52007PC0302

Proposta għal regolament tal-Kunsill (EURATOM) li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara Ö inċidentÕ nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0302 finali - CNS 2007/0103 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.6.2007

KUMM(2007) 302 finali

2007/0103 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EURATOM)

li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċidentÕ nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni[3] tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika u Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika. Ir-Regolament l-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness V tar-Regolament kkodifikat.

3954/87 (adattat)

2007/0103 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EURATOM)

li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċidentÕ nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika

IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Billi:

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika[7] ġie emendat b’mod sostanzjali[8]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika[9] u Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika[10].

3954/87 premessa 1 (adattat)

2. L-Artikolu 2(b) tat-Trattat il-Kunsill jistabbilixxi standards uniformi ta’ sigurtà biex iħarsu s-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali, u biex jassigura li dawn ikunu applikati, kif hemm stabbilit ukoll fit-Titolu Tnejn, Kapitolu III, tat-Trattat.

3954/87 premessa 2 (adattat)

3. Fit-2 ta’ Frar 1959, il-Kunsill adotta Direttivi[11] li jistabbilixxu standards bażiċi ta’ sigurtà li t-test tagħhom kien sostitwit b’dak tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti[12] . L-Artikolu 50(2) ta’ dik id-Direttiva Stati Membri għandhom jistabbilixxu livelli ta’ intervent meta jinqala’ inċident.

3954/87 premessa 3

4. Wara l-inċident ta’ l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta’ Chernobyl fis-26 ta’ April, 1986, kwantità konsiderevoli ta’ materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f’livelli sinifikanti fil-qasam tas-saħħa.

3954/87 premessa 4 (adattat)

5. Il-Komunità adottat miżuri[13] biex tassigura li ċerti prodotti agrikoli jidħlu biss fil-Komunità skond arranġamenti komuni li jħarsu s-saħħa tan-nies waqt li jżommu l-għaqda tas-suq u jevitaw tagħwiġ tal-kummerċ.

3954/87 premessa 5

6. Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li tippermetti lill-Komunità, wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf, li tistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazjoni radjoattiva għall-ħarsien tan-nies.

3954/87 premessa 6 (adattat)

7. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa b’inċident nukleari jew b’livelli għolja mhux tas-soltu ta’ radjoatività permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru (87/600/Euratom) ta’ l-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal bdil malajr ta’ informazzjoni f’każ ta’ emerġenza radjoloġika [14] , jew permezz tal-Konvenzjoni IAEA dwar notifika malajr ta’ inċident nukleari tas-26 ta’ Settembru 1986.

3954/87 premessa 7

8. Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih, jekk ikun meħtieġ skond iċ-ċirkostanzi, Regolament li jagħmel applikabbli livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel.

3954/87 premessa 8 (adattat)

9. Skond informazzjoni disponibbli fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni, livelli derivati ta’ referenza kienu ġew stabbiliti u dawn il-livelli jistgħu jintużaw bħala bażi biex ikunu stabbiliti livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva li għandhom ikunu applikati minnufih wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf.

3954/87 premessa 9

10. Dawn il-livelli massimi permissibbli iqisu kif imiss il-pariri xjentifiċi l-iktar riċenti li jkun hemm fil-mument fuq livell internazzjonali, waqt li jirriflettu l-ħtieġa li jserrħu moħħ il-pubbliku u jevitaw li jkun hemm diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali.

3954/87 premessa 10

11. Iżda, huwa meħtieġ li jitqiesu kif imiss il-kondizzjonijiet partikolari li japplikaw u, għalhekk, li tkun stabbilita proċedura li tippermetti li jkun hemm addattament malajr ta’ dawn il-livelli stabbiliti minn qabel għal livelli massimi permissibbli li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi ta’ inċident nukleari partikolari jew ta’ kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel jew għalf.

3954/87 premessa 11 (adattat)

12. Regolament li jagħmel applikabbli livelli massimi permissibbli għandu jżomm ukoll l-għaqda tas-Suq Intern u jevita distorsjoni tal-kummerċÕ fil-Komunità.

3954/87 premessa 12

13. Sabiex jeħfief l-addattament ta’ livelli massimi permissibbli, għandu jkun hemm proċeduri li bihom tkun tista’ ssir konsultazzjoni ma’ esperti, inkluż il-Grupp ta’ Esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat.

3954/87 premessa 13

14. Il-ħarsien ta’ livelli massimi permissibbli għandu jkun verifikat kif jixraq,

3954/87

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistabblixxi l-proċedura biex jitqiesu l-livelli massimi permissibli ta’ kontaminazjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf li jistgħu jitqiegħdu fis-suq wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf.

3954/87 (adattat) Rettifikattiv, ĠU L 18, 22.1.1988, p. 74

2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) «oġġetti ta’ l-ikel» tfisser prodotti li jistgħu jittieklu mill-bniedem minnufih jew wara pproċessar;

(b) «għalf» tfisser prodotti li jistgħu jittieklu biss mill-annimali.

Artikolu 2

1. Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi - partikolarment skond l-arranġamenti tal-Komunità għal bdil malajr ta’ informazjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika jew skond il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta’ Settembru 1986, dwar notifika malajr ta’ inċident nukleari - informazjoni uffiċjali dwar inċidenti jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, li turi li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’Anness I jistgħu jintlaħqu jew li jkunu ntlaħqu, hija għandha tadotta minnufih, jekk ikun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, Regolament li jagħmlu applikabbli dawk il-livelli maxximi permissibbli.

3954/87

2. It-terminu ta’ validità ta’ kull Regolament skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandhu jkun qasir kemm jista’ jkun u m’għandux jaqbeż it-tliet xhur, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(4).

Artikolu 3

3954/87 (adattat)

1. Wara konsultazzjoni ma’ esperti, li għandha tinkludi l-Grupp ta’ Esperti imsemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat, minn hawn iżjed ‘il quddiem “Grupp ta’ Esperti” , il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill proposta għal Regolament biex jadatta jew jikkonferma d-disposizzjonijiet tar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mill-adozzjoni tiegħu.

2. Meta tibgħat il-proposta għar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-i standards bażiċi stabbiliti skond l-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat, inkluż il-prinċipju li l-esposizzjonijiet kollha għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista’ jkun, billi tqis l-aspett tal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali u fatturi ekonomiċi u soċjali.

3954/87

3. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata dwar il-proposta għal Regolament imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 2(2).

4. Fil-każ li l-Kunsill ma jiddeċidix f’dak it-terminu ta’ żmien, il-livelli stabbiliti f’Anness I għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-Kunsill jiddeċiedi jew sakemm il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha għax il-kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ma jkunux aktar japplikaw.

Artikolu 4

Il-terminu ta’ validita ta’ kull Regolament skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 għandu jkun limitat. Dan it-terminu għandu jkun rivedut fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

3954/87 (adattat)

1. Sabiex ikun assigurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’Annessi I u III iqisu kull informazzjoni xjentifika ġdida li tkun disponibbli, il-Kummissjoni għandha minn żmien għall-ieħor, tieħu l-opinjoni ta’ esperti, magħdud il-Grupp ta’ Esperti.

3954/87

2. Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, il-livelli massimi permissibli stabbiliti f’Anness I jistgħu jkunu riveduti jew miżjuda meta tintbagħat proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 31 tat-Trattat.

Artikolu 6

1. Oġġetti ta’ l-ikel u għalf li ma jkunux skond il-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’Regolament adottat skond l-Artikoli 2 jew 3 m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, Oġġetti ta’ l-ikel jew għalf importati minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jekk, fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, dawn jgħaddu minn proċedura tad-dwana li ma tkunx proċedura ta’ passaġġ.

2. Kull Stat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment każi fejn ma jitħarsux il-livelli massimi permissibbli. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

944/89 Art. 1 (adattat)

Artikolu 7

1. A Lista ta’ oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri flimkien mal-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni applikabbli hija mniżżla f’Anness II.

944/89 Art. 2 (adattat)

2. Għall-oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri li jinsabu f’Anness II, il-livelli massimi permessi li għandhom jiġu applikati huwa 10 darbiet dawk li japplikaw għall-"oġġetti oħra ta’ l-ikel għajr l-oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri" ffissati f’Anness I jew skond ir-Regolamenti adottati fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 3.

770/90 Art. 1 u Anness (adattat)

Artikolu 8

Il-livelli massimi permissi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ għalf huma mniżżla f’Anness III.

2218/89 Art. 2 (adattat)

Artikolu 9

Regoli għal applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il- lista ta’ oġetti ta’ ikel minuri imsemmija fl-Artikolu 7 u l-livelli massimi għall-għalf imsemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999[15] , li għandu japplika b’analoġija. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ad hoc .

Artikolu 10

Ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 u Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u Nru 770/90 huma mħassra.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

3954/87 (adattat)

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

2218/89 Art. 1 u Anness (adattat)

ANNESS I

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI GĦAL OĠĠETTI TA’ L-IKEL (Bq/Kg)

Oġġetti ta’ l-ikel[16] |

Ikel tat-trabi[17] | Prodotti tal-ħalib[18] | Oġġetti oħra ta’ l-ikel ħlief oġġetti minuri ta’ l-ikel[19] | Oġġetti likwidi ta’ l-ikel[20] |

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar Sr-90 | 75 | 125 | 750 | 125 |

Iżotopi ta’ l-jodju, l-aktar I-131 | 150 | 500 | 2 000 | 500 |

Iżotopi ta’ elementi tal-plutonju u tat-trans-plutonjuli jarmu-Alpha, l-aktar Pu-239, Am-241 | 1 | 20 | 80 | 20 |

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja akbar minn 10t’ijiem, l-aktar Cs-134, Cs-137[21] | 400 | 1 000 | 1 250 | 1 000 |

__________________

944/89 Art. 1 u Anness (adattat)

ANNESS II

LISTA TA’ OġġETTI TA’ L-IKEL TA’ IMPORTANZA MINURI

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

0703 20 00 | It-tewm (frisk jew imkessaħ) |

0709 Ö 59 50 Õ | It-tartuf (faqqiegħ) (frisk jew imkessaħ) |

0709 90 40 | Il-kappar (frisk jew imkessaħ) |

0711 Ö 90 70 Õ | Il-kappar (ippriservat proviżorjament, imma mhux tajjeb għall-konsum immedjat f’dan l-istat) |

0712 30 00 | It-tartuf (faqqiegħ) (imnixxef, sħiħ, imqatta’, imfellel, imfarrak jew fi trab, imma mhux imħejji iktar) |

0714 | Il-kassava, l-ararut, id-dqiq ta’ l-ararut, il-qaqoċċ ta’ Ġerusalemm, il-patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli tal-lamtu jew ta’ l-inulin, friski jew imqadda, sew jekk imfella u sew jekk le jew fil-għamla ta’ bocci; il-laħam tas-sagu |

0814 00 00 | Il-qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettiħ (inkluż id-dulliegħ), friska, iffriżata, imqadda jew proviżorjament ippriservata fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’xi soluzzjoni priservattiva oħra |

0903 00 00 | Il-Maté |

0904 | Il-bżar tar-razza Piper; il-frott niexef u mgħaffeg tar-razza Capricum jew tar-razza Pimenta |

0905 00 00 | Il-Vanilla |

0906 | Il-kannella u l-fjuri tas-siġra tal-kannella |

0907 00 00 | It-tewm (sħiħ, snien jew aħdar) |

0908 | In-noċimuskata, il-qoxra ta’ barra tan-noċimuskata u l-kardamonju |

0909 | Iż-żerriegħa ta’ l-aniż, il-badjan, il-bużbież, il-kosbor, il-kemmun jew il-ħlewwa; il-kukku ta’ l-Għorgħaes |

0910 | Iż-żinżel, iż-żagħfran, it-turmeriku (kurkuma), is-sagħtar, il-weraq tar-rand, il-curry u ħwawar oħra |

1106 20 | Id-dqiq u s-smid tas-sagu, l-għeruq jew it-tuberi ta’ l-intestatura Nru 0714 |

1108 14 00 | Il-lamtu tal-kassava (Manioc) |

1210 | Il-koni tal-ħopp, friski jew imqadda, sew jekk mitħuna u sew jekk le, f’għamla ta’ trab jew f’gerbub; il-lupulin |

1211 | Pjanti u partijiet ta’ pjanti (inklużi ż-żrieragħ u l-frott), tat-tip użati primarjament fil-perfumerija, fil-farmaċija jew fl-insettiċidi, fil-funġiċidi jew għal skopijiet simili, friski jew imqadda, sew jekk imqatta’ u sew jekk le, misħuqa jew mitħuna |

1301 | Il-gommalakka; il-gomma naturali, it-teżini, it-teżini tal-gomma u Ö oleoreżini (eżempju, Õ balsamiċi |

1302 | Is-sugu u l-estratti tal-ħxejjex ta’ l-ikel; is-sustanzi pektiċi, pektinati u pektati; l-agar-agar u l-mucillaġni u materjal ieħor li jgħaqqad, sew jekk modifikat u sew jekk le, derivati minn prodotti tal-ħxejjex ta’ l-ikel |

1504 | Ix-xaħmijiet u ż-żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew ta’ mammali marini, sew jekk raffinati u sew jekk le, imma mhux modifikati kimikament |

1604 30 | Il-kavjar u s-sostituti tal-kavjar |

1801 00 00 | Iż-żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imfarrka, nejja jew inkaljata |

1802 00 00 | Il-qoxra tal-kawkaw, il-qoxra ta’ barra, il-ħliefa jew ħela ieħor tal-kawkaw |

1803 | Il-pejst tal-kawkaw/kokotina, sew jekk bix-xaħam u sew jekk le |

2003 20 00 | It-tartuf (faqqiegħ) (imħejji jew ippriservat għajr milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku) |

2006 00 | Il- Ö ħaxix, Õ frott, il-ġewż, il-qoxra tal-ġewż u partijiet oħra tal-pjanti, ippriservati biz-zokkor (bl-ilma mneħħi, miksija biz-zokkor maħlul jew ikkristalizzati) |

2102 | Il-ħmira (attiva jew inattiva); u mikrorganiżmi oħra ta’ ċellula waħda, mejta (imma ma jinkludux vaċċini ta’ l-intestatura Nru 3002); baking powder imħejji |

2936 | Il-provitamini u l-vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi l-konċentrati naturali), id-derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlitiet ta’ dawn l-imsemmija, sew jekk f’xi solventi u sew jekk le |

3301 | Iż-żjut essenzjali (sewwa jekk mingħajr terpentini u sewwa jekk le), inklużi l-konkreti u l-assoluti; ir-reżinojdi, il-konċentrati ta’ żjut essenzjali f’xaħmijiet, jew fi żjut li jgħaqqdu, f’xama’ u simili, miksuba b’infloraġġ jew bil-maċerazzjoni; il-prodotti sekondarji terpeniċi mid-deterpenazzjoni taż-żjut essenzjali, id-distillati akwei u s-soluzzjonijiet akwei taż-żjut essenzjali. |

__________________

770/90 Art. 1 u Anness (adattat)

ANNESS III

LIVELLI MASSIMI PERMESSI TA' KONTAMINAZZJONI RADJOATTIVA (KASJU 134 U KASJU 137) FL-OġġETTI TA' L-IKEL

ANNIMALI | BQ/KG[22][23] |

Qżieqeż | 1 250 |

Tjur, ħrief, għoġla | 2 500 |

Oħrajn | 5 000 |

____________________

ANNEX IV

Regolamenti m ħassra

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 | (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11) |

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89 | (ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1) |

Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 | (ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17) |

Regolament tal- Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 | (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78) |

__________________

ANNEX V

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (Euratom) Nru 3954/87 | Regolament (Euratom) Nru 944/89 | Regolament (Euratom) Nru 770/90 | Dan ir-Regolament |

Artikoli 1 sa 5 | Artikoli 1 sa 5 |

Artikolu 6(1) l-ewwel u t-tieni sentenza | Artikolu 6(1) l ewwel u t-tieni subparagrafu |

Artikolu 6(2) | Artikolu 6(2) |

Artikolu 1 | Artikolu 7(1) |

Artikolu 2 | Artikolu 7(2) |

Artikolu 1 | Artikolu 8 |

Artikolu 7 | Artikolu 9 |

- | - | - | Artikolu 10 |

Artikolu 8 | Artikolu 11 |

Anness | Anness I |

Anness | Anness II |

Anness | Anness III |

- | - | - | Anness IV |

- | - | - | Anness V |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness IV għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11. Regolament kif emendat mir-Regolament (Euratom) Nru 2218/89 (ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1).

[8] Ara l-Anness IV.

[9] ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17.

[10] ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78.

[11] ĠU 11, 20.2.1959, p. 221/59.

[12] ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

[13] Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1707/86 (ĠU L. 146, tal-31.5.1986, pġ. 88), (KEE) Nru 3020/86 (ĠU L 280, ta’ l-1.10.1986, pġ. 79), (KEE) Nru 624/87 (ĠU L 58, tat-28.2.1987, pġ. 101) u (KEE) Nru 3955/87, ( ĠU L 371, 30.12.1987, p. 14).

[14] ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76.

[15] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48.

[16] Il-livell applikabbli għal prodotti konċentrati jew imnixxfa huma ikkalkulati fuq il-bażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għal konsum. Stati Membri jistgħu wkoll jagħmlu rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet ta’ tidwib sabiex ikunu assigurati li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu osservati.

[17] Ikel tat-trabi hu definit bħala dawk l-oġġetti ta’ l-ikel intenzjonati għat-tmigħ tat-tfal żgħar matul l-ewwel erba’ sa sitt xhur tal-ħajja, li jilħqu, fihom infushom, il-ħtiġijiet nutrizzjonali ta’ din il-kategorija ta’ persuna u li jkunu mqiegħda għal bejgħ bl-imnut f’pakketti li jkunu ċarament identifikabbli u bit-tikketta «preparazzjoni ta’ ikel għat-trabi».

[18] Prodotti mill-ħalib huma definiti bħala dawk il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM li ġejjin, inklużi, fejn xieraq, kwalunkwe aġġustamenti li jistgħu isirulhom aktar tard: 0401, 0402(ħlief 0402 29 11).

[19] Oġġetti minuri ta’ l-ikel u livelli korrispondenti li jiġu applikati lilhom huma definiti skond l-Artikolu 9.

[20] Oġġetti ta’ l-ikel likwidi kif definiti fl-intestatura 2009 u f’kapitolu 22 tan-nomeniklatura magħquda. Valuri huma kalkulati billi jittieħed akkont tal-konsum ta’ l-ilma tal-vit u l-istess valuri għandhom ikunu applikati għal fornizzjoni ta’ ilma tax-xorb fid-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

[21] Karbon 14, tritju u potassa 40 ma humiex inklużi f’dan il-grupp.

[22] Dawn il-livelli huma intenzjonali li jikkontribwixxu għall-osservanza tal-livelli massimi permessi għall-għalf; waħedhom ma jiggarantixxux din l-osservanza fiċ-ċirkostanzi kollha u ma jnaqqsux il- ħtieġa għal sorveljanza tal-livelli ta’ kontaminazzjoni fi prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali destinati għall-konsum mill-bnedmin.

[23] Dawn il-livelli japplikaw għal għalf li jkun lest għall-konsum.