ta' struttura ta' investiment imwaqqfa skont il-liġi nazzjonali u l-konċentrazzjoni ta' riżorsi minn sorsi differeni tas-settur pubbliku u dak privat. Ikun possibbli wkoll li jkun hemm delegazzjoni ulterjuri lil atturi finanzjarji privati.

Ġustizzja

1. Għanijiet tal-Politika

Il-politiki tal-UE dwar il-ġustizzja, id-drittijiet fundamentali, iċ-ċittadinanza u l-ugwaljanza huma bbażati fuq il-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-UE, bħad-demokrazija, il-libertà, it-tolleranza, in-nondiskriminazzjoni u l-istat tad-dritt. Il-politika tappoġġa l-ħolqien ta' żona pan-Ewropea ta' liġi, drittijiet u ġustizzja, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE.

Fl-Ewropa tal-lum, miljuni ta' ċittadini huma involuti f'attivitajiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri – fil-ħajja privata tagħhom, permezz tax-xogħol jew tal-istudji, jew bħala konsumaturi. Il-Kummissjoni tfittex li toffri soluzzjonijiet prattiki għal problemi transkonfinali kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji: għaċ-ċittadini sabiex iħossuhom komdi meta jgħixu, jivvjaġġaw u jaħdmu fi Stat Membru ieħor u biex ikollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom huma protetti irrispettivament minn fejn jinsabu fl-UE; u għan-negozji biex jagħmlu użu sħiħ tal-opportunitajiet li jipprovdilhom is-suq uniku.

L-għodda ewlenija biex tinbena żona ta' ġustizzja tal-UE hija l-leġiżlazzjoni, u l-Kummissjoni għandha programm ambizzjuż biex twaqqaf standards madwar l-UE kollha sabiex in-nies ikunu jistgħu jistrieħu fuq l-istess livell bażiku ta' ġustizzja (pereżempju jekk ikunu vittmi ta' delitt) u jgawdu minn trattament mhux diskriminatorju kullimkien fl-Ewropa. It-Trattat ta' Lisbona joffri opportunitajiet ġodda għal kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili u jagħti kompitu lill-UE biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja madwar l-UE. It-Trattat jipprovdi wkoll għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għan-nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin reliġjuż, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentament sesswali fil-politiki u l-attivitajiet kollha tal-UE.

Biex dawn id-drittjiet u l-liġijiet isiru effettivi fil-prattika, jeħtieġ jiġu implimentati kif suppost u n-nies – minn ċittadini sal-imnħallfin – jeħtieġ jifhmuhom u jkunu jafu kif jużawhom. Il-Kummissjoni għaldaqstant tmexxi sensiela ta' programmi finanzjarji dedikati b'appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tagħha, b'fokus fuq kwistjonijiet transkonfinali li jistgħu jiġu indirizzati b'mod adegwat permezz ta' azzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE biss.

2. Strumenti

Il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika l-programmi f'dan il-qasam fi programm għall-Ġustizzja u programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza. Dan l-approċċ se jissimplifika l-arranġamenti għall-finanzjament u se jipprovdi aktar koerenza u konsistenza matul il-firxa kollha tal-attivitajiet li jirċievu l-fondi. Il-programmi integrati se jiffukaw fuq sensiela ta' prioritajiet tematiċi u se jiffinanzjaw attivitajiet li joffru valur miżjud ċar tal-UE, bħal:

· Taħriġ għal professjonisti legali (bħal imħallfin u prosekuturi) biex jipprovdilhom l-għdod meħtieġa sabiex iħaddmu d-drittijiet u l-ġustizzja tal-UE fil-prattika u joħolqu fiduċja reċiproka, li hija l-bażi fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

· Tisħiħ tan-netwerks, jiġifieri organizzazzjonijiet madwar l-UE kollha biex jassistu fit-tħejjija ta' inizjattivi futuri f'dan il-qasam, kif ukoll biex jippromwovu l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Ewropa;

· Kooperazzjoni u infurzar transkonfinali, pereżempju jitwaqqfu sistemi ta' allarm għal tfal neqsin, koordinazzjoni ta' operazzjonijiet u kooperazzjoni transkonfinali kontra d-droga; kif ukoll

· Informazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż sostenn għal kampanji nazzjonali u Ewropej biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar drittijiethom, kif iggarantiti bil-liġi tal-UE u kif dawn jiġu infurzati fil-prattika.

Fejn possibbli il-programmi se jippermettu l-parteċipazzjoni possibbli ta' pajjiżi kandidati u potenzjalment pajjiżi terzi oħrajn.

3. Implimentazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta' programmi ta' finanzjament u l-konċentrazzjoni tal-prioritajiet kollha ta' finanzjament se jippermettu li l-istess sett ta' regoli jiġi applikat fl-oqsma kollha u li l-proċeduri jiġu ssimplifikati.

Dan se jwassal għal titjib fl-effiċjenza kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-benefiċjarji tal-fondi tal-UE. It-tnaqqis fil-bażijiet legali u fl-intestaturi tal-baġit se jippermettu għal aktar flessibbiltà, u għaldaqstant għal fokus aħjar fuq il-prioritajiet tal-politiki tal-UE kif ukoll eżekuzzjoni baġitarja aħjar.

Il-kummissjoni tipproponi li tkompli tiffinanzja lill-aġenziji eżistenti fil-qasam tal-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, kif ukoll li twassal valur miżjud sinifikanti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki f'dan il-qasam. Dawn l-aġenziji jinkludu l-EUROJUST, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom Programm għall-Ġustizzja Programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza || EUR 802 miljun EUR 416 miljun EUR 387 miljun

Politika dwarl-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

1. Għanijiet tal-Politika

Ambjent marittimu b'saħħtu huwa sors importanti ta' diversità bioloġika li tipprovoka firxa wiesgħa ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambejntali. Huwa wkoll is-sors tal-ikel tal-baħar nutrittiv u sigur li aħna fl-Ewropa ingawdu minnu bħala parti importanti mid-dieta tagħna. Il-komunitajiet kostali, fejn is-sajd għandu rwol importanti – bl-istili ta' ħajja tagħhom, il-kulturi, it-tradizzjoni u l-għarfien akkumulat tul iż-żmien – jiddependu fuq impjiegi relatati mas-sajd – fil-flotta tas-sajd, fl-akwakultura, fis-settur tal-ipproċessar tal-ikel jew fil-poritjiet tas-sajd. Is-sajd u ż-żoni kostali huma wkoll partikolarment vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima, inklużi l-għargħar, l-erożjoni tal-kosta u l-livell tal-baħar li qed jogħla.

L-UE tinsab impenjata li tikseb ġestjoni sostenibbli ibbażata fuq l-ekosistema għas-sajd tagħha. Wara reviżjoni komprensiva, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi riforma radikali tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) li se twassal għal bidliet fundamentali fil-mod kif is-sajd huwa ġestit sabiex ikun żgurat l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-ħut u tal-futur tas-sajd fl-Ewropa. Din ir-riforma se tkun akkumpanjata minn riorjentament importanti tal-finanzjament tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u l-Politika Marittima Integrata (PMI), li se jinkludi:

· Tqassim mill-ġdid ta' sussidji diretti ineffiċjenti għall-flotta konformi mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, inklużi inċentivi sabiex l-industrija tas-sajd tirriforma, tiġġedded u tistad b'mod sostenibbli.

· Tidjieq id-diskrepanza tal-innovazzjoni bejn is-sajd u setturi oħra tal-ekonomija, b'hekk il-flottot tas-sajd tal-UE jsiru aktar vjabbli u kompetittivi u jagħtu kontribut għat-tkabbir u l-impjiegi lil komunitajiet li jiddependu mis-sajd;

· Il-faċilitazzjoni tat-tranżizzjoni lejn sajd b'impatt baxx, bl-eliminazzjoni ta' ħut skartat u b'impatt baxx fuq l-ekosistemi marini;

· Kontribut għal ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi marini u l-ekosistemi li jiddependu mill-akwakultura;

· Appoġġ imsaħħaħ għal azzjonijiet kollettivi inklużi l-kummerċjalizzazzjoni u l-produzzjoni, bi rwol aktar b'saħħtu għall-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi;

· Aktar konċentrazzjoni fuq il-vjabbiltà tal-komunitajiet kostali u interni li jiddependu fuq is-sajd, inkluż billi jingħata aktar valur lill-attivitajiet relatati mas-sajd u permezz ta’diversifikazzjoni għal setturi oħrajn tal-ekonomija marittima;

· Akwakultura kompetittiva u sostenibbli li tagħti lill-konsumaturi tal-UE prodotti sustanzjużi u b’valur għoli ta’ nutrizzjoni.

· Tisħiħ tal-kontroll u tal-ġbir tad-dejta, li jiggarantixxu osservanza aħjar u politika bbażata għal kollox fuq l-għarfien.

· Politika Marittima Integrata ffukata fuq il-promozzjoni sostenibbli tat-tkabbir fis-setturi u r-reġjuni marittimi.

2. Strumenti

Il-politika riformata dwar l-affarijiet marittimi u tas-sajd se tiffoka fuq Fond ġdid Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF), li se jiġi strutturat madwar 4 pilastri:

· Sajd Intelliġenti u Favur l-Ambjent (ġestjoni kondiviża) biex titrawwem it-tranżizzjoni għal sajd sostenibbli li huwa aktar selettiv, li ma jipproduċix ħut skartat, li jagħmel inqas ħsara lill-ekosistemi marittimi u b'hekk jagħti kontribut lill-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi marittimi; u li jingħata sostenn iffokat fuq l-innovazzjoni u l-valur miżjud, li jagħmlu s-settur tas-sajd ekonomikament vjabbli u reżiljenti għax-xokkijiet minn barra u għall-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi.

· Akwakultura Intelliġenti u Favur l-Ambjent (ġestjoni kondiviża) - biex tinkiseb akwakultura ekonomikament vjabbli, kompetittiva u favur l-ambjent, kapaċi taffaċċja l-kompetizzjoni globali u tagħti lill-konsumaturi tal-UE prodotti b’valur għoli ta’ nutrizzjoni.

· Żvilupp Territorjali Sostenibbli u Inklużiv (ġestjoni kondiviża) – sabiex tinqaleb it-tendenza negattiva ta’ ħafna komunitajiet kostali u interni li jiddependu fuq is-sajd, billi jiżdied il-valur tas-sajd u tal-attivitajiet relatati mas-sajd u permezz ta’diversifikazzjoni għal setturi oħrajn tal-ekonomija marittima.

· Politika Marittima Integrata (ġestjoni ċentralizzata diretta) biex issostni dawk il-prioritajiet trasversali li għandhom potenzjal reali li jiġġeneraw iffrankar u tkabbir iżda li l-Istati Membri mhux ser jipproċedu dwarhom waħedhom – bħall-għarfien marin, l-ippjanar tat-territorju marittimu, ġestjoni integrata taż-żona kostali u s-sorveljanza marittima integrata u l-adattament għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq iż-żoni tal-kosta.

Flimkien mal-erba’ pilastri, l-EMFF se jinkludi miżuri ta' akkumpanjament fl-oqsma tal-ġbir tad-dejta u tal-konsulenza xjentifika, il-kontroll, il-governanza, is-swieq tas-sajd (inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda), pagamenti volontarji lill-Organiżazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) u assistenza teknika. Huwa se jibni fuq l-azzjonijiet relatati mas-sajd u l-politika marittima li se jkollhom appoġġ mill-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Il-politika se tkun tinkludi wkoll żewġ strumenti internazzjonali:

· Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) li jistabbilixxu qafas legali, ekonomiku u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu mill-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ibħra ta’ pajjiżi terzi li mhumiex f’pożizzjoni li waħedhom jisfruttaw għal kollox b'mod sostenibbli l-istokkijiet ta' ħut.

· Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs), li huma korpi internazzjonali komposti minn Stati, Organizzazzjonijiet Reġjonali Ekonomiċi ta' Integrazzjoni (l-UE) u entitajiet tas-sajd stabbiliti sabiex jiggarantixxu l-konservazzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra internazzjonali .

3. Implimentazzjoni

L-arkitettura tal-atti legali li fuqha huma bbażati l-programmi se tiġi ssimplifikata ħafna. Se jinħoloq EMFF uniku, li jintegra taħt qafas wieħed l-istrumenti kollha eżistenti marittimi u tas-sajd, bl-eċċezzjoni tal-Ftehimiet Internazzjonali dwar is-Sajd u s-sħubija tal-UE fl-RFMOs. Dan l-approċċ se jippermetti sinerġiji akbar u tnaqqis fil-piż amministrattiv, f’termini ta’ pprogrammar, ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni.

Barra minn hekk, il-Qafas Komuni Strateġiku li jkopri l-fondi strutturali kollha se jippernmetti miżuri li jappoġġaw il-politiki Marittimi u tas-Sajd li se jiġu programmati fil-fondi l-oħra koperti mill-Qafas.

L-għadd tal-oqsma tan-nefqa li qegħdin taħt ġestjoni kondiviża se jiżdiedu, u b’hekk jagħtu lill-Istati Membri akbar flessibbiltà u perspettiva strateġika għal perjodu itwal. L-EMFF ser ikun kopert mill-Qafas Strateġiku Komuni u mill-Kuntratti ta’ Sħubija li jkopru l-fondi kollha tal-UE b’ġestjoni kondiviża.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011.

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) u Ftehimiet Internazzjonali dwar is-Sajd / RFMOs || EUR 6,7 biljun

Riċerka u innovazzjoni

1. Għanijiet tal-Politika

L-Ewropa teħtieġ riċerka u innovazzjoni mill-aktar avvanzati li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, li jlaqqgħu flimkien dixxiplini xjentifiċi, teknoloġiji u kompetenzi tan-negozju differenti, u li jiġbdu lejhom talent minn madwar id-dinja kollha. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali sabiex tiġi sostnuta l-pożizzjoni tal-UE fis-swieq globalizzati tal-lum li qiegħdin jinbidlu b'rata mgħaġġla u sabiex jintlaqgħu l-isfidi tal-futur. L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa se joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjiegi u se jiżgura t-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fl-Ewropa għal żmien twil.

Huma wkoll meħtieġa avvanzi xjentifiċi, teknoloġiji ġodda u innovazzjonijiet sabiex ikunu indirizzati l-isfidi urġenti tas-soċjetà bħat-tibdil fil-klima, it-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-iskarsezza tar-riżorsi. Dawn huma sfidi kbar ħafna li jeħtieġu sejbiet prinċipali fir-riċerka u l-innovazzjoni, u li uħud minnhom jistgħu biss jinkisbu permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell Ewropew. Riċerka ffinanzjata mill-UE u li saret fil-passat, pereżempju, ġabret għarfien espert minn ċentri ewlenin madwar l-Ewropa kollha li rriżultat f'mod innovattiv kif tiġi skoperta u kkurata l-marda tal-Alzheimer. Skoperti bħal dawn se jaffettwaw ferm il-ħajjiet taċ-ċittadini Ewropej billi jkun hemm titjib fil-kwalità tal-kura tas-saħħa, fil-mudelli ġodda ta' xogħol u ħajja privata u f'għajxien aktar sigur. L-innovazzjonijiet ta' suċċess u li jindirizzaw dawn l-isfidi se jipprovdu opportunitajiet kbar ħafna għall-kumpaniji biex dawn jikbru u joħolqu impjiegi ġodda.

Iżda, minkejja l-importanza fundamentali tar-riċerka u l-iżvilupp, il-prestazzjoni tal-Ewropa fir-rigward ta' dawn baqgħet wara dik tal-Istati Uniti u l-Ġappun filwaqt li ċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja qed ilaħħqu b'rata mgħaġġla. Biex din it-tendenza ta' bħalissa tinbidel, l-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi mira li żżid l-infiq fuq l-R&D għal 3 % tal-PDG sal-2020. Prijorità partikolari hija dik li żżid ir-riċerka u l-innovazzjoni mmexxija min-negozju, permezz ta', pereżempju, l-użu tal-finanzjament pubbliku għall-ingranaġġ tal-investimenti privati.

Flimkien mal-finanzjament nazzjonali u dak tas-settur privat, il-baġit tal-UE jista' jkun ta' kontribut importanti sabiex jintlaħqu dawn il-miri u sabiex il-prestazzjoni tal-Ewropa fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni tingħata spinta 'l quddiem.

2. Strumenti

Pass ewlieni biex iseħħ l-immodernizzar tal-programmi tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa dak li permezz ta' Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Common Strategic Framework for Research and Innovation - CSF) uniku jinġabru flimkien it-tliet inizjattivi u sorsi ta' finanzjament prinċipali eżistenti:

– is-seba' Programm Kwadru (FP7);

– il-parti li titratta l-innovazzjoni fil-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP); u

– L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).

Is-CSF se jistabbilixxi l-għanijiet strateġiċi għall-azzjonijiet kollha ta' finanzjament fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Dan se jkun aktar razzjonalizzat minn skemi ta' finanzjament li hemm bħalissa u se jkun implimentat permezz ta' regoli u proċeduri armonizzati. B'dan il-mod, l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni se jkunu miġbura flimkien b'mod konsistenti u l-impatt tal-finanzjament tal-UE se jiżdied. Is-CSF se jżid il-valur miżjud tal-intervenzjonijiet min-naħa tal-UE permezz ta' ħolqien tal-livell kritiku għar-riżorsi, l-għarfien espert u l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni li ma jkunx jista' jintlaħaq fil-livell nazzjonali.

Billi jagħmel il-finanzjament tal-UE għar-riċerka wieħed aktar sempliċi u konsistenti, is-CSF se jkun aktar favur l-SMEs u miftuħ għal parteċipanti ġodda. Se jtejjeb it-tixrid tal-għarfien meħtieġ għall-innovazzjoni u għat-tfassil tal-politika. Se jippermetti liċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka li jikkontribwixxi b'mod aktar effettiv fir-rigward tat-tfassil tal-politika. Se jagħti orjentazzjoni aktar strateġika lill-kooperazzjoni internazzjonali filwaqt li jsaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

F'dan il-qafas ġenerali, is-CSF se jkopri riċerka diretta u indiretta, kull waħda minnhom strutturata madwar tliet elementi differenti iżda li jsaħħu lil xulxin f'konformità mal-prijoritajiet tal-Ewropa 2020:

(1) Livell ta' eċċellenza fil-bażi xjentifika. Dan l-element se jsaħħaħ l-eċċellenza ta' klassi dinjija li l-UE għandha fil-qasam tax-xjenza billi tiżviluppa t-talent fl-Ewropa u tiġbed lejha riċerkaturi ewlenin. L-enfasi se tkun fuq: appoġġ aktar b'saħħtu għar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien (permezz tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka); teknoloġiji futuri u dawk emerġenti; żvilupp fil-ħiliet, fit-taħriġ u fil-karriera tar-riċerkaturi (Azzjonijiet Marie Curie); u netwerking tal-infrastrutturi ta' riċerka prijoritarji (inkluż e-infrastrutturi), l-aċċessibbiltà għalihom u l-iżvilupp tagħhom.

(2) Jingħelbu l-isfidi tas-soċjetà. Bħala risposta diretta għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020, dan l-element se jsostni l-attivitajiet li jkopru l-ispettru sħiħ, mir-riċerka għas-suq. Se jintegra l-azzjonijiet ta' innovazzjoni (proġetti pilota, dimostrazzjoni, bażijiet sperimentali, appoġġ għall-akkwist pubbliku u t-tqegħid fis-suq tal-innovazzjoni), approċċi transdixxiplinarji u riċerka soċjoekonomika u umanistika. L-enfasi se tkun fuq: saħħa, tibdil fid-demografija u l-benesseri; sigurtà alimentari u ekonomija bbażata fuq il-bijoloġija; enerġija sigura, nadifa u effiċjenti; trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat; provvista ta' materja prima; użu effiċjenti tar-riżorsi u azzjoni klimatika; u, jinkludi, soċjetajiet innovattivi u siguri (inkluż iċ-ċibersigurtà u l-Internet li jsir post aktar sigur). Permezz tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni tiegħu, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-indirizzar tal-isfidi, b’baġit miżjud ħafna.

(3) Ħolqien ta' oqfsa għat-tmexxija industrijali u kompetittivi. Sabiex ir-riċerka u l-innovazzjoni tan-negozji ikunu sostnuti u mħeġġa fir-rigward tat-teknoloġiji ta' appoġġ; servizzi u setturi emerġenti b'enfasi qawwija fuq l-ingranaġġ tal-investiment tas-settur privat fl-R&D; u biex ikunu indirizzati problemi li jolqtu speċifikament lill-SMEs. Azzjonijiet prijoritarji se jkopru: żieda fl-investimenti strateġiċi u fit-tmexxija fir-rigward ta' teknoloġiji u servizzi ta' appoġġ u industrijali li hemm bħalissa u dawk tal-futur, b'appoġġ iddedikat għall-ICT (inkluż mikroelettronika/nanoelettronika u fotonika); nanoteknoloġija, materjali avvanzati, sistemi ta' manifattura avvanzati; bijoteknoloġija industrijali; riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-ispazju u teknoloġiji b'użu baxx tal-karbonju u dawk ta' adattament b'attenzjoni partikolari għall-garanzija ta' approċċ integrat lejn teknoloġiji ewlenin ta' appoġġ; aċċess b'mod aktar faċli għal kapital u finanzjament tar-riskju (li jibni fuq il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji tal-FP7 u l-istrumenti finanzjarji tas-CIP); u, il-provvediment ta' appoġġ mifrux mal-UE kollha għall-innovazzjoni fl-SMEs li għandhom potenzjal għoli ta' tkabbir.

L-approċċ se jkun jinkludi kemm attivitajiet immexxija minn aġenda kif ukoll spazji aktar miftuħa fejn l-applikanti jkunu jistgħu jipproponu proġetti innovattivi u soluzzjonijiet ġodda.

3. Implimentazzjoni

F'konformità mal-kunċett ta' Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (CSF), l-implimentazzjoni se tkun waħda simplifikata u standardizzata. Din is-simplifikazzjoni se tikkonċerna kemm l-iskemi ta' finanzjament kif ukoll regoli amministrattivi għall-parteċipazzjoni u t-tifrix tar-riżultati. Il-grupp ta' regoli uniku u ġdid se japplika għat-tliet elementi tas-CSF, filwaqt li se jiġu kkunsidrati l-partikolaritajiet tal-EIT (u l-ħtiġijiet tiegħu li jkun hemm flessibbiltà regolatorja) flimkien ma' dawk tal-SMEs. Il-karatteristiċi operazzjonali ewlenin tas-CSF jinkludu dawn li ġejjin:

· Fis-CSF se jkun użat grupp razzjonalizzat ta' skemi ta' finanzjament u strumenti filwaqt li jissokta l-użu ta' dawk li qiegħdin jaħdmu tajjeb fil-programmi ta' bħalissa, jingħaqdu dawk li għandhom għanijiet simili, u jitwaqqfu dawk li m'għadhomx tajbin għall-għan li kienu maħsuba għalih. Flimkien mal-għoti ta' finanzjament, se jsir użu akbar mill-istrumenti finanzjarji innovattivi. Se jiġu wkoll ikkunsidrati l-akkwist prekummerċjali u l-premijiet.

· Għall-karatteristiċi kollha se jkun applikat grupp uniku ta' regoli li jkopri l-eliġibbiltà, il-kontabbiltà, ir-rappurtar u l-awditjar. Se jintlaħaq bilanċ ġdid bejn l-affidabbiltà u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskji u l-evitar ta' dawn. Sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji (dawk li jirċievu l-għotja) se jiġi introdott approċċ ta' rimborż tal-kost issimplifikat għall-aħħar ibbażat fuq l-aktar approvazzjoni wiesgħa possibbli tal-prattika ta' kontabbiltà u mmaniġġjar li s-soltu jħaddnu l-benefiċjarji u li juża ferm aktar is-somom ta' flus f’daqqau rati fissi. Il-benefiċjarji se jkunu mitluba jisfruttaw ir-riżultati jew jagħmluhom pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi ta' tixrid xierqa.

· Il-proġetti se jkunu jistgħu jibdew aktar qabel minħabba l-fatt li l-fażi tal-għażla u l-fażi ta' negozjar ta' wara l-evalwazzjoni se jkunu ferm iqsar. Se jiġu pprovduti servizzi aktar sempliċi ta' gwida u ta' pariri lill-applikanti u l-parteċipanti permezz ta' portal uniku tal-IT. Barra minn hekk, l-istrutturi ta' appoġġ fl-Istati Membri se jkunu razzjonalizzati sabiex jiġi stabbilit one-stop shop għall-attivitajiet kollha li jaqgħu taħt is-CSF fil-lingwa nazzjonali. Se jiġu introdotti miżuri speċifiċi sabiex jassistu lir-riċerkaturi u innovaturi li għandhom talent iżda li m'għandhomx esperjenza fl-aċċess għall-finanzjament tal-UE. Fis-CSF se jiġi applikat approċċ uniku ta' awditjar.

· Il-kwalità, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-implimentazzjoni tas-CSF se jkunu mtejba permezz ta' esternalizzazzjoni prinċipali li tibni fuq il-progress li sar fil-programmi ta' bħalissa. L-aġenziji eżekuttivi stabbiliti fil-qafas tal-programmi ta' bħalissa se jitkabbru sabiex jiksbu ekonomiji ta' skala. Se jsir aktar użu mis-Sħubijiet bejn il-Pubbliku u l-Privat mal-industrija u s-Sħubijiet bejn il-Pubbliku u l-Privat mal-programmi tal-Istati Membri, permezz ukoll tal-użu ta' possibbiltajiet ġodda previsti fir-Regolamenti Finanzjarji riveduti. Dawn is-sħubijiet se jibbażaw ruħhom fuq impenn qawwi li jsir min-naħat kollha biex dawn jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi u b'hekk l-investimenti f'żoni strateġiċi jingħataw spinta 'l quddiem u tingħeleb il-frammentazzjoni tal-isforzi.

· Allinjament strateġiku tar-riżorsi tal-UE, dawk nazzjonali u reġjonali permezz ta' Programmar Konġunt flimkien mal-Istati Membri se jżid il-valur miżjud u l-impatt tal-investimenti ġenerali.

· Żieda fl-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi se tkun ta' ingranaġġ għall-investimenti privati fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż investimenti fuq il-kapital tar-riskju għall-kumpaniji innovattivi u ta' teknoloġija avvanzata, b'mod partikolari l-SMEs. Dawn se jkunu mmaniġġjati esternament mill-Grupp tal-Bank ta' Investiment Ewropew jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħrajn fejn mill-inqas Stat Membru wieħed ikun azzjonist, skont ir-regoli komuni għad-dejn u l-ekwità.

B'dan il-mod, qed ikun antiċipat li madwar żewġ terzi mill-baġit tas-CSF jista' jkun implimentat esternament (madwar nofs fil-perjodu preżenti), maqsum bejn il-varji mekkaniżmi ta' appoġġ. Il-livell u n-natura ta' esternalizzazzjoni għandhom ikunu ddeterminati, fost oħrajn, mill-impatt fuq l-effiċjenza u l-baġit ġenerali ġestit u dan jista' jwassal għal aktar simplifikazzjoni fir-regoli li japplikaw għall-maniġment esternalizzat. Madankollu, il-Kummissjoni għandha żżomm ir-responsabbiltajiet diretti tal-immaniġġjar b'mod partikolari f'żoni marbuta ma' kompetenzi ta' politika ċentrali.

Se jkunu żgurati komplimentarità u sinerġiji mal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni li se jitwasslu permezz ta' politika ta' koeżjoni u dan billi ssir differenza b'mod ċar bejn l-għanijiet u l-metodi ta' intervenzjoni. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jinsabu fil-qalba tal-prosperità u l-benessri tar-reġjuni kollha tal-UE, u huwa fl-interess tal-Istati Membri li jinbnew sistemi eċċellenti, b'saħħithom u effiċjenti ta' riċerka u innovazzjoni. L-intervenzjonijiet tas-CSF se jikkontribwixxu għal dan permezz ta' allokazzjonijiet ta' finanzjament ibbażati fuq livelli ta' eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni minkejja l-pożizzjoni ġeografika tagħhom. L-intervenzjonijiet tal-politika ta' koeżjoni se jittejbu bħala l-aktar strument importanti fil-bini tal-kapaċità fir-riċerka u l-innovazzjoni fuq livell reġjonali, inkluż l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka, permezz ta' allokazzjonijiet ta' finanzjament ibbażati fuq pakketti predefiniti għal dawk ir-reġjuni li huma eliġibbli. Il-Kuntratti ta' Sħubija ma' Stati Membri, flimkien mas-CSF, se jappoġġjaw strateġiji intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni li jindirizzaw il-prijoritajiet stabbiliti fis-CSF u bbażati fuq il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni reġjonali/lokali. Dan għandu jipprovdi mod kif wieħed jasal għall-eċċellenza, u maż-żmien għandu jwassal għal numru akbar ta' riċerkaturi u innovaturi eċċellenti mir-reġjuni (l-aktar minn reġjuni ta' konverġenza) li jkollhom il-ħila jistabbilixxu programmi li jaqblu b'mod sħiħ mas-CSF, iżda wkoll li jsaħħu l-ħila tar-reġjuni kollha sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tagħhom għall-innovazzjoni. Se tkun stabbilita wkoll interfaċċja xierqa flimkien mal-PAK sabiex jiġu sostnuti r-riċerka u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, u b’attivitajiet rilevanti tal-edukazzjoni u programmi oħra tal-UE, inkluż is-sigurtà.

4. Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri fi prezzijiet kostanti tal-2011

Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni || EUR 80 biljun

Amministrazzjoni

L-intestatura tal-amministrazzjoni tal-baġit tal-UE tiffinanzja l-attivitajiet tal-Istituzzjonijiet kollha tal-UE – il-Parlament Ewropew (madwar 20 %), il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (7%), il-Kummissjoni (40%) u l-Istituzzjonijiet l-oħra bħall-Qorti tal-Ġustizzja, is-Servizz tal-Azzjoni Esterna jew l-Ombudsman Ewropew (15%), u wkoll il-pensjonijiet (16%) u l-Iskejjel Ewropej (2%).

L-amministrazzjoni tirrappreżenta parti relattivament żgħira mill-baġit tal-UE – 5,7% tal-MFF kurrenti. Dan is-sehem ma nbidilx b'mod sinifikanti fis-snin riċenti minkejja l-ikbar tkabbir tal-UE li qatt sar, numru li qed jiżdied ta' istituzzjonijiet u korpi li jinsabu madwar l-UE kollha, dmirijiet addizzjonali li jwasslu naturalment għal numru dejjem akbar ta' persunal u, aktar tard, ukoll pensjonanti. Il-parti amministrattiva tal-baġit hija użata sabiex tħallas għas-salarji u l-pensjonijiet, il-kost operazzjonali bħall-binjiet, il-laqgħat tal-esperti, spejjeż ta' vjaġġi ta' xogħol, sistemi tal-IT u spejjeż oħra relatati. Hija tkopri l-kostijiet biex titmexxa Unjoni bi 23 lingwa, għall-finijiet tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni. Hija wkoll il-parti tal-baġit li tħallas għas-sistema tal-Iskejjel Ewropej bi skejjel f'diversi Stati Membri.

Ladarba n-nefqa fuq il-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej hija ta' natura differenti u hija influwenzata minn xejriet fit-tul, il-proposta MFF tal-Kummissjoni tippreżenta n-nefqa amministrattiva meħtieġa għall-funzjonament tal-Istituzzjonijiet tal-UE separatament, bħala subintestatura fl-Intestatura V (bl-esklużjoni tal-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej).

Il-Kummissjoni tqis li huwa diffiċli iżda fattibbli li t-tkabbir tal-kostijiet amministrattivi (Intestatura V tal-baġit) jiġi limitat matul il-perjodu ta' programmar li jmiss fuq il-bażi tal-limiti massimi tal-2013. Għall-perjodu 2014-2020, dan ikun ifisser l-ebda żieda fin-nefqa amministrattiva operazzjonali, bla ħsara għall-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mit-tkabbir futur.

Fl-2004, l-Unjoni Ewropea rriformat is-servizz ċivili tagħha kompletament u għamlet il-liġi tal-persunal tagħha waħda mill-aktar moderni ta' żmienha. Struttura tal-karriera ġdida orjentata lejn ir-riżultati u bbażata fuq il-mertu, status kuntrattwali ġdid għall-persunal li jwettaq dmirijiet mhux essenzjali, riforma tas-sistema tal-pensjoni, metodi ġodda tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol favorevoli għall-familji kienu biss xi wħud mid-diversi bidliet li ġabet magħha l-ewwel riforma komprensiva tal-leġiżlazzjoni tas-servizz ċivili Ewropew sa mill-1968. Din ir-riforma kienet tapplika mhux biss għall-istituzzjonijiet, iżda wkoll għall-korpi u l-aġenziji tal-UE stabbiliti kważi fl-Istati Membri kollha. Din ir-riforma ppermettiet lill-UE tiffranka madwar EUR 3 biljun sa llum. Hija se tkompli tiġġenera ffrankar għall-baġit tal-UE ta' madwar EUR 5 biljun sal-2020.

Żviluppi riċenti fl-ekonomija globali kif ukoll il-ħtieġa sussegwenti li jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi jitolbu sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u l-persunal tagħha sabiex itejbu l-effiċjenza u jaġġustaw għat-tibdil fil-kuntest ekonomiku u soċjali. Dan il-kuntest japplika wkoll għas-servizz ċivili Ewropew u l-amministrazzjonijiet tal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Kummissjoni bħala amministrazzjoni refgħet ir-responsabbiltajiet tagħha fis-snin riċenti billi mxiet b'politika ta' tkabbir żero fil-persunal, billi rrispondiet għal prijoritajiet politiċi ġodda permezz ta' riallokazzjoni interna tal-persunal, billi stabbilixxiet għodod u proċeduri għat-titjib tal-organizzazzjoni interna u l-effiċjenza tagħha u l-aktar riċentement bil-proposta tagħha li tiffriża n-nefqa amministrattiva għas-sena 2012.

Minbarra dawn il-miżuri amministrattivi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi tibdil għar-Regolamenti tal-Persunal kurrenti li se jippermetti lill-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji kollha jkomplu jtejbu l-effiċjenza u jiffrankaw, filwaqt li jiggarantaxxi servizz ċivili tal-UE attraenti u tal-ogħla livell li jikkonsisti f'ċittadini mill-Istati Membri kollha.

Il-Kummissjoni tqis ukoll li huwa meħtieġ u possibbli ffrankar ikbar fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi tnaqqis ta' 5% fil-persunal għall-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji. Dan se jkun wieħed mill-elementi ewlenin biex jinkiseb l-iffrankar u huwa parti mill-inċentiva globali għall-istituzzjonijiet kollha sabiex iżidu l-effiċjenza. Dan it-tnaqqis fil-persunal għandu jiġi kkumpensat b'żieda fil-ħin tax-xogħol tal-persunal mingħajr aġġustamenti li jikkumpensaw għal dan fil-pagi.

L-isfida li jiġi limitat it-tkabbir fin-nefqa amministrattiva, madankollu, se titlob modifiki addizzjonali għall-qafas regolatorju tal-persunal tal-UE. Il-Kummissjoni bi ħsiebha, b'mod partikolari:

· Timmodifika l-metodu għall-aġġustament tas-salarji, filwaqt li testendi l-'imposta speċjali' mħallsa mill-uffiċjali kollha bir-rata massima preżenti ta' 5,5%.

· Fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa, tgħolli l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u l-età tal-irtirar kmieni minn 55 għal 58 sena, filwaqt li tagħmilha attraenti li wieħed ikompli jaħdem sa 67 sena.          Il-metodoloġija għall-ikkalkular tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni se tkun ukoll allinjata mal-istandards internazzjonali tad-dovuti. Din il-modifika se jkollha l-għan li tipprovdi lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri b'rata tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet aktar stabbli u inqas sensittiva għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir u għalhekk inqas suġġetta għal taqlib.

· Tistabbilixxi rabta ċara bejn ir-responsabbiltajiet u l-grad: il-kors tal-karriera fil-grupp ta' funzjoni AST se jiġi ristrutturat sabiex l-ogħla żewġ gradi (AST 10 u 11) ikunu riżervati għal uffiċjali li jeżerċitaw l-ogħla livell ta' responsabbiltajiet f'din il-kategorija f'termini ta' responsabbiltà għall-persunal, finanzjarja jew ta' koordinazzjoni;

· Tirrekluta l-persunal klerikali u segretarjali bħala aġenti kuntrattwali fuq bażi permanenti minflok bħala ħatra permanenti ta' uffiċjal. Sabiex jiġi evitat parallelliżmu permanenti bejn l-aġenti kuntrattwali u l-uffiċjali li jwettqu l-istess dmirijiet, il-funzjonijiet klerikali se jiġu progressivament eliminati għall-uffiċjali.

· Iżżid in-numru minimu ta' sigħat maħduma kull ġimgħa minn 37,5 għal 40, filwaqt li jinżamm il-massimu kurrenti ta' 42 siegħa fil-ġimgħa. Din iż-żieda fis-sigħat tax-xogħol se tgħin sabiex tikkumpensa għat-tnaqqis ta' 5% tal-persunal.

· Tadatta l-kalkolu tal-allowance għall-ivvjaġġar.

Fir-rigward tal-aġenziji, il-Kummissjon tixtieq ukoll tippreżenta xi emendi għar-regolamenti tal-persunal sabiex tippermetti implimentazzjoni aktar konsistenti u mingħajr problemi tar-regolamenti tal-persunal li jqisu aħjar il-partikolaritajiet tal-aġenziji. Skont il-konklużjonijiet tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji, jistgħu jiġu ppreżentati miżuri addizzjonali fil-futur, li jistgħu jġibu ffrankar ulterjuri min-nefqa amministrattiva tal-aġenziji, li għandu jitqies fl-intestatura li tikkorrispondi ma' dan fil-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni se tipproponi li dawn il-miżuri jiġu implimentati sa mill-bidu tal-2013, jiġifieri qabel il-perjodu ta' programmar 2014-2020.

Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020

Ċifri fi prezzijiet kostanti tal-2011

Amministrazzjoni Li minnhom || EUR 62,6 biljun

· Nefqa fuq il-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej || EUR 12,2 biljun

· Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || EUR 50,45 biljun

[1]               COM(2010) 600 finali, adottata fis-26 ta' Ottubru 2010.

[2]               COM(2009) 82 finali u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30.11.2009 dwar qafas Komunitarju fuq il-prevenzjoni tad-diżastri fi ħdan l-UE u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14.11.2008 dwar it-taħriġ Ewropew għall-ġestjoni tad-diżastri.

[3]               COM(2011)112: Pjan direzzjonali ghal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fl-2050 , it-8 ta’ Marzu 2011

[4]               Abbażi tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Pjan Direzzjonali tal-2050.

[5]               Il-bini fuq l-esperjenza tal-“programm NER 300" li huwa mistenni li jimmobilizza madwar EUR 10 biljuni (inklużi EUR 4 biljuni sa EUR 5 biljuni minn dħul tal-irkant ta’ kwoti) għall-perjodu 2011-2015 bħala sostenn għall-proġetti tal-Qbid u Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju u ta' dimostrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli.

[6]               COM (2010) 614.

[7]               COM (2010) 642.

[8]               Rapport dwar il-qgħad tal-Eurostat tal-10 ta’ Mejju 2011 u dejta tal-Eurostat dwar l-indikaturi tal-Ewropa 2020, l-20 ta’ Mejju 2011.

[9]               Il-QSK se jkopri l-FSE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd.

[10]             L-esperjenza s’issa tissuġġerixxi li r-rata tar-riintegrazzjoni hija ta’ madwar 40 % wara 12-il xahar u jistgħu jiġu osservati aktar impatti pożittivi fuq perjodu itwal ta’ żmien.

[11]             Kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, dawn l-azzjonijiet ma jirrikjedux att bażiku speċifiku għall-implimentazzjoni tagħhom. L-approprjazzjonijiet finanzjarji tagħhom jiġu allokati mill-Awtorità Baġitarja fuq bażi annwali.

[12]             Għall-elementi proposti fis-subprogramm tal-Azzjoni kontra t-Tibdil fil-Klima, ara d-dossier separat.

[13]             Il-pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali huma pjanijiet jew programmi għall-implimentazzjoni ta’ politika ambjentali speċifika, kif meħtieġ mid-Direttivi ambjentali tal-UE (eż., Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzata taħt id-Direttiva dwar il-Ħabitats, Pjan ta’ Mmaniġjar għall-Baċin tax-Xmara taħt id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma, pjan ta’ minimizzazzjoni tal-iskart taħt id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Iskart, pjan ta’ taffija tat-tniġġis tal-arja sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-kwalità tal-arja skont il-leġiżlazzjoni CAFÉ (Clean Air for Europe), eċċ.), jew żviluppati mill-awtoritajiet skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-UE (eż, pjan urban sostenibbli, pjanijiet ta’ tmexxija taż-żoni marittimi integrati, eċċ.).

[14]             COM (2011) 244.

[15]             Ir-Russja se tkompli tibbenefika mill-appoġġ ta’ kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali skont l-ENI.

[16]             20% tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, sehem ta' 20% tal-enerġija li tiġġedded fil-konsum tal-enerġija finali fl-UE u 20% titjib fl-effiċjenza tal-enerġija sal-2020.

[17]             Għall-proġetti tat-trasport, ir-rati ta' kofinanzjament se jvarjaw matul id-diversi modi skont id-disponibbiltà tal-finanzjament tal-proġett. Se jkunu previsti rati ogħla ta' kofinanzjament għal proġetti transkonfinali. Fir-reġjuni ta' konverġenza, ir-rati ta' kofinanzjament se jkunu bbażati fuq ir-rati ta' kofinanzjament għall-investimenti skont ir-regoli l-ġodda għall-Fondi ta' Koeżjoni u Strutturali

[18]             Abbażi tal-esperjenza bil-Programm Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku, huwa kkalkulat li tipikament sa 30% tal-kofinanzjament jista’ jkun meħtieġ biex tittieħed id-deċiżjoni finali għall-investiment u biex il-proġetti diffiċli transkonfinali jiġu aġġornati. Fil-każ li proġett ma jkunx kummerċjalment vjabbli li iżda għandu l-għan li jżid is-sigurtà tal-provvista jew itemm l-iżolament ta' ċerti Stati Membri, ir-rata meħtieġa ta' kofinanzjament tista' tkun saħansitra ogħla (sa 80%).

Daħla

L-Unjoni Ewropea taħdem kuljum biex tgħin jitwettqu l-aspirazzjonijiet ta' 500 miljun persuna. Nemmen li tista' tkun forza għat-tiġdid ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna fl-Ewropa u globalment. Sabiex dan isir, neħtieġu baġit innovattiv. Baġit li jikkonforma mar-realtijiet tal-globalizzazzjoni. Baġit li jwieġeb għall-isfidi tal-lum u li joħloq opportunitajiet għal għada.

Dan hu baġit innovattiv. Nistedinkom tħarsu lil hinn mill-intestaturi tradizzjonali u tiffukaw fuq il-mod kif, fil-baġit kollu, se nwettqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 li fassalna kollettivament. Huwa għal din ir-raġuni li qed nitbiegħdu mill-kultura ta' dritt li twassal lil xi awtoritajiet pubbliċi biex jonfqu l-flus kif iridu. Issa kull talba trid tkun marbuta kjarament mal-għanijiet u l-prijoritajiet li qbilna dwarhom. B'hekk kull euro li jintefaq se jkun euro li jaqdi diversi finijiet. Euro jista' fl-istess ħin isaħħaħ il-koeżjoni, jagħti spinta lill-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u lill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u fl-istess ħin jippromwovi l-miri soċjali, iżid l-impjiegi u jnaqqas il-faqar. Jista' jkollu influwenza maġġuri f'diversi oqsma.

Fl-Ewropa kollha, il-gvernijiet, in-negozji u l-familji qed jagħżlu bir-reqqa kif jonfqu flushom Huwa żmien li fih għandna naħsbu sew dwar dak li se nnaqsu u fejn ħa ninvestu għall-futur. Jeħtieġ li nkunu rigorużi u, fl-istess ħin, neħtieġu wkoll investiment għal tkabbir fl-Ewropa.

L-Unjoni Ewropea trid ukoll tgħix skont il-mezzi li għandha filwaqt li tinvesti għall-futur. Aħna għandna baġit relattivament żgħir ta' madwar wieħed fil-mija tar-rikkezza tal-UE (imkejla skont id-DGN), li jirrappreżenta madwar 1% fil-mija tal-baġits tal-Istati Membri. Iżda aħna rridu nagħmlu impatt kbir bih u nużaw il-potenzjal sħiħ ta' kull euro.

Illum qed nagħmlu dawk l-għażliet għall-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2020.

Il-baġit tal-UE li qed nipproponu mhux se jiswa lill-kontribwenti iktar milli qed jiswielhom bħalissa. Iżda se jagħtihom lura iktar. Aħna qed nimmodernizzaw il-baġit Ewropew biex niffrankaw f'xi oqsma sabiex inkunu nistgħu nonfqu aktar fl-oqsma ta' prijorità li huma tassew importanti. Qed inressaq baġit ambizzjuż f'oqsma li fihom l-Ewropa tista' tagħmel differenza. Huwa baġit ibbażat fuq raġunament pan-Ewropew, li jiffoka fuq dawk l-oqsma li fihom nistgħu nisfruttaw is-sinerġiji tagħna billi nippuljaw flusna u li jiffinanzja azzjonjiet li jiswew aktar meta jiġu ffinanzjati separatament fil-livell nazzjonali.

Il-baġit il-ġdid se jkun aktar sempliċi, aktar trasparenti u aktar ġust. Qed nipproponu baġit li jista' jimmobilizza fondi privati. U qed nipproponu li l-mod kif jiġi ffinanzjat il-baġit jinbidel bil-ħolqien ta' tipi ġodda ta' dħul li se jissostitwixxu parzjalment il-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq id-Dħul Nazzjonali Gross ta' kull Stat Membru. Nemmnu li dan se jkun ta' vantaġġ għall-familji u għall-gvernijiet. Dan se jagħmlu baġit tassew Ewropew. Baġit għall-integrazzjoni. Baġit li jevita duplikazzjoni tan-nefqa tal-Istati Membri u jwassal għal valur miżjud permezz tas-sinerġija ta' azzjoni li niddeċiedu fil-livell Ewropew, liema azzjoni ma tistax tiġi implimentata mingħajr dil-perspettiva Ewropea.

Hemm biċċa kbira tal-baġit li se jkollha l-iskop li toħloq l-impjiegi u li tkabbar l-ekonomija, marbuta mal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Pereżempju, hemm faċilità 'Nikkollegaw l-Ewropa' li se tiffinanzja l-konnessjonijiet li għad jonqos fl-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija tal-informatika u b'hekk issaħħaħ l-integrità tas-suq intern, toħloq konnessjonijiet bejn il-lvant u l-punent u t-tramuntana man-nofsinhar u toħloq koeżjoni territorjali vera għall-benefiċċju ta' kulħadd. Il-baġit se jinvesti f'imħuħ l-Ewropej billi jżid l-ammonti allokati għall-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn l-oqsma huma ta' importanza tassew kruċjali għall-kompetittività globali tal-Ewropa u se jgħinuna noħolqu l-impjiegi u l-ideat għall-ġejjieni. F'dinja li fiha qed nikkompetu ma' blokok reġjonali oħrajn, l-aħjar possibbiltà tal-Ewropa hija li naqsmu r-riżorsi li għandna disponibbli sabiex inkunu nistgħu naslu għal ekonomija soċjali tas-suq estremament kompetittiva li tilħaq l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Issa li l-ekonomiji tagħna huma aktar interdipendenti minn qatt qabel, ilkoll għandha sehem fit-tisħiħ tal-irkupru ekonomiku f'kull wieħed mill-Istati Membri tagħna.

Bl-istess mod, is-sehem tal-baġit dedikat għall-agrikoltura jsostni politika Ewropea komuni vera ta' importanza strateġika; 70 fil-mija tal-fondi għal din il-politika ma għadhomx jiġu mill-baġits nazzjonali u l-finanzjament Ewropew jiswa anqas minn 27 politika agrikola nazzjonali. Il-Politika Agrikola Komuni se tiġi mmodernizzata biex tipprovdi ikel sigur u tajjeb għas-saħħa, tipproteġi l-ambjent u tkun ta' benefiċċju akbar għall-bidwi ż-żgħir. Dan juri kif euro wieħed jista' u għandu jkollu diversi finijiet.

Id-dinja qiegħda dejjem tiċkien. L-alleanzi li qed jinbidlu u s-setgħat emerġenti l-ġodda jfissru li l-Ewropa trid tagħmel aktar biex tkun influwenti. Il-flus investiti biex l-Ewropa jkollha rwol fix-xena dinjija se jiżdiedu. Se jkun hemm aktar flus għall-viċinat tagħna u se jkun hemm aktar flus biex inwettqu l-impenji tagħna biex ngħinu dawk li huma l-aktar foqra fid-dinja. Jekk aħna bħalissa qed naffaċċjaw żminijiet iebsa, huma qed jaffaċċjaw l-aktar żminijiet iebsa l-ħin kollu.

It-tema tas-solidarjetà hija parti integrali ta' din il-proposta kollha – is-solidarjetà mal-aktar Stati Membri u reġjuni foqra, is-solidarjetà biex nindirizzaw flimkien l-isfidi tal-migrazzjoni, is-solidarjetà f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà tal-enerġija u s-solidarjetà ma' popli f'pajjiżi terzi.

Il-perċezzjoni komuni li l-Ewropa tonfoq il-biċċa l-kbira ta' flusha fuq il-persunal tagħha u fuq il-bini hija żbaljata. Filfatt tonfoq biss 6 fil-mija tal-baġit fuq dan. Iżda nemmen li, fi żmien meta qed jintalab tnaqqis fl-ispejjeż u effiċjenza massima fil-livelli kollha, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ukoll juru solidarjetà maċ-ċittadini Ewropej. Għal din ir-raġuni ma hu se jkun hemm l-ebda żieda fin-nefqa amministrattiva u se jkun hemm tnaqqis ta' 5 fil-mija fil-persunal Ewropew matul is-seba' snin li jmiss.

Nemmen li qed nippreżentaw proposti ambizzjużi imma responsabbli. Hemm tnaqqis f'xi oqsma u żidiet f'dawk li huma ta' prijorità. Irreżistejna t-tentazzjoni li nagħmlu aġġustamenti żgħar li jwasslu għall-istess tip ta' baġit. Fuq kollox, għandna l-għan li nagħtu liċ-ċittadini tal-Ewropa valur għal flushom.

Issa jeħtieġ li l-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jingħaqdu biex dawn il-proposti jsarrfuhom fi ftehim. Qed nistenna li se jkun hemm ħafna diskussjonijiet diffiċli fix-xhur li ġejjin iżda nemmen li jekk il-partijiet kollha jimxu fi spirtu tassew Ewropew nistgħu naslu għal ftehim dwar baġit ambizzjuż u innovattiv li jista' jkollu impatt veru fuq il-ħajja tan-nies.

Jose Manuel Durão Barroso

President tal-Kummissjoni Ewropea

1. Kuntest

Fil-preparazzjoni tal-proposti tagħha għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-futur, il-Kummissjoni ffaċċjat l-isfida li tkun kapaċi tiffinanzja numru dejjem jikber ta' oqsma politiċi fejn l-UE tista' tkun aktar effettiva permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE billi taġixxi fil-klima attwali ta’ awsterità nazzjonali u konsolidazzjoni fiskali. Dan wassal biex tipproponi baġit b’loġika pan-Ewropea b’saħħitha, imfassal biex ikun il-mutur tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir. Din il-proposta hija innovattiva f'termini ta’ kwalità tal-proposti ta’ infiq tagħha u wkoll f'termini ta' kif il-baġit tal-UE għandu jkun iffinanzjat fil-futur, li potenzjalment għandu jttaffi l-impatt dirett fuq il-baġits nazzjonali u jagħmlu tassew baġit Ewropew.

Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-Unjoni Ewropea ħadet passi importanti biex ittejjeb il-koordinazzjoni tal-governanza ekonomika biex tirfed l-irkupru. Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri għarfu l-benefiċċji tal-ġestjoni tal-interdipendenza tal-UE permezz ta' approċċ strutturat stabbilit fis-Simestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Il-Qafas Finanzjarju li jmiss ġie mfassal biex jappoġġja dan il-proċess. Jipprovdi viżjoni fit-tul tal-ekonomija Ewropea li jmur lil hinn mid-diffikultajiet fiskali kurrenti ta' xi Stati Membri. Il-baġit tal-UE mhuwiex baġit għal "Brussell" - huwa baġit għaċ-ċittadini tal-UE. Huwa żgħir fid-daqs u huwa baġit li huwa investit fl-Istati Membri sabiex jipproduċu benefiċċji għal l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha. Huwa jgħin fit-twettiq tal-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-UE minħabba li għandu effett katalitiku qawwi, b’mod partikolari meta jintuża biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020.

It-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv huwa t-tema prinċipali ta' din il-proposta. Il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid l-ammonti allokati għar-riċerka u l-innovazzjoni, għall-edukazzjoni u għall-iżvilupp tal-SMEs. Qed tipproponi li jiġi sfruttat aktar il-potenzjal tas-Suq Uniku billi tattrezzah bl-infrastruttura li jeħtieġ biex jaħdem fis-seklu wieħed u għoxrin. Qed tipproponi li l-Politika Agrikola Komuni ssir aktar effiċjenti fir-riżorsi, biex b’hekk din mhux biss twassal ikel ta’ kwalità għolja iżda tgħin ukoll fil-ġestjoni tal-ambjent u tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima tagħna. Tul din il-proposta tidher ukoll it-tema tas-solidarjetà – solidarjetà mal-ifqar Stati Membri u reġjuni permezz ta' konċentrazzjoni tal-akbar parti tal-infiq għall-koeżjoni fuq il-ħtiġijiet tagħhom, fuq is-solidarjetà fl-indirizzar flimkien tal-isfidi tal-migrazzjoni u fuq l-indirizzar tad-diżastri, solidarjetà f'termini ta' sigurtà tal-enerġija u s-solidarjetà ma' nies f'pajjiżi terzi li jeħtieġu l-appoġġ tagħna għall-bżonnijiet umanitarji immedjati tagħhom u għall-iżvilupp fit-tul tagħhom.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-preokkupazzjoooniii tal-Parlament Ewropew[1] li “il-mod kif is-sistema tar-riżorsi proprji evolviet … tagħmel enfasi sproporzjonata fuq il-bilanċi netti bejn l-Istati Membri u għalhekk tikkontradixxi l-prinċipju tas-solidarjetà tal-UE, billi tnaqqas l-interess komuni Ewropew u fil-biċċa l-kbira tinjora l-valur miżjud Ewropew". Meta jsiru dawn il-proposti, il-Kummissjoni qed tfittex biex tqiegħed il-finanzi tal-UE fuq rotta differenti – biex tibda it-tbegħid minn baġit iddominat minn kontribuzzjonijiet bbażati fuq id-dħul nazzjonali gross billi tagħti lill-baġit tal-UE sehem ġenwin ta’ "riżorsi proprji", aktar konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li jistipulaw li l-baġit għandu jkun iffinanzjat kompletament minn riżorsi proprji.

Fit-tfassil din il-proposta għall-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) li jmiss, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt ta’ strumenti u programmi ta’ nfiq kurrenti, ikkonsultat b’mod wiesa’ mal-partijiet interessati[2] u analizzat l-alternattivi għat-tfassil ta' strumenti u programmi taħt il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss[3].

2. Il-Qafas finanzjarju multiannwali propost

Fid-deċiżjoni dwar l-ammont kumplessiv li tipproponi għall-MFF li jmiss, il-Kummissjoni qieset l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew li “l-iffriżar tal-MFF li jmiss fil-livell tal-2013 … mhijiex għażla vjabbli … [u li] … hija meħtieġa mill-inqas żieda ta’ 5% fir-riżorsi għall-MFF li jmiss”[4]. Żammet ukoll f’'moħħha l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew[5] li huwa essenzjali li “l-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss jirrifletti l-isforzi ta’ konsolidazzjoni li qed isiru mill-Istati Membri sabiex id-defiċit u d-dejn jingħataw direzzjoni iktar sostenibbli. Ir-rispett għar-rwol tal-istituzzjonijiet differenti u l-ħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ewropa …. [huwa meħtieġ] biex niżguraw li l-infiq fil-livell tal-UE jista’ jagħti kontribuzzjoni xierqa f’din il-ħidma".

Il-Kummissjoni tinsab konvinta mill-valur miżjud fl-infiq fuq il-livell tal-UE. In-nefqa tal-MFF attwali tirrappreżenta biss 1 % tad-DNG tal-UE u hija żgħira meta mqabbla mal-ħtiġijiet pan-Ewropej li jiġu identifikati regolarment fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Il-Kummissjoni tipproponi qafas finanzjarju b’1,05 % tad-DNG f’approprjazzjonoijiet li jittraduċu għal 1 % f’pagamenti provenjenti mill-baġit tal-UE. 0.02 % iktar f’infiq potenzjali barra l-MFF, u 0.04 % f’infiq barra l-baġit b'kollox se jammonta għal 1.11 %: dan jinkludi ammonti finanzjarji riservati għal rispons fi kriżijiet u emerġenzi (li ma jistgħux jiġu previsti, bħal interventi umanitarji), u infiq li jista’ jibbenefika minn kontribuzzjonijiet ad hoc minn Stati Membri (pereżempju, l-EDF li għandu għodda ta’ kontribuzzjoni li hija differenti minn dik tal-baġit tal-UE). Bil-proposta ta’ dan il-qafas, il-Kummissjoni ppruvat tikseb l-aħjar bilanċ bejn ambizzjoni u realiżmu, minħabba l-perjodu ta’ żmien li fih se jseħħu n-negożjati baġitarji.

B’mod konformi mal-prattika stabbilita għall-qafas finanzjarju multiannwali, il-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha espressa f 'termini ta’ impenji finanzjarji futuri. Tipprovdi wkoll dettalji dwar ir-ritmu mistenni tal-ħlasijiet sabiex tingħata aktar prevedibbiltà, li hija ta’ importanza partikolari fi żmien ta’ konsolidazzjoni baġitarja, li teħtieġ kontroll strett fuq il-livelli ta’ ħlas fil-bidu tal-perjodu li jmiss.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi l-qafas finanzjarju multiannwali li ġej għall-perjodu 2014-2020:

·

3. Finanzjament tal-baġit tal-UE

Il-ħtieġa għall-modernizzazzjoni tal-qafas finanzjarju tapplika mhux biss għall-prijoritajiet tal-infiq u t-tfassil tagħhom, iżda wkoll għall-finanzjament tal-baġit tal-UE, li ġie dejjem aktar ikkontestat fis-snin riċenti. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jtenni l-intenzjoni oriġinali li l-baġit tal-UE għandu jkun iffinanzjat kompletament minn riżorsi proprji. Madankollu, ir-realtà tas-sitwazzjoni hi li llum iktar minn 85% tal-finanzjament tal-UE huwa bbażat fuq aggregati statistiċi derivati mid-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) u mill-VAT. Dawn huma fil-biċċa l-kbira meqjusa bħala kontribuzzjonijiet nazzjonali li għandhom jiġu minimiżżati mill-Istati Membri. Dan ta lok għal attitudni "il-flus tiegħi lura" min-naħa tal-kontributuri netti, li jxekkel il-loġika għal baġit tal-UE u li jixħet dubju dwar il-prinċipju ġenerali ta’ solidarjetà tal-Unjoni. Dan wassal ukoll għal konċentrazzjoni żejda fuq pagamenti u bilanċi netti u waqqaf l-UE milli twettaq ir-rwol sħiħ tagħha fl-implimentazzjon ta’ valur miżjud għall-UE kollha kemm hi.

Wasal il-waqt li l-finanzjament tal-UE jibda jiġi allinjat mill-ġdid mal-prinċipji ta’ awtonomija, trasparenza u imparzjalità u biex l-UE tiġi mgħammra biex tilħaq l-għanijiet miftiehma tal-politika tagħha. L-għan tal-proposta ta’ riżorsi proprji ġodda mhuwiex li jiżdied il-Baġit Ġenerali tal-UE kollha iżda li jkun hemm tbegħid mill-attitudni "il-flus tiegħi lura" u biex tintroduċi aktar trasparenza fis-sistema. Dan ma jirrigwardax l-għoti ta’ sovranità fiskali lill-UE iżda pjuttost dwar ritorn għall-mekkaniżmi ta’ finanzjament li huma eqreb lejn l-intenzjoni oriġinali tat-Trattati. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni twassal għal tnaqqis f’kontribuzzjonijiet diretti mill-baġits tal-Istati Membri.

Fir-reviżjoni tal-baġit[6], il-Kummissjoni stabbiliet lista mhux eżawrjenti ta’ mezzi finanzjarji possibbli li jistgħu gradwalment jissostitwixxi l-kontribuzzjonijiet nazzjonali u jittaffu l-piż fuq it-Teżori nazzjonali. Hija elenkat ukoll diversi kriterji li għandhom jiġu applikati biex dawn jiġu eżaminati. Il-Kummissjoni wettqet analiżi estensiva tal-għażliet[7] u ddeċidiet li tipproponi sistema ġdida ta’ riżorsi proprji bbażata fuq taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u riżorsa ġdida tal-VAT. Dawn ir-riżorsi proprji ġodda jkunu jistgħu jiffinanzjaw parzjalment il-baġit tal-UE u jissostitwixxu kompletament is-sistema ta’ riżorsi proprji eżistenti u kumplessa bbażata fuq il-VAT, li l-Kummissjoni tipproponi li telimina, u tnaqqas l-iskala tar-riżorsi bbażati fuq id-DNG. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar riżorsi proprji ġodda hija spjegata fit-test leġiżlattiv mehmuż[8]. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tappoġġja t-talba magħmula mill-Parlament Ewropew għal konferenza interparlamentari mal-Parlamenti nazzjonali biex tiġi diskussa l-kwistjoni.

Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll simplifikazzjoni importanti għall-problema ta’ ribassi u korrezzjonijiet. it-tentattivi biex jiġu livellati d-differenzi bejn il-ħlasijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE u dak li jirċievu minn politiki ta’ infiq differenti tal-UE, joħolqu r-riskju li jkun hemm distorsjonijiet fil-baġit u li tiddgħajjef il-kapaċità tagħha biex twassal il-valur miżjud. Għalhekk il-Kummissjoni qed tipproponi, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Fontainebleau tal-1984, li jkun hemm limitu fuq il-kontribuzzjonijiet ta’ dawk l-Istati Membri li altrimenti jiffaċċjaw piż baġitarju li huwa eċċessiv b'relazzjoni mal-prosperità relattiva tagħhom.

4. Il-prinċjipji li jirfdu l-baġit tal-UE

Il-baġit tal-UE mhuwiex bħall-baġits nazzjonali. L-UE ma tiffinanzjax direttament is-saħħa jew l-edukazzjoni. Ma tiffinanzjax il-forzi tal-pulizija jew tad-difiża bil-mod kif jagħmlu l-baġits nazzjonali. Għandha loġika pan-Ewropea, mhux waħda nazzjonali. Id-daqs relattivament żgħir tagħha jippermettilha li tikkonċentra fuq l-oqsma fejn twassal valur miżjud għoli tal-UE[9]. Il-baġit tal-UE ma jfittixx li jiffinanzja interventi li l-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw waħedhom. Jeżisti għax hemm attivitajiet li jeħtieġu li jkunu ffinanzjati biex jippermettu li l-UE tiffunzjona jew minħabba li jistgħu jsiru b’mod iktar ekonomiku u effettiv permezz tal-finanzjament kollettiv tal-baġit tal-UE. Il-baġit tal-UE jeżisti biex:

(a) jiffinanzja l-politiki komuni li l-Istati Membri qablu li għandhom jiġu ttrattati fil-livell tal-UE (pereżempju, il-Politika Agrikola Komuni);

(b) jesprimi solidarjetà bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kollha, biex jappoġġja l-iżvilupp tar-reġjuni l-aktar dgħajfa, li jippermetti wkoll li l-UE tiffunzjona bħala spazju ekonomiku waħdieni (pereżempju, permezz tal-politika ta’ koeżjoni);

(c) jiffinanzja l-interventi biex jiġi kkompletat is-suq intern - li lanqas l-Istat Membru l-iktar prosperuż ma jista’ jiffinanzja waħdu. Il-baġit tal-UE jippermetti perspettiva pan-Ewropea iktar milli perspettiva purament nazzjonali (pereżempju, permezz ta’ finanzjament pan-Ewropew tal-investiment fl-infrastruttura). Jgħin ukoll fl-eliminazzjoni ta’ duplikazzjoni li tiswa’ ħafna flus ta’ iskemi nazzjonali diversi li jsegwu parzjalment l-istess għanijiet;

(d) jiżgura sinerġiji u ekonomiji ta’ skala billi jiffaċilita l-kooperazzjoni u s-soluzzjonijiet konġunti għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu pprovduti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom (pereżempju, it-twettiq ta’ riċerka ta’ klassi mondjali u l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni fuq l-affarijiet interni, il-migrazzjoni u l-ġustizzja);

(e) iwieġeb għal sfidi persistenti emerġenti li jsejħu għal metodu pan-Ewropew komuni, (pereżempju, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-għajnuna umanitarja, it-tibdil demografiku u l-kultura).

Fuq dan l-isfond, fit-tfassil tal-MFF li jmiss, il-Kummissjoni implimentat il-prinċipji li spjegat fir-reviżjoni tal-baġit 2010:

· Iffukar fuq il-kisba ta’ prijoritajiet politiċi ewlenin

· Iffukar fuq il-valur miżjud tal-UE

· Iffukar fuq impatti u riżultati

· Twassil ta’ benefiċċji reċiproċi madwar l-Unjoni Ewropea

Il-baġit tal-UE jesprimi "politika f’numri". Bħala tali, il-finanzjament għandu jmur id f’id mal-ambjent regolatorju eżistenti u mal-prijoritajiet politiċi fl-oqsma rilevanti. Il-finanzjament irid jagħti r-riżultati mistennija – l-awtoritajiet pubbliċi mhumiex “intitolati bi dritt” li jirċievu fondi biex jonfquhom kif iridu, iżda pjuttost jirċievu l-fondi tal-UE biex jgħinuhom iwettqu l-għanijiet tal-UE miftiehma b’mod komuni. Għalhekk, il-programmi u l-istrumenti inklużi f'din il-proposta għal MFF ġew orjentati mill-ġdid biex jiġi żgurat li r-riżultati u l-impatti jressqu ‘l quddiem il-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-UE. Il-karatteristiċi ewlenin tas-sett li jmiss ta’ programmi u strumenti finanzjarji se jkunu l-iffukar fuq ir-riżultati, aktar użu ta’ kundizzjonalità u s-simplifikazzjoni tat-twettiq:

· Ir-riżultati se jkunu relatati b’mod ċar mal-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-kisba tal-miri tagħha. Dan ifisser konċentrazzjoni ta’ programmi fuq numru limitat ta’ prijoriatjiet ta’ profil għoli u azzjonijiet li jiksbu massa kritika. Il-frammentazzjoni u intervenzjonijiet mhux koordinati għandhom jiġu evitati. Fejn possibbli, il-programmi eżistenti se jiġu amalgamati (pereżempju, f’oqsma bħall-affarijiet interni, l-edukazzjoni u l-kultura) u/jew imfassla mill-ġdid (bħar-riċerka, il-koeżjoni) biex tiġi żgurata programmazzjoni integrata u sett uniku ta’ mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, rappurtar u kontroll.

· Simplifikazzjoni: ir-regoli attwali ta’ finanzjament evolvew mhux biss bħala tweġiba għall-ħtieġa għar-responsabbiltà dwar kif għandhom jintefqu l-flus pubbliċi iżda wkoll biex jiġu kkunsidrati l-problemi preċedenti. Ir-riżultat huwa diversità u kumplessità li huwa diffiċli li jiġu implimentati u kkontrollati. Din il-kumplessità timponi piż amministrattiv tqil fuq il-benefiċjarji kif ukoll fuq il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li jista’ jkollu l-effett mhux intenzjonat li jiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni u joħloq dewmien fl-implimentazzjoni. Bħalissa qed isir xogħol biex jiġu ssimplifikati kemm ir-regoli ġenerali (ir-Regolament Finanzjarju) kif ukoll ir-regoli speċifiċi għas-settur.

· Kondizzjonalità: Sabiex l-attenzjoni tkun iktar immirata fuq ir-riżultati milli fuq inputs, se tiddaħħal kondizzjonalità fil-programmi u l-istrumenti. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-partijiet kbar ta' infiq tal-politika ta’ koeżjoni u tal-agrikoltura, fejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji se jkunu meħtieġa juru li l-fondi li jkunu rċevew qed jintużaw biex ikomplu jintlaħqu l-prijoritajiet politiċi tal-UE. B’mod iktar ġenerali, il-Kummissjoni se tiżgura koerenza bejn il-politika ekonomika ġenerali tal-UE u l-baġit tal-UE, b’mod partikolari biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-effettività tal-finanzjament tal-UE huwa mxekkel minn politiki makro-fiskali mhux sodi.

· Multiplikazzjoni tal-investiment: Permezz ta’ ħidma mas-settur privat dwar strumenti finanzjarji innovattivi huwa possibbli li jitkabbar l-impatt tal-baġit tal-UE, li jippermetti li jkun hemm għadd akbar ta’ investimenti strateġiċi, u b' hekk jittejjeb il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE. L-esperjenza ta’ ħidma l-aktar mal-grupp tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), ma' istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi nazzjonali u internazzjonali kienet pożittiva u dan se jitressaq fl’MFF li jmiss. Il-garanziji u l-arranġamenti tal-qsim tar-riskju jistgħu jippermettu lis-settur finanzjarju li jipprovdi aktar ekwità u aktar self ta’ flus lil kumpaniji innovattivi, jew għal proġetti infrastrutturali. B’dan il-mod, dawn l-istrumenti finanzjarji jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp globali fis-swieq finanzjarji wara l-kriżijiet.

5. L-elementi ġodda ewlenin

L-ambizzjoni tal-Kummissjoni għall-baġit tal-UE li jmiss hija li l-infiq isir b’mod differenti, b’aktar enfasi fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni, b’konċentrazzjoni fuq it-twettiq tal-aġenda Ewropa 2020 permezz ta’ kondizzjonalità iktar b’saħħitha fil-politika ta’ koeżjoni u pagamenti diretti iktar ekoloġiċi lill-bdiewa. Il-baġit li jmiss għandu jiġi mmodernizzat permezz tar-riallokazzjoni tar-riżorsi għal oqsma ta’ prijorità bħall-infrastruttura pan-Ewropea, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura, l-iżgurar tal-fruntieri esterni tal-UE u l-prijoritajiet ta’ politika tar-relazzjonijiet esterni bħall-viċinat tal-UE. Dan jindirizza prijoritajiet ta’ politika transversali, bħall-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, bħala parti integrali tal-istrumenti u intervenzjonijiet ewlenin kollha. Dettalji sħaħ tal-approċċ f’kull qasam ta’ politika jinsabu fil-parti II li takkumpanja din il-Komunikazzjoni. It-taqsima segwenti tispjega l-bidliet ewlenin li se jsiru fl-oqsma prinċipali ta' nfiq.

5.1. Horizon 2020: Qafas Strateġiku Komuni għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku

L-UE qed tiffaċċja distakk sinifikanti fl-innovazzjoni[10], li jeħtieġ li jiġi indirizzat jekk l-UE għandha tikkompeti ma’ ekonomiji żviluppati oħra, ekonomiji li qed jiżviluppaw u emerġenti. L-UE kollha kemm hi għadha lura mill-Ġappun u l-Istati Uniti f’għadd ta’ indikaturi ewlenin, bħall-għadd ta’ privattivi rreġistrati, in-numru ta’ esportazzjonijiet ta’ prodotti medium-high u high-tech u l-perċentwali tal-PDG fin-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni jgħinu biex iġibu l-impjieg, il-prosperità u kwalità tal-ħajja. Għalkemm l-UE hija mexxej globali f’bosta teknoloġiji, qed tiffaċċja dejjem aktar sfidi minn kompetituri tradizzjonali u ekonomiji emerġenti. Għaldaqstant programmi konġunti li jiġbru sforzi ta’ riċerka jistgħu jwasslu riżultati li Stati Membri individwali ma jistgħux iwasslu waħedhom.

L-isfida hija li tiġi promossa ż-żieda tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp madwar l-UE, sabiex il-mira tal-Ewropa 2020 ta’ 3% tal-investiment tal-PDG tintlaħaq. L-UE għandha ttejjeb ukoll ir-rekord tagħha li taqleb l-għarfien xjentifiku f’proċessi u prodotti bi privattivi għall-użu mhux biss fl-industriji high-tech iżda wkoll fis-setturi tradizzjonali. Dan jirrikjedi sforz mill-awtoritajiet pubbliċi, mis-settur privat u mill-komunità tar-riċerka. Il-Kummissjoni bdiet riforma maġġuri tal-istrutturi ta’ riċerka tal-governanza tal-UE permezz tal-ħolqien tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, li issa qed jipproduċi riżultati pożittivi. Il-Kummissjoni tmur lil hinn u tipproponi li torganizza mill-ġdid l-istrumenti ta’ riċerka u innovazzjoni attwali tal-UE (b’mod partikolari l-programmi qafas tar-riċerka u l-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) sabiex tinħoloq rabta aktar b’saħħitha ma' għanijiet ta’ politika definiti u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-implimentazzjoni. Dan jippermetti wkoll li jittaffa il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji.

Il-Kummissjoni tipproponi li fil-ġejjieni il-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni jkun ibbażat fuq tliet oqsma prinċipali li huma ankrati sew fl-Istrateġija Ewropa 2020:

· eċċellenza fil-bażi tax-xjenza;

· indirizzar tal-isfidi imposti mis-soċjetà;

· il-ħolqien ta’ tmexxija industrijali u t-tisħiħ tal-kompetittività.

Qafas strateġiku komuni (li għandu jissejjaħ Horizon 2020) għandu jelimina l-frammentazzjoni u jiżgura aktar koerenza, inkluż ma’ programmi nazzjonali ta’ riċerka. Se jkun marbut mill-qrib ma’ prijoritajiet ta’ politika settorjali ewlenin bħas-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u l-bio-ekonomija, l-enerġija u t-tibdil fil-klima. L-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija se jkun parti mill-programm Horizon 2020 u se jkollu rwol importanti li jgħaqqad it-tliet naħat tat-triangolu tal-għarfien - l-edukazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka - permezz tal-Komunitajiet tiegħu tal-Għarfien u l-Innovazzjoni. Waħda mill-karatteristiki tal-approċċ ġdid għall-finanzjament tar-riċerka se tkun użu akbar ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, wara l-eżempju li kellu suċċess tal-faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 80 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Dan il-finanzjament se jiġi kkumplimentat b’appoġġ importanti għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-Fondi Strutturali. Pereżempju, fil-perjodu 2007-2013, intefqu madwar EUR 60 biljun fuq riċerka u innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa u livelli simili ta’ nfiq huma mistennija fil-futur.

5.2. Solidarjetà u investiment għal tkabbir u impjiegi sostenibbli

Il-politika ta’ koeżjoni hija espressjoni importanti ta’ solidarjetà mal-ifqar u l-aktar reġjuni dgħajfa tal-UE – iżda hija aktar minn dan. Wieħed mill-akbar suċċessi tal-UE hija l-kapaċità tagħha li tgħolli l-livelli tal-għajxien għaċ-ċittadini kollha tagħha. Dan tagħmlu mhux biss billi tgħin l-ifqar Stati Membri u reġjuni biex jiżviluppaw u jikbru iżda wkoll permezz tar-rwol tagħha fl-integrazzjoni tas-suq intern li d-daqs tiegħu jwassal swieq u ekonomiji ta’ skala fil-partijiet kollha tal-UE, lis-sinjuri u l-foqra, lil kbar u liż-żgħar. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta’ nfiq li sar fil-passat uriet ħafna eżempji tal-valur miżjud u tal-investiment li joħloq it-tkabbir u l-impjiegi li ma setgħux isiru mingħajr l-appoġġ tal-baġit tal-UE. Madankollu, ir-riżultati juru wkoll xi tixrid u nuqqas ta’ prijoritazzjoni. Fi żmien meta l-flus pubbliċi huma skarsi u meta l-investiment li jtejjeb it-tkabbir huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi bidliet importanti fil-politika ta’ koeżjoni.

Il-politika ta’ koeżjoni għandha rwol importanti fit-twettiq tal-għanijiet u l-miri tal-Ewropa 2020 fl-UE kollha. Il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ l-attenzjoni fuq ir-riżultati u l-effettività ta’ nfiq ta’ koeżjoni permezz ta’ rabta iktar sistematika tal-politika ta’ koeżjoni mal-għanijiet Ewropa 2020. Barra minn dan, tipproponi li tiġi introdotta kategorija ġdida ta’ – “reġjuni ta’ tranżizzjoni” li jissostitwixxu s-sistema attwali ta’ tneħħija u ta’ introduzzjoni gradwali. Din il-kategorija se tinkludi r-reġjuni kollha bi PDG per capita bejn 75 % u 90 % tal-medja tal-UE27.

Il-qgħad u r-rati għolja ħafna ta’ faqar jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali. Hekk kif l-Unjoni qed tiffaċċja l-isfidi li dejjem qed jikbru ta’ nuqqasijiet fil-livelli tal-kapaċitajiet, ta’ prestazzjonijiet ta’ livell baxx fil-politika attiva tas-suq tax-xogħol u fis-sistemi edukattivi, ta’ esklużjoni soċjali ta’ gruppi marġinalizzati u ta’ mobilità baxxa tal-impjieg hemm il-ħtieġa kemm għall-inizjattivi ta’ politika kif ukoll għal azzjoni konkreta ta’ appoġġ. Ħafna minn dawn l-isfidi ġew aggravati bil-kriżi finanzjarja u ekonomika, bix-xejriet demografiċi u migratorji u bil-pass imgħaġġel tal-bidla teknoloġika. Jekk dawn ma jiġux indirizzati b’mod effettiv, jikkostitwixxu sfida sinifikanti għall-koeżjoni soċjali u l-kompetittività. Għalhekk huwa essenzjali li l-investiment li jtejjeb it-tkabbir fl-infrastruttura, fil-kompetittività reġjonali u fl-iżvilupp tan-negozju jiġi akkumpanjat b’miżuri relatati mal-politika tas-suq tax-xogħol, mal-edukazzjoni, mat-taħriġ, mal-inklużjoni soċjali, mal-adattabbiltà tal-ħaddiema, tal-intrapriżi u tal-intraprendituri u tal-kapaċità amministrattiva.

Huwa hawnhekk li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għandu rwol importanti u qed jiġi propost li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabilixxu l-mod kif id-diversi strumenti ta' finanzjament jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali Ewropa 2020, inkluż billi jiġu stabbiliti ishma minimi għall-FSE mill-fondi strutturali ta' appoġġ għal kull kategorija ta' reġjun (25 % għal reġjunijiet ta' konverġenza, 40 % għal reġjunijiet fi tranżizzjoni, 52 % għal reġjunijiet ta' kompetittività, ibbażat fuq sitwazzjoni fejn il-Fond ta’ Koeżjoni jkompli jirrappreżenta terz tal-allokazzjoni ta' politika ta’ koeżjoni fl-Istati Membri eliġibbli, u bl-esklużjoni ta’ kooperazzjoni territorjali). L-applikazzjoni ta’ dawn l-ishma tirriżulta f’sehem globali miniminu għall-FSE ta' 25 % tal-baġit allokat għall-politika ta' koeżjoni, jiġifieri EUR 84 biljun. L-FSE se jkun ikkomplimentat minn għadd ta’ strumenti ġestiti direttament mill-Kummissjoni, bħal netwerks PROGRESS u EURES bħala appoġġ għall-ħolqien ta’ impjiegi.

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) huwa fond flessibbli, barra mill-qafas finanzjarju, li jappoġġja l-ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom bħala riżultat tax-xejriet kummerċjali globali li jinbidlu u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista’ jkun. L-ammonti li huma meħtieġa jvarjaw minn sena għal sena, u minħabba dan il-Kummissjoni qed tipproponi li żżomm l-EFG barra l-qafas finanzjarju. L-EGF jista’ jintuża wkoll biex tingħata għajnuna fis-settur agrikolu lil dawk li l-ħobża ta’ kuljum tagħhom tista’ tiġi affettwata mill-globalizzazzjoni.

Sabiex tiżdied l-effettività ta' nefqa tal-UE u skont l-approċċ territorjali tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kummissjoni qed tipproponi li tistabilixxi qafas strateġiku komuni għall-fondi strutturali kollha, biex tittraduċi l-għanijiet Ewropa 2020 fi prijoritajiet ta' investiment. Dan huwa mfassal biex jagħti nifs lill-għan tal-koeżjoni territorjali tat-Trattat ta’ Lisbona. F'termini operattivi, il-Kummissjoni tipproponi li tikkonkludi kuntratt ta’ sħubija ma’ kull Stat Membru. Dawn il-kuntratti għandhom jistipulaw l-impenn tal-imsieħba fil-livell nazzjonali u reġjonali biex jużaw il-fondi allokati biex jimplimentaw l-istrateġija Ewropa 2020, qafas ta’ prestazzjoni li fuq l-isfond tiegħu jista’ jiġi evalwat il-progress fuq l-impenji.

Għalhekk għandu jkun hemm rabta qawwija mal-programmi nazzjonali ta’ riforma u mal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza mfassla mill-Istati Membri, kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati mill-Kunsill fuq din il-bażi. Sabiex jiġi żgurat li l-effettività tan-nefqa ta’ koeżjoni ma tkunx imxekkla minn politiki makro-fiskali mhux sodi, il-kondizzjonalità marbuta mal-governanza ekonomika ġdida se tikkumplimenta l-kundizzjonalità speċifika għas-settur ex ante stabbilita f’kull kuntratt.

Il-kuntratti se jistabbilixxu għanijiet ċari u indikaturi u jistabbilixxu numru limitat ta' kondizzjonalitajiet (kemm ex ante u marbuta mal-kisba tar-riżultati sabiex ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati), u jinkludu impenn biex jagħtu kont tal-progress annwali fir-rapporti annwali dwar il-politika ta’ koeżjoni. Il-finanzjament se jkun immirat fuq numru limitat ta’ prijoritajiet: ir-reġjuni ta’ kompetittività u tranżizzjoni se jiddedikaw primarjament l-allokazzjoni baġitarja kollha tagħhom, ħlief l-FSE, għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġiji rinnovabbli, il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-SMEs, filwaqt li r-reġjuni ta’ konverġenza se jiddedikaw l-allokazzjoni tagħhom fuq firxa usa’ ta’ prijoritajiet (fejn meħtieġ, inkluż l-bini tal-kapaċità instituzzjonali).

Biex tissaħħaħ il-prestazzjoni, se jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda ta’ kondizzjonalità biex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE ikun iffukat fuq ir-riżultati u joħloq inċentivi qawwija għall-Istati Membri biex jiżguraw it-twettiq effettiv tal-għanijiet u l-miri Ewropa 2020 permezz ta’ politika ta’ koeżjoni. Il-kundizzjonalità se tieħu l-għamla kemm ta’ kundizzjonijiet ‘ex ante’ li għandhom ikunu f’posthom qabel ma jiġu żbursjati l-fondi kif ukoll kundizzjonijiet ‘ex post’ li jippermettu l-ħruġ ta' fondi addizzjonali skont il-prestazzjoni. In-nuqqas ta’ progress fl-ilħiq ta’ dawn il-kundizzjonijiet se jwassal għal sospensjoni jew kanċellazzjoni ta’ fondi.

Il-kundizzjonalità se tkun ibbażata fuq ir-riżultati u l-inċentivi biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jiżguraw l-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji. Sabiex tissaħħaħ l-attenzjoni fuq ir-riżultati u jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, 5% tal-baġit ta' koeżjoni se jitwarrab u jiġi allokat, matul reviżjoni ta’ nofs it-terminu, lill-Istati Membri u reġjuni li l-programmi tagħhom ikunu laħqu l-miri fir-relazzjoni mal-kisba tal-għanijiet tal-programm relatat mal-miri u l-għanijiet tal-Ewropa 2020. Il-kisbiet ewlenin se jiġu definiti skont ir-regolamenti għall-politika ta' koeżjoni.

L-esperjenza fil-qafas finanzjarju attwali turi li ħafna Stati Membri għandhom diffikultajiet biex jassorbu volumi kbar ta’ fondi tal-UE matul perjodu limitat. Id-dewmien fil-preparazzjoni tal-proġetti, l-impenji u l-infiq huma responsabbli għal numru pendenti importanti ta’ approprjazzjonijiet mhux użati fit-tmiem tal-perjodu ta’ finanzjament preżenti. Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni fiskali f'xi Stati Membri sar aktar diffiċli biex jinħarġu fondi li jipprovdu kofinanzjament nazzjonali. Sabiex jissaħħaħ l-assorbiment tal-finanzjament, il-Kummissjoni qed tipproponi għadd ta’ passi:

· l-iffissar tar-rati tal-limiti massimi għall-allokazzjonijiet ta’ koeżjoni għal 2,5 % tad-DNG

· tippermetti żieda temporanja fir-rata ta’ kofinanzjament b’5 sa 10 punti perċentwali meta Stat Membru jkun qed jirċievi għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 jew 143 TFUE, biex b’hekk jitnaqqas l-isforz meħtieġ mill-baġits nazzjonali fi żmien ta’ konsolidazzjoni fiskali, filwaqt li jinżamm l-istess livell globali tal-finanzjament tal-UE

· tinkludi ċerti kondizzjonijiet fil-kuntratti ta’ sħubija rigward it-titjib tal-kapaċità amministrattiva.

Għall-MFF li jmiss, il-Kummissjoni tipproponi li tikkonċentra l-akbar sehem mill-fondi tal-koeżjoni fuq l-ifqar reġjuni u Stati Membri. Tipproponi wkoll li tgħin lil dawk ir-reġjuni li ma jibqgħux fl-istatus ta’ "reġjun ta’ konverġenza" billi tillimita t-tnaqqis fl-intensità ta’ għajnuna li kieku sseħħ kieku kellhom jiċċaqalqu minnufih lejn status ta’ "reġjun ta’ kompetittività". Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li dawn għandhom iżommu żewġ terzi tal-allokazzjonijiet preċedenti tagħhom għall-perjodu ta’ MFF li jmiss. Dawn ir-reġjuni, flimkien ma’ reġjuni oħra b'livelli simili tal-PDG (bejn 75 u 90% tal-PDG tal-UE) jifformaw kategorija ġdida ta’ "reġjuni fi tranżizzjoni".

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 376 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-infiq fi strumenti tal-politika ta’ koeżjoni. Dan l-ammont jinkludi: · EUR 162,6 biljun għal reġjuni ta’ konverġenza, · EUR 38,9 biljun għal reġjuni ta’ tranżizzjoni, · EUR 53,1 biljun għal reġjuni ta’ kompetittività, · EUR 11,7 biljun għal kooperazzjoni territorjali · EUR 68,7 biljun għall-Fond ta’ Koeżjoni U EUR 40 biljun għall-Faċilità ta’ Konnessjoni għall-Ewropa (ara 5.3 hawn taħt) Il-Fond Soċjali Ewropew (ibbażat fuq il-formula 25/40/52 għal kull kategorija ta' reġjuni) se jirrappreżenta 25 % tal-pakkett ta’ koeżjoni mingħajr ma titqies Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa, jiġifieri EUR 84 biljun Barra l-MFF: · EUR 3 biljun għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni · EUR 7 biljun għall-Fond Ewropew ta’ Solidarjetà

5.3. Nikkonnetjaw l-Ewropa

Suq waħdieni li jiffunzjona bis-sħiħ jiddependi fuq infrastruttura moderna u ta’ prestazzjoni għolja li tgħaqqad lill-Ewropa partikolarment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT).

Huwa meqjus li madwar EUR 200 biljun huma meħtieġa biex jikkompletaw in-netwerk trans-Ewropej tal-enerġija, EUR 540 biljun jeħtieġu li jiġu investiti fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, u iktar minn EUR 250 biljun fl-ICT għall-perjodu 2014-2020. Filwaqt li s-suq jista' u għandu jwassal il-parti l-kbira tal-investimenti neċessarju, hemm il-ħtieġa li jiġi ndirizzat in-nuqqas tas-suq - li jimtlew in-nuqqasijiet persistenit, jiġu eliminati l-konġestjonijiet u jiġu żgurati konnessjonijiet transkonfinali adegwati. Madankollu, l-esperjenza turi li l-baġits nazzjonali mhuma se jagħtu qatt prijorità għolja biżżejjed għal investimenti f’bosta pajjiżi u ta’ natura transkonfinali biex jarmaw is-Suq Uniku bl-infrastruttura meħtieġa. Dan huwa eżempju ieħor tal-valur miżjud tal-baġit tal-UE. Jista’ jassigura fondi għal proġetti pan-Ewropej li jgħaqqdu ċ-ċentru u l-periferija għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi l-ħolqien ta’ Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa biex jitħaffef l-iżvilupp tal-infrastruttura li l-UE teħtieġ. Dawn il-konnessjonijiet li jtejbu t-tkabbir se jipprovdu aċċess aħjar għas-suq intern u jtemmu l-iżolament ta’ ċerti "gżejjer" ekonomiċi. Pereżempju, dawk il-partijiet tal-UE li għadhom mhumiex imqabbda mas-sistemi prinċipali ta’ distribuzzjoni ta’ elettriku u ta’ gass jiddependu fuq investimenti magħmula fi Stati Membri oħra għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħhom. Il-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa se tagħmel ukoll kontribut vitali għas-sigurtà tal-enerġija, billi tiżgura aċċess pan-Ewropew għal għejun u fornituri differenti ġewwa u barra l-Unjoni. Għandha tgħin ukoll fl-implimentazzjoni tal-kunċett ġdid ta’ koeżjoni territorjali introdott fit-Trattat ta’ Lisbona. Disponibbiltà ta’ netwerks veloċi tal-ICT fl-Ewropa kollha u servizzi tal-ICT pan-Ewropej għandhom jegħlbu l-frammentazzjoni tas-suq uniku u jassistu l-SMEs fit-tfittxija tagħhom għal opportunitajiet ta’ tkabbir lil hinn mis-suq lokali tagħhom.

Il-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa se tiffinanzja infrastrutturi pre-identifikati ta’ trasport, ta’ enerġija u tal-ICT ta’ interess għall-UE, u kemm infrastrutturi fiżiċi kif ukoll tat-teknoloġija tal-informazzjoni b’konformità mal-kriterji tal-iżvilupp sostenibbli. Din il-proposta hija akkumpanjata minn lista preliminari ta’ infrastrutturi proposti (il-konnessjonijiet neqsin).

Il-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa se tkun ġestita b'mod ċentrali u se tiġi ffinanzjata minn baġit dedikat u permezz ta’ ammonti riservati għat-trasport fil-Fond ta’ Koeżjoni. Ir-rati ta’ ko-finanzjament mill-baġit tal-UE se jkunu ogħla meta l-investimenti jsiru f'reġjuni ta’ "konverġenza" milli meta jsiru f'reġjuni ta’ “kompetitività". L-infrastrutturi lokali u reġjonali ser ikunu marbuta mal-infrastrutturi ta’ prijorità tal-UE, li jgħaqqdu ċ-ċittadini kollha madwar l-UE, u jistgħu jkunu (ko-) finanzjati mill-Fondi Strutturali (il-Fond ta’ Koeżjoni u/jew ERDF, skont is-sitwazzjoni ta’ kull Stat Membru/reġjun). Meta jitqies l-iżbilanċ fl-infrastruttura tal-Istati Membri l-ġodda, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi relattivament l-istess allokazzjoni għall-Fond ta’ Koeżjoni. Dan se jgħin biex isaħħaħ l-investiment tat-trasport fir-reġjuni eliġibbli u jappoġġja r-rabtiet bejniethom u l-bqija tal-UE.

Il-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa toffri opportunitajiet għall-użu tal-għodod finanzjarji innovattivi biex jitħaffef u jiġi żgurat li jkun hemm investiment akbar milli jkun jista’ jinkiseb permezz ta’ finanzjament pubbliku biss. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-BEI u banek oħra ta’ investiment pubbliku biex tikkumbina l-iffinanzjar ta’ dawn il-proġetti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tippromwovi l-użu ta’ bonds ta’ proġetti tal-UE[11] bħala mezz sabiex jimxi ‘l quddiem it-twettiq ta’ dawn il-proġetti importanti.

Xi uħud mill-proġetti ta’ infrastruttura ta’ interess għall-UE se jeħtiġilhom jgħaddu minn pajjiżi tal-viċinat u tal-pre-adeżjoni. Il-Kummissjoni se tipproponi mezzi ssimplifikati ta’ konnessjoni bejniethom u ta’ finanzjament tagħhom permezz tal-faċilità l-ġdida, biex tiżgura l-koerenza bejn l-istrumenti interni u esterni. Dan ifisser l-eżistenza ta’ settijiet integrati ta’ regoli sabiex il-finanzjament ta’ proġetti rilevanti jkun disponibbli minn intestaturi differenti tal-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 40 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa biex tiġi msaħħa b’EUR 10 biljun riservati għal investimenti ta’ trasport relatati fil-Fond ta’ Koeżjoni. Dan l-ammont jinkludi EUR 9,1 biljun għas-settur tal-enerġija, EUR 31,6 biljun għat-trasport (inkluż EUR 10 biljun fil-Fond ta’ Koeżjoni) u EUR 9,1 biljun għall-ICT.

5.4. Politika Agrikola Komuni effiċjenti fir-riżorsi

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija waħda mill-ftit politiki komuni verament tal-UE. Hija mfassla biex twassal settur agrikolu sostenibbli fl-Ewropa permezz tat-tisħiħ tal-kompetittività, l-iżġurar ta' provvista tal-ikel adegwata u sikura, il-preservazzjoni tal-ambjent u l-kampanja filwaqt li tipprovdi livell ta’ għajxien xieraq għall-komunità agrikola. Bħala tali, din tissostitwixxi 27 politiki nazzjonali differenti tal-agrikoltura u tirrappreżenta ffrankar fil-baġit nazzjonali minħabba li l-appoġġ dirett lill-bdiewa huwa pprovdut permezz tal-baġit tal-UE mingħajr kofinanzjar nazzjonali.

Permezz tal-bidliet li qed tipproponi għall-finanzjament tal-PAK, il-Kummissjoni qed tressaqha aktar bis-sħiħ fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li tiżgura livelli stabbli ta’ dħul għal bdiewa Ewropej. Fil-futur, il-baġit tal-agrikoltura se jintuża mhux biss biex tiżdied il-produttività agrikola, biex jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola, biex jiġu stabbilizzati s-swieq, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-provvisti u jiġi żgurat li jaslu għand il-konsumatur bi prezzijiet raġonevoli, imma se jappoġġja wkoll il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-azzjoni klimatika u jappoġġja l-iżvilupp territorjali bbilanċjat fl-Ewropa kollha. It-tliet fergħat ta’ Ewropa 2020 – tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv – se jiġu minsuġa fil-fażi li jmiss tal-iżvilupp tal-PAK.

Il-bidliet proposti mill-Kummissjoni huma mfassla biex iwasslu għal sistema aktar ġusta u ekwa ta’ sostenn madwar l-UE, li tgħaqqad flimkien l-agrikoltura u l-politika ambjentali f’kura sostenibbli tal-kampanja filwaqt li tiżgura li l-agrikultura tkompli tikkontribwixxi għal ekonomija rurali ħajja. Tul is-snin, ġew inklużi fil-PAK għadd ta’ obligi u doveri li proprjament jappartjenu għal oqsma oħra ta’ politika. Il-Kummissjoni se tieħu l-opportunità tal-MFF il-ġdid biex terġa tiffoka l-PAK fuq l-attivitajiet ewlenin u ġodda tagħha. B’dan il-mod, pereżempju, il-fondi ddedikati għas-sigurtà tal-ikel tressqu fl-Intestatura 3 tal-baġit u fil-futur, l-għajnuna għall-ikel għall-persuni l-aktar deprivati se tiġi ffinanzjata mill-Intestatura 1 li huwa post aktar adattat mal-miri ta' tnaqqis tal-faqar tal-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni se tipproponi li testeni l-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni biex jinkludi għajnuna għal bdiewa li l-ħobż ta’ kuljum tagħhom jista’ jiġi affettwat mill-globalizzazzjoni.

L-istruttura bażika b’żewġ pilastri tal-PAK se tinżamm. Il-bidliet ewlenin proposti mill-Kummissjoni huma kif ġej:

Finanzjament ekoloġiku ta’ pagamenti diretti: biex tiżgura li l-PAK tgħin lill-UE biex twettaq l-għanijiet u l-azzjoni klimatika tagħha, lil hinn mir-rekwiżiti ta’ konformità reċiproka tal-leġiżlazzjoni attwali, 30 % tal-appoġġ dirett se jkun bil-kundizzjoni li jkun ekoloġiku. Dan ifisser li l-bdiewa kollha għandhom jibdew prattiki li jirrispettaw l-ambjent li ser jiġu ddefiniti fil-leġiżlazzjoni u se jkunu verifikabbli. L-impatt se jkun li s-settur agrikolu jiċċaqlaq b'mod sinifikanti f'direzzjoni aktar sostenibbli, fejn il-bdiewa jirċievu pagamenti biex jipproduċu prodotti pubbliċi lill-konċittadini tagħhom.

Konverġenza tal-pagamenti: sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar ugwali ta’ appoġġ dirett, filwaqt li jitqiesu d-differenzi li għadhom jeżistu fil-livelli tal-pagi u l-ispejjeż tad-dħul, il-livelli ta’ appoġġ dirett għal kull ettaru se jiġu aġġustati progressivament. Dan se jinkiseb b’dan il-mod: matul dan il-perjodu, l-istati Membri kollha b’pagamenti diretti inqasminn 90% tal-medja se jagħlqu terz mid-distakk bejn il-livell kurrenti tagħhom u dan il-livell. Din il-konverġenza se tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti ‘l fuq mill-medja tal-UE. Bl-istess mod, l-allokazzjoni tal-fondi tal-iżvilupp rurali se jiġu riveduti fuq il-bażi ta’ kriterji aktar oġġettivi u mmirati aħjar għall-għanijiet tal-politika. Dan għandu jiżgura trattament aktar ġust ta’ bdiewa li jwettqu l-istess attivitajiet. Sabiex il-PAK tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi marbuta ma’ speċifiċitajiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u ġeografiċi tal-agrikoltura Ewropea fis-seklu 21 u biex tikkontribwixxi effettivament għall-għanijiet tal-Ewropa 2020 il-Kummissjoni se tagħmel proposti biex tippermetti flessibbiltà bejn iż-żewġ pilastri.

Limitu fuq il-livell ta’ ħlasijiet diretti permezz ta’ limitu fuq il-livell bażiku tal-appoġġ dirett tad-dħul li azjendi agrikoli kbar jistgħu jirċievu, filwaqt li jitqiesu l-ekonomiji ta’ skala ta’ strutturi akbar u l-impjiegi dirett li jiġġeneraw dawn l-istrutturi. Il-Kummissjoni tipproponi li t-tfaddil jiġi reċiklat ġewwa allokazzjoni baġitarja għall-iżvilupp rurali u miżmum fi ħdan il-pakketti nazzjonali tal-Istati Membri fejn oriġina.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-elementi l-ġodda jistgħu jiġu akkomodati taħt l-istruttura attwali ta’ żewġ pilastri tal-PAK. Il-PAK futura għalhekk se tikkonsisti fl-ewwel pilastru li huwa iktar ekoloġiku u mqassam b'mod iktar ġust u t-tieni pilastru li se jkun iffukat fuq il-kompetittività u l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-ambjent. Miri iktar preċiżi ta’ politika għandhom iwasslu għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli. It-tieni pilastru tal-PAK, li jkopri l-iżvilupp rurali, se jkompli jikkontribwixxi għall-bżonnijiet nazzjonali u/jew reġjonali speċifiċi, filwaqt li jirrifletti l-prijoritajiet tal-UE, u se jkun suġġett għall-istess dispożizzjonijiet ibbażati fuq prestazzjoni ta’ kondizzjonalità tal-Ewropa 2020 bħall-Fondi Strutturali l-oħra. Fil-perjodu wara l-2013, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) se jkun inkluż fil-qafas strateġiku komuni għal fondi strutturali kollha u fil-kuntratti ta’ sħubija previsti mal-Istati Membri kollha. B’enfasi fuq id-dimensjoni territorjali tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku u l-ikkumbinar tal-fondi disponibbli kollha tal-UE f’kuntratt wieħed, l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni rurali madwar l-UE se jiġi appoġġat aħjar fil-futur.

Finalment, il-Kummissjoni tipproponi li terġa tirristruttura d-dispożizzjonijiet tas-suq li bħalissa jinsabu fl-ewwel pilastru tal-PAK. Illum, l-agrikoltura Ewropea qed tiffaċja varjetà ta’ sfidi, b'mod partikolari l-ħtieġa li tirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previdibbli jew biex tiffaċilita l-adattamenti meħtieġa minn ftehimiet internazzjonali ta’ kummerċ. Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' żewġ strumenti barra l-qafas finanzjarju multiannwali li ser ikunu suġġetti għall-istess proċedura aċċellerata bħar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EAR): mekkaniżmu ta’ emerġenza għal reazzjoni f’sitwazzjonijiet ta' kriżi (pereżempju problema dwar sigurtà tal-ikel) u ambitu ġdid għall-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 281,8 biljun għall-I Pilastru tal-Politika Agrikola Komuni u EUR 89,9 biljun għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020. Dan il-finanzjament se jkun imsaħħaħ b’EUR 15,2 biljun oħra: · EUR 4,5 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar is-sigurtà tal-ikel, il-bio-ekonomija u l-agrikoltura sostenibbli (fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni) · EUR 2,2 biljun għas-sigurtà tal-ikel fl-Intestatura 3 · EUR 2,5 biljun għall-għajnuna tal-ikel għall-persuni l-iktar deprivati fl-Intestatura I · EUR 3,5 biljun f’riserva ġdida għall-kriżijiet fis-settur agrikolu · Sa EUR 2,5 biljun għall-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni

5.5. Ninvestu fil-kapital uman

Il-miri ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar iż-żieda fl-edukazzjoni terzjarja u t-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola mhumiex se jintlaħqu mingħajr investiment iktar qawwi fil-kapital uman. L-akbar kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit tal-UE fl-investiment fin-nies ġej mill-Fond Soċjali Ewropew. Lil hinn mill-attivitajiet tagħha, hemm skop biex jiżdied l-appoġġ tal-UE għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ formali (skola, edukazzjoni ogħla, vokazzjonali, adulta) kif ukoll informali u mhux formali għall-attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ. Wieħed mis-suċċessi ewlenin tal-programmi attwali Tagħlim tul il-Ħajja (LLP), Erasmus Mundus u Youth huwa t-tkabbir ta’ programmi transnazzjonali ta’ mobilità għat-tagħlim. Sabiex jiżdied il-livell tal-ħiliet u jiġu indirizzati l-livelli għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ f’bosta Stati Membri, l-azzjonijiet li huma appoġġjati bħalissa mill-programm Leonardo, li jgħin lil persuni jibbenefikaw mill-edukazzjoni u t-taħriġ f'pajjiż ieħor tal-UE f'oqsma bħat-taħriġ vokazzjonali inizjali kif ukoll biex jiġu żviluppati u trasferiti l-politiki innovattivi minn Stat Membru għal ieħor, se jiġu msaħħa fil-perjodu MFF li jmiss. Bħalissa, hemm ftit wisq appoġġ finanzjarju disponibbli għal dawk li jixtiequ jistudjaw f’livell ta’ Masters fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni se tipproponi li tiżviluppa, bl-involviment tal-BEI, programm innovattiv li jipprovdi garanziji għal studenti mobbli ta’ masters. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ programmi Komunitarji għall-edukazzjoni u t-taħriġ u żżid il-fondi allokati għal dawn l-attivitajiet.

Il-finanzjament tal-UE għall-attivitajiet ta’ kultura u midja jappoġġja l-wirt kulturali komuni tal-Ewropej u jaħdem biex iżid iċ-ċirkolazzjoni ta’ ħidmiet Ewropej kreattivi ġewwa u barra l-UE. Il-programmi attwali għandhom rwol uniku fl-istimolazzjoni ta’ kooperazzjoni transkonfinali, billi jippromwovu t-tagħlim fost il-pari u jagħmlu dawn is-setturi iktar professjonali. Ir-rwol ekonomiku dejjem jikber tas-settur tal-kultura u l-industriji kreattivi huwa sew fuq il-linja tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020.

Madankollu, l-arkitettura attwali tal-programmi u l-istrumenti hija frammentata. Kienu karatterizzati minn proliferazzjoni ta’ proġetti fuq skala żgħira u xi wħud minnhom huma nieqsa mill-massa kritika meħtieġa biex ikun hemm impatt fit-tul. Hemm ukoll xi duplikazzjonijiet bejn l-azzjonijiet – dan wassal għal żieda fl-ispejjeż tal-ġestjoni u ħoloq konfużjoni għall-applikanti potenzjali.

Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tirrazzjonalizza u tissimplifika l-istruttura attwali billi tipproponi programm integrat wieħed, dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. L-enfasi se tkun fuq żvilupp tal-ħiliet u mobilità tal-kapital uman. Għall-istess raġunijiet, se jiġu introdotti wkoll sinerġiji fil-programmi relatati mal-kultura.

Il-proċessi ta’ applikazzjoni u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti ser ikunu ssimplifikati, inkluż permezz tal-ġestjoni tal-proġetti mill-aġenziji nazzjonali.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 15,2 biljun fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u EUR 1,6 biljun fil-qasam tal-kultura għall-perjodu 2014-2020. Dan il-finanzjament se jiġi kkumplimentat b’appoġġ importanti għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-Fondi Strutturali. Pereżempju, fil-perjodu 2007-2013, intefqu madwar EUR 72,5 biljun fuq edukazzjoni u taħriġ fir-reġjuni tal-Ewropa u livelli simili ta’ nfiq huma mistennija fil-futur.

5.6. Nindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni

Il-politika tal-affarijiet interni, li tkopri s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni, kibret b’mod kostanti fl-importanza tul dawn l-aħħar snin. Dan huwa wkoll wieħed mill-oqsma li ra bidliet importanti taħt it-Trattat ta’ Lisbona. L-importanza tagħhom ġiet ikkonfermata mill-Progamm ta’ Stokkolma[12] u l-Pjan ta' Azzjoni tiegħu[13].

L-għan li tinħoloq żona mingħajr fruntieri interni, fejn iċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi drittijiet legali ta’ dħul u ta’ residenza jistgħu jidħlu, jiċċaqilqu, jgħixu u jaħdmu konfidenti li d-drittijiet tagħhom huma rispettati bis-sħiħ u li s-sigurtà tagħhom hija żgurata huwa ta’ importanza enormi. Fl-istess ħin, it-tħassib pubbliku dwar l-immigrazzjoni irregolari u l-integrazzjoni kibret. Huwa kruċjali li jkun hemm politika tal-immigrazzjoni legali li tħares ‘il quddiem u politika ta' integrazzjoni biex jiżdiedu l-kompetittività tal-UE u l-koeżjoni soċjali, l-arrikkiment tas-soċjetajiet tagħna u l-ħolqien ta’ opportunitajiet għal kulħadd. It-tlestija ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil aktar sikura u effiċjenti li tirrifletti l-valuri tagħna tibqa’ prijorità. B’mod ġenerali, dan huwa qasam fejn hemm valur miżjud ovvju fil-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE.

Għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika l-istruttura tal-istrumenti tan-nefqa billi tnaqqas l-għadd ta’ programmi għal struttura magħmula minn żewġ pilastri – billi toħloq Fond ta’ Migrazzjoni u Ażil u Fond ta’ Sigurtà Interna. Iż-żewġ fondi se jkollhom dimensjoni esterna li tiżgura l-kontinwità tal-finanzjament, li jibda fl-UE u jkompli f’pajjiżi terzi, pereżempju dwar ir-risistemazzjoni tar-refuġjati, ir-riammissjoni u l-programmi ta’ protezzjoni reġjonali. Il-Kummissjoni tipprevedi wkoll pass lil hinn minn programmazzjoni annwali lejn programmazzjoni multi-annwali, li tirriżulta fi tnaqqis tax-xogħol tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji finali.

It-Trattat ta' Lisbona jipprevedi kooperazzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra n-netwerks kriminali, it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-armi u tad-drogi kif ukoll fil-protezzjoni ċivili sabiex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tan-nies u tal-ambjent f'każ ta' diżastri kbar kemm naturali kif ukoll ikkawżati mill-bniedem. Iż-żieda fid-diżastri li jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej teħtieġ azzjoni aktar sistematika fil-livell Ewropew. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li żżid l-effiċjenza, il-koerenza u l-viżibbiltà tar-reazzjoni tal-UE għad-diżastri.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 8,2 biljun għall-perjodu 2014-2020 fil-qasam tal-affarijiet interni u EUR 455 miljun għall-protezzjoni ċivili u l-Kapaċità Ewropea ta’ Rispons għall-Emerġenza.

5.7. L-UE bħala attur globali

Dak li jiġri barra mill-fruntieri tal-UE jista' jaffettwa direttament, u fil-fatt jaffettwa direttament, il-prosperità u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Għalhekk huwa fl-interess tal-UE li tkunu attivament involuta fl-influwenzar tad-dinja ta’ madwarna, inkluż permezz bl-użu ta’ strumenti finanzjarji.

It-Trattat ta’ Lisbona huwa punt ta’ tluq ġdid fir-relazzjonijiet tal-UE mal-bqija tad-dinja. Il-ħolqien tal-kariga ta’ rappreżentant għoli li jkun ukoll Viċi President tal-Kummissjoni, bi rwol qawwi ta’ koordinament, ġej minn xewqa li jkun hemm interazzjoni magħquda u effettiva mal-imsieħba internazzjonali tagħna, ibbażata fuq il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-dinjità umana, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali. L-UE se tkompli tippromwovi u tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt barra l-pajjiż. Huwa aspett ewlieni tal-azzjoni esterna tal-UE fid-difiża tal-valuri tagħha.

Prijorità ewlenija oħra hija li jiġi rispettat l-impenn formali tal-UE biex timpenja 0,7% tal-prodott nazzjonali gross (PNG) għall-iżvilupp barrani billi żżomm is-sehem tal-baġit tal-UE bħala parti minn sforz komuni tal-UE bħala entità sħiħa sal-2015, biex b'hekk tagħmel pass deċiżivi lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millenju. Se jinħoloq strument pan-Afrikan taħt l-Istrument ta' Kooperazzjoni u Żvilupp (DCI) biex jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-Ewropa, li jiffoka fuq valur miżjud ċar ta' attivitajiet transreġjonali u kontinentali. Se jkun flessibbli biżżejjed biex jakkomoda kontribuzzjonijiet minn Stati Membri tal-UE, minn Stati Afrikani, minn istituzzjonijiet finanzjarji u mis-settur privat. Barra minn hekk, l-Istrument ta’ Kooperazzjoni u Żvilupp (DCI) se jiffoka fuq l-eradikazzjoni tal-faqar u l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju (MDGs) fir-reġjuni rilevanti tad-dinja.

Jeħtieġ li l-impenn tal-UE jkun adattat għaċ-ċirkustanzi individwali. L-imsieħba tagħna jvarjaw minn ekonomiji żviluppati għal pajjiżi l-inqas żviluppati li jeħtieġu għajnuna speċifika mill-UE. Skont komunikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat[14] riċenti tagħha, l-UE hija impenjata fit-tul biex tistabbilixxi żona ta’ stabbiltà, prosperità u demokrazija fil-viċinat tagħha stess. Żviluppi storiċi fid-dinja Għarbija wkoll jeħtieġu investiment sostenut biex jappoġġja t-trasformazzjoni li huwa daqstant fl-interess tagħna u tagħhom. L-UE se żżid il-ħidma tagħha fuq il-prevenzjoni tal-kriżijiet sabiex tippreserva l-paċi u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali.

L-istrumenti tagħna jistgħu jiffaċilitaw ukoll l-impenn tal-UE ma' pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet li huma ta’ tħassib globali, bħat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, il-migrazzjoni irregolari u l-instabbiltajiet reġjonali, u jippermettu lill-UE biex twieġeb malajr u b'mod effettiv għad-diżastri naturali u dawk maħluqa mill-bniedem madwar id-dinja. L-UE hija impenjata biex tikkontribwixxi finanzjarjament biex tilħaq l-impennji internazzjonali tagħha fil-qasam tat-tibdil fil-klima u l-biodiversità. Fl-2003 saret razzjonalizzazzjoni maġġuri tal-istrumenti u dan beda jagħti riżultati aktar effettivi. Il-Kummissjoni ma tqisx li hija meħtieġa bidla ewlenija oħra fl-arkitettura leġiżlattiva għall-perjodu MFF li jmiss, għalkemm qed jiġi propost xi titjib u l-investiment globali qed jiżdied.

Biex jirriflettu l-bidliet internazzjonali li huma għaddejjin, il-Kummissjoni tipproponi li terġa torjenta l-finanzjament ta’ programmi f’pajjiżi industrijalizzati u emerġenti u minflok toħloq Strument ta’ Sħubija ġdid biex jappoġġja l-interessi ekonomiċi tagħna fil-bqija tad-dinja. Dan jista' jagħti opportunità akbar għan-negozji tal-UE permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ u l-konverġenza regolatorja f'dawk il-każijiet fejn il-finanzjament jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi tal-UE madwar id-dinja. Għandu jiżgura li n-negozji Ewropej ikunu jistgħu jibbenifikaw mit-trasformazzjoni ekonomika li qed isseħħ f’ħafna partijiet tad-dinja li joħolqu opportunitajiet bla preċedent iżda fejn il-kompetizzjoni hija wkoll intensa ħafna.

L-għajnuna umanitarja tal-UE issa hija rikonoxxuta fit-Trattat ta’ Lisbona bħala politika awtonoma fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-UE, li ġġib livell għoli ta’ valur miżjud. Approċċ koerenti, komplementari u koordinat tal-UE għall-għoti tal-għajnuna umanitarja jiżgura li riżorsi skarsi jintużaw b’mod effiċjenti sabiex jilħqu l-bżonnijiet identifikati u jkun il-mutur għal reazzjoni umanitarja internazzjonali aktar effettiva. Iż-żieda kemm fin-numru ta’ diżastri naturali u kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem u l-impatt ekonomiku tagħhom jitlob azzjoni sistematika fil-livell Ewropew biex jissaħħaħ l-istat ta’ tħejjija u jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ rispons, kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE. Il-Kummissjoni tipproponi li r-reazzjoni għall-kriżijiet, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tagħhom tkun investigata mal-istrument tal-għajnuna umanitarja, u l-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili li jirreaġixxi għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, li se jkomplu hekk kif l-effetti tal-bidla fil-klima jinħassu.

Il-Kummissjoni temmen li l-istrumenti ta’ finanzjament f'xi oqsma ta’ politika interna, bħall-edukazzjoni u l-migrazzjoni, għandu jintuża wkoll biex jingħata appoġġ għal azzjonijiet f'pajjiżi terzi, minħabba l-benefiċċji ovvji minn razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-approċċ.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 70 biljun għall-perjodu 2014-2020 għal strumenti esterni. U barra l-MFF: · Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (pajjiżi tal-AKP) EUR 30 biljun · Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (pajjiżi u territorji extra-Ewropej) EUR 321 miljun · Il-Fond Globali għall-Klima u l-Biodiversità · Riżerva ta’ Għajnuna għall-Emerġenza, EUR 2,5 biljun

5.8. Partiti bi status speċifiku

Hemm modi differenti ta’ finanzjament ta’ attivitajiet li jitwettqu f'isem l-UE jew bħala parti mill-politiki tal-UE. Għal diversi raġunijiet, xi attivitajiet huma ffinanzjati minn għodda differenti tal-baġit jew minn xi Stati Membri biss. F’din il-proposta tal-MFF, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni wkoll lejn għadd ta’ proposti ta’ nfiq bi status speċifiku.

5.8.1. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) jiffinanzja għajnuna għall-iżvilupp għall-pajjiżi msieħba tal-UE li qed jiżviluppaw. Dan tradizzjonalment ġie ffinanzjat barra l-baġit tal-UE biex jirrifletti r-relazzjonijiet storiċi partikolari li ċerti Stati Membri għandhom ma’ partijiet differenti tad-dinja. Il-Kummissjoni tqis li, fiċ-ċirkostanzi attwali, bil-Ftehim ta’ Kotonou (li abbażi tiegħu l-EDF tipprovdi appoġġ għall-pajjiżi AKP) li se jiskadi fl-2020, il-kundizzjonijiet għal integrazzjoni sħiħa tal-EDF fil-baġit għadhom ma ġewx sodisfati. Madankollu, sabiex tinħoloq perspettiva ta’ inklużjoni futura, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tipproponi li l-għodda ta’ kontribuzzjoni tal-EDF titqarreb iktar mal-għodda li tintuża għall-baġit tal-UE. Dan se jikkontribwixxi wkoll għall-viżibbiltà ta’ ammonti assoluti pprovduti fl-għajnuna għall-iżvilupp. Huwa wkoll propost li jittejjeb l-iskrutinju demokratiku tal-EDF billi jġibugħ konformi mad-DCI, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dan l-istrument.

5.8.2. Proġetti fuq skala kbira

L-esperjenza matul is-snin wriet li proġetti fuq skala kbira ta’ interess għall-UE għandhom it-tendenza li jkun disproporzjonalment għoljin għall-baġit żgħir tal-UE. Billi n-natura speċifika tagħhom tfisser li spiss jaqbżu l-previżjonijiet inizjali ta’ spejjeż, il-ħtieġa sussegwenti li jsibu finanzjament addizzjonali jqanqal il-ħtieġa li jiġu riallokati fondi li diġà ġew riservati għal ħtiġijiet prijoritarji oħrajn. Din mhijiex soluzzjoni sostenibbli u l-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tagħmel proposti alternattivi għall-finanzjament futur ta’ proġetti xjentifiċi ta’ skala kbira, billi tagħmel distinzjoni bejn Galileo u proġetti oħra.

L-UE hija l-uniku proprjetarju tal-proġett Galileo u huwa propost baġit suffiċjenti għall-bżonnijiet futuri tiegħu bħala parti minn dan il-pakkett. Ser ikunu meħtieġa sforzi kontinwi sabiex l-ispejjeż jinżammu taħt kontroll. Dan se jiġi żgurat fir-Regolament li jistabilixxi l-MFF. Il-fażi ta’ skjerament sħiħ u l-istadju operattiv tal-proġett għandhom jintlaħqu fil-bidu tal-qafas finanzjarju li jmiss, f’liema punt għandhom jitqiesu arranġamenti ta’ governanza ġdida għal perjodu ta’ żmien itwal.

Għal proġetti bħal ITER u GMES, fejn l-ispejjeż u/jew spejjeż żejda huma kbar wisq biex jitħallsu biss mill-baġit tal-UE, il-Kummissjoni tipproponi li wara l-2013 il-finanzjament tagħhom jiġi previst barra l-MFF. Dan se jippermetti lill-UE tkompli tissodisfa bi sħiħ l-impenj internazzjonali tagħha.

6. Strumenti u implimentazzjoni 6.1. Simplifikazzjoni biex titjieb il-prestazzjoni

Il-proċeduri ta’ implimentazzjoni u l-ħtiġiet tal-kontroll tal-programmi tal-UE jeħtieġu li jkunu effettivi biex jiżguraw ir-responsabbiltà iżda jeħtieġu wkoll li jkunu ta’ nefqa effikaċi. Il-bidliet matul is-snin taw lok għal sistema li issa hija ġeneralment meqjusa bħala kkumplikata wisq u li spiss tiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni u/jew toħloq dewmien fl-implimentazzjoni. B’dan l-isfond, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi simplifikazzjoni radikali fl-MFF futuri kollha. F'dan il-kuntest, huwa importanti li l-bażijiet legali futuri tal-programmi settorjali kollha jiksbu bilanċ ġust bejn l-għanijiet tal-politika, il-mezzi ta’ twettiq u l-ispejjeż tal-amministrazzjoni u l-kontroll. B’mod partikolari, il-kondizzjonijiet għall-kisba ta’ għanijiet politiċi se jitwaqqfu b’mod li jkunu effikaċi fin-nefqa filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ċari ta’ eliġibbiltà, responsabbiltà u livell xieraq ta’ kontroll li jillimita r-riskju tal-iżbalji għal livell raġonevoli bi spiża raġonevoli.

Kwalunkwe simplifikazzjoni sinifikanti tal-użu ta’ fondi tal-UE se teħtieġ l-isforzi magħquda tal-istituzzjonijiet kollha fir-reviżjoni kemm tar-regoli ġenerali fir-Regolament Finanzjarju kif ukoll tar-regoli speċifiċi għas-settur li bħalissa qed jitħejjew. Madankollu, l-isforzi għas-simplifikazzjoni fil-livell tal-UE mhux se jipproduċu l-effett sħiħ tagħhom jekk ma jkunux akkumpanjati minn sforzi paralleli fuq livell nazzjonali, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża. Il-Kummissjoni se toħroġ Komunikazzjoni ddedikata dwar is-simplifikazzjoni fi tmiem l-2011 ladarba l-proposti speċifiċi għas-settur ikunu skedati.

6.1.1. Innaqqsu l-għadd ta’ programmi

L-ewwel mod kif jista' jinkiseb dan l-għan huwa li jitnaqqas in-numru ta' programmi u strumenti separati; għanijiet multipli ta’ politika jistgħu jintlaħqu mingħajr ma jkun hemm multiplikazzjoni mhux meħtieġa tan-numru ta’ strumenti biex iwettquhom u mingħajr differenzi kbar fir-regoli ta’ ġestjoni minn programm għal ieħor. Programmi kumplessi li ma kellhomx suċċess se jiġu mfassla mill-ġdid b'forma ssimplifikata u aktar effettiva jew se jitwaqqfu. Dan l-approċċ qed jiġi propost f’xi oqsma - Affarijiet marittimi u sajd, ġustizzja u drittijiet fundamentali, affarijiet interni, edukazzjoni u kultura.

6.1.2. Tqegħid tal-istrumenti differenti taħt qafas wieħed

Mod ieħor biex tiġi ssimplifika l-ġestjoni tal-programmi huwa li jitpoġġew taħt qafas wieħed b’regoli komuni, billi jitnaqqsu kemm jista' jkun kwalunkwe eċċezzjonijiet jew speċifiċitajiet. Pereżempju:

· Il-Kummissjoni tipproponi li tiġbor flimkien it-tliet għejun ewlenin tal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni (is-Seba’ Programm Qafas, l-innovazzjoni kurrenti parti tal-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, u l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)) fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni uniku għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (CSF).

· Għall-fondi taħt ġestjoni mqassma - l-ERDF, l-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd - Qafas Strateġiku Komuni li se jissostitwixxi l-approċċ attwali li jistabilixxi settijiet separati ta’ linji gwida strateġiċi għal strumenti differenti.

6.1.3. L-esternalizzazzjoni

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll l-użu tal-għażla li jkun hemm kuntatt iktar estensiv mal-aġenziji eżekuttivi eżistenti. Kif ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Awdituri, dawn l-aġenziji jipprovdu servizz aħjar ta’ twettiq u jsaħħu l-viżibbiltà tal-UE. Dan l-istrument huwa partikolarment rilevanti għat-tkomplija ta’ programmi iżgħar attwali li għadhom ma ġewx esternalizzati u li jinvolvu massa kritika ta’ operazzjonijiet omoġenji jew standardizzati, biex b’hekk jinkisbu ekonomiji ta’ skala. Dan ma jfissirx li jinħolqu aġenziji eżekuttivi ġodda, iżda li jiġi rivedut kif meħtieġ il-mandat ta’ dawk eżistenti. Dan l-approċċ qed jiġi segwit pereżempju fi proposti għal programmi tal-edukazzjoni u l-kultura.

6.1.4. Integrazzjoni effiċjenti tal-prijoritajiet fost il-politiki

F’ċerti oqsma tal-politika l-aħjar mod biex jintlaħqu l-għanijiet – inkluż azzjoni dwar il-klima, l-ambjent, il-politika tal-konsumatur, is-saħħa u d-drittijiet fundamentali - jiddependi fuq l-integrazzjoni effiċjenti tal-prijoritajiet f'firxa ta’ strumenti f 'oqsma oħra tal-politika. Pereżempju, l-għanijiet ta’ azzjoni dwar il-klima għandhom bżonn jiġu riflessi fi strumenti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu biex tinbena ekonomija baxxa fil-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi u reżistenti għat-tibdil fil-klima li ssaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa, toħloq aktar impjiegi u aktar impjiegi ekoloġiċi, isaħħaħ is-sikurezza tal-enerġija u ġġib benefiċċji għas-saħħa. Fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-klima u l-ambjent, b’mod partikolari l-biodiversità, se jiġu integrati fil-programmi relevanti kollha.

Konsegwentament, is-sehem relevanti tal-baġit tal-UE se jiżdied bħala riżultat tal-integrazzjoni effettiva tal-politiki maġġuri kollha tal-UE (bħall-koeżjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-agrikoltura u l-kooperazzjoni esterna). Billi l-istess azzjoni tista’ u għandha ssegwi għanijiet differenti fl-istess ħin, l-integrazzjoni effettiva għandha tippromwovi sinerġiji fl-użu tal-fondi għal diversi prijoritajiet u tirriżulta f’aktar konsistenza u effiċjenza fl-infiq.

6.1.5. Amministrazzjoni aktar effiċjenti

In-nefqa amministrattiva bħalissa hija 5,7% tal-infiq kurrenti. Dan il-baġit jiffinanzja l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea – il-Parlament Ewropew (20 %), il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (7 %), il-Kummissjoni (40 %) u l-istituzzjonijiet u l-korpi ż-żgħar (15 %). Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli fl-aħħar għaxar snin biex tirriforma l-amministrazzjoni ta’ riżorsi umani u baġitarji tagħha, u biex tiżgura aktar effiċjenza fl-użu tagħhom. Ir-riforma tal-2004 waħedha ġabet ekonomijij ta’ EUR 3 biljun mill-2004, u hekk kif ikompli l-proċess ta' riforma, ser jagħti EUR 5 biljun aktar fis-snin li ġejjin sal-2020. Bħala parti mill-impenn kontinwu tagħha biex nillimitaw l-ispejjeż ta’ amministrazzjoni tal-politiki tal-UE, il-Kummissjoni ilha topera fuq il-bażi ta’ “tkabbir żero” fir-riżorsi umani mill-2007

Il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika u tirrazzjonalizza aktar l-amministrazzjoni tagħha biex tagħmilha organizzazzjoni moderna, effettiva u dinamika konformi mal-għanijiet tal-Ewropa 2020. Konxja dwar il-pressjonijiet fuq il-baġits tal-Istati Membri u wara li kkunsidrat it-tnaqqis fl-infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali, il-Kummissjoni rrevediet nefqa amministrattiva fl-istituzzjonijiet kollha biex jiġu identifikati aktar sorsi ta’ effiċjenza u tnaqqis fl-ispejjeż. Iddeċidiet li tipproponi tnaqqis ta’ 5% fil-livelli tal-persunal ta’ kull istituzzjoni bħala parti mill-MFF li jmiss. Flimkien ma' effiċjenzi oħra, dan se jżomm f'livell minimu s-sehem tal-spejjeż amministrattivi fil-baġit tal-MFF li jmiss.

Mingħajr stennija sal-2014 meta se jibda l-MFF li jmiss, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi għadd ta’ tibdiliet fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE applikabbli għall-uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn jinkludu metodu ġdid għall-kalkolu tal-adattament tas-salarji, żieda fis-sigħat tax-xogħol (minn 37,5 għal 40 siegħa fil-ġimgħa) mingħajr kumpens ta’ aġġustamenti tal-pagi, żieda fl-età tal-pensjoni u l-immodernizzar ta' ċerti kundizzjonijiet skaduti skont xejriet simili fl-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni qed tipprepara abbozz ta’ Regolament li l-ewwel se jiġi diskuss mar-rappreżentanti tal-persunal bħala parti normali tal-proċess tad-djalogu soċjali u imbagħad ippreżentat formalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni mill-aktar fis possibbli.

7. It-tul, l-istruttura u l-flessibbiltà tal-qafas finanzjarju multiannwali

Filwaqt li tqis il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi perjodu ta’ seba’ snin għall-MFF li jmiss. Dan se jssaħħaħ ir-rabta biex il-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 jintlaħqu fil-ħin. Fl-2016 il-Kummissjoni se tippreżenta valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti rilevanti. Il-Kummissjoni tipproponi li l-intestaturi użati taħt il-qafas 2007-2013 jiġu ffurmati mill-ġdid biex jirriflettu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Parlament Ewropew li aktar flessibbiltà fl-intestaturi baġitarji kollha kemm huma hija meħtieġ biex tippermetti lill-Unjoni Ewropea li tiffaċċja sfidi ġodda u biex jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi ħames strumenti barra mill-qafas finanzjarju (ir-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza, l-Istrument tal-Flessibilità, il-Fond ta’ Solidarjetà u ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u strument ġdid biex jintuża f’reazzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi fl-agrikoltura) kif ukoll xi bidliet addizzjonali li huma ppreżentati fil-proposti li jakkumpanjaw ir-Regolament MFF u l-Ftehim Interistituzzjonali Ġdid dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja soda. Barra minn hekk, il-bażijiet legali futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta’ atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politiki matul il-perjodu ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat tal-leġiżlatur.

Min-naħa l-oħra, il-ġestjoni ta’ programmi għandha tqis iktar il-ħtieġa għal ippjanar aktar rigoruż tal-infiq fil-futur u tevita li tiżdied l-akkumulazzjoni ta' ħlasijiet futuri. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tipproponi miżuri biex tiżgura regoli aktar stretti għall-ippjanar finanzjarju u l-ġestjoni ta’ programmi ffinanzjati mill-UE, partikolarment fil-Fondi Strutturali, filwaqt li tqis ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fl-amministrazzjoni ta’ dawn il-fondi.

8. Konklużjoni

F’testi leġiżlattivi li jakkumpanjaw il-Kummissjoni tipproponi Regolament li jadotta qafas finanzjarju multiannwali ġdid, ftehim interistituzzjonali (IIA) dwar kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja soda, u biex ikun hemm Deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji (b'leġiżlazzjoni implimentattiva rilevanti).

Fix-xhur li ġejjin qabel it-tmiem tal-2011, l-approċċ deskritt f'din il-Komunikazzjoni se jiġi stipulat fid-dettall fil-proposti leġiżlattivi għall-istrumenti u l-programmi ta’ nfiq fl-oqsma individwali tal-politika.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma mistiedna jappoġġaw l-orjentazzjonijiet stabbiliti f'din il-Komunikazzjoni u biex jieħdu l-passi neċessarji fil-proċess tan-negozjati sabiex jiżguraw li l-atti leġiżlattivi rilevanti, inkluż il-programmi u l-istrumenti ta’ nfiq settorjali, ikunu ġew adottati fil-ħin bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni bla xkiel tal-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid fl-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni se tipproponi l-aġġustamenti meħtieġa għal dan il-qafas jekk, kif mistenni, ir-Repubblika tal-Kroazja ssir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea qabel ma jidħol fis-seħħ il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss.

[1]               Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Investiment fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju Multiannwali Ġdid (MFF) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva.

[2]               Ara, pereżempju, id-dettalji dwar il-proċess ta' konsultazzjoni qabel l-adozzjoni tar-reviżjoni tal-baġit tal-UE, http://ec.europa.eu/budget/reform/issues/read_en.htm

[3]               Id-dettalji tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-infiq taħt l-MFF 2007-2013 u l-analiżi tagħha tal-impatti tal-proposti attwali huma stabbiliti fid-dokument ta' ħidma tal-persunal SEC (2011) 868 li jakkumpanjah.

[4]               Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Investiment fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju Multiannwali Ġdid (MFF) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva.

[5]               Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ 0ttubru 2010.

[6]               COM(2010) 700

[7]               Għad-dettalji ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal SEC (2011) 876 li jakkumpanjah

[8]               COM(2011) 510

[9]               Għal eżempji tal-valur miżjud tal-infiq tal-UE ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal SEC (2011) 867 li jakkumpanjah

[10]             Ara r-Rapport dwar l-Innovazzjoni u l-Kompetittività tal-Unjoni 2011 , SEC (2011) 739.

[11]             Għal aktar dettalji ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal SEC (2011) 868 li jakkumpanjah .

[12]             Dokument tal-Kunsill 17024/09.

[13]             COM(2010) 171.

[14]             COM(2011) 303