5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 103/40


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 16/2009

adottata mill-Kunsill fis-16 ta’ Frar 2009

bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, d-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 103 E/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (3),

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4),

Billi:

(1)

Il-funzjonament tal-ħames Direttivi li jikkostitwixxu il-qafas regolatorju eżistenti għal networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu ta’ l-2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess) (5), Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu ta’ l-2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (6), Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu ta’ l-2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) (7), Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) (8) u Direttiva 2002/58 KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (9) (kollettivament imsejħa “id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi”), hija suġġetta għal eżaminar perjodiku mill-Kummissjoni, bil-għan, b’mod partikolari, li tiġi determinata l-ħtieġa ta’ tibdil fid-dawl ta’ l-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq.

(2)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni preżentat ir-riżultati tagħha fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta’ Ġunju ta’ l-2006 dwar l-eżami tal-qafas regolatorju ta’ l-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

(3)

Ir-riforma tal-qafas regolatorju ta’ l-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, inkluż ir-rinfurzar ta’ dispożizzjonijiet għall-utenti aħħara b’diżabbiltà, tirrappreżenta pass prinċipali lejn il-kisba simultanja ta’ Spazju Ewropew Uniku ta’ l-Informazzjoni u soċjetà ta’ l-informazzjoni inklussiva. Dawn l-għanijiet huma inklużi fil-qafas strateġiku għall-iżvilupp tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni kif deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005 bl-isem ta’ “i2010 — Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni għat-tkabbir u l-impjieg.”

(4)

Għaċ-ċarezza u s-sempliċità, din id-Direttiva tittratta biss l-emendi għad-Direttivi 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi).

(5)

Bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (10), u b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ diżabbiltà stabbiliti bl-Artikolu 3(3)(f) tagħha, ċerti aspetti ta’ tagħmir terminali, inkluż tagħmir intiż għal utenti b’diżabbiltà, għandhom jinġiebu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/2/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għal netwerks u l-użu ta’ servizzi. Attwalment tali tagħmir jinkludi tagħmir terminali ta’ radju u televiżjoni li jirċievi biss kif ukoll apparat terminali speċjali għal utenti aħħara b’impediment fis-smigħ.

(6)

L-Istati Membri għandhom idaħħlu miżuri biex jippromwovu l-ħolqien ta’ suq għal prodotti u servizzi disponibbli b’mod wiesa’ li jinkorpoaw faċilitajiet għal utenti aħħara li jkunu b’diżabbiltà. Mod wieħed fost oħrajn biex dan jinkiseb huwa b’referenza għal standards Ewropej, bl-introduzzjoni ta’ ħtiġiet ta’ aċċessibbiltà elettronika (eAccessibility) għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku u servizzi ta’ sejħiet ta’ offerti, f’konformità mal-leġislazzjoni li tafferma d-drittijiet tal-utenti aħħara b’diżabbiltà.

(7)

Id-definizzjonijiet għandhom jiġu aġġustati sabiex ikunu konformi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u sabiex iżommu l-pass ma’ l-iżvilupp teknoloġiku. B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ servizz għandhom jinfirdu mill-elementi definizzjonali attwali ta’ servizz telefoniku li hu pubblikament disponibbli, jiġifieri servizz ta’ komunikazzjoni elettronika li hu disponibbli għall-pubbliku u li bih il-klijenti jistgħu jagħmlu jew jirċievu sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali direttament jew indirettament permezz ta’ numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefoniku internazzjonali, kemm jekk tali servizz huwa bbażat fuq teknoloġija ta’ ċirkwit swtiched jew packet. Hija n-natura ta’ tali servizz li hija bidirezzjonali, li tippermetti liż-żewġ partijiet jikkomunikaw. Servizz li ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, bħal pereżempju applikazzjoni “click-through” fuq websajt għas-servizz tal-konsumatur, m’huwiex servizz telefoniku li hu pubblikament disponibbli. Servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli jinkludu wkoll mezzi ta’ komunikazzjoni speċifikament intiżi għal utenti aħħara b’diżabbiltà li jużaw trasmissjoni testwali jew servizzi ta’ konversazzjoni totali.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-forniment indirett ta’ servizzi jista’ jinkludi sitwazzjonijiet fejn l-oriġinar huwa magħmul permezz ta’ għażla jew għażla minn qabel ta’ operatur jew fejn fornitur ta’ servizz ibiegħ mill-ġdid jew joħloq marka ġdida għal servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli pprovduti minn impriża oħra.

(9)

Bħala riżultat ta’ l-evoluzzjonijiet teknoloġiċi u fis-suq, in-netwerks qed jersqu dejjem eqreb lejn it-teknoloġija magħrufa bħala “Protokoll ta’ l-Internet” (IP) u għall-konsumaturi dejjem qed tikber l-għażla li jistgħu jagħmlu bejn firxa ta’ fornituri ta’ servizzi vokali jikkompetu ma’ xulxin. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jisseparaw l-obbligi ta’ servizz universali għall-forniment ta’ konnessjoni ma’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet f’post fiss mill-forniment ta’ servizz telefoniku li jkun pubblikament disponibbli (inklużi sejħiet għal servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru “112”). Din is-separazzjoni m’għandhiex teffettwa l-ambitu ta’ l-obbligi ta’ servizz universali ddefinit u eżaminat fuq livell Komunitarju. L-Istati Membri li jużaw numri ta’ emerġenza nazzjonali oħrajn mal-“112” jistgħu jimponu fuq l-impriżi obbligi simili għall-aċċess għal dawn in-numri ta’ emerġenza nazzjonali.

(10)

F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu abbażi ta’ kriterji oġġettivi liema impriżi huma nominati bħala fornituri ta’ sevizz universali, fejn xieraq billi jieħdu kont tal-kapaċità u r-rieda ta’ impriżi li jaċċettaw l-obbligi tas-servizz universali kollha jew parti minnhom. Dan ma jipprekludix li l-Istati Membri jistgħu jinkludu, fil-proċess tan-nomina, kondizzjonijiet speċifiċi ġustifikati fuq raġunijiet ta’ effiċjenza, inkluż, inter alia, raggruppament ta’ żoni ġeografiċi jew komponenti jew l-iffissar ta’ perijodi minimi għan-nomina.

(11)

L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu jistgħu jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut għal dawk is-servizzi li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ l-obbligi ta’ servizz universali anke meta Stat Membru ma jkunx għadu awtorizza impriża biex tipprovdi servizz universali. F’każ bħal dan, l-issorveljar għandu jitwettaq b’tali mod li ma jirrappreżentax piż amministrattiv eċċessiv kemm għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew impriżi li jipprovdu dawn is-servizzi.

(12)

L-obbligi li m’għadx hemm bżonnhom imfassla biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju ta’ l-1998 għal dak ta’ l-2002 għandhom jitħassru, flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li huma f’sovrappożizzjoni ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva 2002/1/KE (Direttiva Qafas), jew li jidduplikawhom.

(13)

Ir-rekwiżit għall-forniment ta’ għadd minimu ta’ linji mikrija fuq il-livel ta’ bejgħ bl-imnut, li kien meħtieġ biex ikun żgurat li ma jkunx hemm interruzzjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju ta’ l-1998 fil-qasam tal-linji mikrija, li ma kienx għadu kompetittiv biżżejjed fiż-żmien meta kien daħal fis-seħħ il-qafas ta’ l-2002, mhux aktar meħtieġ u għandu jitħassar.

(14)

Jekk l-għażla jew l-għażla minn qabel ta’ l-operatur ser ikomplu jiġu imposti direttament mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, jista’ jagħti l-każ li jiġi mfixkel il-progress teknoloġiku. Dawn ir-rimedji għandhom minflok jiġu imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’riżultat ta’ analiżi tas-suq skond il-proċeduri fid-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) u permezz tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess).

(15)

Id-dispożizzjonijiet dwar kuntratti għandhom japplikaw mhux biss għall-konsumaturi iżda wkoll għal utenti aħħara oħrajn, primarjament mikro-impriżi u, impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), li jistgħu jippreferu kuntratt adattat għal ħtiġiet tal-konsumatur. Sabiex jiġu evitati piżijiet amminstrattivi mhux meħtieġa fuq fornituri u l-kumplessità relatata mad-definizzjoni ta’ SMEs, id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti m’għandhomx japplikaw awtomatikament għal dawk għajr utenti aħħara iżda biss fejn huma jekk jitolbu. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jippromwovu għarfien fost l-SMEs ta’ din il-possibbiltà.

(16)

Bħala konsegwenza tal-iżviluppi teknoloġiċi, tipi oħra ta’ identifikaturi jistgħu jintużaw fil-futur, b’żieda ma’ forom ordinarji ta’ identifikazzjoni tan-numerazzjoni.

(17)

Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jippermettu sejħiet għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikunu infurmati kif xieraq dwar jekk l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza hux ipprovdut jew le, u dwar kwalunwke limitazzjoni fis-servizz (bħal limitazzjoni fid-dispożizzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata jew it-trasferiment ta’ sejħiet ta’ emerġenza). Tali fornituri għandhom jipprovdu ukoll lill-konsumaturi tagħhom informazzjoni ċara u trasparenti fil-kuntratt inizjali u fl-eventwalità ta’ kwalunkwe bidla fid-dispożizzjoni, pereżempju bħala parti mill-informazzjoni li tidher mal-kont. Din l-informazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe limitazzjonijiet rigward kopertura territorjali, abbażi tal-parametri tekniċi ta’ operat tas-servizz ippjanati u l-infrastruttura disponibbli. Fejn is-servizz mhux ipprovdut fuq netwerk ta’ telefonija switched, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll il-livell ta’ affidabbiltà tal-aċċess u tal-informazzjoni dwar minn mnejn toriġina s-sejħa mqabbla ma’ servizz li huwa pprovdut fuq netwerk ta’ telefonija switched, b’kont meħud tat-teknoloġija attwali u l-istandards ta’ kwalità, kif ukoll kwalunkwe kwalità ta’ parametri ta’ servizz speċifikata taħt id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali).

(18)

Fir-rigward ta’ tagħmir terminali, il-kuntratt tal-konsumatur għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir, bħal permezz ta’ “SIM-locking” ta’ apparati ċellulari, jekk tali restrizzjonijiet m’humiex projbiti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, u kwalunkwe ħlas dovut mat-terminazzjoni tal-kuntratt, kemm qabel jew fid-data tal-iskadenza miftiehma, inkluż kwalunkwe spiża imposta sabiex jinżamm it-tagħmir.

(19)

Mingħajr ma jimponu kwalunkwe obbligu fuq il-fornitur biex jieħu azzjoni dwar u aktar milli meħtieġa taħt il-liġi Komunitarja, il-kuntratt tal-konsumatur għandu jispeċifika wkoll it-tip ta’ azzjoni, jekk hemm, li l-fornitur jista’ jieħu fil-każ ta’ inċidenti ta’ sigurtà jew integrità, theddid jew vulnerabbiltajiet.

(20)

Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess pubbliku fir-rigward tal-użu tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet, u biex tiġi mħeġġa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom ikunu jistgħu jipproduċu u jxerdu, bl-għajnuna ta’ fornituri, informazzjoni ta’ interess pubbliku relatata mal-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet. Din l-informazzjoni tista’ tinkludi informazzjoni ta’ interess pubbliku rigward ksur ta’ dritt tal-awtur, użu illegali ieħor u d-disseminazzjoni ta’ kontenut dannuż, u parir u mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, li jistgħu pereżempju jirriżultaw mill-iżvelar ta’ informazzjoni personali f’ċerti ċirkostanzi, kif ukoll riskji għall-privatezza u għad-data personali. L-informazzjoni tista’ tiġi kkoordinata permezz tal-proċedura ta’ kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). Tali informazzjoni ta’ interess pubbliku għandha tiġi aġġornata kull meta meħtieġ u għandha tiġi ppreżentata f’forom stampati u elettroniċi faċilment komprensibbli, kif determinat minn kull Stat Membru, u fuq kwalunker websajt ta’ awtorita pubblika nazzjonali. Awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jobbligaw lill-fornituri jxerdu din l-informazzjoni standardizzata lill-konsumaturi kollha b’mod li huwa meqjus xieraq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Meta meħtieġ mill-Istati Membri, l-informazzjoni għandha wkoll tiġi inkluża f’kuntratti.

(21)

Id-dritt ta’ l-abbonati biex joħorġu mill-kuntratti tagħhom mingħajr penali jirreferi għal tibdiliet fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li huma imposti mill-fornituri tan-netwerk u/jew is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

(22)

Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-konsumaturi u l-impriżi, l-utenti għandhom ikunu infurmati b’mod sħiħ dwar il-linji politiċi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-fornitur tas-servizz u/jew tan-netwerk li miegħu jikkonkludu l-kuntratt. Meta jkun jeżisti nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva, l-awtoritajiet regolatorji regolatorji nazzjonali għandhom jużaw ir-rimedji disponibbli lilhom taħt id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) biex jiżguraw li l-aċċess ta’ l-utenti għal tipi partikolari ta’ kontenut jew applikazzjonijiet ma jkunx ristretti mingħajr raġuni.

(23)

Fin-nuqqas ta’ regoli rilevanti tal-liġi Komunitarja, il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi huma meqjusa jew legali jew dannużi f’konformità mal-liġi sostantiva u proċedurali nazzjonali. Huwa kompitu tal-Istati Membri, u mhux tal-fornituri tan-netwerks jew servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, biex jiddeċiedu, f’konformità mal-proċess dovut, jekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew servizzi huma jew legali jew danużi. Id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi l-oħra huma bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjeta’ informatika, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (11), li, inter alia, fiha regola ta’ “sempliċi konduttur” għall-fornituri ta’ servizz intermedjarji, kif definit fiha.

(24)

Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni trasparenti, aġġornata u komparabbli dwar offerti u servizzi hija element ewlieni għall-konsumaturi fi swieq kompetittivi fejn diversi fornituri joffru s-servizzi. Utenti aħħara u konsumaturi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikunu jistgħu jqabblu faċilment il-prezzijiet ta’ diversi servizzi offruti fis-suq abbażi ta’ informazzjoni pubblikata f’forma faċilment aċċessibbli. Sabiex il-komsumatur ikun jista’ faċilment iqabbel il-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jeżiġu minn impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi iktar trasparenza dwar informazzjoni (inklużi tariffi, xejriet ta’ konsum, u statistika rilevanti oħra) u li jiżguraw li partijiet terzi jkollhom id-dritt li jużaw tali informazzjoni mingħajr ħlas. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll ikunu jistgħu jagħmlu disponibbli gwidi tal-prezzijiet, b’mod partikolari fejn is-suq ma pprovdihomx mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli. Impriżi ma għandhomx ikunu intitolati għall-ebda remunerazzjoni għall-użu ta’ informazzjoni li diġà kienet ġiet pubblikata u għalhekk tappartjeni għad-dominju pubbliku. Barra minn hekk, utenti aħħara u konsumaturi għandhom ikunu infurmati adegwatament dwar il-prezz u t-tip ta’ servizz offrut qabel ma jixtru servizz, b’mod partikolari jekk numru li fuqu jsiru telefonati bla ħlas ikun soġġett għal ħlasijiet addizzjonali. Awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li tali informazzjoni tiġi provduta b’mod ġenerali, u għal ċerti katergoriji ta’ servizzi determinati minnhom, eżatt qabel ma tiġi konnessa s-sejħa, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Meta jiddeterminaw il-kategoriji ta’ sejħa li jeħtieġu informazzjoni dwar il-prezz qabel il-konnessjoni, awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont dovut tan-natura tas-servizz, il-kondizzjonijiet tal-ipprezzar li japplikaw għaliha u jekk hija offruta minn fornitur li mhuwiex fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), impriżi għandhom ukoll, jekk meħtieġa mill-Istati Membri, jipprovdu lill-abbonati informazzjoni ta’ interess pubbliku prodotta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, inter alia, dwar il-ksur l-aktar komuni u l-konsegwenzi legali tagħhom.

(25)

Il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati bid-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni personali tagħhom fid-direttorji tal-abbonati, u b’mod partikolari bl-iskop jew skopijiet ta’ tali direttorji, kif ukoll bid-dritt taghom, mingħajr ħlas, li ma jkunux inklużi f’direttorju pubbliku ta’ abbonati, kif previst fid-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi). Il-konsumaturi għandhom ukoll jiġu infurmati dwar sistemi li jippermettu li tiġi inkluża informazzjoni fil-bażi tad-data tad-direttorju iżda li ma tiġix żveltat lil utenti ta’ servizzi tad-direttorju.

(26)

Suq kompetittiv għandu jiżgura li l-utenti jirċievu l-kwalità ta’ servizz li jiħtieġu, imma f’każi partikolari jista’ jkun hemm bżonn li jiġi żgurat li n-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet jiksbu l-livelli minimi ta’ kwalità biex ikunu evitati d-degradazzjoni tas-servizz, l-imblukkar ta’ l-aċċess u t-tnaqqis ta’ l-attività fit-traffiku fuq in-netwerks.

(27)

Fin-netwerks IP tal-ġejjieni fejn il-forniment ta’ servizz jista’ jinfired mill-forniment tan-netwerk, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema huma l-passi l-iżjed xierqa li għandhom jittieħdu biex tkun żgurata d-disponibbiltà tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli pprovduti li jużaw netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoniet, u l-aċċessibbiltà bla interruzzjoni għal servizzi ta’ emerġenza f’każ ta’ ħsara katastrofika fin-netwerk jew f’każi ta’ force majeure, b’kont meħud tal-prijoritajiet tat-tipi differenti ta’ abbonati u limitazzjonijiet tekniċi.

(28)

Sabiex jiżguraw li utenti aħħara b’diżabbiltà jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u l-għażla ta’ fornituri ta’ servizz li jgawdu maġġoranza ta’ utenti aħħara oħra, awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq u fid-dawl ta’ kondizzjonijiet nazzjonali, ħtiġiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur li għandhom jintlaqgħu minn impriżi li jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjonijiet disponibbli pubblikament. Tali ħtiġiet jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, li impriżi jiżguraw li utenti aħħara b’diżabbiltà jieħdu vantaġġ mis-servizzi tagħhom fuq l-istess termini u kondizzjonijiet, inklużi prezzijiet u teriffi, bħal dawk offruti lil utenti aħħari tagħhom oħra, u li jitolbu prezzijiet ekwivalenti għas-servizzi tagħhom irrispettivament minn kwalunkwe spejjez addizzjonali imġarrba minnhom. Ħtiġijiet oħra jistgħu jkunu relatati mal-arranġamenti bl-ingrossa bejn impriżi.

(29)

Is-servizzi ta’ assistenza mill-operatur ikopru firxa ta’ diversi servizzi għall-utenti aħħara. Il-forniment ta’ servizzi bħal dawn għandu jitħalla għal negozjati kummerċjali bejn il-fornituri ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet u s-servizzi ta’ assistenza mill-operejter, bħal mhu l-każ għal kull servizz ieħor ta’ sostenn għall-klijenti, u mhemmx għalfejn jitkompla l-forniment mandatarju tagħhom. Għaldaqstant, l-obbligu korrispondenti għandu jitħassar.

(30)

Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju għandhom ikunu, u ta’ sikwit huma, provduti taħt kondizzjonijiet ta’ suq kompetittiv, skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (12). Miżuri li jikkonċernaw l-inklużjoni ta’ data ta’ utent aħħari (tal-impriżi kollha li jassenjaw numri tat-telefon lill-abbonati) f’bażijiet ta’ data għandhom jirrispettaw is-salvagwardji għall-protezzjoni ta’ data personali, inkluż l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi). Il-provvista orjentata lejn l-ispiża tad-data għall-skopijiet ta’ servizzi ta’ direttorju disponibbli pubblikament u ta’ konsultazzjoni tad-direttorju għandha tkun fil-post sabiex jiġi żgurat li utenti aħħara jibbenefikaw bis-sħiħ minn kondizzjonijiet kompetittivi raġonevoli u trasparenti.

(31)

L-utenti aħħara għandhom ikunu jistgħu jsejħu lil u jidħlu fis-servizzi ta’ emerġenza bl-użu ta’ kwalunkwe servizz telefoniku li hu kapaċi joriġina sejħiet vokali permezz ta’ numru jew numri fil-pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali. L-awtoritajiet ta’ emerġenza għandhom ikunu jistgħu jimmaniġġjaw u jwieġbu telefonati fuq in-numru “112” malajr u effiċjenza almenu daqs fil-każ ta’ telefonati fuq numri ta’ emerġenza nazzjonali oħra. Huwa importanti li jiżdied l-għarfien tan-numru “112” sabiex jittejjeb il-livell ta’ ħarsien u sigurtà għaċ-ċittadini waqt l-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, iċ-ċittadini għandhom jintgħamlu konxji, meta jivjaġġjaw fi kwalunkwe Stat Membri b’mod partikolari permezz ta’ informazzjoni pprovduta fil-vendi internazzjonali tal-karozzi tal-linja, fl-istazzjonijiet ferrovjarji, fil-portijiet jew l-ajruporti u fid-direttorji tat-telefown, fil-kjoskijiet tat-telefown u l-materjal mibgħut lill-abbonati inklużi l-kontijiet, li n-numru “112” jista’ jintuża bħala numru ta’ emerġenza uniku kullimkien ġewwa l-Komunità. Din hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, iżda l-Kummissjoni għandha tkompli kemm tappoġġa kif ukoll tissupplimenta inizjattivi tal-Istati Membri biex tkompli żżid kuxejnza tal-“112” u perijodikament biex tevalwa l-kuxjenza tal-pubbliku dwar l-“112”. L-obbligu biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata għandu jissaħħaħ sabiex jitkabbar il-ħarsien taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-impriżi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar il-post mnejn tkun qed issir is-sejħa lil servizzi tal-emerġenza hekk kif is-sejħa tilħaq dak is-servizz indipendentement mit-teknoloġija wżata.

(32)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu lill-utenti aħħara b’servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi maħsub għal sejħiet ta’ oriġini permezz ta’ numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali, jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza bir-reqqa u l-affidabbiltà li hija teknikament fattibbli għas-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Fornituri ta’ servizz indipendenti min-netwerk ma jistgħux ikollhom kontroll fuq in-netwerks u ma jistgħux jiżguraw li s-sejħiet ta’ emerġenza magħmula permezz tas-servizz tagħhom ser ikunu trasferiti bl-istess affidabbiltà bħal fornituri ta’ servizz telefoniku integrat, peress li huma jistgħu ma jkunux kapaċi jiggarantixxu disponibbiltà tas-servizz meta jiġi meqjus li problemi relatati mal-infrastrutura m’humiex taħt il-kontroll tagħhom. Ladarba jiġu stabbiliti standards internazzjonalment rikonoxxuti li ser jiżguraw trasferiment preċiż u affidabbli u konnessjoni għas-servizzi ta’ emerġenza, il-fornituri ta’ servizz indipendenti min-netwerk għandhom ukoll jissodisfaw l-obbligi relatati ma-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza f’livell komparabbli ma’ dak meħtieġ għal impriżi oħra.

(33)

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw li s-servizzi ta’ emerġenza, inkluż in-numru “112”, ikunu aċċessibbli ugwalment għall-utenti aħħara li jkunu b’diżabbiltà, b’mod partikolari għal dawk l-utenti torox, b’impediment fis-smigħ, jew fid-diskors u dawk torox-għomja. Dan jista’ jinvolvi l-forniment ta’ apparat terminali speċjali għal utenti b’impediment fis-smigħ, servizzi ta’ trażmissjoni testwali, jew tagħmir speċifiku ieħor.

(34)

Sejħiet bil-vuċi jibqgħu l-aktar forma b’saħħitha u affidabbli ta’ aċċess għal servizzi ta’ emerġenza. Mezzi oħra ta’ kuntatt, bħal messaġġi biċ-ċellulari, jistgħu jkunu anqas affidabbli u jistgħu jsofru min-nuqqas ta’ immedjatezza. Madankollu, l-Istati Membri, jekk iqisuha xierqa, għandhom ikunu ħielsa li jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ mezzi oħra ta; aċċess għal servizzi ta’ emerġenza li huma kapaċi li jassiguraw aċċess ekwivalenti għal sejħiet vokali.

(35)

F’konformità mad-Deċiżjoni 2007/116/KE tal-15 ta’ Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa tan-numri nazzjonali li jibdew b’’116’ għal numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (13), il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jirriżervaw numri fil-firxa ta’ numri ’116’ għal ċerti servizzi ta’ valur soċjali. Id-dispożizzjonijiet adegwati ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu riflessi fid-Direttivi 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) sabiex jiġu integrati aktar fis-sod fil-qafas regolatorju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u biex jiffaċilitaw l-aċċess minn utenti aħħara b’diżabbiltà.

(36)

Is-suq uniku jimplika li l-utenti aħħara jista’ jkollhom aċċess għan-numri kollha inklużi fil-pjani nazzjonali ta’ numerazzjoni ta’ Stati Membri oħra, u għas-servizzi, li jużaw numri li m’humiex ġeografiċi fl-ambitu tal-Komunità inklużi, fost oħrajn, numri ta’ telefonati bla ħlas u numri b’rati primjum. L-utenti aħħara għandhom ukoll ikunu jistgħu jaċċessaw numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) u numri ta’ Telefonati Bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN). L-aċċess transkonfinali għar-riżorsi ta’ numerazzjoni u għas-servizz assoċjat m’għandux jiġi ostakolat ħlief f’każi ġustifikati b’mod oġġettiv, pereżempju għall-ġlieda kontra l-frodi jew l-abbuż (eż. f’konnessjoni ma’ ċerti servizzi ta’ rati primjum) meta n-numru jkun definit bħala li għandu ambitu nazzjonali biss (pereżempju kodiċi qasir nazzjonali), jew meta teknikament u ekonomikament mhumiex fattibbli. L-utenti għandom jingħataw informazzjoni sħiħa bil-quddiem b’mod ċar dwar kwalunkwe ħlasijiet applikabbli għan-numri ta’ telefonati bla ħlas, bħall-ħlasijiet għal sejħiet internazzjonali aċċessibbli permezz ta’ kodiċi standard ta’ ddajljar internazzjonali.

(37)

Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn fornitur għal ieħor meta jkun fl-interess tagħhom li jagħmlu dan. Hu essenzjali li jiġi żgurat li dan ikunu jistgħu jagħmluh mingħajr ma jiġu mfixkla minn ostakli legali, tekniċi jew prattika, inklużi kundizzjonijiet, proċeduri, ħlasijiet, eċċ. kuntrattwali. Dan ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ perjodi kuntrattwali minimi raġonevoli fil-kuntratti tal-konsumaturi. Il-portabbiltà tan-numri huwa faċilitatur ewlieni ta l-għażliet tal-konsumaturi u l-kompetizzjoni effikaċi fis-swieq kompetittivi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan għandu jkun implimentat bl-inqas dewmien. Fi kwalunkwe każ, it-trasferiment tekniku tan-numru m’għandux jeċċedi ġurnata. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippreskrivu l-proċess globali tal-portabbiltà tan-numri, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u l-fattibbilta’ teknoloġika u, fejn meħtieġ, miżuri adatti sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu protetti matul il-proċess kollu ta’ kommutazzjoni. Din il-protezzjoni tista’ tinkludi l-limitazzjoni tal-abbuż tal-portabbiltà u. jew l-istabbiliment ta’ azzjonijiet korrettivi rapidi.

(38)

Obbligi ta’ trasmissjoni “must-carry” legali jistgħu jiġu applikati għal servizzi speċifiċi ta’ radju u ta’ kanali ta’ trasmissjoni televiżiva u lil servizzi komplimentari forniti minn fornitur ta’ servizz tal-media speċifiku. L-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni ċara għall “obbligi ta’ ridiffużjoni” fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li dawn l-obbligi huma trasparenti, proporzjonati u definiti kif xieraq. F’dan ir-rigward, l-“obbligi ta’ ridiffużjoni” għandhom jitfasslu b’mod li jiġu pprovduti inċentivi suffiċjenti għal investiment effiċjenti fl-infrastruttura. L-“obbligi ta’ ridiffużjoni” għandhom ikunu eżaminati perjodikament sabiex jinżammu aġġornati ma’ l-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq biex jiġi żgurat li jkomplu jkunu proporzjonati għall-għanijiet li jridu jinkisbu. Servizzi ta’ komplimentarjetà jinkludu, iżda m’humiex limitati għal servizzi maħsuba biex tittejjeb l-aċċessibiltà għal utenti b’diżabbiltajiet, bħat-test bil-video, sottotitlar, deskrizzjoni awdjo jew lingwa tas-sinjali.

(39)

Sabiex jintgħelbu n-nuqqasijiet eżistenti f’termini ta’ konsultazzjonijiet mal-konsumaturi u sabiex jiġu indirizzati kif jixraq l-interessi taċ-ċittadini, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżu ta’ konsultazzjoni xieraq. Dan il-mekkanimu jista’ jieħu l-forma ta’ entità li, indipendentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali u mill-fornituri tas-servizzi, twettaq riċerka dwar kwistjonijiet relatati mal-konsumatur, bħall-imġiba tal-konsumaturi u mekkaniżmi għall-bdil minn fornitur għal ieħor, u li topera b’mod trasparenti u tikkontribwixxi għall-mekkaniżmi eżistenti għall-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Barra minn dan, jista’ jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-iskop li jippermetti kooperazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni ta’ kontenut legali. Madankollu, kwalunkwe proċeduri ta’ kooperazzjoni maqbula skond tali mekkaniżmu m’għandhomx jippermettu sorveljanza sistematika ta’ użu tal-internet.

(40)

L-obbligi ta’ Servizz Universali imposti fuq impriża nominata bħala waħda b’obbligi ta’ servizz universali għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

(41)

L-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku safejn hu strettament meħtieġ għad-detezzjoni, is-sejbien u l-eliminazzjoni ta’ difetti u ħsarat għall-finijiet tas-sigurtà għan-netwerk u l-informazzjoni, li jiżgura d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data maħżuna jew mibgħuta, ser jgħin fil-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat u d-distribuzzjoni ta’ kodiċijiet malizzjużi, iċ-ċaħda ta’ attakki ta’ servizz, u d-danni lis-sistemi tal-kompjuter u tal-komunikazzjoni elettronika.

(42)

Il-liberalizzazzjoni ta’ swieq ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u l-iżvilupp teknoloġiku mgħaġġel flimkien taw spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-kompetizzjoni u rriżultaw f’diversità għanja ta’ servizzi għall-utenti aħħara aċċessibbli permezz ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Hu meħtieġ li jiġi żgurat li l-konsumaturi u l-utenti jingħataw l-isess livell ta’ ħarsien tal-privatezza u d-data personali, irrispettivament mit-teknoloġija użata għall-forniment ta’ servizz partikolari.

(43)

F’konformità mal-għanijet tal-qafas regolatorju għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u, mal-prinċipji tal-proporzjonalita’ u s-sussidjarjetà, u għal finijiet taċ-ċertezza u l-effiċjenza legali kemm għan-negozji Ewropej kif ukoll għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, din id-Direttiva tiffoka fuq in-netwerks jew is-servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika, u ma tapplikax għall-gruppi magħluqa ta’ utenti jew għan-netwerks korporattivi.

(44)

Il-progress teknoloġiku jippermetti l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda bbażati fuq tagħmir għall-ġbir tad-data u l-identifikazzjoni, li jista’ jkun tagħmir li ma jkollux kuntatt bil-wajer li juża frekwenzi radju. Pereżempju, it-Tagħmir ta’ Identifikazzjoni permezz ta’ Frekwenza tar-Radju (RFID) juża frekwenzi radju biex jaqbad data minn tabelli esklużivament identifikati, li mbagħad tista’ tiġi ttrasferita fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet eżistenti. L-użu wiesa’ ta’ dawn it-teknoloġiji jista’ jġib miegħu benefiċċji ekonomiċi u soċjali kbar u b’hekk tingħata kontribuzzjoni b’saħħitha għas-suq intern jekk l-użu tagħhom ikun aċċettabbli għaċ-ċittadini. Biex jinkiseb dan, hu meħtieġ li jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali ta’ l-individwi, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-ħarsien tad-data, jkunu mħarsa. Meta dan it-tagħmir jiġi kkunnettjat ma’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, jew meta jagħmel użu minn servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bħala infrastrutura bażika, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi), inklużi dawk dwar id-data tas-sigurtà, it-traffiku u l-lokazzjoni u d-data dwar il-kunfidenzjalità.

(45)

Il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandu jieħu miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura s-sigurtà tas-servizzi tiegħu. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment liberu ta’ tali data (14), tali miżuri għandhom jiżguraw li d-data personali tkun tista’ tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat għal skopijiet legalment awtorizzati u li d-data personali maħżuna jew mibgħuta kif ukoll in-netwerk u s-servizzi jkunu protetti. Barra minn hekk, għandha tiġi stabbilita politika dwar is-sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali sabiex jiġu identifikati dgħufiji fis-sistema, u għandhom jitwettqu regolarment monitoraġġ u azzjoni preventiva, korrettiva u li tnaqqas l-effetti tal-problemi.

(46)

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ fuq il-miżuri meħuda u jiddisseminaw il-prattika korretta fost il-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament.

(47)

Ksur ta’ sigurtà li jwassal għat-telf jew li jikkomprometti d-data personali ta’ abbonat individwali, jekk ma jiġix ittrattat b’mod adegwat u fil-waqt, jista’ jirriżulta f’telf ekomoniku u dannu soċjali sostanzjali, inkluż frodi tal-identità. Għalhekk, hekk kif il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament isir jaf li jkun seħħ tali ksur, huwa għandu jivvaluta r-riskji marbutin ma’ dan, eż. billi jistabblixxi x’tip ta’ data ntlaqtet mill-ksur (inkluż is-sensittività tagħha, il-kuntest u l-miżuri ta’ sigurtà fis-seħħ), il-kawża u l-firxa tal-ksur tas-sigurtà, l-għadd ta’ abbonati milquta, u d-dannu li jistgħu jsofru l-abbonati minħabba l-ksur (eż. serq tal-identità, telf finanzjarju, telf ta’ opportunitajiet ta’ kummerċ jew impjieg, dannu fiżiku). L-abbonati kkonċernati mill-inċidenti dwar is-sigurtà li jistgħu jirriżultaw f’riskju serju għall-privatezza tal-abbonat (eż. serq jew frodi tal-identità, dannu fiżiku, umiljazzjoni sostanzjali jew dannu għar-reputazzjoni), għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien biex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-fornitur biex jittratta l-ksur, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għall-utenti milquta. Ma għandhiex tkun meħtieġa notifika ta’ ksur tas-sigurtà jekk il-fornitur ikun wera lill-awtorità kompetenti li jkun implimenta l-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġiċi adatti, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-data kkonċernata mill-ksur tas-sigurtà. Tali miżuri ta’ protezzjoni teknoloġiċi għandhom irendu d-data indeċifrabbli għal kull persuna li ma tkunx awtorizzata li jkollha aċċess għaliha.

(48)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea billi, inter alia, jikkontribwixxi fl-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ ħarsien tad-data persunali u l-privatezza. Għal dan il-għan, irid ikollhom il-mezzi meħtieġa biex jesegwixxu dmirijiethom, inkluża aċċess data komprensiva u fattibbli dwar inċidenti ta’ sigurtà attwali li jkunu rrendew id-data personali ta’ individwi fi stat kompromettenti.

(49)

Meta jimplimentaw miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi), l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri għandhom mhux biss jinterpretaw il-liġi nazzjonali tagħhom b’mod konsistenti ma’ dik id-Direttiva, iżda għandhom ukoll jiżguraw li ma jistriħux fuq interpretazzjoni tagħha li tkun f’konflitt ma’ drittijiet fundamentali jew prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi Komunitarja, bħall-prinċipju tal-proporzjonalità.

(50)

Għandu jkun hemm provvediment biex il-Kummissjoni tadotta Rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi biex jinkiseb livell adegwat ta’ protezzjoni tal-privatezza u sigurtà tad-data personali mibgħuta jew ipproċessata f’konnessjoni mal-użu ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika.

(51)

Waqt l-iffissar ta’ regoli dettaljati fir-rigward tal-format u l-proċeduri applikabbli fin-notifika ta’ ksur ta’ data personali, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkustanzi tal-ksur, speċjalment dwar jekk id-data personali kenitx imħarsa jew le minn kriptaġġ jew permezz ta’ mezzi oħra, li kienu jillimitaw b’mod effettiv il-probabbiltà li jitwettqu frodi ta’ l-identità jew forom oħra ta’ użu ħażin. Barra dan, dawn ir-regoli u proċeduri għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi ta’ l-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi f’każi fejn skoperturi bikrija jistgħu jfixklu mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ ksur partikolari.

(52)

Is-softwer li bil-moħbi jissorvelja l-azzjonijiet ta’ l-utent u/jew jimmina l-operazzjoni tat-tagħmir terminali ta’ l-utent għall-benefiċċju ta’ parti terza (l-hekk imsejjaħ “spajwer”) joħloq theddida serja għall-privatezza ta’ l-utenti. Jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli u ugwali ta’ ħarsien ta’ l-isfera privata ta’ l-utenti, irrispettivament jekk il-programmi ta’ l-ispijar mhux mixtieqa kinux ġew dawnlowdjati involontarjament permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew kinux fornuti u installati moħbija f’softwer li jkun tqassam fuq midja esterna ta’ ħżin tad-data bħalma huma s-CDs, is-CD-Roms jew l-istikek tal-USB. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-utenti aħħarin biex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jipproteġu t-tagħmir terminali tagħhom kontra viruses u spyware.

(53)

Il-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jridu jagħmlu investimenti sostanzjali biex issir il-ġlieda kontra komunikazzjonijiet kummerċjali mhux mitluba (“spam”). Huma jinsabu wkoll f’pożizzjoni aħjar mill-utenti aħħara biex ikollhom l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa biex jikxfu u jidentifikaw lil min jispammja. Il-fornituri tal-servizzi ta’ korrispondenza elettronika u fornituri oħra ta’ servizzi għandu għalhekk ikunu jistgħu jibdew azzjoni legali kontra min jispammja u għalhekk jiddefendu l-interessi tal-klijenti tagħhom, kif ukoll l-interessi kummerċjali leġittimi tagħhom stess.

(54)

Il-ħtieġa biex ikun żgurat livell xieraq ta’ ħarsien tal-privatezza u d-data personali trażmessa u pproċessata f’konnessjoni ma’ l-użu ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità teżiġi implimentazzjoni effikaċi u setgħat għall-infurzar sabiex ikunu pprovduti inċentivi xierqa għall-konformità. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, fejn meħtieġ, korpi nazzjonali oħra konċernati, għandu jkollhom setgħat u riżorsi suffiċjenti biex jinvestigaw każi ta’ nuqqas ta’ konformità b’mod effettiv, speċjalment is-setgħa biex jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jista’ jkollhom bżonn, biex jiddeċiedu dwar l-ilmenti u biex jimponu sanzjonijiet f’każi ta’ nuqqas ta’ konformità.

(55)

L-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva spiss jeħtieġu kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, pereżempju biex jikkumbattu spam u spyware transkonfinali. Biex f’każijiet bħal dawn tkun żgurata kooperazzjoni mingħajr intoppi u minnufih, il-proċeduri dwar pereżempju l-kwantità u l-format tal-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet jew l-iskadenzi li jridu jiġu osservati għandhom ikunu ddefiniti fir-rakkomandazzjonijiet. Dawn il-proċeduri jippermettu wkoll li l-obbligi li jirriżultaw għall-atturi tas-suq ikunu armonizzati, li jservi ta’ kontribut għall-ħolqien ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti għal kulħadd fil-Komunità.

(56)

Il-kooperazzjoni u l-infurzar transkonfinali għandhom jiġu nfurzati b’mod konformi mal-mekkaniżmi Komunitarji ta’ infurzar transkonfinali eżistenti bħal dak stabbilit fir-Regolament KE 2006/2004 (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur) (15) permezz ta’ emenda għal dak ir-Regolament.

(57)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (16).

(58)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku jew il-bidliet fid-domanda tas-swieq. Billi dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, iridu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(59)

Id-Direttivi 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens.

(60)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (17), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, safejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn id-Direttivi 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)

Id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Fl-ambitu tal-qafas tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas), din id-Direttiva tikkonċerna l-fornimet ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lil utenti aħħara. L-għan huwa li tiġi żgurata d-disponibilità mal-Komunità kollha ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ kwalità tajba permezz ta’ kompetizzjoni effettiva u għażla u biex tittratta maċ-ċirkostanzi li fihom il-ħtiġiet ta’ l-utenti aħħara ma jitħarsux b’mod sodisfaċjenti mis-suq. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tagħmir terminali fil-postijiet fejn joperaw l-konsumaturi. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar ċerti aspetti ta’ tagħmir ta’ terminal maħsub biex jiġi faċilitat aċċess għal utenti b’diżabbiltà.

2.   Din id-Direttiva tistabbilixxi d-drittijiet ta’ l-utenti aħħara u l-obbligi korrispondenti li jaqgħu fuq l-impriżi li jipprovdu n-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli. Fir-rigward ta’ l-assigurazzjoni ta’ forniment ta’ servizz universali fl-ambjent ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, din id-Direttiva tiddefinixxi s-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifikata li għaliha l-utenti kollha għandhom aċċess bi prezz li jista’ jintlaħaq fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, mingħajr distorzjoni tal-kompetizzjoni. Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll obbligi fir-rigward tal-forniment ta’ ċerti servizzi mandatarji.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-utenti aħħara għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari d-Direttivi 93/13/KEE u 97/7/KE, u r-regoli nazzjonali f’konformità mal-liġi Komunitarja.”;

(2)

l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) għandu jiġi mħassar;

(b)

il-punt (c) u (d) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(ċ)

‘servizz telefoniku pubblikament disponibbli’ tfisser servizz disponibbli għall-pubbliku li joriġina u jirċievi, direttament jew indirettament, sejħiet nazzjonali jew nazzjonali u internazzjonali, permezz ta’ numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali;

(d)

‘numru ġeografiku’ tfisser numru mill-pjan ta’ numerazzjoni telefoniku nazzjonali fejn parti mill-istruttura tan-numru tiegħu jkun fiha sinifikat ġeografiku wżat biex jittrasferixxi sejħiet għall-post fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network (NTP);”;

(ċ)

il-punt (e) għandu jiġi mħassar;

(d)

il-punt (f) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

‘numru mhux ġeografiku’ tfisser numru minn pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika li ma jkunx numru ġeografiku. Jinkludi, inter alia, numri mobbli, numri bla ħlas u numri b’rati primjum.”;

(3)

l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Forniment ta’ aċċess f’post fiss u forniment ta’ servizzi telefoniċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha għal konnessjoni f’post fiss ma’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet għandhom jintlaqgħu mill-inqas minn impriża waħda.

2.   Il-konnessjoni provduta għandha tkun kapaċi ssostni l-komunikazzjonijiet tal-faks vokali u d-data, b’rati tad-data li huma biżżejjed biex jippermettu aċċess funzjonali għall-Internet meta jitqiesu t-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza ta’ l-abbonati u l-fattibbiltà teknoloġika.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha għall-forniment ta’ servizz telefoniku disponibbli pubblikament, fuq il-konnessjoni tan-netwerk imsemmija fil-paragrafu 1, li jippermetti li joriġinaw u jirċievu sejħiet nazzjonali u internazzjonali għandhom jiġu sodisfati mill-inqas minn impriża waħda.”;

(4)

l-Artikolu 5(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fid-direttorji li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom jidhru, suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/EC, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (18), l-abbonati kollha tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli.

(5)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Miżuri għal utenti b’diżabbiltà

1.   Sakemm ma jkunux ġew speċifikati rekwiżiti taħt il-Kapitolu IV li jiksbu l-effett ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jiġi żgurat aċċess għal, u affordabbiltà tas-servizzi identifikati fl-Artikoli 4 (3) u 5 għal utenti aħħara b’diżabbiltà komparabbli għal dawk gawduti minn utenti aħħara oħrajn. L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jivvalutaw il-ħtieġa ġenerali u l-ħtiġiet speċifiċi, inkluż sa fejn iwasslu tali miżuri għall-utenti aħħara b’diżabbiltà u l-forma konkreta tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, biex jiżguraw li utenti aħħara b’diżabbiltà jkunu jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-opportunità disponibbli għall-maġġoranza ta’ l-utenti aħħara li jagħżlu bejn impriża u oħra jew fornitur tas-servizzi u ieħor.”;

(6)

fl-Artikolu 8,il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“3.   Meta impriża nominta f’konformità mal-paragrafu 1 jkollha l-intenzjoni li tiddisponi mill-assi kollha tagħha jew parti sostanzjali minnhom tan-netwerk lokali ta’ aċċess disponibbli għal entità legali separata taħt appartenenza differenti, hija għandha tinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali b’mod f’waqtu sabiex dik l-awtorità tkun tista’ tivvaluta l-effett tat-transazzjoni intiża fuq il-forniment ta’ aċċess għal post fiss u ta’ servizzi telefoniċi skond l-Artikolu 4. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, temenda jew tirtira obbligi speċifiċi skond l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).”;

(7)

l-Artikolu 9(1), (2) u (3) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw li l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut tas-servizzi identifikati fl-Artikoli 4 sa 7 jkunu jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali u li jkunu jew provduti minn impriżi nominati, jew disponibbli fis-suq jekk l-ebda impriżi ma jkunu ġew nominati fir-rigward ta’ dawn is-servizzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell nazzjonali tal-prezzijiet u l-introjtu tal-konsumatur.

2.   L-Istati Membri jistgħu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, jeżiġu li l-impriżi nominati jipprovdu lill-konsumaturi għażliet jew pakketti ta’ tariffi lill-konsumaturi li jitbiegħdu minn dawk ipprovduti taħt kundizzjonijiet kummerċjali normali, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li dawk bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jkunux imċaħħda mill-aċċess għan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 4(1), jew milli jużaw is-servizzi identifikati fl-Artikolu 4(3) u l-Artikoli 5, 6 u 7 li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali u pprovduti minn impriżi nominati.

3.   L-Istati Membri jistgħu, barra minn kwalunkwe dispożizzjoni biex l-impriżi notifikati jipprovdu għażliet ta’ tariffi speċjali jew biex jikkonformaw mal-limiti massimi tal-prezzijiet jew medjar ġeografiku jew skemi simili oħrajn, jiżguraw li jiġi provdut sostenn għall-konsumaturi identifikati bħala li għandhom dħul baxx jew bżonnijiet soċjali speċjali.”;

(8)

l-Artikolu 11(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu miri ta’ prestazzjoni għal dawk l-impriżi b’obbligi ta’ servizz universali. Meta jagħmlu hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati, partikolarment kif imsemmi fl-Artikolu 33.”;

(9)

it-titolu tal-Kapitolu III għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(10)

l-Artikolu 16 għandu jiġi mħassar;

(11)

l-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu obbligi regolatorji xierqa fuq dawk l-impriżi li jkunu ġew identifikati bħala li għandhom setgħa qawwija fis-suq fir-rigward ta’ suq partikolari għall-bejgħ bl-imnut skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas) fejn:

(a)

bħala riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettaq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas), awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina li suq partikolari ta’ bejgħ bl-imnut identifikat skond l-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva ma jkunx effettivament kompetittiv; u

(b)

l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi imposti skond l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva ta’ l-Aċċess), ma jkunux ser jirriżultaw fil-kisba ta’ l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).”;

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar;

(12)

l-Artikoli 18 u 19 għandhom jiġu mħassra;

(13)

l-Artikoli 20 sa 23 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Kuntratti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni lil netwerk ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, konsumaturi, u utenti oħra aħħara li hekk jitolbu, għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu tali konnessjoni u/jew servizzi. Tali kuntratt għandu mill-anqas jispeċifika f’forma ċara, komprensiva u ħafifa u aċċessibbli:

(a)

l-identità u l-indirizz tal-fornitur;

(b)

is-servizzi provduti, inkluż b’mod partikolari:

informazzjoni dwar il-linji politiċi ta’ ġestjoni tat-traffiku applikati mill-fornitur,

il-livelli ta’ kwalità minimi tas-servizzi offruti, inkluż iż-żmien meħtieġ għall-konnessjoni inizjali u, jekk ikun il-każ, parametri oħra ta’ kwalità tas-servizz, kif definiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,

it-tipi ta’ servizz ta’ manutenzjoni offruti u s-servizzi ta’ appoġġ għall-klijenti pprovduti, kif ukoll il-metodi ta’ kuntatt ma’ dawn is-servizzi,

kwalunkwe restrizzjonijiet imposti mill-fornitur dwar l-użu ta’ tagħmir terminali pprovdut;

(ċ)

meta jeżisti obbligu taħt l-Artikolu 25, l-għażliet tal-abbonar dwar jekk tiġi inkluża jew le d-data personali tiegħu jew tagħha f’direttorju u d-data konċernata;

(d)

dettalji tal-prezzijiet u t-tariffi, inkluż il-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli, metodi ta’ pagament offruti u kwalunkwe differenzi fl-ispejjeż dovuti minħabba l-metodu tal-pagament;

(e)

it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inkluż:

kondizzjonijiet rigward it-tul tal-kuntratt minimu relatat mal-promozzjonijiet,

kwalunke tariffi relatati mal-portabbiltà ta’ numri u identifikaturi oħra,

kwalunke tariffi dovuti mat-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe rkupru ta’ spiża fir-rigward ta’ tagħmir terminali;

(f)

kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għal rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b’kuntratt ma jintlaħqux;

(g)

il-mezz ta’ kif jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ disputi skond l-Artikolu 34;

(h)

it-tip ta’ azzjoni li tista’ tittieħed mill-impriża b’reazzjoni għal inċidenti ta’ sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-kuntratt jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi provduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal dan l-iskop dwar l-użu ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u data personali, imsemmija fl-Artikolu 21(4a) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu konklużi kuntratti bejn l-abbonati u l-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jippermettu komunikazzjoni verbali, l-abbonati jkunu infurmati b’mod ċar dwar jekk l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, u jekk l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa, humiex ipprovduti jew le. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw li l-klijenti jingħataw informazzjoni ċara qabel il-konklużjoni tal-kuntratt dwar kwalunkwe limitu għall-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza u dwar kwalunkwebidla fl-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jkollhom id-dritt li jirtiraw il-kuntratti tagħhom mingħajr penali ma’ avviż ta’ modifiki għad-detriment tal-abbonat fil-kondizzjonijiet kuntrattwali proposti mill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. L-abbonati għandhom jingħataw avviż adegwat, mhux anqas minn xahar, bil-quddiem ta’ modifikazzjonijiet bħal dawk u għandhom ikunu nfurmati fl-istess waqt bid-dritt tagħhom li jirtiraw, mingħajr penalità mill-kuntratti tagħhom, jekk ma jeċċettawx il-kondizzjonijiet il-ġodda. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jispeċifikaw tali notifiki.

Artikolu 21

Trasparenza u pubblikazzjoni ta’ l-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu n-netwerks u/jew is-servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika biex jippubblikaw informazzjoni komparabbli, adegwata u aġġornata kif stabbilit fl-Anness II, dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward ta’ aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti minnhom lill-utenti aħħara u lill-konsumaturi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw ħtiġiet addizzjonali rigward il-forma li fiha tali informazzjoni għandha tiġi pubblikata biex ikunu żgurati t-trasparenza, il-komparabbiltà, iċ-ċarezza u l-aċċessibbilta għall-benefiċċju tal-konsumaturi.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-forniment ta’ informazzjoni komparabbli biex l-utenti aħħara u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-ispiża fuq pakketti ta’ użu alternattivi, per eżempju permezz ta’ linji gwida interattivi jew tekniki simili. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħmlu tali linji gwida u tekniki disponibbli, b’mod partikolari meta dawn ma jkunux disponibbli fis-suq mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli. Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni pubblikata mill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, għall-finijiet li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli tali linji gwida jew tekniki.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex inter alia:

(a)

jipprovdu informazzjoni applikabbli dwar it-tariffi lil abbonati rigward kwalunkwe numru jew servizz soġġett għal kondizzjonijiet ta’ prezzar partikolari; fir-rigward ta’ kategoriji individwali ta’ servizzi li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu li tali informazzjoni tiġi provduta immedjatament qabel ma tiġi konnessa s-sejħa;

(b)

jinformaw lill-abbonati dwar kwalunkwe bidla fil-politiki tal-ġestjoni tat-traffiku tal-fornitur;

(c)

jinformaw lill-abbonati bid-dritt tagħhom li jiddeterminaw jekk jinkludux jew le data personali tagħhom f’direttorju u t-tipi ta’ data konċernata f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi);u

(d)

jinfurmaw regolarment l-abbonati b’diżabbiltà bid-dettalji tal-prodotti u sevizzi maħsuba għalihom.

Jekk jitqies xieraq, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri self regolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu.

4.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li impriżi msemmijin fil-paragrafu 3 jiddistribwixxu informazzjoni ta’ interess pubbliku bla ħlas lill-abbonati eżistenti u ġodda fejn adatt. F’dak il-każ tali informazzjoni għandha tiġi prodotta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti f’format standardizzat u għandha, inter alia, tkopri s-suġġetti li ġejjin:

(a)

l-użu l-aktar komuni ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, b’mod partikolari fejn huwa jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll,

(b)

il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali fl-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

Artikolu 22

Kwalità ta’ servizz

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jkunu ħadu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, ikunu jistgħu jobbigaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli biex jippubblikaw informazzjoni komparabbli, xierqa u aġġornata għall-utenti finali dwar il-kwalità tas-servizzi tagħhom u dwar miżuri meħudin biex ikun żgurat aċċess komparabbli għall-utenti aħħara b’diżabbiltà. Dik l-informazzjoni għandha wkoll, meta tintalab, tingħata lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tiġi pubblikata.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċikaw, inter alia, il-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jiġu mkejla, u l-kontenut, forma u mod tal-informazzjoni li għandha tiġi publikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta’ ċertifikazzjoni ta’ kwalità, sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħara jkollhom aċċess għal informazzjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli u faċli li tiftiehem. Fejn adatt, il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodu tal-kejl mogħtija fl-Anness III jistgħu jintużaw.

3.   Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni tas-servizz u t-tfixkil jew r-rallentar tat-traffiku fuq in-netwerks, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jistabbilixxu kwalità minima ta’ ħtiġiet tas-servizzi dwar impriża jew impriżi li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi.

Artikolu 23

Disponibbiltà tas-servizzi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà kollha possibbli tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli pprovduti fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi fl-eventwalità ta’ ħsara katastrofika fin-netwerk jew f’każi ta’ force majeure. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta’ emerġenza.”;

(14)

l-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

“Artikolu 23a

Żgurar ta’ aċċess u għażla komparabbli għall-utenti b’diżabbiltà

1.   1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jispeċifikaw, fejn adatt, il-ħtiġiet li għandhom jintlaħqu mill-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli pubblikament biex ikun żgurat li utenti aħħara b’diżabbiltà:

(a)

ikunu jistgħu jkollhom aċċess għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi komparabbli għal dawk li minnhom igawdu l-maġġoranza ta’ utenti aħħara; u

(b)

jibbenefikaw mill-għażla tal-impriżi u s-servizzi disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti aħħara.

2.   Sabiex ikunu jistgħu jadottaw u jimplimentaw arranġamenti speċifiċi għal utenti b’diżabbiltà, l-Istati Membri għandhom iħeġġu d-disponibbiltà ta’ tagħmir terminali li joffri s-servizzi u l-funzjonijiet meħtieġa.”;

(15)

l-Artikolu 25 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju tat-telefown”;

(b)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-abbonati ta’ servizzi pubblikament disponibbli tat-telefon ikollhom id-dritt li jkunu mniżżla fid-direttorju pubblikament disponibbli msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) u li jkollhom l-informazzjoni tagħhom titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi u/jew direttorji ta’ konsultazzjoni tad-direttorju f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;

(ċ)

il-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti aħħara kollha provduti b’servizz telefoniku pubblikament disponibbli jista’ jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu obbligi u kondizzjonijiet fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħara għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Access). Tali obbligi u kondizzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi, proporzjonati, non-diskrimatorji u trasparenti.

4.   L-Istati Membri m’għandhomx iżommu xi restrizzjonijiet regolatorji li jipprevjenu lill-utenti aħħara fi Stat Membru wieħed milli jaċċessaw direttament is-servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju fi Stat Membru ieħor, permezz ta’ sejħiet vokali jew SMS, u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw tali aċċess f’konformità mal-Artikolu 28.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw suġġett għar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi).”;

(16)

l-Artikoli 26 u 27 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Servizzi ta’ emerġenza u n-numru uniku Ewropew għal sejħiet ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti aħħara kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta’ telefowns pubbliċi bi ħlas, ikunu jistgħu jċemplu lis-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ sejħiet ta’ emerġenza, in-numru “112” u numri nazzjonali ta’ sejħiet ta’ emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu lill-utenti aħħara b’servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għal sejħiet ta’ oriġini nazzjonali lil numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali, jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejħiet fuq in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” għandhom jitwieġbu b’mod xieraq u ttrattati bil-mod l-aktar adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn is-sejħiet għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu sejħiet fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-utenti aħħara b’diżabbiltà għal għal servizzi ta’ emerġenza jkun komparabbli għal dak li minnu jwawdu utenti aħħara oħrajn. Miżuri meħuda biex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, għandhom ikunu possibbli bbażati fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), u m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw ħtiġiet addizzjonali biex isegwu l-għanijet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, safejn ikun teknikament fattibbli, l-impriżi konċernati jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa disponibbli mingħajr ħlas lill-awtorità li titratta sejħiet ta’ emerġenza malli s-sejħa tilħaq l-awtorità. Dan japplika għas-sejħiet kollha għan-numru uniku Ewropew ta’ sejħiet ta’ emerġenza “112”. L-istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru sejħiet għal numri nazzjonali ta’ emerġenza. Fejn l-impriżi msemmija fil-paragrafu 2 jixtiequ jgħidu li l-forniment ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa m’hijiex teknikament fattibbli, huma għandhom iġorru l-piż li jipprovaw dan.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza “112”, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri.

Artikolu 27

Prefiss telefoniku Ewropej ta’ aċċess

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prefiss “00” hu l-prefiss standard ta’ aċċess għan-netwerk telefoniku internazzjonali. Jistgħu jintgħamlu jew jitkomplew arranġamenti speċjali biex isiru sejħiet bejn lokalitajiet transkonfinali qrib xulxin bejn Stati Membri. L-utenti aħħara fil-lokalitajiet konċernati għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa dwar arranġamenti bħal dawn.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kollha li jipprovdu servizzi tat-telefon aċċessibbli għall-pubbliku li jippermettu s-sejħiet internazzjonali jittrattaw s-sejħiet kollha għal u mill-Ispazju Ewropew ta’ Numerazzjoni Telefonika (ETNS), bla ħsara għall-ħtieġa li impriża tirkupra l-ispejjeż tagħha.”;

(17)

l-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

“Artikolu 27a

Numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali, inkluż in-numru hotline għat-tfal nieqsa

1.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu n-numri speċifiċi fil-firxa ta’ numri li jibdew b’ ‘116’ identifikati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta’ Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa ta’ numri nazzjonali li jibdew b’’116’ għal numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (19). Huma għandhom iħeġġu l-forniment fit-territorju tagħhom tas-servizzi li għalihom huma rriżervati tali numri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal utenti aħħara b’diżabbiltà għas- servizzi provduti taħt il-firxa ta’ numri ‘116’. Miżuri meħuda biex jiffaċilitaw li l-utenti aħħara b’diżabbiltà jkollhom aċċess għal servizzi waqt li jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra jistgħu jinkludu konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti pubblikati skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu ta’ servizzi previsti taħt il-firxa ta’ numri ‘116’, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi speċifkament immirati għal persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom, barra minn miżuri ta’ applikabbiltà ġenerali lin-numri kollha fil-firxa ta’ numri ‘116’ meħuda f’konformità mal-paragrafu 1,2, u 3, jiffaċilitaw l-aċċess taċ-ċittadini għal servizz li jopera hotline biex jirrapporta każijiet ta’ tfal nieqsa. Il-hotline għandu jkun disoponibbli fuq in-numru 116000.

(18)

l-Artikolu 28 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Aċċess għal numri u servizzi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn teknikament u ekonomikament fattibbli, u bl-eċċezzjoni ta’ meta abbonat imsejjaħ, għal raġunijiet kummerċjali, għażel li jillimita aċċess billi jsejjaħ partijiet li jinsabu f’żoni ġeografiċi speċifiċi, awtoritajiet nazzjonali rilevanti jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-utenti aħħara jkunu jistgħu:

(a)

jkollhom aċċess u jużaw servizzi bl-użu ta’ numri non-ġeografiċi fil-Komunità; u

(b)

jkollhom aċċess għan-numri kollha provduti fil-Komunità, inklużi dawk fil-pjani ta’ numerazzjoni tal-Istati Membri, dawk mill-ETNS u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jeħtieġu lil-impriżi li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament biex jimblukkaw fuq bażi każ b’każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ frodi jew użu ħażin, u li jeħtieġu li f’tali każijiet fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jżommu interkonnessjoni rilevanti jew dħul ieħor minn sevizzi.”;

(19)

l-Artikolu 29 għandu jiġiemendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi kollha li jipprovdu servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli u/jew netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet, biex jagħmlu disponibbli lill-utenti aħħara l-faċilitajiet ulterjuri elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness 1, bla ħsara għall-fattibbiltà u l-vijabbiltà ekonomika.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“3.   Bla ħsara għall-Artikolu 10(2), l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligi stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-Parti A ta’ l-Anness 1 bħala ħtieġa ġenerali fuq l-impriżi kollha li jipprovdu aċċess għal netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni u/jew servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli.”;

(20)

l-Artikolu 30 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Iffaċilitar ta’ bdil minn fornitur għal ieħor

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz skond id-dispożizzjonijiet tal-Parti C ta’ l-Anness 1.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prezz bejn l-operaturi u/jew il-fornituri tas-servizz relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru ikun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ħlasijiet diretti għall-abbonati, jekk ikun hemm, ma’ jkunx ta’ diżinċentiv għall-abbonati għall-bdil minn fornitur għall-ieħor.

3.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m’għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabilità tan-numri b’mod li jgħawġu il-kompetizzjoni, bħal per eżempju billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

4.   Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom jiġu implimentati fl-iqsar żmien possibbli. Fi kwalunkwe każ, iż-żmien meħuda għat-trasferiment tekniku tan-numru m’għandux jeċċedi ġurnata.

Awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-proċess globali tal-portabbiltà tan-numri, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u l-fattibbiltà teknika, inkluż fejn meħtieġ miżuri biex jiżguraw li l-abbonati jkunu protetti matul il-proċess kollu ta’ kommutazzjoni

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti konklużi bejn utenti u impriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ma jagħtux mandat għal perijodu iniżjali ta’ impenn li jeċċedi 24 xahar.

6.   Bla ħsara għal kwalunkwe perijodu kuntrattwali minimu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ma jkunux ta’ diżinċentiv għall-bdil ta’ fornituri ta’ servizzi.”;

(21)

l-Artikolu 31(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi raġonevoli ta’ trażmissjoni (must carry), għat-trażmissjoni ta’ servizzi speċifiċi ta’ radju u kanali ta’ trasmissjoni televiżiva u servizzi komplimentari, b’mod paritkolari servizzi ta’ aċessibbiltà biex jippermettu aċċess xieraq għal utenti b’diżabbiltà, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi wżati għad-distribuzzjoni ta’ servizzi tar-radju jew ta’ kanali ta’ trasmissjoni televiżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta’ utenti aħħara ta’ tali netwerks jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi bir-radju u kanali ta’ trażmissjoni televiżiva. Tali obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali kif definiti b’mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.

L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu eżaminati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn sena wara (20) …, ħlief meta l-Istat Membru jkun implimenta dan l-eżaminar fis-sentejn preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw obbligi ta’ trażmissjoni ‘must carry’ fuq bazi regolari.”;

(22)

l-Artikolu 33 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   -Istati Membri għandhom jiżguraw sa fejn xieraq li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu kont tal-opinjonijiet tal-utenti aħħara, l-konsumaturi (inklużi, b’mod partikolari, utenti aħħara b’diżabbiltà), manifatturi u impriżi li jfornu networks u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika dwar kwistjonijiet li jirrelataw mad-drittijiet kollha tal-utenti aħħara u konsumaturi li jikkonċernaw servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, b’mod partikolari fejn ikun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.

B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni li jiżgura li fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati ma’ drittijet tal-utent aħħara u tal-konsumatur li jikkonċernaw servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, tingħata konsiderazzjoni dovuta lill-interessi tal-konsumatur f’komunikazzjonijiet elettroniċi.”;

(b)

il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“3.   Bla ħsara għar-regoli nazzjonali f’konformità mal-liġi Komunitarja li tippromwovi objettivi kulturali u ta’ politika dwar il-media, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-midja, awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet rilevanti oħra jistgħu jippromwovu kooperazzjoni bejn impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u s-setturi interessati fil-promozzjoni ta’ kontenut legali f’netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Dik il-kooperazzjoni tista’ tinkludi wkoll koordinazzjoni tal-informazzjoni ta’ interess pubbliku li għandha ssir disponibbli taħt l-Artikolu 21(4a) u l-Artikolu 20(1).”;

(23)

l-Artikolu 34(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri barra l-qorti sempliċi, trasparenti u li ma jkunux għaljin ikunu disponibbli għall-ittrattar ta’ disputi bejn il-konsumaturi u l-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jirriżultaw taħt din id-Direttiva, li dwarhom ma tkunx intlaħqet soluzzjoni, li jkun dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali u/jew il-prestazzjoni ta’ kuntratti li jikkonċernaw il-forniment ta’ dawn in-netwerks u servizzi. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li dawn il-proċeduri jippermettu li d-disputi jiġu solvuti b’mod ġust u rapidu u jistgħu, fejn ġustifikat, jadottaw sistema ta’ rimborż u/jew kumpens. L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru disputi li jinvolvu utenti aħħara oħra.”;

(24)

l-Artikolu 35 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Adozzjoni ta’ annessi

Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva u meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi I, II, III, u VI għall-iżviluppi teknoloġiċi u għall-bidliet fid-domanda tas-suq għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorji bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2).”;

(25)

l-Artikolu 36(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-obbligi ta’ servizz universali imposti fuq l-impriżi nnominati bħala li għandhom obbligi ta’ servizz universali. Kwalunkwe tibdil li jeffettwa dawn l-obbligi imposti fuq l-impriżi jew ta’ l-impriżi effettwati taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.”;

(26)

l-Artikolu 37 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 37

Proċeduta tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistia mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit taħt Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(27)

l-Annessi I, II, III u IV għandhom jiġu sostitwiti bit-test li jidher fl-Annessi I, II u III ta’ din id-Direttiva;

(28)

l-Anness VII għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi)

Id-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din id-Direttiva tipprevedi l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ tali data u tat-tagħmir u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.”;

(2)

l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(ċ)

‘data dwar is-sit’ tfisser data pproċessata f’netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika jew minn servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, li tindika il-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali ta’ utent ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;”;

(b)

il-punt (e) għandu jiġi mħassar;

(ċ)

il-punt li ġej għandu jiżdied:

“(h)

‘ksur ta’ data personali’ tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat aċċidentali jew illegali ta’ jew aċċess għal data personali mibgħuta, maħżuna jew ipproċessata b’mod ieħor f’konnessjoni mal-provvediment ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament fil-Komunità.”;

(3)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Servizzi kkonċernati

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli f’netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi fil-Komunità, inklużi n-netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi li jsostnu l-ġbir tad-data u l-apparat ta’ identifikazzjoni.”;

(4)

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Sigurtà ta’ pproċessar”;

(b)

il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“3.   Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali l-fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli konċernat għandu jivvaluta l-ambitu tal-ksur tad-data personali, jevalwa l-gravità tiegħu u jikkunsidra jekk tkunx meħtieġa notifika tal-ksur tad-data personali lill-awtorità nazzjonali kompetenti u l-abbonat konċernat, b’kont meħud tar-regoli rilevanti stabbiliti mill-awtorità nazzjonali kompetenti skond il-paragrafu 3a.

Meta l-ksur tad-data personali jirrappreżenta riskju serju għall-privatezza tal-abbonat, il-fornitur konċernat ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti u l-abbonat ikkonċernat b’tali ksur mingħajr dewmien żejjed.

In-notifika lill-abbonat għandha mill-inqas tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali u l-punti ta’ kuntatt fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni, u għandha tirrakkomanda miżuri biex itaffu l-effetti negattivi possibbli tal-ksur tad-data personali. In-notifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, barra minn dan, tiddeskrivi l-konsegwenzi ta’ u l-miżuri proposti jew meħuda mill-fornitur biex jiġi ttrattat il-ksur tad-data personali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati u, fejn meħtieġ, toħroġ struzzjonijiet dwar iċ-ċirkostanzi meta tkun meħtieġa n-notifika tal-ksur tad-data personali mill-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, il-format applikabbli għal tali notifika kif ukoll il-mod kif tingħata n-notifika.

5.   Sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Artikolu 29 u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tadotta rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw, inter alia, ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għall-ħtiġiet ta’ informazzjoni u notifika msemmija f’dan l-Artikolu.”;

(5)

l-Artikolu 5(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħżin ta’ l-informazzjoni, jew il-ksib ta’ l-aċċess għall-informazzjoni diġà maħżuna, fit-tagħmir terminali ta’ abbonat jew utent huma permessi biss bil-kundizzjoni li l-abbonat jew l-utent ikkonċernati jiġu provduti b’informazzjoni ċara u komprensiva skond id-Direttiva 95/46/KE, dwar inter alia l-għanijiet ta’ l-ipproċessar mill-kontrollur tad-data. Dan ma jimpedixxi l-ebda ħżin jew aċċess tekniku għall-għan esklużiv ta’ implimentazzjoni jew faċilitazzjoni tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni fuq netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew kif strettament meħtieġ biex jiġi provdut servizz ta’ soċjetà ta’ l-informazzjoni espliċitament mitlub mill-abbonat jew l-utent.”;

(6)

l-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Data dwar it-traffiku relatata ma’ abbonati u utenti ipproċessata u maħżuna mill-fornitur ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni jew servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandha titħassar jew tiġu magħmula anonima meta m’għadhiex aktar meħtieġa għall-iskop tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2, 3, 5 u 7 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 15(1).”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew għall-provvista ta’ servizzi bil-valur miżjud, il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jista’ jipproċessa d-data msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn u għaż-żmien meħtieġ għal dawn is-servizzi jew kummerċjalizzazzjoni, jekk l-abbonat jew l-utent li għalih tirrelata d-data jkun ta l-kunsens tiegħu/tagħha minn qabel. L-utenti jew abbonati għandhom jingħataw il-possibilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku f’kull ħin.”;

(ċ)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“7.   Id-data dwar it-traffiku tista’ tiġi proċessata safejn hu strettament meħtieġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, kif definit bl-Artikolu 4(c) tar-Regolament (KE) 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (21).

(7)

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Komunikazzjonijiet mhux mitluba

1.   L-użu ta’ sistemi ta’ sejħiet awtomatizzati, mingħajr l-intervent uman (magni ta’ sejħiet awtomatiċi), magni tal-facsimile (fax) jew posta elettronika (inkluż servizzi ta’ messaġġi qosra (SMS) u servizzi ta’ multi media messaging (MMS)) għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta jista’ jkun permess biss fir-rigward ta’ abbonati jew utenti li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn persuna naturali jew legali tikseb mill-klijenti tagħha id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-posta elettronika, fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ prodott jew servizz, skond id-Direttiva 95/46/KE, l-istess persuna naturali jew legali tista’ tuża dawn id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-prodotti jew servizzi simili tagħha stess, dment li l-klijenti jingħataw b’mod ċar u distint l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b’mod faċli, għal tali użu ta’ dettalji ta’ kuntatt elettroniku fil-ħin tal-ġbir tagħhom u fl-okkażjoni ta’ kull messaġġ fil-każ fejn il-klijent ma jkunx irrifjuta inizjalment tali użu.

3.   L-Istati Membri għandhom miżuri xierqa biex jiżguraw illi, il-komunikazzjonijiet mhux mitluba għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, minbarra f’każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, ma jkunux permessi jew mingħajr il-kunsens tal-abbonati jew l-utenti konċernati jew rigward abbonati jew utenti li ma jixtiqux jirċievu dawn il-komunikazzjonijiet, bl-għażla bejn dawn it-tnejn tiġi determinata mil-leġislazzjoni nazzjonali, b’kont meħud li ż-żewġ għażliet għandhom ikunu mingħajr ħlas għall-abbonat jew l-utent.

4.   F’kull każ, il-prattika li tintbagħat posta elettronika għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta li tiddissimula jew taħbi l-identità tal-mittent li f’ismu tkun saret il-komunikazzjoni, jew bi ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, jew mingħajr indirizz validu li r-riċevent jista’ jibgħatlu talba biex ma jirċevix tali komunikazzjonijiet, għandha tiġi pprojbita.

5.   Il-paragrafi 1 u 3 għandhom jgħoddu għal abbonati li huma persuni naturali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, fil-qafas tal-liġi Komunitarja u l-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, li l-interessi leġittimi ta’ abbonati minbarra persuni naturali rigward komunikazzjonijiet mhux mitluba huma protetti b’mod suffiċjenti.

6.   Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv li għalih tista’ ssir dispożizzjoni, inter alia skond l-Artikolu 15a(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna fiżika jew legali affettwata ħażin minn ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond dan l-Artikolu u li għaldaqstant għandha interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ tali ksur, inkluż fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika li jħares l-interessi kummerċjali leġittimi tiegħu, jista’ jieħu azzjoni legali kontra tali ksur. L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar pieni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li bin-negliġenza tagħhom jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati konformement ma’ dan l-Artikolu.”;

(8)

l-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

“Artikolu 15a

Implimentazzjoni u infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jkunu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi u jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta’ kwalunkwe ksur, anke fejn sussegwentement il-ksur ikun ġie rettiffikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa … (22) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li teffettwahom.

2.   Bla L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali kompetenti u, fejn rilevanti, korpi nazzjonali oħra jkollhom is-setgħa li jordnaw il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, fejn rilevanti, korpi nazzjonali oħra jkollhom is-setgħat u r-riżorsi investigattivi kollha meħtieġa, inkluż is-setgħa li jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilvanti li jistgħu jkunu jeħtieġu biex jissorveljaw u jinfurzaw id-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva.

4.   Sabiex tiżgura kooperazzjoni effikaċi transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u toħloq kundizzjonijiet armonizzati għall-forniment ta’ servizzi li jinvolvu flussi transkonfinali tad-data, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjonijiet, wara li tikkonsulta mal-ENISA, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Artikolu 29 u l-awtoritajiet regolatorji rilevanti.”.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ir-Regolament dwar il-koperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi), għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“17.

Id-Direttiva 2002/58/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi): Artikolu 13 (ĠU L 201, 31.07.2002, p. 37).”.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa … għall-anqas il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Dawn il-miżuri għandhom japplikawhom mill-….

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru tali referenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-L-Istati Membri.

(2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali adottati minnhom fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50.

(2)  ĠU C 257, 9.10.2008, p. 51.

(3)  ĠU C 181, 18.7.2008, p.1.

(4)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ 16 ta’ Frar 2009 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ …

(5)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(8)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(9)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(10)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(11)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(12)  ĠU L 249, 17.9.2002, p. 21.

(13)  ĠU L 49, 17.2.2007, p.30.

(14)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(15)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(16)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(17)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(18)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.”;

(19)  ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.”;

(20)  Id-data msemmija fl-Artikolu 4(1).

(21)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.”;

(22)  Id-data msemmija fl-Artikolu 4(1).


ANNESS I

ANNESS I

DESKRIZZJONI TA’ FAĊILITAJIET U SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 (KONTROLL TA’ L-INFIQ), FL-ARTIKOLU 29 (FAĊILITAJIET ULTERJURI) U FL-ARTIKOLU 30 (FAĊILITAZZJONI TAL-BIDLA FIL-FORNITUR)

Taqsima A

Il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 10

(a)   Kontijiet dettaljati

L-Istati Mambri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, ikunu jistgħu jistabbilixxu l-livell bażiku ta’ kontijiet dettaljati li jridu jinħarġu minn impriżi nnominati (kif stabbilit fl-Artikolu 8) lill-konsumaturi mingħajr ħlas sabiex dawn ikunu jistgħu:

(i)

jivverifikaw u jiċċekkjaw il-ħlasijiet għall-użu ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet f’post fiss u/jew li jkunu relatati ma’ servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli, u

(ii)

jissorveljaw b’mod xieraq l-użu u l-ispejjeż li jagħmlu u b’hekk jeżerċitaw livell raġonevoli ta’ kontroll fuq il-kontijiet tagħhom.

Meta jkun xieraq, jistgħu jiġu offruti lill-abbonati livelli ulterjuri ta' dettall għal ħlas ta’ tariffi raġonevoli jew mingħajr ebda ħlas.

Is-sejħiet li jkunu mingħajr ħlas mill-abbonat li jagħmel is-sejħa, inklużi s-sejħiet lil linji ta’ għajnuna, ma jridux ikunu identifikati fil-kont dettaljat ta' l-abbonat li jagħmel is-sejħa.

(b)   Imblukkar selettiv ta’ sejħiet ’il barra (outgoing calls), jew SMS primjum jew MMS, mingħajr ħlas

Il-faċilità li permezz tagħha l-abbonat jista’, wara li jitlob lil impriża nnominata biex tipprovdi servizzi telefoniċi, jimblokka, mingħajr ma jħallas, sejħiet ’il barra jew SMS primjum jew MMS, ta’ tipi definiti jew lejn tipi definiti ta’ numri.

(c)   Sistemi ta’ ħlas minn qabel

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi nnominati biex jipprovdu mezzi kif il-konsumaturi jħallsu għall-aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u għall-użu ta’ servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli fuq bażi ta’ termini ta’ ħlas minn qabel.

(d)   Pagament bin-nifs tal-ħlasijiet għall-konnessjoni

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi nnominati biex jippermettu li l-konsumaturi jkunu jistgħu jħallsu għall-konnessjoni ma’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet fuq bażi ta’ pagamenti bin-nifs għal tul ta’ żmien.

(e)   Kontijiet li ma jitħallsux

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw miżuri speċifiċi, li għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ppubblikati, biex ikopru l-kontijiet li ma jitħallsux maħruġa minn impriżi nominati f'konformità mal-Artikolu 8. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li jingħata avviż debitu ta' kwalunkwe interuzzjoni konsegwenti tas-servizz jew tingħata skonnessjoni lill-abbonat minn qabel. Ħlief fil-każijiet ta' frodi, ħlas persistenti tard jew nuqqas ta' ħlas, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw, sa fejn hu teknikament fattibbli li kwalunkwe interruzzjoni tas-servizz tiġi konfinata għas-servizz ikkonċernat. L-iskonnessjoni għan-nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet għandha sseħħ biss wara li tingħata t-twissija debita lill-abbonat. L-Istati Membri jistgħu jippermettu żmien limitat ta' servizz qabel l-iskonnessjoni kompleta, li matulu sejħiet biss li ma jinvolvux ħlas mill-abbonat (per eżempju sejħiet ‘112’) jiġu permessi.

Taqsima B

Faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 29

(a)   Iddijaljar bit-ton jew DTMF (operazzjoni b'ton doppju multi-frekwenza)

jiġifieri n-netwerk pubbliku ta' komunikazzjoni u/jew servizzi tat-telefon pubblikament disponibbli li jappoġġaw l-użu ta’ toni DTMF kif definit fl- ETSI ETR 207 għall-issinjalar minn tarf sa tarf man-netwerk kollu kemm fi Stat Membru partikolari kif ukoll bejn Stat Membru u ieħor.

(b)   Identifikazzjoni tal-linja ta’ mnejn dieħla t-telefonata

jiġifieri n-numru tal-parti li tagħmel is-sejħa jiġi ppreżentat lill-persuna msejħa qabel ma s-sejħa tiġi stabbilita.

Din il-faċilità għandha tiġi pprovduta skond il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, b’mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi).

Sal-limitu teknikament possibbli, l-operaturi għandhom ijfornu data u sinjali li jiffaċilitaw l-offerta ta' l-identità tal-linja li tagħmel is-sejħa u ton ta' ddajaljar minn naħa għall-oħra tal- konfini ta' l-Istati Membri.

Taqsima Ċ

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabbiltà tan-numri msemmija fl-Artikolu 30

Ir-rekwiżit li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerifikazzjoni telefonika, li jitolbu dan, jistgħu jżommu n-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz għandu japplika:

(a)

fil-każ ta’ numri ġeografiċi, f’post speċifiku; kif ukoll

(b)

fil-każ ta’ numri mhux ġeografiċi, fi kwalunkwe post.

Din il-Parti ma japplikax għall-portabbiltà ta’ numri bejn netwerks li jipprovdu servizzi f’post iffissat u netwerks spustabbli.

ANNESS II

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKOND L-ARTIKOLU 21 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI)

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-informazzjoni f’dan l-Anness tiġi ppubblikata skond l-Artikolu 21. Hi r-responsabbiltà ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeċiedi liema informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli u liema informazzjoni għandha tkun ippubblikata mill-awtorità regolatorja nazzjonali nnifisha, sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

1.   Isem/ismijiet u indirizz(i) ta’ l-impriża/i

Ismijiet u l-indirizzi ta’ l-uffiċċju prinċipali ta’ l-impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli.

2.   Deskrizzjoni tas-servizzi offruti

2.1.   Ambitu tas-servizzi offruti.

2.2.   Tariffi standard li jindikaw li servizzi provduti u l-kontenut ta' kull element tat-tariffa (pereżempju ħlasijiet għal aċċess, it-tipi kollha ta’ miżati għall-użu, miżati għall-manutenzjoni), kif ukoll inklużi dettalji dwar roħs standard applikat u skemi speċjali u skemi ta’ tariffi mmirati u kwalunkwe ħasijiet addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward ta' tagħmir terminali.

2.3.   Politika ta’ kumpens/refużjoni, inklużi dettalji speċifiċi dwar kwalunkwe skemi ta’ kumpens/refużjoni li jkunu qed jiġu offruti.

2.4.   Tipi ta’ servizz ta’ manutenzjoni li jkun qed jiġi offrut.

2.5.   Kundizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inklużi kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, terminazzjoni ta’ kuntratt u, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

3.   Mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta' disputi inklużi dawk żviluppati mill-impriża.

4.   Informazzjoni dwar drittijiet fir-rigward ta’ servizz universali, inklużi, meta jkun xieraq, il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Anness I.

ANNESS III

PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Tul ta’ żmien għall-forniment u parametri tal-kwalità tas-servizz, tifsiriet u metodi ta’ kejl imsemmija fl-artikoli 11 u 22

Għal impriżi li jipprovdu aċċess għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet

Parametru

(Nota 1)

Definizzjoni

Metodu ta’ kejl

Żmien għall-forniment għall-konnessjoni inizjali

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Rata ta’ ħsara għal kull linja ta’ aċċess

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin tat-tiswija tal-ħsara

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Għal impriżi li jipprovdu servizz telefoniku pubblikament disponibbli

Parametru

Definizzjoni

Metodu ta’ kejl

Ħin biex tiġi stabbilita s-sejħa

(Nota 2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin biex tingħata risposta b’servizzi ta’ konsultazzjojni tad-direttorju

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon tat-telefons pubbliċi li joperaw bi ħlas bil-muniti jew bil-kard li jkunu jaħdmu

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ilmenti dwar żbalji fil-kontijiet

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta’ sejħiet li ma jirnexxux

(Nota 2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Numru tal-verżjoni tal-ETSI EG 2020 57-1 huwa 1.2.1. (Ottubru 2005).

Nota 1

Il-parametri għandhom iħallu lok għall-analiżi tal-prestazzjoni fuq livell reġjonali (jiġifieri mhux inqas mil-livell 2 fin-Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) stabbilita mill-Eurostat.

Nota 2

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux li tinżamm informazzjoni aġġornata dwar il-prestazzjoni għal dawn iż-żewġ parametri, jekk ikun hemm provi disponibbli li juru li l-prestazzjoni f’dawn iż-żewġ oqsma tkun sodisfaċenti.


ANNESS II

“ANNESS VI

INTEROPERABBILTÀ TAT-TAGĦMIR DIĠITALI TAL-KONSUMATUR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 24

1.   L-iscrambling algorithm komuni u reċiviment ħieles fl-arja

It-tagħmir kollu tal-konsumatur maħsub għar-riċeviment ta' sinjali diġitali tat-televiżjoni konvenzjonali (jiġifieri xandir permezz ta' trasmissjoni terrestri, bil-cable jew bis-satellita li huwa intiż primarjament għar-riċeviment fiss, bħall-DVB-T, DVB-C or DVB-S), għall-bejgħ jew kera jew xort’oħra magħmula disponibbli fil-Komunità, kapaċi li jħollu s-sinjali diġitali tat-televiżjon, għandu jkollu l-kapaċità li:

jippermetti li jinħallu dawk is-sinjali skont scrambling alogarith komuni Ewropew kif amministrat mill-organizzazzjoni rikonoxxuta Ewropea tal-istandards, attwalment l-ETSI;

juri sinjali li jkunu ġew trasmessi sakemm, fil-każ li dak it-tagħmir jiġi mikri, il-kerrej ikun f'konformità m+al-ftehim rilevanti tal-kiri.

2.   Interoperabilità għal settijiet tat-televiżjoni analogi u diġitali

Kwalunkwe sett analogu tat-televiżjoni bi skrin integrali bi djagunal viżibbli ta' aktar minn 42 cm li jitqiegħed fis-suq għall-bejgħ jew kera fil-komunità għandu jkun iffittjat b'tal-anqas konnessjoni waħda miftuħa, kif standardised minn organizzazzjoni rikonoxxuta Ewropea tal-istandards, per eżempju kif mogħtija fis-CENELEC EN 50 049-1:1997 standard, li tkun tippermetti konnessjoni sempliċi għall-periferali, speċjalment apparat għad-dikodifikar jew riċevituri diġitali.

Kwalunkwe sett diġitali tat-televiżjoni bi skrijn integrali viżibbli ta' djagunal akbar minn 30 cm li jitqiegħed għall-bejgħ jew kera fil-Komunità għandu jkun iffittjat b'ta' lanqas konnessjoni waħda miftuħa (jew standardised minn, jew li tikkonforma ma' standard adottat minn, minn organizzazzjoni ta' li-standards Ewropej rikonoxxuta, jew li tikkonforma ma' speċifikazzjoni ta' ndustrija kollha) per eżempju konnettur komuni ta' konnessjoni DVB, li jippermetti konnessjoni sempliċi għall-periferali, u li jkun jista' jgħaddi l-elementi kollha ta' sinjal diġitali televiżiv, inkluża nformazzjoni li tirrelata ma' servizzi nterattivi u kondizzjonalment aċċessati.”


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   DAĦLA

F’Novembru 2007, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha (1) għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi. Din il-proposta kienet ippreżentata lill-Kunsill fid-29 ta’ Novembru 2007.

Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-24 ta’ Settembru 2008.

Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu fid-19 ta’ Ġunju 2008 (2).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-opinjoni tiegħu fid-29 ta’ Mejju 2008 (3).

Il-Kummissjoni adottat il-proposta emendata tagħha fis-6 ta’ Novembru 2008.

Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fi 16 ta’ Frar 2009.

II.   OBJETTIV

Id-Direttiva proposta, li tifforma parti minn tliet proposti dwar ir-reviżjoni tal-qafas regolamentarju tal-UE għan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, tipproponi emendi għal tliet testi leġislattivi, jiġifieri d-Direttiva 2002/22/KE magħrufa bħala “d-Direttiva Servizz Universali”, id-Direttiva 2002/58/KE magħrufa bħala “Il-Privatezza jew il-Privatezza Elettronika” u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi.

Fil-proposta tagħha dwar id-Direttiva Servizz Universali, il-Kummissjoni timmira li tindirizza l-erba’ oqsma prinċipali għal bidla li hija kienet identifikat, jiġifieri: it-trasparenza u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni għall-utenti, l-aċċess aħjar għall-utenti b’diżabbiltà, is-servizzi ta’ emerġenza u l-aċċess għall-112, u l-konnettività bażika u l-kwalità ta’ servizzi (newtralità tal-internet).

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-direttiva “privatezza” tkopri partikolarment il-kwistjonijiet li ġejjin: jiġi żgurat li l-konsumaturi jiġu infurmati jekk id-data personali tagħhom tkun ġiet kompromessa bħala riżultat ta’ ksur tas-sigurtà tan-netwerk, tingħata aktar responsabbiltà lill-operaturi u l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (ARN) fir-rigward tas-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u s-servizz kollha ta’ kommunikazzjoni elettronika, jissaħħu s-setgħat ta’ implimentazzjoni u ta’ kontroll tal-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-“ispam”, u tiġi kkjarifikata l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE għat-tagħmir tal-ġbir tad-data u ta’ identifikazzjoni li jużaw netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika.

Ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi għandu jkun modifikat b’tali mod li jsaħħaħ il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli, skont mekkaniżmu Komunitarju eżistenti stabbilit mir-Regolament imsemmi.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

Rimarki ġenerali

Il-Pożizzjoni Komuni tinkorpora integralment, parzjalment jew fil-prinċipju, għadd kbir ta’ emendi mill-ewwel qari tal-Parlament Ewropew (87 minn total ta’ 155). Dawn għandhom itejbu jew jiċċaraw it-test tad-Direttiva proposta. Madankollu, emendi oħrajn m’humiex riflessi fil-Pożizzjoni Komuni minħabba li l-Kunsill ikun qieshom bħala superfluwi jew inaċċettabbli jew, f’ċerti każijiet, għax id-dispożizzjonijiet tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni jkunu tħassru jew ikunu ġew emendati b’mod estensiv. Madankollu, il-Kunsill issottolinja l-ħtieġa li ll-proposti jiġu eżaminati bir-reqqa bil-ħsieb li jinżamm bilanċ adatt ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà, kif ukoll biex jiġu evitati piżijiet bla bżonn għaż-żewġ awtoritajiet regolatorji u l-impriżi kkonċernati, filwaqt li jkunu żgurati l-kompetizzjoni u l-benefiċċji għall-utenti finali.

Il-Kunsill, kif ukoll il-Parlament Ewropew, għażlu approċċ li jissottolinja l-importanza ta’ aċċess aktar faċli għall-utenti b’diżabbiltà. Il-Kunsill jaqbel ukoll mal-fehma tal-Parlament Ewropew rigward artikolu speċifiku dwar in-numri armonizzati għas-servizzi ta’ valur soċjali armonizzati, minkejja li l-livell ta’ dettall magħżul mill-Kunsill ma jsegwix totalment dak tal-Parlament.

Differenza globali meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna l-kwistjoni tal-komitoloġija u r-referenzi għall-awtorità. Differenza globali oħra, din id-darba meta mqabbla mal-proposta tal-Parlament Ewropew, hija r-referenza għall-kontenut. Fiż-żewġ każijiet, l-għadd tagħhom kien imnaqqas għall-minimu.

Barra minn hekk, il-Kunsill żied jew emenda għadd ta’ dispożizzjonijiet biex jiċċara l-objettivi tat-test u l-implimentazzjoni tagħhom.

Osservazzjonijiet speċifiċi

Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tallinja b’mod ġenerali mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew. L-aktar punti importanti fejn il-Kunsill għażel approċċ differenti minn dak tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni huma indikati hawn taħt.

(1)   Kuntratti

Il-Kunsill qabel mal-orjentazzjoni ġenerali tal-proposti tal-Kummissjoni iżda qies, kif għamel ukoll il-Parlament Ewropew, li kien meħtieġ li jissaħħaħ il-livell tad-dettall tal-informazzjoni li għandha tingħata fil-kuntratti, partikolarment fir-rigward tal-indikaturi relatati mal-kwalità tas-servizz, is-servizzi għall-klijenti u l-kondizzjonijiet li jistabbilixxu d-durata minima tal-kuntratti f’każ ta’ promozzjonijiet.

(2)   Kwalità tas-servizzi

Il-kwistjoni prinċipali eżaminata mill-Kunsill kienet dik tal-livell u tan-natura tal-interventi tal-Kummissjoni. L-approċċ adottat huwa dak li l-ARN titħallilhom ir-responsabbiltà jistabbilixxu l-eżiġenzi ta’ kwalità minima tas-servizzi li jikkonċernaw l-impriżi li jfornu lin-netwerk ta’ komunikazzjoni pubblika.

(3)   Notifika ta’ ksur tas-sigurtà

Il-Kunsill eżamina fil-fond il-kwistjoni tan-notifika ta’ ksur tas-sigurtà. Huwa għażel approċċ li jippermetti lill-fornitur ta’ servizz tal-komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku biex jevalwa l-gravità tal-ksur kif ukoll il-ħtieġa li l-ARN u jew l-abbonat ikkonċernat jiġu notifikati, kuntrarjament għall-fehma tal-Parlament Ewropew li ma jixtieqx iħalli din l-evalwazzjoni totalment għad-diskrezzjoni tal-fornitur u jippreferi li tiġi prevista notifika obbligatorja lill-ARN fil-każijiet kollha, kif ukoll il-pubblikazzjoni tal-ksur imwettaq. Biex jiżgura livell ta’ armonizzazzjoni adegwat, il-Kunsill jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-ARN ikunu jistgħu joħorġu tali regoli dettaljati li jikkonċernaw iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għall-eżiġenzi fil-qasam tal-informazzjoni u tan-notifika relatati mal-ksur tal-informazzjoni personali.

Pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-emendi tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill aċċetta integralment, parzjalment jew fil-prinċipju l-emendi 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 15, 16, 19, 20, 24, 32, 36, 37, 38, 44, 45, 46, 47, 48, 49, 51, 53, 55, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 67, 68, 70, 71, 72, 73, 75, 76, 77, 78, 79, 80, 82, 84, 85, 86, 87, 89, 90, 91, 95, 99, 102, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 112, 113, 118, 119, 129, 131, 132, 138, 141, 144, 149, 150, 151, 152, 165, 180, 181, 182, 188, 189, 192, 193 u 194.

Il-Kunsill ma aċċettax l-emendi 1, 10, 11, 12, 14, 17, 18, 21, 22, 23, 25, 26, 27, 28, 29, 31, 35, 39, 40, 41, 42, 43, 50, 52, 54, 56, 57, 58, 59, 69, 83, 88, 92, 93, 96, 97, 98, 100, 101, 114, 115, 116, 117, 120, 122, 124, 125, 127, 128, 133, 135, 136, 137, 139, 140, 142, 143, 145, 146, 147, 157, 163, 166, 174, 183, 184, 185, 186, 187 u 190.

IV.   KONKLUŻJONIJIET

Il-Kunsill iqis li l-pożizzjoni komuni tikkostitwixxi pakkett bilanċjat ta’ miżuri adegwati biex jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-kompetittività, ir-rinforz tas-suq intern u d-difiża tal-interessi taċ-ċittadin.

Il-Pożizzjoni Komuni tippermetti li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-konsumaturi jibqgħu il-punt fokali tal-politika regolamentarja mwettqa f’dan is-settur. Hija tippermetti wkoll li jinżamm bilanċ adatt ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà, kif ukoll li jiġu evitati piżijiet inutli kemm fuq l-awtoritajiet regolatorji kif ukoll fuq l-impriżi kkonċernati, filwaqt li tkun żgurata l-kompetizzjoni u jiġu ggarantiti l-vantaġġi għall-utenti finali.

Il-Kunsill jittama li jkollu diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni rapida tad-Direttiva.


(1)  Dok. - COM(2007) 698 finali.

(2)  ĠU C 257, 9.10.2008, p. 51.

(3)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50.