52008PC0311

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni {SEC(2008) 1900} {SEC(2008) 1901} /* KUMM/2008/0311 finali - COD 2008/0098 */


MT

Brussell, 23.5.2008

COM(2008) 311 finali

2008/0098 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

LI JISTABBILIXXI KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-PRODOTTI GĦALL-KOSTRUZZJONI

(preżentata mill-Kummissjoni)

{SEC(2008) 1900}

{SEC(2008) 1901}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Wara konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati u valutazzjoni ta' l-impatt, il-Kummissjoni fil-programm tagħha ta' Regolamentazzjoni Aħjar/Semplifikazzjoni, tipproponi s-sostituzzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE b'Regolament bil-għan li jkunu definiti aħjar l-objettivi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u biex l-implimentazzjoni tagħha ssir aktar faċli billi jkunu pprovduti xi mekkaniżmi semplifikati indirizzati b'mod speċjali biex itaffu l-piż amministrattiv għall-intrapriżi u, b'mod partikolari, għall-IŻM.

1. Kuntest tal-proposta

1.1. Raġunijiet għal u objettivi tal-proposta

L-objettiv tad-Direttiva dwar il-Prodotti għall-Bini (89/106/KEE) [1], imsemmija minn hawn 'il quddiem bħala d-DPB, huwa li tiżgura ċirkolazzjoni libera u l-użu tal-prodotti għall-kostruzzjoni fis-Suq Intern.

F'Ottubru 2005, il-Kummissjoni nediet programm evoluttiv ta' tliet snin għas-semplifikazzjoni bħala parti mir-Regolamentazzjoni Aħjar: Strateġija ta' Semplifikazzjoni tagħha [2]. L-għan huwa li l-leġiżlazzjoni ssir inqas ta' piż, aktar faċli biex tkun applikata u għalhekk aktar effettiva, waqt li jkunu preservati l-objettivi tal-politika ta' l-UE. Dan jinkludi l-ikkunsidrar ta' jekk l-approċċ magħżul oriġinarjament huwiex l-aktar wieħed effettiv biex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni. Is-simplifikazzjoni tad-DPB hija waħda mill-inizjattivi taħt din l-Istrateġija, bil-għan ikun "li jkun iċċarat u jitnaqqas il-piż amministrattiv tad-DPB, b'mod partikolari għall-IŻM, permezz ta' żieda fil-flessibbiltà fil-formulazzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi, regoli ta' ċertifikazzjoni eħfef, u l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-implimentazzjoni li sa issa fixklu l-ħolqien ta' suq intern sħiħ fil-prodotti għall-kostruzzjoni" [3].

Il-prodotti għall-kostruzzjoni huma prodotti intermedji intenzjonati li jkunu inkorporati fix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni. Il-kunċetti ta' sigurtà jew interess ġenerali għalhekk japplikaw għal prodotti għall-kostruzzjoni biss sakemm huma jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-ħtiġijiet tax-xogħlijiet li fihom huma għandhom ikunu inkorporati.

L-Approċċ il-Ġdid mhuwiex it-teknika leġiżlattiva adatta biex jintlaħaq l-objettiv li jkunu żgurati ċirkolazzjoni libera u l-użu tal-prodotti għall-kostruzzjoni. Madankollu, fir-Regolament propost, il-Qafas Legali l-Ġdid, kif iddefinit mill-pakkett dwar is-suq intern għall-merkanzija [4], huwa segwit f'oqsma bħall-kriterji għal notifika ta' korpi li jwettqu kompiti ta' partijiet terzi fil-proċess ta' ċertifikazzjoni ta' prestazzjoni dikjarata, jew dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ tas-suq.

F'dan il-kuntest, it-tifsira tal-marka CE ddefinita f'din il-proposta hija speċifika għall-prodotti għall-kostruzzjoni: hija turi li l-informazzjoni li takkumpanja lill-prodott inkisbet skond ir-Regolament propost u, għalhekk, għandha tkun ikkunsidrata eżatta u affidabbli.

Speċifiċitajiet oħrajn għall-prodotti għall-kostruzzjoni, li jinneċessitaw devjazzjoni mill-Qafas Legali l-Ġdid, jinkludu s-sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prestazzjoni ddikjarata; il-moduli proposti fil-Qafas Legali l-Ġdid ma setgħux jiġu applikati mingħajr adattament sostanzjali għal dan is-settur. Madankollu, huma proposti xi modifiki żgħar għas-sistemi li huma fis-seħħ bħalissa taħt id-DPB.

Fil-qosor, l-objettiv tar-Regolament mhuwiex li jiddefinixxi s-sigurtà tal-prodotti, iżda li jiżgura li tkun ippreżentata informazzjoni affidabbli f'relazzjoni mal-prestazzjoni tagħhom. Dan jintlaħaq billi jkun previst lingwaġġ tekniku komuni li għandu jintuża mill-manifatturi meta jpoġġu l-prodotti fis-suq u mill-awtoritajiet pubbliċi meta jiddefinixxu l-ħtiġijiet tekniċi ta' xogħlijiet li jinfluwenzaw, direttament jew indirettament, lill-prodotti li għandhom jintużaw f'dawn ix-xogħlijiet. Dan il-lingwaġġ tekniku komuni huwa mniżżel fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati (standards Ewropej armonizzati (hEN) u Dokumenti ta' Valutazzjoni Ewropej (EAD)) żviluppati taħt dan ir-Regolament.

Il-ħtiġijiet tax-xogħol bażiċi (BWR) huma proposti biex jinkludu l-ħtiġijiet regolatorji nazzjonali u Ewropej għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni. Il-lingwaġġ tekniku komuni ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandu jipprovdi l-għodod meħtieġa biex ikunu deskritti u vvalutati l-karatteristiċi meħtieġa tal-prodotti għall-kostruzzjoni; l-użu tiegħu għandu għalhekk jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-kontrolli meħtieġa kollha fuq il-prodotti in kwistjoni, kif ukoll lill-kostrutturi li jutilizzawhom bl-aktar manjiera adatta u effiċjenti. Meta l-prestazzjonijiet tal-prodotti huma stabbiliti mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew iddikjarati mill-manifatturi, dan għandu jsir permezz ta' dan il-lingwaġġ tekniku komuni.

1.2. Konsistenza ma' politiki u objettivi oħrajn ta' l-Unjoni

L-objettiv ġenerali ta' politika u l-objettivi aktar speċifiċi/operattivi segwiti mir-reviżjoni tad-DPB mhux biss huma konsistenti għal kollox ma' diversi linji ta' politika bażiċi Komunitarji, bħall-Istrateġija ta' Liżbona u l-linji ta' politika li jimmiraw lejn regolamentazzjoni aħjar u semplifikata, iżda huma wkoll konsegwenza diretta u meħtieġa tagħhom.

B'mod partikolari, l-istrateġiji relatati ma' żvilupp sostenibbli għandhom ikunu kkunsidrati permezz ta' l-applikazzjoni tal-BWRs, li jkomplu bħala l-bażi għall-ifformular ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti għall-kostruzzjoni.

Il-lingwaġġ tekniku komuni meħtieġ għall-iffunzjonar korrett tas-Suq Intern jista' għalhekk jintuża wkoll bħala għodda b'saħħitha fis-servizz tal-linji ta' politika ambjentali ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam.

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

2.1. Metodi ta' konsultazzjoni u profil ġenerali tar-rispondenti

Twettqet konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet bejn is-17.03.2006 u l-15.06.2006. Kienu riċevuti 319-il risposta, li hija kkunsidrata rata ta' rispons tajba. L-atturi rilevanti kollha kkonċernati mid-DPB li jinkludu l-industrija, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u partijiet inteerssati oħrajn kienu rappreżentati fir-risposti għall-istħarriġ, b'risposti jew individwali jew raggruppati. Ir-rappreżentazzjoni industrijali fir-risposti tista' tkun ikkunsidrata bħala tajba: 94 assoċjazzjoni tas-settur, fil-livell kemm Ewropew kif ukoll Nazzjonali, u 102 manifattur individwali rreaġixxew għall-kwestjonarju.

- Sommarju tar-rapport tar-risposti riċevuti huwa disponibbli fi:

http://ec.europa.eu/enterprise/construction/cpdrevision/consultation_results_en.pdf http://ec.europa.eu/enterprise/construction/cpdrevision/consultation_statistics_en.pdf

- Is-sejbiet prinċipali jinkludu:

· Kważi r-risposti kollha jikkonfermaw il-ħtieġa għal qafas leġiżlattiv armonizzat. Ir-rikonoxximent reċiproku ġeneralment jidher bħala mhux suffiċjenti biex tintlaħaq iċ-ċirkolazzjoni libera;

· Hija kkonfermata wkoll ħtieġa assoluta għal kjarifika rigward l-elementi fundamentali tad-DPB: l-approċċ ġenerali (fuq il-bażi ta' prestazzjoni versus approċċ preskrittiv), it-tifsira u l-istatus (obbligatorju jew le) tal-marka CE, l-aċċettazzjoni tal-marka CE mill-awtoritajiet nazzjonali u l-utenti tal-prodotti għall-kostruzzjoni bħala marka affidabbli, kif ukoll ir-rwol ta' standards u approvazzjonijiet tekniċi Ewropej;

· Id-DPB b'mod ċar tħalli spazju għas-semplifikazzjoni. Is-sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' konformità għandhom ikunu semplifikati u jitnaqqsu fin-numru. Il-mod ta' l-approvazzjoni teknika Ewropea għall-marka CE jidher bħala meħtieġ, iżda l-proċeduri amministrattivi għat-twassil tiegħu għandhom ikunu rrazzjonalizzati u l-linji gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea (ETAG) għandhom jitneħħew. L-għażla ta' "l-ebda prestazzjoni determinata" (NPD) għandha tinżamm, iżda teħtieġ definizzjoni aħjar bħala mezz ta' semplifikar ta' l-applikazzjoni tad-DPB u biex ikunu evitati spejjeż mhux meħtieġa għall-kumpaniji;

· Jeżisti tħassib muri dwar l-effetti speċifiċi potenzjali tad-DPB fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻM). Hija mogħtija enfasi partikolari lill-ħtieġa ta' trattament adatt speċifikament għal prodotti barra mis-serje. Barra minn hekk, l-ebda bidla fid-DPB ma għandha tpoġġi piż mhux dovut fuq l-attività ta'n-negozju ta' l-IŻM;

· Finalment, titqajjem talba unanima għar-rinforzar tal-kredibbiltà tas-sistema kollha, notevolment bit-tisħiħ tal-kriterji għal ħatra u notifika ta' korpi u b'koordinazzjoni aħjar tal-monitoraġġ tas-suq.

2.2. Valutazzjoni ta' l-impatt ta' l-alternattivi ta' politika

Bħala parti mill-politika dwar regolamentazzjoni aħjar il-Kummissjoni implimentat valutazzjoni ta' l-impatt ta' l-alternattivi ta' politika. Kienu kkunsidrati tliet għażliet: Għażla 1 - L-ebda azzjoni mill-UE: l-ebda bdil; Għażla 2 - L-ebda leġiżlazzjoni; Għażla 3 - Reviżjoni tad-DPB.

Għażla 1 - L-ebda azzjoni mill-UE: l-ebda bidla

L-għażla bażilari hija li d-DPB tkompli tkun fis-seħħ kif teżisti bħalissa. Il-ħtiġijiet tagħha ma jkunux iċċarati jew semplifikati bi kwalunkwe manjiera oħra barra l-bidliet relatati ma' l-evoluzzjoni naturali tal-leġiżlazzjoni fil-forma preżenti tagħha u mal-leġiżlazzjoni applikabbli għal dan il-qasam lil hinn mid-DPB.

Madankollu, xi wħud mid-diverġenzi eżistenti fil-ħtiġijiet nazzjonali u fir-reġimi għall-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni jistgħu jitnaqqsu permezz ta' mezzi diġà mibdija ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali.

Madankollu, l-analiżi fil-fond ta' din l-għażla turi li bosta mill-problemi preżenti, bħat-tifsira mhux ċara tal-marka CE, l-approċċi differenti tal-marka CE (mandatorju, mhux mandatorju), il-komplessità tas-sistema, l-aċċettazzjoni insuffiċjenti tal-marki CE u l-proliferazzjoni tal-marki nazzjonali, se jkomplu jeżistu. Dan huwa kkonfermat mill-aktar data reċenti dwar l-ilmenti u l-ksur f'oqsma diġà koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Għalhekk, id-DPB se tkompli ma tilħaqx l-objettivi tagħha ta' ċirkolazzjoni libera u l-użu tal-prodotti għall-kostruzzjoni fis-Suq Intern.

Għażla 2 - L-ebda leġiżlazzjoni

Din l-għażla tkun timplika revoka tad-DPB mingħajr kwalunkwe sostitut, u ritorn għal rikonoxximent reċiproku b'kont meħud tal-Qafas Legali l-Ġdid.

Fil-prattika s-Suq Intern se jkun ibbażat esklużivament fuq il-prinċipju li prodott kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru wieħed jista' jkun ikkummerċjalizzat fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, anke jekk il-prodott ma jikkonformax għal kollox mar-regoli tekniċi ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni, sakemm Stat Membru ma għandux raġunijiet suffiċjentement iġġustifikati biex jipprojbixxi l-prodott fis-suq fit-territorju tiegħu.

COM(1999) 299 finali dwar it-titjib ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fis-Suq Uniku identifikat il-kostruzzjoni fl-ewwel ħames setturi għal ksur tar-rikonoxximent reċiproku, bejn l-1996 u l-1998, skond l-Artikolu 28 (preċedentement l-Artikolu 30) tat-Trattat. Sal-COM(2002) 419 finali, in-numru ta' ksur fis-settur tal-kostruzzjoni kien żdied marġinalment tul il-perjodu 1998-2001 biex jikklassifika ma' l-ewwel erba' mis-setturi industrijali. L-aktar data reċenti disponibbli tikkonferma dawn it-tendenzi u turi li r-rikonoxximent reċiproku mhuwiex suffiċjenti biex jiżgura funzjonament effiċjenti tas-suq intern għall-prodotti għall-kostruzzjoni.

F'Mejju 2006, il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati wriet li l-manifatturi kważi unanimament jikkunsidraw li r-rikonoxximent reċiproku ma jkunx kapaċi jilħaq iċ-ċirkolazzjoni libera u l-użu tal-prodotti għall-kostruzzjoni fis-suq intern.

L-istudju estern [5], ikkuntrattat għall-preparazzjoni tal-Valutazzjoni ta' l-Impatt dwar ir-reviżjoni tad-DPB, analizza jekk l-għażla ta' 'l-ebda leġiżlazzjoni' tindirizzax jew le l-problemi identifikati f'relazzjoni mad-DPB. Meta tkun ikkunsidrata d-diskussjoni ta' hawn fuq, ma tkunx sorpriża li l-konklużjoni kienet dik li din l-għażla ma tilħaqx l-objettiv taċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti għall-kostruzzjoni fis-Suq Intern.

Għażla 3 - Reviżjoni tad-DPB: l-għażla preferita

L-għażla 3, biex tkun riveduta l-leġiżlazzjoni Komunitarja, hija l-għażla preferita. Hija tikkonsisti minn pakkett li jirrifletti l-ħtieġa eżistenti u tmur l-aħjar fil-Valutazzjoni ta' Impatt. Hija l-unika waħda li tikkorrispondi bis-sħiħ ma' l-aspetti u l-problemi li jeħtieġu azzjoni kif ukoll mas-sejbiet tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati mwettqa f'dan ir-rigward. Hija tindirizza l-promoturi prinċipali identifikati tal-problema bl-aħjar mod u tippermetti l-aħjar titjib possibbli rigward dawk li huma affettwati. Hija tissalvagwardja l-acquis ġenerali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skond id-DPB preżenti. Finalment hija tirrispetta b'mod strett is-sussidjarjetà bbilanċjata milħuqa fil-qasam tal-kostruzzjoni, jiġifieri l-Istati Membri huma responsabbli għar-regoli tad-disinn u l-bini tax-xogħlijiet, waqt li l-leġiżlazzjoni ta' l-UE tiżgura s-Suq Intern għall-prodotti użati f'xogħlijiet bħal dawn.

3. Indirizzar tal-problemi identifikati

3.1. Ħtiġijiet ta' kjarifika

Ir-Regolament propost jinkludi definizzjoni preċiża tas-suġġett tiegħu kif ukoll definizzjonijiet ta' l-aktar kunċetti pertinenti fil-qasam tas-Suq Intern għall-prodotti għall-kostruzzjoni. Aktar importanti minn hekk, it-tifsira speċifika tal-marka CE għall-prodotti għall-kostruzzjoni hija determinata b'mod ċar: din tgħin biex tkun evitata l-konfużjoni ma' atti leġiżlattivi oħra li jipprevedu t-twaħħil tagħha.

Il-marka CE għal prodotti għall-kostruzzjoni tirrikjedi d-dikjarazzjoni ta' informazzjoni rilevanti f'relazzjoni mal-prestazzjoni tal-prodott, li takkumpanja t-tpoġġija fis-suq ta' dak il-prodott; barra minn hekk, din l-informazzjoni trid tkun ġiet akkwistata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Sabiex jittaffa l-piż minn fuq l-IŻM, huma previsti dispożizzjonijiet speċifiċi għal mikro-intrapriżi u għal prodotti individwali.

Barra minn hekk, ir-rwol speċifiku u t-tifsira ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, jiġifieri l-istandards armonizzati u Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni, huma wkoll kjarifikati: huma għandhom ikunu bbażati fuq il-kunċett ta' prestazzjoni. Bħala konsegwenza ta' dan, ir-rwol ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati huwa li jipprovdu metodi ta' test jew kalkolu li għandhom ikunu l-aktar adatti għall-ivvalutar u l-ivverifikar tal-kostanza tal-prestazzjonijiet tal-prodotti rispettivi.

Finalment, il-marka CE se tkun mandatorja għall-iddikjarar tal-prestazzjonijiet tal-prodotti koperti mill-istandards armonizzati. Il-proposta xorta tippreserva l-karattru volontarju ta' l-istandards armonizzati billi toffri lill-manifatturi t-triq alternattiva tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea (ETA) biex tkun akkwistata l-marka CE.

3.2. Rinforzar tal-kredibbiltà tas-sistema

Il-proposta, b'segwitu tal-Qafas Legali l-Ġdid, tintroduċi kriterji ġodda u aktar stretti għall-innotifikar ta' korpi li jwettqu kompiti ta' parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-kostanza tal-prestazzjoni. Fuq l-istess linji, il-proposta tiddefinixxi kriterji strinġenti wkoll għall-ħatra tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika (TAB). Bħala riżultat, tista' tkun mistennija aċċettazzjoni akbar tal-marka CE mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u mill-klijenti (disinjaturi, kuntratturi u sidien), bħala l-unika marka li hija prova ta' konformità tal-prodotti għall-kostruzzjoni bi prestazzjonijiet iddikjarati.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' salvagwardja tal-Qafas Legali l-Ġdid huma inklużi f'din il-proposta: dan se jsaħħaħ ukoll il-kredibbiltà tas-sistema sħiħa.

3.3. Ħtiġijiet ta' semplifikazzjoni

Is-semplifikazzjoni hija l-objettiv prinċipali ta' din il-proposta. Simultanjament ma' l-esperjenza miksuba permezz ta' l-applikazzjoni tad-DPB, u barra s-semplifikazzjonijiet li jirriżultaw mill-kjarifika, il-proposta tinkludi wkoll numru importanti ta' miżuri mmirati biex jissemplifikaw it-triq lejn il-marka CE, biex b'hekk tnaqqas il-piż amministrattiv ta' l-impriżi u b'mod partikolari tal-mikro-impriżi. Xi wħud minn dawn il-miżuri japplikaw direttament bħal dawk relatati mal-mikro-impriżi, li se jingħataw aċċess semplifikat għall-marka CE, fejn il-prodotti li jikkumerċjalizzaw ma jimplikawx tħassib sinifikanti dwar is-sigurtà. Huma previsti wkoll miżuri semplifikati speċifiċi biex ikunu ttrattati prodotti individwali u non-serjali.

Il-proċeduri biex tinkiseb Valutazzjoni Teknika Ewropea (ETA) għandhom ukoll jiġu semplifikati u ċċarati. Barra dan, il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-Korpi għal Valutazzjoni Teknika huma inkoraġġuti biex jissostitwixxu l-ittestjar fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati b'metodi inqas onerużi, bħal metodi deskrittivi, u biex fl-istandards armonizzati jintroduċu klassijiet, sakemm huwa possibbli, sabiex ikun iffaċilitat l-użu tal-kunċetti "mingħajr ittestjar" jew "mingħajr aktar ittestjar".

Finalment, l-introduzzjoni tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika (STD) se tiffaċilita l-kondiviżjoni tar-riżultati tat-testijiet imwettqin minn parti terza, kif ukoll l-ikkaskar ta' l-ittestjar, jiġifieri t-trasferiment tar-riżultati ta' l-ittestjar minn stadji minn fuq għal isfel tal-produzzjoni jew minn fornitur ta' sistema jew disinjatur ta' mudelli għall-montatur ta' dawn is-sistemi jew mudelli.

Dawn il-miżuri huma mistennija li jnaqqsu sinifikattivament l-ispiża amministrattiva għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni fis-suq Ewropew mingħajr ma jnaqqsu l-livelli ta' sigurtà għax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni. L-aktar miżuri ta' semplifikazzjoni sinifikanti previsti fil-proposta jistgħu jiġu raggruppati kif ġej:

3.3.1. Miżuri ta' applikazzjoni ġenerali

Sistemi ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni

– Bidla minn 6 għal 5 sistemi bl-eliminazzjoni ta' dik li qabel kienet is-sistema 2;

– Semplifikazzjoni tas-sistema preċedenti 1+ bit-tneħħija ta' l-ittestjar ta' verifika fis-sit tal-kostruzzjoni u fis-suq. Din is-sistema, li hija l-aktar esiġenti skond id-DPB, titlob, barra t-testijiet imwettqa fl-impjant għall-produzzjoni qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott, sett ta' testijiet li jistgħu jitwettqu fuq il-prodott li jew diġà huwa kkummerċjalizzat jew fis-sit tal-kostruzzjoni. Il-ħtieġa għal testijiet bħal dawn tneħħiet.

– Introduzzjoni ta' "testijiet ta' xhieda", jiġifieri l-possibbiltà li jitwettqu testijiet fl-impjant għall-produzzjoni tal-manifattur, sabiex ikun evitat li jiċċaqilqu kampjuni tal-prodotti għal-laboratorju tal-korp notifikat.

Metodi intenzjonati biex inaqqsu l-ispiża ta' l-ittestjar

– Introduzzjoni ta' soft system fejn id-dikjarazzjoni tal-prestazzjonijiet mill-manifattur hija sempliċiment appoġġata minn Dokumentazzjoni Teknika Speċifika (STD), li l-manifattur iżomm fil-fabbrika tiegħu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet għall-monitoraġġ tas-suq.

Permezz tad-DPB, inħolqu l-għodod li ġejjin:

– Mingħajr ittestjar: taħt ċerti kundizzjonijiet, li għandhom ikunu ddefiniti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew b'deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-prodott għandu jkun ikkunsidrat mingħajr ittestjar, bħala li huwa adatt għal użu speċifiku jew li jista' jilħaq livell jew klassi speċifika ta' prestazzjoni;

– Mingħajr aktar ittestjar: bl-istess mod, fuq il-bażi ta' numru ta' testijiet imwettqin minn parti terza, u taħt ċerti kundizzjonijiet, li għandhom ikunu ddefiniti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew b'deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-prodott għandu jkun ikkunsidrat mingħajr aktar ittestjar, bħala li huwa adatt għal użu speċifiku jew li jista' jilħaq livell jew klassi speċifika ta' prestazzjoni;

– Kondiviżjoni ta' ttestjar tat-tip: Il-manifattur ikun jista' juża r-riżultati ta' testijiet imwettqin minn parti terza sakemm il-prodott tiegħu jikkondividi l-fatturi li jiddeterminaw dan it-tip ta' prodott, jiġifieri huma jużaw l-istess materjali bażiċi u huma manifatturati bl-użu ta' sistemi għall-produzzjoni simili;

– Ikkaskar ta' ttestjar tat-tip: Il-manifatturi li jassemblaw kitts jew sistemi jistgħu jużaw ir-riżultati tat-testijiet imwettqin mill-fornituri ta' dawn il-kitts jew sistemi, skond l-awtorizzazzjoni u l-istruzzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, it-testijiet imwettqin fl-istadji ta' fuq tal-proċess tal-produzzjoni ma għandhomx ikunu ripetuti fl-istadji ta' isfel, dment li l-karatteristiċi tal-prestazzjoni mhumiex immodifikati. Dawn il-miżuri se jkollhom effetti importanti fit-tnaqqis ta' l-ispiża ta' prodotti kkummerċjalizzati mingħajr it-tnaqqis tas-sigurtà tax-xogħlijiet li qed jinbnew. Dawn se jkunu partikolarment ta' benefiċċju għall-IŻM.

Barra dawn il-miżuri konkreti ta' hawn fuq, il-kittieba ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma formalment mitlubin biex jużaw, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom, metodi ta' evalwazzjoni li huma inqas onerużi mill-ittestjar, fejn huwa possibbli.

3.3.2. Miżuri ta' applikazzjoni speċifika

Trattament ta' prodotti manifatturati individwalment

It-trattament ta' prodotti manifatturati individwalment huwa wkoll simplifikat bl-użu ta' l-STD l-ġdida. Mill-ġdid, din il-miżura ta' semplifikazzjoni tapplika għall-kumpaniji kollha li jimmanifatturaw prodotti bħal dawn, iżda għandha rilevanza speċifika għall-IŻM u, b'mod partikolari, għall-artiġġjani u l-mikro-intrapriżi.

Trattament ta' mikro-intrapriżi

Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi trattament speċifiku għall-mikro-intrapriżi, li huma mogħtijin il-possibbiltà li jissostitwixxu s-sistema applikabbli għal valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni b'STD, mingħajr l-intervent ta' parti terza, ħlief għal prodotti li għandhom rwol importanti ħafna biex jiżguraw is-sigurtà tax-xogħlijiet.

3.3.3. Sistema tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea (ETA)

Skond il-DPB, is-sistema ta' l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej hija l-mod ta' marka CE riżervat għal prodotti mhux koperti minn kwalunkwe standard armonizzat. Din is-sistema kienet ħafna drabi kkritikata l-aktar minħabba l-komplessità tagħha, l-ispiża u n-nuqqas ta' trasparenza.

L-ewwelnett, għandu jkun ikkunsidrat li, fl-assenza ta' standard armonizzat, il-ħidma tal-ħruġ ta' approvazzjoni teknika Ewropea tikkonsisti bażikament fil-ħolqien ta' speċifikazzjoni teknika ġdida, jiġifieri l-iddeterminar tat-testijiet jew metodi oħrajn ta' valutazzjoni li għandhom ikunu applikati għal prodott għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu. Din hija, fil-fatt, ħidma kumplessa u diffiċli, meħtieġa sabiex tippermetti li prodott ikun ikkummerċjalizzat bil-marka CE. Din il-prattika eżistiet fl-Istati Membri għal bosta snin, li jispjega l-eżistenza ta' korpi nazzjonali solidi f'dan il-qasam.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati indikaw li dan il-mod xorta għadu meħtieġ u validu iżda li huwa meħtieġ titjib. L-objettiv tar-reviżjoni huwa għalhekk li kemm jista' jkun tkun issemplifikata s-sistema, bl-issemplifikar tal-proċeduri, li jagħmel lis-sistema aktar trasparenti u billi jingħata rwol akbar lill-manifattur fit-teħid ta' deċiżjoni dwar il-kontenut tal-valutazzjoni.

Il-bidliet prinċipali proposti mis-sistema jistgħu jitqassru kif ġej:

1. Il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej (ETA) għandhom ikomplu bħala metodu volontarju kif tingħata l-marka CE, bħala għażla għall-użu ta' standards armonizzati. ETA tista' titwettaq anke meta jeżistu standards armonizzati għall-istess prodott, biex b'hekk jingħataw aktar flessibbiltà u għażla lill-manifattur.

2. Bħalissa, id-DPB ma tinkludix kriterji relatati mal-kompetenza settorjali tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika. Għall-kuntrarju, il-proposta espliċitament tistabbixxi kriterji stretti għalihom, inklużi dawk relatati mal-kompetenza settorjali, iżda wkoll għal kompetenzi tekniċi f'wieħed jew aktar mill-11-il qasam definit.

3. Is-sistema preżenti tirrikonoxxi żewġ metodi għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, il-Linji Gwidi (ETAGs) u l-Proċedura ta' Valutazzjoni ta' Intendiment Komuni (CUAP). Dawn it-tnejn għandhom jiġu sostitwiti minn metodu uniku semplifikat, id-Dokument ta' Valutazzjoni Ewropew (EAD).

4. Il-manifattur jingħata rwol kruċjali fl-iżvilupp ta' l-EAD, għaliex huwa hu li jiddeċiedi liema karatteristiċi għandhom ikunu ttrattati; huwa jintervjeni fil-proċedura u jiffirma l-kuntratt definittiv biss meta jkun jaf il-programm ta' ħidma eżatt, il-programmazzjoni u l-ispiża tal-proċedura.

5. F'termini ta' programmazzjoni, il-proċedura proposta tipprevedi, bħala objettivi, 4 xhur u nofs għall-elaborazzjoni ta' l-EAD, meta mqabbla ma' medji stmati (mhux previsti fid-DPB) ta' 14-il xahar u nofs għall-CUAP u ta' aktar minn 24 xahar għall-preparazzjoni ta' l-ETAG.

4. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

4.1. Sommarju ta' l-azzjoni proposta

Ir-Regolament propost jipprevedi r-revoka tad-DPB. Ġeneralment, meta att huwa revokat japplika l-prinċipju ta' "forom paralleli", jiġifieri, ir-revoka ta' Direttiva tkun effettwata b'Direttiva ta' sostituzzjoni. Madankollu, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ, jiġifieri:

· konsiderazzjonijiet marbutin ma' l-effikaċja tar-Regolament safejn huwa kkonċernat l-ilħuq ta' l-objettivi tas-Suq Intern;

· esperjenza mad-DPB preżenti, li turi differenzi importanti fil-kontenut u l-programmazzjoni tat-traspożizzjonijiet mill-Istati Membri, li kellhom implikazzjonijiet negattivi fuq il-funzjonament tas-Suq Intern għal prodotti għall-kostruzzjoni;

· diffikultajiet prattiċi kkawżati mit-traspożizzjonijiet differenti, eżemplifikati sewwa mis-sitwazzjoni preżenti rigward l-istatus tal-marka CE. Id-DPB kienet trasposta b'mod li l-marka CE hija kkunsidrata volontarja f'4 Stati Membri u mandatorja fil-bqija. L-industrija hija insodisfatta ħafna b'din is-sitwazzjoni; din id-dilemma s'issa għadha ma ġietx solvuta.

Għal dawn ir-raġunijiet, huwa kkunsidrat li l-aktar mezz effettiv biex tiġi sostitwita d-DPB huwa permezz ta' strument applikabbli direttament. Għalhekk ingħażel li jkun propost Regolament bħala l-aktar att adatt, għaliex huwa applikabbli direttament. Il-problema ta' interpretazzjoni u implimentazzjoni diverġenti mill-Istati Membri hija għalhekk mistennija li tkun evitata.

4.2. Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat.

4.3. Sussidjarjetà

Il-proposta hija bbażata fuq prinċipju ċar ta' distribuzzjoni ta' kompetenzi u responsabbiltajiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tal-proċess tal-kostruzzjoni.

L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li x-xogħlijiet tal-bini u ta' l-inġinerija ċivili fit-territorju tagħhom huma mfasslin u mibnija b'mod li ma jipperikolawx is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà waqt li jirrispettaw ħtiġijiet bażiċi oħrajn fl-interess tal-benesseri ġenerali.

Min-naħa l-oħra, l-objettiv ta' dan l-att ta' leġiżlazzjoni Komunitarja huwa li jipprovdi qafas biex jintlaħaq is-Suq Intern għall-prodotti tal-kostruzzjoni, li t-Trattat jagħti r-responsabbiltà għalih lill-Unjoni.

It-tneħħija ta' l-ostakoli tekniċi fil-qasam tal-kostruzzjoni, safejn ma jistgħux jitneħħew b'rikonoxximent reċiproku ta' ekwivalenza fost l-Istati Membri kollha, tista' tintlaħaq biss bl-istabbiliment ta' lingwaġġ tekniku komuni li bih il-manifatturi se jesprimu l-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni li jikkumerċjalizzaw. Il-leġiżlazzjoni proposta timmira l-aktar li tipprovdi l-ħtiġijiet neċessarji għall-istabbiliment ta' dan il-lingwaġġ tekniku armonizzat.

4.4. Prinċipju ta' proporzjonalità

Il-proposta hija fil-biċċa l-kbira mibnija fuq prattiki, proċeduri u infrastrutturi eżistenti li hija tikkonsolida, tiċċara u tissemplifika, aktar milli toħloq miżuri u infrastrutturi ġodda.

Rigward ir-rinforzar tal-kriterji għan-notifikazzjoni ta' korpi li jwettqu ħidmiet ta' partijiet terzi fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-klawżola ta' salvagwardja, huwa segwit strettament il-Qafas Legali l-Ġdid.

Il-kriterji għall-ħatra u n-notifikazzjoni tal-korpi għal valutazzjoni teknika jsegwu l-istess linja b'xi adattamenti li jieħdu kont tal-funzjonijiet speċifiċi li se jwettqu dawn il-korpi.

2008/0098 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

LI JISTABBILIXXI KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-IKKUMERĊJALIZZAR TAL-PRODOTTI GĦALL-KOSTRUZZJONI

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [7],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [8],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [9],

Billi:

(1) Ir-regoli ta' l-Istati Membri jeħtieġu li x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni jitfasslu u jitwettqu sabiex ma jipperikolawx is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà.

(2) Dawk ir-regoli għandhom influwenza diretta fuq il-ħtiġijiet tal-prodotti għall-kostruzzjoni. Dawk il-ħtiġijiet huma konsegwentement riflessi fl-istandards għall-prodotti nazzjonali, fl-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali u speċifikazzjonijiet tekniċi u dispożizzjonijiet nazzjonali oħrajn relatati mal-prodotti għall-kostruzzjoni. Minħabba d-disparità bejniethom, dawk il-ħtiġijiet ifixklu l-kummerċ fil-Komunità.

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati mal-prodotti għall-kostruzzjoni [10], immirata lejn it-tneħħija ta' l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fil-qasam tal-prodotti għall-kostruzzjoni, sabiex jissaħħaħ il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

(4) Sabiex tilħaq dak l-objettiv, id-Direttiva 89/106/KEE pprevediet l-istabbiliment ta' standards armonizzati għall-prodotti għall-kostruzzjoni u pprevediet l-għoti ta' approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

(5) Id-Direttiva 89/106/KEE għandha tkun issostitwita sabiex ikun issemplifikat u ċċarat il-qafas eżistenti, u jittejbu t-trasparenza u l-effikaċja tal-miżuri eżistenti.

(6)

Huwa meħtieġ li jkunu previsti proċeduri semplifikati biex jitfasslu dikjarazzjonijiet ta' prestazzjoni sabiex jitneħħa l-piż finanzjarju minn fuq l-IŻM u b'mod partikolari l-mikro-intrapriżi.

(7) Ir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għal akkreditazzjoni u sorveljanza tas-suq rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u d-Deċiżjoni [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jipprevedu qafas legali orizzontali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fis-suq intern. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jieħu kont ta' dak il-qafas legali.

(8) It-tneħħija ta' l-ostakli tekniċi fil-qasam tal-kostruzzjoni tista' tinkiseb biss bl-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-finijiet ta' l-ivvalutar tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(9) Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jinkludu l-ittestjar, il-kalkolu u mezzi oħra, iddefiniti fl-istandards armonizzati u d-Dokumenti ta' Valutazzjoni Ewropej (EAD) għall-ivvalutar tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(10) Il-metodi użati mill-Istati Membri fil-ħtiġijiet tagħhom għal xogħlijiet, kif ukoll regoli nazzjonali oħra f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni, għandhom ikunu skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.

(11) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ħtiġijiet ta' xogħlijiet bażiċi sabiex jipprovdu l-bażi għall-preparazzjoni tal-mandati u l-istandards armonizzati u għall-elaborazzjoni ta' l-EADs għal prodotti għall-kostruzzjoni.

(12) Fejn adatt, il-livelli ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali, li għandhom jintlaħqu mill-prodotti għall-kostruzzjoni fl-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati sabiex jittieħed kont tal-livelli differenti tal-ħtiġijiet tax-xogħlijiet bażiċi għal ċerti xogħlijiet kif ukoll tad-differenzi fil-klima, fil-ġeoloġija u fil-ġeografija u kundizzjonijiet differenti oħrajn li jipprevalu fl-Istati Membri.

(13) Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) huma rikonoxxuti bħala l-organizzazzjonijiet kompetenti għall-adozzjoni ta' standards armonizzati skond il-linji gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ organizzazzjonijiet iffirmati fit-28 ta' Marzu 2003.

(14) Dawk l-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-għodod adatti għall-valutazzjoni armonizzata tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni. L-istandards armonizzati għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' mandati adottati mill-Kummissjoni, li jkopru l-familji rilevanti ta' prodotti għall-kostruzzjoni, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/34/KE.

(15) Il-proċeduri skond id-Direttiva 89/106/KEE għall-ivvalutar tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni mhux koperti minn standard armonizzat għandhom ikunu semplifikati sabiex isiru aktar trasparenti u biex jitnaqqsu l-ispejjeż lill-manifatturi tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(16) Sabiex il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti għall-kostruzzjoni jkunu jistgħu jfasslu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għall-prodotti għall-kostruzzjoni li mhumiex koperti minn standard armonizzat huwa meħtieġ li tkun prevista Valutazzjoni Teknika Ewropea.

(17) Sabiex il-manifattur u l-importatur jingħataw flessibbiltà addizzjonali għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni li huma għandhom l-intenzjoni li jikkummerċjalizzaw, huma għandhom ikunu intitolati li jitlobu Valutazzjoni Teknika Ewropea wkoll fil-każ li fih il-prodott huwa kopert minn standard armonizzat.

(18) Il-manifatturi u l-importaturi ta' prodotti għall-kostruzzjoni għandhom ikunu permessi jitolbu Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej li għandhom jitwettqu fuq il-prodotti tagħhom fuq il-bażi tal-linji gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea stabbiliti skond id-Direttiva 89/106/KEE. Għalhekk għandha tkun żgurata l-validità kontinwa ta' dawn il-linji gwida bħala EADs.

(19) L-istabbiliment abbozz ta' l-EADs u l-ħruġ ta' Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej għandhom ikunu fdati lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika (TAB) maħturin mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-Korpi għal Valutazzjoni Teknika ikollhom il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawk il-ħidmiet, il-ħtiġijiet għall-ħatra tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-livell Komunitarju. Għalhekk huwa wkoll meħtieġ li jkunu previsti evalwazzjonijiet perjodiċi tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika minn Korpi għal Valutazzjoni Teknika minn Stati Membri oħrajn.

(20) Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni biex tikkoordina l-proċeduri għall-istabbiliment ta' abbozz ta' l-EADs u biex jinħarġu l-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej.

(21) Il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni li huma koperti minn standard armonizzat jew li għalihom inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti.

(22) Il-manifattur għandu jkun intitolat li ma jagħmilx dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għal dawk il-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għalihom ma teżisti l-ebda ħtieġa fil-post fejn huwa għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-prodott.

(23) Fejn ma teżisti l-ebda ħtieġa relatata mal-karatterisitiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni fil-post fejn il-manifattur għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-prodott, huwa għandu jitħalla jikkummerċjalizza prodott bħal dan mingħajr dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

(24) Huwa meħtieġ li jkunu previsti proċeduri semplifikati biex jitfasslu dikjarazzjonijiet ta' prestazzjoni sabiex jitneħħa l-piż finanzjarju minn fuq l-IŻM u b'mod partikolari l-mikro-intrapriżi.

(25) Sabiex ikun żgurat li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tkun eżatta u affidabbli, il-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni għandha tkun ivvalutata u l-produzzjoni fil-fabbrika għandha tkun ikkontrollata skond sistema adatta ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni.

(26) Meta tkun ikkunsidrata l-ispeċifiċità tal-prodotti għall-kostruzzjoni u l-fokus partikolari tas-sistema għall-valutazzjoni tagħhom, il-proċeduri għall-valutazzjoni ta' konformità previsti fid-Deċiżjoni (KE) ....., u l-moduli stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni, mhumiex adatti għal dawk il-prodotti. Għalhekk, għandhom ikunu stabbiliti metodi speċifiċi għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(27) Minħabba d-differenza fit-tifsira tal-marka CE għall-prodotti għall-kostruzzjoni, meta mqabbla mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) ..., għandhom jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw iċ-ċarezza ta' l-obbligu li titwaħħal il-marka CE ma' prodotti għall-kostruzzjoni u l-konsegwenzi ta' dak it-twaħħil.

(28) Bit-twaħħil jew b'ordni għal twaħħil tal-marka CE għal prodott għall-kostruzzjoni, il-manifattur għandu jieħu r-responsabbiltà għall-konformità ta' dak il-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata tiegħu.

(29) Il-marka CE għandha titwaħħal mal-prodotti għall-kostruzzjoni kollha, li għalihom il-manifattur fassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skond dan ir-Regolament. Jekk ma tfasslitx dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, il-marka CE ma għandhiex titwaħħal.

(30) Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tafferma l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata u mal-ħtiġijiet applikabbli. Għalhekk, ma għandha tkun imposta l-ebda marka addizzjonali għall-prodotti għall-kostruzzjoni li jġorruha, la mill-Istati Membri u l-anqas minn korpi pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu bħala impriża pubblika, jew li jaġixxu bħala korp pubbliku fuq il-bażi ta' pożizzjoni ta' monopolju jew skond mandat pubbliku, meta l-ħtiġijiet għal dan l-użu f'dak l-Istat Membru jikkorrispondu ma' prestazzjoni ddikjarata.

(31) Sabiex ikun evitat ittestjar mhux meħtieġ ta' prodotti għall-kostruzzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom kienet diġà suffiċjentement murija minn riżultati stabbli ta' testijiet preċedenti jew minn data eżistenti oħra, il-manifattur għandu jitħalla, skond kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew f'Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li jiddikjara ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew aktar ittestjar.

(32) Sabiex tkun evitata duplikazzjoni ta' testijiet li diġà twettqu, manifattur ta' prodott għall-kostruzzjoni għandu jitħalla juża r-riżultati ta' test akkwistati minn parti terza.

(33) Sabiex titnaqqas l-ispiża għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-mikro-intrapriżi, huwa meħtieġ li jkunu previsti proċeduri semplifikati għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, meta l-prodotti in kwistjoni ma jimplikawx aspetti sinifikanti ta' sigurtà.

(34) Għal prodotti għall-kostruzzjoni ddisinjati u manifatturati individwalment il-manifattur għandu jitħalla juża proċeduri semplifikati għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, fejn tista' tintwera l-konformità tal-prodott kummerċjalizzat mad-dispożizzjonijiet regolatorji applikabbli.

(35) Huwa importanti li tkun żgurata l-aċċessibbiltà tar-regoli tekniċi nazzjonali, sabiex l-intrapriżi, u b'mod partikolari l-IŻM, jistgħu jiġbru informazzjoni affidabbli u preċiża dwar il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn huma bi ħsiebhom jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom. Il-Punti tal-Kuntatt dwar il-Prodotti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [...2008] li jistabbilixxi proċeduri dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE għandhom għalhekk jipprovdu l-informazzjoni wkoll dwar regoli applikabbli għall-inkorporazzjoni, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni ta' tip speċifiku ta' prodott għall-kostruzzjoni.

(36) Għall-finijiet li jkun żgurat infurzar ekwivalenti u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-armonizzazzjoni, għandu jkun operat monitoraġġ effettiv tas-suq mill-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [...2008] li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u l-monitoraġġ tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jipprovdi l-kundizzjonijiet bażiċi għall-funzjonament ta' dan il-monitoraġġ tas-suq.

(37)

Ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għas-sigurtà, is-saħħa u materji oħrajn koperti mill-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet fit-territorju tagħhom għandha tkun rikonoxxuta fi klawżola ta' salvagwardja għal miżuri protettivi adatti.

(38) Ladarba huwa meħtieġ li jkun żgurat mal-Komunità kollha livell uniformi għall-prestazzjoni ta' korpi li jwettqu valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni u ladarba dawn il-korpi kollha għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, għandhom ikunu stabbiliti ħtiġijiet għall-korpi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni li jfittxu li jkunu notifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Għandu jkun hemm provvedimenti wkoll għad-disponibbiltà ta' informazzjoni adegwata dwar dawn il-korpi u għall-monitoraġġ tagħhom.

(39) Sabiex ikun żgurat livell koerenti ta' kwalità fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, huwa wkoll meħtieġ li jkunu stabbiliti ħtiġijiet applikabbli għall-awtoritajiet responsabbli biex jinnotifikaw lill-korpi li jwettqu dawn il-kompiti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

(40) Minħabba li l-objettivi ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li jintlaħaq funzjonament adatt tas-Suq Intern għal prodotti għall-kostruzzjoni permezz ta' speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati biex tkun espressa l-prestazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(41) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat għall-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [11].

(42) B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi kundizzjonijiet li taħthom id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tista' tkun disponibbli fuq sit elettroniku u tiddetermina l-perjodu li waqtu l-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni disponibbli, li tistabbilixxi klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni, li tistabbilixxi s-sistema ta' valutazzjoni ta' prestazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata li għandha tkun applikata għal prodott għall-kostruzzjoni partikolari jew familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni, u tistabbilixxi l-format tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea u li tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq ta' l-evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika u li temenda l-Annessi I sa V. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost l-oħrajn billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(43) Ladarba huwa meħtieġ perjodu ta' żmien biex ikun żgurat l-istabbiliment tal-qafas għall-funzjonament adatt ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun differita bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward il-ħatra tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika, l-awtoritajiet notifikanti u l-korpi notifikati, l-istabbiliment ta' organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika u l-istabbiliment tal-Kumitat Permanenti.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar kif tkun espressa l-prestazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom u dwar l-użu tal-marka CE fuq dawk il-prodotti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. "prodott għall-kostruzzjoni" tfisser kwalunkwe prodott jew kitt li jiġi prodott u kummerċjalizzat għal inkorporazzjoni b'mod permanenti f'xogħlijiet tal-kostruzzjoni jew partijiet minnhom b'mod li ż-żarmar tal-prodott inaqqas il-prestazzjoni tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni u ż-żarmar jew is-sostituzzjoni tal-prodott jikkostitwixxu operazzjonijiet ta' kostruzzjoni;

2. "xogħlijiet” tfisser bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili;

3. "karatteristiċi essenzjali" tfisser dawk il-karatteristiċi tal-prodott għall-kostruzzjoni relatati mal-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet;

4. "speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati" tfisser standards armonizzati u Dokumenti ta' Valutazzjoni Ewropej;

5. "magħmula disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe forniment ta' prodott għall-kostruzzjoni għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas;

6. "kummerċjalizzazzjoni" tfisser li prodott għall-kostruzzjoni jsir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq Komunitarju;

7. "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott għall-kostruzzjoni jew li twassal li prodott ikun manifatturat, f'ismu jew taħt il-marka tad-ditta tiegħu;

8. "distributur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel il-prodott għall-kostruzzjoni disponibbli fis-suq;

9. "importatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, li tikkummerċjalizza prodott għall-kostruzzjoni minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju;

10. "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, l-importatur, id-distributur u r-rappreżentant awtorizzat;

11. "rappreżentant awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, li rċeviet mandat mill-manifattur biex taġixxi f'ismu għal kompiti speċifiċi;

12. "standard armonizzat" tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE, fuq il-bażi ta' talba maħruġa mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva;

13. "Dokument ta' Valutazzjoni Ewropew" tfisser dokument adottat mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika;

14. “akkreditazzjoni” għandu jkollha t-tifsira assenjata lilha mir-Regolament (KE) Nru […];

15. "irtirar" tfisser kwalunkwe miżura mmirata biex timpedixxi li prodott għall-kostruzzjoni jsir disponibbli fil-katina tal-forniment;

16. "irtirar miċ-ċirkolazzjoni" tfisser kwalunkwe miżura mmirata biex jikseb ir-ritorn ta' prodott għall-kostruzzjoni li diġà sar disponibbli fis-suq;

17. "tip tal-prodott" tfisser il-prestazzjoni ta' prodott għall-kostruzzjoni prodott bl-użu ta' kombinazzjoni partikolari ta' materja prima jew elementi oħrajn fi proċess ta' produzzjoni speċifiku;

18. "kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika" tfisser il-kontroll intern permanenti tal-produzzjoni f'fabbrika;

19. "mikro-intrapriża" tfisser mikro-intrapriża kif iddefinita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju [12];

20. "ċiklu tal-ħajja" tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta' ħajjet il-prodott, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali għar-rimi finali.

Artikolu 3

Ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet u karatteristiċi essenzjali tal-prodott

1. Il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati f'relazzjoni mal-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet li huma mniżżlin fl-Anness I.

KAPITOLU II

Dikjarazzjoni ta' prestazzjoni u l-marka CE

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għat-tfassil ta' dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

1. Il-manifattur jew l-importatur meta jikkummerċjalizza prodott għall-kostruzzjoni għandu jagħmel dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-prodott għall-kostruzzjoni huwa kopert minn standard armonizzat, jew inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea għal dak il-prodott; u

(b) il-ħtiġijiet f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' dak il-prodott jeżistu fejn il-manifattur jew l-importatur għandhom l-intenzjoni li jikkummerċjalizzaw il-prodott.

Il-manifattur jew l-importatur jista' jagħmel dikjarazzjoni ta' prestazzjoni fejn ma jeżistux il-ħtiġijiet imsemmijin fil-punt (b).

2. Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri ta' l-inqas il-karatteristiċi essenzjali li għalihom jeżistu l-ħtiġijiet imsemmijin fil-punt b tal-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jassumu li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni mfassla mill-manifattur jew l-importatur hija eżatta u affidabbli.

Artikolu 5

Kontenut tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

1. Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha tesprimi l-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali għal dawk il-prodotti skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti.

2. Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) it-tip tal-prodott li għalih tfasslet;

(b) il-lista tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-kostruzzjoni li għalih hija ddikjarata l-prestazzjoni, u l-livelli jew klassijiet ta' dik il-prestazzjoni;

(c) in-numru ta' referenza ta' l-istandard armonizzat, id-Dokument ta' Valutazzjoni Ewropew jew id-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika, li ntużaw għall-valutazzjoni ta' kull karatteristika essenzjali.

Artikolu 6

Forma tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

1. Ma’ kull prodott li jkun disponibbli fuq is-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità.

Madankollu, meta lott ta' l-istess prodott ikun fornut lil utent uniku, huwa jista' jkun akkumpanjat minn kopja waħda tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

2. Il-kopja tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tista' tkun ipprovduta b'mezzi elettroniċi biss bil-ftehim espress tar-riċevitur.

3.

B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jista' jsir disponibbli fuq sit web skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

4. Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjonijiet għandha titfassal bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 7

Użu tal-marka CE

1. Il-marka CE għandha titwaħħal biss mal-prodotti għall-kostruzzjoni, li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skond l-Artikoli 4, 5 u 6.

Jekk ma tfasslitx dikjarazzjoni ta' prestazzjoni mill-manifattur skond l-Artikoli 4, 5 u 6, il-marka CE ma tistax titwaħħal mal-prodotti għall-kostruzzjoni.

Bit-twaħħil jew b'ordni għal twaħħil tal-marka CE l-manifattur għandu jieħu r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni bil-prestazzjoni ddikjarata.

2. Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tafferma l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni bil-prestazzjoni ddikjarata.

L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu miżuri nazzjonali u għandhom jirtiraw kull referenza għal immarkar ta' konformità barra mill-marka CE.

3. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimpedixxu, fit-territorju tagħhom jew taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-użu ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għandhom il-marka CE jew li dawn isiru disponibbli, meta l-ħtiġijiet għal dan l-użu f'dak l-Istat Membru jikkorrispondu għall-prestazzjoni ddikjarata.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tal-prodotti għall-kostruzzjoni li għandhom il-marka CE ma għandux jixxekkel minn regoli jew kundizzjonijiet imposti minn korpi pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu bħala impriża pubblika, jew li jaġixxu bħala korp pubbliku fuq il-bażi ta' pożizzjoni ta' monopolju jew skond mandat pubbliku, meta l-ħtiġijiet għal dan l-użu f'dak l-Istat Membru jikkorrispondu mal-prestazzjoni ddikjarata.

Artikolu 8

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1. Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali mniżżlin fl-Artikolu 26a tar-Regolament (KE) Nru ...

2. Il-marka CE għandha titwaħħal fejn tkun tista' tidher, titwaħħal u ma titħassarx mal-prodott għall-kostruzzjoni jew fuq il-plakka tad-data tiegħu. Fejn dan mhuwiex possibbli jew mhuwiex konsiljabbli minħabba n-natura tal-prodott, hija għandha titwaħħal ma' l-imballaġġ jew mad-dokumenti ta' akkumpanjament.

3.

Il-marka CE għandha tkun segwita mill-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha twaħħlet, l-isem jew il-marka ta' identifikazzjoni tal-produttur, il-kodiċi ta' identifikazzjoni uniku tal-prodott għall-kostruzzjoni u n-numru tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

4. Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott għall-kostruzzjoni jkun ikkummerċjalizzat. Hija tista' tkun segwita minn pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

Artikolu 9

Punti tal-Kuntatt dwar il-Prodotti

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti tal-Kuntatt dwar il-Prodotti stabbiliti skond ir-Regolament (KE) Nru .... jipprovdu wkoll l-informazzjoni dwar kwalunkwe regola teknika jew dispożizzjoni regolatorja applikabbli għall-inkorporazzjoni, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni ta' tip speċifiku ta' prodott għall-kostruzzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

KAPITOLU III

Obbligi ta' l-Operaturi Ekonomiċi

Artikolu 10

Obbligi tal-manifatturi

1. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa li tiddeskrivi l-elementi rilevanti kollha għaċ-ċertifikazzjoni applikabbli tal-prestazzjoni ddikjarata.

Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skond l-Artikoli 4, 5 u 6, u jwaħħlu l-marka CE skond l-Artikoli 7 u 8.

2. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għall-perjodu ddeterminat mill-Kummissjoni għal kull familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tal-ħajja mistennija u r-rwol tal-prodott għall-kostruzzjoni fix-xogħlijiet.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri għal produzzjoni f'serje biex tinżamm il-prestazzjoni ddikjarata. Bidliet fit-tip tal-prodott u bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli għandhom ikunu adegwatament ikkunsidrati.

Il-manifatturi għandhom, fil-każijiet kollha fejn adatt, iwettqu ttestjar ta' kampjuni ta' prodotti għall-kostruzzjoni kkummerċjalizzati, jinvestigaw, u, jekk meħtieġ, iżommu reġistru ta' l-ilmenti, u jżommu lid-distributuri mgħarrfin b'dan il-monitoraġġ.

4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti għall-kostruzzjoni tagħhom għandhom numru tat-tip, lott jew serjali jew kwalunkwe element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom, jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettuhx, li l-informazzjoni meħtieġa hija pprovduta fuq imballaġġ jew f'dokument ta' akkumpanjament għall-prodott għall-kostruzzjoni.

5. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem tal-kummerċ irreġistrat jew il-marka tad-ditta rreġistrata u l-indirizz li jistgħu jkunu kkuntattjati fih fuq il-prodott għall-kostruzzjoni jew, fejn mhux possibbli fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument ta' akkumpanjament għall-prodott għall-kostruzzjoni.

6. Il-manifatturi li jikkunsidraw jew għandhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-kostruzzjoni li huma kkummerċjalizzaw mhuwiex konformi mal-prestazzjoni ddikjarata, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu lil dak il-prodott għall-kostruzzjoni f'konformità jew jirtirawh mis-suq u jirtirawh miċ-ċirkolazzjoni mill-utenti finali, jekk adatt. Huma għandhom immedjatament jinformaw b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott għall-kostruzzjoni disponibbli, bl-għoti tad-dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u tal-miżuri korrettivi meħudin.

7. Il-manifatturi għandhom, fuq il-bażi ta' talba mmotivata ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta' dawn ta' l-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jkunu kkummerċjalizzaw.

Artikolu 11

Rappreżentanti awtorizzati

1. Il-manifatturi jistgħu jaħtru, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat.

It-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika ma tistax tifforma parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2. Fejn manifattur ikun ħatar rappreżentant awtorizzat, dan ta' l-aħħar għandu ta' l-inqas jagħmel dan li ġej:

(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għall-monitoraġġ għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(2);

(b) fuq talba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovdihom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata;

(c) jikkoopera ma' l-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta' dawn ta' l-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 12

Obbligi ta' l-importaturi

1. Meta jikkummerċjalizzaw prodott għall-kostruzzjoni fis-suq Komunitarju l-importaturi għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta f'relazzjoni mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Qabel jikkummerċjalizzaw prodott għall-kostruzzjoni l-importaturi għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata jkunu twettqu mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 10(1). Huma għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni tal-prestazzjonijiet b'konformità ma' l-Artikoli 4, 5 u 6. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-prodott għandu l-marka CE meħtieġa, huwa akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur irrispetta l-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikoli 10(4) u 10(5).

Fejn importatur jikkunsidra jew għandu raġuni biex jemmen li l-prodott għall-kostruzzjoni mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, huwa ma jistax jikkummerċjalizza l-prodott għall-kostruzzjoni qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ta' akkumpanjament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ma tkunx ikkoreġuta.

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem tal-kummerċ irreġistrat jew il-marka tad-ditta rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jkunu kkuntattjati fuq il-prodott għall-kostruzzjoni jew, fejn mhux possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument ta' akkumpanjament għall-prodott.

4. L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott għall-kostruzzjoni jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mal-prestazzjoni ddikjarata.

5. L-importaturi li jikkunsidraw jew għandhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-kostruzzjoni li huma kkummerċjalizzaw mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu lil dak il-prodott għall-kostruzzjoni f'konformità jew jirtirawh mis-suq u jirtirawh miċ-ċirkolazzjoni mill-utenti finali, jekk adatt. Huma għandhom immedjatament jinformaw b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott għall-kostruzzjoni disponibbli, bl-għoti tad-dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u tal-miżuri korrettivi meħudin.

6. L-importaturi għandhom, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(2), iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet għall-monitoraġġ tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tista' ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba.

7. L-importaturi għandhom, fuq il-bażi ta' talba mmotivata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta' dawn ta' l-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jkunu kkummerċjalizzaw.

Artikolu 13

Obbligi tad-distributuri

1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta f'relazzjoni mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Qabel jagħmlu prodott għall-kostruzzjoni disponibbli fis-suq id-distributuri għandhom jiżguraw li l-prodott għandu l-marka CE meħtieġa u huwa akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skond dan ir-Regolament u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sigurtà f'lingwaġġ li jiftiehem malajr mill-utenti fl-Istat Membru fejn il-prodott huwa magħmul disponibbli fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mal-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 10(4), l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 12(3) rispettivament.

Fejn distributur jikkunsidra jew għandu raġuni biex jemmen li prodott għall-kostruzzjoni mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, huwa jista' jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq biss wara li dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ta' akkumpanjament jew wara li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tkun ġiet ikkoreġuta. Id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur b'dan kif ukoll lill-awtoritajiet għall-monitoraġġ tas-suq, meta l-prodott jippreżenta riskju.

3. Distributur għandu jiżgura li, waqt li prodott għall-kostruzzjoni jkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mal-prestazzjoni ddikjarata.

4. Id-distributuri li jikkunsidraw jew għandhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-kostruzzjoni li huma għamlu disponibbli fis-suq mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtiġin biex iġibu lil dak il-prodott għall-kostruzzjoni f'konformità jew jirtirawh mis-suq u jirtirawh miċ-ċirkolazzjoni mill-utenti finali, jekk adatt. Huma għandhom immedjatament jinformaw b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri fejn huma għamlu l-prodott disponibbli, bl-għoti tad-dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u tal-miżuri korrettivi meħudin.

1. Id-distributuri għandhom, fuq il-bażi ta' talba mmotivata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta' dawn ta' l-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 14

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

L-importatur jew id-distributur għandhom ikunu kkunsidrati manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, meta huma jikkummerċjalizzaw prodott taħt isimhom jew taħt il-marka tad-ditta tagħhom jew jimmodifikaw prodott għall-kostruzzjoni diġà kkummerċjalizzat b'mod li l-konformità mal-prestazzjoni ddikjarata tista' tkun affettwata u konsegwentement huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tal-manifattur skond l-Artikolu 10.

Artikolu 15

Identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu, fuq talba, jidentifikaw lil dawn li ġejjin ma' l-awtoritajiet għall-monitoraġġ tas-suq, għal perjodu msemmi fl-Artikolu 10(2):

(a) kwalunkwe operatur ekonomiku li fornihom bi prodott;

(b) kwalunkwe operatur ekonomiku li huma fornew bi prodott.

KAPITOLU IV

Speċifikazzjonijiet Tekniċi Armonizzati

Artikolu 16

Standards armonizzati

1. Stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE, fuq il-bażi tal-mandati adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva.

2. L-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

L-istandards armonizzati għandhom, fejn adatt, jipprevedu metodi inqas onerużi mill-ittestjar għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

3. Il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni għandhom jiddeterminaw fl-istandards armonizzati l-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika applikabbli, li għandu jikkunsidra l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-proċess tal-manifattura tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat.

4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità ta' l-istandards armonizzati stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej bil-mandat rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea l-lista ta' referenzi ta' standards armonizzati li huma f'konformità mal-mandati rilevanti, u tistabbilixxi data ta' applikabbiltà għal dawk l-istandards.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

Artikolu 17

Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati

1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġijiet stabbiliti fil-mandat rilevanti, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, bl-għoti ta' l-argumenti tagħhom. Il-Kumitat għandu, wara li jkun ikkonsulta l-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej rilevanti, iressaq l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

2. Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b'mod ristrett, li tħalli, li tħalli b'mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew ta' standardizzazzjoni kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob ir-reviżjoni ta' l-istandards armonizzati kkonċernati.

Artikolu 18 [17]

Livelli jew klassijiet ta' prestazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

2. Fejn mhumiex stabbiliti mill-Kummissjoni klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, huma jistgħu jiġu stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej fi standards armonizzati.

Fejn il-Kummissjoni tkun stabbiliet klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, il-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jużaw dawk il-klassijiet fl-istandards armonizzati.

3. Il-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej jistgħu jistabbilixxu fi speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati l-kundizzjonijiet li taħthom prodott għandu jitqies li jissodisfa ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew mingħajr aktar ittestjar.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-livelli jew il-klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, biss skond is-sistemi ta' klassifikazzjoni stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej fi standards armonizzati, jew mill-Kummissjoni.

Artikolu 19 [18]

Valutazzjoni u verifika tal-kostanza ta' prestazzjoni

1. Il-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom għandhom jitwettqu skond waħda mis-sistemi mniżżlin fl-Anness V.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi liema sistema hija applikabbli għal prodott għall-kostruzzjoni jew familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni partikolari skond il-kriterji li ġejjin:

(a) l-importanza tar-rwol li għandu l-prodott rigward il-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet;

(b) in-natura tal-prodott;

(c) l-effett tal-varjabbiltà tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-kostruzzjoni waqt il-ħajja ta' servizz tal-prodott;

(d) is-suxxettibbiltà għal difetti fil-manifattura tal-prodott.

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tagħżel l-inqas sistema oneruża konsistenti mas-sigurtà.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

3. Is-sistema ddeterminata b'dan il-mod għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.

Artikolu 20 [19]

Dokument ta' Valutazzjoni Ewropew

1. Id-Dokument ta' Valutazzjoni Ewropew (EAD) għandu jkun adottat mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika msemmija fl-Artikolu 25(1) wara talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea minn manifattur jew importatur, skond il-proċedura mniżżla fl-Anness II.

2. L-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tistabbilixxi fl-EAD l-metodi u l-kriterji għall-ivvalutar tal-prestazzjoni f'relazzjoni ma' dawk il-karatteristiċi essenjali tal-prodott għall-kostruzzjoni, li huma relatati ma' l-użu intenzjonat mill-manifattur.

3. L-organizzazzjoni tal-korpi għal valutazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tiddetermina fl-EAD l-kontroll speċifiku tal-produzzjoni fil-fabbrika li għandu jiġi applikat, b'kont meħud tal-kundizzjonijiet partikolari tal-proċess għall-immanifatturar tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat.

Artikolu 21 [20]

Valutazzjoni Teknika Ewropea

1. Il-Valutazzjoni Teknika Ewropea (ETA) għandha tinħareġ minn Korp għal Valutazzjoni Teknika, għal kwalunkwe prodott għall-kostruzzjoni, fuq talba ta' manifattur jew importatur fuq il-bażi ta' EAD skond il-proċedura mniżżla fl-Anness II.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format ta' l-ETA.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

KAPITOLU V

Korpi għal Valutazzjoni Teknika

Artikolu 22 [21]

Ħatra ta' Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1. L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korpi għal Valutazzjoni Teknika (TAB) għall-oqsma ta' prodotti elenkati fit-Tabella 1 ta' l-Anness IV.

L-Istati Membri li ħatru TAB għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-isem, l-indirizz ta' dak it-TAB u l-oqsma ta' prodotti li għalihom inħatar it-TAB.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-lista ta' Korpi għal Valutazzjoni Teknika li tindika l-oqsma ta' prodotti li għalihom inħatru.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

Artikolu 23 [22]

Ħtiġijiet għall-Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1. It-TAB għandu jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fit-Tabella 2 ta' l-Anness IV.

2. Fejn TAB ma jikkonformax aktar mal-ħtiġijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jirtira l-ħatra ta' dak it-TAB.

3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika, bil-monitoraġġ ta' l-attività tagħhom, u bi kwalunkwe bdil f'dik l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 24 [23]

Evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1. Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jivverifikaw jekk Korpi għal Valutazzjoni Teknika oħrajn jissodisfawx il-kriterji rispettivi mniżżlin fit-Tabella 2 ta' l-Anness IV.

L-evalwazzjoni għandha tkun organizzata mill-organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1) u għandha ssir darba kull erba' snin, fl-oqsma tal-prodotti elenkati fit-Tabella 1 ta' l-Anness IV, li għalihom ikunu nħatru l-Korpi għal Valutazzjoni Teknika.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq ta' l-evalwazzjoni, inklużi proċeduri ta' appell adegwati kontra deċiżjonijiet meħudin bħala riżultat ta' l-evalwazzjoni.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

L-evalwazzjoni ta' TAB ma tistax titwettaq minn TAB mill-istess Stat Membru.

3. L-organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tikkomunika r-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, tissorvelja r-rispett tar-regoli u l-funzjonament adatt ta' l-evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika.

Artikolu 25 [24]

Koordinazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1. Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni għall- valutazzjoni teknika, minn hawn 'il quddiem imsejħa "organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika".

2. L-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) tikkoordina l-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri mniżżlin fl-Artikolu 19 u l-Anness II, kif ukoll tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għal dak il-għan;

(b) tinforma lill-Kummissjoni biannwalment bi kwalunkwe kwistjoni relatata mal-preparazzjoni ta' l-EADs u bi kwalunkwe aspett relatat ma' l-interpretazzjoni tar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19 u l-Anness II;

(c) tadotta d-Dokumenti ta' Valutazzjoni Ewropej;

(d) torganizza l-evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika;

(e) tiżgura l-koordinazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika.

3. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi assistenza lill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika fit-twettiq tal-kompiti msemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehim ta' sħubija kwadru ma' l-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għal dan il-għan.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Korpi għal Valutazzjoni Teknika jikkontribwixxu għar-riżorsi finanzjarji u umani ta' l-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika.

KAPITOLU VI

PROĊEDURI SIMPLIFIKATI

Artikolu 26 [25]

Użu ta' Dokumentazzjoni Teknika Speċifika

1. Meta l-manifattur jiddetermina t-tip tal-prodott, huwa jista' jissostitwixxi l-ittestjar tat-tip jew il-kalkolu tat-tip b'Dokumentazzjoni Teknika Speċifika (STD) li turi li:

(a) għal wieħed jew aktar karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza, dak il-prodott jitqies li jilħaq ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, b'konformità mal-kundizzjonijiet imniżżlin fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni;

(b) il-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza hu l-istess tip ta' prodott bħal prodott għall-kostruzzjoni ieħor, immanifatturat minn manifattur ieħor u ttestjat diġà b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-manifattur huwa intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha jew għal parti minnhom ta' dan il-prodott l-ieħor;

(c) il-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza hu sistema magħmula minn komponenti, li jimmonta skond struzzjonijiet preċiżi mogħtija minn min ipprovda t-tali sistema jew komponent tagħha, li kien diġà ttestja dik is-sistema jew dak il-komponent għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu/tagħha b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-manifattur huwa intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha jew għal parti minnhom għas-sistema jew il-komponent ipprovdut lilu.

Il-manifattur jista' juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur ieħor biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta' dak il-manifattur, li jibqa' responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta' dawk ir-riżultati tat-testijiet.

2. Jekk il-prodott għall-kostruzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ikun jappartjeni għal familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għaliha s-sistema applikabbli għall- valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija s-sistema 1 jew 2, kif imniżżel fl-Anness V, l-STD għandha tkun ivverifikata minn korp għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Anness V.

Artikolu 27 [26]

Użu ta' Dokumentazzjoni Teknika Speċifika minn mikro-intrapriżi

1. Il-mikro-intrapriżi jistgħu jissostitwixxu s-sistema applikabbli għall-valutazzjoni ta' prestazzjoni ddikjarata tal-prodott għall-kostruzzjoni b'STD. L-STD għandha turi l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-ħtiġijiet applikabbli.

2. Jekk prodott għall-kostruzzjoni jkun jappartjeni għal familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għaliha s-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija s-sistema 1 jew 2, kif imniżżel fl-Anness V, l-STD għandha tkun ivverifikata minn korp għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Anness V.

Artikolu 28 [27]

Użu ta' Dokumentazzjoni Teknika Speċifika għal prodotti manifatturati individwalment

1. Għal prodott għall-kostruzzjoni ddisinjat u mmanifatturat fi proċess ta' produzzjoni mhux industrijalizzat biex tiġi sodisfatta ordni speċifika, u installat f'ħidma waħda identifikata, il-manifattur jista' jissostitwixxi s-sistema applikabbli għal valutazzjoni ta' prestazzjoni b'STD, u b'hekk juri l-konformità ta' dak il-prodott mal-ħtiġijiet applikabbli.

2. Jekk prodott għall-kostruzzjoni jkun jappartjeni għal familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għaliha s-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija s-sistema 1 jew 2, kif imniżżel fl-Anness V, l-STD għandha tkun ivverifikata minn korp għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Anness V.

KAPITOLU VII

Awtoritajiet tan-Notifika u Entitajiet Innotifikati

Artikolu 29 [28]

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar korpi awtorizzati biex iwettqu kompiti ta' parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni skond dan ir-Regolament.

Artikolu 30 [29]

Awtoritajiet tan-notifika

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità tan-notifika li għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-proċeduri meħtiġin għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi li se jkunu awtorizzati li jwettqu kompiti ta' parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata għall-fini ta' dan ir-Regolament, u għas-sorveljanza tal-korpi nnotifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 33.

2. Fejn in-notifika hi bbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u s-sorveljanza msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mwettqa mill-korpi ta' l-akkreditazzjoni nazzjonali tagħhom fis-sens ta' u b'konformità mar-Regolament (KE) Nru ....

3. Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega, tgħaddi x-xogħol lil ħaddieħor jew b'xi mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew is-sorveljanza msemmijin fil-paragrafu 1 lil korp li mhuwiex entità governattiva, il-korp delegat jew b'xi mod ieħor inkarigat għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 30. Barra minn hekk, dan il-korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu.

4. L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabilità sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp delegat jew b’xi mod ieħor inkarigat.

Artikolu 31 [30]

Ħtiġijiet fir-rigward ta' awtoritajiet tan-notifika

1. L-awtorità tan-notifika għandha tkun stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi nnotifikati.

2. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità ta’ l-attivitajiet tagħha.

3. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni dwar notifika ta' korp tal-valutazzjoni ta' prestazzjoni tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4. L-awtorità tan-notifika ma għandha toffri jew tipprovdi l-ebda attività li jagħmlu korpi nnotifikati, u lanqas servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5. L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni miksuba.

6. L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħmel ix-xogħol tagħha kif imiss.

Artikolu 32 [31]

Obbligu ta’ informazzjoni għall-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni u dwar is-sorveljanza ta’ korpi nnotifikati, u dwar kwalunkwe bidla li jkun hemm f’dik l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 33 [32]

Ħtiġijiet għal korpi nnotifikati

1. Għall-finijiet ta’ notifika, korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għandu jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fil-paragrafi 2 sa 11.

2. Il-korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għandu jkun stabbilit skond il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

3. Il-korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għandu jkun korp ta' parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott għall-kostruzzjoni li jivvaluta.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni tal-kummerċ jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvediment, l-immontar, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti għall-kostruzzjoni li huwa jivvaluta, jista', bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess jiġu murija, jitqies li hu korp bħal dan.

4. Il-korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni, l-ogħla livell ta' ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta’ parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jivvalutaw, u lanqas ma għandhom ikunu r-rappreżentanti awtorizzati ta’ waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti valutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp innotifikat jew l-użu tal-prodotti għal finijiet personali.

Dawn ma għandhomx ikollhom x’jaqsmu direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti għall-kostruzzjoni, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu impenjati f'dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jimpenjaw lilhom infushom f'ebda attività li tista’ tkun f’konflitt ma’ l-indipendenza jew mal-ġudizzju u l-integrità tagħhom relatati ma’ l-attivitajiet li għalihom huma kienu nnotifikati.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew subappaltaturi tiegħu ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività u l-imparzjalità ta’ l-attivitajiet tiegħu ta’ valutazzjoni u/jew verifika.

5. Il-korp innotifikat u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li jkun u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-attivitajiet tal-valutazzjoni u / jew verifika tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6. Il-korp innotifikat għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti ta' parti terza kollha fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni assenjati lil korp bħal dan skond l-Anness V u li għalihom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp innotifikat innifsu u kemm jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull sistema ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti għall-kostruzzjoni, il-karatteristiċi u l-kompiti li dwarhom ikun notifikat, il-korp innotifikat għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni;

(b) deskrizzjoni ta’ proċeduri li f’konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, li tiżgura t-trasparenza u l-possibbiltà tar-riproduzzjoni ta' dawn il-proċeduri. Huwa għandu jkollu fis-seħħ politika u proċeduri adatti li jiddistingwu bejn kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u kwalunkwe attività oħra;

(c) proċeduri biex iwettaq l-attivitajiet tiegħu li jkunu jikkunsidraw id-daqs, is-settur, l-istruttura ta’ l-impriżi, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernata u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Huwa għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi ma’ l-attivitajiet li għalihom jiġi nnotifikat b’mod adatt u għandu jkollu aċċess għal kull apparat u faċilità meħtieġa.

7. Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet li għalihom il-korp ġie nnotifikat, għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a) taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-kompiti ta' parti terza kollha fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata ta’ l-ambitu rilevanti li għalih il-korp ikun ġie nnotifikat;

(b) għarfien sodisfaċenti tal-ħtiġijiet tal-valutazzjonijiet u l-verifiki li jwettaq u awtorità adatta biex iwettaq operazzjonijiet bħal dawn;

(c) għarfien adatt u intendiment ta’ l-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tar-Regolment;

(d) il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, ir-reġistrazzjonijiet u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet u l-verifiki jkunu saru.

8. L-imparzjalità tal-korp innotifikat, l-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu għandha tkun iggarantita.

Ir-rimunerazzjoni ta’ l-ogħla livell tal-ġestjoni u l-persunal tal-valutazzjoni tal-korp innotifikat ma għandhiex tkun dipendenti mill-għadd ta’ valutazzjonijiet li jkunu twettqu jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9. Il-korp innotifikat għandu jagħmel polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà jekk ir-responsabbilta ma jeħodhiex l-Istat skond il-liġijiet nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni u/jew il-verifika mwettqa.

10.

Il-persunal tal-korp innotifikat għandu jkun fid-dmir li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward ta’ l-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skond l-Anness V, ħlief fir-rigward ta’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-attivitajiet tal-korp ikun qed isiru. Drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.

11. Il-korp innotifikat għandu jieħu sehem fi, jew jiżgura li l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu jkun mgħarraf bihom, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skond dan ir-Regolament u japplika bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 34

Preżunzjoni ta' konformità

Fejn korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni jista' juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet tagħhom, li r-referenzi għalihom kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li huwa jikkonforma mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawn il-ħtiġijiet.

Artikolu 35 [33]

Sussidjarji u subappalti ta’ korpi nnotifikati

1. Fejn korp innotifikat jagħti b’subappalt kompiti speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subappaltatur jew is-sussidjarju jissodisfaw il-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33, u jinforma lill-awtorità tan-notifika.

2. L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabilità sħiħa tal-kompiti mwettqa mis-subappaltaturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3. L-attivitajiet jistgħu jiġu subappaltati jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4. Il-korp innotifikat għandu jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-subappaltatur jew tas-sussidjarju u dwar ix-xogħol li jkun sar mis-subappaltatur jew mis-sussidjarju skond l-Anness V.

Artikolu 36 [34]

Testijiet ta' xhieda

1. Fejn ikun iġġustifikat minn raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew loġistiċi, il-korpi nnotifikati jistgħu jiddeċiedu li jwettqu t-testijiet imsemmija fl-Anness V, jew li t-testijiet jiġu mwettqa taħt is-superviżjoni tagħhom, fl-impjanti tal-manifattura bl-użu ta' l-apparat għat-testijiet tal-laboratorju intern tal-manifattur jew, bil-kunsens minn qabel tal-manifattur, f'laboratorju privat jew pubbliku, bl-użu ta' l-apparat għat-testijiet ta' dak il-laboratorju.

2. Qabel ma jitwettqu dawk it-testijiet, il-korp innotifikat għandu jivverifika jekk l-apparat għat-testijiet għandux sistema ta' kalibrazzjoni adatta u jekk is-sistema hijiex operattiva.

2.

Artikolu 37 [35]

Applikazzjoni għal notifika

1. Biex ikun awtorizzat li jwettaq kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, il-korp għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika ta' l-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta' l-attivitajiet li se jitwettqu, il-proċeduri tal-valutazzjoni u/jew verifika li għalihom il-korp jistqarr lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, mogħtija mill-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni skond it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru …, li jiċċertifika li l-korp jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

3. Jekk il-korp ikkonċernat ma jkunx jista' joħroġ ċertifikat ta' akkreditazzjoni, huwa għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bix-xhieda dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u s-sorveljanza regolari tal-konformità tiegħu mal-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

Artikolu 38 [36]

Proċedura ta' notifika

1. L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi li jkunu ssodisfaw il-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

2. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

Eċċezzjonalment, għan-notifiki orizzontali msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, li għalihom il-mezz elettroniku adatt ma jkunx disponibbli, kopja stampata tan-notifika għandha tkun aċċettata.

3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-funzjonijiet li se jitwettqu, referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti u, għall-finijiet tas-sistema stabbilita fil-punt 1.4 ta' l-Anness V, il-karatteristiċi essenzjali li għalihom il-korp hu kompetenti.

Madankollu, mhux meħtieġa referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti fil-każijiet li ġejjin ta' karatteristiċi essenzjali:

(a) reazzjoni għan-nar;

(b) reżistenza għan-nar;

(c) prestazzjoni esterna tan-nar;

(d) assorbiment tal-ħsejjes.

4. Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni, l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bix-xhieda dokumentata kollha li tkun tafferma l-kompetenza tal-korp innotifikat u l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li l-korp se jkun sorveljat regolarment u li ser ikompli jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

5. Il-korp ikkonċernat jista' jwettaq l-attivitajiet ta' korp innotifikat biss jekk ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien ġimagħtejn wara li tkun saret notifika fil-każ li jintuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni u fi żmien xahrejn wara li tkun saret notifika fil-każ li akkreditazzjoni ma jintużax.

Dak il-korp biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikunu nnotifikati jekk ikun hemm tibdil sussegwenti rilevanti fin-notifika.

Artikolu 39 [37]

Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi nnotifikati

1. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp innotifikat.

Hija għandha tassenja numru wieħed bħal dak anki fejn il-korp ikun notifikat skond diversi atti Komunitarji.

2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi nnotifikati skond dan ir-Regolament inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li jkunu ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew innotifikati.

Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 40 [38]

Bidliet fin-notifika

1. Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp innotifikat ma jkunx għadu konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 33, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skond il-każ, skond kemm ikun serju n-nuqqas li jiġu ssodisfati dawk il-ħtiġijiet jew li jiġu mwettqa dawk l-obbligi. Għandu minnufih javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar dan.

2. Fil-każ li tiġi rtirata, limitata jew sospiża n-notifika jew fejn il-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru interessat notifikanti għandu jieħu l-passi adatti biex jiżgura li l-fajls jew ikunu pproċessati minn korp ieħor innotifikat jew jibqgħu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika u tas-sorveljanza tas-suq responsabbli, jekk jitolbuh.

Artikolu 41 [39]

Sfida għall-kompetenza ta' korpi nnotifikati

1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta' korp innotifikat jew jekk il-korp innotifikat għadux konformi mal-ħtiġijiet u r-responsabbiltajiet li jkunu tqiegħdu fuqu.

2. L-Istat Membru li jagħmel in-notifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, meta titlobhielu, l-informazzjoni kollha li jkollha x'taqsam mal-bażi għal notifika jew dwar jekk il-korp ikkonċernat jibqax jitqies kompetenti.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4. Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp innotifikat ma jissodisfax, jew li ma jkunx għadu jissodisfa, il-ħtiġijiet għan-notifika tiegħu, hija għandha tgħarraf b’dan lill-Istat Membru li jagħmel in-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluża d-denotifika, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 42 [40]

Obbligi operattivi għal korpi nnotifikati

1. Korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-kompiti ta' parti terza b'konformità mas-sistemi tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni previsti fl-Anness V.

2. Il-valutazzjonijiet u l-verifiki tal-kostanza tal-prestazzjoni għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, biex ikunu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jikkunsidraw id-daqs, is-settur, l-istruttura ta’ l-impriżi involuti, il-komplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti għall-kostruzzjoni u l-karattru ta’ serje tal-produzzjoni.

Meta jagħmlu hekk, huma għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità meħtieġa għall-prodott minn dan ir-Regolament u r-rwol tal-prodott fis-sigurtà tax-xogħlijiet.

3. Fejn, matul l-attività ta' sorveljanza li timmira lejn il-verifika tal-kostanza tal-prestazzjonijiet tal-prodott immanifatturat, korp innotifikat isib li prodott għall-kostruzzjoni ma għadx għandu l-istess prestazzjoni meta mqabbel ma' dik tat-tip tal-prodott, huwa għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adatti u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu, jekk ikun meħtieġ.

4. Fejn miżuri korrettivi ma jitteħdux jew ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat, skond il-każ.

Artikolu 43 [41]

Obbligu ta' informazzjoni għal korpi nnotifikati

1. Il-korpi nnotifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a) kull ċaħda, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikati;

(b) kull ċirkostanza li taffettwa l-ambitu tan-notifika u l-kundizzjonijiet għaliha;

(c) kull talba għal tagħrif dwar attivitajiet ta’ valutazzjoni u/jew verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqin li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(d) jekk issir applikazzjoni, il-kompiti ta' parti terza b'konformità mas-sistemi tal-valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqa fi ħdan l-ambitu tan-notifika tagħhom u, dwar kwalunkwe attività oħra magħmula, inklużi attivitajiet trans-konfinali u subappaltar.

2. Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn innotifikati skond dan ir-Regolament li jkunu qed iwettqu kompiti ta' parti terza simili b'konformità mas-sistemi tal-valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni u li jkunu jkopru l-istess prodotti għall-kostruzzjoni, b'tagħrif rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma' riżultati negattivi minn dawn il-valutazzjonijiet u/jew verifiki u, jekk jintalbu, dwar dawk pożittivi.

Artikolu 44 [42]

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri responsabbli għall-politika dwar in-notifiki.

Artikolu 45 [43]

Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ koordinazzjoni u kooperazzjoni adatta bejn il-korpi nnotifikati skond l-Artikolu 29 u li dawn jitħaddmu kif jixraq f’forma ta’ gruppi ta' korpi nnotifikati kemm fil-livell settorjali kif ukoll f'dak trans-settorjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta' rappreżentanti maħtura.

Kapitolu VIII

Sorveljanza tas-suq u proċeduri ta' salvagwardja

Artikolu 46 [44]

Proċedura biex jiġu ttrattati prodotti għall-kostruzzjoni li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru ... jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li prodott għall-kostruzzjoni ma jilħaqx il-prestazzjonijiet iddikjarati u/jew ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni jew għal kwistjonijiet oħrajn ta’ protezzjoni ta’ l-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament, huma għandhom jagħmlu valutazzjoni dwar il-prodott in kwistjoni li tkun tkopri l-ħtiġijiet kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jikkoperaw bi kwalunkwe mod li jkun meħtieġ ma’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Fejn, tul dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott għall-kostruzzjoni ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi adatti kollha biex il-prodott jinġieb konformi ma’ dawk il-ħtiġijiet jew li jirtira l-prodott mis-suq jew jiġbru lura fi żmien perjodu raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skond kif jippreskrivu.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp innotifikat rilevanti.

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru ... japplika għall-miżuri msemmija hawn fuq.

2. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-valutazzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew li jieħu l-operatur ekonomiku.

3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li kwalunkwe azzjoni korrettiva tittieħed fir-rigward tal-prodotti għall-kostruzzjoni kkonċernati kollha li huwa jkun qiegħed biex jinkisbu mis-suq fil-Komunità kollha.

4. Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti, fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1, ma jeħux azzjonijiet korrettivi adegwati, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji adatti kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-prodott għall-kostruzzjoni jkun disponibbli fis-suq nazzjonali jew biex jirtiraw il-prodott għall-kostruzzjoni minn dak is-suq jew biex jiġbruh lura.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tipprovdi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari fir-rigward tad-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tar-riskju li jkun hemm, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu kif ukoll il-fehmiet imressqa mill-operatur ekonomiku kkonċernat. B’mod partikulari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal waħda jew oħra minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(a) in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa l-ħtiġijiet relatati mas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni jew ma’ kwistjonijiet oħrajn ta’ protezzjoni ta’ l-interess pubbliku stabbiliti minn dan ir-Regolament;

(b) nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew fl-STD.

6. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali dwar in-nuqqas ta' konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali nnotifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7. Fejn, fi żmien ħmistax il-jum tax-xogħol minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru fir-rigward tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat, il-miżura għandha titqies bħala waħda ġġustifikata.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adatti fir-rigward tal-prodott tal-kostruzzjoni kkonċernat, bħal m’hu l-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Artikolu 47 [45]

Proċedura ta’ salvagwardja Komunitarja

1. Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta’ Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kuntrarja għal-leġiżlazzjoni Komunitarja l-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u ma’ l-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tgħaddi għall-valutazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni u tgħid jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2. Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prodott għall-kostruzzjoni li mhux konformi jkun irtirat mis-swieq tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni jkun attribwit għal difetti fl-istandards armonizzati kif imsemmi fl-Artikolu 46(5)(b), il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp (korpi) ta’ standardizzazzjoni Ewropew (Ewropej) rilevanti u għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Il-Kumitat għandu jikkonsulta mal-korp ta' standardizzazzjoni Ewropew rilevanti u jressaq l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni jkun attribwit għal difetti fl-EAD jew fl-STD kif imsemmi fl-Artikolu 46(5)(b), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri adatti.

Artikolu 48 [46]

Prodotti għall-kostruzzjoni konformi li xorta waħda jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà

1. Fejn Stat Membru, wara li jkun għamel valutazzjoni skond l-Artikolu 46(1), isib li, għalkemm prodott għall-kostruzzjoni jkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni jew għal kwistjonijiet oħrajn ta’ protezzjoni ta’ l-interess pubbliku, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri kollha adatti biex jiżgura li l-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat, meta jikkummerċjalizzah, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew li jirtira l-prodott għall-kostruzzjoni mis-suq jew jiġbru lura fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skond kif l-Istat Membru jippreskrivi.

2. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li kwalunkwe azzjoni korrettiva tittieħed fir-rigward tal-prodotti għall-kostruzzjoni kkonċernati kollha li huwa jkun qiegħed biex jinkisbu mis-suq fil-Komunità kollha.

3. L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. L-informazzjoni għandha tipprovdi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari fir-rigward tad-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-prodott, in-natura tar-riskju li jkun hemm, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u ma’ l-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tgħaddi għall-valutazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, fejn tgħid jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adatti.

5. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

Artikolu 49 [47]

Nuqqas ta’ konformità formali

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, fejn Stat Membru jkun sab wieħed minn dan li ġej, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas tal-konformità kkonċernata:

(a) il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 8;

(b) il-marka CE ma tkunx twaħħlet, meta tkun meħtieġa skond l-Artikolu 7(1);

(c) id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni ma tkunx tfasslet, meta tkun meħtieġa skond l-Artikolu 4;

(d) id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni ma tkunx tfasslet b'konformità ma' l-Artikoli 4, 5 u 6;

(e) id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta.

2. Meta n-nuqqas tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1 ikompli, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha adatti biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott għall-kostruzzjoni jkun disponibbli fis-suq jew jiżgura li jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 50 [48]

Emenda fl-Annessi

1. Il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi I sa V.

2. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

Artikolu 51 [49]

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, imsejjaħ il-Kumitat Permanenti għall-Kostruzzjoni.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 52 [50]

Revoka

1. Id-Direttiva 89/106/KEE hija revokata.

2. Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 53 [51]

Dispożizzjonijiet transitorji

1. Il-prodotti għall-kostruzzjoni kkummerċjalizzati b'konformità mad-Direttiva 89/106/KEE qabel l-1 ta' Lulju 2011 għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

2. Il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni fuq il-bażi ta' ċertifikat ta' konformità jew dikjarazzjoni ta' konformità, li jkun ħareġ/ħarġet qabel l-1 ta' Lulju 2011 b'konformità mad-Direttiva 89/106/KEE.

3. Linji gwida għal approvazzjoni teknika Ewropea ppubblikati qabel l-1 ta' Lulju 2011 skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/106/KEE jistgħu jintużaw bħala Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni.

4. Il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jużaw approvazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġin skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/106/KEE qabel l-1 ta’ Lulju 2011 bħala Dokumenti ta' Valutazzjonijiet Ewropej matul il-perjodu kollu ta’ validità ta’ dawk l-approvazzjonijiet.

Artikolu 54 [52]

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikoli 3 sa 21, 26, 27 u 28, l-Artikoli 46 sa 50, 52 u 53 kif ukoll l-Annessi I, II, III u V għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet

B'mod ġenerali u fil-partijiet distinti tagħhom, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni għandhom ikunu tajbin għall-użu intenzjonat tagħhom.

Soġġett għal manutenzjoni normali, il-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet għandhom ikunu sodisfatti għal tul ta' ħajja ekonomikament raġonevoli.

1. Reżistenza mekkanika u stabbiltà

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li l-piżijiet li x'aktarx jaġixxu fuqhom matul il-kostruzzjoni u l-użu tagħhom ma jwasslu għall-ebda każ minn dawn li ġejjin:

(a) tiġrif tax-xogħol sħiħ jew parti minnu;

(b) ammont inammissibbli ta' deformazzjonijiet kbar;

(c) ħsara lil partijiet oħra tax-xogħlijiet jew lit-tagħmir jew lill-apparat installat bħala riżultat ta' deformazzjoni kbira tal-kostruzzjoni li ġġorr il-piż;

(d) ħsara minn avveniment ta' daqs sproporzjonat mal-kawża oriġinali.

2. Sigurtà f'każ ta' nar

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li f'każ ta' nar:

(a) wieħed ikun jista' jassumi l-kapaċità ta' kemm il-kostruzzjoni tista' ġġorr piż għal perjodu speċifiku ta' żmien,

(b) il-ġenerazzjoni u t-tifrix tan-nar u d-duħħan fix-xogħlijiet ikunu limitati,

(c) it-tifrix tan-nar lejn xogħlijiet ta' kostruzzjoni fil-qrib tkun limitata,

(d) tittieħed konsiderazzjoni tas-sigurtà ta' l-iskwadri tas-salvataġġ.

3. Iġjene, saħħa u l-ambjent

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li ma jkunux ta' theddida la għall-iġjene u lanqas għas-saħħa ta' l-okkupanti u l-ġirien, lanqas ma jeżerċitaw impatt għoli żżejjed tul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tagħhom lill-kwalità ta' l-ambjent jew lill-klima, matul il-kostruzzjoni, l-użu u t-twaqqigħ tagħhom, b'mod partikolari bħala riżultat ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a) l-emissjoni ta' gass tossiku;

(b) l-emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi, komposti organiċi volatili (VOC), gassijiet serra jew partiċelli perikolużi fl-arja ta' ġewwa jew ta' barra;

(c) l-emissjoni ta' radjazzjoni perikoluża;

(d) ir-rilaxx ta' sustanzi perikolużi fl-ilma tax-xorb, l-ilma ta' taħt l-art, l-ilma baħar jew il-ħamrija;

(e) ħsara fl-iskariku ta' l-ilma ta' l-iskart, l-emissjoni ta' gassijiet tal-kombustjoni jew ħsara fir-rimi ta' skart solidu jew likwidu;

(f) il-preżenza ta' umdità f'partijiet mix-xogħlijiet jew fuq l-uċuħ fix-xogħlijiet.

4. Sigurtà fl-użu

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li ma jippreżentawx riskji mhux aċċettabbli ta' inċidenti fis-servizz jew fl-operazzjoni bħal żliq, twaqqigħ, ħbit, ħruq, xokk elettriku, u korriment minn xi splużjoni.

5. Protezzjoni kontra l-ħsejjes

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li l-ħoss li jinstema mill-okkupanti jew in-nies fil-qrib jinżamm baxx f'livell li ma jippreżentax theddida għas-saħħa tagħhom u jħallihom jorqdu, jistrieħu u jaħdmu f'kundizzjonijiet sodisfaċenti.

6. Ekonomija ta' l-enerġija u żamma tas-sħana

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u l-installazzjonijiet tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali modi li l-ammont ta' l-enerġija meħtieġa fl-użu jkun baxx, meta wieħed jieħu kont tal-kundizzjonijiet klimatiċi tal-lokalità u l-okkupanti.

7. Użu sostenibbli ta' riżorsi naturali

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati, mibnija u mwaqqa' b'tali mod li l-użu ta' riżorsi naturali jkun sostenibbli u jiżgura dan li ġej:

(a) ir-riċiklabbiltà tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, il-materjali u l-biċċiet tagħhom wara t-twaqqigħ;

(b) id-durabbiltà tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni;

(c) l-użu ta' materjali primi u sekondarji kompatibbli ma' l-ambjent fix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni.

ANNESS II

Proċedura għall-adozzjoni ta' Dokument ta' Valutazzjoni Ewropew u għall-ħruġ ta' Valutazzjoni Teknika Ewropea

1. Il-Korp għal Valutazzjoni Teknika (TAB) għandu jwettaq valutazzjoni u joħroġ il-Valutazzjoni Teknika Ewropea (ETA) fil-qasam tal-prodott li huwa nħatar għalih.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness dwar il-manifatturi japplikaw ukoll għall-importaturi.

2. L-elaborazzjoni u l-adozzjoni ta' Dokument ta' Valutazzjoni Ewropea għandhom jitwettqu b'konformità mal-punti 2.1 sa 2.9.

2.1. It-TAB li jirċievi applikazzjoni għal ETA (minn issa 'l quddiem "TAB responsabbli") għal prodott għall-kostruzzjoni għandu jgħarraf lill-organizzazzjoni tat-TAB imsemmija fl-Artikolu 25(1) u lill-Kummissjoni dwar il-kontenut ta' l-applikazzjoni u dwar ir-referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għal valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, li t-TAB bi ħsiebu japplika għal dan il-prodott, jew dwar in-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni bħal din.

2.2. It-TAB responsabbli għandu, f'kooperazzjoni mal-manifattur, jikseb l-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu. It-TAB responsabbli għandu jgħarraf lill-manifattur jekk il-prodott huwiex kopert, b'mod sħiħ jew parzjali, minn speċifikazzjoni teknika armonizzata oħra. Imbagħad, it-TAB responsabbli għandu jfassal l-ewwel kuntratt li għandu jiġi konkluż mal-manifattur, li jiddefinixxi t-termini għall-elaborazzjoni tal-programm tax-xogħlijiet.

2.3. Fi żmien xahar mill-konklużjoni ta' l-ewwel kuntratt, il-manifattur għandu jippreżenta lit-TAB responsabbli, fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu intenzjonat tiegħu u dettalji dwar il-kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika li applika.

2.4. Fi żmien xahar mill-wasla tal-fajl tekniku, it-TAB responsabbli għandu jħejji u jibgħat lill-manifattur l-abbozz tat-tieni kuntratt u l-abbozz tal-programm tax-xogħol, li fihom l-aspetti u l-azzjonijiet dettaljati kollha li se jwettaq biex jivvaluta l-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott f'relazzjoni ma' l-użu intenzjonat. L-abbozz tal-programm ta' ħidma għandu jinkludi ta' l-inqas il-partijiet li ġejjin:

(a) l-1 parti: il-programm ta' valutazzjoni li jindika l-metodi ta' l-ittestjar, il-metodi ta' kalkolu, il-metodi deskrittivi, il-parametri u l-mezzi l-oħrajn kollha, inklużi l-kriterji ta' valutazzjoni meqjusa adatti għall-identifikazzjoni tal-prodott, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward ta' l-użu intenzjonat, u l-aspetti tad-durabbiltà għall-karatteristiċi essenzjali rilevanti.

(b) it-2 parti: l-attivitajiet relatati ma' l-ispezzjoni inizjali ta' l-impjant li fih ġie manifatturat il-prodott kopert mill-applikazzjoni;

(c) it-3 parti: il-postijiet fejn se jitwettqu t-testijiet;

(d) ir-4 parti: żmien u spejjeż previsti.

2.5. Wara l-konklużjoni tat-tieni kuntratt, li jinkludi l-programm tax-xogħol miftiehem bejn it-TAB responsabbli u l-manifattur, it-TAB responsabbli għandu jibgħat l-1 Parti tal-programm tax-xogħol, flimkien mal-parti tal-fajl tekniku relatata mad-deskrizzjoni tal-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu, lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika l-oħrajn kollha maħtura għall-istess qasam tal-prodotti għall-kostruzzjoni, imsemmi fit-Tabella 1 ta' l-Anness IV. Dawk il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jikkostitwixxu grupp ta' ħidma, li għandu jkun ikkoordinat mit-TAB responsabbli.

Fi żmien ġimagħtejn mill-wasla ta' dawk id-dokumenti għand il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika kollha interessati mingħand it-TAB responsabbli, il-grupp ta' ħidma għandu jistabbilixxi l-abbozz ta' l-EAD, li jkun fih il-metodi u l-kriterji tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali rilevanti, ibbażati fuq l-1 Parti tal-programm tax-xogħol u fuq il-kontributi tekniċi pertinenti u ġġustifikati pprovduti mill-membri tiegħu.

2.6. Imbagħad, l-abbozz ta' l-EAD għandu jkun ikkomunikat mit-TAB responsabbli, flimkien mal-parti rilevanti tal-fajl tekniku li fih id-deskrizzjoni tal-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu, lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika l-oħrajn kollha.

Fi żmien ġimagħtejn, dawn il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika l-oħrajn għandhom jikkomunikaw lit-TAB responsabbli, l-informazzjoni rilevanti relatata mar-regolamenti nazzjonali tagħhom dwar il-kostruzzjoni u dispożizzjonijiet legali jew amministrattivi oħrajn li japplikaw għall-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu, skond il-każ. It-TAB responsabbli għandu jgħarraf lill-membri tal-grupp ta' ħidma u lill-manifattur dwar il-kontenut ta' dawn il-kontributi.

2.7. It-TAB responsabbli għandu jinkludi dawn il-kontributi, wara li jikkonsulta lill-grupp ta' ħidma, fl-abbozz ta' l-EAD, li hu għandu jibgħat lill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika msemmijin fl-Artikolu 25(1). Wara li tkun ikkomunikat l-aħħar abbozz ta' l-EAD lill-manifattur, li għandu jkollu ġimgħa biex jirreaġixxi, l-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandha tadotta l-EAD bħala dokument proviżorju. L-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandha tibgħat kopja ta' l-EAD proviżorju adottat lill-manifattur u lill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika, l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-EAD proviżorju fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol mill-wasla tiegħu, huwa għandu jiġi emendat kif meħtieġ mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika. Wara dan il-perjodu, it-TAB responsabbli għandu jibda t-tħejjijiet għat-twettiq tal-valutazzjoni.

2.8. It-TAB responsabbli għandu jwettaq il-valutazzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-EAD proviżorju adottat u sussegwentement għandu joħroġ id-dokument ta' l-ETA korrispondenti.

2.9. Hekk kif tkun inħarġet l-ewwel ETA fuq il-bażi ta' EAD proviżorju partikolari mit-TAB responsabbli, dan l-EAD għandu jiġi aġġustat, jekk hu meħtieġ, mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika fuq il-bażi ta' proposta mit-TAB responsabbli. L-EAD finali għandu mbagħad jiġi adottat mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika u mibgħut lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenza għall-EAD finali fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Meta r-referenza għall-EAD finali tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, it-tħejjijiet għall-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej fuq il-bażi ta' kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, dwar prodotti għall-kostruzzjoni b'karatteristiċi essenzjali simili fir-rigward ta' l-użu intenzjonat relatat ma' l-ewwel applikazzjoni, għandhom jitwettqu b'konformità ma' l-EAD finali.

4. Rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jattendi l-laqgħat kollha tal-grupp ta' ħidma msemmi fil-punt 2.5, bħala osservatur.

5.

Jekk il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika kollha u l-manifattur ma jkunux qablu dwar l-EAD, l-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandha tippreżenta l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni adatta.

ANNESS III

Dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

Nru .................

1. Nru ........................... (kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-prodott)

2. Isem jew marka ta' identifikazzjoni u indirizz ta' (rappreżentant awtorizzat tal-) manifattur:

.................................................................................................................................

.................................................................................................................................

3. Din id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni hi maħruġa taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur biss:

.................................................................................................................................

.................................................................................................................................

4. Identifikazzjoni tal-prodott (li tippermetti t-traċċabbiltà )

.................................................................................................................................

.................................................................................................................................

5. Il-prestazzjoni tal-prodott identifikat hawn fuq hi konformi mal-prestazzjonijiet iddikjarati taħt il-punt 7.

6. Il- .................................................. (isem, numru tal-korp innotifikat, jekk rilevanti)

wettaq .............................................................… (deskrizzjoni ta' l-intervent)

u ħareġ …...................................... (iċ-ċertifikat ta' konformità tal-prodott, iċ-ċertifikat ta' konformità tal-kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika, ir-rapporti tat-testijiet - jekk rilevanti):

........................................................................................................................

........................................................................................................................

7. Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni (lista, livelli jew klassijiet u referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata/Dokumentazzjoni Teknika Speċifika korrispondenti użata għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali ddikjarati)

Isem tal-karatteristika essenzjali ddikjarata | Livell jew klassi ta' prestazzjoni għall-karatteristika essenzjali ddikjarata | Referenza ta' l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata / Dokumentazzjoni Teknika Speċifika |

| | |

| | |

| | |

Iffirmat għal u f'isem: ...............................

............................................ ...............................................

(post u data tal-ħruġ) (isem, funzjoni)(firma)

ANNESS IV

Oqsma tal-prodott u ħtiġijiet għall-Korpi ta' Valutazzjoni Teknika

Tabella 1 - Oqsma tal-prodott

Kodiċi tal-Qasam | Il-Qasam tal-Prodott | Familji ta' prodotti għall-kostruzzjoni |

A | INĠINERIJA ĊIVILI | Ġeotessili u prodotti relatati - Tagħmir taċ-ċirkolazzjoni - Pavimentar u wċuħ tat-toroq - Żrar - Prodotti għall-kostruzzjoni tat-toroq - Pajpijiet, tankijiet u anċillari li mhumiex f'kuntatt ma' ilma intenzjonat għall-konsum mill-bniedem - Qigħan ta' l-art inklużi pjani terrani sospiżi, toroq u żoni traffikati oħrajn - Konkrit ta' l-asfalt ta' saff irqiq ħafna - Prodotti ta' l-inġinerija ta' l-ilma ta' l-iskart - Kittijiet għall-protezzjoni minn ġebel li jaqa' - Kittijiet ta' applikazzjoni likwida għall-protezzjoni mill-ilma għall-wiċċ ta' pont - Ġonot ta' espansjoni għal pontijiet ta' toroq |

B | unitajiet Ta' Kostruzzjoni Totali/parzjali prefabbrikati | Kittijiet għall-kostruzzjoni prefabbrikati b'qafas ta' l-injam u taz-zkuk - Kittijiet għall-kostruzzjoni ta' ħażniet tal-friża u tal-bini li jkunu fih - Unitajiet ta' kostruzzjoni prefabbrikati - Kittijiet għall-kostruzzjoni ta' qafas tal-konkos - Kittijiet għall-kostruzzjoni ta' qafas tal-metall |

C | Materjali u komponenti li jġorru l-piż | Prodotti ta' l-injam strutturali u anċillari - Siment, ġir tal-bini u materjali li jgħaqqdu oħrajn - Ħadid għar-rinfurzar u l-prestressing tal-konkos - Prodotti metalliċi strutturali u anċillari - Prodotti relatati mal-konkos, it-tikħil u l-mili tal-fili u l-grout - Kuxxinetti strutturali - Prodotti tal-konkos prefabbrikati - Kittijiet tat-turġien prefabbrikati - Travi u kolonni kompożiti ħfief ta' l-injam - Kittijiet tal-post tensioning għall-prestressing ta' l-istrutturi - Boltijiet għall-ankoraġġ |

D | tisqif u estern tal-bini | Kittijiet ta' ħitan minn barra (curtain-walling) - Kisi tal-bjut, tamboċċi, twieqi tal-bjut u prodotti anċillari - Ħġieġ ċatt, ħġieġ profilat u prodotti tal-blokok tal-ħġieġ - Bibien u twieqi esterni u interni, ftuħ fis-soqfa u tamboċċi - Kittijiet ta' applikazzjoni likwida għas-siġillar tal-bjut mill-ilma - Kittijiet għall-kisi tal-ħitan minn barra - Sistemi ta' glejżjar siġillant strutturali - Kittijiet ta' membrani flessibbli għas-siġillar tal-bjut mill-ilma li jintrabtu mekkanikament - Kittijiet ta' soqfa trasluċenti li jżommu waħedhom - Pannelli tal-wiċċ prefabbrikati stressjati li jġorru l-piż ibbażati fuq l-injam u pannelli ħfief kompożiti li jżommu waħedhom |

E | Komponenti/kittijiet tal-kostruzzjoni interni/esterni | Apparat tas-sanità - Pannelli ta' l-injam - Xogħlijiet tal-ġebel u prodotti relatati - Materjali ta' l-uċuħ tal-ħitan interni u esterni u tas-soqfa - Prodotti tal-ġibs - Kittijiet għall-partizzjonijiet interni - Kittijiet tal-kisi ta' l-art u l-ħitan li ma jgħaddix ilma minnu - Kittijiet ta' armar permanenti li ma jerfax piż fuq il-bażi ta' blokok vojti jew pannelli ta' materjali iżolanti u/jew tal-konkos |

F | TISĦIN/VENTILAZZJONI/IŻOLAMENT | Ċmieni, tubi ta' ġo fihom u prodotti speċifiċi - Apparat għat-tisħin ta' l-ispazji - Prodotti iżolanti termali - Kittijiet kompożiti ta' iżolament termali estern - Kittijiet għall-iżolament tas-soqfa invertit - Pannelli ta' iżolament minn barra (vetures) |

G | twaħħil siġillanti/adeżivi | Adeżivi għall-kostruzzjoni - Pinnijiet għal ġonot strutturali / Konnetturi - Pjanċi għat-twaħħil tridimensjonali - Boltijiet ta' ankoraġġ / Viti - Pjanċi tal-ħitan ta' l-istainless steel. - Cavity trays - Qafliet għall-kisi tal-ħitan ta' barra u s-soqfa ċatti jew immejla - Konnettur għal sandwich elements tal-konkos - Siġilli għall-gass u l-ilma għall-pajpijiet li jippenetraw fil-ħitan u fl-art - Kittijiet, profili u strippi siġillanti - Komposti siġillanti tal-ġonot - Fissanti mdendlin tal-lastiku - Vireg tat-tensjoni - Point fastener - Repellenti tal-wiċċ u trattamenti ta' kisi - Qafliet ta' l-invellar għal soqfa, ħitan u applikazzjonijiet interni - Prodotti / trattamenti għal ilqugħ mill-umdità |

H | Protezzjoni min-nar u prodotti relatati | Prodotti ta' twissija tan-nar, rilevament tan-nar, tifi tan-nar fiss, kontroll tan-nar u d-dħaħen u trażżin ta' splużjonijiet - Prodotti li jitfu, jissiġillaw u jipproteġu min-nar. |

I | Installazzjoni elettrika | Kull prodott għall-kostruzzjoni relatat ma' l-installazzjoni elettrika. |

J | Installazzjoni tal-Gass | Kull prodott għall-kostruzzjoni relatat ma' l-installazzjoni tal-gass. |

K | Provvista ta' l-ilma u dranaġġ | - Kitt li jikkonsisti f'serpentina b'għeluq mekkaniku parzjali, immontat f'kanal bla serpentina - Kitt għall-għata ta' manhole li jikkonsisti f'Għatu u ċrieki addizzjonali magħmula mill-plastik għal finijiet differenti - Tagħmir ta' pajpijiet għall-ilma kiesaħ u sħun, inklużi dawk intenzjonati għall-konsum mill-bniedem - Sistemi ta' pajpijiet għad-dranaġġ bi pressjoni jew mingħajra - Konnettur flessibbli għall-pajpijiet tad-drenaġġ tal-gravità jew tal-pressjoni - Faċilità sanitarja kompożita |

Tabella 2 - Ħtiġijiet għall-korpi tal-valutazzjoni teknika

Kompetenza | Deskrizzjoni tal-kompetenza | Ħtieġa |

1 Analiżi tar-riskji | L-identifikazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji potenzjali għall-użu ta' prodotti għall-kostruzzjoni innovattivi fin-nuqqas ta' informazzjoni teknika stabbilita/konsolidata fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom meta dawn ikunu installati f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni. | TAB għandu jkun indipendenti mill-partijiet interessati u minn kull interess partikolari.Barra minn hekk, TAB għandu jkollu persunal bi:(a) oġġettività u ġudizzju tekniku tajjeb;(b) għarfien dettaljat tad-dispożizzjonijiet regolatorji u ħtiġijiet oħrajn fis-seħħ fl-Istati Membri, dwar oqsma tal-prodott li għalihom hu se jkun maħtur; (c) intendiment ġenerali tal-prattika tal-kostruzzjoni u għarfien tekniku dettaljat dwar oqsma tal-prodott li għalihom hu se jkun maħtur;(d) għarfien dettaljat tar-riskji speċifiċi involuti u l-aspetti tekniċi tal-proċess tal-kostruzzjoni;(e) għarfien dettaljat ta' l-istandards armonizzati eżistenti u metodi ta' l-ittestjar fl-oqsma tal-prodott li għalihom hu se jkun maħtur;(f) ħiliet lingwistiċi adatti. |

2 Stabbiliment ta' kriterji tekniċi | It-trasformazzjoni ta' l-eżitu ta' l-analiżi tar-riskju fi kriterji tekniċi għall-evalwazzjoni ta' l-imġiba u l-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni fir-rigward ta' l-ilħuq ta' ħtiġijiet nazzjonali applikabbli;l-informazzjoni teknika meħtieġa minn dawk li qed jieħdu sehem fil-proċess tal-kostruzzjoni bħala utenti potenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni (il-manifatturi, id-disinjaturi, il-kuntratturi, l-installaturi). | |

3 Stabbiliment ta' metodi ta' valutazzjoni | Id-disinn u l-validazzjoni ta' metodi adatti (testijiet jew kalkoli) biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, b'kont meħud ta' l-istat attwali tat-teknoloġija. | |

4 Determinazzjoni tal-kontroll speċifiku tal-produzzjoni fil-fabbrika | L-intendiment u l-evalwazzjoni tal-proċess ta' manifattura tal-prodott speċifiku sabiex jiġu identifikati miżuri adatti li jiżguraw il-kostanza tal-prodott tul il-proċess ta' manifattura partikolari. | TAB għandu jkollu persunal b'għarfien adatt tar-relazzjoni bejn il-proċessi ta' manifattura u l-karatteristiċi tal-prodott fir-rigward tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika. |

5 Valutazzjoni tal-prodott | Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni fuq il-bażi ta' metodi armonizzati mqabblin ma' kriterji armonizzati. | Minbarra l-ħtiġijiet elenkati fil-punti 1, 2 u 3, TAB għandu jkollu aċċess għall-mezzi u l-apparat meħtiġin għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni fl-oqsma tal-prodott li huwa se jinħatar għalihom. |

6 Ġestjoni ġenerali | Tiġi żgurata konsistenza, affidabbiltà, oġġettività u traċċabbiltà permezz ta' l-applikazzjoni kostanti ta' metodi ta' ġestjoni adatti. | TAB għandu jkollu:(a) rekord ippruvat ta' rispett għal imġiba amministrattiva tajba;(b) linja ta' politika u l-proċeduri ta' sostenn biex tiġi żgurata il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva fit-TAB u l-imsieħba kollha tiegħu;(c) sistema ta' kontroll ta' dokumenti biex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni, it-traċċabbiltà, il-manutenzjoni u l-arkivjar tad-dokumenti rilevanti kollha;(d) mekkaniżmu għal verifika interna u reviżjoni tal-ġestjoni biex jiġi żgurat il-monitoraġġ regolari tal-konformità ma' metodi ta' ġestjoni adatti;(e) proċedura biex l-appelli u l-ilmenti jiġu ttrattati b'mod oġġettiv. |

ANNESS V

Valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni

1. Sistemi ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni

1.1. Sistema 1 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a) il-manifattur għandu jwettaq:

(i) kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika (FPC);

(ii) ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika b'konformità mal-pjan ta' l-ittestjar preskritt;

(b) il-korp innotifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità tal-prodott fuq il-bażi ta':

(i) id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi ta' l-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunament), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii) l-ispezzjoni inizjali ta' l-impjant ta' manifattura u tal-FPC;

(iii) is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwa tal-FPC;

(iv) l-ittestjar ta' verifika ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika.

1.2. Sistema 2 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a) il-manifattur għandu jwettaq:

(i) il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(ii) ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika mill-manifattur b'konformità mal-pjan ta' l-ittestjar preskritt;

(b) il-korp innotifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità tal-prodott fuq il-bażi ta':

(i) id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi ta' l-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunament), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii) l-ispezzjoni inizjali ta' l-impjant ta' manifattura u tal-FPC;

(iii) is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwa tal-FPC;

1.3. Sistema 3 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a) il-manifattur għandu jwettaq:

(i) id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi ta' l-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunament), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii) il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(iii) l-ittestjar ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika b'konformità mal-pjan ta' l-ittestjar preskritt;

(b) il-korp innotifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità tal-FPC fuq il-bażi ta':

(i) l-ispezzjoni inizjali ta' l-impjant ta' manifattura u tal-FPC;

(ii) is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwa tal-FPC;

1.4. Sistema 4 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a) il-manifattur għandu jwettaq kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(b) il-korp innotifikat għandu jwettaq id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi ta' l-ittestjar tat-tip (ibbażat fuq kampjunament imwettaq mill-manifattur), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

1.5. Sistema 5 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a) il-manifattur għandu jwettaq:

(i) id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi ta' l-ittestjar tat-tip, kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii) il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(b) m'hemm l-ebda kompitu għall-korp innotifikat.

2. korpi involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni

Fir-rigward tal-funzjoni tal-korpi nnotifikati involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni, għandha ssir distinzjoni bejn:

(1) korp għaċ-ċertifikazzjoni: korp innotifikat, governattiv jew mhux governattiv, li għandu l-kompetenza u r-responsabbiltà meħtieġa biex iwettaq ċertifikazzjoni b'konformità ma' regoli partikolari ta' proċedura u ġestjoni;

(2) korp għall-ispezzjoni: korp innotifikat li għandu l-organizzazzjoni, il-persunal, il-kompetenza u l-integrità biex iwettaq il-funzjonijiet li ġejjin b'konformità ma' kriterji speċifiċi: jivvaluta, jirrakkomanda għall-aċċettazzjoni u għall-verifika sussegwenti ta' operazzjonijiet ta' kontroll fuq il-kwalità tal-manifatturi, u jagħżel u jevalwa l-prodotti għall-kostruzzjoni fl-impjant b'konformità ma' kriterji speċifiċi;

(3) laboratorju għall-ittestjar: laboratorju nnotifikat li jkejjel, jeżamina, jittestja, jikkalibra jew b'xi mod ieħor jiddetermina l-karatteristiċi jew il-prestazzjoni ta' materjali jew prodotti għall-kostruzzjoni.

[1] ĠU L 40 tal-11.2.1989, p. 12, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE, ĠU L 220 tat-30.8.1993, p. 1.

[2] Kummissjoni Ewropea (2005): COM(2005) 535 finali: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, li timplimenta l-programm Komunitarju ta’ Liżbona: Strateġija għas-Semplifikazzjoni ta' l-Ambjent Regolatorju, Brussell.

[3] EC MEMO/05/394 u MEMO/06/426

[4] COM(2007) 36 finali

[5] Mir-Risk & Policy Analysts Ltd (RPA), UK

[6] ĠU C,, p. .

[7] ĠU C,, p. .

[8] ĠU C,, p. .

[9] ĠU C,, p. .

[10] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1.).

[11] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22/7/2006, p. 11).

[12] ĠU L124, 20.5.2003, p. 36.

--------------------------------------------------