52009PC0024

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq /* KUMM/2009/0024 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.1.2009

KUMM(2009) 24 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Iraq skont il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1483(2003). Fost affarijiet oħrajn ,fl-Artikoli 2 u 10 rispettivament tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għamel arranġamenti speċifiċi dwar pagament għal esportazzjonijiet Iraqini ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali u dwar l-immunità minn proċedimenti legali għal xi assi Iraqini rispettivament.

2. Permezz tar-Riżoluzzjoni 1790 tat-18 ta' Diċembru 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda, inter alia , li dawn l-arranġamenti speċifiċi għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2008. Skont il-Pożizzjoni Komuni 2008/186/CFSP, ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat f'dan is-sens permezz tar-Regolament (KE) Nru 195/2008.

3. Permezz tar-Riżoluzzjoni 1859 tat-22 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda, kif intalab mill-Iraq, li jestendi dawn l-arranġamenti speċifiċi sal-31 ta' Diċembru 2009. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat f'dan is-sens.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUNSILL T AL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2009/…/CFSP li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP dwar l-Iraq[1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

4. Skont ir-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96[2] għamel arranġamenti speċifiċi dwar ħlasijiet għal żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali esportati mill-Iraq, filwaqt li l-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament għamel arranġamenti speċifiċi dwar l-immunità mill-proċedimenti legali ta' xi assi Iraqini. Dawn l-arranġamenti speċifiċi applikaw sal-31 ta' Diċembru 2008.

5. Ir-Riżoluzzjoni 1859 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-Pożizzjoni Komuni 2009/…/CFSP jipprovdu li l-arranġamenti speċifiċi għandhom it-tnejn jiġu applikati sal-31 ta' Diċembru 2009. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat f'dan is-sens.

6. Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3. L-Artikoli 2 u 10 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2009.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L … , … 2009, p. .. .

[2] ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.