23.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/5


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/C 248/05)

Konformi ma' Artiklu 9(1)(a), it-tieni indent, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat- 23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

F'paġna 296, daħħal it-test li ġej:

“7318 11 00

Coach screws

Il-coach screws huma tip speċjali ta' vit bla slott għall-injam li għandhom ras eżagonali jew kwadra u jista' jkollhom kappa fissa.

Hemm żewġ tipi ta' coach screws:

viti li jintużaw biex jorbtu l-linji ferrovjarji mas-serratizzi ta' l-injam li huma, fil-prinċipju, viti kbar ta' l-injam (ara eżempju A),

viti li jintużaw għall-immuntar tat-twavel u xogħol ta' l-injam goff simili li, minħabba l-użu tagħhom, għandhom dijametru tal-parti d-dejqa (shank) ta' aktar minn 5mm (ara eżempju B).

Image Image

F'paġna 337, daħħal it-test li ġej:

“8525 80 30

Kameras diġitali

Kameras diġitali ta' dan is-subtitlu huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw immaġni fissa, kemm jekk fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala' u tinbidel.

Ħafna mill-kameras ta' dan is-subtitlu għandhom ix-xeħta ta' kamera fotografika tradizzjonali u m'għandhomx viewfinder li jintewa.

Dawn il-kameras jistgħu wkoll ikunu kapaċi jieħdu vidjow biex jirrekordjaw sekwenzi ta' vidjow. Kameras jibqgħu kklassifikati f'dan is-subtitlu għajr meta, meta tintuża l-kapaċita' ta' ħażna massima, huma kapaċi jirrekordjaw bi kwalita' ta' 800 x 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f'sekwenza waħda ta' vidjow.

Imqabbla mal-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' subtitli 8525 80 91 u 8525 80 99, ħafna kameras diġitali (meta jintużaw bħala vidjowkameras) m'għandhomx il-funzjoni ta' żum ottiku waqt li jkunu qed jirrekordjaw il-vidjow. Il-kapaċità ta' ħażna ma taffettwax hekk kif xi kameras, wara ċertu perijodu ta' ħin, iwaqqfu l-irrekordjar tal-vidjow awtomatikament.

8525 80 91 u 8525 80 99

Vidjowkameras li jirrekordjaw

Il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' dawn is-subtitli huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw sekwenzi ta' vidjow, kemm fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala' u tinbidel.

Ġeneralment, il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' dawn is-subtitli għandhom id-disinn li jvarja mill-kameras diġitali ta' subtitlu 8525 80 30. Ġeneralment ikollhom viewfinder li jintewa u ta' spiss ikunu ppreżentati flimkien ma' apparat għall-kontroll mill-bogħod. Dejjem joffru l-funzjoni ta' żum ottiku matul l-irrekordjar tal-vidjow.

Dawn il-vidjowkameras diġitali jistgħu wkoll jirrekordjaw immaġni fissa.

Kameras diġitali huma esklużi minn dawn is-subtitli jekk mhumiex kapaċi, meta tintuża l-kapaċita' ta' ħażna massima, jirrekordjaw bi kwalita' ta' 800 x 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f'sekwenza waħda ta' vidjow.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-ahhar mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(2)  ĠU C 50, 28.2.2006, p. 1.