52010DC0367




MT

Brussel 30.6.2010

KUMM(2010) 367 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EUROPEW, LILL-KUNSILL EUROPEW, LILL-BANK ĊENTRALI EUROPEW LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EUROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi -

Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EUROPEW, LILL-KUNSILL EUROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EUROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi -

Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ

L-Europa tgħallmet ħafna lezzjonijiet mill-kriżi riċenti finanzjarja u ekonomika. Issa qed naraw ċar ħafna li f'Unjoni integrata b'mod sod, u aktar minn hekk f'unjoni monetarja, l-ekonomiji tagħna u s-suċċessi tagħna huma konnessi. Minkejja li l-UE għandha numru ta' strumenti għall-koordinazoni tal-politika ekonomika, il-kriżi wriet li dawn ma ntużawx bis-sħiħ u li bħalissa hemm lakuni fis-sistema ta' governanza. Hemm qbil politiku wiesa' li din is-sitwazzjoni għandha tinbidel u li l-UE għandha bżonn li tkun mgħammra b'sett usa' u aktar effettiv ta' strumenti politiċi biex tiżgura l-prosperità futura u l-istandards ta' għajxien.

L-UE ħadet miżuri qawwija, komprensivi u konsistenti biex tegħleb il-kriżi u tikseb lezzjonijiet għall-futur. It-tnedija tal-Programm Europew ta' Rkupru Ekonomiku fl-2008 għenet biex ittaffi x-xokk tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tagħna. Ingħata appoġġ ikkoordinat lill-Istati Membri tal-UE li kellhom bżonnu u protezzjoni lill-istabilità tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Sett ta' miżuri biex jissaħħu s-sorveljanza u r-regolamentazzjoni tas-sistema finanzjarja qiegħed ikun innegozjat, fl-UE u lil hinn minnha. Issa li l-qafas tal-Istrateġija tal-Europa 2020 kien stabbilit, se jsegwu serje ta' inizjattivi, mfassla biex jisfruttaw l-potenzjal tal-UE biex taċċellera t-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi.

Dak li għandha bżonn l-UE huwa approċċ politiku definit li jappoġġa l-irkupru ekonomiku, ipoġġi lura l-finanzi pubbliċi fuq sieq soda u jippromovi b'mod attiv tkabbir sostenibbli u impjiegi. Din hi l-viżjoni politika stabbilita fl-istrateġija tal-Europa 2020 li kienet approvata mill-Kunsill Europew. L-istrumenti relevanti kollha għandhom jinġiebu flimkien biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet politiċi futuri jkunu koerenti, jissodisfaw dawn il-miri u, hekk kif jittieħdu, ikunu implimentati u infurzati. Bit-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika l-UE tista' toffri aġenda ta' tkabbir ġdid u sostenibbli liċ-ċittadini tagħha.

F'dan il-kuntest, l-iskop ta' din il-Komunikazzjoni huwa li:

· Ikunu żviluppati proposti għal koordinazzjoni u sorveljanza akbar tal-politika ekonomika stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika f'proposti konkreti billi (i) jiġu indirizzati l-iżbilanċi permezz ta' sorveljanza makroekonomika isħaħ, inklużi t-twissija u l-mekkaniżmi ta' sanzjonijiet; (ii) jissaħħu l-oqsfa fiskali nazzjonali billi jkunu speċifikati ħtiġijiet minimi għall-oqsfa fiskali domestiċi, u notevolment ikun hemm ċaqliq minn ippjanar baġitarju annwali għal wieħed multiannwali; (iii) jissaħħaħ il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, b'mod partikolari billi nikkonċetnraw fuq il-kwistjoni tad-dinamika tad-dejn kif ukoll tal-iżbilanċi.

· Ikunu stabbiliti mekkaniżmi ta' infurzar effettivi sabiex l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mal-qafas tal-UE li qablu fuqu. Fejn żviluppi fl-ekonomiji tal-Istati Membri jippreżentaw riskju lill-iżvilupp ġenerali tal-Unjoni, ikunu proposti serje ta' miżuri preventivi u korrettivi, inkluża firxa ta' sanzjonijiet li jkunu jistgħu jkunu applikati meta jseħħ xi ksur.

· Ikun stabbilit Semestru Europew għall-koordinazzjoni politika u jkun spjegat il-proċess u l-waqt li se jipprovdi kontribut Europew lid-deċiżjonijiet fuq politika nazzjonali u li jwasslu għal koordinazzjoni politika ex-ante aktar effettiva. Dan japplika wkoll għar-riformi strutturali u l-elementi ta' tisħiħ tat-tkabbir tal-istrateġija tal-Europa 2020.

Il-proposti f'din il-Komunikazzjoni jista' jsir qbil fuqhom skont it-termini tat-Trattat ta' Lisbona. Dawn huma indirizzati lis-27 Stat Membru kollha minkejja aspetti ta' x'uħud minnhom se japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri li huma fiż-żona euro. Dawn tfasslu biex iġibu flimkien, fl-istess ħin, is-sorveljanza tal-pajjiż taħt il-Patt ta' Stabilità u Europa 2020 u biex ikun żgurat li s-sorveljanza tematika tal-miri tal-Europa 2020 tkun ankrata f'politiki fiskali u ekonomiċi sodi. Dawn il-proposti jiżviluppaw ulterjorament l-ideat politiċi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010 [1] u jserrħu fuq orjentazzjonijiet maqbula fil-Kunsill Europew tas-17 ta' Ġunju 2010 li jirriflettu l-progress sal-lum dwar it-Task Force tal-governanza ekonomika. Dawn iwieġbu għall-istedina tal-Kunsill Europew lit-Task Force u l-Kummissjoni biex jiżviluppaw l-orjentazzjonijiet tagħhom u jagħmluhom operattivi.

Meqjusin flimkien, din il-kumbinazzjoni ta' proposti se tgħammar lill-UE u l-livelli nazzjonali biex ikollhom kunfidenza fil-kwalità tal-politika u l-proċess tat-tfassil tad-deċiżjonijiet u biex ikun hemm twissija minn qabel meta s-sitwazzjonijiet nazzjonali jmorru żmerċ. Dan se jippermetti lill-Istati Membri li jimmassimizzaw is-sinerġiji pożittivi tal-aderenza fl-istess Unjoni. Dan se jġib trasparenza u kunfidenza reċiproka permezz ta' proċess aktar kollettiv. Dan se jnaqqas ukoll l-effetti mifruxa negattivi fejn l-Istati Membri ma jikkonformawx mal-limiti maqbula u fl-aħħar mill-aħħar, jissanzjonaw lil dawk li jipperikolaw il-ġid komuni permezz ta' azzjonijiet nazzjonali mhux sostenibbli. Bit-tlaqqigħ flimkien tal-proċess tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir u l-Europa 2020 l-UE tista' tibni fuq il-miżuri neċessarji ta' konsolidament bħala l-passi essenzjali fl-istrateġija tagħha tat-tkabbir fuq medda twila ta' żmien, tibni UE aktar mirquma, aktar sostenibbli u aktar inklussiva.

1. Sorveljanza makroekonomika usa'

L-UE għandha bżonn sorveljanza makroekonomika tal-pajjiżi li tintegra l-oqsma kollha tal-politika ekonomika kollha. L-iżbilanċi makroekonomiċi għandhom ikunu osservati b'mod konġunt b'politika fiskali u riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir. L-għan huwa li tkun żgurata l-istabilità makrekonomika, tiġi evitata repetizzjoni ta' żbilanċi li jagħmlu l-ħsara u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta' qafas makrekonomiku wiesa' li jippermettu tkabbir sostenibbli u dinamiku.

1.1. Sorveljanza u żbilanċi makroekonomiċi

It-tixrif tal-iżbilanċi makroekonomiċi kbar, inklużi diverġenzi kbar u persistenti fix-xejriet ta' kompetittività, kien ta' dannu kbir għall-UE u b'mod partikolari għall-euro meta faqqgħet il-kriżi. Għalhekk huwa importanti li jkun żvilappat mekkaniżmu strutturat ġdid għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makrekonomiċi dannużi u l-korrezzjoni tagħhom fl-Istati Membri kollha. Wara approċċ f'żewġ stadji, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi mekkaniżmu li jkun fih:

– Id preventiva b'valutazzjonijiet (annwali) regolari tar-riskju tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inkluż mekkaniżmu ta' twissija.

– Id korrettiva, mfassla biex tinforza l-implimentazzjoni tar-rimedji fil-każ ta' żbilanċi makroekonomiċi dannużi.

Id preventiva: sistema ta' twissija

Fil-qafas tas-sorveljanza makrokulturali tal-pajjiż skont Europa 2020, il-Kummissjoni teżamina n-nuqqasijiet makrokulturali, il-kompetittività mwiegħra u l-iżbilanċi makroekonomiċi emerġenti abbażi ta' kull pajjiż individwali filwaqt li jkunu kkunsidrati l-interkonnessjonijiet ekonomiċi u finanzjarji b'mod partikolari fiż-żona euro.

Tabella ta' valutazzjoni li tistabbilixxi sett ta' indikaturi li jikxfu żbilanċi esterni u interni magħqudin ma' analiżijiet esperti kwalitattivi se tkun il-bażi ta' mekkaniżmu ta' twissija. L-użu tal-indikaturi se jipprovdi gwida importanti iżda mhux se jkun hemm konnessjoni mekkanika bejn ir-riżultati tat-tabella ta' valutazzjoni u s-segwitu politiku.

Għal dawk il-pajjiżi li juru riskji sinifikattivi, titwettaq analiżi profonda tal-pajjiż. Fejn riskji emerġenti jkunu kkonfermati, il-Kummissjoni se tipproponi rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill speċifikament għall-pajjiż biex jittratta l-iżbilanċi makroekonomiċi. Il-Kummissjoni tista' toħroġ ukoll twissija bikrija lil dak l-Istat Membru.

Skont in-natura tal-iżbilanċi identifikati fl-Istat(i) Membru(i), ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jindirizzaw firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet politiċi li jkopru politiki makroekonomiċi, is-salarji u s-swieq tax-xogħol kif ukoll it-tħaddim tas-swieq tal-oġġetti u s-servizzi u l-politiki makroprudenzjali. Dawn se jkunu inkorporati f'sett uniku ta' rakkomandazzjonijiet speċifikament għall-pajjiż li l-Kummissjoni se tipproponi annwalment, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont is-sorveljanza tematika tar-riforma strutturali, kif deskritt hawn taħt.

Il-mekkaniżmu se jkun parti ċentrali tas-sorveljanza makroekonomika (mhux fiskali) mtejba tal-pajjiż prevista skont Europa 2020. Flimkien mas-sorveljanza fiskali skont il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, is-sorveljanza tal-pajjiż għandha l-għan li tiżgura ambjent makroekonomika stabbli konduċenti għat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol filwaqt li titqies bis-sħiħ l-interdipendenza bejn l-ekonomiji tal-Istati Membri, partikolarment fiż-żona euro. Din tiżgura konsistenza fl-Europa 2020, b'mod partikolari bl-identifikazzjoni tal-ostakli makro/fiskali li fihom l-Istati Membri jridu jimplimentaw riformi strutturali u jistgħu jinvestu f'politiki li jtejbu t-tkabbir tal-Europa 2020.

Partikolarment f'każijiet serji, il-Kummisssjoni se tirrakkomanda t-tqegħid tal-Istat membru f'"pożizzjoni ta' żbilanċi eċċessivi". Dan jikkawża l-'id korrettiva' tal-mekkaniżmu deskritt hawn taħt. F'tali każ, il-Kummissjoni tista' toħroġ ukoll twissija bikrija lil dak l-Istat Membru direttament.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-mekkaniżmu ta' twissija għall-iżbilanċi makroekonomiċi

Il-mekkaniżmu ta' twissija se jidentifika l-Istati Membri b'livelli potenzjalment problematiċi ta' żbilanċi makroekonomiċi u fejn hemm bżonn aktar analiżi profonda speċifikament għall-pajjiż.

Il-mekkaniżmu ta' twissija se jkun magħmul minn tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi, ikkumplimentata b'aktar analiżi kwalitattivia. Dawn l-indikaturi se inkludu miżuri ta' pożizzjoni esterna u l-kompetittività tal-prezz jew l-ispiża kif ukoll indikaturi interni. L-użu ta' indikaturi interni huwa ġustifikat peress li l-iżbilanżi esterni għandhom bżonn kontropartijiet interni. Pereżempju, l-indikaturi bħalma huma l-bilanċi tal-kontijiet kurrenti, il-pożizzjonijiet tal-assi barranin, ir-rata tal-kambju realment effettiva bbażata fuq l-ispejjeż ta' kull unità tax-xogħol u l-diflatur tal-PGD, iż-żidiet fil-prezzijiet reali tad-djar, id-dejn tal-gvern, u l-proporzjon tal-kreditu tas-settur privat imqabbel mal-PGD jistgħu jkunu parti minn din it-tabellla tal-valutazzjoni.

Il-limiti ta' twissija se jkunu definiti u mħabbra għal kull indikatur. Il-limiti jistgħu jkunu kkalkulati abbażi ta' kunċett statistiku sempliċi u trasparenti. Approċċ possibbli jista' jkun l-użu tal-perċentili 75 % u 25 % tad-distribuzzjonijiet statistiċi ta' kull varjant (fil-pajjiżi kollha u ż-żmien kollu) fuq il-livell 'il fuq jew 'l isfel li jimmerita aktar analiżi. Madankollu, hu importanti li wieħed iżomm f'moħħu li l-livelli ta' limiti assoluti għal varjanti individwali għandhom tifsira ekonomika limitata biss u għandhom bżonn li jkunu kkumplimentati b'raġunar ekonomiku peress li livelli xirqa jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi ekonomiċi tal-pajjiż.

Tabella tal-valutazzjoni differenzjata għall-Istati Membri taż-żona euro u għaż-żona mhux tal-euro tidher meritata. Minħabba d-differenzi fir-reġimi tar-rati tal-kambju u f'karatteristiċi ekonomiċi ewlenin, l-aġir ta' xi varjanti ekonomiċi fiż-żona euro huwa pjuttost differenti mill-pajjiżi taż-żona mhux tal-euro. Dan hu argument favur l-użu ta' limiti ta' twissija differenti għall-Istati Membri taż-żona euro u ż-żona mhux tal-euro. Barra minn hekk, fl-assenza tar-rati tal-kambju nominali fi ħdan l-unjoni monetarja, iż-żona euro jixirqilha wkoll analżi speċjali tal-iżviluppi tar-rata tal-kambju realment effettivi.

Azzjoni korrettiva

Il-qafas tas-sorveljanza tal-iżbilanċi jinkludi mekkaniżmu ta' infurzar. Stat Membru li jippreżenta riskji sinifikattivi se jitqiegħad mill-Kunsill f'pożizzjoni ta' “żbilanċi eċċessivi" abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Twissijiet ta riskju u/jew rakkomandazzjonijiet maħruġin mill-Bord tar-Riskju Sistemiku Europew dwar l-istabilità makrofinanzjarja se jitqiesu.

Stat Membru f'"pożizzjoni ta' żbilanċi eċċessivi" se jkun soġġett għal sorveljanza aktar stretta. Il-Kunsill se joħroġ rakkomandazzjonijiet politiċi (ibbażati fuq l-Artikolu 121(4) u l-Artikolu 136 tat-TFUE għall-Istati Membri taż-żona euro) u l-Istat Membru se jkollu jirrapporta regolarment lill-Kunsill Ecofin u lill-Eurogrupp (pereżempju fi żmien sitt xhur wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill u kull erba' xhur minn hemm 'il quddiem) dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-riformi rakkomandati.

Dan il-mekkaniżmu se japplika għall-Istati Membri kollha. Bħalma jiġri fil-qafas fiskali tal-UE, li japplika wkoll fl-Istati Membri tal-UE, se jkunu applikati aktar regoli stretti fuq l-Istati Membri taż-żona euro. Meta jitqiesu l-interkonnessjonijiet ekonomiċi u finanzjarji profondi ġoż-żona euro u l-impatt tagħhom fuq il-munita unika, jista' jkun previst mekkaniżmu speċifiku ta' infurzar għall-Istati Membri taż-żona euro f'każ ta' nuqqas repetittiv ta' rispett tar-rakkomandazzonijiet biex jindirizzaw żbilanċi markoenomiċi dannużi li jirriskjaw li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.

Konformità insuffuċjenti mar-rakkomandazzjonijiet skont is-sorveljanza tal-iżbilanċi se tkun ikkunsidrata bħala fattur aggravanti fil-valutazzjoni fiskali skont il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir.

Sal-aħħar ta' Settembru, il-Kummissjoni se tagħmel proposti formali għal leġiżlazzjoni sekondarja biex tistabbilixxi qafas li jitratta żbilanċi eċċessivi bbażati fuq l-Artikoli 121 u 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea. Dawn il-proposti se jispeċifikaw is-sehem tal-mekkaniżmu ta' twissija; is-sehem u l-obbligi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Kunsill; il-proċedura għall-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet; u r-regoli u l-proċeduri kif ukoll il-mekkaniżmi ta' infurzar għall-Istati Membri taż-żona euro.

1.2. Soveljanza tematika tar-riformi strutturali

Biex jirritornaw l-ekonomiji tagħhom għal tkabbir sostenibbli u żieda fil-kompetittività, l-Istati Membri għandhom bżonn jirrestawraw l-istabilità makroekonomika u l-finanzi pubbliċi. Fl-istess ħin għandhom bżonn li jiffokaw l-isforzi tagħhom dwar l-ilħuq tal-għanijiet tal-Europa 2020 u ħames miri titolari maqbula mill-Kunsill Europew. Approċċ integrat għal tfassil politiku u implimentazzjoni huwa essenzjali minħabba r-restrizzjonijiet tal-finanzi pubbliċi. L-identifikazzzjoni tal-ostakli li jimpedixxu jew idewmu l-ksib tal-miri tal-Europa 2020 hija element ewlieni tas-sorveljanza tematika.

Il-mira tas-sorveljanza tar-riforma strutturali tematika hija għalhekk doppja:

(i) Biex jitħaffef il-ksib tal-miri tal-Europa 2020, b'mod partikolari l-ħames miri titoalri [2] Din tinkludi miri fl-oqsma tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-enerġija u l-bidla fil-klima kif ukoll miżuri li jittrattaw kwalunkwe fatturi oħrajn li jfixklu l-iżvilupp jew it-tkabbir ekonomiku tal-Istati Membri.

(ii) Biex tiżgura l-implimentazzjoni ambizzjuża tar-riformi strutturali b'mod konsistenti mar-restrizzjonijiet makrofiskali.

Din is-sorveljanza se titwettaq skont l-Artikoli 121 u 148 tat-TFUE u abbażi tal-Linji Gwida Integrati tal-Europa 2020. Abbażi tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tal-Istati Membri, il-Kummissjoni se teżamina l-mod kif kull pajjiż qed jindirizza t-tfixkil li identifikat u kif ikun qed jagħmel progress lejn il-miri nazzjonali tal-Europa 2020.

F'każ ta' progress insuffiċjenti, jew meta l-politiki mhumiex suffiċjentement konsistenti mal-linji gwida integrati (i.e. il-Linji Gwida Integrati għall-politiki ekonomiċi u tax-xogħol), tinħareġ rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż jew iż-żona euro.

F'każijiet fejn l-politiki ekonomiċi mhumiex konsistenti mal-Linji Gwida tal-Politika Ekonomika tal-Bord, jew meta jirriskjaw li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni se tindirizza direttament twissija lill-Istat(i) Membru (i) rilevanti.

Abbażi tal-monitoraġġ speċifiku tal-pajjiż, il-Kummissjoni se tagħmel valutazzjoni ġenerali tal-progress lejn il-ħames miri titolari tal-UE, teżamina l-prestazzjoni fl-isfond tas-sħab kummerċjali ewlenin (internazzjonali) u teżamina r-raġunijiet sottolineati fil-każ ta' progress insuffiċjenti. F'dan l-eżami l-Kummissjoni se teżamina wkoll kif l-implimentazzjoni tal-inizattivi ewlenin tal-Europa 2020 qiegħda tipprogressa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali hekk kif jappoġġaw u jikkumplimentaw l-isforzi lejn dawn il-miri.

Il-Kummissjoni se tirrapporta kull sena lill-Kunsill Europew tar-Rebbiegħa, u se tipproponi orjentazzjonijiet speċifiċi biex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' riforma korrispondenti. Dawn l-orjentazzjonijiet se jidħlu f'sett uniku ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li l-Kummissjoni se tipproponi fil-bidu ta' Lulju.

2. Oqsfa Fiskali Nazzjonali

Oqsfa fiskali domestiċi reżiljenti u effettivi għandhom sehem kruċjali fit-tisħiħ tal-konsolidament fiskali u l-finanzi pubbliċi sostenibbli. Filwaqt li l-bżonnijiet u l-preferenzi speċifiċi tal-Istati Membri għandhom ikunu rispettati, numru ta' karatteristiċi jispikkaw bħala bżonnjużi f'termini li jiżguraw kwalità minima u jkunu kumplimentari mar-regoli tal-UE [3].

(1) L-ewwel, sabiex ikunu żgurati standards ta' kwalità fl-Istati Membri kollha, huwa essenzjali approċċ konsistenti fir-rigward tal-accounting (hu meħtieġ (ESA95 accouting hu meħtieġ għas-sorveljanza fiskali fil-livell tal-UE); Il-kapaċità tal-uffiċċji statistiċi nazzjonali għandha tkun suffiċjenti biex tkun żgurata konformità mad-dejta u mal-ħtiġijiet ta' rapportar; u s-sistemi ta' tbassir għandhom jippermettu għall-għoti ta' proġettazzjonijiet ta' tkabbir u baġit li huma newtrali u ta' min joqgħod fuqhom. Idealment, it-tbassir tal-Kummissjoni għandu jintuża bħala punt ta' riferiment.

Il-Kummissjoni tipproponi li tispeċifika biċ-ċar il-korrispondenza bejn dejta ta' flus nazzjonali u dejta tal-ESA95 fuq il-proviżjoni ta' dejta ta' kull xahar bi traduzzjoni f'termini ta' ESA95 kull erba' xhur fis-sena. Il-metodoloġiji ta' tbassir u l-assunzjonijiet makroekonomiċi użati għall-iskopijiet baġitarji għandhom ikunu s-suġġett ta' awditjar xieraq.

(2) It-tieni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli fiskali nazzjonali li jiżguraw li l-oqsfa fiskali domestiċi jirriflettu l-obbligi tat-Trattat. Id-dispożizzjonijiet tar-regoli fiskali nazzjonali għandhom jiżguraw ir-rispett tal-valur referenzjali tat-Trattat dwar l-iżbilanċ u d-dejn u jkunu konsistenti mal-Għan Baġitarju għat-Terminu l-Medju (MTO). Regoli fiskali u mekkaniżmi kredibbli ta' infurzar għandhom ikunu kodifikati bil-liġi nazzjonali.

(3) It-tielet, ir-riformi tal-oqsfa fiskali nazzjonali għandhom jippromovu l-bidla għall-ippjanar baġitarju multiannwali. Il-miri annwali baġitarji għandhom ikunu enfasizzati minn oqsfa multiannwali, inkluża tabella tad-dħul u nefqa proġettati u indikazzjonijiet ta' fejn l-aġġustament lejn il-miri jkun ippjanat li jasal.

(4) Fl-aħħar nett, oqsfa domestiċi għandhom ikunu komprensivi u jkopru s-sistemi kollha tal-finanzi tal-amministrazzjoni pubblika. Dan huma importanti b'mod partikolari fl-ekonomiji deċentralizzati. L-għoti ta' responsabbiltajiet baġitarji fil-livelli kollha tal-gvern għandu jkun speċifikat b'mod ċar u jkunu stabbiliti monitoraġġ xieraq u dispożizzjonijiet ta' infurzar.

Il-Kummissjoni se tagħmel proposti formali f'Settembru li jispeċifikaw il-ħtiġijiet minimi għat-tfassil tal-oqsfa fiskali domestiċi u l-ħtiġijiet proedurali (ta' rappurtar) li jippermettu għall-verifika tal-konformità. Dawn għandhom jieħdu l-forma ta' regolament ġdid ibbażat fuq l-Artikolu 126(14) tat-TFUE, biex irawwem l-applikazzjoni tal-Protokoll tat-Trattat Nru 12 dwar il-Proċedura ta' Żbilanċ Eċċessiv. Il-proċeduri ta' ksur jistgħu jinbdew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità.

3. Fokus akbar fuq id-dejn pubbliku u s-sostenibbiltà fiskali fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (SGP)

Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (SGP) għandu jikkunsidra aktar Il-konnesjoni bejn id-dejn u l-iżbilanċ biex jitjiebu l-inċentivi biex ikunu ġestiti politiki prudenti.

Fir-rigward tal-id preventiva tal-SGP, il-Kummissjoni tipproponi li tesiġi pass aktar mgħaġġel ta' progress lejn il-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika li jipprovdi marġini ta' sigurtà fir-rispett ta' 3 % tal-limitu tad-żbilanċ tal-PGD u li jiżgura progress lejn sostenibilità, i.e. l-hekk imsejjaħ l-Għan Baġitarju għat-Terminu l-Medju (MTO) mill-Istati Membri b'livell għoli ta' dejn jew riskji evidenti f'termini tal-iżviluppi ta' dejn fil-futur.

Fir-rigward l-id korrettiva, il-Kummissjoni tipproponi li l-kriterju tad-dejn tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jkun implimentat b'mod effettiv permezz ta' punt ta' referiment numeriku ċar u sempliċi għad-deifinzjoni ta' pass sotisfaċenti tat-tnaqqis fid-dejn. L-Istati Membri bi proporzjon ta' dejn aktar minn 60 % tal-PGD jistgħu jsiru suġġetti għall-PŻE jekk it-tnaqqis fid-dejn f'perjodu definit preċedenti jfalli dan il-punt ta' referiment (frazzjoni tad-distakk bejn il-livell ta' dejn u s-60 % tal-limitu tal-PGD). Bl-istess mod, li l-iżbilanċ jitniżżel taħt it-3 % tal-PGD jista' ma jkunx suffiċjenti għat-tneħħija tal-PZE jekk id-dejn ma jkunx tpoġġa f'direzzjoni ta' tnaqqis sostenibbli. Il-parametru preċiż se jkun stabbilit fil-Kodiċi ta' Kondotta li jakkumpanja l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir.

Aktar mill-iżbilanċ, l-iżviluppi fid-dejn pubbliku huma soġġetti għal fatturi barra mill-kontroll dirett tal-gvernijiet (b'mod partikolari l-inflazzjoni, ir-rati ta' interess u l-iżviluppi fit-tkabbir ċikliku), għalhekk hemm bżonn ta' ġudizzju qabel id-deċiżjoni dwar jekk dawn jimmeritawx li jqiegħdu l-pajjiż fil-PŻE. Għandha ssir stima ġenerali li tqies firxa ta' parametri. Dawn jinkludu l-grad ta' qrubija tal-proporzjon tad-dejn għall-valur referenzjali tas-60 % tal-PGD u jekk id-dejn hux temporanju u/jew eċċezzjonali; u fatturi rilevanti oħra li jirriflettu r-riskji tat-tkabbir tad-dejn fil-futur u l-pressjoni finanzjarja, bħalma huma:

– l-istruttura tal-maturità u d-denominazzjoni tal-valuta tad-dejn;

– il-garanziji lill-korporazzjonijiet, l-istituzzjonijiet finanzjarji u d-djar;

– ir-riżervi akkumulati u assi oħra tal-gvern;

– l-obbligi impliċiti, l-aktar dawk relatati mal-anzjanità;

– il-livell u l-bidla fid-dejn privat, sal-punt li jista' jirrappreżenta obbligu impliċitu għall-gvern;

– il-fatturi wara l-bidla fid-dejn (il-bilanċ primarju, l-inflazzjoni, it-tkabbir, ir-rati ta' interess, il-bejgħ ta' darba); kif ukoll

– l-operazzjonijiet tal-istokk.

F'każ ta' falliment fil-konformità mar-rakkomandazzjonijiet, is-sanzjonijiet għandhom japplikaw.

F'Settembru, il-Kummissjoni se tipproponi emendi kemm fl-id preventiva (ir-Regoalment (KE) Nru 1466/97) kif ukoll fl-id korrettiva tal-SGP (ir-Regolament (KE) Nru 1467/97) biex tagħmel dawn il-prinċipji operattivi.

4. Infurzar effettiv tas-sorveljanza ekonomika permezz ta' sanzjonijiet u inċentivi

Ir-regoli komuni u l-proċeduri ta' koordinazjoni stabbiliti fit-Trattat u fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir ma evitawx numru ta' Stati Membri milli jimplimentaw politiki fiskali li jmorru kontra l-oqsfa eżistenti. Tabilħaqq hemm bżonn li tissaħħaħ il-kredibilità tal-qafas tas-sorveljanza fiskali tal-UE permezz ta' aktar regoli bbażati fuq l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet. Biex tikber l-effettività fil-futur, firxa usa' ta' sanzjonijiet u inċentivi għandhom jintużaw bħala preventiv u jibdew fi stadju bikri. L-effett tad-deterrent tas-sanzjonijiet finanzjarji għandhom jikkonstitwixxu inċentiv reali għall-konformità mar-regoli.

Tipi diversi ta' sanzjonijiet huma previsti fl-Artikolu 126(11) tat-TFUE f'każijiet fejn l-Istati Membri jonqsu milli jikkonformaw mal-gwida tal-UE. Dawn jikkostitwixxu l-ħtieġa li tkun ippubblikata informazzjoni addizzjonali, stedina lill-Bank Europew tal-Investiment biex jikkonsidra mill-ġdid l-politika tiegħu ta' self vis-a-vis l-Istat Membru kkonċernat, il-ħtieġa li depożitu mingħajr interessi tad-daqs xieraq sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ġie ikkoreġut, u l-possibbiltà li jkunu imposti multi ta' daqs xieraq.

Fl-irfinar tal-funzjonament u l-ambitu tal-inċentivi possibbli, huwa importanti u neċessarju li titfittex l-effettività u t-trattament ugwali bejn l-Istati Membri. Biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, is-sanzjonijiet finanzjarji konnessi mal-baġit tal-UE jistgħu jkunu definiti bħala persentaġġ tad-DGN jew PGD tal-Istat Membru rilevanti sal-ogħla limitu identiku għall-Istati Membri kollha. L-ogħla limitu se jiżgura li l-Istati Membri jistgħu jkunu soġġetti għas-sanzjonijiet de facto. Barra minn hekk, l-ammonti ta' impenji u pagamenti konċernati mis-sospensjoni u/jew l-kanċellazzjoni se jkun stabbiliti fuq bażi pro-rata għall-fondi eliġibli sa dan l-ogħla limitu.

Għalhekk il-“kaxxa tal-għodda” tas-sanzjonijiet il-ġodda jkun fiha tipi differenti ta' sanzjonijiet u inċentivi li se jkunu attivati skont is-sett ta' ċirkostanzi u l-gravità tas-sitwazzjoni. It-titjib propost fil-mekkaniżmi eżistenti ta' infurzar se jkunu jeħtieġu emendi fl-idejn preventivi u korrettivi tal-SGP (ir-Regolamenti 1466/97 u 1467/97) kif ukoll permezz ta' mekkaniżmi xierqa bbażati fuq l-atti legali varji li fuqhom il-programmi tal-infiq tal-UE huma bbażati.

Fir-rigward l-id preventiva, (i.e. meta Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti lejn l-Għan Baġitarju għat-Terminu l-Medju (MTO) fi żmenijiet ekonomiċi tajbin) se jkunu proposti żewġ settijiet ta' inċentivi/sanzjonijiet.

L-ewwel, għall-Istati Membri taż-żona euro, l-inċentivi se jikkonsistu f'depożiti bl-interessi temporanjament imposti fuq Stat Membru li qed jagħmel progress insuffiċjenti fil-konsolidament tal-baġit. Għażla waħda tkun li tiġi definita regola sempliċi ta' nfiq konsistenti mal-aġġustament lejn il-MTO speċifiku għall-pajjiż. Devjazzjoni sinifikattiva mid-direzzjoni maqbula ta' nfiq se tkun ġġudikata bħala tfassil ta' politika fiskali imprudenti u tikkawża twissija mill-Kummissjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 121(4) tat-TFUE. F'każ ta' ksur persistenti, ikun impost depożitu bl-interessi mill-Kunsill sakemm il-ksur jissewwa. Id-depożitu jinħeles hekk kif is-sitwazzjoni li ġabet l-impożizzjoni tiegħu tkun waslet fi tmiemha.

It-tieni, dejjem fl-id preventiva, il-Kummissjoni se tipproponi li tistabbilixxi kondizzjonalità ex ante li tgħaqqad il-ħlas tal-appoġġ tal-politika ta' koeżjoni mar-riformi strutturali istituzzjonali direttament konnessi mat-tħaddim tal-politika ta' koeżjoni bil-ħsieb li tittejjeb l-effettività u effiċjenza tagħha.

Fir-rigward l-id korrettiva, (i.e. meta Stat Membru huwa suġġett għal proċedura ta' żbilanċ eċċessiv) il-Kummissjoni tipproponi sistema ġdida ta' sanzjonijiet u inċentivi finanzjarji biex jikkumplimentaw l-użu tad-depożitu u l-multi. Dan iħaddem l-baġit tal-UE bħala għodda kumplimentari f'termini li jiżguraw rispett tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin tal-SGP. Is-sanzjonijiet m'għandhomx jaffettwaw l-benefiċjarji aħħarija tal-fondi tal-UE iżda lill-pagament lill-Istati Membri jew pagamenti li għalihom l-Istati Membri jaġixxi bħala intermedjarju. Il-kriterji li ġejjin se jkunu proposti biex jistabbilixxu li kategoriji u programmi ta' nfiq jistgħu jiġu kkunsidrati:

· l-effettività tal-fondi konċernati hija dipendenti fuq politiki fiskali sodi,

· biċ-ċar huwa tort tal-Istat Membru li nstab li mhux konformi mal-SGP jew kondizzjonijiet oħra,

· programmati u implimentati taħt ġestjoni maqsuma, i.e. fejn l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija jew jirrappreżentaw ir-refużjonijiet tal-fondi tal-UE lill-Istati Membri,

· imdaqqas biżżejjed li joħloq sanzjonijiet u inċentivi kredibbli,

· b'impatt (potenzjalment) duq il-kwalità tal-infiq u l-aġġustament strutturali.

Dawn il-kriterji huma ssodisfati fil-każ ta' ħafna min-nefqiet relatati mal-politika ta' koeżjoni, l-infiq tal-Politika Komuni tal-Agrikoltura (EAGF u EAFRD) u n-nefqiet tal-fond tas-sajd (EFF). Fir-rigward tal-CAP u EFF, sitwazzjoni li fiha tnaqqis fl-infiq tal-UE twassal għal tnaqqis tad-dħul tal-bidwi u s-sajjied se tkun eskluża. Għalhekk l-kondizzjonalità dwar il-ħlasijiet għandha timmira r-refużjonijiet tal-UE lejn il-baġits nazzjonali biss: l-Istati Membri għandhom ikomplu jħallsu s-sussidji tal-agrikoltura, iżda r-refużjonijiet ta' din in-nefqa mill-baġit tal-UE jistgħu jkunu (parzjalment) sospiżi.

F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli, għalhekk, l-inċentivi jistgħu jinħolqu bis-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni tal-appropprjazzjonijiet kurrenti jew futuri mill-baġit tal-UE. Ir-riżorsi kkanċellati għandhom jibqgħu fil-baġit tal-UE.

Biex jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 126(11), żewġ tipi tas-sanzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu previsti aktar qabel fil-proċess tal-PŻE.

• Pass 1 – id-definizzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv (l-Artikolu 126(6) tat-TFUE) se jirriżulta fis-sospensjoni tal-impenji relatati mal-programmi multiannwali. Din is-sospensjoni jkollha impatt immedjat fuq il-pagamenti u għalhekk tippermetti żmien biex tittieħed azzjoni rimedjali effettiva. L-Istati Membri jistgħu jintalbu li jidderieġu l-fondi mill-ġdid biex itejbu l-kwalità tal-finanzi pubbliċi. Bl-istess mod, għar-refużjonijiet tal-PAK (EAGF), titħabbar id-deiżjoni li tikkanċella l-pagamenti sa data ta' skadenza ffissata. L-ibbaġitjar mill-ġdid se jkun previst hekk kif l-Istat Membru jissodisfa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.

• Pass 2 – nuqqas ta' konformità mar-rakkomandazzjonijiet inizjali biex jitranġa l-iżbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE jirriżulta f'kanċellazzjoni tal-impenji tas-sena n. Bl-isess mod, jitwaqqfu r-refużjonijiet tal-PAK (EAGF) għal sena n. Dan iwassal għal telf żgur ta' pagamenti għall-Istati Membri konċernati.

Jistgħu jinħolqu inċentivi oħra bit-tibdil tar-rati ta' kofinanzjament jew l-introduzzjoni ta' riżerva tal-prestazzjoni tal-Unjoni biex tikkumpensa politiki fiskali sodi. Tali riżerva tista' tkun finanzjata bl-impenji kkanċellati skont il-proċedura pass 2 imsemmija hawn fuq.

In-naħa finanzjarja tal-baġit tal-UE tikkontribwixxi ukoll fit-tisħiħ ta' konformità. Is-sistema preżenti tar-Riżorsi Proprji tipprovdi għal multi mħallsa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-PŻE awtomatikament inaqqsu l-kontribuzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti mingħajr żbilanċ li hu eċċessiv għall-baġit (skont is-sehem tagħhom fid-DGN totali tal-Istati membri eliġibbli). Din is-sistema tiżgura li l-kontribuzzjoni tal-Istat Membru mmultat lill-baġit iżid effettivament u l-kontribuzzjoni lill-Istati Membri kollha l-oħra tonqos. Il-Kummissjoni se teżamina wkoll jekk in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE jistax jintuża b'mod adegwat bħala inċentiv għall-konformità.

Il-bidliet meħtieġa se jkunu inkorporati fil-proposti tal-Kummissjoni għall-2011 għal qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. Fil-frattemp, se jkun propost regolamenti bbażat fuq l-Artikolu 136 tat-TFUE li joħloq sett ġdid ta' sanzjonijiet li jkollu l-istess effetti għall-Istati membri taż-żona euro sal-aħħar ta' Settembru. Il-Kummissjoni se tesplora modi kif testendi dan is-sett ta' sanzjonijiet u inċentivi lill-Istati Membri kollha mill-aktar fis possibbli.

5. Iċ-Ċiklu ta' koordinazzjoni skont is-Semestru Europew

It-twaqqif tas-Semestru Europew se jintegra x-xejriet differenti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u jippermetti koordinazzjoni aħjar u ex ante għall-politiki ekonomiċi.

Koordinazzjoni ex ante tal-politiki ekonomiċi. L-għan ewlieni tal-proposta huwa li jagħti dimensjoni ex ante ċara lill-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-UE u fiż-żona euro. Skont is-Semestru Europew, il-kumplimentarjetà tal-pjanijiet tal-politika ekonomika nazzjonali se jkun żgurati fil-livell Europew permezz ta' gwida qabel ma jittieħedu d-deċiżjonijiet finali fuq il-baġit għas-sena ta' wara fl-Istati Membri. Għaż-żona euro għandha titwettaq valutazzjoni orizzonatali tal-pożizzjoni fiskali abbażi tal-Programmi ta' Stabilità u t-tbassir tal-Kummssjoni. Għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-pożizzjoni aggregata fil-każijiet ta' stress ekonomiku serju fiż-żona euro meta miżuri mdaqqsa ta' politika fiskali jittieħdu mill-Istati Membri individwali probabbilment jipproduċu effetti sekondarji importanti. Fil-każ ta' inadegwatezzi ovvji fil-pjanijiet baġitarji għas-sena ta' wara, tista' tkun rakkomandata reviżjoni tal-pjanijiet.

Sorveljanza integrata aħjar. Is-Semestru Europew se jkopri l-elementi kollha tas-sorveljanza ekonomika, inklużi l-politiki li jiżguraw dixxiplina fiskali, l-istabilità markoekonomika, u biex irawwem tkabbir f'konformità mal-istrateġija tal-Europa 2020. Proċessi eżistenti – pereżempju skont il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir u l-Linji Gwida Wesgħin tal-Politika Ekonomika - se jinġiebu f'konformità mat-termini ta' żmien fil-waqt li jibqgħu legalment separati. Il-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza (SCPs) u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (NRPs) se jkun sottomessi mill-Istati Membri fil-istess waqt u eżaminati simultanjament mill-Kummissjoni.

Il-kontenut tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza (SCPs) għandhom ikunu adattati għall-ħsieb tal-eżistenza ta' Semestru Europew. L-intenzjoni hija ovvjament li ma tesiġix lill-Istati Membri li jissottomettu baġits kompleti lill-UE għall-"validazzjoni" qabel ma jippreżentawh lill-Parlamenti nazzjonali tagħhom. Madankollu, dawn il-Programmi għandhom jinkludu l-informazzjoni neċessarja għal diskussjonijiet ex ante bis-sens dwar il-politika fiskali. Il-ħtiġijiet minimi għandhom jinkludu:

· xenarju makroekonomiku aġġornat kompletament;

· indikazzjonijiet konkreti dwar il-pjanijiet għas-sena t+1;

· deskrizzjoni tal-politiki previsti;

· proġettazzjonijiet ta' terminu medju għall-varjanti ewlenin tal-finanzi tal-gvern;

· valutazzjoni tal-iżviluppi fiskali fis-sena t-1;

· aġġornament tal-pjanijiet fiskali għas-sena kurrenti.

Is-Semestru Europew. Iċ-ċiklu jibda f'Jannar bi "Stħarriġ tat-Tkabbir Annwali" (AGS) ippreparat mill-Kummissjoni li jagħti ħarsa lejn l-isfidi ekonomiċi għall-UE u ż-żona euro flimkien. Sa tmien Frar, il-Kunsill Europew jipprovdi gwida strateġika dwar il-politiki li tiġi kkunsidrata mill-Istati Membri fis-SCPs u l-NRPs tagħhom li se jkunu sottomessi f'April. Il-Kunsill joħroġ gwida politika speċifikament għall-pajjiż kif intqal fit-Taqsima 1 fil-bidu ta' Lulju. Fit-tieni parti tas-sena, l-Istati Membri jiffinalizzaw l-baġits nazzjonali. Fl-AGS tagħha tas-sena ta' wara, il-Kummissjoni teżamina kif l-Istat Membru jkun ikkunsidra l-gwida tal-UE.

Gwida politika skont is-Semestru Europew. Ir-rakkomandazzjonijiet se jkunu espliċiti u konkreti. Fil-qasam tal-politika fiskali, se jkun hemm fokus qawwi fuq is-sena t+1 u s-sorveljanza se tagħti indikazzjonijiet ċari dwar jekk il-miri previsti u l-politiki enfasizzati kinux xierqa. Fir-rigward il-politiki li jrawmu t-tkabbir u jindirizzaw ir-riskji makroekonomiċi, ir-rakkomandazzjonijiet se jiffokaw fuq numru limitat ta' riformi ewlenin u jiġu ffissati dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni tagħhom.

Involviment akbar tal-Parlament Europew. Kull sena f'Jannar il-Kummissjoni se tippreżenta l-AGS tagħha lill-Parlament Europew.

Il-Parlamenti Nazzjonali. Din il-governanza ekonomika mtejba tal-UE se tibbenifika minn rabta bikrija u qawwija tal-parlamenti nazzjonali mal-proċess tas-Semestru Europew u minn djalogu akbar mal-Parlament Europew.

Implimentazzjoni bikrija. Il-Kummissjoni tipproponi li timplimenta s-Semestru Europew mill-2011. Emendi fil-Kodiċi ta' Kondotta eżistenti għall-SCP [4], inkluża inter alia d-data l-ġdida tas-sottomissjoni tal-SCPs, se jkunu ppreżentati lill-Kunsill ECOFIN għall-approvazzjoni. Bidliet leġiżlattivi immedjati ma jidhrux li se jkunu neċessarji.

Tranżizzjoni għas-Semestru Europew. Il-Kummissjoni se tipprovdi gwida dwar il-kontenuti tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma futuri f'Lulju. Se tipproponi wkoll djalogu bilaterali mal-Istati Membri fil-ħarifa 2010 biex jiddiskutu:

· Xenarju makroekonomiku nazzjonali fit-terminu medju biex ifasslu programmi politiċi għall-perjodu sal-2015 inklużi l-aspettattivi ta' tkabbir u l-orjentazzjonijiet baġitarji wesgħin;

· Konferma tal-miri nazzjonali f'konformità mal-ħamsa miri maqbula fl-Europa 2020. L-Istati Membri għandhom jindikaw għal kull mira l-politiki li se jsegwu biex jissodisfaw il-miri nazzjonali tagħhom u l-investiment pubbliku meħtieġ biex jissodisfawhom.

· Kif se jneħħu l-ostakli li qed mhux qed iħallu lill-Istati Membri jissodisfaw il-miri tagħhom u l-miri usa' tal-Europa 2020.

6. Konklużjonijiet u l-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tagħmel il-proposti formali neċessarji li hawn f'din il-Komunikazzjoni sal-aħħar ta' Settembru – ara l-anness għad-dettalji.

Sadanittant, il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill Ecofin tat-13 ta' Lulju li jikkonferma t-tnedija taċ-ċiklu ta' sorveljanza tas-Semestru Europew minn Jannar tal-2011 u japprova l-Kodiċi ta' Kondotta rivedut għall-SCPs tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir kif annessi mal-Komunikazzjoni.

Anness 1: Pjan ta' rotta

Tema | Azzjoni | Data mistennija tat-twettiq |

Sorveljanza Makroekonomika Usa' | Proposta għal-leġiżlazzjoni skont l-Artikolu 121(6) u l-Artikolu 136 li jistabbilixxu qafas għat-trattament tal-iżbilanċi eċċessivi | Fl-aħħar ta' Settembru |

Soveljanza Tematika tar-Riformi Strutturali | Ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-miżuri tar-riforma | Il-bidu taċ-Ċiklu Politiku Annwali tal-Europa 2020: l-ewwel rapport tal-Kunsill Europew tar-rebbiegħa 2011 |

Sorveljanza fiskali: Oqsfa Fiskali Nazzjonali | Proposti għal Regolament skont l-Artikolu 126(14) li jispeċifika l-ħtiġijiet minimi għat-tfassil tal-oqsfa fiskali domestiċi u l-ħtiġijiet ta' rappurtar li jippermettu l-verifika tal-konformità. | Fl-aħħar ta' Settembru |

Sorveljanza fiskali: Fokus akbar fuq id-dejn pubbliku u s-sostenibbiltà fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (SGP) | Proposti li jemendaw kemm l-id preventiva (ir-Regolament 1466/97) u kemm l-id korrettiva tal-SGP (ir-Regolament 1467/97). Reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta (regola dwar l-infiq biex ikun implimentat l-aġġustament lejn l-MTO; Limitu numeriku għal pass minimu tat-tnaqqis tad-dejn). | Fl-aħħar ta' Settembru |

Infurzar tas-sorveljanza ekonomika (sanzjonijiet/inċentivi):Depożitu bl-interessi temporanjament impost fuq Stat Membru taż-żona euro | Proposta għal Regolament skont l-Artikolu 121(6) u l-Artikolu 136(1)(a). | Fl-aħħar ta' Settembru |

Infurzar tas-sorveljanza ekonomika (sanzjonijiet/inċentivi):tħaddim tal-baġit tal-UE bħala għodda addizzjonali | Introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-atti legali li jenfasizzaw ċerti programmi ta' nfiq tal-UEProposta għar Regolament skont l-Artikolu 136(1)(a) għall-Istati Membri taż-żona euro li jintroduċi sanzjonijiet li għandhom l-istess effetti | Se jkunu inkorporati fil-proposti tal-Kummissjoni għall-2011 għal qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. Fl-aħħar ta' Settembru |

It-twaqqif tas-Semestru Europew | Ir-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (SCPs) | Tnedija taċ-ċiklu ta' sorveljanza skont s-Semestru Europew minn Jannar 2011 |

Anness 1:

Speċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir

kif ukoll

Linji gwida dwar il-format u l-kontenut tal-programmi ta' stabilità u konverġenza

WERREJ

TAQSIMA I - Speċifikazzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir u Linji gwida dwar il-format u l-kontenut tal-Programmi ta' Stabilità u KonverġenzaA. L-id preventiva tal-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir1) L-Għan Baġitarju għat-Terminu l-Medju (MTO)2) Id-direzzjoni tal-aġġustament lejn l-għan baġitarju għat-terminu l-medju (MTO) u d-devjazzjonijiet minnu3) Il-parir u t-twissija politiċi tal-Kummissjoni | Paġna 4 Paġna 4Paġna 4Paġna 5 Paġna 6 |

B. Il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv1) Ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 104(3) 2) Id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv 3) Il-korrezzjoni ta' żbilanċ eċċessiv4) It-tħassir ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill fil-kuntest tal-PŻE għall-Istati Membri li implimentaw riformi fil-pensjonijiet bbażati fuq diversi kolonni | Paġna 6Paġna 6Paġna 7Paġna 8Paġna 9 |

TAQSIMA II – IL-LINJI GWIDA DWAR IL-FORMAT U L-KONTENUT TAL-PROGRAMMI TA' STABILITÀ U KONVERĠENZA1) L-istatus tal-programm u tal-miżuri2) Il-kontenut tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza | Paġna 10 Paġna 10Paġna 10 |

ANNESS 1 – IL-MUDELL TA' STRUTTURA GĦALL-PROGRAMMI TA' STABILITÀ U KONVERĠENZAANNESS 2 – TABELLI LI JRIDU JKUNU INKLUŻI FIL-PROGRAMMI TA' STABILITÀ U KONVERĠENZA | Paġna 14 Paġna 15 |

INTRODUZZJONI

L-Opinjoni taġġorna u tieħu post l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju dwar il-kontenut u l-format tal-Programmi, approvat mill-Kunsill Ecofin fl-10 ta' Lulju 2010.

Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir daħal fis-seħħ kompletament fl-1 ta' Jannar 1999 u jikkonsisti f'qafas ibbażat fuq iż-żewġ elementi preventivi u korrettivi. Inizjalment, dan kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv u r-Reżoluzzjoni tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabilità u t-Tkabbir. Fl-20 ta' Marzu 2005 il-Kunsill adotta rapport bl-isem "Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir". Ir-rapport kien approvat mill-Kunsill Europew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta' Marzu 2005 li stqarrew li r-rapport jaġġorna u jikkumplimenta l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, li issa huwa parti integrali minnu. Fis-27 ta' Ġunju 2005 il-Patt kien ikkumplimentat b'żewġ Regolamenti addizzjonali li jemendaw ir-Regolamenti 1466/97 u 1467/97.

Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir huwa parti essenzjali tal-qafas markoekonomiku tal-Għaqda Ekonomika u Monetarja li jikkontribwixxi biex tinkiseb stabilità makroekonomika fl-UE u tipproteġi s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi. Sistema bbażata fuq l-aħjar garanzija għall-impenji biex dawn ikunu infurzati u għall-Istati Membri kollha biex tkun ittrattati l-istess. Iż-żewġ ankri nominali tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir - it-3 % tal-valur referenzjali tal-PGD għall-proporzjon tad-żbilanċ u s-60 % tal-valur referenzjali tal-PGD għall-proporzjon tad-dejn - l-għanijiet baġitarji tat-terminu l-medju tas-sorveljanza multilaterali.

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kunsill huma impenjati li jwettqu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom billi japplikaw it-Trattat u l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir b'mod effettivi u f'waqtu. Barra minn hekk, peress li l-effettività tal-appoġġ bejn il-pari u l-pressjoni bejn il-pari hija parti integrali tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma mistennija li jispjegaw u joħorġu fil-pubbliku l-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom fl-istadji kollha xierqa tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. L-Istati Membri huma mistennija li jikkunsidraw l-gwida u r-rakkomandazzjoni mill-Kunsill b'mod partikolari meta jippreparaw l-baġits nazzjonali u biex jinvolvu b'mod xieraq l-Parlamenti nazzjonali fl-istadji varji tal-proċeduri.

Sabiex tittejjeb il-possessjoni tal-qafas baġitarju tal-UE, ir-regoli baġitarji nazzjonali għandhom jikkumplimentaw il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. Mingħajr ħsara għall-bilanċ bejn il-kompetenzi nazzjonali u Komunitarji, l-implimentazzjoni tagħhom tista' tiġi diskussa fil-livell Europew fil-kuntest tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza. Fl-istess vena, l-arraġamenti dwar il-governanza fuq il-livell nazzjonali għandhom jikkumplimentaw il-qafas tal-UE. L-istituzzjonijiet nazzjonali jistgħu jkollhom sehem aktar prominenti fis-sorveljanza biex jittejjeb l-infurzar permezz tal-opinjoni pubblika nazzjonali u jikkumplimentaw l-analiżi ekonomika u politika fuq il-livell tal-UE. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kunsill ekonomiku ta' għorrief li jistgħu jagħtu parir fuq il-proġettazzjonijiet makroekonomiċi ewlenin.

Dawn il-Linji Gwida għall-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir jikkonsistu f'żewġ taqsimiet. L-ewwel taqsima telabora fuq l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. It-tieni taqsima tikkonsisti f'linji gwida dwar il-kontenut u l-format tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza.

__________________

TAQSIMA II

linji gwida dwar il-kontenut u l-format tal-programmi ta' stabilità u konverġenza

Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir jesiġi mill-Istati Membri li jissottomettu l-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza u aġġornamenti tagħhom, li huma l-bażi tal-pożizzjonijiet baġitarji ta' sorveljanza u l-politiki ekonomiċi ta' koordinazzjoni tal-Kunsill. Il-Kunsill jista', fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, u konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, jagħti opinjoni fuq kull wieħed mill-programmi aġġornati u, jekk iqis li l-għanijiet u l-kontenuti tiegħu għandhom jissaħħu, jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jaġġusta l-programm tiegħu.

L-Istati Membri huma mistennija li jieħdu azzjoni korrettiva li jqisu neċessarja biex jilħqu l-għanijiet tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza tagħhom, kull meta jkollhom informazzjoni li tindika diverġenza sinifikattiva mistennnija jew attwali mill-għanijiet.

Is-sottommissjoni u l-valutazzjoni tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza huma komponent fundamentali tas-"Semestru Europew" tal-koordinazzjoni u sosrveljanza tal-politika ekonomika. Skont is-Semestru Europew, il-Kummissjoni u l-Kunsill jeżaminaw l-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet ewlenin fuq il-baġit nazzjonali għas-sena ta' wara, biex jipprovdu parir olitiku ex ante dwar il-politika fiskali. Il-waqt xieraq tas-sottomissjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma jitwaħħad.

Skont is-Semestru Europew, iċ-ċiklu tas-sorveljanza u koordinazjzoni tal-politka jibda kmieni fis-sena b'reviżjoni orizzontali li skontha l-Kunsill Europew, ibbażat fuq il-kontribut analitiku tal-Kummissjoni, jidentifika l-isfidi ekonomiċi ewlenin li jkunu qed jiffaċċjaw l-UE u ż-żona euro u jagħti gwida strateġika dwar il-politiki. L-Istati Membri huma mistennija li jikkunsidraw kompletament il-gwida orizzontali tal-Kunsill Europew meta jippreparaw il-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza. Bl-istess mod, il-Kummissjoni u l-Kunsill huma mistennija li jikkunsidraw l-gwida tal-Kunsill Europew meta jeżaminaw il-programmi.

Fl-isfond tas-sehem imsaħħaħ tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza fil-proċess tas-sorveljanza multilaterali skont is-Semestru Europew, huwa importanti li l-kontenut tal-informazzjoni tagħhom ikun xieraq u jippermetti t-tqabbil fl-Istati Membri kollha. Filwaqt li jkun rikonoxxut li l-programmi huma responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u li l-possibilitajiet u l-prattiki huma differenti fil-pajjiżi kollha, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1055/05 jistabbilixxi l-elementi essenzjali ta' dawn il-programmi. B'mod partikolari, il-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza jinkludu l-informazzjoni neċessarja għal diskussjoni bis-sens dwar il-politika fiskali għat-terminu l-qasir u l-medju, inklużi xenarju makroekonomiku kompletat bis-sħiħ, proġettazzjonijiet għall-varjanti ewlenin tal-finanzi tal-gvern u l-komponenti ewlenin tagħhom, u deskrizzjoni tal-politiki previsti.

L-esperjenza miġbura matul l-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-Patt bil-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza turi li l-linji gwida, il-kontenut u l-format tal-programmi ma jassistux biss lill-Istati Membri fit-tfassil tal-programmi tagħhom, iżda jiffaċilitaw ukoll l-eżami tagħhom mill-Kummissjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-Kunsill.

Il-linji gwida ffissati hawn taħt għandhom jitqiesu bħala kodiċi ta' prattika tajba u lista ta' ċċekkjar biex tintuża mill-Istati Membri fil-preparazzjoni tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza. L-Istati Membri huma mistennija li jsegwu l-linji gwida sakemm ikun possibbli u jiġġustifikaw kwalunkwe devjazzjoni minnhom.

1) L-istatus tal-programm u tal-miżuri

Kull programm isemmi l-istatus tiegħu fil-kuntest tal-proċeduri nazzjonali, notevolment fir-rispett tal-Parlament nazzjonali. Il-programm jindika wkoll jekk l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm preċedenti kinetx ippreżentata lill-Parlament nazzjonali.

L-istat ta' implimentazzjoni tal-miżuri (leġiżlati versus ippjanati) ippreżentati fil-programm għandu jkun speċifikat.

2) Il-kontenut tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza

Sabiex jitħaffef it-tqabbil fil-pajjiżi kollha, l-Istati Membri huma mistennija, sakemm huwa possibbli, li jsegwu l-mudell tal-istruttura għall-programmi fl-Anness 1. L-istandardizzazzjoni tal-format u l-kontenut tal-programmi flimkien mal-linji ffissati hawn taħt se jtejbu sostanzjalment il-kondizzjonijiet għall-ugwaljanza u t-trattament.

L-informazzjoni kwatitattiva għandha tkun ippreżentata skont sett ta' tabelli standardizzati (Anness 2). L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom li jagħtu l-informazzjoni kollha f'dawn it-tabelli. It-tabelli jistgħu jkunu kumplimentati minn aktar informazzjoni kull meta din titqies utli mill-Istati Membri.

Barra mil-linji gwida ffissati hawn taħt, il-programmi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-konsistenza mal-linji gwida usa' tal-politika ekonomika tal-għanijiet baġitarji u l-miżuri biex jinkisbu, kif ukoll dwar il-miżuri biex tissaħħaħ il-kwalità tal-finanzi pubbliċi u tinkiseb s-sostenibilità fit-terminu t-twil.

L-għanijiet u l-implimentazzjoni tagħhom

L-Istati Membri se jippreżentaw il-miri baġitarji tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza tagħhom f'relazzjoni mal-MTO u d-direzzjoni pproġettata għall-proporzjon tad-dejn. Il-programmi ta' konverġenza għandhom jippreżentaw ukoll l-għanijiet tat-terminu l-medju tal-politika monetarja u r-relazzjoni tagħom mal-prezz u l-istabilità tar-rata tal-kambju.

L-Istati Membri, meta jkunu qed jippreparaw l-ewwel aġġornament tal-Programm ta' Stabilità jew Konverġenza tagħhom wara li jinħatar gvern ġdid, huma mistiedna li juru kontinwità fir-rispett tal-miri baġitarji approvati mill-Kunsill abbażi tal-aġġornament preċedenti tal-Programm ta' Stabilità u Konverġenza - u bi prospettiva għal-leġiżlatura sħiħa – biex jipprovdu informazzjoni dwar il-mezzi u l-istrumenti previsti li jilħqu dawn il-miri bit-twaqqif tal-istrateġija baġitarja.

L-Istati Membri se jipprovdu fil-Programm ta' Stabilità jew Konverġenza aġġornament tal-pjanijiet fiskali għas-sena li fiha jiġi sottomess il-programm, ibbażat fuq l-informazzjoni ta' April. Il-Programm ta' Stabilità jew Konverġenza se jispjega r-reviżjonijiet tal-miri fiskali ffissati fil-porgrammi sottomessi fis-sena t-1 (b'fokus speċjali fuq l-iżviluppi fl-infiq tal-gvern).

Biex ikun hemm fehim aħjar tad-direzzjoni tal-bilanċ tal-gvern u tal-istrateġija baġitarja b'mod ġenerali, għandha tingħata l-informazzjoni fuq il-proporzjon tal-infiq u d-dħul u fuq komponenti ewlenin oħra, kif ukoll fuq il-miżuri ta' darba u oħrajn temporanji. Biex ikun hemm fehim aħjar tad-direzzjoni tal-proporzjon tad-dejn, għandha tingħata l-informazzjoni, sakemm hu possibbli, fuq il-komponenti tal-aġġustament tal-istock-flow, bħalma huma l-irċevuti tal-privatizzazzjoni u operazzjonijiet finanzjarji oħra.

Il-bilanċi baġitarji għandhom ikunu dettaljati skont is-settur tal-amministrazzjoni pubblika (gvern ċentrali, il-gvern statali għall-Istati Membri b'arranġamenti istituzzjonali federali jew kważi-federali, gvern lokali u s-sigurtà soċjali).

Assunzjonijiet u dejta

Il-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza għandhom ikunu bbażati fuq tbassir makroekonomiku realistiku u kawt. It-tbassir tal-Kummissjoni jista' jipprovdi kontribut importanti għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u fiskali. L-Istati Membri huma ħielsa li jibbażaw il-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza fuq il-proġettazzjonijiet proprji tagħhom. Madankollu, diverġenzi sinifikattivi bejn it-tbassir nazzjonali u dak tas-servizzi tal-Kummissjoni għandu jkun spejgat f'ċertu dettal. L-ispjega se sservi bħala referenza meta żbalji tat-tbassir se jkunu eżaminati ex post.

Il-programmi għandhom jippreżentaw l-assunzjonijiet prinċipali dwar żviluppi ekonomiċi mistennija u dwar varjanti ekonomiċi importanti li huma rilevanti għar-realizzazzjoni tal-pjanijiet baġitarji tagħhom, bħalma huma l-infiq mill-gvern f'investimenti, it-tkabbir reali tal-PGD, ix-xogħol u l-inflazzjoni; L-assunzjonijiet fuq it-tkabbir reali tal-PGD għandu jkun enfasizzat bl-indikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-domanda mistennija għat-tkabbir. Ir-riskji ta' fuq u ta' taħt possibbli għall-proġettazzjoni għandhom ikunu esposti.

Barra minn hekk, il-programmi għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar l-iżviluppi tal-PGD biex jippermettu analiżi tal-pożizzjoni ċiklika tal-ekonomija u s-sorsi tat-tkabbir potenzjali. Il-prospettiva tal-bilanċi settorjali u, speċjalment għall-pajjiżi b'żbilanċ estern għoli, il-bilanċ estern għandu jkun analizzat.

Fir-rigward tal-iżviluppi makroekonomiċi esterni, l-Istati Membri taż-żona euro u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM II b'mod partikolari għandhom jużaw "l-assunzjonijiet esterni komuni" fuq il-varjanti ewlenin extra-UE wżati mill-Kummissjoni fit-tbassir tagħha tar-rebbiegħa jew, għal raġunijiet ta' tqabbil, jippreżentaw analiżi ta' sensittività bbażata fuq l-assunzjonijiet komuni għal dawn il-varjanti meta d-differenzi jkunu sinifikattivi. L-assunzjonijiet għandhom jingħataw fi żmien xieraq mis-servizzi tal-Kummissjoni (wara konsultazzjoni mal-esperti nazzjonali), abbażi tat-tabella finali fl-Anness 2, għad-diskussjoni mill-EFC.

L-assunzjonijiet dwar ir-rati ta' interess u r-rati ta' skambju, jekk mhux ippreżentati fil-programm, għandhom ikunu provduti lis-servizzi tal-Kummissjoni biex tkun possibbli l-valutazzjoni teknika tal-programmi.

Sabiex titħaffef il-valutazzjoni, il-kunċetti użati għandhom ikunu konformi mal-istandards stabbiliti fil-livell Europew, notevolment fil-kuntest tas-sistema tal-accounts Europea (ESA). Il-programmi għandhom jiżguraw il-konsistenza formali u sostanzjali tal-informazzjoni meħtieġa dwar l-aggregati baġitarji u l-assunzjonijiet ekonomiċi bil-kunċetti tal-ESA. Din l-informazzjoni tista' tkun komplimentata minn preżentazzjoni tal-kunċetti speċifiċi tal-accounting li huma ta' importanza partikolari għall-pajjiż ikkonċernat.

Miżuri, riformi strutturali u sostenibilità fit-tul

Il-programmi għandhom jiddeskrivu l-miżuri baġitarji u tal-politka ekonomika oħra li jkunu mittieħda jew proposti biex jinkisbu l-għanijiet tal-programm, u, fil-każ tal-miżuri prinċipali baġitarji, stima tal-effetti kwantitattivi tal-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika. Għandhom jiġu identifikati b'mod espliċitu l-effetti sinifikattivi ta' darba. Aktar mas-sena tal-programm tkun imxiet 'il quddiem, anqas tkun dettaljata l-informazzjoni. Pereżempju, fis-snin periferali tal-programmi l-awtoritajiet jistgħu jipprovdu menu ta' miżuri possibbli kkunsidrati biex jintlaħqu l-miri fil-programm, bi stima tal-impatt tagħhom.

Madankollu, biex tkun possibbli diskussjoni bis-sens il-programmi għandhom jipprovdi indikazzjonijiet konkreti fuq l-intenzjonijiet politiċi għas-sena t+1, inklużi l-proġettazzjonijiet preliminari u/jew il-miri tal-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika, l-infiq u d-dħul u l-komponenti ewlenin tagħhom u deskrizzjoni tal-politiki previsti biex jintlaħqu l-miri fiskali. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Istat Membru konċernat għandu jkun mistieden biex jissottometti programm revedut f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5(2) u 8(2) tar-Regolament 1466/97.

Ir-riformi strutturali għandhom ikunu speċifikament analizzati meta dawn ikunu previsti li jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programm. B'mod partikolari, ikkunsidrata r-relevanza tar-'riformi strutturali ewlenin' fid-definizzjoni tad-direzzjoni ta' aġġustament għall-għan tat-terminu l-medju għall-Istati Membri li għadhom ma laħquhx u filwaqt liwieħed jippermetti devjazzjoni temporanja mill-MTO għall-Istati Membri li diġà laħquh (ara Taqsima I), il-programmi għandhom jinkludu informazzjoni komprensiva dwar l-effetti baġitarji u ekonomiċi ta' tali riformi. Il-programmi għandhom notevolment jinkludu analiżi dettaljata kwantitattiva tal-benefiċċju skont in-nefqa tal-ispejjeż fit-terminu l-qasir - jekk ikun hemm - u l-benefiċċji fit-terminu t-twil tar-riformi mill-veduta baġitarja. Dawn għandhom janalizzaw ukoll l-impatt ipproġettat tar-riformi dwar it-tkabbir ekonomiku matul iż-żmien filwaqt li tkun spjegata l-metodoloġija użata.

Il-programmi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-miżuri previsti biex tittejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi kemm fuq in-naħa tad-dħul kif ukoll tal-infiq (pereżempju, ir-riforma fit-taxxa, inizjattivi ta' valur għall-flus, miżuri li jtejbu l-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxi u l-kontroll tal-infiq).

Il-programmi jistgħu jinkludu wkoll aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' regoli baġitarji nazzjonali eżistenti (regoli ta' nfiq, eċċ) kif ukoll dwar karatteristiċi istituzzjonali oħra tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari l-proċeduri baġitarji u l-governanza statistika tal-finanzi pubbliċi.

Fl-aħħar nett, il-programmi għandhom ifasslu l-istrateġiji tal-pajjiżi biex jiżguraw is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi, speċjalment fid-dawl tal-impatt ekonomiku u baġitarju tal-popolazzjonijiet li qed jixjieħu.

Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Anzjanità (AWG) marbut mal-Kumitat tal-Politka Ekonomika (EPC) huwa responsabbli mill-produzzjoni ta' proġettazzjonijiet baġitarji komuni dwar: infiq pubbliku fuq il-pensjonijiet; il-kura tas-saħħa; il-kura fit-tul; l-edukazzjoni; it-trasferimenti tal-qgħad; u fejn hu possibbli u relevanti, id-dħul relatat mal-età, bħalma huma l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni. Dawn il-proġettazzjonijiet komuni se jipprovdu bażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni u l-Kunsill għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri fil-kuntest tal-SGP. Dawn għandhom ikunu inklużi fil-programmi.

Il-programmi għandhom jinkludu l-informazzjoni addizzjonali kollha neċessarja, kemm ta' natura kwalitattiva u kemm ta' natura kwanititattiva, sabiex tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jeżaminaw is-sostenibilità tal-Istati Membri tal-finanzi pubbliċi bbażati fuq il-politiki kurrenti. Għal dan il-għan, l-informazzjoni inkluża fil-programmi għandha tiffoka fuq l-informazzjoni relevanti li mhix riflessa b'mod sħiħ fl-aħħar proġettazzjonijiet komuni tal-EPC. Pereżempju, l-Istati Membri għandhom mnejn jinkludu l-informazzjoni dwar l-aħħar xejriet demografiċi u bidliet politiċi ewlenin fis-sistemi tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa. Il-programmi għandhom jiddistingwu biċ-ċar bejn miżuri li kienu leġiżlati u miżuri previsti.

Ikkunsidrata l-inċertezza marbuta mal-proġettazzjonijiet fit-tul, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għandhom jinkludu testijiet tal-istress li jipprovdu indikazzjoni tar-riskji fis-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi fl-eventwalità ta' żviluppi negattivi demografiċi, ekonomiċi jew baġitarji.

Barra l-ħtiġijiet imsemmija hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw proġettazzjonijiet differenti bbażati fuq kalkoli nazzjonali. F'tali każ, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fid-dettall l-assunzjonijiet enfasizzati ta' dawn il-proġettazzjonijiet, il-metodoloġija użata, il-politiki implimentati jew ippjanati li jissodisfaw l-assunzjonijiet, u d-diverġenzi bejn il-proġettazzjonijiet nazzjonali u l-proġettazzjonijiet komuni prodotti mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Anzjanità marbut mal-Kumitat tal-Politika Ekonomika.

Dawn il-proġettazzjonijiet u l-assunzjonijiet tagħhom, inkluża l-plawsibilità tagħhom, se jipprovdu bażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni u l-Kunsill għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri fil-kuntest tal-SGP.

Analiżi ta' sensittività

Minħabba l-inevitabilità tal-iżbalji tat-tbassir, il-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza jinkludu analiżijiet komprensivi ta' sensittività u/jew jiżviluppaw xenarji alternattivi, sabiex jippermettu lill-Kumissjoni u lill-Kunsill jikkunsidraw firxa sħiħa ta' prodotti fiskali possibbli.

B'mod partikolari, il-programmi għandhom jipprovdu analiżi ta' kif il-bidliet fl-assunzjonijiet ekonomiċi ewlenin se jaffettwaw il-pożizzjoni baġitarja u tad-dejn u jindikaw l-assunzjonijiet enfasizzati dwar kif id-dħul u l-infiq huma pproġettati biex jirreaġixxu għal varjazzjonijiet fil-varjanti ekonomiċi. Dan għandu jinkludi l-impatt ta' assunzjonijiet ta' rati ta' interess differenti u, għall-Istati Membri nonparteċipanti, u assunzjonijiet ta' rati ta' kambju differenti, fuq il-pożizzjoni baġitarja u ta' dejn. Pajjiżi li ma jużawx l-assunjonijiet esterni komuni għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jipprovdu analiżi ta' sensittività wkoll bħala varjanti ewlenin extra-UE meta d-differenzi jkunu sinifikattivi.

Fil-każ ta' 'riformi strutturali ewlenin' (ara taqsima I), il-programmi għandhom jipprovdu wkoll analiżi ta' kif il-bidliet fl-assunzjonijiet se jaffettwaw l-effetti tal-baġit u t-tkabbir potenzjali.

Orizzont ta' żmien

L-informazzjoni dwar direzzjonijiet għall-proporzjoni tad-dħul żejjed/żbilanċ tal-amministrazzjoni pubblika, il-proporzjonijiet tal-infiq u d-dħul u l-komponenti tagħhom kif ukoll għall-proporzjon tad-dejn u l-assunzjonijiet ekonomiċi ewlenin, kif ukoll is-sena kurrenti u preċedenti, ta' mill-inqas it-tliet snin ta' wara (l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 7(3)), tibqa' f'idejn l-Istati Membri li jkopru perjodu itwal jekk jixtiequ dan.

L-orizzont għall-proġettazzjonijiet fit-tul fuq l-implikazzjonijiet baġitarji ta' anżjanità għandu jkopri l-istess perjodu bħall-proġettazzjonijiet tal-EPC.

Aġġornament tal-programmi

Sabiex tkun żgurata koordinazzjoni xierqa ex ante u sorveljanza tal-politiki ekonomiċi, għandhom jitwettqu sottomissjonijiet tal-aġġornamenti tal-SCP kull sena fil-15-il jum t'April. [5] [6] [7]Il-proċess kollu għandu jitlesta mal-adozzjoni tal-Opinjonijiet tal-Kunsill dwar il-programmi bħala regola qabel tmiem Lulju ta' kull sena.

L-aġġornamenti annwali tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza għandhom juru kif l-iżviluppi kif jidhru meta mqabbla mal-miri baġitarji fil-programm jew aġġornament preċedenti. Meta applikabbli, għandhom japplikaw fid-dettall ir-raġunijiet għad-devjazzjonijiet minn dawn il-miri. Meta jseħħu devjazzjoniji sostanzjali, l-aġġornament għandu jsemmi jekk il-miżuri meħuda biex isewwu s-sitwazzjoni, u jipprovdu informazzjoni dwar dawn il-miżuri.

__________________

(...PICT...)

(...PICT...)

ANNESS 2

_______________________

[1] COM(2010) 250 dwar it-Tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika..

[2] Ara l-miri fuq http://ec.europa.eu/eu2020/pdf/council_conclusion_17_june_en.pdf

[3] Ara wkoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-Oqsfa Baġitarji.

[4] It-titlu komplet 'Speċifikazzjonijiet tal-impplimentazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir u Linji ta' gwida dwar il-format u l-kontenut tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza'.

[5] Fil-każ tal-Renju Unit, li għandha sena fiskali differenti, is-sottomissjoni għandha tkun qrib kemm jista' jkun tal-preżentazzjoni tar-rapport pre-Baġitarju tal-ħarifa.

[6] L-Awstrija u l-Portugall ma jistgħux jikkonformaw f'dan l-istadju ma' din l-iskeda iżda se jissottomettu l-Programmi ta' Stabilità tagħhom mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru.

[7] L-Irlanda se titqies li ssodisfat dan l-impenn bis-sottomissjoni tal-aġġornament tal-Programm ta' Stabilità tagħha fil-ġurnata tal-Baġit annwali tagħha li tradizzjonalment iseħħ fl-ewwel Erbgħa ta' Diċembru.

--------------------------------------------------