52007PC0766




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.12.2008

KUMM(2007) 766 finali

2007/0280 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2007) 1598}{SEG(2007) 1599}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1) Kuntest tal-proposta

- Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Il-ħolqien ta’ suq Ewropew għat-tagħmir tad-difiża huwa fattur ewlieni biex jappoġġja l-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża (ESDP). Fil-qasam tal- appalti pubbliċi, dan jeħtieġ qafas leġiżlattiv Ewropew ġdid adatt għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi sensittivi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà. Id-Direttiva preżenti timmira li tistabbilixxi dan il-qafas, billi timla n-nuqqasijiet fil-qafas leġiżlattiv fis-seħħ, li ġew enumerati mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Il-kuntratti pubbliċi preċedenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà attwalment jaqgħu taħt l-ambitu ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE[1], suġġetti għall-eċċezzjonijiet li jikkorrispondu mas-sitwazzjonijiet previsti mill-Artikoli 30, 45, 46, 55 u 296 tat-Trattat.

Il-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ ġurisprudenza stabbilita, iddeċidiet b’mod ċar li r-rikors għal derogi tal-liġi Komunitarja, inkluża dik speċifikata fl-Artikolu 296 tat-Trattat, għandu jkun limitat għal ipoteżijiet eċċezzjonali u ddefiniti b’mod ċar. Issa, fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, id-Direttiva 2004/18/KE rarament tiġi applikata mill-Istati Membri, li jinvokaw l-eżenzjonijiet imsemmija kemm fl-Artikolu 296 tat-Trattat, għall-kuntratti pubbliċi tad-difiża, kif ukoll fl-Artikolu 14 tad-Direttiva, għall-kuntratti pubbliċi tas-sigurtà. Id-derogi, li allura, skond it-Trattat u l-ġurisprudenza tal-Qorti, għandhom jikkostitwixxu eċċezzjoni, fil-prattika, huma r-regola.

B’riżultat ta’ dan, il-maġġoranza tat-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà jinxtara fuq bażi ta’ regoli u proċeduri ta’ għotjiet nazzjonali mhux koordinati. Dawn id-dispożizzjonijiet huma differenti ħafna fir-rigward ta’ pubblikazzjoni, ta’ proċeduri ta' appalt, ta’ kriterji ta’ għażla u ta’ għoti, eċċ. Dan in-nuqqas ta' eteroġeneità ġuridika jikkostitwixxi ostaklu kbir għat-twaqqif ta’ Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża u tiftaħ il-bieb biex il-prinċipji tat-Trattat ma jiġux rispettati, b’mod partikolari dawk tat-trasparenza, tan-non-diskriminazzjoni u ta’ l-ugwaljanza ta’ trattament, f’sezzjonijiet vasti tas-swieq tad-difiża fl-Ewropa.

L-użu estensiv ta’ dawn id-derogi ġej fil-parti l-kbira mill-fatt li d-Direttiva 2004/18/KE, minkejja t-titjib li sarilha meta mqabbla mar-regoli ta’ koordinazzjoni li kienu fis-seħħ preċedentement, ma tikkunsidrax b’mod adegwat l-eżiġenzi speċifiċi li ċerti akkwisti ta’ beni u prestazzjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà jridu jissodisfaw.

L-għan tal-Kummissjoni għalhekk huwa li tillimita, fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, ir-rikors għall-eżenzjonijiet mit-Trattat u mid-Direttiva 2004/18/KE għal każijiet eċċezzjonali, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti, filwaqt li tirrispetta l-interessi tas-sigurtà ta’ l-Istati Membri.

Il-proposta preżenti għalhekk timmira biex tintroduċi strument ġuridiku ġdid adatt għan-natura speċifika ta’ akkwisti sensittivi u li għalihom l-għoti tal-kuntratti jinkludi eżiġenzi u prekawzjonijiet partikulari; l-Istati Membri għalhekk ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom qafas komuni ta’ regoli tal-appalt li jiggarantixxi kemm l-applikazzjoni tal-prinċipji tat-Trattat KE kif ukoll li jiġu kkunsidrati l-partikularitajiet proprji ta’ dawn l-akkwisti, bħas-sigurtà ta’ l-informazzjoni, is-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà meħtieġa għall-proċeduri.

- Il-kuntest ġenerali

Fl-1996 u l-1997, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat żewġ Komunikazzjonijiet dwar l-industriji marbuta mad-difiża, bil-għan li tinkoraġġixxi r-ristrutturazzjoni u t-twaqqif ta’ suq Ewropew effikaċi tat-tagħmir tad-difiża. Minn dawn kienu ħarġu proposti u azzjonijiet konkreti dwar ċerti aspetti tal-kwistjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi prinċipali, madankollu, ċerti Stati Membri iġġudikaw kull azzjoni fuq livell Ewropew bħala prematura.

Fi tmiem ta’ perjodu ta’ trasformazzjoni f'dan is-settur u fil-qafas istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, notevolment it-tnehdija ta’ Politika Ewropeja għas-Sigurta' u Difiża (ESDP) reali, il-Parlament Ewropew, f’Riżoluzzjoni ta’ l-10 ta’ April 2002, stieden lill-Kummissjoni biex tittratta l-kwistjoni ta’ l-armamenti f’Komunikazzjoni ġdida.

Fil-Ħarifa ta’ l-2002, il-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa ħolqot grupp ta’ ħidma dwar il-kwistjonijiet tad-difiża, ippresedut mill-Kummissarju Ewropew Michel Barnier. Ir-rapport ippreżentat mill-grupp[2] jenfasizza li l-kredibbiltà tal-Politika Ewropea għad-Difiża tistrieħ fuq l-eżistenza u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet Ewropej fil-qasam tad-difiża u fuq ir-rinfurzar tal-bażi industrijali u teknoloġika Ewropeja fis-settur tad-difiża. Għal dan il-għan, l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (AED), prevista inizjalment fl-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea, inħolqot f'Lulju 2004 u turi d-determinazzjoni ta’ l-Istati Membri li jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom tad-difiża.

B’mod parallel ma’ l-isforzi magħmula mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, permezz tal-Komunikazzjoni tagħha ta’ l-2003 intitolata “ Lejn politika ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ tagħmir tad-difiża ”[3], nidiet seba’ inizjattivi bil-ħsieb li twaqqaf suq Ewropew għat-tagħmir tad-difiża iktar effikaċi. F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jingħata bidu għal riflessjoni fuq kif jistgħu jittejbu l-akkwisti ta’ tagħmir tad-difiża u ħabbret l-adozzjoni ta’ komunikazzjoni interpretattiva fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat, u t-tħejjija ta’ Green Paper li sservi bħala bażi ta’ diskussjoni mal-partijiet kollha interessati sabiex jintlaħaq ftehim dwar ir-regoli li għandhom jiġu applikati għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ tagħmir tad-difiża, skond il-grad ta’ sensittività tagħhom.

Fl-2004, il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper imsejħa “ L-appalti pubbliċi tad-Difiża ”[4]. Fit-tmiem tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni kienet irċeviet erbgħin kontribuzzjoni minn sittax-il Stat Membru, istituzzjonijiet u intrapriżi.

Fl-2005, wara analiżi ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet u riflessjoni dwar id-djalogu li sar mal-gruppi kkonċernati, hija ppubblikat Komunikazzjoni “ dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni imnehdija mill-Green Paper dwar l-appalti tad-difiża u l-inizjattivi futuri tal-Kummissjoni ”[5]. Dawn il-kontribuzzjonijiet ikkonfermaw l-opportunità ta’ Komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikabbiltà ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat - adottat fl-2006[6] - u wrew il-ħtieġa li jkun hemm regoli Komunitarji għall-appalti tad-difiża, li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti akkwisti magħmula f’dan is-settur.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati ġibdu l-attenzjoni lejn l-eżistenza ta’ eżiġenzi simili għall-akkwisti ta' natura mhux militari ddestinati għas-sigurtà, li għalihom ukoll jeħtieġ li tingħata risposta leġiżlattiva fuq livell Ewropew. Fil-fatt, hekk kif innota l-Kunsill Ewropew fl-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà “ Ewropa Żgura f’Dinja Aħjar ” fl-2003, it-tfaċċar ta’ theddid transnazzjonali u asimmetriku, bħat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, qiegħed iċajpar il-fruntiera bejn sigurtà esterna u interna, militari u mhux militari u titlob tweġiba komprensiva. Barra minn hekk, għall-ġlieda kontra dan it-theddid, il-forzi mhux militari tas-sigurtà jużaw tagħmir li, minn aspett teknoloġiku, jista' jitqabbel ma' tagħmir tad-difiża. B’riżultat ta’ dan, l-appalti għas-sigurtà huma kkaratterizzati dejjem iktar minn sensittività, notevolment f’termini ta’ kumplessità u kunfidenzjalità, li jagħmluhom simili għall-akkwisti ddestinati għad-difiża.

- Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta

Attwalment, il-kuntratti li huma suġġetti għal din il-proposta huma rregolati skond id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi.

- Konsistenza ma' politiki oħra

Il-proposta tagħmel parti mill-politika tas-suq intern u għandha ttejjeb l-ESDP u l-politika industrijali Ewropea.

Hija tagħmel parti wkoll mill-qafas tas-seba’ oqsma ta’ politika identifikati mill-Kummissjoni fl-2003 fil-Komunikazzjoni “ Lejn politika tat-tagħmir tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea ” u hija komplementari ma’ inizjattivi oħrajn tal-Kummissjoni marbuta mas-suq tad-difiża u ma’ l-industrija.

2) Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ l-impatt

- Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Mill-bidu ta’ l-inizjattiva tagħha dwar l-appalti tad-difiża fl-2003, il-Kummissjoni ħadet ħsieb li jsiru dikussjonijiet profondi mal-partijiet ikkonċernati kollha, li wasslu għal din il-proposta. Il-konsultazzjonijiet saru fil-qafas tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi (ACPC), permezz ta’ l-EDA, u waqt laqgħat bilaterali ma’ l-Istati Membri u l-industrija Ewropea. Kien hemm ukoll kuntatti regolari mal-membri tal- kumitat tal-Parlament Ewropew dwar is- Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur.

Il- Green Paper fuq “ Il-kuntratti pubbliċi tad-difiża ” ġiet imfassla fuq bażi ta’ pariri ta' esperti kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-industrija Ewropea (ara hawn taħt). Dan imbagħad wassal għal konsultazzjoni vasta, li għaliha wieġbu erbgħin parti (Stati Membri, intrapriżi u partijiet oħra). Il-Kummissjoni b'hekk setgħet tkompli l-ħidma tagħha fuq il-bażi tar-riżultati ta' din il-konsultazzjoni.

L-Istati Membri pparteċipaw b’mod attiv fit-tħejjija tal-Komunikazzjoni interpretattiva adottata f’Diċembru 2006 u kienu mistiedna mill-Kummissjoni biex jikkummentaw fuq l-ewwel verżjoni tat-test li tqassam lilhom waqt l-ACPC. Bl-istess mod, il-partijiet interessati kollha kienu nvoluti mill-qrib fit-tħejjija tal-proposta preżenti, permezz ta’ għadd ta’ numru kbir ta' laqgħat multilaterali u bilaterali u billi bagħtu tweġibiet bil-miktub għal erba’ dokumenti indirizzati lill-membri ta’ l-ACPC. Barra minn hekk, l-gvernijiet u l-intrapriżi ġew ikkonsultati bħala parti mill-valutazzjoni ta’ l-impatt permezz ta’ ħames studji kkummissjonati lil konsulenti esterni, li koprew l-aspetti kollha tal- appalti tad-difiża ( talba, offerta, qafas regolatorju u prodotti).

- Ġabra u użu ta’ kompetenzi esperti

Bejn Jannar u April 2004, il-Kummissjoni organizzat sitt sessjonijiet ta’ diskussjoni ma’ gruppi ta’ esperti mill-gvernijiet ta’ l-Istati Membri u ta’ l-industrija Ewropea sabiex tiġbor informazzjoni dwar il-prassi attwali fil-qasam tal-appalti tad-difiża. Dawn is-sessjonijiet ittrattaw l-“identifikazzjoni tal-karatteristiċi u tad-dimensjonijiet ekonomiċi tas-swieq tad-difiża”, “ir-regoli tal-appalti pubbliċi tad-difiża fuq livell nazzjonali, intergovernattiv u Komunitarju” u “t-triq li għandha tiġi segwita għal strument Komunitarju - dwar l-appalti tad-difiża”.

- Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

Matul il-valutazzjoni ta’ l-impatt tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat tliet għażliet: ma tieħu ebda azzjoni Komunitarja, tadotta miżura mhux leġiżlattiva u tadotta miżura leġiżlattiva.

Il-miżuri mhux leġiżlattivi kkunsidrati kienu jinkludu komunikazzjoni interpretattiva li tiċċara l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18/KE fil-qasam tas-sigurtà, politika iktar stretta dwar l-infrazzjonijiet u programm ta’ taħriġ għall-awtoritajiet kontraenti u l-persunal tal-Kummissjoni biex ikunu jistgħu jagħrfu jimxu fuq il-Komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat.

Il-miżuri leġiżlattivi kkunsidrati jinkludu regolament, direttiva settorjali li tapplika għall-awtoritajiet kontraenti kollha fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, direttiva awtonoma li tapplika għall-kuntratti tad-difiża u s-sigurtà sensittivi u, fl-aħħarnett, Direttiva li temenda d-Direttiva 2004/18/KE sabiex jiddaħħlu fiha r-regoli ġodda speċifiċi li japplikaw għal dawn il-kuntratti.

Il-Kummissjoni mill-bidunett skartat l-għażla ta’ miżuri mhux leġiżlattivi. Għalkemm utli, dawn waħidhom ma kinux ikunu biżżejjed biex inaqqsu l-użu ta’ derogi bbażati fuq l-Artikolu 296 tat-Trattat u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18/KE. Dan il-għan jista jinkiseb biss jekk il-liġi Komunitarja dwar l-appalti pubbliċi tinkludi regoli adattati apposta għan-natura speċifika ta’ kuntratti pubbliċi sensittivi tad-difiża u s-sigurtà. Billi attwalment ma jeżistux regoli bħal dawn, dawn iridu jinħolqu, u dan jitlob l-adozzjoni ta’ miżura ta’ natura leġiżlattiva.

Bl-istess mod, kieku il-Kummissjoni ma ħadet ebda azzjoni, l-applikazzjoni estensiva ta’ l-eżenzjonijiet, għall-kuntratti pubbliċi tad-difiża u s-sigurtà, mir-regoli tas-suq intern, mingħajr dubju tkompli tippersisti. Fuq bażi tal-qafas ġuridiku attwali, il-parti l-kbira tal-kuntratti tad-difiża u s-sigurtà għalhekk ma jiggwadannjawx la fit-trasparenza u lanqas fil-ftuħ.

Ir-raġunijiet li ggwidaw lill-Kummissjoni fl-għażla tagħha tat-tip ta’ strument leġiżlattiv huma spjegati fil-parti kkonċernata (“l-għażla ta’ l-istrumenti”).

Minbarra l-kwistjoni ta’ l-istrument, il-Kummissjoni kkunsidrat għadd ta’ għażliet sekondarji li jikkonċernaw:

° l-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda;

° il-kontenut tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, is-sigurtà ta’ l-informazzjoni u l-proċeduri ta’ għoti.

L-għażliet relatati ma’ l-ambitu ta’ applikazzjoni ġew evalwati fid-dawl tal-għan li jiġi llimitat l-użu tad-derogi mir-regoli Komunitarji għal każijiet eċċezzjonali, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt ta’ l-Istati Membri li ma japplikawx ir-regoli Komunitarji għal raġunijiet ta’ ħarsien tal-interessi tas- sigurtà essenzjali tagħhom tas-sigurtà.

L-għażliet differenti dwar il-kontenut tar-regoli l-ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, tas-sigurtà ta’ l-informazzjoni u tal-proċeduri ta’ għoti, ġew evalwati bil-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell kemm jista’ jkun possibbli ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ non-diskriminazzjoni fil-kuntratti sensittivi tad-difiża u s-sigurtà. Madankollu, dan l-għan m’għandux ikun ta' detriment għall-interessi tas-sigurtà leġittimi fl-Istati Membri.

Din id-direttiva ser ittejjeb b’mod sostanzjali l-qafas regolatorju tal-appalti pubbliċi tad-difiża u s-sigurtà. Hija ser tippermetti l-koordinazzjoni tal-liġijiet nazzjonali f’dan il-qasam u tiżgura r-rispett tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ non-diskriminazzjoni.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ l-impatt uriet effetti limitati ħafna fuq l-ispejjeż amministrattivi ta’ l-awtoritajiet kontraenti u ta’ l-intrapriżi. Iż-żidiet eventwali fl-ispejjeż marbuta ma’ l-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda għandhom ikunu limitati u jħallu post, fuq medda medja jew twila ta’ żmien, għal tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi ta’ l-intrapriżi, u b’mod partikolari, ta’ l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju.

Iktar ftuħ tas-swieq tad-difiża u s-sigurtà għandu, minn aspett ekonomiku, itejjeb iċ-ċansijiet ta’ l-intrapriżi li jieħdu kuntratti fi Stati Membri oħrajn, biex b’hekk dawk li huma l-aktar kompetittivi jkunu jistgħu jilħqu ekonomiji ta’ skala u jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. L-ispejjeż unitarji ta’ produzzjoni għandhom jitnaqqsu, u għalhekk il-prodotti Ewropej isiru iktar kompetittivi fuq is-suq dinji. L-akkwisti tal-awtoritajiet kontraenti jkunu ekonomikament aktar vantaġġużi. Fl-aħħarnett, il-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxi jintefqu b’mod iktar effikaċi u ċ-ċittadini ta’ l-UE jkunu mħarsa aħjar mit-theddid li jtaqqal is-sigurtà tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet ta' din il-proposta mhux se jimmodifikaw ir-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali u, b’mod partikolari, transatlantiċi, fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà. Dawn ir-relazzjonijiet huma rregolati mill-ftehimiet milħuqa fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u, notevolment, mill-Ftehim dwar l-Appalti Pubbliċi (GPA). Kuntratti pubbliċi sensittivi mgħotija mill-awtoritajiet kontraenti li joperaw fis-settur tad-difiża, jiġifieri kuntratti għall-provvista ta’ armi, ta’ munizzjon u ta’ materjal tal-gwerra, huma esklużi mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim. Il-kuntratti ta' sigurtà pubblika jistgħu, min-naħa tagħhom, ikunu eżentati każ b’każ mill-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim fuq bażi ta’ l-Artikolu XXIII tiegħu. L-awtoritajiet kontraenti kkonċernati minn din il-proposta jżommu għalhekk id-dritt li jiddeċiedu jekk jistednux jew le operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi.

3) elementi ġuridiċi tal-proposta

- Ġabra fil-qosor tal-miżuri proposti

Din il-proposta ta’ direttiva tapplika għall-kuntratti pubbliċi sensittivi ta’ provvisti, servizzi u xogħlijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà. Il-limiti ta’ applikazzjoni proposti huma l-istess bħal dawk applikati attwalment fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 2004/18/KE.

Din il-proposta hija bbażata fil-parti l-kbira fuq l-istruttura u l-filosofija tad-Direttiva 2004/18/KE, iżda tippreżenta ċertu numru ta’ speċifiċitajiet addattati għall-karatteristiċi tal-kuntratti pubbliċi sensittivi tad-difiża u s-sigurtà. Dawn l-ispeċifiċitajiet jipprovdu, minn naħa, iktar flessibbiltà għall-awtoritajiet kontraenti u, min-naħa l-oħra, is-salvagwardji meħtieġa biex jiggarantixxu s-sigurtà ta’ l-informazzjoni u tal-provvista. Id-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ din il-proposta jikkonċernaw:

° il-bżonn ta' proċeduri: il-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt hija awtorizzata mingħajr ġustifikazzjoni partikolari sabiex toffri l-flessibbiltà meħtieġa għall-għoti ta’ kuntratti sensittivi tad-difiża u s-sigurtà. Jistgħu jintużaw ukoll il-proċedura ristretta u d-djalogu kompetittiv. Il-proċedura miftuħa, li timplika t-tqassim ta’ l-ispeċifikazzjonijiet lill-operaturi kollha li jitolbuha, madankollu ġiet ikkunsidrata bħala mhux adatta għall-eżiġenzi ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà ta’ l-informazzjoni marbuta ma’ dawn is-swieq.

° is-sigurtà tal-provvista: il-ħtiġijiet partikolari ta’ l-Istati Membri fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista għall-kuntratti pubbliċi sensittivi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà jiġġustifikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi, kemm fuq il-livell ta’ eżiġenzi kuntrattwali kif ukoll tal-kriterji ta’ l-għażla tal-kandidati.

° is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: bl-istess mod, in-natura ta’ sikwit kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni marbuta mal-kuntratti pubbliċi sensittivi tad-difiża u s-sigurtà timponi salvagwardji, li japplikaw kemm għall-proċedura ta’ għoti nnifisha, għall-kriterji ta’ l-għażla tal-kandidati u għall-eżiġenzi kuntrattwali ta’ l-awtoritajiet kontraenti.

- Il-bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika hija kkostitwita mill-Artikolu 47, paragrafu 2, l-Artikoli 55 u 95 KE, billi dawn huma dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw li l-proċeduri użati għall-appalti pubbliċi ta’ oġġetti u servizzi jirrispettaw il-prinċipji tal-moviment ħieles ta’ oġġetti, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal- libertà tal-provvista tas-servizzi.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

B’konformità mar-riżultati tal-konsultazzjonijiet li saru dawn l-aħħar snin, fuq il-livell Komunitarju dehret il-ħtieġa ta' azzjoni leġiżlattiva sabiex tiġi introdotta direttiva li tikkoordina il-proċeduri Komunitarji għall-għoti ta' kuntratti relatati ma’ l-akkwisti sensittivi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà.

Għan bħal dan ma jistax jintlaħaq la jekk wieħed jastjeni milli jaġixxi u lanqas minn azzjoni ta’ l-Istati Membri.

Għalhekk hemm il-ħtieġa ta’ inizjattiva leġiżlattiva biex ittemm sitwazzjonijiet ta' ksur li jkunu oriġinaw min-nuqqas ta dispożizzjonijiet Komunitarji ta’ koordinazzjoni tal-proċeduri tal-appalti pubbliċi attwalment applikabbli.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

L-istrument magħżul huwa direttiva, li tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni tiegħu.

Id-dispożizzjonijiet previsti huma l-istess bħal dawk tad-Direttiva 2004/18/KE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-oqsma ta’ din il-proposta. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet li jikkunsidraw b’mod speċifiku l-partikularitajiet relatati ma’ l-oqsma tad-difiża u s-sigurtà jħallu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kontraenti marġni ta’ stima sinifikanti dwar l-għażliet li għandhom isiru għal-finijiet ta’ l-għoti tal-kuntratti tagħhom.

Sakemm id-dispożizzjonijiet tad-direttiva jiġu applikati bis-sħiħ, it-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali għandha tippermetti lil kull Stat Membru li jikkunsidra l-ispeċifiċità u l-karatteristiċi ta’ l-akkwisti sensittivi tagħhom fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà.

- L-għażla ta’ l-istrumenti

Billi l-bażi ġuridika huma l-Artikolu 47, paragrafu 2, l-Artikoli 55 u 95 tat-Trattat KE, ir-rikors għal regolament għad-dispożizzjonijiet applikabbli kemm għall-appalti ta’ oġġetti kif ukoll għall-appalti ta’ servizzi ma jkunx permess mit-Trattat. B’riżultat ta’ dan, ġiet proposta direttiva bħala l-instrument propizju.

Billi l-għan huwa li jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern għall-akkwisti li għandhom karatteristiċi speċifiċi filwaqt li jinżamm l- acquis leġiżlattiv reċenti (id-Direttiva 2004/18/KE) u l- acquis ġurisprudenzjali għall-akkwisti li m’għandhomx l-istess restrizzjonijiet u eżiġenzi, il-proposta ta’ direttiva awtonoma tidher bħala l-aħjar triq. Barra minn hekk, hija tiżgura li tkun aktar ċara u eħfef biex tinqara u tinftiehem.

Meta ssir it-traspożizzjoni, l-Istati Membri huma liberi, jekk huma jixtiequ, li jikkunsidraw leġiżlazzjoni applikabbli għall-kuntratti pubbliċi kollha tagħhom, inklużi l-kuntratti sensittivi relatati mad-difiża u mas-sigurtà.

4) L-implikazzjoni baġitarja

IVA

Din id-direttiva se jkollha implikazzjoni baġitarja li tirriżulta minn bosta linji ta' azzjoni:

- il-pubblikazzjoni ta’ kuljum ta’ avviżi fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ,

- is- sorveljanza annwali ta’ l-implimentazzjoni tad-direttiva,

- l-evalwazzjoni f’nofs it-term (mhux qabel ħames snin) ta’ l-impatt amministrattiv tal-implimentazzjoni tad-direttiva mill-awtoritajiet kontraenti u fl-intrapriżi,

- l-evalwazzjoni fit-tul (mhux qabel għaxar snin) ta’ l-implikazzjoni ekonomika tad-direttiva.

Il-miżuri elenkati hawn fuq fil-qasam tas-sorveljanza u tal-evalwazzjoni jistgħu jeħtieġu b’mod parzjali jew sħiħ ir-rikors għal fornituri esterni tas-servizz, permezz ta’ kuntratt ta’ assistenza teknika, ta’ kuntratt-qafas eżistenti fil-qasam ta’ l-evalwazzjoni jew fuq sejħa għall-offerti fi proċedura ristretta jew miftuħa.

Dikjarazzjoni finanzjarji mehmuża mal-proposta tad-direttiva tispjega s-suġġett u l-ammont stmat tal-miżuri li għandhom implikazzjoni baġitraja.

5) TAGħRIF SUPPLEMENTARI

- Iż-Żona Ekonomika Ewropea

It-test propost għandu rilevanza għaż-ŻEE u għalhekk għandu japplika għaż-Żona Ekonomika Ewropea. .

2007/0280 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà

(Test b’relevanza għall–EEA) |

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu, il-paragrafu 2 u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[7],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[9],

U f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[10],

Billi:

(1) It-twaqqif progressiv ta’ Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża ta’ l-Unjoni (ESDP).

(2) Sabiex jinħoloq Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża huwa qabel kollox meħtieġ li jitwaqqaf qafas leġiżlattiv addattat. Fil-qasam tal-appalti pubbliċi, dan jinvolvi l-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-sigurtà ta’ l-Istati Membri u l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat.

(3) Fl-istess ħin, dawn ir-regoli għandhom jirriflettu l-approċċ globali ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-sigurtà, li jirrispondi għall-evoluzzjonijiet ta’ l-ambjent strateġiku. Fil-fatt, it-tfaċċar ta’ theddid asimmetriku u transnazzjonali qiegħed kull ma jmur iwassal biex jiċċajpru l-limiti bejn sigurtà esterna u interna, militari u mhux militari.

(4) It-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà huwa kruċjali kemm għas-sigurtà u s-sovranità ta’ l-Istati Membri kif ukoll għall-awtonomija ta’ l-Unjoni Ewropeja. B’riżultat ta’ dan, l-akkwisti ta’ oġġetti u ta’ servizzi fis-settur tad-difiża u s-sigurtà huma ta’ sikwit ta' natura sensittiva.

(5) Din tirriżulta f'rekwiżiti speċifiċi, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà tal-provvista u tas-sigurtà ta’ l-informazzjoni. Dawn ir- rekwiżiti jikkonċernaw l-aktar l-akkwisti ta’ armi, ta’ munizzjon u ta’ materjal tal-gwerra għall-forzi armati (kif ukoll is-servizzi u x-xogħlijiet marbuta direttament magħhom) , kif ukoll ċerti akkwisti partikularment sensittivi fil-qasam tas-sigurtà mhux militari.

(6) L-għoti ta’ kuntratti ffirmati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, awtoritajiet reġjonali u lokali u entitajiet oħra tal-liġi pubblika huwa suġġett għall-konformità mal-prinċipji tat-Trattat, u b'mod partikolari l-prinċipji tal-moviment ħieles tal-oġġetti, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-provvista libera ta’ servizzi, kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza tat-trattament, in-non-diskriminazzjoni, l-għarfien reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Fil-każ ta' kuntratti pubbliċi 'il fuq minn ċertu valur , huwa rrakkomandat li jiġu mfassla dispożizzjonijiet li jippermettu koordinazzjoni Komunitarja ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji, b’mod li jiżguraw l-effetti tagħhom u jiggarantixxu iktar kompetizzjoni fl-appalti pubbliċi. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni għandhom għalhekk ikunu interpretati f’konformità kemm mar-regoli u prinċipji msemmija qabel kif ukoll mar-regoli l-oħra tat-Trattat.

(7) L-Artikoli 30, 45, 46, 55 u 296 tat-Trattat jipprovdu għal eċċezzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fit-Trattat u, b’konsegwenza , għall-applikazzjoni tal-liġi derivata dawn il-prinċipji. B'hekk jirriżulta li ebda dispożizzjoni tad-direttiva m’għandha timpedixxi li jiġu imposti jew applikati l-miżuri li huma kkonsidrati meħtieġa għas-salvagwardja ta’ l-interessi rikonoxxuti bħala leġittimi minn dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Madankollu, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti, il-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal eċċezzjonijiet bħal dawn għandha tkun interpretata b’mod li l-effetti tagħhom ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju għall-ħarsien ta’ l-interessi leġittimi li dawn l-Artikoli tat-Trattat ifittxu li jħarsu. Dan ifisser li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-direttiva għandu jkun proporzjonali għall-għanijiet li jridu jinkisbu waqt li jxekkel mill-inqas possibbli l-moviment ħieles tal-oġġetti u l-provvediment ta' servizzi.

(8) Kuntratti għall-armi, il-munizzjon u l-materjal tal-gwerra li jingħataw minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża huma esklużi mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar l-Appalti Pubbliċi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") milħuq fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratti l-oħra koperti minn din id-direttiva, dawn jistgħu jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-Ftehim imsemmi skond l-Artikolu XXIII tiegħu.

(9) Kuntratt ikun ikkunsidrat bħala kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet biss jekk is-suġġett tiegħu jinkludi speċifikament l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet taħt id-Diviżjoni 45 tal-“Vokabularju Komuni ta’ l-Akkwist” imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-vokabularju komuni ta’ l-akkwist (CPV)[11] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "CPV"), anke jekk il-kuntratt jinkludi l-provvediment ta' servizzi oħrajn neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Il-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi jistgħu, f’ċerti każijiet, jinkludu xogħlijiet. Madankollu, sakemm dawn ix-xogħlijiet, ikunu inċidentali għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u huma biss konsegwenza possibbli jew kumpliment tiegħu, il-fatt li dawn ix-xogħlijiet jiġu nklużi fil-kuntratt, ma jistgħux jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni tal-kuntratt bħala kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet.

(10) Il-kuntratti pubbliċi tad-difiża u s-sigurtà sikwit ikun fihom informazzjoni sensittiva li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, iridu jkunu mħarsa kontra aċċess mhux awtorizzat. Fil-qasam militari, l-Istati Membri għandhom sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni. Iżda fil-qasam tas-sigurtà mhux militari, is-sitwazzjoni tvarja. Għalhekk huwa rrakkomandat li jintuża kunċett li jikkunsidra d-diversità tal-prassi ta’ l-Istati Membri u li jista' jinkludi l-oqsma militari u mhux militari. Madankollu, fejn meħtieg, l-appalti pubbliċi f’dawn il-oqsma m’għandhomx, , jaffettwaw l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 2001/844/CE tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tagħha[12] jew id-Deċiżjoni 2001/264/KE li tadotta r-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill[13].

(11) L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn ftehim qafas, li għalhekk huwa neċessarju li jkun hemm definizzjoni ta’ ftehim qafas u regoli speċifiċi. Skond dawn ir-regoli, meta awtorità kontraenti tikkonkludi ftehim qafas b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li jirregolaw, notevolment, ir-reklamar, il-limiti ta’ żmien u l-kundizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ l-offerti, din tista’ tidħol f'kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim qafas sakemm dan jibqa' validu jew billi tapplika l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim qafas jew, jekk il-kundizzjonijiet ma kienux kollha ffissati minn qabel, billi terġa' tiftaħ is-sejħa għall-offerti minn fost il-partijiet fil-ftehim qafas. Il-ftuħ mill-ġdid għall-offerti għandu jkun konformi ma ċerti regoli li l-għan tagħom ikun li jiggarantixxu l-flessibbiltà meħtieġa u li jiggarantixxu r-rispett tal-prinċipji ġenerali, notevolment il-prinċipju ta’ l-ugwaljanza ta’ trattament. Għal l-istess raġunijiet, it-tul ta’ żmien tal-ftehim qafas għandu jkun limitat u m’għandux jaqbeż il-ħames snin, ħlief f’każijiet iġġustifikati mill-awtoritajiet kontraenti.

(12) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw metodi ta' teknika elettroniċi ta’ xiri , dejjem jekk l-użu tagħhom isir b'rispett tar-regoli stabbiliti minn din id-direttiva u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza ta’ trattament, ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

(13) Il-multiplikazzjoni tan-numru ta’ limiti tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni tikkomplika l-affarijiet għall-awtoritajiet kontraenti. Ikun jaqbel għalhekk li l-limiti ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva jikkorrispondu ma’ dawk li l-awtoritajiet kontraenti jridu diġà jirrispettaw fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[14]. Għal dan il-għan, il-limiti għandhom ikunu allinjati ma' dawk tad-direttiva 2004/18/KE meta ssir ir-reviżjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar.

(14) Għall-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-direttiva u għall-finijiet tas-sorveljanza, l-aħjar mod biex jiġi definit il-qasam tas-servizzi huwa billi jiġi soddiviż f’kategoriji li jikkorrispondu ma’ ċerti kodiċijiet fis-CPV.

(15) Barra minn hekk, għandu jkun hemm provvediment għall-każijiet fejn id-direttiva ma tapplikax minħabba li japplikaw regoli speċifiċi għall-għoti ta’ kuntratti, li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali jew li huma speċifiċi għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

(16) Jista’ jkun il-każ li forzi armati ta’ l-Istati Membri jmexxu operazzjonijiet militari barra mill-fruntieri ta’ l-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun jaqbel li l-awtoritajiet kontraenti li jintbagħtu fuq il-post ta’ l-operazzjoni jkunu awtorizzati ma japplikawx ir-regoli ta’ din id-direttiva meta huma jagħtu kuntratti lill-operaturi ekonomiċi lokali.

(17) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mix-xerrejja pubbliċi jridu jippermettu l-ftuħ tal-appalti pubbliċi għall-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, għandha tkun possibbli s-sottomissjoni ta’ offerti li tirrifletti d-diversità tas-soluzzjonijiet tekniċi. Biex isir dan, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi ta’ rendiment u ta’ eżiġenzi funzjonali. Min-naħa l-oħra, fejn issir referenza għall-istandard Ewropew – jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-istandards internazzjonali jew nazzjonali, inklużi dawk speċifiċi għall-qasam tad-difiża – offerti bbażati fuq soluzzjonijiet ekwivalenti għandhom ikunu kkunsidrati mill-awtoritajiet kontraenti. Din l-ekwivalenza għandha tkun notevolment stmata b’relazzjoni ma’ l-eżiġenzi ta’ interoperabbiltà u ta’ effikaċja operazzjonali. Sabiex tiġi ppruvata l-ekwivalenza, l-offerenti għandhom ikunu jistgħu jużaw kull tip ta’ evidenza. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħtu raġuni għal kwalinkwe deċiżjoni li ssib nuqqas ta’ ekwivalenza fil-każ partikolari. Jeżistu wkoll ftehim internazzjonali ta’ standardizzazzjoni li jimmiraw li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-forzi armati u li jista’ jkollhom forza ta' liġi fl-Istati Membri. Fil-każ li wieħed minn dawn il-ftehim japplika, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżiġu l-konformità ta’ l-offerti mal-istandards spjegati f’dawn il-ftehim. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu ndikati b'mod ċar sabiex l-offerenti kollha jkunu jafu xi jkopru l-kriterji stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti.

(18) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u l-informazzjoni supplementari dwar il-kuntratti għandhom jiġu elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ kull kuntratt jew f’kull dokument ekwivalenti, skond il-prattika fl-Istati Membri.

(19) It-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà huwa sikwit iddestinat biex ikun integrat fi strutturi iktar kumplessi (sistema jew sistema ta’ sistemi). F’dan il-każ, ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi relatati ma’ din l-integrazzjoni jistgħu ma jidhrux fid-dokumenti tal-kuntratt u jintwerew biss lil min jingħata l-kuntratt, bil-kundizzjoni li l-impatt ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fuq l-offerta tkun limitata għal spjegazzjonijiet jew kjarifiki li ma jbiddlux is-suġġett tal-kuntratt. Fil-każijiet kollha, l-awtoritajiet kontraenti jagħtu l-istess informazzjoni lill-offerenti kollha u jiżguraw l-ugwaljanza tat=trattament bejniethom.

(20) Il-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt huma kompatibbli ma’ din id-direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji u li dawn ikunu indikati fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet.

(21) B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt jistgħu jinkludu ħtiġijiet ta’ l-awtoritajiet kontraenti f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà ta’ l-informazzjoni u s-sigurtà tal-provvista. Dawn il-ħtiġijiet huma partikolarment importanti minħabba n-natura sensittiva tat-tagħmir kopert minn din id-direttiva u jikkonċernaw il-katina sħiħa tal-provvista.

(22) F’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà tal-provvista, il-ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni u tal-lok tal-katina ta’ provvista ta’ l-offerent jinkludu, pereżempju, ir-regoli interni ta’ l-intrapriża bejn il-kumpaniji sussidjarji u l-kumpanija prinċipali dwar id-drittijiet tal-propjetà intellettwali.

(23) Fil-każijiet kollha, l-ebda kundizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt m’għandha tappartjeni għal ħtiġijiet oħrajn ħlief dawk relatati ma’ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt innifsu.

(24) Il-liġijiet, regoli, u l-ftehim kollettiv, fuq livell kemm nazzjonali u dak Komunitarju, li huma fis-seħħ fl-oqsma tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol japplikaw matul l-esekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, bil-kondizzjoni illi dawn ir-regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. F'sitwazzjonijiet ta' fruntiera u oħra, fejn il-ħaddiema minn Stat Membru wieħed jipprovdi servizzi lill-Stat Membru ieħor għall-fini ta' esekuzzjoni ta' kuntratt pubbliku, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 li tikkonċerna l-ispustar tal-ħaddiema fil-qafas tal-disposizzjoni tas-servizzi[15] tistipula l-kondizzjonijiet minimi li għandhom jiġu osservati mill-pajjiż ospitu fir-rigward tal-ħaddiema spustjati. Jekk il-liġi nazzjonali tħaddan disposizzjonijiet f'dan ir-rigward, non konformità ma' dawk l-obligazzjonijiet tista' tiġi kkunsidrata bħala kondotta gravi mhux xierqa jew offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali ta' l-operatur ekonomiku involut, li jista' jwassal għall-esklużjoni ta' dak l-operatur ekonomiku mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratt pubbliku.

(25) Il-kuntratti pubbliċi koperti minn din id-direttiva huma kkaratterizzati minn ħtiġijiet partikolari f’termini ta’ kumplessità, sigurtà ta’ l-informazzjoni jew sigurtà ta’ provvista. Ta' spiss ikunu meħtieġa negozjazzjonijiet estensivi waqt l-għoti tal-kuntratt sabiex jiġu sodisfatti dawn il-bżonnijiet. . B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, kif ukoll il-proċedura ristretta, għal kuntratti koperti minn din id-direttiva.

(26) L-awtoritajiet kontraenti li jwettqu proġetti partikularment kumplessi jistgħu, mingħajr ebda nuqqas min-naħa tagħhom, , isibuha oġġettivament impossibbli li jiddefinixxu l-mezzi biex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom jew biex jevalwaw dak li s-suq jista’ joffri f'dawk li huma soluzzjonijiet tekniċi u/jew soluzzjonijiet finanzjarji/legali. Din is-sitwazzjoni tista’ tippreżenta ruħha b'mod partikolari fil-każ ta’ proġetti li jeħtieġu l-integrazzjoni jew il-kombinazzjoni ta’ diversi kapaċitajiet teknoloġiċi jew operazzjonali, jew proġetti li jinvolvu finanzjament kumpless u strutturat, fejn l-istruttura finanzjarja u ġuridika ma tistax tiġi definita bil-quddiem. F’dan il-każ, l-użu tal-proċedura ristretta u tal-proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma tkunx fattibbli, minħabba li ma jkunx possibbli li l-kuntratt ikun iddefinit b'mod preċiż biżżejjed li jippermetti lill-kandidati jagħmlu l-offerti tagħhom. Għalhekk huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal proċedura flessibbli li tiggarantixxi il-kompetizzjoni bejn operaturi ekonomiċi kif ukoll il-ħtieġa li l-awtoritajiet kontraenti jiddiskutu l-aspetti kollha tal-kuntratt ma' kull kandidat. Madankollu, din il-proċedura m’għandhiex tintuża b’mod li tirrestrinġi jew ixxekkel il-kompetizzjoni, b’mod partikolari billi tbiddel xi elementi fundamentali ta’ l-offerti, jew bl-impożizzjoni ta’ elementi ġodda sostanzjali lill-offerent rebbieħ, jew bl- involviment ta' xi offerent ieħor ħlief dak li jkun għamel l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża.

(27) L-użu tal-proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt tista' tkun impossibbli jew totalment mhux xieraq f'ċertu ċirkostanzi eċċezzjonali. L-awtoritajiet kontraenti għalhekk għandhom , f’ċerti każijiet u ċirkostanzi speċifiċi ħafna, ikunu jistgħu jagħmlu żgħall-proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.

(28) Ċerti ċirkostanzi għandhom ikunu parzjalment l-istess bħal dawk li hemm provdut għalihom fid-Direttiva 2004/18/KE. F’dan ir-rigward, kunsiderazzjoni għandha tingħata għall-fatt li t-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà huwa ta' sikwit teknikament kumpless. B’riżultat ta’ dan, l-inkompatibbiltà jew id-diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-użu u l-manutenzoni, li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta' notifika ta' kuntratt, fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għal kunsinni addizzjonali , għandhom ikunu ġġudikati fid-dawl ta’ din il-kumplessità u r-rekwiżiti assoċjati mal-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir. Dan huwa l-każ, pereżempju, fl-integrazzjoni ta’ komponenti ġodda f'sistemi eżistenti jew l-immodernizzazzjoni ta’ dawn is-sistemi.

(29) In-natura speċifika tal-kuntratti suġġetti għal din id-direttiva turi wkoll il-ħtieġa li jsir provvediment għal ċirkostanzi ġodda li jistgħu jinħolqu fl-oqsma msemmija mid-direttiva.

(30) Il-forzi armati ta’ l-Istati Membri jistgħu, pereżmpju, jintalbu biex jintervjenu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ konflitti armati. Waqt il-varar, jew matul, intervent bħal dan, is-sigurtà ta’ l-Istati Membri u tal-forzi armati tagħhom jistgħu iħossu l-bżonn li jagħtu ċerti kuntratti f'termini ta' żmien li jkunu inkompatibbli ma' dawk imposti mill-proċeduri għall-għoti normalment speċifikati minn din id-direttiva. Emerġenzi bħal dawn jistgħu jinqalgħu wkoll lill-forzi tas-sigurtà, pereżempju f’każ ta’ attakk terroristiku fuq it-territorju ta’ l-Unjoni Ewropeja.

(31) L-istimulazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku huwa mod prinċipali kif tissaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża ta’ l-Unjoni, u l-ftuħ tal- appalti pubbliċi jgħin fit-twettiq ta’ dan l-għan. Madankollu, l-importanza tar-riċerka f’dan il-qasam speċifiku tiġġustifika massimu ta’ flessibbiltà fl-għoti tal-kuntratti, b'mod partikolari biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jinvestu flimkien fil-kapaċitajiet futuri tagħhom.

(32) Il-bejgħ ta’ l-armi, l-munizzjon u l-materjal tal-gwerra bejn il-gvernijiet huma wkoll kuntratti pubbliċi ta’ natura partikolari, li jistgħu jkunu utli għat-titjib ta’ l-interoperabbiltà.

(33) Minħabba żviluppi ġodda fl-informatika u t-teknoloġija komunikattiva, u s-semplifikazzjonijiet li dawn jistgħu jġibu, il-mezzi elettroniċi għandhom jitqiegħdu fuq l-istess livell mal-mezzi tradizzjonali ta' komunikazzjoni u bdil ta' informazzjoni. Sakemm huwa possibli, il-mezzi u t-teknoloġija mgħażula għandha tkun kompatibbli mat-teknoloġiji wżati fi Stati Membri oħra.

(34) Biex tassigura żvilupp ta' kompetizzjoni effettiva fil-qasam tal-appalti pubbliċi koperti minn din id-Direttiva, huwa meħtieġ illi n-notifiki tal-kuntratti stabbiliti mill-awtoritajiet kuntrattwali ta' l-Istati Membri jiġu ppubblikati madwar il-Komunità. L-informazzjoni kontenuta f'dawn in-notifiki għandha tagħmilha possibbli biex l-operaturi ekonomiċi fil-Komunità jiddeterminaw jekk il-kuntratti proposti humiex ta' interess għalihom. Għal dan il-għan, għandha tingħatalhom informazzjoni adegwata dwar is-suġġett tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet mehmuża miegħu. Għandha tiġi assigurata stampa aktar ċara għan-notifiki pubbliċi permezz ta' strumenti xierqa, bħal ma' huma formoli standard ta' notifika ta' kuntratt u is-CPV, bħala nomenklatura ta' referenza għall-kuntratti pubbliċi.

(35) Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar il-qafas Komunitarju għall-firem elettroniċi[16] u d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 fuq ċerti aspetti legali ta' l-informazzjoni tas-servizzi soċjali, fil-kummerċ partikolari ta' l-elettronika, fis-suq intern ("Id-Direttiva fuq il-kummerċ elettroniku")[17] għandu, fil-kuntest ta' din id-Direttiva, japplika għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni bil-mezzi elettroniċi. Il-proċeduri tal-appalti pubbliċi jinħtieġu livell ta' sigurtà u kunfidenzalità akbar minn dak meħtieġ minn dawn id-Direttivi. Għalhekk, it-tagħmir għall-aċċettazzjoni ta' l-offerti u t-talbiet tal-parteċipazzjoni għandhom ikunu konformi ma; rekwiżiti addizzjonali speċifiċi. Għal dan il-għan, l-użu ta' firem elettroniċi, b'mod partikolari firem elettroniċi avvanzati, għandhom jiġu inkoraġġuti. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' skemi ta' akkreditazzjoni volontarji tista' tikkostitwixxu qafas favorevoli biex jissaħħaħ il-livell ta' disposizzjonijiet ta' servizzi ċċertifikati għal dan it-tagħmir.

(36) It-trażmissjoni ta’ l-avviżi ta’ kuntratt permezz ta’ mezzi elettroniċi tiffranka l-ħin. B’riżultat ta’ dan, għandu jkun possibbli li jitnaqqs iż-żmien minimu limitu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-mezzi elettroniċi użati jkunu kompatibbli mal-metodi speċifiċi ta’ trażmissjoni speċifikati fuq il-livell Komunitarju.

(37) Verifika tal-adattabilità u tal-għażla tal-kandidati għandha tiġi mwettqa f'kondizzjonijiet trasparenti. Għal dan il-għan, kriterji mhux diskriminatorji għandhom jiġu ndikati, li l-awtoritajiet kuntrattwali jistgħu jużaw meta jkunu qed jagħżlu l-kompetituri, u l-mezzi li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jużaw biex jippruvaw illi jissodisfaw dawk il-kriterji. Fl-istess spirtu tat-trasparenza, l-awtoritajiet kuntrattwali huma meħtieġa, malli l-kuntratt jiġi maħruġ għall-kompetizzjoni, li jindikaw l-kriterja ta' l-għażla li se jużaw u l-livell tal-kompetenza speċifika li tista' jew ma tistax titlob mill-operaturi ekonomiċi qabel ma taċċettahom fil-proċedura tal-appalt. (38) Awtorità kontraenti tista’ tillimita n-numru ta’ kandidati fil-proċeduri ristretti, fil-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u fid-djalogu kompetittiv. Kull tnaqqis fin-numru ta’ kandidati għandu jsir fuq bażi ta’ kriterji oġġettivi indikati fl-avviż ta’ kuntratt. Għall-kriterji dwar is-sitwazzjoni personali ta’ l-operatur ekonomiku, referenza ġenerali, fl-avviż ta’ kuntratt, għall- sitwazzjonijiet indikati fl-Artikolu 30 tista’ tkun biżżejjed.

(39) Fid-djalogu kompetittiv u l-proċeduri negozjati bil-pubblikazzjoni tan-notifika tal-kuntratt, minħabba l-flessibilità li hija meħtieġa u l-ispejjeż għolja assoċċjati ma' dawn il-metodi ta' appalt, l-awtoritajiet kuntrattwali għandhom ikunu intitolati li jagħmlu disposizzjonijiet fejn il-proċedura tkun tista' ssir fi stadji suċċessivi sabiex tnaqqas bil-mod, fuq il-bażi ta' kriterji ta' l-għoti ta' kuntratti indikati qabel, in-numru ta' offerti li huma jkomplu jiddiskutu jew jinnegozjaw. Dan it-tnaqqis għandu, safejn jippermetti n-numru xieraq ta' soluzzjonijiet jew kandidati, jassigura illi hemm kompetizzjoni ġenwina.

(40) Ir-regoli Komunitarji relevanti dwar l-għarfien reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali huma applikabbli meta tkun meħtieġa prova ta’ kwalifika partikolari biex wieħed ikun jista’ jipparteċipa fi proċedura ta' appalt.

(41) Il-għoti ta' kuntratti pubbliċi lill-operaturi ekonomiċi li pparteċipaw f-organizzazzjoni kriminali jew li nstabu ħatja ta' korruzzjoni jew ta' frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ta' ħasil tal-flus, tal-iffinanzjar ta' terroriżmu jew ta' reati terroristiċi jew relatati mat-terroriżmu, għandhom jiġu evitati. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kuntrattwali għandhom jitolbu lill-kandidati jew lill-offerenti biex jipprovdu dokumenti relevanti u, fejn ikun hemm dubji dwar is-sitwazzjoni personali ta' xi kandidat jew offerent, huma jistgħu jitolbu l-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati. Operaturi ekonomiċi bħal dawn għandhom jiġu esklużi malli l-awtorità kuntrattwali jkollha nformazzjoni dwar xi sentenza li tikkonċerna offiżi bħal dawn mogħtija skond il-liġi nazzjonali li għandha l-forza tar-res judicata. Jekk il-liġi nazzjonali jkollha disposizzjonijiet għal dan l-effett, in-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-appalti jew leġiżlazzjoni dwar ftehim illegali, li kien is-suġġett ta' sentenza finali jew deċiżjoni li għandha effett ekwivalenti, jista' jiġi kkunsidrat bħala offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali ta' l-operatur ekonomiku involut jew imġieba ħażina serja.

(42) In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-direttiva tal-Kunsill 2007/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol[18] u d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta’ Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol[19], li dwaru tkun ingħatat sentenza definita jew deċiżjoni li kellha effetti ekwivalenti, jista’ jkun meqjuż bħala offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali ta' l-operatur ekonomiku involut jew imġieba ħażina serja.

(43) Minħabba n-natura sensittività tas-setturi tad-difiża u s-sikurezza, l-affidabbiltà ta’ l-operaturi ekonomiċi li jieħdu l-kuntratti hija kruċjali. Din l-affidabbiltà tiddependi b'mod partikolari fuq il-kapaċità tagħhom li jwieġbu għall-eżiġenzi imposti mill-awtorità kontraenti fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà ta’ l-informazzjoni.

(44) L-għoti ta’ kuntratt għandu jsir fuq bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji tat-trasparenza, tan-non-diskriminazzjoni u ta’ l-ugwaljanza ta’ trattament u li jiggarantixxu li l-evalwazzjoni ta’ l-offerti ssir b’mod trasparenti u oġġettiv taħt kundizzjonijiet effettivi ta’ kompetizzjoni. B’riżultat ta’ dan, ikun jaqbel li jkun permess biss l-applikazzjoni ta’ żewġ kriterji ta’ għoti, jiġifieri dawk tal-“prezz l-aktar baxx” u dak ta’ “l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża”.

(45) Sabiex tassigura l-konformità mal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza ta’ trattament fl-għoti tal-kuntratti, huwa xieraq li jiġi stipulat l-obbligu – kif stabbilit bil-ġurisprudenza – li tkun żgurata t-trasparenza meħtieġa li tippermetti lil kull kandidat li jkun infurmat b’mod raġonevoli bil-kriterji u l-arranġamenti li se jkunu applikati biex tkun identifikata l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuza. Għalhekk hija r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kontraenti li jindikaw il-kriterji ta’ għoti tal-kuntratt kif ukoll l-importanza relattiva mogħtija għal kull wieħed minn dawn il-kriterji, fi żmien suffiċjenti sabiex l-offerenti jkunu jafu bihom meta jagħmlu l-offerti tagħhom. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jidderogaw milli jindikaw l-importanza tal-kriterji ta’ għoti f’każijiet iġġustifikati b’mod xieraq, li jridu jiġġustifikaw,, meta din l-importanza ma tistax tkun stabbilita minn qabel, notevolment minħabba l-kumplessità tal-kuntratt. F’dawn il-każijiet, huma jridu jindikaw l-importanza ta’ dawn il-kriterji f’ordni mill-iktar għall-inqas importanti.

(46) Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu l-kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, huma jevalwaw l-offerti sabiex jiddeterminaw dik li tippreżenta l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz. Biex isir dan, huma jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u kwalitattivi li, flimkien, għandhom jagħmluha possibbli li tingħażel l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża għall-awtorità kontraenti. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq l-oġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ rendiment propost minn kull offerta fid-dawl tal- oġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll biex titkejjel ir-relazzjoni tal-kwalità meta mqabbla mal-prezz ta’ kull offerta.

(47) Ċerti kundizzjonijiet tekniċi, u notevolment dawk relatati ma’ l-avviżi u mar-rapporti ta’ l-istatistika kif ukoll in-nomenklatura użata u l-kundizzjonijiet ta’ referenza għal dik in-nomenklatura jeħtieġ li jiġu adottati u emendati fid-dawl tat-tibdil fil-ħtiġijiet tekniċi. Ikun jaqbel għalhekk li titwaqqaf proċedura ta’ adozzjoni flessibbli u mgħaġġla għal dan il-għan.

(48) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[20].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

WERREJ

TITOLU I

L-ambitu ta’ l-applikazzjoni, id-definizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali

Artikolu 1 –Ambitu ta’ l-applikazzjoni

Artikolu 2 –Definizzjonijiet

Artikolu 3 –Prinċipji tal-appalti pubbliċi

TITOLU II

Ir-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 4 –Operaturi ekonomiċi

Artikolu 5 – Kunfidenzjalità

KAPITOLU II

L-ambitu ta’ l-applikazzjoni: il-limiti u l-esklużjonijiet

Sezzjoni 1 – Il-limiti

Artikolu 6 – Limiti fil-valur tal-kuntratti pubbliċi

Artikolu 7 –Metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratti pubbliċi u tal-ftehim ta’ qafas

Sezzjoni 2 – Kuntratti esklużi

Artikolu 8 – Kuntratti mogħtija skond ir-regoli internazzjonali

Artikolu 9 – Esklużjonijiet speċifiċi

KAPITOLU III

Regoli speċifiċi dwar l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti tal-kuntratt

Artikolu 10 – Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 11 – Varjanti

Artikolu 12 – Sottokuntrattar

Artikolu 13 –Kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt

Artikolu 14 – Sigurtà ta’ l-informazzjoni

Artikolu 15 – igurtà tal-provvista

Artikolu 16 – Obbligi relatati mat-taxxi, ħarsien ta’ l-ambjent, dispożizzjonijiet għal protezzjoni tal-impieg u kundizzjonijiet tax-xogħol

KAPITOLU IV

Il-proċeduri

Artikolu 17 – Proċeduri li għandhom jiġu applikati

Artikolu 18 – Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

Artikolu 19 – Djalogu kompetittiv

Artikolu 20 – Każijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

Artikolu 21 –Ftehim ta’ qafas

KAPITOLU V

Regoli dwar ir-reklamar u t-trasparenza

Sezzjoni 1 – Pubblikazzjoni ta’ l-avviżi

Artikolu 22 – Avviżi

Artikolu 23 – Mod u manjiera ta’ pubblikazzjoni ta’ l-avviżi

Sezzjoni 2 – Termini ta’ żmien

Artikolu 24 – Termini ta' żmien biex jintlaqgħutalbiet għall- parteċipazzjoni u biex jintlaqgħu l-offerti

Sezzjoni 3 – Kontenut tal-informazzjoni u l-mezzi ta’ trażmissjoni

Artikolu 25 – Stedina għall-offerti, għan-negozjar jew għall-parteċipazzjoni fid-djalogu

Artikolu 26 – Informazzjoni għall-kandidati u l-offerenti

Sezzjoni 4 – Komunikazzjoni

Artikolu 27 – Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

Sezzjoni 5 – Il-minuti

Artikolu 28 – Kontenut tar-rapporti

KAPITOLU VI

Tmexxija tal-proċedura

Sezzjoni 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 29 – Verifikazzjoni tal-adattabilità u għażla tal-parteċipanti, għoti tal-kuntratti

Sezzjoni 2 – Kriterji għall-għażla kwalitattiva

Artikolu 30 – Sitwazzjoni personali tal-kandidat

Artikolu 31 – Adattabilità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali

Artikolu 32 – Kapaċità ekonomika u finanzjarja

Artikolu 33 – Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali

Artikolu 34 – Normi tal-garanzija tal-kwalità

Artikolu 35 – Normi tal-ġestjoni ambjentali

Artikolu 36 – Dokumentazzjoni u tagħrif komplementari

Sezzjoni 3 – Għoti tal-kuntratt

Artikolu 37 – Kriterji tal-għoti tal-kuntratt

Artikolu 38 – Offerti anormalment baxxi

TITOLU III

Obbligi statistiċi, poteri eżekutorji , u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 39 – Obbligi statistiċi

Artikolu 40 – Kontenut tar-rapport statistiku

Artikolu 41 – Kumitat konsultattiv

Artikolu 42 – Reviżjoni tal-limiti

Artikolu 43 – Emendi

Artikolu 44 – Emenda tad-Direttiva 2004/18/KE

Artikolu 45 – Traspożizzjoni

Artikolu 46 – Dħul fis-seħħ

Artikolu 47 – Destinatarji

***

Annessi

Anness I – Servizzi msemmija fl-Artikolu 1

Anness II – Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 10.

Anness III – Informazzjoni li trid tidher fl-avviżi msemmija fl-Artikolu 22 (avviż ta' pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar profil ta' xerrej, avviż ta’ informazzjoni bil-quddiem, avviż ta’ kuntratt, avviż dwar l-għoti ta' kuntratt)

Anness IV – Karatteristiċi dwar il-pubblikazzjoni

Anness V – Reġistri

Anness VI – Ħtiġijiet relatati mal-mezzi biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti b'mod elettroniku

TITOLU I

L-ambitu ta’ l-applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 1

Ambitu ta’ l-applikazzjoni

Din id-direttiva tapplika għall-kuntratti pubbliċi mogħtija fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà li għandhom bħala għan:

a) il-provvista ta’ armi, ta’ munizzjon u/jew ta’ materjal tal-gwerra, imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 1958[21] u, jekk ikun il-każ, il-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet u servizzi strettament marbuta ma’ dawn il-provvisti;

b) il-provvista ta’ partijiet, komponenti u/jew il-muntaġġi ddestinati li jkunu inkorporati jew imwaħħla mal-prodotti msemmija fil-punt a), jew iddestinati biex issirilhom tiswija, rinnovament jew manutenzjoni;

c) il-provvista tal-prodotti kollha ddestinati għat-taħriġ tal-persunal jew it-testijiet tal-prodotti msemmija fil-punt a);

d) ix-xogħlijiet, il-provvisti u/jew is-servizzi li jdaħħlu, jeħtieġu jew jinkludu informazzjoni sensittiva u li b’hekk ikun jinħtieġ it-twettiq tagħhom għas-sigurtà ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri tagħha fl-oqsma tal-protezzjoni kontra atti terroristiċi jew ta’ kriminalità organizzata, tal-protezzjoni tal-fruntieri u tal-missjonijiet ta’ kriżi.

Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 30, 45, 46, 55 u 296 tat-Trattat.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ din id-direttiva, dawn id-definizzjonijiet japplikaw:

1) “Vokabularju komuni ta’ l-Akkwist” ( Common Procurement Vocabulary , CPV): in-nomenklatura ta’ referenza applikabbli għall-kuntratti pubbliċi adottata mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002;

2) “kuntratti pubbliċi”: kuntratti bil-ħlas miftiehma bil-miktub bejn operatur ekonomiku jew aktar u awtorità kontraenti jew aktar u li għandhom bħala għan l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew ir-rendiment ta’ servizzi skond din id-direttiva;

3) “kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet”: kuntratti pubbliċi li għandhom l-għan kemm ta’ l-eżekuzzjoni, kif ukoll b’mod konġunt tal-kunċett u l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fid-Diviżjoni 45 tas-CPV jew ta’ xogħol, kif ukoll it-twettiq, b’liema mezz li jkun, ta’ xogħol li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet ippreċiżati mill-awtorità kontraenti;

4) “xogħol”: ir-riżultat ta’ ġabra ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili ddestinat li jissodisfa minnu nnifsu funzjoni ekonomika jew teknika;

5) “kuntratti pubbliċi ta’ provvisti”: kuntratti pubbliċi ħlief il-kuntratti ta’ xogħlijiet li għandhom bħala għan ix-xiri, il-kiri, il-kera jew il-kiri bin-nifs, bl-għażla ta’ xiri jew mingħajrha, ta’ prodotti;

6) “kuntratti pubbliċi ta’ servizzi”: il-kuntratti pubbliċi għar-rendiment ta’ servizzi msemmija fl-Anness I;

7) “informazzjoni sensittiva”: l-informazzjoni kollha, jiġifieri tagħrif li jista’ jiġi kkomunikat fi kwalunkwe forma li tkun, jew kull materjal li ġie stipulat li għandu jkun imħares milli jixxandar mingħajr awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà;

8) “terroriżmu”: l-atti intenzjonali, li, min-natura tagħhom jew il-kuntest tagħhom, jistgħu serjament jheddu pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali meta l-awtur jew l-awturi jikkommettuhom bil-għan li serjament jintimidaw popolazzjoni jew li jisfurzaw b’mod mhux iġġustifikat lil poteri pubbliċi jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwettqu jew jastjenu milli jwettqu att kwalunkwe jew li serjament iwaqqgħu jew jeqirdu l-istrutturi fundamentali politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali:

a) it-theddid kontra l-ħajja ta’ persuna li tista’ twassal għall-mewt;

b) it-theddid serji għall-integrità fiżika ta’ persuna;

c) il-ħtif jew it-teħid ta’ ostaġġi;

d) il-fatt li jikkawża l-qerda massiva ta’ installazzjoni governattiva jew pubblika, sistema ta’ trasport, infrastruttura, inkluża sistema tal-kompjuter, pjattaforma fissa li tinsab fuq il-medda kontinentali, post pubbliku jew proprjetà privata suxxettibbli li tipperikola l-ħajja tan-nies jew li tikkawża telf ekonomiku konsiderevoli;

e) il-ħtif ta’ inġenji ta’ l-ajru u bastimenti jew mezzi oħra ta’ trasport kollettiv jew ta’ merkanzija;

f) il-manifattura, il-pussess, l-akkwist, it-trasport jew il-provvista jew l-użu ta’ armi tan-nar, splussivi, armi nukleari, bijoloġiċi u kimiċi kif ukoll, għall-armi bijoloġiċi u kimiċi, ir-riċerka u l-iżvilupp;

g) il-ħruġ ta’ sustanzi perikolużi, jew il-provokazzjoni ta’ nirien, għargħar jew splużjonijiet, li jkollhom l-effett li jipperikolaw il-ħajja tan-nies;

h) it-tħarbit jew l-interruzzjoni tal-provvista ta’ l-ilma, l-elettriku jew kull riżorsa naturali fundamentali oħra li jkollha l-effett li tipperikola l-ħajja tan-nies;

i) it-theddida li jitwettaq wieħed mill-aġir enumerat fil-punti a) sa h);

9) “organizzazzjoni kriminali”: l-assoċjazzjoni strutturata, ta’ aktar minn żewġ persuni, stabbilita fiż-żmien, u li taġixxi b’mod miftiehem sabiex tikkommetti infrazzjonijiet li jistgħu jkunu kkastigati b’sentenzi ta’ kustodja jew b’miżura ta’ detenzjoni ta’ massimu ta’ mill-inqas erba’ snin jew piena iktar gravi, fejn dawn l-infrazzjonijiet jikkostitwixxu fini minnhom infushom jew mezz biex jinkisbu benefiċċji patrimonjali, u, jekk ikun il-każ, jinfluwenzaw b’mod mhux iġġustifikat il-ħidma ta’ awtoritajiet pubbliċi;

10) “kriżi”: kull sitwazzjoni li tirriżulta minn azzjoni umana fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u li tikkawża riskji fiżiċi diretti lil persuni jew istituzzjonijiet ta’ dak l-Istat;

11) “ftehim ta’ qafas”: ftehim milħuq bejn awtorità kontraenti jew aktar u operatur ekonomiku jew aktar li għandu l-għan li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li jridu jingħataw matul perjodu fiss, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet, u, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet imbassrin;

12) “intraprenditur”, “fornitur” u “provditur ta’ servizzi”: kull persuna fiżika jew morali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew organi li joffru, rispettivament, it-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew xogħol, prodotti u servizzi tal-kuntratt;

13) “operatur ekonomiku”: intraprenditur, fornitur jew provditur ta’ servizzi. It-terminu “operatur ekonomiku” huwa użat unikament fejn ikun hemm bżonn ta’ semplifikazzjoni tat-test;

14) “kandidat”: operatur ekonomiku li talab stedina għall-parteċipazzjoni fi proċedura ristretta jew innegozjata jew fi djalogu kompetittiv;

15) “offerent”: operatur ekonomiku li ppreżenta offerta fi proċedura ristretta jew innegozjata jew fi djalogu kompetittiv;

16) “awtoritajiet kontraenti”: l-Istat, il-komunitajiet territorjali, l-organi tal-liġi pubblika u l-assoċjazzjonijiet ffurmati minn waħda jew aktar minn dawn il-komunitajiet jew waħda jew aktar minn dawn l-organi tal-liġi pubblika;

17) “organu tal-liġi pubblika”, kull organu:

a) maħluq biex jissodisfa speċifikament il-bżonnijiet ta’ interess ġenerali li għandu karattru mhux industrijali jew kummerċjali;

b) mogħni b’personalità ġuridika u;

c) fejn, kemm l-attività hija ffinanzjata fil-parti l-kbira mill-Istat, il-komunitajiet territorjali jew organi tal-liġi pubblika oħrajn, kif ukoll il-ġestjoni hija soġġetta għal kontroll minn dawn ta’ l-aħħar, u fejn il-korp ta’ amministrazzjoni, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza huwa magħmul minn membri li iktar minn nofshom ikunu nnominati mill-Istati, il-komunitajiet territorjali jew organi tal-liġi pubblika oħrajn;

18) “proċeduri ristretti”: il-proċeduri li għalihom kull operatur ekonomiku jista’ jitlob li jipparteċipa u fejn huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jagħmlu offerta;

19) “proċeduri nnegozjati”: il-proċeduri li fihom l-awtoritajiet kontraenti jistiednu lill-operaturi ekonomiċi ta’ l-għażla tagħhom u jinnegozjaw magħhom il-kundizzjonijiet tal-kuntratt;

20) “djalogu kompetittiv”: proċedura, li għaliha kull operatur ekonomiku jista’ jitlob li jipparteċipa u li fiha l-awtorità kontraenti tmexxi djalogu mal-kandidati mdaħħla f’din il-proċedura, sabiex tiġi żviluppata soluzzjoni waħda jew aktar kapaċi li tikkorrispondi mal-bżonnijiet u fuq bażi tagħha l-kandidati magħżula jkunu mistiedna jerġgħu jippreżentaw offerta.

21) “kuntratt partikularment kumpless” għall-finijiet tar-rikors għall-proċedura tad-djalogu kompetittiv: kuntratt pubbliku li għalih l-awtorità kontraenti:

- m’hijiex oġġettivament f’pożizzjoni li tiddefinixxi, f’konformità ma’ l-Artikolu 10(3) b), c) jew d), il-mezzi tekniċi li jistgħu jikkorrispondu għall-bżonnijiet u l-għanijiet tiegħu, u/jew,

- m’hijiex oġġettivament f’pożizzjoni li tistabbilixxi s-sistema ġuridika u/jew finanzjarja ta’ proġett;

22) it-termini “miktub” jew “bil-miktub”: kull ġabra ta’ kliem jew ta’ ċifri li tista’ tinqara, tkun ikkupjata, imbagħad ikkomunikata. Din il-ġabra tista’ tinkludi informazzjoni trażmessa u miżmuma minn mezzi elettroniċi;

23) “mezz elettroniku”: mezz li juża tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni numerika) u ż-żamma ta’ data , u li juża x-xandir, it-twassil u r-riċeviment b’wajer, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħrajn.

2. Kuntratt pubbliku li għandu bħala għan il-provvista ta’ prodotti u, fuq bażi sekondarja, ta’ xogħlijiet ta’ tqegħid u installazzjoni hija kkunsidrata bħala “kuntratt pubbliku ta’ provvisti”.

Kuntratt pubbliku li għandu bħala għan kemm il-prodotti kif ukoll is-servizzi msemmija fl-Anness I huwa kkunsidrat bħala “kuntratt pubbliku ta’ servizzi” meta l-valur tas-servizzi inkwistjoni jaqbeż dak tal-prodotti inkorporati fil-kuntratt.

Kuntratt pubbliku, li għandu bħala għan is-servizzi speċifikati fl-Anness I u li ma jinkludix l-attivitajiet imsemmija fid-Diviżjoni 45 tal-“Vokabularju Komuni ta’ l-Akkwist” li fuq bażi sekondarja meta mqabbla ma’ l-għan prinċipali tal-kuntratt, huwa kkunsidrat bħala kuntratt pubbliku ta’ servizzi.

Artikolu 3

Il-prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi

L-awtoritajiet kontraenti jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi fuq livell ugwali, b’mod mhux diskriminatorju u jaġixxu b’trasparenza.

TITOLU II

Ir-regoli applikabbli għall-kuntratti pubbliċi

KAPITOLU I

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 4

L-operaturi ekonomiċi

1. Il-kandidati u l-offerenti li, skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn huma stabbiliti, huma awtorizzati li jipprovdu l-provvediment inkwistjoni ma jistgħux jiġu rrifjutati biss minħabba l-fatt li huma kienu obbligati, skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn il-kuntratt huwa allokat, li jkunu kemm persuni fiżiċi, kif ukoll persuni legali.

Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, kif ukoll għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti li jinkludu, barra minn hekk, servizzi u/jew xogħlijiet ta’ tqegħid u installazzjoni, il-persuni legali jistgħu jkunu obbligati li jindikaw fit-talbiet tagħhom għal parteċipazzjoni jew fl-offerti tagħhom, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persuni li huma inkarigati bl-eżekuzzjoni tal-provvediment inkwistjoni.

2. Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi huma awtorizzati li jippreżentaw ruħhom bħala kandidati. Għall-preżentazzjoni ta’ talba għal parteċipazzjoni jew ta’ offerta, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżiġu li l-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jkollhom forma ġuridika stipulata, iżda l-grupp magħżul jista’ jkun kostrett li jieħu forma ġuridika stipulata meta l-kuntratt jiġi allokat lilu, sakemm din il-bidla hija meħtieġa għall-eżekuzzjoni tajba tal-kuntratt.

Artikolu 5 Il-kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, notevolment dawk relatati ma’ l-obbligi fil-qasam ta’ informazzjoni għall-kandidati u l-offerenti li jidhru fl-Artikolu 23(4), u l-Artikolu 27, u, f’konformità mal-liġi nazzjonali li hija suġġetta għaliha l-awtorità kontraenti, din ta’ l-aħħar ma tagħtix it-tagħrif li l-operaturi ekonomiċi jkunu tawha b’mod kunfidenzjali; dan it-tagħrif jinkludi notevolment is-sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali ta’ l-offerti.

KAPITOLU II

L-ambitu ta’ l-applikazzjoni: il-limiti u l-esklużjonijiet

SEZZJONI 1

Il-limiti

Artikolu 6

L-ammont tal-limiti tal-kuntratti pubbliċi

Din id-direttiva tapplika għall-kuntratti pubbliċi li l-valur stmat tagħhom eskluża l-VAT hija ugwali jew ogħla mil-limiti li ġejjin:

a) EUR 137 000, għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ servizzi mogħtija mill-awtoritajiet governattivi ċentrali ħlief l-awtoritajiet li joperaw fil-qasam tad-difiża;

b) EUR 211 000 għall-kuntratti pubbliċi li ġejjin:

- għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti li m’humiex awtoritajiet governattivi ċentrali u mill-awtoritajiet governattivi ċentrali li joperaw fil-qasam tad-difiża,

- għall-kuntratti ta’ servizzi mogħtija minn kull awtorità kontraenti u li għandhom bħala għan is-servizzi tal-Kategorija 8 ta’ l-Anness 1 jew s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet tal-Kategorija 5 ta’ Anness imsemmi li l-pożizzjonijiet tagħhom fis-CPV huma ekwivalenti għan-numri ta’ referenza tas-CPV 64228000-0,64221000-1 u 64228000-0.

c) EUR 5 278 000, għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet.

Artikolu 7

Il-metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratti pubbliċi u tal-ftehimiet ta’ qafas

1. Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt pubbliku huwa bbażat fuq l-ammont totali li jrid jitħallas, eskluża l-VAT, stmata mill-awtorità kontraenti. Dan il-kalkolu jikkunsidra l-ammont kollu stmat, inkluża kull forma eventwali ta’ għażla u t-tiġdid eventwali tal-kuntratt.

Jekk l-awtorità kontraenti tagħmel provvediment għal sussidji jew ħlasijiet għall-benefiċċju tal-kandidat jew l-offerenti, hija tikkunsidra dan biex tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt.

2. Din l-istima għandha tkun valida fil-mument tal-ħruġ ta’ l-avviż ta’ kuntratt, hekk kif speċifikat fl-Artikolu 23(2), jew, fil-każijiet fejn avviż bħal dan ma jkunx meħtieġ, fil-mument meta l-awtorità kontraenti tibda l-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt.

3. L-ebda proġett ta’ xogħol u l-ebda proġett ta’ akkwist immirat biex jikseb ċerta kwantità ta’ provvisti u/jew ta’ servizzi ma jista’ jkun imqassam sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

4. Għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur stmat jikkunsidra l-ammont tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali stmat tal-provvista meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-intraprenditur mill-awtoritajiet kontraenti.

5. a) Meta xogħol ippjanat jew proġett ta’ akkwist ta’ servizzi jista’ jagħti lok għal kuntratti mogħtija fl-istess ħin minn lottijiet separati, il-valur globali stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet huwa kkunsidrat.Meta l-valur kumulattiv tal-lottijiet huwa ugwali jew jaqbeż il-limitu speċifikat fl-Artikolu 6, din id-direttiva tapplika għall-għoti ta’ kull lott.Madankollu, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jidderogaw din l-applikazzjoni għal-lottijiet fejn il-valur stmat eskluża l-VAT huwa inqas minn EUR 80 000 għas-servizzi u EUR 1 miljun għax-xogħlijiet u sakemm l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-lottijiet ma jaqbiżx l-20% tal-valur kumulattiv tat-totalità tal-lottijiet;

b) meta proġett immirat biex jikseb provvisti omoġeneji jista’ jagħti lok għal kuntratti mogħtija fl-istess ħin minn lottijiet separati, il-valur stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet huwa kkunsidrat għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 a) u b).

Meta l-valur kumulattiv tal-lottijiet huwa ugwali jew jaqbeż il-limitu speċifikat fl-Artikolu 6, din id-direttiva tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

Madankollu, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jidderogaw din l-applikazzjoni għal lottijiet li l-valur stmat tagħhom eskluża l-VAT huwa inqas minn EUR 80 000 u sakemm l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-lottijiet ma jaqbiżx l-20% tal-valur kumulattiv tat-totalità tal-lottijiet.

6. Għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti li għandhom bħala għan il-kiri, il-kera jew il-kiri bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li għandu jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt huwa li ġej:

a) fl-ipoteżi ta’ kuntratti pubbliċi b’perjodu stipulat, meta dan huwa ugwali jew inqas minn għaxar snin, il-valur totali stmat għall-perjodu tal-kuntratt jew, meta l-perjodu tal-kuntratt huwa iktar minn għaxar snin, il-valur totali inkluż l-ammont stmat tal-valur residwu;

b) fl-ipoteżi ta’ kuntratti pubbliċi b’perjodu mhux stipulat jew f’każ fejn l-istipulazzjoni tal-perjodu tagħhom ma tistax tkun iddefinita, il-valur mensili immultiplikat b’120.

7. Meta dan jikkonċerna kuntratti pubbliċi ta’ provvisti jew ta’ servizzi li għandhom karattru ta’ regolarità jew iddestinati li jkunu mġedda matul perjodu stipulat, bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratti jiġi kkunsidrat:

a) kemm il-valur reali globali tal-kuntratti suċċessivi simili mogħtija matul l-għaxar snin preċedenti, ikkorreġut, jekk possibbli, biex ikunu kkunsidrati l-emendi fil-kwantità jew fil-valur li jkunu seħħu matul il-ħames snin ta’ wara l-kuntratt inizjali;

b) kemm il-valur stmat globali tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul l-għaxar snin wara l-ewwel kunsinna jew matul l-eżerċizzju meta dan huwa iktar minn għaxar snin.

L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt pubbliku ma tistax issir sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

8. Għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, il-valur li għandu jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt huwa, jekk ikun il-każ, dan li ġej:

a) għas-servizzi li ġejjin:

i) is-servizzi ta’ l-assigurazzjoni: il-primjum pagabbli u l-modi l-oħrajn ta’ rimunerazzjoni;

ii) is-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħrajn: onorarji, kummissjonijiet, imgħaxijiet u modi oħrajn ta’ rimunerazzjoni;

iii) il-kuntratti li jinkludu l-kunċett: onorarji, kummissjonijiet pagabbli u modi oħrajn ta’ rimunerazzjoni;

b) għall-kuntratti ta’ servizzi li ma jurux prezz totali:

i) fl-ipoteżi ta’ kuntratti li għandhom perjodu stipulat, sakemm dan huwa ugwali jew inqas minn 120 xahar: il-valur totali stmat għat-tul kollu tiegħu;

ii) fl-ipoteżi ta’ kuntratti li għandhom perjodu mhux stipulat jew iktar minn 120 xahar: il-valur mensili immultiplikat b’120.

9. Għall-ftehimiet ta’ qafas, il-valur li jrid jiġi kkunsidrat huwa l-valur massimu stmat eskluża l-VAT tal-kuntratti kollha ppjanati matul il-perjodu total tal-ftehim ta’ qafas.

SEZZJONI 2

Il-kuntratti esklużi

Artikolu 8

Il-kuntratti mogħtija skond ir-regoli internazzjonali

Din id-direttiva ma tapplikax għall-kuntratti pubbliċi mmexxija mir-regoli differenti ta’ proċedura u mogħtija skond:

a) ftehim internazzjonali, milħuq f’konformità mat-Trattat, bejn Stat Membru u pajjiż terz jew aktar u fir-rigward ta’ provvisti jew xogħlijiet iddestinati għat-twettiq jew għall-isfruttar komuni ta’ xogħol mill-Istati firmatarji jew ta’ servizzi ddestinati għat-twettiq jew għall-isfruttar komuni ta’ proġett mill-Istati firmatarji. Kull ftehim ikun ikkomunikat lill-Kummissjoni li, flimkien mal-ftehim ta’ l-Istati Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, tista’ tipproċedi għal konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi speċifikat fl-Artikolu 41;

b) il-proċedura speċifika ta’ organizzazzjoni internazzjonali.

Artikolu 9

L-esklużjonijiet speċifiċi

Din id-direttiva ma tapplikax għall-kuntratti pubbliċi li ġejjin:

a) għall-kuntratti ta’ servizzi li għandhom bħala għan l-akkwist jew il-kiri, ikunu xi jkunu l-metodi finanzjarji, ta’ artijiet, bini eżistenti jew beni mmobiljari oħra jew li jikkonċernaw drittijiet fuq dawn il-beni;

b) għall-kuntratti mogħtija f’pajjiż terz, flimkien ma’ operaturi ekonomiċi lokali, għall-finijiet ta’ skjerament tal-forzi militari, tat-tmexxija jew tas-sostenn ta’ operazzjoni militari mmexxija barra mit-territorju ta’ l-Unjoni.

KAPITOLU III

Ir-regoli speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt u d-dokumenti tal-kuntratt

Artikolu 10

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bħal dawk iddefiniti fil-punt 1) ta’ l-Anness II jidhru fid-dokumenti tal-kuntratt, bħall-avviżi ta’ kuntratt, id-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew id-dokumenti supplementari.

Meta kuntratt pubbliku jinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi sensittivi li ma jistgħux ikunu kkomunikati ħlief lil min jingħata l-offerta tal-kuntratt, dawn ma jistgħux jidhru fl-avviż tal-kuntratt, id-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew id-dokumenti supplementari sakemm l-għarfien ta’ l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija ma jkunux meħtieġa għat-tħejjija ta’ l-offerti.

F’dan il-każ, qabel ma tintbagħat id-dokumentazzjoni tal-kuntratt lill-kandidati, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jitniżżlu fil-minuti msemmija fl-Artikolu 28.

Dan it-tip ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jridu jikkonċernaw biss preċiżjonijiet jew dettalji ta’ l-offerta mingħajr effett tekniku jew finanzjarju sostanzjali fuq l-għan tal-kuntratt pubbliku.

Wara li jkun allokat il-kuntratt billi jiġu applikati l-kriterji ta’ għoti, l-awtorità kontraenti tikkomunika lil min jingħata l-offerta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sensittivi li ma kienux ippreċiżati fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew id-dokumenti supplementari sabiex min jingħata l-kuntratt jadatta l-offerta tiegħu b’riżultat ta’ dan.

2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu aċċess ugwali għal dawk li se jagħmlu l-offerta u ma jistax ikollhom l-effett li joħolqu ostakli mhux iġġustifikati għall-ftuħ tal-kuntratti pubbliċi għall-kompetizzjoni.

3. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu magħmula:

a) kemm b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fl-Anness II u, b’ordni ta’ preferenza, għan-normi nazzjonali li jieħdu post normi Ewropej, il-ftehimiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, in-normi internazzjonali, sistemi ta’ referenza teknika oħrajn imħejjija minn organi Ewropej ta’ standardizzazzjoni jew, meta dawn ma jeżistux, in-normi nazzjonali, il-ftehimiet tekniċi nazzjonali, jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali fir-rigward tal-kunċett, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u implimentazzjoni tal-prodotti, jew b’referenza għan-normi difiża ddefiniti fl-Anness II, punt 3 . Kull referenza jkollha magħha t-terminu “jew ekwivalenti”;

b) kemm f’termini ta’ rendiment jew ta’ eżiġenzi funzjonali; dawn jistgħu jinkludu karatteristiċi ambjentali. Sadanittant dawn għandhom ikunu preċiżi biżżejjed li jippermettu lil dawk li qegħdin jagħmlu offerta biex jiddeterminaw l-għan tal-kuntratt u lill-awtoritajiet kontraenti biex jallokaw il-kuntratt;

c) kemm f’termini ta’ rendiment jew eżiġenzi funzjonali msemmija fil-punt b), billi jirreferu, bħala mezz ta’ preżunzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-rendiment jew dawn l-eżiġenzi funzjonali, għall-ispeċifikazzjonijiet ikkwotati fil-punt a);

d) kemm b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punt a) għal ċerti karatteristiċi u għar-rendiment jew eżiġenzi funzjonali msemmija fil-punt b) għal karatteristiċi oħrajn.

Fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja, l-ewwel subparagrafu ma jkunx ta’ preġudizzju għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji u għall-eżiġenzi tekniċi li l-Istat Membru, skond il-ftehimiet internazzjonali, irid jissodisfa sabiex jiżgura l-interoperabbiltà meħtieġa mill-ftehimiet imsemmija.

4. Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħmlu użu mill-possibbiltà li jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 a), huma ma jistgħux jirrifjutaw offerta għar-raġuni li l-prodotti u s-servizzi offruti m’humiex konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet li huma qed jagħmlu referenza għalihom, meta dak li jagħmel offerta jagħti prova fl-offerta tiegħu, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kontraenti, b’kull mezz xieraq, li s-soluzzjonijiet li huwa jipproponi jissodisfaw b’mod ugwali l-eżiġenzi ddefiniti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Mezz xieraq jista’ jkun fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ organu rikonoxxut.

5. Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħmlu użu mill-possibbiltà, ikkunsidrata fil-paragrafu 3, li jistabbilixxu preskrizzjonijiet f’termini ta’ rendiment jew ta’ eżiġenzi funzjonali, huma ma jistgħux jirrifjutaw offerta ta’ xogħlijiet, ta’ prodotti jew ta’ servizzi konformi ma’ norma nazzjonali li tieħu post norma Ewropea, ftehim tekniku Ewropew, speċifikazzjoni teknika komuni, norma internazzjonali, jew sistema ta’ referenza teknika mħejjija minn organu Ewropew ta’ standardizzazzjoni, jekk dawn l-ispeċifikazzjonijiet jikkonċernaw ir-rendimenti jew l-eżiġenzi funzjonali li huma jeħtieġu.

Fl-offerta tiegħu, dak li jagħmel offerta huwa marbut li jagħti prova, għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kontraenti u b’kull mezz xieraq, li x-xogħlijiet, prodotti jew servizzi konformi man-normi jwieġbu għar-rendimenti jew l-eżiġenzi funzjonali ta’ l-awtorità kontraenti.

Mezz xieraq jista’ jkun fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ organu rikonoxxut.

6. Meta l-awtoritajiet kontraenti jippreskrivu karatteristiċi ambjentali f’termini ta’ rendimenti jew ta’ eżiġenzi funzjonali, bħal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 b), huma jistgħu jużaw l-ispeċifikazzjonijiet ddettaljati jew, jekk ikun meħtieġ, ta’ partijiet minn dawn, hekk kif iddefiniti mit-tikketti ekoloġiċi Ewropej, (pluri)nazzjonali, jew minn kull tikketta ekoloġika oħra sakemm:

- dawn ikunu addattati biex jiddefinixxu l-karatteristiċi tal-provvisti jew tas-servizzi li huma l-għan tal-kuntratt,

- l-eżiġenzi tat-tikketta jkunu żviluppati fuq bażi ta’ informazzjoni xjentifika,

- it-tikketti ekoloġiċi jkunu adottati permezz ta’ proċess li għalih jistgħu jipparteċipaw il-partijiet kollha kkonċernati, bħall-organi governattivi, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet ambjentali,

- u dawn ikunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindikaw li l-prodotti jew is-servizzi mogħnija bit-tikketta ekoloġika huma preżunti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt; huma jridu jaċċettaw kull mezz xieraq ieħor ta’ prova, bħal fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ organu rikonoxxut.

7. B’“organi rikonoxxuti” fis-sens ta’ dan l-Artikolu, wieħed jifhem il-laboratorji ta’ prova, ta’ kalibrazzjoni, l-organi ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni, konformi man-normi Ewropej applikabbli.

L-awtoritajiet kontraenti jaċċettaw iċ-ċertifikati maħruġa mill-organi rikonoxxuti fi Stati Membri oħrajn.

8. Sakemm ma jkunux iġġustifikati mill-għan tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux isemmu manifattura jew oriġini ddeterminata jew proċedura partikulari, u lanqas ma ssir referenza għal marka, brevett jew tip, oriġini jew produzzjoni ddeterminata li jkollhom l-effett li jiffavorixxu jew iwarrbu ċerti intrapriżi jew ċerti prodotti. Dan l-aċċenn jew referenza huma awtorizzati, bħala eċċezzjoni, fil-każ fejn deskrizzjoni preċiża u intelliġibbli biżżejjed ta’ l-għan tal-kuntratt m’hijiex possibbli bl-applikazzjoni tal-paragrafi 3 u 4; tali aċċenn jew referenza jkollhom magħhom it-termini “jew ekwivalenti”.

Artikolu 11

Varjanti

1. Meta l-kriterju ta’ l-għoti huwa dak ta’ l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw lil dawk li qegħdin jagħmlu offerta biex jippreżentaw varjanti.

2 L-awtoritajiet kontraenti jindikaw fl-avviż ta’ kuntratt jekk huma jawtorizzawx il-varjanti jew le; jekk ma jkunx hemm indikazzjoni, il-varjanti m’humiex awtorizzati.

3. L-awtoritajiet kontraenti li jawtorizzaw il-varjanti jsemmu fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt l-eżiġenzi minimi li l-varjanti jridu jissodisfaw kif ukoll il-metodi għas-sottomissjoni tagħhom.

Huma jikkunsidraw biss il-varjanti li jikkorrispondu għall-eżiġenzi minimi mitluba minnhom.

4. Fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ servizzi, l-awtoritajiet kontraenti li awtorizzaw varjanti ma jistgħux jirrifjutaw varjant għar-raġuni waħdanija li dan iwassal, jekk tinżamm, rispettivament kemm għal kuntratt ta’ servizzi minflok kuntratt pubbliku ta’ provvisti, kif ukoll għal kuntratt ta’ provvisti minflok kuntratt pubbliku ta’ servizzi.

Artikolu 12 Is-sotto-kuntratti

Fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tkun obbligata minn Stat Membru li titlob lil min qiegħed jagħmel offerta biex jindika, fl-offerta tiegħu, liema parti tal-kuntratt huwa għandu l-ħsieb li jagħti bħala sotto-kuntratt lil terzi kif ukoll is-sotto-kuntratturi proposti.

Din il-komunikazzjoni ma tippreġudikax il-kwistjoni tar-responsabbiltà ta’ l-operatur ekonomiku prinċipali.

Artikolu 13 Il-kundizzjonijiet ta’ attwazzjoni tal-kuntratt

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżiġu kundizzjonijiet partikulari fir-rigward ta’ l-attwazzjoni tal-kuntratt sabiex dawn ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u jkunu indikati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu notevolment jimmiraw biex jiżguraw is-sigurtà ta’ l-informazzjoni sensittiva u s-sigurtà tal-provvista meħtieġa mill-awtorità kontraenti jew jikkunsidraw fatturi ambjentali jew soċjali.

Artikolu 14

Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni

Meta dawn ikunu kuntratti pubbliċi li jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni sensittiva, l-awtorità kontraenti tippreċiża fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt il-miżuri u l-eżiġenzi kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ din l-informazzjoni fuq il-livell meħtieġ.

Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin:

a) il-prova li s-sotto-kuntratturi diġà identifikati jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex iħarsu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni sensittiva li għaliha huma għandhom aċċess jew li huma għandhom jipproduċu fil-qafas tat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom tas-sotto-kuntratt,

b) l-impenn li jipprovdu l-istess provi fir-rigward ta’ sotto-kuntratturi ġodda kkunsidrati matul it-twettiq tal-kuntratt,

c) l-impenn li jżommu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni sensittiva kollha matul l-attwazzjoni sħiħa tal-kuntratt u wara t-tmiem jew l-iskadenza tal-kuntratt.

Artikolu 15

Is-sigurtà tal-provvista

Sakemm dawn ikunu konformi mal-liġi Komunitarja, l-awtorità kontraenti tista’ tippreċiża eżiġenzi li jippermettu l-garanzija tas-sigurtà tal-provvista tagħha.

Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin:

a) il-ġustifikazzjoni li għandu jissodisfa l-obbligi fil-qasam ta’ l-esportazzjoni, it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija marbuta mal-kuntratt, inkluż permezz ta’ l-impenn ta’ l-Istat Membru jew ta’ l-Istati Membri kkonċernat(i),

b) il-ġustifikazzjoni li l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tiegħu jippermettulu li josserva l-eżiġenzi ta’ l-awtorità kontraenti fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt,

c) l-impenn li jiffaċċja żidiet eventwali tal-bżonnijiet ta’ l-awtorità kontraenti b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza, kriżi jew konflitt armat,

d) l-impenn ta’ l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu li ma jostakolawx is-sodisfazzjoni ta’ żidiet eventwali tal-bżonnijiet ta’ l-awtorità kontraenti li jinqalgħu b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza , kriżi jew konflitt armat,

e) l-impenn li jiżgura l-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma l-għan tal-kuntratt,

f) l-impenn li jinfurmaha minnufih b’kull tibdil li jseħħ fl-organizzazzjoni tiegħu jew fl-istrateġija industrijali tiegħu li aktarx taffettwa l-obbligi tiegħu lejha.

L-eżiġenzi meħtieġa huma ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt.

Artikolu 16

L-obbligi relatati mat-taxxa, il-ħarsien ta’ l-ambjent, id-dispożizzjonijiet għal protezzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol

1. L-awtorità kontraenti tista’ tindika jew tkun obbligata minn Stat Membru biex tindika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, l-organu jew l-organi li mingħandhom il-kandidati jew dawk li jagħmlu offerta jistgħu jiksbu informazzjoni rilevanti dwar l-obbligi relatati mat-taxxa, il-ħarsien ta’ l-ambjent, id-dispożizzjonijiet għal protezzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, ir-reġjun jew il-lokalità li fihom is-servizzi jridu jitwettqu u li jkunu applikabbli għax-xogħlijiet li jsiru fuq is-sit tal-bini jew għas-servizzi pprovduti waqt l-attwazzjoni tal-kuntratt.

2. L-awtorità kontraenti li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 titlob li dawk li jagħmlu offerta biex jindikaw li huma kkunsidraw, waqt it-tħejjija ta’ l-offerta tagħhom, l-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fuq il-post fejn is-servizz irid jitwettaq.

L-ewwel sotto-paragrafu ma jostakolax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 38 relatati mal-verifika ta’ l-offerti anormalment baxxi.

KAPITOLU IV

Il-proċeduri

Artikolu 17

Il-proċeduri applikabbli

Sabiex jagħtu l-kuntratti pubbliċi tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti japplikaw il-proċeduri nazzjonali, adattati għall-finijiet ta’ din id-direttiva.

Huma jagħtu l-kuntratti pubbliċi billi jirrikorru għall-proċedura ristretta, għall-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt jew, fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 19, għad-djalogu kompetittiv.

Fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi msemmija b’mod espliċitu fl-Artikolu 20, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikorru għal proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.

Artikolu 18

Il-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

1. Fil-proċeduri nnegozjati mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jinnegozjaw l-offerti flimkien ma’ dawk li jagħmlu offerta sabiex jiġu adattati għall-eżiġenzi li huma jkunu indikaw fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt u fid-dokumenti supplementari eventwali u sabiex isibu l-aħjar offerta f’konformità ma’ l-Artikolu 37.

2. Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti jiżguraw l-ugwaljanza ta’ trattament ta’ dawk kollha li qegħdin jagħmlu offerta. B’mod partikolari, huma ma jagħtux, b’mod diskriminatorju, informazzjoni li aktarx tiffavorixxi wħud minn dawk li jagħmlu offerta meta mqabbla ma’ oħrajn.

3. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkunsidraw li l-proċedura nnegozjata ssir f’fażijiet suċċessivi sabiex jitnaqqas in-numru ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi japplikaw il-kriterji ta’ l-għoti indikati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt. Ir-rikors għal din il-fakultà huwa indikat fl-avviż ta’ kuntratt jew tad-dokumentazzjoni tal-kuntratt.

Artikolu 19

Id-djalogu kompetittiv

1. Meta kuntratt huwa partikolarment kumpless, l-awtorità kontraenti, fejn huwa stmat li r-rikors għall-proċedura ristretta jew il-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma tkunx se tippermetti l-għoti tal-kuntratt, tista’ tirrikorri għad-djalogu kompetittiv b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

L-għoti tal-kuntratt pubbliku jsir fuq il-bażi waħdanija tal-kriterju ta’ l-għoti ta’ l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża.

2. L-awtoritajiet kontraenti jippubblikaw avviż ta’ kuntratt li fih huma jgħarrfu bil-bżonnijiet u l-eżiġenzi tagħhom, li huma jiddefinixxu f’dan l-istess avviż u/jew f’dokument deskrittiv.

3. L-awtoritajiet kontraenti, flimkien mal-kandidati magħżula f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikoli 29 sa 36, jiftħu djalogu fejn l-għan huwa l-identifikazzjoni u d-definizzjoni tal-mezzi xierqa biex jissodisfaw mill-aħjar il-bżonnijiet tagħhom. Matul dan id-djalogu, huma jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-kuntratt mal-kandidati magħżula.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti jiżguraw l-ugwaljanza ta’ trattament lil dawk kollha li jagħmlu offerta. B’mod partikolari, huma ma jagħtux, b’mod diskriminatorju, informazzjoni li aktarx tiffavorixxi ċerti minn dawk li għamlu offerta meta mqabbla ma’ oħrajn.

L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħrajn is-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn kandidat li qiegħed jipparteċipa għad-djalogu mingħajr ma jkun hemm qbil ma’ dan.

4. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkunsidraw li l-proċedura ssir f’fażijiet suċċessivi b’mod li jitnaqqas in-numru ta’ soluzzjonijiet biex jiġu diskussi matul il-fażi tad-djalogu billi jiġu applikati l-kriterji ta’ l-għoti indikati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument ta’ spjegazzjoni. Ir-rikors għal din il-fakultà huwa indikat fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

5. L-awtorità kontraenti ssegwi d-djalogu sakemm tkun tista’ tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet, skond il-bżonn wara li tkun qabblithom, li aktarx ikunu jikkorrispondu mal-bżonnijiet tagħha.

6. Wara li jkunu ddikjaraw l-għeluq tad-djalogu u jinfurmaw b’dan lill-parteċipanti, l-awtoritajiet kontraenti jistednuhom biex jerġgħu jippreżentaw l-offerta finali tagħhom fuq bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawn l-offerti għandhom jinkludu l-elementi kollha mitluba u meħtieġa għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dawn l-offerti jistgħu jkunu kkjarifikati, ippreċiżati u pperfezzjonati. Sadanittant, dawn id-dettalji, il-kjarifiki, il-perfezzjonamenti jew is-supplimenti ma jistgħux jirriżultaw fil-modifika ta’ l-elementi fundamentali ta’ l-offerta jew tas-sejħa għal offerta, fejn il-varjazzjoni aktarx li tgħawweġ il-kompetizzjoni jew ikollha effett diskriminatorju.

7. L-awtoritajiet kontraenti jevalwaw l-offerti riċevuti skond il-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument deskrittiv u jagħżlu l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża f’konformità ma’ l-Artikolu 37.

Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dak li jagħmel offerta identifikat bħala dak li għamel l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża jista’ jintalab jikkjarifika aspetti ta’ l-offerta tiegħu jew jikkonferma l-impenji li jidhru fiha, bil-kundizzjoni li dan ma jirriżultax fil-modifika ta’ elementi sostanzjali ta’ l-offerta jew tas-sejħa għal offerti, it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni jew il-wasla għal diskriminazzjonijiet.

8. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkunsidraw premjijiet jew ħlasijiet għall-parteċipanti għad-djalogu.

Artikolu 20

Il-każ li jiġġustifika r-rikors għall-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu l-kuntratti pubbliċi tagħhom billi jirrikorru għal proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 sa 6.

Id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel sotto-paragrafu tapplika ugwalment meta dawn il-kuntratti jingħataw fil-qafas ta’ programm ta’ kooperazzjoni bejn żewġ Stati Membri jew aktar.

2. Fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt tista’ tkun applikata fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

a) meta urġenza li tirriżulta minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew konflitt armat ma tkunx kompatibbli mal-perjodi meħtieġa mill-proċeduri ristretti u nnegozjati mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt;

b) meta, minħabba raġunijiet tekniċi jew li jħaddnu l-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ esklussività, il-kuntratt jista’ jkun fdat biss lil operatur ekonomiku ddeterminat.

3. Fil-każijiet tal-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ provvisti, il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt tista’ tkun applikata għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp kif ukoll għal prodotti mmanifatturati unikament għall-finijiet ta’ riċerka, sperimentazzjoni, studju jew żvilupp, ħlief għall-produzzjoni f’kwantitajiet immirati biex tkun stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali tal-prodott jew biex ikunu mifdija l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp.

4. Fil-każ tal-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti, il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt tista’ tkun applikata għall-kunsinni u l-provvisti li ġejjin:

a) għall-kunsinni supplementari li jsiru mill-fornitur tal-bidu u huma ddestinati kemm għar-riforniment parzjali ta’ provvisti jew installazzjonijiet ta’ użu kurrenti, kif ukoll għall-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti, meta l-bdil ta’ fornitur jobbliga lill-awtorità kontraenti biex takkwista materjal ta’ teknika differenti li jwassal għal nuqqas ta’ kompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-użu u fiż-żamma.It-tul ta’ żmien ta’ dawn il-kuntratti, kif ukoll il-kuntratti li jistgħu jiġġeddu, ma jistax, b’regola ġenerali, jaqbeż il-ħames snin;

b) għall-provvista ta’ armi, munizzjon u/jew materjal tal-gwerra mill-gvern ta’ Stat Membru għall-gvern ta’ Stat Membru ieħor;

5. Fil-każ tal-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet u l-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt tista’ tkun applikata għax-xogħlijiet jew is-servizzi supplementari li ma jidhrux fil-proġett ippjanat fil-bidu u lanqas fil-kuntratt inizjali u li jsiru neċessarji, wara ċirkostanza mhux prevista, ma’ l-attwazzjoni tax-xogħol jew tas-servizz hekk kif inhu deskritt, bil-kundizzjoni li l-għoti jingħata lill-operatur ekonomiku li jagħmel dan ix-xogħol jew dan is-servizz:

i) meta dawn ix-xogħlijiet jew is-servizzi supplementari ma jistgħux teknikament jew ekonomikament ikunu sseparati mill-kuntratt inizjali mingħajr inkonvenjent kbir għall-awtoritajiet kontraenti,

jew

ii) meta dawn ix-xogħlijiet jew is-servizzi, għalkemm ikunu separabbli mill-attwazzjoni tal-kuntratt inizjali, huma strettament meħtieġa għat-titjib tiegħu.

. Madankollu, l-ammont kumulattiv tal-kuntratti mogħtija għax-xogħlijiet u s-servizzi supplementari m’għandux jaqbeż 50% ta’ l-ammont tal-kuntratt inizjali;

6. Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt tista’ tkun applikata għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili mogħtija lill-operatur ekonomiku li ngħata l-kuntratt inizjali mill-istess awtoritajiet kontraenti, bil-kundizzjoni li dawn ix-xogħlijiet jew dawn is-servizzi jkunu konformi ma’ proġett bażiku u li dan il-proġett kien l-għan ta’ kuntratt inizjali mogħti skond il-proċedura ristretta, il-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt jew id-djalogu kompetittiv.Il-possibbiltà li jsir rikors għal din il-proċedura hija indikata mill-ftuħ għall-kompetizzjoni ta’ l-ewwel attività u l-ammont totali ppjanat għas-segwitu tax-xogħlijiet jew tas-servizzi jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet kontraenti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6.Ma jistax isir rikors għal din il-proċedura ħlief matul perjodu ta’ ħames snin wara t-tmiem tal-kuntratt inizjali.

Artikolu 21

Il-ftehimiet ta’ qafas

1. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw il-possibbiltà għall-awtoritajiet kontraenti biex jikkonkludu ftehimiet ta’ qafas.

2. Għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ ftehim ta’ qafas, l-awtoritajiet kontraenti jsegwu r-regoli ta’ proċedura stipulati f’din id-direttiva fil-fażijiet kollha sa l-għoti tal-kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim ta’ qafas. L-għażla tal-partijiet għall-ftehim ta’ qafas issir bl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti f’konformità ma’ l-Artikolu 37.

Il-kuntratti bbażati fuq ftehim ta’ qafas jingħataw skond il-proċeduri stipulati fil-paragrafi 3 u 4. Dawn il-proċeduri huma applikabbli biss bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi li kienu oriġinarjament partijiet fil-ftehim ta’ qafas.

Wara l-għoti ta’ kuntratti bbażati fuq il-ftehim ta’ qafas, il-partijiet ma jistgħux f’ebda każ jagħmlu emendi sostanzjali għat-termini ffissati f’dan il-ftehim ta’ qafas, notevolment fil-każ stipulat fil-paragrafu 3.

It-tul ta’ żmien ta’ ftehim ta’ qafas ma jistax jaqbeż il-ħames snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’mod xieraq, notevolment bil-għan tal-ftehim ta’ qafas.

L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jirrikorru għall-ftehimiet ta’ qafas b’mod abużiv jew b’mod li jostakola, ixekkel jew jgħawweġ il-kompetizzjoni.

3. Meta ftehim ta’ qafas ikun konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed, il-kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim ta’ qafas jingħataw fit-termini ta’ żmien stabbiliti fil-ftehim ta’ qafas.

Għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-operatur li huwa parti fil-ftehim ta’ qafas, billi jitolbuh ikompli, jekk ikun hemm bżonn, l-offerta tiegħu.

4. Meta ftehim ta’ qafas ikun konkluż ma’ bosta operaturi ekonomiċi, in-numru tagħhom irid ikun mill-inqas ugwali għal tlieta, sabiex ikun hemm numru biżżejjed ta’ operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji ta’ għażla u/jew ta’ offerti li jistgħu jkunu riċevuti li jikkorrispondu għall-kriterji ta’ l-għoti.

L-għoti tal-kuntratti bbażati fuq l-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ bosta operaturi ekonomiċi jista’ jsir kemm bl-applikazzjoni tat-termini ffissati fil-ftehim ta’ qafas, mingħajr ma jinfetaħ għall-kompetizzjoni, kif ukoll, meta t-termini kollha ma jkunux iffissati fil-ftehim ta’ qafas, wara li l-partijiet jerġgħu jinfetħu għall-kompetizzjoni fuq bażi ta’ l-istess termini, jekk meħtieġ jiġu ppreċiżati lilhom, u, jekk ikun hemm bżonn, termini oħrajn indikati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt tal-ftehim ta’ qafas.

F’din it-tieni ipoteżi, il-proċedura li ġejja tapplika:

a) għal kull kuntratt li jrid jingħata, l-awtoritajiet kontraenti jikkonsultaw bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi li huma kapaċi li jwettqu l-għan tal-kuntratt;

b) l-awtoritajiet kontraenti jiffissaw perjodu ta’ żmien biżżejjed biex jiġu ppreżentati l-offerti relatati ma’ kull kuntratt speċifiku filwaqt li jkunu kkunsidrati elementi bħall-kumplessità ta’ l-għan tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti;

c) l-offerti huma sottomessi bil-miktub u l-kontenut tagħhom irid jibqa’ kunfidenzjali sat-tmiem tal-perjodu ta’ żmien ippjanat għal tweġiba;

d) l-awtoritajiet kontraenti jagħtu kull kuntratt lil dawk li jkunu ppreżentaw l-aħjar offerta fuq bażi tal-kriterji ta’ l-għoti mħabbra fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt tal-ftehim ta’ qafas.

KAPITOLU V

Ir-regoli ta’ reklamar u ta’ trasparenza

SEZZJONI 1

Il-pubblikazzjoni ta’ l-avviżi

Artikolu 22

L-avviżi

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jgħarrfu permezz ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel, ippubblikat mill-Kummissjoni jew minnhom stess il-“profil tax-xerrej” tagħhom kif stipulat fl-Anness IV(2):

a) f’dak li għandu x’jaqsam mal-provvisti, l-ammont totali stmat tal-kuntratti jew tal-ftehimiet ta’ qafas minn gruppi ta’ prodotti li huma jippjanaw li jagħtu matul it-tnax-il xahar ta’ wara, meta dan l-ammont totali stmat, meta jkunu kkunsidrati l-Artikoli 6 u 7, huwa ugwali jew iktar minn EUR 750 000.

Il-gruppi ta’ prodotti huma stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti b’referenza għall-pożizzjonijiet tas-CPV;

b) f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi, l-ammont totali stmat tal-kuntratt jew tal-ftehimiet ta’ qafas, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi enumerati fl-Anness I, li huma jippjanaw li jagħtu matul it-tnax-il xahar ta’ wara, meta dan l-ammont totali stmat, meta jkunu kkunsidrati l-Artikoli 6 u 7, huwa ugwali jew iktar minn EUR 750 000;

c) f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħlijiet, il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti jew tal-ftehimiet ta’ qafas li huma jippjanaw li jagħtu u li l-ammonti stmati huma ugwali jew jaqbżu l-limitu indikat fl-Artikolu 6, meta jiġi kkunsidrat l-Artikolu 7.

L-avviżi msemmija fil-punti a) u b) jintbagħtu lill-Kummissjoni jew ikunu ppubblikati fuq il-profil tax-xerrej mill-aktar fis possibbli wara l-bidu ta’ l-eżerċizzju baġitarju.

L-avviż imsemmi fil-punt c) jintbagħat lill-Kummissjoni jew ikun ippubblikat fuq il-profil tax-xerrej mill-aktar fis possibbli wara li tittieħed id-deċiżjoni li tawtorizza l-programm li fih huma mniżżla l-kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-ftehimiet ta’ qafas li l-awtoritajiet kontraenti jippjanaw li jagħtu.

L-awtoritajiet kontraenti li jippubblikaw l-avviż ta’ tagħrif minn qabel fuq il-profil tax-xerrej tagħhom, f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3), jibagħtu lill-Kummissjoni, b’mezz elettroniku, avviż li jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel fuq il-profil tax-xerrej.

Dan il-paragrafu ma japplikax għall-proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt.

2. L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu kuntratt pubbliku jew ftehim ta’ qafas billi jirrikorru għal proċedura ristretta, għal proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż jew għal djalogu kompetittiv jgħarrfu bl-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż ta’ kuntratt.

3. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw, f’konformità ma’ l-Artikolu 23, avviżi dwar kuntratti pubbliċi li ma jkunux suġġetti għal pubblikazzjoni obbligatorja stipulata minn din id-direttiva.

4. L-awtoritajiet kontraenti li taw kuntratt pubbliku jew ikkonkludew ftehim ta’ qafas, jibagħtu avviż dwar ir-riżultati tal-proċedura ta’ l-għoti sa mhux aktar tard minn 48 ġurnata wara l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim ta’ qafas.

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ qafas konklużi f’konformità ma’ l-Artikolu 21, l-awtoritajiet kontraenti huma eżentati milli jibagħtu avviż dwar ir-riżultati ta’ l-għoti ta’ kull kuntratt ibbażat fuq il-ftehim ta’ qafas.

Ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim ta’ qafas tista’ ma tkunx ippubblikata fil-każ fejn l-iżvelar tagħha jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet, tmur kontra l-interess pubbliku jew tkun ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati, jew tista’ tikkawża dannu għal kompetizzjoni leali bejn xulxin.

Artikolu 23

It-tħejjija u l-metodi ta’ pubblikazzjoni ta’ l-avviżi

1. L-avviżi jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-Anness III u, jekk ikun hemm bżonn, kull tagħrif ieħor meqjus utli mill-awtorità kontraenti skond il-format tal-formoli standard adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 41(2).

2. L-avviżi mibgħuta mill-awtoritajiet kontraenti lill-Kummissjoni jintbagħtu kemm b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3), kif ukoll b’mezzi oħrajn. Fil-każ ta’ rikors għall-proċedura mgħaġġla stipulata fl-Artikolu 24(4), l-avviżi għandhom jintbagħtu kemm bil-faks, kif ukoll b’mezzi elettroniċi, f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3).

L-avviżi huma ppubblikati f’konformità mal-karatteristiċi tekniċi ta’ pubblikazzjoni indikati fl-Anness IV (1), taħt a) u b).

3. L-avviżi mħejjija u mibgħuta b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3), huma ppubblikati sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu.

L-avviżi li ma jintbagħtux b’mezzi elettroniċi, f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3), huma ppubblikati sa mhux aktar tard minn tnax-il jum wara li jintbagħtu jew, fil-każ ta’ proċedura mgħaġġla stipulata fl-Artikolu 24(4), sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu.

4. L-avviżi ta’ kuntratt huma ppubblikati in extenso f’lingwa uffiċjali tal-Komunità, magħżula mill-awtorità kontraenti, fejn it-test ippubblikat f’din il-lingwa oriġinali jikkostitwixxi l-uniku test awtentiku. Ġabra fil-qosor ta’ l-elementi importanti ta’ kull avviż hija ppubblikata fil-lingwi uffiċjali l-oħrajn.

L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ dawn l-avviżi huma r-responsabbiltà tal-Komunità.

5. L-avviżi u l-kontenut tagħhom ma jistgħux ikunu ppubblikati fuq livell nazzjonali qabel id-data meta dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni.

L-avviżi ppubblikati fuq livell nazzjonali ma jistax ikollhom tagħrif aktar minn dak fl-avviżi mibgħuta lill-Kummissjoni u għandhom isemmu d-data ta’ meta l-avviż intbagħat lill-Kummissjoni .

6. Il-kontenut ta’ l-avviżi li ma jintbagħtux b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3), huwa limitat għal madwar 650 kelma.

7. L-awtoritajiet kontraenti jridu jkunu jistgħu juru l-prova tad-data meta ntbagħtu l-avviżi.

8. Il-Kummissjoni twassal lill-awtorità kontraenti konferma tal-pubblikazzjoni ta’ l-informazzjoni mibgħuta fejn issemmi d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Din il-konferma sservi ta’ prova tal-pubblikazzjoni.

SEZZJONI 2

Il-perjodi ta’ żmien

Artikolu 24

Il-perjodi ta’ żmien għar-riċevuta tat-talbiet għal parteċipazzjoni u għar-riċevuta ta’ l-offerti

1. Meta jkunu qegħdin jiffissaw il-perjodi ta’ żmien tal-wasla tat-talbiet għal parteċipazzjoni u ta’ l-offerti, l-awtoritajiet kontraenti jikkunsidraw b’mod partikolari l-kumplessità tal-kuntratt u taż-żmien meħtieġ għat-tħejjija ta’ l-offerti, mingħajr preġudizzju għall-perjodi ta’ żmien minimi ffissati minn dan l-Artikolu.

2. Fil-proċeduri ristretti, il-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u f’każ ta’ rikors għal djalogu kompetittiv, il-perjodu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tat-talbiet għal parteċipazzjoni huwa ta’ 37 ġurnata mid-data ta’ meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

Fil-proċeduri ristretti, il-perjodu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ l-offerti huwa ta’ 40 ġurnata mid-data ta’ meta tintbagħat l-istedina.

3. Meta l-avviżi jitħejjew u jintbagħtu b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3), il-perjodu ta’ żmien għar-riċevuta tat-talbiet għal parteċipazzjoni stipulat fil-paragrafu 2, l-ewwel paragrafu, jista’ jitqassar b’sebat ijiem.

4. Meta, fil-proċeduri ristretti u nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, minħabba l-urġenza l-perjodi ta’ żmien minimi ffissati f’dan l-Artikolu ma jkunux prattiċi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffissaw:

- perjodu ta’ żmien għar-riċevuta tat-talbiet għal parteċipazzjoni li ma jistax ikun inqas minn ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew għaxart ijiem jekk l-avviż jintbagħat b’mezzi elettroniċi, f’konformità mal-format u mal-metodi ta’ trażmissjoni indikati fl-Anness IV (3),

- u, fil-każ tal-proċeduri ristretti, perjodu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ l-offerti li ma jistax ikun inqas minn għaxart ijiem mid-data ta’ meta tintbagħat l-istedina għas-sottomissjoni.

SEZZJONI 3

Il-kontenut u l-mezzi ta’ trażmissjoni ta’ l-informazzjoni

Artikolu 25

L-istediniet għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti, għan-negozjar jew għad-djalogar

1. Fil-proċeduri ristretti, il-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u fid-djalogu kompetittiv, l-awtoritajiet kontraenti jistiednu simultanjament u bil-miktub lill-kandidati kkunsidrati għan-negozjar.

2. L-istedina lill-kandidati jkollha magħha kopja tad-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew tad-dokument deskrittiv u kull dokument supplementari.

3. Meta entità ħlief l-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura ta’ l-għoti għandha dokumentazzjoni tal-kuntratt u/jew dokumenti supplementari, l-istedina tippreċiża l-indirizz tas-servizz minn fejn din id-dokumentazzjoni tal-kuntratt u dawn id-dokumenti jistgħu jintalbu u, jekk ikun hemm bżonn, l-aħħar data biex issir din it-talba kif ukoll l-ammont u l-metodi ta’ ħlas tas-somma li għandha titħallas biex jinkisbu dawn id-dokumenti. Is-servizzi kompetenti jibagħtu din id-dokumentazzjoni lill-operaturi ekonomiċi mingħajr dewmien wara li jirċievu t-talba tagħhom.

4. It-tagħrif supplementari dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt, id-dokument deskrittiv, jew id-dokumenti supplementari jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti jew is-servizzi kompetenti sitt ijiem qabel l-aħħar data ffissata għar-riċevuta ta’ l-offerti sakemm huma jkunu ntalbu dan fi żmien raġonevoli. Fil-każ ta’ proċedura nnegozjata mgħaġġla, dan il-perjodu ta’ żmien huwa ta’ erbat ijiem.

5. Minbarra l-elementi previsti fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-istedina għan-negozjar tinkludi mill-inqas:

a) referenza għall-avviż ta’ kuntratt pubbliku;

b) l-aħħar data għar-riċevuta ta’ l-offerti, l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti u l-lingwa jew il-lingwi li bihom iridu jkunu miktuba l-offerti;

c) fil-każ tad-djalogu kompetittiv, id-data ffissata u l-indirizz għall-bidu tal-fażi ta’ konsultazzjoni, kif ukoll il-lingwa jew il-lingwi użata(i);

d) l-indikazzjoni tad-dokumenti li eventwalment iridu jkunu mehmuża, kemm bħala appoġġ għad-dikjarazzjonijiet verifikabbli pprovduti mill-kandidat f’konformità ma’ l-Artikolu 29, kif ukoll bħala suppliment għat-tagħrif stipulat fl-Artikolu msemmi u fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fl-Artikoli 32 u 33;

e) l-importanza relattiva tal-kriterji ta’ l-għoti tal-kuntratt jew, jekk ikun il-każ, l-importanza f’ordni ta’ nżul tal-kriterji użati biex tiġi ddefinita l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, jekk dawn ma jidhrux fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

Artikolu 26

L-informazzjoni għall-kandidati u għal dawk li jagħmlu offerta

1. L-awtoritajiet kontraenti jinfurmaw fl-iqsar żmien lill-kandidati u lil dawk li għamlu offerta bid-deċiżjonijiet meħuda dwar l-għoti ta’ kuntratt jew il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ qafas, inklużi r-raġunijiet li għalihom huma ddeċidew li jirrifjutaw li jagħtu kuntratt jew li jikkonkludu ftehim ta’ qafas li għalih kien hemm ftuħ għall-kompetizzjoni jew ingħata bidu mill-ġdid għall-proċedura; din l-informazzjoni tingħata bil-miktub jekk it-talba ssir hekk lill-awtoritajiet kontraenti.

2. Fuq talba tal-parti kkonċernata, l-awtorità kontraenti, suġġetta għall-paragrafu 3, tikkomunika, fl-iqsar żmien u sa mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata mid-data tal-wasla tat-talba bil-miktub, l-elementi li ġejjin:

a) lil kull kandidat eliminat ir-raġunijiet tar-rifjut tal-kandidatura tiegħu,

b) lil kull min għamel offerta u ġie eliminat, ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ l-offerta tiegħu, inklużi, fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5), ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha ta’ nuqqas ta’ ekwivalenza jew tad-deċiżjoni tagħha għaliex ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jikkorrispondux mar-rendimenti jew l-eżiġenzi funzjonali,

c) lil kull min għamel offerta li tkun waħda ammissibbli, il-karatteristiċi u l-vantaġġi rilevanti ta’ l-offerta miżmuma kif ukoll l-isem ta’ min ingħata l-offerta jew tal-partijiet għall-ftehim ta’ qafas.

3. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jikkomunikawx ċertu tagħrif dwar l-għoti tal-kuntratti jew il-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ qafas, stipulati fil-paragrafu 1, meta l-iżvelar tiegħu jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew imur kontra l-interess pubbliku jew ikun ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati jew jikkawża dannu għal kompetizzjoni leali bejniethom.

SEZZJONI 4

Il-komunikazzjonijiet

Artikolu 27

Ir-regoli applikabbli għall-komunikazzjonijiet

1. Il-komunikazzjonijiet kollha kif ukoll l-iskambji ta’ tagħrif stipulati f’dan it-titolu jistgħu, bl-għażla ta’ l-awtorità kontraenti, isiru bil-posta, bil-faks, b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-paragrafi 4 u 5, bit-telefon fil-każijiet u fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 6, jew b’taħlita ta’ dawn il-mezzi.

2. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu ġeneralment disponibbli u ma jistgħux għalhekk jirriżultaw fir-restrizzjoni ta’ l-aċċess ta’ l-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ l-għoti.

3. Il-komunikazzjonijiet, l-iskambji u ż-żamma ta’ l-informazzjoni huma magħmula b’mod li jiżguraw li jinżammu l-integrità tal-fatti u l-kunfidenzjalità ta’ l-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni u li l-awtoritajiet kontraenti ma jsirux jafu bil-kontenut ta’ l-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni ħlief fit-tmiem tal-perjodu ta’ żmien ippjanat għall-preżentazzjoni tagħhom.

4. L-għodod użati għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, irid ikollhom karattru mhux diskriminatorju, ikunu attwalment disponibbli għall-pubbliku u kompatibbli mat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u ta’ komunikazzjoni ġeneralment użati.

5. Ir-regoli li ġejjin huma applikabbli għad-dispożizzjonijiet tat-trażmissjoni u tar-riċeviment elettroniku ta’ l-offerti kif ukoll għad-dispożizzjonijiet tar-riċeviment elettroniku tat-talbiet għal parteċipazzjoni:

a) l-informazzjoni relatata ma’ l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti u tat-talbiet għal parteċipazzjoni b’mezz elettroniku, inkluż il-qlib ta’ data f’kodiċi, għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Barra minn hekk, is-sistemi tar-riċeviment elettroniku ta’ l-offerti u tat-talbiet għal parteċipazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ l-eżiġenzi ta’ l-Anness VI;

b) l-Istati Membri jistgħu, fir-rispett ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/93/KE, jeżiġu li l-offerti elettroniċi jkunu mgħammra b’firma elettronika avvanzata konformi mal-paragrafu 1 tiegħu;

c) l-Istati Membri jistgħu jinstallaw jew imantnu skemi volontarji ta’ akkreditazzjoni ippjanati biex itejbu l-livell tas-servizz ta’ ċertifikazzjoni pprovdut minn dawn id-dispożizzjonijiet;

d) dawk li jagħmlu offerta jew il-kandidati jintrabtu li d-dokumenti, iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 30 sa 35, jekk ma jkunux disponibbli f’forma elettronika, jkunu sottomessi qabel l-għeluq tal-perjodu ta’ żmien ippjanat għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti jew it-talbiet għal parteċipazzjoni.

6. Ir-regoli li ġejjin japplikaw għat-trażmissjoni tat-talbiet għal parteċipazzjoni:

a) it-talbiet għal parteċipazzjoni għall-proċeduri ta’ l-għoti tal-kuntratti pubbliċi jistgħu jsiru bil-miktub jew bit-telefon;

b) meta talba għal parteċipazzjoni ssir bit-telefon, trid tintbagħat konferma bil-miktub qabel l-għeluq tal-perjodu ta’ żmien stabbilit għar-riċeviment tagħhom;

c) l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżiġu, jekk ikun hemm bżonn għal raġunijiet ta’ prova ġuridika, li t-talbiet għal parteċipazzjoni magħmula bil-faks ikunu kkonfermati bil-posta jew b’mezz elettroniku. F’dan il-każ, huma jindikaw fl-avviż ta’ kuntratt din l-eżiġenza u l-perjodu ta’ żmien li fih din trid tkun kompluta.

SEZZJONI 5

Il-minuti

Artikolu 28

Il-kontenut tal-minuti

1. Għal kull kuntratt pubbliku u kull ftehim ta’ qafas, l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu minuti li jinkludu mill-inqas:

a) l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità kontraenti, l-għan u l-valur tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ qafas;

b) il-proċedura magħżula ta’ l-għoti;

c) f’każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, iċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 20 li jiġġustifikaw ir-rikors għal din il-proċedura;

d) jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dewmien tal-ftehim ta’ qafas li jaqbeż il-ħames snin;

e) jekk ikun il-każ, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sensittivi li ma jistgħux jingħataw ħlief lil dak li jingħata l-kuntratt kif ukoll ir-raġunijiet għal din ir-restrizzjoni;

f) l-isem tal-kandidati magħżula u l-ġustifikazzjoni ta’ l-għażla tagħhom;

g) l-isem tal-kandidati esklużi u r-raġunijiet tar-rifjut tagħhom;

h) ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ l-offerti meqjusa anormalment baxxi;

i) l-isem ta’ min jingħata l-offerta u l-ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ l-offerta tiegħu, kif ukoll, jekk tkun magħrufa, il-parti tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ qafas li min ingħata l-offerta għandu fi ħsiebu jew huwa marbut li jagħti bħala sotto-kuntratt lil terzi;

j) jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet għaliex l-awtorità kontraenti rrifjutat li tagħti kuntratt jew ftehim ta’ qafas.

2. L-awtoritajiet kontraenti jieħdu l-miżuri xierqa biex jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri ta’ l-għoti magħmula b’mezzi elettroniċi.

3. Il-minuti jew l-elementi prinċipali tagħhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.

KAPITOLU VI

It-tmexxija tal-proċedura

SEZZJONI 1

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 29

Il-verifika tal-kapaċità tal-kandidati u l-għażla tal-parteċipanti, l-għoti tal-kuntratti

1. L-għoti tal-kuntratti ssir fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikoli 37 u 38, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 11, wara verifika tal-kapaċità ta’ l-operaturi ekonomiċi mhux esklużi skond l-Artikoli 30 u 31, effettwata mill-awtoritajiet kontraenti li jikkonformaw mal-kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, ma’ l-għerf jew kapaċitajiet professjonali u tekniċi msemmija fl-Artikoli 32 sa 36 u, jekk ikun il-każ, mar-regoli u kriterji mhux diskriminatorji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżiġu xi livelli minimi ta’ kapaċitajiet, konformi ma’ l-Artikoli 32 u 33, li l-kandidati jridu jissodisfaw.

L-estensjoni tad-data msemmija fl-Artikoli 32 u 33 kif ukoll il-livelli minimi tal-kapaċitajiet mitluba għal kuntratt determinat għandhom ikunu marbuta u proporzjonali ma’ l-għan tal-kuntratt.

Dawn il-livelli minimi huma indikati fl-avviż tal-kuntratt.

3. Fil-proċeduri nnegozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrestrinġu n-numru ta’ kandidati xierqa li huma se jistiednu biex jinnegozjaw; dan in-numru minimu ma jistax ikun inqas minn tlieta.

L-awtoritajiet kontraenti jindikaw fl-avviż tal-kuntratt il-kriterji jew regoli objettivi u mhux diskriminatorji li huma jipprevedu li jużaw, in-numru minimu ta’ kandidati li huma jipprevedu li jistiednu u, jekk ikun il-każ, in-numru massimu.

Fi kwalunkwe każ, in-numru ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata konkorrenza reali.

L-awtoritajiet kontraenti jistiednu numru ta’ kandidati ta’ l-anqas indaqs għan-numru minimu definit minn qabel. Meta n-numru ta’ kandidati jkun jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni u għal-livelli minimi huwa inferjuri għan-numru minimu, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura filwaqt li tistieden il-kandidat/i li jkollhom il-kapaċitajiet mitluba. Fil-qafas ta’ din l-istess proċedura, l-awtorità kontraenti ma tistax tinkludi xi operaturi ekonomiċi oħrajn li ma kinux talbu biex jipparteċipaw jew xi kandidati li m’għandhomx il-kapaċitajiet mitluba.

4. Meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikorru għall-fakultà li jitnaqqas in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi jew xi offerti li għandhom jiġu nnegozjati, prevista fl-Artikolu 18(3), u fl-Artikolu 19(4), dawn jagħmlu din ir-riduzzjoni billi jiġu applikati l-kriterji ta’ għoti li dawn indikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni għall-offerta. Fil-fażi finali, dan in-numru għandu jippermetti biex tkun żgurata konkorrenza reali, sakemm ikun hemm numru suffiċjenti ta’ soluzzjonijiet jew ta’ kandidati xierqa.

SEZZJONI 2

Il-kriterji ta’ l-għażla kwalitattiva

Artikolu 30

Is-sitwazzjoni personali tal-kandidat

1. Huwa eskluż mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt pubbliku kull kandidat jew min qed jagħmel l-offerta li għandu fuqu kundanna mogħtija permezz ta’ sentenza definittiva, li l-awtorità kontraenti taf biha, għal waħda jew aktar mir-raġunijiet elenkati hawn taħt:

a) parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali kif imsemmija fl-Artikolu 2(1), ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI[22];

b) korruzzjoni, kif imsemmija rispettivament fl-Artikolu 3 ta’ l-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997[23] u fl-Artikolu 3(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/742/ĠAI[24];

c) frodi kif imsemmi fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej[25];

d) reat terrorista, reat marbut ma’ attivitajiet terroristiċi, kif imsemmija rispettivament fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni ta’ qafas tal-Kunsill (2002/475/ĠAI)[26] jew inċitament, kompliċità, attentat bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 4 tad -deċiżjoni ta’ qafas imsemmija;

e) ħasil ta’ kapital u finanzjament tat-terroriżmu bħal dawk definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27].

L-Istati Membri jippreċiżaw, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u fir-rispett tal-liġi komunitarja, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Dawn jistgħu jipprevedu deroga għall-obbligazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għal eżiġenzi importanti ħafna fl-interess ġenerali.

Filwaqt li titqies l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kontraenti jitolbu, jekk ikun il-każ, lill-kandidati jew lill-offerenti biex jissupplixxu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 u jistgħu, meta dawn għandhom xi dubji fuq is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati/offerenti, iduru għand l-awtoritajiet kompetenti biex jiksbu informazzjoni dwar is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati jew offerenti li dawn iqisu meħtieġa. Meta l-informazzjoni tikkonċerna kandidat jew offerent stabbilit fi Stat differenti minn dak ta’ l-awtorità kontraenti, l-awtorità kontraenti tista’ titlob il-kooperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn il-kandidati jew offerenti huma stabbiliti, dawn it-talbiet jiffokaw fuq il-persuni morali u/jew fuq il-persuni fiżiċi, inkluż, jekk ikun il-każ, il-kapijiet ta’ intrapriża jew kull persuna li jkollha l-poter ta’ rappreżentanza, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll tal-kandidat jew ta’ dak li qed jissottometti l-offerta.

2. Jista’ jkun eskluż mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt, kull operatur ekonomiku:

a) li qiegħed fi stat ta’ falliment, ta’ likwidazzjoni, l-affarijiet tiegħu jkunu qed jiġu amministrati mill-qrati, ikun daħal f’arranġament mal-kredituri, ikollu l-attività kummerċjali sospiża jew ikun f’sitwazzjoni analoga li tinqala’ minn proċedura simili prevista fil-liġi jew regolament nazzjonali;

b) li huwa suġġett ta’ proċedura ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment, ta’ regolament ġudizzjarju, ta’ likwidazzjoni, ta’ ftehim preventiv jew kull proċedura oħra ta’ l-istess natura li teżisti fil-leġiżlazzjonijiet u regolamenti nazzjonali;

c) li nstab ħati ta’ reat dwar l-imġiba professjonali tiegħu b’sentenza li għandha l-forza ta’ res judicata;

d) li hu ħati ta’ mġiba professjonali serjament ħażina pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġġustifikaw, bħalma hu, pereżempju, il-vjolazzjoni ta’ l-obbligi tiegħu f’termini ta’ sigurtà ta’ l-informazzjoni minn kuntratt pubbliku preċedenti;

e) li ma wettaqx l-obbligi tiegħu dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skond id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit jew skond dawk tal-pajjiż ta’ l-awtorità kontraenti;

f) li ma wettaqx l-obbligi tiegħu dwar il-ħlas tat-taxxi tiegħu skond id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit jew skond dawk tal-pajjiż ta’ l-awtorità kontraenti;

g) li nstab serjament ħati li għamel dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti ta’ l-informazzjoni mitluba fl-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni preżenti jew li ma tax din l-informazzjoni.

L-Istati Membri jippreċiżaw, b’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u fir-rispett tal-liġi komunitarju, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

3. L-awtoritajiet kontraenti jaċċettaw bħala prova suffiċjenti li l-operatur ekonomiku ma jinstabx fil-każijiet msemmija f’paragrafu 1 u f’paragrafu 2, punti a), b), c), e), u f):

a) għall-paragrafu 1 u l-paragrafu 2, il-punti a), b) u c), il-produzzjoni minn estratt mir-rekord ġudizzjarju jew, jekk mhux possibbli, dokument ekwivalenti mogħti mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini jew tal-provenjenza u li minnu jirriżulta li dawn l-eżiġenzi huma sodisfatti;

b) għall-paragrafu 2, il-punti e) jew f), ċertifikat mogħti mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Meta dokument jew ċertifikat ma jkunx mogħti mill-pajjiż ikkonċernat jew ma jsemmix il-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, il-punti a), b) jew c), dan jista’ jiġi sostitwit minn dikjarazzjoni b’ġurament jew, fl-Istati Membri fejn it-tali ġurament ma jeżistix, permezz ta’ dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna interessata quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew organu professjonali kkwalifikat tal-pajjiż ta’ l-oriġini jew tal-provenjenza.

4. L-Istati Membri jinnominaw lill-awtoritajiet u l-organi kompetenti għall-għoti tad-dokumenti, ċertifikati jew dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u jinfurmaw bihom lill-Kummissjoni. Din il-komunikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 31

L-approvazzjoni għall-eżerċizzju ta’ l-attività professjonali

Kull operatur ekonomiku li jixtieq jipparteċipa f’kuntratt pubbliku jista’ jkun mitlub jiġġustifika r-reġistrazzjoni tiegħu lir-reġistru tal-professjoni jew lir-reġistru tal-kummerċ jew jissupplixxi dikjarazzjoni b’ġurament jew ċertifikat, bħalma hu ppreċiżat fl-Anness V, il-parti A għall-kuntratti pubbliċi tax-xogħol, il-parti B għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u l-parti C għall-kuntratti pubbliċi tas-servizzi, u b’konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-Istat Membru fejn dan hu stabbilit.

Fil-proċeduri ta’ l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tas-servizzi, meta l-kandidati għandhom bżonn awtorizzazzjoni speċifika jew iridu jkunu membri ta’ organizzazzjoni speċifika sabiex ikunu jistgħu jagħtu fil-pajjiż tagħhom ta’ l-oriġini s-servizz ikkonċernat, l-awtorità kontraenti tista’ titlobhom jippruvaw li huma jippossiedu din l-awtorizzazzjoni jew li huma jagħmlu parti minn din l-organizzazzjoni.

Artikolu 32

Il-kapaċità ekonomika u finanzjarja

1. Il-ġustifikazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja ta’ l-operatur ekonomiku tista’, b’regola ġenerali, tkun magħmula minn wieħed jew aktar mir-referenzi li ġejjin:

a) dikjarazzjonijiet xierqa minn banek jew, jekk ikun il-każ, prova ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz ta’ riskju professjonali;

b) il-preżentazzjoni ta’ karti tal-bilanċ jew ta’ estratti mill-karti tal-bilanċ, fil-każijiet fejn il-pubblikazzjoni tal-karti tal-bilanċ hija preskritta mill-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit;

c) dikjarazzjoni li tikkonċerna t-turnover globali u, jekk ikun il-każ, iċ-ċifra tat-turnover tal-grupp ta’ attivitajiet li huwa s-suġġett tal-kuntratt, għall-massimu l-aħħar tliet eżerċizzji disponibbli skond id-data ta’ kreazzjoni jew mill-bidu ta’ l-attivitajiet ta’ l-operatur ekonomiku, safejn id-data rigward iċ-ċifri tal-kummerċ huma disponibbli.

2. Operatur ekonomiku jista’, jekk ikun il-każ u għal kuntratt determinat, jistma l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn, tkun xi tkun in-natura ġuridika tar-rabtiet eżistenti bejnu u dawn l-entitajiet. Huwa għandu, f’dan il-każ, jagħti prova lill-awtorità kontraenti li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni xi mezzi neċessarji, pereżempju, permezz tal-produzzjoni tal-garanzija ta’ dawn l-entitajiet għal dan l-effett.

3. Fl-istess kundizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 4 jista’ jistma l-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħrajn.

4. L-awtoritajiet kontraenti jippreċiżaw, fl-avviż tal-kuntratt jew fis-sejħa għas-sottomissjoni, dik jew dawk ir-referenzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma għażlu kif ukoll ir-referenzi oħrajn ta’ evidenza li għad iridu jingħataw.

5. Jekk, għal raġuni ġustifikata, l-operatur ekonomiku mhuwiex fil-pożizzjoni li jipproduċi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, dan huwa awtorizzat li japprova l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor meqjus bħala xieraq mill-awtorità kontraenti.

Artikolu 33

Il-kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali

1. Il-kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali ta’ l-operaturi ekonomiċi huma evalwati u vverifikati f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.

2. Il-kapaċitajiet tekniċi ta’ l-operaturi ekonomiċi jistgħu jkunu ġġustifikati b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin, skond in-natura, il-kwantità jew l-importanza, u l-użu tax-xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi:

a) i) il-preżentazzjoni tal-lista tax-xogħlijiet imwettqa matul l-aħħar ħames snin, din il-lista għandha tkun appoġġjata minn ċertifikati ta’ eżekuzzjoni tajba għax-xogħlijiet l-aktar importanti. Dawn iċ-ċertifikati jindikaw it-total kollu, il-perjodu taż-żmien u l-post ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u jippreċiżaw jekk huma twettqux skond ir-regoli tas-sengħa u mmexxija b’mod regolari għal tmiem tajjeb; jekk ikun il-każ, dawn iċ-ċertifikati huma mibgħuta direttament lill-awtorità kontraenti permezz ta’ l-awtorità kompetenti;

ii) il-preżentazzjoni ta’ lista tat-tqassim prinċipali jew tas-servizzi prinċipali effettwati matul l-aħħar tliet snin, filwaqt li jindikaw it-total kollu, id-data u r-riċevitur pubbliku jew privat. It-tqassim u min qed jipprovdi s-servizzi huma approvati:

- meta r-riċevitur kien awtorità kontraenti, permezz ta’ ċertifikati maħruġa jew kontra-firmati mill-awtorità kompetenti,

- meta r-riċevitur kien xerrej privat, permezz ta’ ċertifikazzjoni tax-xerrej jew, fin-nuqqas ta’ dan, sempliċiment permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ l-operatur ekonomiku;

b) l-indikazzjoni ta’ tekniċi jew ta’ organi tekniċi, kemm jekk ikunu jew ma jkunux integrati fl-intrapriża ta’ l-operatur ekonomiku, partikolarment minn dawk li huma responsabbli mill-kontroll tal-kwalità u, meta għandu x’jaqsam mal-kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet, li se jirrikorri għalihom l-intraprenditur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol;

c) deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku, tal-miżuri adottati mill-fornitur jew minn min qed jipprovdi s-servizzi biex tkun żgurata l-kwalità u l-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka ta’ l-intrapriża tiegħu;

d) kontroll magħmul mill-awtorità kontraenti jew, għan-nom ta’ din ta’ l-aħħar, permezz ta’ organu uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih il-fornitur jew min jipprovdi s-servizzi huwa stabbilit, taħt riżerva tal-ftehim ta’ dan l-organu; dan il-kontroll jiffoka fuq il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-fornitur jew fuq il-kapaċità teknika ta’ min jipprovdi s-servizzi u, jekk hemm bżonn, fuq il-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka li huwa jiddisponi kif ukoll fuq il-miżuri li hu jieħu biex jikkontrolla l-kwalità;

e) l-indikazzjoni tat-titli ta’ studji u professjonisti ta’ min jipprovdi s-servizzi jew tal-kuntrattur u/jew tal-ħaddiema maniġerjali ta’ l-intrapriża u, partikolarment, ta’ dak jew dawk responsabbli mill-provvediment tas-servizzi jew tat-tmexxija tax-xogħlijiet;

f) għall-kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet u tas-servizzi u unikament fil-każijiet approprjati, l-indikazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni ambjentali li l-operatur ekonomiku se jkun jista’ jappplika wara li jkun sar il-kuntratt;

g) dikjarazzjoni li tindika l-medja annwali ta’ min jipprovdi s-servizzi jew tal-kuntrattur u n-numru ta’ l-istaff tal-ġestjoni tal-fornitur tas-servizz matul l-aħħar tliet snin;

h) deskrizzjoni tat-tagħmir, tal-materjal u tat-tagħmir tekniku, tal-ħaddiema mill-istaff u ta’ l-għarfien tagħhom u/jew tas-sorsi ta’ provvista li l-operatur ekonomiku jiddisponi biex iwettaq il-kuntratt, jiffaċċja żjidiet eventwali tal-bżonnijiet ta’ l-awtorità kontraenti wara sitwazzjoni ta’ emerġenza, ta’ kriżi jew ta’ kunflitt armat jew li tkun assigurata l-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma s-suġġett tal-kuntratt;

i) l-indikazzjoni min-naħa tal-kuntratt li min jipprovdi s-servizzi għandu eventwalment l-intenzjoni li juża sottokuntrattur;

j) fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti li jridu jiġu fornuti, il-preżentazzjoni ta’ l-elementi li ġejjin:

i) kampjuni, deskrizzjonijiet u/jew ritratti li l-awtentiċità tagħhom għandha tkun tista’ tiġi ċċertifikata fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti;

ii) ċertifikati stabbiliti minn istituzzjonijiet jew servizzi uffiċjali responsabbli mill-kontroll tal-kwalità u rikonoxxuti bħala kompetenti, li jattestaw il-konformità tal-prodotti identifikata sew permezz ta’ referenzi għal ċerti speċifikazzjonijiet jew normi;

k) minħabba li dawn huma kuntratti pubbliċi li jużaw, jinħtieġu, u/jew jinkludu informazzjoni sensittiva, il-provi li jiġġustifikaw il-kapaċità li jittrattaw, jaħżnu u jittrażmettu l-informazzjoni sensittiva fil-livell ta’ sigurtà mitlub mill-awtorità kontraenti.Jekk ikun il-każ, l-awtorità kontraenti tista’ titlob lill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà ta’ l-Istat tal-kandidat jew lill-awtorità tas-sigurtà maħtura minn dak l-Istat biex tivverifika l-konformità tal-lokalitajiet u installazzjonijiet maħsuba li jintużaw, il-proċeduri industrijali u amministrattivi li se jiġu segwiti, il-modi ta’ ġestjoni ta’ l-informazzjoni u/jew is-sitwazzjoni ta’ l-istaff magħżul biex jaħdem fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kontraenti tista’ titlob lill-kandidat biex jipproduċi l-garanzija tiegħu biex jiggarantixxi, fil-livell tas-sigurtà mitlub, il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni sensittiva li se tkun inkluża fl-ispeċifikazzjoni ta’ l-offerta jew fid-dokument deskrittiv, li għadu kif sar magħruf matul il-proċedura tal-kuntratt.

3. Operatur ekonomiku jista’, jekk ikun il-każ u għall-kuntratt determinat, jistma l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn, tkun xi tkun in-natura ġuridika tar-rabtiet li jeżistu bejnu nnifsu u dawn l-entitajiet. Dan għandu, f’dan il-każ, japprova lill-awtorità kontraenti li, għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, huwa se jkollu l-mezzi neċessarji, pereżempju, permezz tal-produzzjoni tal-garanzija ta’ dawn l-entitajiet biex ipoġġu għad-dispożizzjoni ta’ l-operatur ekonomiku il-mezzi neċessarji.

4 Fl-istess kundizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 4 jista’ jserraħ fuq il-kapaċitajiet tal-parteċipanti fi grupp jew ta’ entitajiet oħrajn.

5. Fil-proċeduri ta’ ksib ta’ kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan provvisti li jirrikjedu xi xogħlijiet ta’ bini jew ta’ installazzjoni, il-provvediment tas-servizzi u/jew l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-kapaċità ta’ l-operaturi ekonomiċi li jagħtu s-servizzi jew li jagħmlu l-installazzjoni jew ix-xogħlijiet jista’ jkun evalwat notevolment skond dak li jafu jagħmlu, l-effikaċja tagħhom, l-esperjenza tagħhom u l-affidabbiltà tagħhom.

6. L-awtorità kontraenti tippreċiża, fl-avviż jew fis-sejħa għal sottomissjoni, dawk ir-referenzi msemmija fil-paragrafu 2 li hi intenzjonata li tikseb.

Artikolu 34 In-normi tal-garanzija tal-kwalità

F’każ li dawn jistaqsu għall-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn xi organi indipendenti, li jattestaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti normi ta’ garanzija tal-kwalità, l-awtoritajiet kontraenti jirreferu għas-sistemi ta’ assigurazzjoni-kwalità bbażati fuq is-serje ta’ normi Ewropej li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni. Dawn jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ organi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Dawn jaċċettaw b’mod ugwali provi oħrajn ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità magħmulin mill-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 35 Normi tal-ġestjoni ambjentali

Meta l-awtoritajiet kontraenti, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 33(2) f), jistaqsu għall-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn organi indipendenti, li jattestaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti normi ta’ ġestjoni ambjentali, dawn jirreferu għas-sistema komunitarja ta’ mmaniġġjar ambjentali u ta’ verifika (EMAS) jew għan-normi ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq in-normi Ewropej u internazzjonali fis-suġġett u ċċertifikati minn organi konformi mal-leġiżlazzjoni komunitarja jew man-normi Ewropej jew internazzjonali li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni. Dawn jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ organi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Dawn jaċċettaw b’mod ugwali provi oħrajn ta’ miżuri ekwivalenti ta’ ġestjoni ambjentali magħmulin mill-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 36

Dokumentazzjoni u tagħrif komplementari

L-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi biex jikkompletaw jew biex juru ċ-ċertifikati u dokumenti ppreżentati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 30 sa 35.

SEZZJONI 3

L-għoti tal-kuntratt

Artikolu 37

Kriterji għall-għoti tal-kuntratti

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi nazzjonali relatati mal-ħlas ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li fuqhom l-awtoritajiet kontraenti jibbażaw ruħhom sabiex jattribwixxu l-kuntratti pubbliċi huma:

a) jew, meta l-għoti ssir għall-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża min-naħa ta’ l-awtorità kontraenti, diversi kriterji li huma marbuta ma’ l-għan tal-kuntratt pubbliku in kwistjoni: pereżempju, il-kwalità, il-prezz, il-valur tekniku, il-karattru funzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, l-ispiża ta’ l-użu, l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja, il-profittabbiltà, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tat-tqassim u l-perjodu ta’ żmien ta’ tqassim jew ta’ eżekuzzjoni, is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà;

b) jew unikament il-prezz l-aktar baxx.

2. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tat-tielet sottoparagrafu, fil-każ previst fil-paragrafu 1 a), l-awtorità kontraenti tippreċiża fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni ta’ l-offerta jew, fil-każ tad-djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-ippeżar relattiv li din tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula biex tiġi ddeterminata l-offerta l-aktar vantaġġjuża.

Dan l-ippeżar jista’ jiġi espress bħala firxa b’wisa’ massima adatta.

Meta, skond l-avviż ta’ l-awtorità kontraenti, il-bilanċ mhux possibbli minħabba raġunijiet li jistgħu jiġu dimostrati, din tindika fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni għall-offerta jew, fil-każ tad-djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-ordni ’l isfel ta’ l-importanza tal-kriterji.

Artikolu 38 Offerti annormalment baxxi

1. Jekk, għal kuntratt mogħti, xi offerti jidhru anormalment baxxi f’relazzjoni mal-provvisti, l-awtorità kontraenti, qabel ma tkun tista’ tirrifjuta dawn l-offerti, titlob, bil-miktub, il-preċiżjonijiet rigward il-kompożizzjoni ta’ l-offerta li din tiġġudika huma opportuni.

Dawn id-dettalji jistgħu jikkonċernaw partikolarment:

a) l-ekonomija tal-proċess ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni tal-prodotti jew tal-provvisti tas-servizzi;

b) is-soluzzjonijiet tekniċi adottati u/jew il-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorabbli li għandu dak li qed jissottometti l-offerta biex isiru x-xogħlijiet, biex jiġu fornuti l-prodotti jew is-servizzi;

c) l-oriġinalità tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi proposti minn dak li qed jissottometti l-offerta;

d) ir-rispett tal-miżuri li jikkonċernaw il-protezzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn il-provvisti għandhom jiġu rrealizzati;

e) il-kisba eventwali ta’ l-għajnuna mill-Istat minn dak li qed jissottometti l-offerta.

2. L-awtorità kontraenti tivverifika, filwaqt li tikkonsulta lil dak li qed jissottometti l-offerta, din il-kompożizzjoni filwaqt li tikkunsidra l-ġustifikazzjonijiet fornuti.

3. L-awtorità kontraenti li tinnota li offerta hija anormalment baxxa mill-fatt tal-kisba ta’ l-għajnuna mill-Istat minn dak li qed jissottometti l-offerta ma tistax tirrifjuta din l-offerta għal din ir-raġuni biss li jekk din tikkonsulta lil dak li qed jissottometti l-offerta u jekk dan ta’ l-aħħar mhux f’pożizzjoni li juri, f’limitu ta’ żmien biżżejjed iffissat mill-awtorità kontraenti, li l-għajnuna in kwistjoni kienet garantita legalment. L-awtorità kontraenti li tirrifjuta offerta f’dawn il-kundizzjonijiet tinforma biha lill-Kummissjoni.

TITOLU III

Obligazzjonijiet statistiċi, kompetenzi ta’ eżekuzzjoni u miżuri finali

L-Artikolu 39 Obbligi statistiċi

Bl-intenzjoni li jkun permess l-apprezzament tar-riżultati ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva preżenti, l-Istati Membri jikkomunikaw mal-Kummissjoni, l-aktar tard fil-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, inventarju statistiku magħmul b’konformità ma’ l-Artikolu 40 u relatat mal-kuntratti li saru matul is-sena ta’ qabel mill-awtoritajiet kontraenti.

L-Artikolu 40

Kontenut ta’ l-inventarju statistiku

1. L-inventarju statistiku jikkonċerna, b’mod separat, il-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti, tas-servizzi u tax-xogħlijiet.

2. Għal kull awtorità kontraenti li hija awtorità tal-gvern ċentrali u għal kull kategorija ta’ l-awtoritajiet kontraenti oħrajn, l-inventarju statistiku jippreċiża għall-anqas in-numru u l-valur tal-kuntratti ta’ qabel koperti mid-Direttiva preżenti.

Kemm jista’ jkun possibbli, id-data msemmija fl-ewwel linja, hija mqassma filwaqt li tippreċiża:

a) il-proċedura għall-għoti magħżula, u, għal kull waħda minn dawn il-proċeduri, ix-xogħlijiet, il-prodotti u s-servizzi msemmija mill-ġdid fl-Anness I identifikati permezz tal-kategorija tan-nomenklatura CPV;

b) in-nazzjonalità ta’ l-operatur ekonomiku li lilu ġie mogħti l-kuntratt.

Meta l-kuntratti kienu saru permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, id-data msemmija fl-ewwel inċiżhija barra minn hekk mqassma filwaqt li huma segwiti ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 20 u jippreċiżaw in-numru u l-valur tal-kuntratti mogħtija mill-Istat Membru jew pajjiż terzi li jappartjeni ma’ l-awtoritajiet kontraenti.

3. L-inventarju statistiku jippreċiza informazzjoni oħra li tintalab skond il-Ftehim.

4. Il-kontenut ta’ l-inventarju statistiku huwa ffissat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41.

L-Artikolu 41

Kumitat konsultattiv

1. Il-Kummissjoni hija megħjuna mill-kumitat konsultattiv għall-kuntratti pubbliċi li twaqqaf mill-ewwel Artikolu tad-deċiżjoni 71/306/KEE [28] , hawn taħt msemmi “kumitat”.

2. Fil-każ fejn dan jagħmel referenza għall-paragrafu preżenti, l-Artikoli 3 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, fir-rispett tal-miżuri ta’ l-Artikolu 8 ta’ din ta’ l-aħħar.

3. Fil-każ fejn hemm referenza għall-paragrafu preżenti, japplikaw l-Artikolu 5(a), paragrafi 1 sa 4, u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet bażiċi previsti fl-artikolu 6, l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6, l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 5a, paragrafu 3c), 4b u 4e), tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huma ffissati għal gimaġħtejn, minħabba limitazzjonijiet fl-iskadenzi li jirriżultaw minn modalitajiet ta’ kalkolu u ta’ pubblikazzjoni prevvvisti fl-Artikolu 78 (1), it-tieni inċiż u l-paragrafu 4 tad-Direttiva 2004/18/KE.

4. Fil-każ fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikolu 5a, paragrafi 1,2,4 u 6, u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-Artikolu 42

Reviżjoni tal-prezzijiet bażiċi

1. Fl-okkażjoni tar-reviżjoni tal-prezzijiet bażiċi tad-Direttiva 2004/18/KE, msemmija fl-Artikolu 78 tagħha, il-Kummissjoni tirrevedi ugwalment il-prezzijiet bażiċi previsti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva preżenti, filwaqt li tiffoka fuq il-prezzijiet bażiċi li ġejjin:

a) il-prezz bażiku previst fl-Artikolu 6, punt a), rigward il-prezz bażiku rivedut previst fl-Artikolu 7, punt a), tad-Direttiva 2004/18/KE,

b) il-prezz bażiku previst fl-Artikolu 6, punt b), rigward il-prezz bażiku rivedut previst fl-Artikolu 7, punt b), tad-Direttiva 2004/18/KE,

c) il-prezz bażiku previst fl-Artikolu 6, punt ċ), rigward il-prezz bażiku rivedut previst fl-Artikolu 7, punt ċ), tad-Direttiva 2004/18/KE.

Il-Kummissjoni twettaq ir-reviżjoni u l-allinjament skond il-proċedura ta’ regolamentazzjoni b' kontroll pprovduta fl-Artikolu 41(3). Minħabba raġunijiet ta' urġenza kbira, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 41(4).

2. L-ekwivalenti tal-prezzijiet bażiċi ffissati li jikkonformaw mal-paragrafu 1 fil-muniti nazzjonali fl-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-ewro huma f’linja ma’ l-ekwivalenti rispettivi tal-prezzijiet bażiċi kwotati tad-Direttiva 2004/18/KE msemmija fil-paragrafu 1, ikkalkulati b’konformità ma' l-Artikolu 78 (3) tad-Direttiva 2004/18/KE .

3. Il-prezzijiet bażiċi riveduti msemmija f’paragrafu 1 u l-ekwivalenti tagħhom fil-muniti nazzjonali huma ppubblikati mill-Kummissjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru li jsegwi r-reviżjoni tagħhom.

L-Artikolu 43

Modifikazzjonijiet

1. Il-Kummissjoni tista’ tbiddel, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 41, (2):

a) il-modi ta’ stabbiliment, ta’ trażmissjoni, ta’ riċeviment, ta’ traduzzjoni, ta’ kollezzjoni u ta’ distribuzzjoni ta’ l-avviżi msemmija fl-Artikolu 22 kif ukoll l-inventarji statistiċi previsti fl-Artikolu 39;

b) il-modi ta’ trażmissjoni u ta’ pubblikazzjoni tad-data msemmija fl-Anness IV, għar-raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ progress tekniku jew ta’ ordni amministrattiva;

2. Il-Kummissjoni tista’ timmodifika l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, elenkati isfel, skond il-proċedura ta’ regolamentazzjoni b’kontroll provduta fl-Artikolu 41(3).

a) in-numri ta’ referenza għan-nomenklatura CPV indikati fl-Anness I, sakemm din ma tbiddilx il-qasam ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva preżenti, u l-modi ta’ referenza fl-avviżi għall-pożizzjonijiet partikolari tas-CPV ġo dawn il-kategoriji ta’ servizzi enumerati fl-hekk imsejjaħ Anness;

b) il-modi u l-karatteristiċi tekniċi ta’ l-invenzjonijiet ta’ riċezzjoni elettronika msemmija fl-Anness VI, punti a), f) u ġ).

Minħabba raġunijiet ta' urġenza kbira, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 41(4).

L-Artikolu 44 Modifikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/18/KE[29] hija modifikata kif ġej:

“ L-Artikolu 10 Kuntratti fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà

Id-Direttiva preżenti tapplika għall-kuntratti pubbliċi li saru fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti li għalihom id-Direttiva XXXX/X/KE[30] tapplika. Din ma tapplikax għall-kuntratti pubbliċi esklużi mill-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva XXXX/X/KE skond l-Artikolu 8 u 9 tagħha.”

L-Artikolu 45

Transpożizzjoni

1. L-Istati Membri jpoġġu fis-seħħ il-miżuri leġislattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva preżenti l-aktar tard il-. Dawn jikkomunikaw mill-ewwel mal-Kummissjoni dwar it-test ta’ dawn il-miżuri kif ukoll tabella ta’ korrispondenza bejn dawn il-miżuri u d-Direttiva preżenti.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn ta’ l-aħħar fihom referenza għad-Direttiva preżenti jew huma akkumpanjati ma’ tali referenza wara l-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modi ta’ din ir-referenza huma mwaqqfa mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tal-miżuri essenzjali tad-dritt intern li dawn jadottaw fl-oqsma koperti mid-Direttiva preżenti.

L-Artikolu 47

Tpoġġija fis-seħħ

Id-Direttiva preżenti tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 46

Riċevituri

L-Istati Membri huma riċevituri tad-Direttiva preżenti.

Magħmul fi Brussell, il-

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

SERVIZZI MSEMMIJA FL-EWWEL ARTIKOLU

Kategoriji | Isem tas-servizzi | Numri ta’ referenza CPV |

1 | Servizzi ta’ manteniment u ta’ tiswija | Minn 50100000-6 sa 50884000-5 (ħlief minn 50310000-1 sa 50324200-4 u 50116510-9, 50190000-3, 50229000-6, 50243000-0) u minn 51000000-9 sa 51900000-1 |

2 | Servizzi tat-trasport ta’ l-art[31], inklużi s-servizzi ta’ vetturi armati u s-servizzi ta’ posta, bl-esklużjoni t-trasport tal-posta | Minn 60110000-2 sa 60183000-4 (ħlief 60160000-7, 60161000-4), u minn 64120000-3 sa 64121200-2 |

3 | Servizzi ta’ trasport bl-ajru: trasporti ta’ vjaġġaturi u ta’ merkanziji, bl-esklużjoni tat-trasporti ta’ posta | Minn 60410000-5 sa 60424120-3 (ħlief 60411000-2, 60421000-5), u 60500000-3 |

4 | Trasporti ta’ posta bit-trasport ta’ l-art[32] u bl-ajru | 60160000-7,60161000-4 60411000-2, 60421000-5 |

5 | Servizzi ta’ telekomunikazzjoni | Minn 64200000-8 sa 64228200-2, 72318000-7, u minn 72700000-7 sa 72720000-3 |

6 | Servizzi finanzjarji: a) servizzi ta’ assigurazzjoni b) servizzi bankarji u ta’ investiment[33] | Minn 66100000-1 sa 66720000-3 5 |

7 | Servizzi informatiċi u servizzi konnessi | Minn 50310000-1 sa 50324200-4, Minn 72000000-5 sa 72920000-5 (ħlief 72318000-7 u minn 72700000-7 sa 72720000-3), 79342311-6 |

8 | Servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp[34] | Minn 73000000-2 sa 73436000-7 (ħlief 73200000-4, 73210000-7, 7322000-0) |

9 | Servizzi ta’ kontijiet, ta’ verifika tal-kontijiet u ta’ żamma tal-kotba | Minn 79210000-9 sa 79212500-8 |

10 | Servizzi ta’ parir fit-tmexxija[35] u servizzi konnessi | Minn 73200000-4 sa 73220000-0, Minn 79400000-8 sa 79421200-3 u 79342000-3, 79342100-4 79342300-6, 79342320-2, 79342321-9, 79910000-6, 79991000-7 98362000-8 |

11 | Servizzi ta’ arkitettura; servizzi ta’ inġinerija u servizzi integrati ta’ inġinerija; servizzi ta’ żvilupp urban u ta’ arkitettura tal-pajsaġġ; servizzi konnessi ta’ konsultazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi; servizzi ta’ provi u ta’ analiżi tekniċi | Minn 71000000-8 sa 71900000-7 (ħlief 71550000-8) u 79994000-8 |

12 | Servizzi ta’ ndafa tal-bini u servizzi ta’ tmexxija tal-proprjetajiet | Minn 70300000-4 sa 70340000-6, u Minn 90900000-6 sa 90924000-0 |

13 | Servizzi tat-toroq u ta’ tneħħija ta’ żibel: servizzi ta’ drenaġġ u servizzi simili | Minn 90400000-1 sa 90743200-9 (ħlief 90712200-3), u 50190000-3, 50229000-6, 50243000-0 |

ANNESS II

DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10

Għall-għanijiet tad-Direttiva preżenti, wieħed jifhem li:

1) a) “speċifikazzjonijiet tekniċi”, meta dan jiddependi minn swieq pubbliċi ta’ xogħlijiet: il-grupp ta’ preskrizzjonijiet tekniċi inklużi partikolarment fl-ispeċifikazzjonijiet, li jiddefinixxu l-karatteristiċi mitluba ta’ materjal, ta’ prodott jew ta’ fornitura u li jippermettu li jkunu kkaratterizzati b’mod li dawn iwieġbu għall-użu li għalih huma pjanati mill-awtorità kontraenti. Dawn il-karatteristiċi jinkludu l-livelli ta’ l-azzjoni ambjentali, il-kunċett għall-użu kollu (inkluż l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà) u l-evalwazzjoni tal-konformità, il-konvenjenza tax-xogħol, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-proċeduri relatati ma’ l-assigurazzjoni tal-kwalità, t-terminoloġija, s-simboli, l-provi u l-metodi ta’ prova, l-ippakkjar, l-immarkar u t-twaħħil tat-tikketti, kif ukoll il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni. Dawn jinkludu ugwalment xi regoli ta’ kunċett u ta’ kalkolu tal-biċċiet tax-xogħol, kif ukoll it-tekniċi jew metodi ta’ kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha ta’ xejra teknika li l-awtorità kontraenti hija wkoll li tordna, permezz ta’ regolament ġenerali jew partikolari, fejn għandhom x’jaqsmu x-xogħlijiet lesti fejn jidħlu l-materja prima jew l-elementi li jikkostitwixxu dawn ix-xogħlijiet;

b) “speċifikazzjoni teknika”, meta din tiddependi minn swieq pubbliċi ta’ provvisti jew ta’ servizzi: speċifikazzjoni li tidher f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi mitluba minn prodott jew servizz, bħalma huma l-livelli ta’ kwalità, l-livelli ta’ azzjoni ambjentali, l-kunċett għall-użu kollu (inkluż l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà) u l-evalwazzjoni tal-konformità, tal-konvenjenza tax-xogħol, ta’ l-użu tal-prodott, is-sigurtà tiegħu jew id-dimensjonijiet tiegħu, inklużi l-ordnijiet applikabbli għall-prodott fejn għandha x’taqsam in-nomina tal-bejgħ, it-terminoloġija, s-simboli, l-provi u l-metodi ta’ provi, l-ippakkjar, l-immarkar u t-twaħħil tat-tikketti, l-istruzzjonijiet ta’ l-użu, l-proċessi u metodi ta’ produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità;

2) “norma”: speċifikazzjoni teknika approvata minn organu magħruf għal attività normativa għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa, li l-osservazzjoni tagħha mhix obbligatorja u li toħroġ minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:

- norma internazzjonali: norma adottata minn organu internazzjonali ta’ normalizzazzjoni u poġġuta għad-dispożizzjoni tal-pubbliku,

- norma Ewropea: norma adottata minn organu Ewropew ta’ normalizzazzjoni u poġġuta għad-dispożizzjoni tal-pubbliku,

- norma nazzjonali: norma adottata minn organu nazzjonali ta’ normalizzazzjoni u poġġuta għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

3) “norma difiża”: speċifikazzjoni teknika li l-osservazzjoni tagħha mhix obbligatorja u li hija approvata minn organu ta’ attività normativa internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, speċjalizzata fl-elaborazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa fl-oqsma tad-difiża;

4) “qbil tekniku Ewropew”: l-apprezzament tekniku favorevoli mill-abbiltà għall-użu tal-prodott għal għan determinat, ibbażat fuq is-sodisfazzjoni ta’ eżiġenzi essenzjali għall-kostruzzjoni, skond il-karatteristiċi intrinsiċi ta’ dan il-prodott u l-kundizzjonijiet stabbiliti tal-prattika u l-użu. Il-ftehim tekniku Ewropew huwa mogħti minn organu rreġistrat għal dan il-fatt mill-Istat Membru;

5) “speċifikazzjoni teknika komuni”: speċifikazzjoni teknika żviluppata skond proċedura magħrufa mill-Istati Membri u ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ;

6) “referenza teknika”: kull prodott elaborat mill-organi Ewropej ta’ normalizzazzjoni, minbarra n-normi uffiċjali, skond il-proċeduri adattati għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet tal-kuntratt.

ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHOM JIDHRU FL-AVVIŻI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22

AVVIŻ LI JAGĦTI BIDU GĦALL-PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL FUQ IL-PROFIL TA’ XERREJ

1. Pajjiż ta’ l-awtorità kontraenti

2. Isem l-awtorità kontraenti

3. L-indirizz ta’ l-internet tal- "profil ta’ xerrej" (URL)

4. Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV

AVVIŻ TA’ PREINFORMAZZJONI

1. Isem, indirizz, numru tal-faks, indirizz elettroniku ta’ l-awtorità kontraenti u, jekk dawn huma differenti, dawk tas-servizz li mingħandhom tista’ tinkiseb xi informazzjoni komplementari, jekk ikun il-każ u, meta għandhom x’jaqsmu l-kuntratti pubbliċi tas-servizzi u tax-xogħlijiet, tas-servizzi, pereżempju, is-sit Internet governattiv pertinenti, li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni rigward il-qafas regolamentari ġenerali li, f’termini ta’ fiskalità, ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent, ta’ protezzjoni tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, huwa applikabbli fil-post fejn għandha titwettaq il-prestazzjoni.

2. Għall-kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet: natura u firxa tax-xogħlijiet, post ta’ eżekuzzjoni; fil-każ fejn il-ħidma hija maqsuma fi gruppi differenti, karatteristiċi essenzjali ta’ dawn il-gruppi b’referenza għall-ħidma; jekk din hi disponibbli, stima ta’ l-estensjoni ta’ l-ispiża tax-xogħlijiet li jridu jsiru, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

Għall-kuntratti pubbliċi tal-provvisti: natura u kwantità jew valur tal-prodotti li jridu jiġu fornuti, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

Għall-kuntratti pubbliċi tas-servizzi: ammont totali previst tax-xirjiet f’kull kategorija tas-servizzi li jidhru fl-Anness I, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

3. Dati proviżorjament previsti għat-tnedija tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt jew ta’ kuntratti, fil-każ tal-kuntratti pubbliċi tas-servizzi permezz tal-kategorija.

4. Jekk ikun il-każ, li jkun indikat li dan jikkonċerna ftehim ta’ qafas.

5. Jekk ikun il-każ, informazzjoni oħra.

6. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew meta ntbagħat l-avviż li jsemmi l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż preżenti rigward il-profil tax-xerrej.

7. Ikun indikat jekk il-kuntratt huwiex kopert jew le mill-Ftehim.

AVVIŻ TA’ KUNTRATT

Proċeduri ristretti, proċeduri nnegozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż u djalogi kompetittivi:

1. Isem, indirizz, numru tat-telefon u faks, indirizz elettroniku ta’ l-awtorità kontraenti.

2. a) Metodu ta’ għoti magħżul;

b) jekk ikun il-każ, ġustifikazzjoni tar-rikors għall-proċedura mgħaġġla (f’każ ta’ proċeduri ristretti u nnegozjati);

c) jekk ikun il-każ, jiġi indikat jekk dan huwiex ftehim ta’ qafas.

3. Forma tal-kuntratt.

4. Post ta’ eżekuzzjoni/twettiq tax-xogħlijiet, lok tat-tqassim tal-prodotti jew lok tal-prestazzjoni tas-servizzi.

5. a) Kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet:

– in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, karatteristiċi ġenerali tal-ħidma. Jiġu indikati partikolarment l-għażliet li jikkonċernaw xi xogħlijiet komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju tar-rikorsi għal dawn l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali. Jekk ix-xogħol jew il-kuntratt huwa maqsum f’ħafna gruppi, l-ordni tal-kobor tal-gruppi differenti; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV,

– indikazzjonijiet relatati ma’ l-għan tax-xogħol jew tal-kuntratt meta dan ta’ l-aħħar jinkludi ugwalment it-twaqqif ta’ proġetti,

– fil-każ ta’ ftehimiet ta’ qafas, jiġu indikati ugwalment it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim ta’ qafas, il-valur totali tax-xogħlijiet stmati għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ qafas kif ukoll, kemm jista’ jkun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li jridu jingħataw.

b) Kuntratti pubbliċi tal-provvisti:

– in-natura tal-prodotti li jridu jiġu pprovduti, filwaqt li jkun indikat, partikolarment, jekk l-offerti humiex mitluba bl-intenzjoni ta’ xiri, ta’ kiri b’self, ta’ kiri jew xiri bin-nifs jew b’kombinazzjoni ta’ dawn, numru ta’ referenza għan-nomenklatura. Il-kwantità ta’ prodotti li jridu jiġu fornuti, bl-indikazzjoni partikolarment ta’ l-għażliet li jikkonċernaw xi xiri komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju tar-rikorsi għal dawn l-għażliet; l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV,

– fil-każ tal-kuntratti regolari jew ta’ kuntratti li jiġġeddu matul perjodu mogħti, ikun indikat ugwalment, jekk ikun magħruf, il-kalendarju tal-kuntratti pubbliċi ulterjuri għax-xiri ta’ provvisti previsti,

– fil-każ tal-ftehimiet ta’ qafas, ikun indikat ugwalment it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim ta’ qafas, il-valur totali tal-provvisti stmati għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ qafas kif ukoll, kemm jista’ jkun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li jridu jingħataw.

c) Kuntratti pubbliċi tas-servizzi:

– il-kategorija tas-servizz u deskrizzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar. In-numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV. Il-kwantità tas-servizzi li jridu jiġu fornuti. Jiġu indikati partikolarment l-għażliet li jikkonċernaw xiri komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju tar-rikorsi għal dawn l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali. Fil-każ ta’ kuntratti li jiġġeddu matul perjodu mogħti, stima tal-kalendarju, jekk dan hu magħruf, tal-kuntratti pubbliċi ulterjuri għax-xiri ta’ servizzi previsti.Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ qafas, ikun indikat ugwalment it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim ta’ qafas, il-valur totali tal-provvisti stmat għat-tul kollu ta’ żmien tal-ftehim ta’ qafas kif ukoll, kemm jista’ jkun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li jridu jingħataw,

– jiġi indikat jekk, skond id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi, l-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni determinata.

Referenza għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi,

– ikun indikat jekk il-persuni legali humiex marbuta milli jsemmu l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali ta’ l-istaff responsabbli mill-eżekuzzjoni tas-servizz.

6. Minħabba li l-kuntratti huma maqsuma fi gruppi, indikazzjoni tal-possibbiltà, għall-operaturi ekonomiċi, li jissottomettu għal wieħed, ħafna u/jew it-totalità ta’ dawn il-gruppi.

7. Ammissjoni jew projbizzjoni tal-varjanti.

8. Il-limitu ta’ żmien li fih jintemmu x-xogħlijiet/provvisti/servizzi jew tul ta’ żmien tal-kuntratt tax-xogħlijiet/provvisti/servizzi. Kemm jista’ jkun possibbli, il-limitu ta’ żmien li fih se jibdew ix-xogħlijiet jew il-limitu ta’ żmien li fih se jibdew jew se jkunu mqassma l-provvisti jew provduti s-servizzi.

9. Jekk ikun il-każ, il-kundizzjonijiet partikolari li għalihom hija sottomessa r-realizzazzjoni tal-kuntratt.

10. a) Il-limitu ta’ żmien ta’ riċeviment tat-talbiet ta’ parteċipazzjoni;

b) l-indirizz fejn dawn għandhom jiġu trażmessi;

c) il-lingwa jew il-lingwi li bihom dawn għandhom ikunu miktuba.

11. Jekk ikun il-każ, depożitu u garanziji mitluba.

12. Modi essenzjali ta’ finanzjament u ta’ ħlas u/jew referenzi għat-testi li jirregolamentawhom.

13. Jekk ikun il-każ, forma ġuridika li għandha tmexxi l-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li qed jissottometti l-offerta tal-kuntratt.

14. Kriterji ta’ selezzjoni li jikkonċernaw is-sitwazzjoni personali ta’ l-operaturi ekonomiċi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar u informazzjoni mitluba li jippruvaw li dawn ma jiddependux mill-każijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Kriterji ta’ selezzjoni u informazzjoni li jikkonċernaw is-sitwazzjoni personali ta’ l-operatur ekonomiku, informazzjoni u formalitajiet neċessarji għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet minimi ta’ karattru ekonomiku u tekniku li jrid jimtela mill-operatur ekonomiku. Livell(i) speċifiku(iċi) minimu(i) tal-kapaċitajiet eventwalment mitlub(a).

15. Għall-ftehimiet ta’ qafas: in-numru, jekk ikun il-każ, in-numru massimu, previst ta’ operaturi ekonomiċi li se jagħmlu parti minnhom, it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ qafas previst.

16. Għad-djalogu kompetittiv u l-proċeduri nnegozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż tal-kuntratt, għandu jkun indikat, jekk ikun il-każ, ir-rikors għall-proċedura li titwettaq f’fażijiet suċċessivi sakemm jitnaqqas progressivament in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġu diskussi jew l-offerti li jridu jiġu nnegozjati.

17. Meta jkun sar rikors għall-fakultà li jitnaqqas in-numru ta’ kandidati li jkunu mistiedna biex jippreżentaw offerta, biex jiddjalogaw jew biex jinnegozjaw: in-numru minimu u, jekk ikun il-każ, massimu ta’ kandidati previst u kriterji objettivi li jkunu applikati biex ikun magħżul dan in-numru ta’ kandidati.

18. Kriterji msemmija fl-Artikolu 37 li se jkunu wżati wara l-għoti tal-kuntratt: “prezz l-aktar baxx” jew “offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża”. Il-kriterji li jikkostitwixxu l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom huma msemmija meta dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew, f’każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv.

19. Data ta’ meta ġie mibgħut l-avviż.

20. Indika jekk il-kuntratt huwiex kopert mill-Ftehim.

AVVIŻ FUQ IL-KUNTRATTI MOGĦTIJA

1. Isem u indirizz ta’ l-awtorità kontraenti.

2. Proċedura ta’ għoti magħżula. F’każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż tal-kuntratt (Artikolu 20), il-ġustifikazzjoni.

3. Kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet: natura u firxa tal-prestazzjonijiet.

Kuntratti pubbliċi tal-provvisti: natura u kwantità tal-prodotti provduti, jekk ikun il-każ, permezz ta’ fornitur, numru ta’ referenza tan-nomenklatura CPV.

Kuntratti pubbliċi tas-servizzi: kategorija tas-servizz u deskrizzjoni; numru ta’ referenza fin-nomenklatura CPV; kwantità tas-servizzi mixtrija.

4. Data ta’ l-għoti tal-kuntratt.

5. Kriterji għall-għoti tal-kuntratt.

6. Numru ta’ offerti riċevuti.

7. Isem u indirizz ta’ dak jew dawk il-kontraenti.

8. Prezz jew firxa ta’ prezzijiet (minimu/massimu) mħallsa.

9. Valur ta’ l-offerta (ta’ l-offerti) miżmum(a) jew l-offerta l-aktar għolja u offerta l-inqas għolja kkunsidrati għall-għoti tal-kuntratt.

10. Jekk ikun il-każ, valur u parti mill-kuntratt suxxettibbli li tkun mogħtija bħala sotto-kuntratt lil terzi.

11. Data ta’ pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-kuntratt f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pubblikazzjoni msemmija mill-ġdid fl-Anness IV.

12. Data ta’ meta ntbagħat dan l-avviż.

ANNESS IV

IL-KARATTERISTIĊI DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI

1. Pubblikazzjoni ta’ l-avviżi

a) L-avviżi msemmija fl-Artikolu 22 huma mibgħuta mill-awtoritajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-format imsemmi ma’ l-Artikolu 23. L-avviżi ta’ preinformazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1), l-ewwel sottoparagrafu, ippubblikati fuq profil ta’ xerrej bħal dak imsemmi fil-punt 2, jirrispettaw ugwalment dan il-format, kif ukoll l-avviż li jagħti bidu għal din il-pubblikazzjoni. L-avviżi msemmija fl-Artikolu 22 huma ppubblikati mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet kontraenti fil-każ ta’ avviż ta’ preinformazzjoni ppubblikat fuq profil ta’ xerrej.L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, barra minn hekk, jippubblikaw din l-informazzjoni permezz ta’ l-Internet fuq "profil ta’ xerrej" bħal dak imsemmi fil-punt 2,

b) l-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jagħti lill-awtorità kontraenti l-konferma tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(8).

2. Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali

Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi xi avviżi ta’ preinformazzjoni, msemmija fl-Artikolu 22(1), l-ewwel sottoparagrafu, ta’ informazzjoni fuq is-sejħiet għall-offerti fis-seħħ, ix-xiri pprogrammat, il-kuntratti mogħtija, il-proċeduri annullati, kif ukoll kull informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, numru ta’ telefon u tal-faks, indirizz postali u indirizz elettroniku.

3. Format u modi ta’ trażmissjoni ta’ l-avviżi b’mod elettroniku

Il-format u l-modi ta’ trażmissjoni ta’ l-avviżi b’mod elettroniku huma aċċessibbli fl-indirizz Internet: http://simap.europa.eu

ANNESS V

REĠISTRI[36]

PARTI A

KUNTRATTI PUBBLIĊI TAX-XOGĦLIJIET

Ir-reġistri professjonali kif ukoll id-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti għal kull Stat Membru huma:

- għall-Belġju, ir-“Registre du Commerce”/“Handelsregister”,

- għall-Bulgarija, il-“Търговски регистър”,

- għar-Repubblika Ċeka, l-“obchodní rejstřík”,

- għad-Danimarka, l-“Erhvervs- og Selskabsstyrelsen”,

- għall-Ġermanja, il-“Handelsregister” u l-“Handwerksrolle”,

- għall-Estonja, il-“Keskäriregister”,

- għall-Irlanda, intraprenditur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” jew ir-“Registrar of Friendly Societies” jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li jivverifika li dan iddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn dan huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata,

- għall-Greċja, il-“Μητρώο Εργοληπτικών Επιχειρήσεων”- MEEΠ” tal-Ministeru ta’ l-ambjent, ta’ l-iżvilupp tat-territorju u tax-xogħlijiet pubbliċi (Υ.ΠΕ.ΧΩ.Δ.Ε),

- għal Spanja, ir-“Registro Oficial de Empresas Clasificadas del Ministerio de Hacienda”,

- għal Franza, ir-“Registre du commerce et des sociétés” u r-“Répertoire des métiers”,

- għal Italja, ir-“Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato”,

- għal Ċipru, l-intraprenditur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat tal-“Council for the Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors (Συμβούλιο Εγγραφήςκαι Ελέγχου Εργοληπτών Οικοδομικών και Τεχνικών Έργων)” f’konformità mar-Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors Law,

- għal-Latvja, l-“Uzņēmumu reģistrs” (“Reġistru ta’ l-intrapriżi”),

- għal-Litwanja, il-“Juridinių asmenų registras”,

- għal-Lussemburgu, ir-“Registre aux firmes” u r-“Rôle de la chambre des métiers”,

- għall-Ungerija, il-“Cégnyilvántartás”, l-“egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása”,

- għal Malta, imprenditur jikseb “numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenzja ta’ kummerċ”, u, jekk dawn huwa magħmul minn sħubija jew minn soċjetà, in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji,

- għall-Olanda, il-“Handelsregister”,

- għall-Awstrija, il-“Firmenbuch”, il-“Gewerberegister”, il-“Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern”,

- għall-Polonja, il-“Krajowy Rejestr Sądowy” (Reġistru nazzjonali),

- għall-Portugal, l-“Instituto dos Mercados de Obras Públicas e Particulares e do Imobiliário” (IMOPPI),

- għar-Rumanija, ir-“Registrul Comerţului”,

- għas-Slovenja, is-“Sodni register” u l-“obrtni register”,

- għas-Slovakkja, l-“Obchodný register”,

- għall-Finlandja, il-“Kaupparekisteri”/“Handelsregistret”,

- għall-Iżvezja, l-“aktiebolags -, handels – eller föreningsregistren”,

- għar-Renju Unit, intraprenditur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” jew, fin-nuqqas, ċertifikat li jivverifika li dan iddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn hu stabbilit, f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata.

PARTI B

KUNTRATTI PUBBLIĊI TAL-PROVVISTI

Ir-Reġistri tal-professjoni jew tal-kummerċ u d-dikjarazzjonijiet u Ċ-ċertifikati korrispondenti huma:

- għall-Belġju, ir-“Registre du commerce”/“Handelsregister”,

- għall-Bulgarija, il-“Търговски регистър”,

- għar-Repubblika Ċeka, l-“obchodní rejstřík”,

- għad-Danimarka, l-“Erhvervs- og Selskabsstyrelsen”,

- għall-Ġermanja, il-“Handelsregister” u l-“Handwerksrolle”,

- għall-Estonja, il-“Keskäriregister”,

- għall-Greċja, il-“Βιοτεχνικό ή Εμπορικό ή Βιομηχανικό Επιμελητήριο”,

- għal Spanja, ir-“Registro Mercantil” jew, fil-każ ta’ persuni mhux reġistrati, ċertifikat li jivverifika li l-persuna konċernata ddikjarat b’ġurament li teżerċita l-professjoni in kwistjoni,

- għal Franza, ir-“Registre du commerce et des sociétés” u r-“Répertoire des métiers”,

- għall-Irlanda, fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” jew ir-“Registrar of Friendly Societies” u li jivverifika li dan ifforma soċjetà jew li huwa mniżżel f’reġistru ta’ kummerċ jew, fin-nuqqas, ċertifikat li jivverifika li dan iddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata,

- għall-Italja, ir-“Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato” u r-“Registro delle Commissioni provinciali per l’artigianato”,

- għal Ċipru, il-fornitur jista’ jkun mistieden li jipproduċi ċertifikat mir-“Registrar of Companies and Official Receiver” (Έφορος Εταιρειών και Επίσημος Παραλήπτης) jew, jekk dan mhux il-każ, verifika li tippreċiża li l-interessat iddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata,

- għal-Latvja, l-“Uzņēmumu reģistrs” (“Reġistru ta’ l-intrapriżi”),

- għal-Litwanja, il-“Juridinių asmenų registras”,

- għal-Lussemburgu, ir-“Registre aux firmes” u r-“Rôle de la chambre des métiers”,

- għall-Ungerija, “Cégnyilvántartás”, “egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása”,

- għal Malta: il-fornitur jikseb “numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenzja ta’ kummerċ”, u jekk dan huwa magħmul minn sħubija jew minn soċjetà, in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji,

- għall-Olanda, il-“Handelsregister”,

- għall-Awstrija, il-“Firmenbuch”, il-“Gewerberegister”, il-“Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern”,

- għall-Polonja, il-“Krajowy Rejestr Sądowy”,

- għall-Portugall, ir-“Registo Nacional das Pessoas Colectivas”,

- għar-Rumanija, ir-“Registrul Comerţului”,

- għas-Slovenja, is-“Sodni register et obrtni register”,

- għas-Slovakkja, l-“Obchodný register”,

- għall-Finlandja, il-“Kaupparekisteri”/il-“Handelsregistret”,

- għall-Iżvezja, l-“aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren”,

- għar-Renju Unit, fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” u li jivverifika li dan ifforma soċjetà jew huwa mniżżel f’reġistru tal-kummerċ jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li jivverifika li dan iddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata.

PARTI C

KUNTRATTI PUBBLIĊI TAS-SERVIZZI

Ir-Reġistri tal-professjoni jew tal-kummerċ u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti huma:

- għall-Belġju, ir-“Registre du commerce/Handelsregister” u l-“Ordres professionnels - /Beroepsorden”,

- għall-Bulgarija, il-“Търговски регистър”,

- għar-Repubblika Ċeka, l-“obchodní rejstřík”,

- għad-Danimarka, l-“Erhvervs- og Selskabsstyrelsen”,

- għall-Ġermanja, il-“Handelsregister”, il-“Handwerksrolle”, il-“Vereinsregister”, il-“Partnerschaftsregister” u l-“Mitgliedsverzeichnisse der Berufskammern der Länder”,

- għall-Estonja, il-“Keskäriregister”,

- għall-Irlanda, il-fornitur tas-servizzi jista’ jkun mistieden li jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of companies”, jew ir-“Registrar of Friendly Societies” jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li jivverifika li dan iddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn hu stabbilit, f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata,

- għall-Greċja, il-fornitur tas-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi dikjarazzjoni b’ġurament quddiem nutar relatat ma’ l-eżerċizzju tal-professjoni kkonċernata; fil-każijiet previsti mill-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, għal prestazzjoni tas-servizzi ta’ studji , ir-reġistru professjonali “Μητρώο Μελετητών” kif ukoll “Μητρώο Γραφείων Μελετών”,

- għal Spanja, ir-“Registro Oficial de Empresas Clasificadas del Ministerio de Hacienda”,

- għal Franza, ir-“Registre du commerce et des sociétés” u r-“Répertoire des métiers”,

- għall-Italja, ir-“Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato”, ir-“Registro delle commissioni provinciali per l’artigianato”, il- “Consiglio nazionale degli ordini professionali”,

- għal Ċipru, il-fornitur tas-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat mir-“Registrar of Companies and Official Receiver” (Έφορος Εταιρειών και ΕπίσημοςΠαραλήπτης ) jew, jekk dan mhux il-każ, verifika li tippreċiża li l-interessat iddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn hu stabbilit, f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata,

- għal-Latvja, “Uzņēmumu reģistrs” (“Reġistru ta’ l-intrapriżi”),

- għal-Litwanja, il-“Juridinių asmenų registras”,

- għal-Lussemburgu, ir-“Registre aux firmes” jew ir-“Rôle de la chambre des métiers”,

- għall-Ungerija, “Cégnyilvántartás”, “egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása”, ċerti “szakmai kamarák nyilvántartása” jew, fil-każ ta’ ċerti attivitajiet, ċertifikat li jivverifika li l-persuna konċernata hija awtorizzata li teżerċita l-attività kummerċjali jew professjoni in kwistjoni,

- għal Malta, il-fornitur tas-servizzi jikseb “numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenzja ta’ kummerċ”, u, jekk dan huwa fi sħubija jew soċjetà, in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji,

- għall-Olanda, il-“Handelsregister”,

- għall-Awstrija, il-“Firmenbuch”, il-“Gewerberegister”, il-“Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern”,

- għall-Polonja, il-“Krajowy Rejestr Sądowy” (Reġistru nazzjonali),

- għall-Portugall, ir-“Registo nacional das Pessoas Colectivas”,

- għar-Rumanija, ir-“Registrul Comerţului”

- għas-Slovenja, s-“Sodni register” u l- “obrtni register”,

- għas-Slovakkja, l-“Obchodný register”,

- għall-Finlandja, il-“Kaupparekisteri”/“Handelsregistret”,

- għall-Iżvezja, l-“aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren”,

- għar-Renju Unit, il-fornitur tas-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of companies” jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li jivverifika li ddikjara b’ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni f’post speċifiku u b’raġuni kummerċjali determinata.

ANNESS VI

L-EŻIĠENZI DWAR IL-MEZZI TA’ RIĊEVIMENT ELETTRONIKU TAT-TALBIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI U TA’ L-OFFERTI

Il-mezzi ta’ riċeviment elettroniku tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ l-offerti għandhom ta’ l-anqas jiggarantixxu, permezz tal-mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:

a) il-firem elettroniċi dwar it-talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ l-offerti jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fl-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/93/KE;

b) il-ħin u d-data eżatti tar-riċeviment tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ l-offerti jistgħu jkunu determinati bi preċiżjoni;

c) jista’ jkun raġonevolment assigurat li ħadd ma jista’ jkollu aċċess għad-data trażmessa skond l-eżiġenzi preżenti qabel il-limiti ta’ żmien speċifikati;

d) f’każ ta’ vjolazzjoni ta’ din il-projbizzjoni ta’ aċċess, jista’ jkun raġonevolment assigurat li l-vjolazzjoni tiġi misjuba b’mod ċar;

e) il-persuni awtorizzati biss jistgħu jiffissaw jew jimmodifikaw id-dati tal-ftuħ ta’ l-informazzjoni riċevuta;

f) waqt stadji differenti tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt, l-azzjoni simultanja biss tal-persuni awtorizzati tista’ tippermetti l-aċċess għat-totalità, jew għal parti waħda, ta’ l-informazzjoni sottomessa;

g) l-azzjoni simultanja tal-persuni awtorizzati ma tistax tagħti aċċess għall-informazzjoni trażmessa ħlief wara d-data speċifikata;

h) l-informazzjoni riċevuta u miftuħa bl-applikazzjoni ta’ l-eżiġenzi preżenti ma tibqax aċċessibbli ħlief għall-persuni awtorizzati li jsiru jafu biha.

FORMOLA FINANZJARJA LEĠISLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà.

2. QAFAS ABM / ABB (immaniġjar skond l-attività/ibbaġitjar skond l-attività)

Qasam/oqsma politiku/politiċi kkonċernat/i u attività/attivitajiet assoċjata/i:

- Qasam politiku kkonċernat

12-81: Kuntratti pubbliċi

- Attivitajiet assoċjati

12-81.C3-10 (C3): formulazzjoni, segwitu u applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-kuntratti pubbliċi

Proposta ta’ Direttiva dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà.

Biex tinħoloq

Komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi tad-difiża

12-81.C3-10.02 (C3): Komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi tad-difiża

12-81.C3-10.30-02 (C3): Komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi tad-difiża

Green Paper rigward il-kuntratti pubbliċi tad-difiża

12-81.C3-10.30-01 (C3): Komunikazzjoni dwar il-riżultati tal-konsultazzjoni miftuħa permezz tal-Green Paper dwar il-kuntratti pubbliċi tad-difiża u inizjattivi futuri tal-Kummissjoni

12-81.C3-10.25-01 (C3): Green Paper dwar il-kuntratti pubbliċi tad-difiża – CWP 2004

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji baġitarji (linji operazzjonali u linji konnessi ta’ assistenza teknika u amministrattiva (linji qodma BA)), inklużi l-intestaturi tagħhom:

Linja baġitarja | Intestatura | Azzjonijiet |

12.010201.00.20 | Assistenza teknika | Kuntratt ta’ assistenza teknika |

12.020100.01 | Twettiq u żvilupp tas-suq intern | Studji mogħtija b’sotto-kuntratt esternament |

26.02.01 | Proċeduri ta’ għoti u ta’ pubblikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvisti, ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi | Pubblikazzjoni ta’ avviż |

3.2. Dewmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Id-Direttiva dwar il-kuntratti pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà hija att leġiżlattiv mwettqa għal dewmien illimitat mid-data minn meta tidħol fis-seħħ.

L-effett finanzjarju jiffoka fuq l-ispejjeż rikorrenti u dawk mhux rikorrenti :

- l-ispejjeż rikorrenti huma marbuta ma’ l-użu tad-Direttiva (pubblikazzjoni ta’ l-avviżi, trattament tal-każijiet ta’ infrazzjoni),

- l-ispejjeż mhux rikorrenti huma marbuta mat-twettiq tad-Direttiva, partikolarment fix-xogħlijiet ta’ evalwazzjoni għal sottokuntratt (għal orizzonti temporanji minn ħamsa sa għaxar snin wara d-data mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva).

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Linja baġitarja | Natura ta’ l-ispiża | Ġdida | Parteċipazzjoni EFTA | Parteċipazzjoni pajjiżi kandidati | Titlu FP |

12.010201.00.20 | Mhux obblig. | Mhux diff. | LE | LE | LE | 5 |

12.020100.01 | Mhux obblig. | Diff. | LE | IVA | LE | 1a |

26.02.01 | Mhux obblig. | Diff. | LE | LE | LE | 1.1 (1.1 OTH) |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ)

Miljuni ta’ euro (sat-tielet punt deċimali)

Natura ta’ l-ispiża | Sezzjoni nru | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n +5 u li jmiss | Total |

Spejjeż operazzjonali[37] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1 | a | 0.006 | 0.012 | 0.018 | 0.024 | 0.030 | 0.180 | 0.270 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0.006 | 0.012 | 0.018 | 0.024 | 0.030 | 0.180 | 0.270 |

Spejjeż amministrattivi inklużi fl-ammont totali tar-referenza[38] |

Assistenza teknika u amministrattiva – ATA (Mhux diff.) | 8.2.4 | c | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a + c | 0.006 | 0.012 | 0.018 | 0.024 | 0.030 | 0.180 | 0.270 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b + c | 0.006 | 0.012 | 0.018 | 0.024 | 0.030 | 0.180 | 0.270 |

Spejjeż amministrattivi mhux inklużi fl-ammont totali ta’ referenza |

Riżorsi umani u spejjeż konnessi (Mhux diff.) | 8.2.5 | d | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 |

Spejjeż amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u spejjeż konnessi, minbarra l-ammont totali ta’ referenza (Mhux diff.) | 8.2.6 | e | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

Total indikattiv ta’ l-ispiża ta’ l-azzjoni |

TOTAL AI, inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | a + c + d + e | 0.066 | 0.072 | 0.078 | 0.084 | 0.090 | 0.240 | 0.630 |

TOTAL AĦ, inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | b + c + d + e | 0.066 | 0.072 | 0.078 | 0.084 | 0.090 | 0.240 | 0.630 |

Dettall tal-kofinanzjament

Din l-inizjattiva ma tagħtix lok għal kofinanzjament.

4.1.2. Kompatibbiltà mal-programmazzjoni finanzjarja

Mhux applikabbli

( Proposta kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Din il-proposta tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura li tikkonċerna l-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ tirrikjedi rikors għall-miżuri tal-ftehim interistituzzjonali[39] (dwar l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni ta’ perspettivi finanzjarji).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-Proposta m’għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

( L-impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

miljuni ta’ euro (sa l-ewwel punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n - 1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Total ta’ ħaddiema | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Twaqqif neċessarju fil-medda qasir jew twila ta’ żmien

Huwa ġeneralment magħruf li l-livell ta’ frammentazzjoni għolja tas-swieq tad-difiża inaqqas l-effikaċja tal-kuntratti pubbliċi u t-tħaddim tas-suq intern.

L-imsieħba kkonċernati (Stati Membri, industriji, organi ta’ riflessjoni, il-Parlament Ewropew) talbu għal azzjoni mill-Kummissjoni biex tegħleb il-frammentazzjoni u tqawwi l-kompetizzjoni fis-swieq tad-difiża.

- Fuq medda qasira

Il-Kummissjoni, bħala gwardjana tat-Trattati, ġabet dawl ġuridiku, permezz ta’ komunikazzjoni interpretattiva rigward l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi tad-difiża, adottat f’Diċembru 2006. Iżda, sempliċi kjarifikazzjoni mhijiex biżżejjed.

- Fuq medda medja u twila

Il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-medda medja u twila Direttiva speċifika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà hija l-istrument l-aktar adegwat biex jiġu solvuti l-problemi identifikati.

5.2. Valur miżjud ta’ l-intervent komunitarju, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġiji eventwali

L-inizjattiva li tikkonċerna s-swieq tad-difiża tingħaqad ma’ inizjattiva globali li tiffoka li tiftaħ is-swieq tad-difiża, billi ddaħħal aktar trasparenza u kompetizzjoni f’dawn is-swieq. Il-frammentazzjoni attwali tas-swieq għandha konsegwenzi negattivi mhux biss fuq l-effikaċja ta’ l-ispejjeż pubbliċi imma wkoll fuq il-kapaċitajiet militari ta’ l-Istati Membri. Dan huwa wkoll ostakolu għat-tkabbir u għall-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea tad-difiża.

B’komplement ma’ l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tat bidu għal inizjattiva biex tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża (EDEM). Fil-Komunikazzjoni tagħha “Lejn politika Ewropea tat-tagħmir tad-difiża” ta’ Marzu 2003, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ proposti ta’ azzjoni fl-oqsma marbuta ma’ l-industriji u s-swieq tad-difiża (standardizzazzjoni, osservazzjoni, trasferimenti intrakomunitarji, kuntratti pubbliċi, esportazzjonijiet ta’ beni b’użu doppju, riċerka). Din il-Komunikazzjoni kienet għalhekk il-punt tat-tluq ta’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi konnessi tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attività (ABM)

- Għanijiet

- L-għan ġenerali tal-Kummissjoni huwa li jistabbilixxi suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża, miftuħ u kompetittiv. Dan is-suq se jkopri beni militari (armi, munizzjon u materjali tal-gwerra) u beni mhux militari sensittivi (sigurtà).

- L-għan speċifiku tal-politika tal-kuntratti pubbliċi tad-difiża jimmira li jistabbilixxi qafas regolamentari li jippermetti tħaddim effikaċi ta’ dawn il-kuntratti. Dan jimplika partikolarment twettiq effettiv tal-prinċipji tat-Trattat għas-suq intern.

- L-għan operazzjonali ta’ din id-Direttiva huwa li jipprovdi qafas regolamentari adattat għall-ispeċifiċitajiet tas-swieq tad-difiża u tas-sigurtà, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tat-Trattat, li jagħmel anqas neċessarju ir-rikors għall-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 296 tat-Trattat kif ukoll ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18/KE.

- Riżultati mistennija

Ir-riżultati mistennija huma:

- trasparenza akbar u ftuħ akbar tal-kuntratti pubbliċi tad-difiża u tas-sigurtà,

- effikaċja akbar ta’ l-ispiża pubblika,

- kompetittività akbar u iżjed tkabbir ta’ l-industriji tad-difiża, filwaqt li jipparteċipaw fir-rinforz tal-bażi industrijali u teknoloġika Ewropea tad-difiża.

- Indikaturi konnessi

Żewġ indikaturi se jkunu kkalkulati :

- ir- rata ta’ pubblikazzjoni (rapport bejn il-valur tal-kuntratti pubbliċi u l-valur tal-kuntratti tad-difiża) bħala indikatur ta’ trasparenza ,

- ir- rata ta’ penetrazzjoni (rapport bejn il-valur tat-trasferimenti intrakomunitarji u l-valur tal-kuntratti tad-difiża) bħala indikatur tal- ftuħ .

5.4. Modi ta’ twettiq (indikattivi)

( Ġestjoni ċċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta’ delega lil:

( xi aġenziji eżekuttivi,

( xi organi maħluqa mill-Komunitajiet, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament finanzjarju,

( xi organi pubbliċi nazzjonali/organi b’missjoni tas-servizz pubbliku.

( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata

( ma’ l-Istati Membri

( mal-pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi ppreċiżata)

6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ kontroll

Is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli minn dan ir-rapport iqiegħdu attenzjoni partikolari għal evoluzzjoni tal-ġurisprudenza fejn jidħlu kuntratti pubbliċi tad-difiża.

Iż-żewġ indikaturi:

- rata ta’ pubblikazzjoni (bħala indikatur ta’ trasparenza),

- rata ta’ penetrazzjoni (bħala indikatur ta’ ftuħ),

se jkunu kkalkulati annwalment fuq il-bażi tad-data disponibbli.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex ante

Studju ta’ impatt preliminari, li jinkludi evalwazzjoni ex ante, jakkumpanja l-proġett ta’ Direttiva bħala dokument anness.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ ex post (tagħlim meħud minn esperjenzi simili ta’ qabel)

Id-Direttiva speċifika hija l-ewwel att leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni fejn jidħlu kuntratti pubbliċi tad-difiża. Il-komunikazzjoni interpretattiva għadha s’issa wisq reċenti (adottata f’Diċembru 2006) biex tista’ tkun evalwata b’mod effikaċi.

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet futuri

- Evalwazzjoni regolari

Evalwazzjoni ta’ l-effetti tad-Direttiva l-ġdida se tkun magħmula mill-Kummissjoni mit-tielet sena li tiġi wara t-twettiq tagħha mill-Istati Membri. Din tiffoka fuq l-impatt tad-Direttiva l-ġdida dwar il-prattiki tal-kuntratti pubbliċi, notevolment f’termini ta’ pubblikazzjoni, ta’ tpoġġija għall-kompetizzjoni tal-fornituri u ta’ ftuħ tal-kuntratti għall-fornituri ta’ Stati Membri oħrajn.

- Fil-medda medja ta’ żmien: evalwazzjoni intermedja

Wara proċess leġiżlattiv ta’ adozzjoni tad-Direttiva u tat-traspożizzjoni tagħha mill-Istati Membri, l-ewwel evalwazzjoni ta’ l-impatt amministrattiv tat-twettiq tad-Direttiva l-ġdida, l-ewwel fuq l-Istati Membri, wara fuq l-intrapriżi, għandha titwettaq f’limitu ta’ ħames snin.

- Fil-medda twila ta’ żmien: evalwazzjoni globali

Ladarba hemm ċikli ta’ ħajja twila ta’ tagħmir tad-difiża (u tas-servizzi marbuta magħhom, partikolarment il-manutenzjoni), evalwazzjoni ta’ l-impatt globali, partikolarment ekonomiku tad-Direttiva, ma jistax ikun raġonevolment ippjanat ħlief għal żmien twil (dan ifisser mhux qabel għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ).

7. miżuri kontra l-frodi

M’hemmx miżura kontra l-frodi speċifika prevista fil-qafas ta’ din l-inizjattiva.

8. DETTALL TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ spejjeż

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ euro (sat-tielet punt deċimali)

(Indika l-intestaturi ta’ l-għanijiet, ta’ l-azzjonijiet u tar-realizzazzjonijiet) | Tip ta’ realizzazzjoni | Spiża medja ta’ kull oġġett | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u li jmiss | TOTAL |

Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 |

Uffiċjali jew impjegati temporanji (12 01 01) | A*/AD | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

B*, C*/AST | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Staff iffinanzjat[41] skond l-Art. 12 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Impjegati oħrajn iffinanzjati skond l-Art. 12 01 04/05 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 00 |

TOTAL | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

8.2.2. Deskrizzjoni tax-xogħlijiet li joħorġu mill-azzjoni

Ladarba d-Direttiva tidħol fis-seħħ, se jiġu mwettqa żewġ tipi ta’ xogħlijiet:

- Il-kwistjonijiet ta’ l-infrazzjoni

Dawn se jkunu trattati minn rapportaturi diġà tal-post u speċjalizzati skond żoni ġeografiċi u mhux permezz ta’ settur ta’ attività (għalhekk m’hemmx rapportatur speċjalizzat għall-kuntratti pubbliċi tad-difiża).

- L-osservazzjoni u l-evalwazzjoni

Dawn ix-xogħlijiet se jkunu trattati fi ħdan kull unità minn amministratur bi profil ta’ “ekonomista”, kif ukoll permezz ta’ l-unità speċjalizzata “aspetti ekonomiċi” tad-direzzjoni tal-kuntratti pubbliċi, kif ukoll permezz ta’ l-unità speċjalizzata “studji ta’ impatt u evalwazzjoni” tad-direzzjoni ġenerali.

Fil-każijiet kollha, il-karigi huma diġà eżistenti u l-ebda kreazzjoni ta’ post ma hi prevista.

8.2.3. Oriġini tar-riżorsi umani (statutarji)

( Karigi attwalment magħżula għall-ġestjoni tal-programm biex jitbiddel jew biex jitwal

( Karigi allokati minn qabel fil-kuntest ta’ l-eżerċizzju ta’ APS/PDB għas-sena n

( Karigi biex jiġu mitluba wara l-proċedura li jmiss ta’ APS/PDB

( Karigi riorganizzati filwaqt li jkunu wżati r-riżorsi eżistenti fis-servizz konċernat (riorganizzazzjoni interna)

( Karigi neċessarji għas-sena n, imma mhux previsti fl-eżerċizzju ta’ APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħrajn inklużi fl-ammont totali ta’ referenza

Miljuni ta’ euro (sat-tielet punt deċimali)

Linja baġitarja (nru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u li jmiss | TOTAL |

1. Assistenza teknika u amministrattiva (li tinkludi l-ispejjeż ta’ l-istaff relatati magħhom) |

Aġenziji eżekuttivi |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra murosi |

12.01.04 – Spejjeż ta’ appoġġ għal azzjonijiet fil-qasam politiku “suq intern” | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total assistenza teknika u amministrattiva | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

8.2.5. Spiża tar-riżorsi umani u spejjeż konnessi mhux inklużi fl-ammont totali ta’ referenza

miljuni ta’ euro (sat-tielet punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u li jmiss | TOTAL |

Spejjeż marbuta ma’ l-istaff li huwa attiv fil-qasam politiku “suq intern” | Art. 12 01 01 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

Staff estern - Kuntratt ta’ assistenza teknika | Pst. 12 01 02 01 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 |

Spiża totali tar-riżorsi umani u spejjeż konnessi (MHUX inklużi fl-ammont totali ta’ referenza) | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 |

*

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji (L-Artikolu 12 01 01)

It-twettiq ta’ Direttiva ġdida m’għandux bżonn kreazzjoni ta’ kariga supplementari (il-karigi ta’ editur leġiżlattiv, ta’ rapportatur u ta’ ekonomista huma diġà eżistenti)

*

Kalkolu – Staff estern (L-Artikolu 12 01 02)

Ir-rendikont annwali tat-twettiq tad-Direttiva l-ġdida jista’ jeħtieġ ir-rikors għal riżorsi umani esterjuri fil-qafas tal-kuntratt ta’ assistenza teknika (linja baġitarja 12.010201.00.02.20)

8.2.6. Spejjeż oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont totali ta’ referenza

miljuni ta’ euro (sat-tielet punt deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u li jmiss | TOTAL |

- Missjonijiet | 12 01 02 11 01 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

- Laqgħat u konferenzi | 12 01 02 11 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

- Kumitati | 12 01 02 11 03 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

- Studji u konsultazzjonijiet | 12 01 02 11 04 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

- Sistemi ta’ informazzjoni | 12 01 02 11 05 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

2. Total ta’ spejjeż oħrajn ta’ ġestjoni | 12 01 02 11 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

3. Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (ippreċiżati billi tiġi indikata l-linja baġitarja) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total ta’ l-ispejjeż amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u spejjeż konnessi (MHUX inklużi fl-ammont totali ta’ referenza) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

*

Kalkolu – Spejjeż oħrajn amministrattivi mhux inklużi fl-ammont totali ta’ referenza

Xejn

[1] Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, (ĠU L 134, 30.4.2004, p.114).

[2] Ir-Rapport Finali tal-grupp ta’ ħidma Nru 8 dwar id-difiża: CONV461/02 tas-16 ta’ Diċembru 2002.

[3] KUMM(2003) 113 tal-11 ta’ Marzu 2003.

[4] KUMM(2004) 608 tat-23 ta’ Settembru 2004.

[5] KUMM(2005) 626 tas-6 ta’ Diċembru 2005.

[6] “Komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi tad-difiża” KUMM(2006) 779 tas-7 ta’ Diċembru 2006.

[7] ĠU C , , p. .

[8] ĠU C , , p. .

[9] ĠU C , , p. .

[10] ĠU C , , p. .

[11] ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 2151/2003 tal-Kummissjoni (ĠU L 349, 17.12.2003, p. 1).

[12] ĠU L 317 tat-3.12.2001, p. 1 kif l-aħħar emendata b'Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, tal-5.8.2006, p. 38).

[13] ĠU L 101, 11.4.2001, p.1. kif l-aħħar emendata b'Deċiżjoni 2007/438/KE, Euratom (ĠU L 164, 26.6.2007, p.24).

[14] ĠU L 134, 30.4.2004, p.114.

[15] ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

[16] ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

[17] ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

[18] ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

[19] ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40. Id-Direttiva emendata mid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15).

[20] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Direttiva emendata mid-Direttiva 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[21] Id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ prodotti (armi, munizzjon, u materjal tal-gwerra) għal liema japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 b ta’ l-Artikolu 223 – li sar l-Artikolu 296 – tat-Trattat. Ċitazzjoni mill-minuti tal-15 ta’ April 1958: 368/58.

[22] ĠU L 351, 29.1.1998, p. 1.

[23] ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

[24] ĠU L 358, 31.12.1998, p. 2.

[25] ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

[26] ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

[27] ĠU L 309 tal-25.10.2005, p. 15.

[28] ĠU L 185 tas-16.8.1971, p. 15. Deċiżjoni modifikata permezz tad-deċiżjoni 77/63/KEE (ĠU L 13 tal- 15.1.1977, p. 15).

[29] Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tax-xogħol, ta’ provvisti u ta’ servizzi, (ĠU L 134 tat-30.4.2004, p. 114).

[30] Referenzi tad-Direttiva preżenti.

[31] Bl-esklużjoni tas-servizzi ferrovjarji koperti mill-kategorija 18.

[32] Bl-esklużjoni tas-servizzi tat-trasporti ferrovjarji koperti mill-kategorija 18.

[33] Bl-esklużjoni tas-servizzi finanzjarji relatati ma’ l-emission, għax-xiri, għall-bejgħ u għat-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn, kif ukoll xi servizzi provduti minn banek ċentrali.

Huma ugwalment esklużi, is-servizzi li jikkonsistu fl-akkwist jew il-lokazzjoni, ikunu xi jkunu l-modi finanzjarji, ta’ artijiet, ta’ bini eżistenti jew bini tajjeb ieħor jew li jikkonċernaw id-drittijiet fuq dawn l-affarijiet ; għalkemm is-servizzi finanzjarji provduti bl-istess mod, minn qabel jew b’mod konsekuttiv fil-kuntratt ta’ l-akkwist jew ta’ lokazzjoni, taħt xi forma li tkun li jidħlu fil-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva preżenti.

[34] Bl-esklużjoni tas-servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp minbarra dawk li l-frott tagħhom jappartjenu esklusivament ma’ l-awtorità kontraenti għall-użu tagħha fl-eżerċizzju ta’ l-attività proprja tagħha sakemm il-provvisti tas-servizz ikun b’mod sħiħ imħallas mill-awtorità kontraenti.

[35] Bl-esklużjoni tas-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni.

[36] Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 31, permezz ta’ “reġistri”, wieħed jifhem dawk li jidhru fl-Anness preżenti u, fil-miżura fejn xi modifikazzjonijiet kellhom jinġiebu f’livell nazzjonali, ir-reġistri li kellhom jieħdu posthom.

[37] Spejjeż li ma jidhrux fil-kapitolu xx 01 tat-titolu xx konċernat.

[38] Spejjeż li jidhru fl-Artikolu xx 01 04 tat-titolu xx.

[39] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

[40] Jekk ikun il-każ, għandhom jiżdiedu kolonni supplementari, jekk id-dewmien ta’ l-azzjoni jaqbeż is-sitt snin.

[41] Li l-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont totali ta’ referenza.