15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/26


Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali kif provdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009

2010/C 278/17

Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (1), applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali, Serje C, sabiex terzi persuni jkunu infurmati bl-eżistenza ta' din it-tip ta' applikazzjoni, bil-għan li jkun hemm possibbiltà li ssir oġġezzjoni għar-rikonoxximent u l-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali li għalih saret l-applikazzjoni.

PUBBLIKAZZJONI TA' APPLIKAZZJONI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA' TERMINU TRADIZZJONALI SKONT L-ARTIKOLU 33 TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 607/2009

Data tal-wasla tal-applikazzjoni

22.6.2010

Għadd ta' paġni

16

Lingwa tal-applikazzjoni

Ingliż

Numru tal-fajl

TDT-US-N0025

Applikant:

Wine America

1212 New York Avenue, Suite 425

Washington, DC 20005

UNITED STATES OF AMERICA

California Export Association

425 Market St., Suite 1000

San Francisco, CA 94105

UNITED STATES OF AMERICA

Denominazzjoni: VINTAGE

Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 118u(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Lingwa:

L-Artikolu 31(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009

Lista ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti konċernati:

Denominazzjonijiet protetti tal-oriġini

Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli:

Inbid, inbid likur (Anness XIb għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007)

Definizzjoni:

“Vintage”, waħedha jew f'terminu deskrittiv bħal “Vintage Charcacter” tiddeskrivi stil ta' nbid tal-Istati Uniti li 85 % minnu huwa prodott minn sena waħda ta' vendemmja u li juri dik is-sena tal-vendemmja fuq it-tikketta. Meta applikat għal inbid tal-Istati Uniti msaħħaħ, l-inbid ġeneralment ikun ukoll ikkaratterizzat minn perjodi relattivament twal ta' maturazzjoni fil-flixkun u ġeneralment ikun ta' kulur skur, b'palat qawwi u mieles. Dawn l-inbejjed imsaħħa tal-Istati Uniti ġeneralment ikollhom ukoll l-abbiltà li jitjiebu matul iż-żmien jew fil-kantina. It-tisħiħ irid jiġi mill-ispirtu tal-gћenba.


(1)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.