52007DC0727

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza /* KUMM/2007/0727 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.11.2007

KUMM(2007) 727 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Reviżjoni tal-proċess LamfalussyIt-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza

1. DAħLA

Settur finanzjarju dinamiku u f'saħħtu huwa kruċjali biex l-ekonomija Ewropea u l-kompetittività globali jiffunzjonaw tajjeb. Is-servizzi finanzjarji huma importanti ħafna għall-konsumaturi u l-kumpaniji Ewropej, kbar u żgħar, li jixtiequ firxa wiesgħa ta’ għażliet finanzjarji u li jserrħu fuq prodotti sikuri ta’ kwalità għolja u istituzzjonijiet immexxija u ssorveljati tajjeb. Dan jeħtieġ qafas Ewropew f'saħħtu għar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-settur finanzjarju .

It-tnedija tal-proċess Lamfalussy fl-2001 kellu l-għan li jwaqqaf mekkaniżmu effiċjenti biex jibda l-konverġenza tal-prassi Ewropea għas-sorveljanza finanzjarja u biex jippermetti li l- leġiżlazzjoni Komunitarja dwar servizzi finanzjarji tirrispondi malajr u b’mod flessibbli għal żviluppi fis-swieq finanzjarji. Skond din l-istrateġija l-ġdida r-regolamentazzjoni finanzjarja tgħaddi minn żewġ livelli.

Fil-“Livell 1”, leġiżlazzjoni ta’ qafas li tistipula prinċipji ewlenin u tiddefinixxi poteri ta’ implimentazzjoni tiġi adottata permezz ta’ kodeċiżjoni wara proċess konsultattiv sħiħ u inklussiv skond id-dixxiplini ta’ regolamentazzjoni aħjar.

Id-dettalji tekniċi jiġu adottati formalment mill-Kummissjoni bħala miżuri ta’ implimentazzjoni fil- “Livell 2” , wara votazzjoni mill-Kumitat regolatorju kompetenti (il-Kumitat Ewropew tat-Titoli, il-Kumitat Ewropew Bankarju u l-Kumitat Ewropew dwar l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol). Fil-proċess tal-Livell 2, il-Kummissjoni tqis bir-reqqa l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew. Fit-tħejjija teknika tal-miżuri għall-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tieħu l-pariri ta’ Kumitati, magħmula minn rappreżentanti ta’ korpi nazzjonali ta’ sorveljanza, dawk l-hekk imsejħa l- Kumitati tal-“Livell 3” – il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej – CEBS, il-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej – CEIOPS u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej – CESR. Dawn il-Kumitati mwaqqfa permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni[1] għandhom ukoll rwol importanti fil-kontribut lejn implimentazzjoni konsistenti u konverġenti ta’ direttivi ta’ l-UE billi jassiguraw kooperazzjoni aktar effettiva bejn sorveljanti nazzjonali u l-konverġenza ta’ prassi ta’ sorveljanza. Dan huwa l- “Livell 3” tal-proċess. Il- “Livell 4” huwa fejn il-Kummissjoni tinforza t-traspożizzjoni korretta u f’waqtha tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE f’liġi nazzjonali.

Din l-istrateġija regolatorja ta’ erba’ livelli għas-servizzi finanzjarji bbażata fuq il-komitoloġija, ilha mwaqqfa għal aktar minn ħames snin fis-settur tat-titoli u għal aktar minn sentejn fl-operazzjonijiet bankarji u l-assigurazzjoni. Id-Direttiva 2005/1/KE li tistabbilixxi struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji tirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel reviżjoni tal-proċedura Lamfalussy sa tmiem l-2007. Dan huwa waqt xieraq għar-reviżjoni. Is-swieq finanzjarji ta’ l-UE għaddew minn bidliet importanti matul dawn l-aħħar snin. L-integrazzjoni tas-suq finanzjarju Ewropew qiegħda dejjem tiżdied bil-ħeffa. L-istituzzjonijiet finanzjarji qegħdin dejjem iżjed imexxu l-kummerċ tagħhom ’il barra mis-suq lokali. Il-prodotti finanzjarji qegħdin dejjem aktar jitmexxew fuq bażi pan-Ewropea. Qiegħda tiżdied il-konċentrazzjoni tas-suq, kif ukoll l-innovazzjoni u l-kumplessità tal-prodotti. L-amalgamazzjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet qegħdin dejjem aktar isiru fuq bażijiet transkonfinali u trans-settorjali.

It-taqlib riċenti fis-suq wera kif is-swieq qed isiru dejjem aktar magħqudin ma’ xulxin – u tefa’ urġenza akbar biex il-qafas ta’ sorveljanza ta’ l-UE jevolvi skond dawn ir-realtajiet ġodda tas-suq.

Minkejja dawn il-kisbiet, qiegħed dejjem jikber il-qbil dwar il-bżonn ta’ titjib prattiku bbażat fuq il-ħtiġijiet tal-ġejjieni, fl-operat tal-qafas ta’ sorveljanza attwali ta’ l-UE. F’Ottubru 2007, il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) qabel li jieħu aktar azzjoni biex jiżviluppa l-arranġamenti għal stabilità finanzjarja transkonfinali fi ħdan l-UE. It-titjib fil-qafas Lamfalussy huwa pass tajjeb u meħtieġ f’din l-istrateġija. F’Ottubru, il-Grupp Interistituzzjonali ta’ Monitoraġġ (IIMG) ippubblika r-rapport finali li eżamina il-funzjoni tal-Kumitati tal-Livell 3. Il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji għandu wkoll joħroġ rapport dwar kwistjonijiet fuq tul ta’ żmien ta' sorveljanza u konverġenza. Dawn ir-rapporti kollha għandhom iqabbdu dibattitu fuq livell politiku, bil-għan li jiġu mfassla rakkomandazzjonijiet konkreti fl-2008.

Din ir-reviżjoni toffri xi titjib prattiku, meħtieġ u li jista’ jintlaħaq għall-proċess Lamfalussy. Dan għandu jħeġġeġ kooperazzjoni aqwa bejn awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u jiżġura konsistenza u konverġenza akbar fl-implimentazzjoni u l-infurzar nazzjonali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan l-istadju mhuwiex fattibbli li jsir tibdil istituzzjonali aktar ambizzjuż bħall-għoti ta’ poteri indipendenti għat-tfassil tar-regoli fil-Livell 3, minħabba fost oħrajn, in-nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri u partijiet oħra involuti. Dan jiġri, partikolarment, minħabba l-kumplessità tal-kwistjonijiet involuti fis-settur finanzjarju (fejn hemm arranġamenti differenti ta’ sorveljanza għall-operazzjonijiet bankarji, l-assigurazzjoni u t-titoli, kif ukoll mudelli differenti ta’ organizzazzjoni għas-sorveljanza fl-Istati Membri). F’dak il-kuntest it-tibdil propost f’din il-Komunikazzjoni jirrapreżenta dak li l-Kummissjoni tqis bħala essenzjali biex jissaħħaħ aktar il-qafas ta’ sorveljanza attwali ta’ l-UE.

2. VALUTAZZJONI ġENERALI

L-esperjenza globali fil-proċess Lamfalussy, sa issa, kienet pożittiva – hekk jitqies kważi mill-Istati Membri kollha, il-Parlament Ewropew[2], il-parteċipanti u r-regolaturi tas-suq. Ceteris paribus, il-proċess Lamfalussy ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ sistema regolatorja Ewropea aktar flessibbli u beda l-mixja lejn konverġenza u kooperazzjoni akbar fis-sorveljanza. Il-proċess globali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet huwa aktar effiċjenti u inklussiv u żied fir-ritmu. Iż-żmien meħtieġ biex jiġu adottati l-ewwel erba’ direttivi Lamfalussy kien 20 xahar bħala medja, li jitqabbel tajjeb maż-żmien li ttieħed għan-negozjar ta' direttivi ta' qabel (eżempju 4 snin għad-Direttiva dwar Servizzi ta' Investiment fl-1989-93).

Il-proċess Lamfalussy żviluppa b’rata differenti fis-setturi diversi. Fis-settur tat-titoli , ġew adottati erba’ direttivi tal-Livell 1 u tnax-il miżura ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2, kollha kemm huma unanimament, b’appoġġ qawwi mill-Parlament Ewropew. Dan ma kienx ikun possibbli mingħajr il-parir tekniku tas-CESR. Fis-settur bankarju , id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD, 2006/48/KE) tippermetti l-emenda ta’ dettalji tekniċi li jirriflettu ftehim regolatorju fil-livell tal-G10 permezz ta’ deċiżjonijiet tal-komitoloġija. Tnax-il linja gwida tal-Livell 3 ġew adottati misCEBS biex jagħtu applikazzjoni konverġenti tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali. Fis-settur ta’ l-assigurazzjoni , il-ħidma tas-CEIOPS kienet iddominata minn għoti ta’ pariri tekniċi lill-Kummissjoni fuq il-proposta tas- Solvency II (COM (2007) 361) u l-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni. Is-CEIOPS għen ukoll lill-Kummissjoni fl-ittestjar ta’ l-impatt tas- Solvency II billi għamel serje ta’ Studji dwar Impatti Kwantitattivi.

L-implimentazzjoni tal-proċess Lamfalussy inzerta fl-istess żmien ta’ titjib sinifikanti fil-kompetittività globali tas-servizzi u swieq finanzjarji fl-Ewropa. Il-kwalità tal-metodi regolatorji ta’ l-UE kellha rwol importanti għall-ħolqien ta’ qafas dinamiku għall-iżvilupp u l-innovazzjoni tas-swieq kapitali fl-UE. Barra minn hekk, l-istrateġija ta’ regolamentazzjoni ta’ l-UE bbażata fuq il-prinċipji, qiegħda teffettwa l-konverġenza internazzjonali tal-kontabilità, is-servizzi ta' investiment, l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), l-operazzjonijiet bankarji (CRD), u f’oqsma oħra li joffru opportunitajiet għal tmexxija globali fl-istipular ta’ standards.

Għan fundamentali ieħor tal-qafas regolatorju huwa l-kisba ta’ l-aqwa sorveljanza bl-anqas spiża regolatorja possibbli minn kumpaniji finanzjarji. Sa llum għad ma hawnx stima globali affidabbli ta’ l-ispejjeż u piżijiet oħra ta’ regolamenti transkonfinali u trans-settorjali għall-industrija. Għalhekk il-Kummissjoni nediet studju li ser jeżamina b’aktar reqqa l-infiq ta’ kumpaniji biex jikkonformaw ma’ għadd limitat ta’ direttivi ta’ l-UE. L-eżitu ta’ dan l-istudju għandu jkun disponibbli sa l-2009. Abbażi tar-riżultati ta’ dan l-istudju l-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Kumitati tal-Livell 3, għandha tevalwa jekk ikunx hemm bżonn ta’ aktar titjib u fejn.

3. TITJIB FIL-PROċESS LEġIżLATTIV U L-INFURZAR

3.1. Valutazzjoni tal-qagħda attwali

Sar progress billi d-Direttivi tal-Livell 1 qed jiffokaw fuq regoli u prinċipji ġenerali – minkejja li xi kritiċi jsostnu li għad hemm wisq dettall fit-testi tal-Livell 1.

Il-miżuri tal-Livell 2 ġew kalibrati bir-reqqa mill-Kummissjoni, abbażi tal-parir tekniku tal-Kumitati tal-Livell 3 u ta' konsultazzjoni ma' dawk involuti, biex tiġi evitata preskrizzjoni żejda.

Barra minn hekk, it-tħassib tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien ta' bilanċ istituzzjonali xieraq fil-Livell 2, kien indirizzat minn ftehim f'Lulju 2006 dwar proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju. Ladarba jkun hemm qbil dwar l-ambitu tekniku, il-Parlament Ewropew ikollu l-poter ta’ skrutinju u anke jista’ jżomm milli jiġu adottati miżuri "kważi-leġiżlattivi" (tal-komitoloġija) . It-tliet istituzzjonijiet ta’ l-UE qablu wkoll li l-poteri ta’ implimentazzjoni għandhom jgħaddu fuq il-Kummissjoni mingħajr żmien ta’ limitu. Dan ifisser li l-"klawsoli ta’ estinzjoni” ( sunset clauses ) eżistenti inklużi fid-direttivi dwar servizzi finanzjarji jridu jitneħħew[3]. Issa biex titneħħa l-inċertezza istituzzjonali huwa ferm importanti li dan l-impenn jintlaħaq qabel tmiem l-2007.

3.2. Sekwenzar ta’ miżuri tal-Livell 1 u tal-Livell 2

Is-sekwenzar tan-negozjati u ta’ l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni kodeċiżjonali ta’ qafas (Livell 1) b’miżuri ta’ implimentazzjoni (Livell 2) ġab xi ostakoli u skedi mhux realistiċi.

Fil-prattika, parti sinifikanti tal-perjodu ta’ traspożizzjoni stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Livell 1 tittieħed mill-preparazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni, li mingħajrhom l-Istati Membri ma jistgħux jipproċedu effettivament fit-traspożizzjoni tagħhom. Madankollu, huwa perikoluż li ssir stima tat-tul tal-proċess tan-negozjati fil-Livell 2 waqt l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' qafas. Dan wassal għal diffikultajiet fl-iffissar ta' skadenzi raġonevoli kemm għat-traspożizzjoni minn Stati Membri kif ukoll għall-applikazzjoni minn industrija. Dan ġab estensjoni fiż-żmien ta’ limitu tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Suq fi Strumenti Finanzjarji (MiFID) .

Il-Kummissjoni tqis li huwa essenzjali li l-iskedi għall-adozzjoni u t-traspożizzjoni ta' miżuri leġiżlattivi u implimentattivi jitfasslu aħjar. Dan jista’ jintlaħaq billi ż-żmien ta’ limitu għat-traspożizzjoni tal-pakket leġiżlattiv sħiħ jintrabat ma’ l-adozzjoni ta' l-aħħar miżuri implimentattivi identifikati fil-leġiżlazzjoni tal-Livell 1.

Bl-istess mod, għandha ssir ħidma fuq il-miżuri tal-Livell 1 u l-Livell 2 kemm jista’ jkun paralleli ma’ titjib fil-koerenza u l-komprensjoni legali. Jekk il-miżuri tal-Livell 2 jitqiesu fi stadju bikri, il-proċess għandu jiffaċilita n-negozjati ta' l-att bażiku u jipprovdi l-ko-leġiżlaturi b'ċarezza dwar il-kontenut bażiku ta' miżuri ta' implimentazzjoni għall-ġejjieni.

3.3. Regolamentazzjoni aħjar

Il-proċess Lamfalussy kien minn ta’ l-ewwel li introduċa u applika strettament prinċipji regolatorji sodi: approċċ minn isfel 'il fuq, konsultazzjoni miftuħa, analiżi ta’ l-impatt, pateċipazzjoni bikrija u qawwija ta’ professjonisti tas-suq u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi flimkien ma’ regolaturi nazzjonali. It-trasparenza u l-ftuħ ta’ dan il-proċess naqqas kemm jista’ jkun l-arbitraġġ regolatorju, tejjeb il-kwalità u żied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tat-tfassil tal-politika ta’ l-UE. Sabiex dawn il-kisbiet ma jiġux pperikolati, huwa importanti ħafna li l-Istati Membri jevitaw kemm jista’ jkun li jżidu regoli nazzjonali ma’ dawk miftehma fuq livell Ewropew (l-hekk imsejħa “irtokki” ( gold-plating ). Jekk dawn iż-żidiet mhux meħtieġa jitnaqqsu drastikament u jintużaw aktar spiss ir-regolamenti (kif issuġġerixxa r-rapport Lamfalussy) ir-riżultati tar- regolamentazzjoni għas-suq għandhom jitjiebu. Il-Kummissjoni ser tipproponi regolamenti kull meta jkun xieraq u kemm jista’ jkun l-aktar possibbli għal miżuri ta’ implimentazzjoni. Dwar l-irtokki, il-Kummissjoni ser tkompli timxi fuq politika qawwija kif inbdiet mill-Artikolu 4 tad-Direttiva li timplimenta l-MiFID (2006/73/KE). L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw b’mod rigoruż kwalunkwe żieda regolatorja lill-Kummissjoni f’każijiet fejn dan jista’ jkun possibbli.

Konsultazzjoni

Il-konsultazzjoni sistematika u trasparenti ntlaqgħet tajjeb ħafna minn dawk involuti. F’xi każijiet, madankollu, b’mod partikolari fit-titoli, il-parteċipanti fis-suq sostnew li l-perjodi ta’ konsultazzjoni kienu qosra wisq . Il-Kummissjoni ser tikkunsidra kif tiżgura l-bilanċ ġust bejn iż-żmien allokat għal konsultazzjoni u l-kumplessità teknika tal-kwistjoni.

It-tfassil trasparenti tal-politika jeħtieġ ukoll trasparenza totali dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet. Ħlief f’ każijiet fejn hija mitluba l-kunfidenzjalità, il-pubblikazzjoni sistematika ta’ tweġibiet għandha ssir il-prassi normali. Il-Kummissjoni ser tippubblika sinteżi ta' rapporti dwar seduti organizzati bħala parti mill-konsultazzjonijiet fuq l-internet u tistieden lill-Kumitati tal-Livell 3 biex jagħmlu l-istess. Il-Kummissjoni tilqa’ kummenti dwar abbozzi ta’ proposti tagħha minn kwalunkwe sors, iżda fejn ikun hemm proposti alternattivi, dawn iridu jkunu akkumpanjati b’evidenza ekonomika suffiċjenti u perswassiva. Dan mhux qed isir attwalment.

Valutazzjoni ta’ l-impatt

Il-valutazzjoni ta’ l-impatt hija essenzjali, kemm biex tevalwa l-ħtieġa għar-regolamentazzjoni kif ukoll biex tiżgura l-kwalità. Il-leġiżlazzjoni kollha tal-Livell 1 issa hija soġġetta għal valutazzjoni ta’ l-impatt mill-Kummissjoni. Iżda r-regolamentazzjoni aħjar hija kunċett ħolistiku – il-partijiet kollha jridu jaħdmu għalenija biex jinkiseb l-aqwa riżultat globali. Il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn imtenni mill-ġdid tal-Parlament Ewropew “sabiex jitwettqu valutazzjonijiet ta’ l-impatt meta jsiru tibdiliet sostanzjali għal proposti leġiżlattivi” [4] . Se tistieden ukoll lill-Kunsill, meta jkun qiegħed jippreżenta emendi sostanzjali, u l-Kumitati tal-Livell 3 meta jkunu qed jagħtu parir lill-Kummissjoni, biex bl-istess mod jippreżentaw valutazzjonijiet ta’ l-impatt komprensivi mal-proposti tagħhom.

Il-Kummissjoni tqis li billi l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni jista’ jkollhom impatti sinifikanti fuq dawk kollha involuti, għandha tingħata konsiderazzjoni serja li ssir valutazzjoni ta' l-impatt għal kwalunkwe miżura sinifikanti proposta fil-Livell 2. Il-Kummissjoni għalhekk sejra tħabrek biex testendi, b’mod progressiv il-prassi attwali tagħha ta’ valutazzjoni ta’ l-impatt għal miżuri ta’ implimentazzjoni meħuda fil-qafas ta’ dawn il-kumitati.

3.4. Infurzar fil-Livell 4 – It-titjib tat--trasparenza tat-traspożizzjoni

L-introduzzjoni tal-proċess Lamfalussy ma tejbitx il-prestazzjoni ta’ l-Istati Membri b’mod sinifikanti, rigward it-traspożizzjoni f’waqtha tal-leġiżlazzjoni tal-Livell 1 u l-Livell 2. Il-Kummissjoni għadha mħassba dwar traspożizzjoni mwaħħra ta’ direttivi Ewropej. Dan għandu impatti negattivi kemm għal Stati Membri kif ukoll għas-swieq. Raggruppament żgħir ta’ Stati Membri jissokta jimxi dejjem bil-mod.

Twaqqfu bosta mekkaniżmi ta’ żvelar biex tiżdied it-trasparenza. Pereżempju, l-Artikolu 144 tas-CRD jinkludi r-rekwiżit għal sorveljaturi biex jiżvelaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-CRD f’liġi nazzjonali u l-użu ta’ firxa ta’ għażliet u diskrezzjonijiet nazzjonali f'din id-Direttiva. Biex jiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tiegħu, is-CEBS żviluppa qafas ibbażat fuq l-internet għall-żvelar dwar is-sorveljanza[5]. Għaldaqstant, billi s-CRD tapplika biss bis-sħih fl-1 ta’ Jannar 2008, l-implimentazzjoni tagħha għadha biss fl-ewwel stadju.

Darbtejn fix-xahar, il-Kummissjoni qiegħda tippubblika tabelli li juru r-rata ta' traspożizzjoni tad-Direttivi dwar il-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (FSAP)[6] u tad-direttivi Lamfalussy tal-Livell 1 u l-Livell 2[7] fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tippubblika l-qagħda tar-rata ta’ traspożizzjoni tal-MiFID, abbażi ta’ kwestjonarji indirizzati mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

Matul il-perjodi ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni ħadmet bi sħiħ ma' amministrazzjonijiet nazzjonali, inkluż permezz ta’ gruppi ta’ ħidma għal traspożizzjoni, laqgħat bilaterali u multilaterali kif ukoll billi tagħti pariri permezz ta’ mezzi oħra, bħal gwida interpretattiva mhix obbligatorja u moduli ta’ Mistoqsija u Tweġiba fuq l-internet. Din il-prassi ser titkompla. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tibda proċediment ta’ ksur ta’ liġi skond l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE kontra kwalunkwe Stat Membru li jkun tard fl-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tistenna wkoll li Stati Membri jipprovdu tabelli ta’ traspożizzjoni biex jiġi ffaċilitat l-iċċekkjar. Il-Kummissjoni ser tibqa' tinkludi b'mod sistematiku l-obbligu li tintbagħat tabella ta' korrelazzjoni għal kull proposta ġdida ta' direttiva.

4. KOOPERAZZJONI U KONVERġENZA TAS-SORVELJANZA

4.1. Valutazzjoni tal-qagħda attwali

Għan ewlieni tal-proċess Lamfalussy huwa li jrawwem konverġenza u kooperazzjoni fis-sorveljanza. Dan huwa wieħed mill-aktar elementi innovattivi tal-qafas Lamfalussy.

Il-konverġenza ta’ prassi ta’ sorveljanza fost l-Istati Membri għandha twassal għal soluzzjonijiet regolatorji u sorveljanti konsistenti u applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri. Biex jintlaħaq dan, jista’ jkun hemm bżonn li sorveljanti ta’ l-UE fil-Livell 3 jaqblu dwar u japplikaw linji gwida u rakkomandazzjonijiet komuni li ma jorbtux.

Jeżistu diversi għodod biex jissaħħu l-konverġenza u l-kooperazzjoni fis-sorveljanza, pereżempju, medjazzjoni, delegazzjoni ta’ ħidmiet, rekwiżiti ta’ rappurtar b’mod organizzat u arranġamenti dwar tqassim ta’ informazzjoni u dejta. Programmi ta’ taħriġ u skambju ta’ persunal bejn sorveljaturi jistgħu jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ kultura komuni ta’ sorveljanza.

Minkejja l-isforzi mill-Kumitati tal-Livell 3 biex iwaqqfu għodod meħtieġa biex jintlaħaq dan il-għan, ir-riżultati mhux dejjem taw dak li kien mistenni. Kien hemm xi ostakoli bla bżonn dwar xi kwistjonijiet ta’ sorveljanza importanti.

Is-CESR kellu ħidma diffiċli biex jistabbilixxi format komuni ta’ rappurtar ta’ tranżazzjonijiet skond il-MiFID. Kien hemm ukoll xi dewmien fit-twaqqif tal-Mekkaniżmu ta' l-Iskambju ta' Rappurtar ta' Tranżazzjonijiet. Fis-settur bankarju, il-qafas ta' rappurtar komuni mitlub mill-ministri tal-finanzi kellu eżitu kumpless, lil hinn minn dak organizzat, simplifikat u omoġenu mitlub mis-suq. Is-CEBS ltaqa’ ma diffikultajiet fil-konverġenza ta’ trattament prudenzjali ta’ ibridi u jippreferi li l-Kummissjoni timxi direttament lejn leġiżlazzjoni ġdida. Flimkien ma’ dan, l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ medjazzjoni ma tawx frott sa issa, billi hadd ma użahom.

Xi kultant jidher li l-Kumitati tal-Livell 3 ma humiex mgħammra biżżejjed biex jirrendu dak li kien mistenni minnhom. Hemm bżonn ta’ spinta politika aqwa. Min-naħa l-oħra, billi l-ewwel responsabbiltà tas-sorveljanti hija waħda nazzjonali, jista’ ma jkollhomx la poteri adegwati u lanqas inċentivi għal konverġenza fuq livell Ewropew.

Il-Kummissjoni identifikat xi oqsma politiċi biex tintlaħaq aktar konverġenza tas-sorveljanza. Tistenna illi dawn il-bidliet iseħħu, kemm jista’ jkun, matul l-2008.

4.2. “It-Tisħiħ fil-Livell 3”

4.2.1. Titjieb fir-responabbiltà politika tal-Kumitati tal-Livell 3

Il-Kumitati tal-Livell 3 jagħtu kont lill-Kummissjoni skond kif speċifikat fid-Deċiżjonijiet li waqqfuhom. Il-membri tagħhom jirrispondu għall-gvernijiet u/jew l-Parlamenti tagħhom stess fuq livell nazzjonali. Bosta sorveljanti nazzjonali ma għandhomx il-kapaċità li jwettqu l-ħidmiet tagħhom fil-Livell 3. Jekk ikun hemm kunflitt bejn l-obbligi tas-sorveljanti skond il-liġi nazzjonali tagħhom ma’ miżuri mhux obbligatorji tal-Livell 3, is-sorveljanti joqgħodu fuq l-obbligi nazzjonali.

Minħabba l-importanza tal-missjoni tal-Kumitati tal-Livell 3 għal konverġenza tas-sorveljanza fil-livell ta’ l-UE, iżda mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tas-sorveljanza, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jesprimu dak li jistennew politikament rigward riżultati ewlenin li jridu jagħtu l-Kumitati f’perjodu standard għall-ġejjieni (eż. sentejn). Għandhom jingħataw ukoll il-fakultà li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-Kumitati tal-Livell 3, b’mod regolari.

Dan jista’ jintlaħaq permezz ta’ proċedura ta’ żewġ stadji.

L-ewwelnett , abbażi ta’ test tal-Kummissjoni – u wara konsultazzjoni primarja mal-Kumitati tal-Livell 3 – il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-ECOFIN jistgħu jadottaw flimkien stqarrija politika qasira li tindika l-kisbiet ewlenin mistennija mill-Kumitati tal-Livell 3 għall-perjodu li ġej.

It-tieni , matul dak il-perjodu u fi tmiemu, il-Kumitati tal-Livell 3 għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, dwar il-kisbiet tagħhom, jew, skond il-każ, ir-raġunijiet li minħabba fihom ma ntlaħqux l-għanijiet stipulati. Fil-każ ta' l-aħħar, ikunu mistennija li jagħtu spjegazzjonijiet dettaljati, inkluż l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe sorveljant diżubbidjent . Jekk ma jkunx possibbli li jsir progress fuq inizjattiva partikolari identifikati fil-mandat fil-Livell 3, bħala miżura prattika, hemm tliet possibiltajiet: i) jibqa’ kollox kif inhu, mingħajr xi żvilupp ieħor; ii) il-miżura tittella’ għal miżura tal-komitoloġija tal-Kummissjoni. Dan jassumi li taqa’ taħt l-iskop ta’ poteri delegati ; iii) jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet għal (ii) u jekk il-materja hija importanti biżżejjed, tiġi kkunsidrata emenda tal-Livell 1.

Din l-istrateġija globali għandha żżid pressjoni politika fuq il-Kumitati tal-Livell 3 biex jirrendu riżultati u jsaħħu l-poteri tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Livell 3. Dan għandu jtejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza tal-proċess Lamfalussy u jsaħħaħ il-pressjoni reċiproka bejn il-membri tal-Kumitati. L-Istat Membru li għandu regolatur jew sorveljant f’minoranza, jista’ jintalab spjegazzjoni addizzjonali.

Fil-livell nazzjonali, din għandha tkun supplimentata bl-inklużjoni fl-istatuti kostituttivi ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, tar-rekwiżit għall-kooperazzjoni ma’ sorveljanti oħra biex titjieb il-konverġenza Ewropea fis-sorveljanza. Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazjoni ta’ l-IIMG illi " ħidma ċara li tappoġġa l-proċess ta’ konvergenza Ewropea għandha tiżdied mad-dikjarazzjoni tal-missjoni ta’ l-awtoritajiet sorveljanti rilevanti”. Din diġà ġiet approvata mill-Kunsill ta’ l-ECOFIN f’Ottubru fejn l-Istati Membri kienu mistiedna biex jiddeċiedu jekk jinkludux dimensjoni ta’ l-UE fil-mandati nazzjonali ta’ l-awtorijatiet sorveljanti u biex jikkunsidraw it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha qabel tmiem l-2007.

4.2.2. Jissaħħaħ l-istatus ġuridiku tal-Kumitati tal-Livell 3

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jwaqqfu l-Kumitati tal-Livell 3 ma jirriflettux biżżejjed l-importanza tagħhom f’suq finanzjarju Ewropew li qed isir dejjem iżjed integrat. Il-missjonijiet ta’ kull Kumitat ivarjaw ftit minn deċiżjoni għall-oħra, biex jirriflettu tħassib u ftehimiet politiċi li nbidlu maż-żminijiet. Huwa loġiku li t-tlieta jridu jkunu kollha konsistenti.

B’mod ġenerali, hemm tliet tipi ta’ funzjonijiet li l-Kumitati huma mistennija li jagħmlu. Madankollu, il-ħidma ta’ għotja ta’ pariri biss hija stabbilita tajjeb fit-tliet deċiżjonijiet kollha. B’kuntrast, il-kontribuzzjoni tagħhom għal implimentazzjoni konsistenti u r-rwol tagħhom biex jikkontribwixxu għal konverġenza fil-prassi ta' sorveljanza jissemmew biss fil-każ tas-CEBS u s-CEIOPS. Ir-rekwiżit għal-Kumitati tal-Livell 3 biex itejbu l-kooperazzjoni fis-sorveljanza jissemma biss fil-każ tas-CEBS.

Dan jippreżenta xi żvantaġġi. Pereżempju, minħabba n-nuqqas ta' referenza għal konverġenza u kooperazzjoni tas-sorveljanza fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi s-CESR, ir-rwol tiegħu ma jistax jissemma fid-direttivi tal-Livell 1.

Il-Kummissjoni ser tikkunsidra x’tibdiliet għandhom ikunu xierqa biex jiġi mmodifikat il-qafas legali attwali. L-għażliet jinkludu (i) modifika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkostitwixxu t-tliet Kumitati tal-Livell 3 biex il-funzjonijiet tagħhom jiġu allinjati għal raġunijiet ta' konverġenza u konsistenza intersettorjali; u (ii) modifika tad-direttivi rilevanti tal-Livell 1 biex jissaħħu b’mod sinifikanti r-rekwiżiti tal-kooperazzjoni u l-kompetenzi sorveljanti tat-tliet Kumitati tal-Livell 3. L-ewwel pass ittieħed bil-proposta għad-direttiva tas- Solvency II li tirreferi espliċitament għas-CEIOPS fid-dispożizzjonijiet operattivi tagħha biex tikkonferixxi ħidmiet ta’ medjazzjoni u poter wieħed speċifiku għat-teħid ta’ deċiżjoni[8]. Il-Kummissjoni ser tikkunsidra kif dan l-approċċ jista' jkun applikat ukoll għas- u s-.

4.3. Tinbena fiduċja reċiproka biex tiżgura implementazzjoni aħjar – ostakoli prattiċi fil-livelli Ewropej u nazzjonali

4.3.1. Proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-Kumitati tal-Livell 3

Bħala regola ġenerali, l-istatuti adottati mill-Kumitati tal-Livell 3 jipprovdu għal deċiżjonijiet li jridu jittieħdu b’konsensus. Dan japplika għal-adozzjoni ta’ standards/linji gwida kif ukoll ta’ deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti operattivi. L-unika eċċezzjoni għat-teħid ta’ deċiżjoni bbażat fuq konsensus tirrigwarda l-għoti ta’ parir tekniku lill-Kummissjoni fejn deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Sa llum il-Kumitati tal-Livell 3 pproċedew ġeneralment abbażi ta’ konsensus u qatt ma użaw il-possibbiltà ta’ votazzjoni ta’ maġġoranza kwalifikata.

Deċiżjonijiet meħuda fuq konsensus ikollhom saħħa konsiderevoli. Madankollu dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jwasslu għal soluzzjonijiet tat-tip l-iżgħar denominatur komuni jew, l-agħar, bla ebda soluzzjoni. Meta l-Kumitati ma waslux għal soluzzjoni b’konsensus, irrikorrew lejn il-Kummissjoni biex isibu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet li xi drabi jkunu tekniċi ħafna, pereżempju, xi kwistjonijiet relatati ma’ l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-aħjar eżekuzzjoni tal-MiFID, arranġamenti ta’ sorveljanza ta’ fergħat jew rappurtar ta’ tranżazzjonijiet.

Jeħtieġ li l-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-Kumitati tal-Livell 3 jsiru dejjem iżjed effiċjenti u effettivi. Jistgħu jintroduċi fl-istatuti tagħhom vot ta’ maġġoranza kkwalifikata għal kwalunkwe parir lill-Kummissjoni Ewropea u kwalunkwe miżura biex titrawwem il-konverġenza ta’ prassi Ewropea ta’ sorveljanza. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jaqblu dwar dikjarazzjoni konġunta li fuqha l-Kumitati tal-Livell 3 jemendaw il-proċeduri tagħhom ta’ teħid ta’ deċiżjoni f’dan is-sens. Alternattivament, jekk dan mhux possibbli, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tal-Livell 3 jistgħu jinbidlu f'dan is-sens.

Il-Kummissjoni tqis li jkun ukoll utli għall-Kumitati tal-Livell 3 li jilħqu "ftehim" fost il-membri tagħhom li l-membri f'minoranza għandhom jaqblu li japplikaw ir-rieda tal-maġġoranza. Impenn bħal dan jista’ jinkludi klawżola ta’ salvagwardja li biha l-membri tal-Livell 3 jistgħu jitħallew li ma jaqblux li jiġu applikati standards mhux obbligatorji/gwida f'ċerti ċirkustanzi definiti b'mod ċar bħal, eżempju jekk il-miżura proposta tmurx lil hinn mill-ambitu ta’ kompetenzi nazzjonali legali. F’każijiet bħal dawn, il-membru tal-Kumitat jista’ jkun obbligat jipprovdi r-raġunijiet legali tiegħu għal nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni jew gwida kkonċernata. U spjegazzjoni ċara mill-membri tal-Kumitat ikkonċernat għandha tingħata fir-rapport tal-Livell 3 lill-istituzzjonijiet Ewropej u ssir disponibbli għall-pubbliku.

Jekk membru tal-Kumitat ma jikkonformax mal-miżura miftehma mill-Kumitat tal-Livell 3, u ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-esklużjoni mill-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni jew (u kif ukoll jirrifjuta li jikkonforma jew jispjega), il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Kumitat tal-Livell 3 biex jagħmel previżjoni fl-istatut tiegħu għal xi forma ta’ passi dixxiplinarji.

4.3.2. Implimentazzjoni f’livell nazzjonali

Id-deċiżjonijiet adottati fil-Livell 3, fi kwalunkwe forma li jistgħu jkunu, ma humiex obbligatorji. Il-Kumitat ta’ l-Għorrief ikkunsidra li, għalkemm mhux obbligatorji, deċiżjonijiet bħal dawn " għandhom b’mod ċar awtorità konsiderevoli”. Madankollu, mhux dejjem ġara hekk. L-esperjenza aktarx uriet li miżuri miftehma fil-Livell 3 ma ġewx applikati b’mod konsistenti biżżejjed fil-prassi sorveljanti ta’ kuljum tas-sorveljanti nazzjonali[9]. Xi drabi dan jissaħħaħ mill-fatt li xi regolaturi joħorġu gwida fuq livell nazzjonali li ma taqbilx mal-gwida miftehma mill-Kumitati tal-Livell 3. Din l-inflazzjoni ta’ gwida huwa sors ta’ konfużjoni għal operaturi tas-suq; teffettwa l-integrazzjoni tas-swieq u tipperikola l-applikazzjoni effiċjenti tal-liġi Komunitarja. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma, li f’dawk l-oqsma fejn inħarġet gwida tal-Livell 3, ir-regolaturi nazzjonali għandhom joqgħodu lura milli jadottaw kwalunkwe miżura addizzjonali.

Għalkemm mhux prattiku politikament li l-Kumitati tal-Livell 3 jingħatawlhom xi poteri regolatorji indipendenti, il-kwistjoni vera hija kif tkun żgurata l-konformità tar-regolaturi u tas-sorveljanti ta’ l-Istati Membri mal-miżuri tal-Livell 3 abbażi ta’ strumenti mhux obbligatorji. L-Istati Membri għandhom jitolbu lis-sorveljaturi/regolaturi tagħhom biex jaqblu ma’ l-applikazzjoni sħiħa ta’ l-istandards u linji gwida komuni tal-Livell 3 u jiddikjaraw dan f’dikjarazzjoni ta’ l-ECOFIN.

4.3.2.1. Poteri ta’ sorveljaturi nazzjonali u sanzjonijiet

Xi leġiżlazzjoni dwar servizzi finanzjarji fiha lista ta’ poteri minimi li għandu jkollhom is-sorveljaturi. Dan huwa l-każ, b’mod notevoli, fis-settur tat-titoli. Id-direttiva bankarja fiha lista ta’ poteri wisgħin speċifiċi għal sorveljaturi. B’mod partikolari fis-settur tat-titoli, ir-regolaturi nazzjonali ma jeħtiġux li jkollhom poteri sorveljanti identiċi biex jimplimetaw direttivi ta' l-UE kif ukoll standards/linji gwida tal-Livell 3. Iżda għandu jkollhom il-poteri u l-għodod minimi meħtieġa u suffiċjenti (inkluż sanzjonijiet) biex jilħqu l-obbligi tagħhom. Dan huwa essenzjali għal funzjoni effiċjenti tar-relazzjoni lokali/ospitanti.

Il-Kummissjoni u t-tliet Kumitati tal-Livell 3 qed janalizzaw sakemm qed tintlaħaq konverġenza suffiċjenti fir-regoli, poteri u prassi bejn l-Istati Membri. Ir-riżultati bikrija jindikaw differenzi sinifikanti fil-poteri legali nazzjonali, kif ukoll fil-metodi ta’ kif jiġu applikati fil-prattika. B’mod partikolari, hemm nuqqas kbir ta’ qbil fl-ambitu ta’ poteri u penali ta’ sanzjonijiet. Pereżempju, l-eżerċizzju utli ħafna ta’ stħarriġ dwar il-poteri tas-sorveljanti skond id-Direttivi dwar il-Prospett u l-Abbuż tas-Swieq (titlu mhux uffiċjali) li sar min Bord ta’ Reviżjoni tal-CESR f’Ġunju ta’ l-2007, żvela li jeżistu differenzi enormi bejn Stati Membri f’dan il-qasam.

Biex tindirizza din il-kwistjoni, il-Kummissjoni ser tibda stħarriġ trans-settorjali fuq skala wiesgħa dwar poteri sorveljanti u sistemi ta’ sanzjonijiet fis-setturi bankarji, tat-titoli, u ta' l-assigurazzjoni biex tidentifika fejn poteri differenti jistgħu jnaqqsu l-kooperazzjoni bejn regolaturi. Flimkien ma’ dan, il-Kummissjoni ser tikkunsidra l-ħtieġa li jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar poteri minimi ta’ sorveljanza fil-leġiżlazzjoni tal-Livell 1. Tenħtieġ konverġenza wisq akbar rigward sanzjonijiet, kif ukoll dibattitu politiku dwar jekk, b’mod ġenerali, sistemi ta’ sanzjonijiet Ewropej humiex dgħajfa wisq.

4.3.2.2. Indipendenza operattiva ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza

Sistema effettiva ta’ sorveljanza Ewropea timplika responsabbiltajiet u għanijiet ċari għal awtoritajiet ta’ sorveljanza, u rekwiżiti biex iwettqu l-ħidmiet tagħhom b’manjiera trasparenti, indipendenti u responsabbli.

Hemm erba’ dimensjonijiet ewlenin għall-indipendenza operattiva: istituzzjonali, regolatorja, sorveljanti u baġitarja. L-ewwelnet, is-sorveljaturi għandhom ikunu indipendenti minn awtoritajiet politiċi kif ukoll minn indħil kummerċjali fl-eżerċizzju tal-poteri u l-funzjonijiet tagħhom. It-tieni, is-sorveljaturi għandu jkollhom awtonomija suffiċjenti biex jistipulaw regoli prudenzjali tekniċi. It-tielet, is-sorveljaturi għanhom ikunu jistgħu jeżerċitaw il-ġudizzji u l-poteri tagħhom b’mod indipendenti u mhux diskriminatorju, rigward azzjonijiet ta’ liċenzjar, spezzjonijiet, sanzjonijiet u infurzar. Fl-aħħarnett, is-sorveljaturi għandu jkollhom flessibbiltà suffiċjenti biex jiddeterminaw il-ħtiġijiet baġitarji tagħhom.

Għalkemm l-indipendenza u r-responsabbiltà tas-sorveljaturi qegħdin isiru aktar importanti, dawn l-iżviluppi huma mittiefsa minn evidenza li l-politiki f’xi partijiet ta’ l-UE xi kull tant ma jagħtux indipendenza operattiva sħiħa u suffiċjenti lil awtoritajiet ta' sorveljanza.

Din is-sitwazzjoni tista’ tkun inkwetanti. Il-Kummissjoni ser tkabbar il-kuxjenza ta’ l-Istati Membri dwar is-sitwazzjoni fl-UE u tħeġġiġhom biex jadottaw dawn il-prinċipji bażiċi biex jiżguraw l-indipendenza operattiva tas-sorveljaturi nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni ser tkejjel il-progress li nkiseb fl-indipendenza operattiva u mhix se toqgħod lura milli tipproponi azzjoni xierqa jekk ma jintlaħaqx progress sinifikanti fiż-żmien qarib.

4.3.2.3. Kooperazzjoni bejn regolaturi lokali u ospitanti

Id-delegazzjoni ta’ ħidmiet u responsabbiltajiet hija għodda importanti biex il-funzjonijiet ta’ sorveljanza transkonfinali u l-kooperazzjoni bejn sorveljaturi ta’ l-UE jilħqu l-aqwa tagħhom. Kif indika l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC), id-delegazzjoni tista’ tkun inċentiv għall-pajjiżi ospitanti biex jiffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni, li jista’ jiġi implimentat f’każ ta’ kriżi finanzjarja potenzjali.

Delegazzjoni transkonfinali tirrekjedi dispożizzjonijiet legali sabiex tiffunzjona. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali espliċiti biex jippermettu lil sorveljaturi li jiddelegaw ħidmiet lil sorveljatur ta’ Stat Membru ieħor, kif previst fis-CRD (l-Artikolu 131) u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar il-Prospett (2003/71/KE).

Il-kooperazzjoni bejn regolaturi lokali u ospitanti għandha tkompli tittejjeb fis-sorveljanza ta’ gruppi attivi fuq bażi transkonfinali. Ħidma ta’ din ix-xorta ilha għaddejja fis-sorveljanza bankarja mill-1992 u bħalissa għadejja fir-rigward ta’ fergħat fil-kuntest tal-MiFID. Biex jikkumplimentaw leġiżlazzjoni eżistenti, il-Kumitati tal-Livell 3 għandu jkollhom rwol ewlieni biex irawmu kunfidenza reċiproka u jiżguraw ambjent ekwu. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ l-iżvilupp ta’ memoranda ta’ ftehim bejn sorveljaturi u/jew l-iżvilupp ta’ mudelli komuni għal memoranda bħal dawn, b’iffokar fuq l-applikazzjoni prattika ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ testi tal-Livell 1 u l-Livell 2. Fil-qasam bankarju, il-Kummissjoni qed tikkunsidra aġġustamenti fil-bilanċ lokali-ospitanti fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali. F’Ottubru 2007, il-Kunsill ta’ l-ECOFIN stieden lill-Kummissjoni biex teżamina titjib li jista’ jsir biex jiġu ċċarati n-natura u l-limitu ta’ obbligi legali għal awtoritajiet ta’ sorveljanza, biex isir skambju ta’ informazzjoni u biex tikkoopera, u f’dan il-kuntest: iżżid id-drittijiet ta’ informazzjoni u l-involviment ta’ pajjiżi ospitanti, tiċċara r-rwol tas-sorveljaturi konsolidanti u tiffaċilita l-involviment f’waqtu ta’ awtoritajiet rilevant f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Il-Kummissjoni ser teżamina r-rapport ta’ l-EFC sa tmiem l-2007 u tirraporta lura jekk hemmx bżonn ta’ bidliet leġiżlattivi. Dan ser jinkludi wkoll it-tisħiħ tar-rekwiżit legali għal kollaborazzjoni fis-sorveljanza u tqassim ta’ informazzjoni.

It-tisħiħ tar-rwol u l-poteri ta' sorveljatur 'mexxej' għal istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali[10] jista' jġib ukoll effiċjenzi importanti fis-sistema sorveljanti attwali. Diġa ttieħdu l-ewwel passi fis-CRD għal banek transkonfinali. Il-Kummissjoni trid tiżgura li r-rwol u l-poteri ta’ sorveljaturi 'mexxejja’ jsegwu żviluppi fis-suq u jkunu aġġornati u msaħħa, fejn xieraq. Il-Kummissjoni għalhekk biħsiebha tagħmel proposti leġiżlattivi biex issaħħaħ il-poteri ta’ sorveljatur ‘mexxej’ għal gruppi bankarji transkonfinali f’Ottubru 2008. Dawn l-aġġustamenti ser jestendu l-poteri attwali biex jinkludi deċiżjonijiet tal-‘Pilastru 2’ u ħtiġijiet ta’ rrapurtar għal gruppi traskonfinali ta’ banek u kumpaniji ta’ investiment. It-titjib fir-rwol ta’ sorveljatur ‘mexxej’ ta’ grupp finanzjarju transkonfinali huwa marbut b’mod qawwi mal-funzjoni tajba ta’ ‘kulleġġ’ magħmul mis-sorveljaturi kollha ta’ dak il-grupp tal-pajjiżi ospitanti rilevanti.

4.4. Kulleġġ ta’ sorveljaturi

Is-sorveljanza ta’ gruppi transkonfinali u l-konverġenza ta’ sistemi sorveljanti fl-UE għandha titjib b’mod sinifikanti bl-eżistenza ta’ Kulleġġi ta’ sorveljaturi biex jiffaċilitaw kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ sorveljanza involuti biex jissorveljaw kumpaniji transkonfinali speċifiċi. L-esperjenza fil-qasam bankarju diġà hija pożittiva; u l-kunċett qed jibda jintuża fis-settur ta’ l-assigurazzjoni. Il-Kulleġġi jipprovdu bażi soda biex isolvu l-problemi attwali bejn kompetenzi lokali/ospitanti. Bl-iżvilupp ta’ xi politiki komuni dwar valutazzjoni ta’ riskju u fl-istess waqt tqassim ta’ dejta rilevanti dwar il-grupp finanzjarju kkonċernat, dawn jistgħu jservu bħala forum biex isolvu l-ewwel sinjali ta' stress potenzjali f'istituzzjoni speċifika u b'hekk tittejjeb il-ġestjoni ta' kriżi kif issuġerit mill-EFC. Il-Kulleġġi ta’ sorveljaturi jistgħu jħeġġu wkoll użu aktar ta’ spiss ta’ delegazzjoni ta’ ħidmiet u responsabbiltajiet.

Funzjonament ottimu ta’ Kulleġġi ta’ sorveljaturi jeħtieġ rinfurzar legali b’Direttivi ta’ l-UE u għadd ta’ aġġustamenti fl-approċċ attwali. Jenħtieġu proċeduri interni ċari ta’ teħid ta’ deċiżjoni għal każijiet fejn ma jintlaħaqx ftehim. Għandu jkun żgurat ukoll rekwiżit għal parteċipanti kollha biex jikkkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ. Il-Kumitati tal-Livell 3 għandhom jiżviluppaw serje ta' standards komuni għall-operat tal-Kulleġġi, ir-responsabbiltajiet tas-sorveljatur 'mexxej’ tagħhom u sorveljaturi assoċjati ‘ospitanti’.

4.5. Kooperazzjoni trans-settorjali

Kooperazzjoni trans-settorjali bejn il-Kumitati tal-Livell 3 hija bbażata fuq Protokoll Konġunt dwar kooperazzjoni ffirmat bejn is-f’Novembru 2005. Il-kooperazzjoni hija pprovduta biss f’każijiet fejn il-valur miżjud huwa mistenni minn azzjoni konġunta, i.e. fejn i) hemm riskju għoli ta' arbitraġġ regolatorju li jikkawża tfixkil kbir, ii) kooperazzjoni trans-settorjali tista' ġġib gwadanni ovvji fil-kondotta effettiva ta' attivitajiet ta' sorveljanza u iii) kooperazzjoni bejn il-Kumitati tal-Livell 3 tista' ġġib profitti vera ta' effiċjenza. Il-Kumitati tal-Livell 3 qablu dwar programmi annwali ta' ħidma konġunta mill-2006.

Waħda mill-prijoritajiet tal-programmi annwali ta’ ħidma konġunta sa mill-2006 kienet konglomerati finanzjarji. Fl-2006, il-Kumitati tal-Livell 3 waqqfu Kumitat Interim ta’ Ħidma dwar Konglomerati Finanzjarji (IWCFC). L-IWCFC issa qiegħed jiffunzjona tajjeb. Qiegħed jagħmel ħidma fuq għadd ta’ mandati. Għadu kmieni wisq biex niddeċiedu jekk hemmx bżonn titjib. Fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni ser tmexxi reviżjoni tal-funzjoni tad-Direttiva dwar il-Konglomerati (2002/87/KE) u bi ħsiebha tindirizza l-istatus tal-IWCFC.

Prijorità oħra għall-Kummissjoni hija l-iżvilupp ta’ standards komuni ta’ rappurtar. Skond il-programm konġunt ta’ ħidma għall-2007, il-Kumitati tal-Livell 3 ser jipproduċu rapport dwar dan is-suġġett u ser janalizzaw il-każ għal aktar azzjoni.

4.6. Ġestjoni tal-kriżijiet

Il-Kumitati kollha tal-Livell 3 għandhom jiżguraw li huma ppreparati li jaġixxu b’mod effiċjenti u kollettiv fil-każ ta’ tfixkil maġġuri tas-suq jew kriżi finanzjarja. Proċeduri rapidi ta’ informazzjoni ta’ kriżi jridu jiġu żgurati sabiex is-sorveljaturi kollha ta’ l-UE jiġu infurmati bi żviluppi.

4.7. Riżorsi u baġit

Il-Kumitati tal-Livell 3 huma ffinanzjati mill-membri tagħhom, li jikkontribwixxu kull sena għal baġits tal-Kumitati skond ir-regola interna ta’ proċedura li tiddefinixxi l-mod li l-kontribuzzjonijiet u l-modalitajiet għall-ħlas jiġu kkalkolati. Madankollu, il-Kumitati tal-Livell 3 qegħdin taħt pressjoni dejjem tikber biex jiffinanzjaw proġetti li jitnisslu minn obbligi legali li joħorġu mill-qafas regolatorju ta’ l-UE. Eżempju huwa l-iffinanzjar tat-tmexxija ta’ kuljum tal-mekkaniżmu ta’ l-iskambju ta’ rapporti ta’ tranżazzjonijiet li qed twaqqaf is-CESR skond id-Direttiva tal-MiFID.

Bżonn iehor huwa li tinħoloq kultura komuni ta’ sorveljanza finanzjarja fl-oqsma kollha ta’ superviżjoni. Idea prattika hija li l-Kumitati tal-Livell 3 jiżviluppaw kapaċità ta' taħriġ komuni, trans-settorjali u pan-Ewropea. Tali pjattaforma għandha tippermetti li persunal minn awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jtejjeb l-għarfien tiegħu dwar proċessi regolatorji ta’ l-UE, jaqsam esperjenzi prattiċi fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tiegħu ta’ kuljum u jiżviluppa prassi komuni.

Waqt li jrawmu kultura komuni ta’ sorveljanza fl-UE, il-programmi komuni ta’ taħriġ jistgħu jiġu estiżi gradwalment biex jinvolvu uffiċjali minn pajjiżi terżi li qegħdin fil-proċess li jwaqqfu s-sistemi regolatorji tagħhom. Il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta’ taħriġ għandha tkun immirata li tqajjem kuxjenza u ttejjeb l-għarfien tagħhom tas-sistema regolatorja ta’ l-UE u għalhekk jgħinu biex jippromwovu l-istrateġija regolatorja ta’ l-UE bħala l-aqwa prassi internazzjonali biex jinbena netwerk sostenibbli bejn regolaturi globali.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li xi assistenza finanzjarja tista’ tkun adattata biex tinkoraġġixxi konverġenza Ewropea fis-sorveljanza, sakemm tilħaq id-dispożizzjonijiet regolatorji u baġitarji eżistenti fl-UE. Il-Kummissjoni qiegħda teżamina modalitajiet possibbli ta’ ħlasijiet biex jiffinanzjaw proġetti speċifiċi li joħorġu minn obbligi legali skond direttivi eżistenti u ta' skemi trans-settorjali ta' taħriġ għal sorveljaturi ta’ l-UE fl-ewwel istanza u sussegwentament ta’ sorveljaturi mhux mill-UE. Il-Kummissjoni ser teżamina l-intenzjonijiet tal-Kumitati tal-Livell 3 u, jekk dawn jistgħu jintlaħqu skond restrizzjonijiet regolatorji u baġitarji eżistenti, ser toħroġ bi proposta konkreta sa l-2008.

5. KONKLUżJONIJIET

It-taqlib riċenti fis-swieq finanzjarji wera biċ-ċar l-interkonnettività u l-globalizzazzjoni li qed jikbru tas-swieq finanzjarji. Minkejja li r-riskji tferrxu sewwa, l-industrija finanzjarja Ewropea ġiet effettwata. B’xorti tajba, sa llum għad ma kien hemmx konsegwenzi transkonfinali maġġuri sistematiċi. Din l-esperjenza riċenti tkompli tenfasizza l-ħtieġa li tiġi adottata strateġija globali konverġenti għal regolamentazzjoni u sorveljanza, b’regoli prudenzjali sodi u approċċ konsistenti għas-sorveljanza. Il-Kumitati tal-Livell 3 u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom rwol ewlieni f’dan ir-rigward. Fost il-kwistjonijiet li l-Kummissjoni ser taħdem fuqhom matul l-2008, flimkien ma’ atturi oħra fil-livell ta’ l-UE u dak internazzjonali, li huma rilevanti għal din il-Komunikazzjoni, ser ikun hemm il-konverġenza ta’ sorveljanza fis-settur finanzjarju, u b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġi eżaminat kif tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn sorveljaturi.

Għalhekk il-Kummissjoni ssejjaħ il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitati tal-Livelli 2 u 3 biex japprovaw bħala prijorità l-inizjattivi msemmija f’din il-Komunikazzjoni, bl-iskop li tintlaħaq konverġenza akbar ta’ prassi ta’ sorveljanza fl-UE. Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel monitoraġġ fuq bażi kontinwu ta' l-implimentazzjoni ta' dawn l-inizjattivi, u ta’ l-operat globali tal-qafas Lamfalussy, biex jiġi żgurat li jibqa' adattat kompletament għal żviluppi fis-suq u jservi l-għan tiegħu.

[pic]

ANNEX II: Achievements

Securities

Level 1 "framework" legislation

- Directive of the European Parliament and of the Council of 21 April 2004 on markets in financial instruments amending Council Directives 85/611/EEC and 93/6/EEC and Directive 2000/12/EC of the European Parliament and of the Council and repealing Council Directive 93/22/EEC (2004/39/EC)

- Directive of the European Parliament and of the Council of 28 January 2003 on insider dealing and market manipulation (market abuse) (2003/6/EC)

- Directive of the European Parliament and of the Council of 4 November 2003 on the prospectus to be published when securities are offered to the public or admitted to trading and amending Directive 2001/34/EC (2003/71/EC)

- Directive of the European Parliament and of the Council of 15 December 2004 on the harmonisation of transparency requirements in relation to information about issuers whose securities are admitted to trading on a regulated market and amending Directive 2001/34/EC (2004/109/EC)

Level 2 "implementing" legislation

- Commission Directive of 22 December 2003 implementing Directive 2003/6/EC of the European Parliament and of the Council as regards the definition and public disclosure of inside information and the definition of market manipulation (2003/124/EC)

- Commission Directive of 22 December 2003 implementing Directive 2003/6/EC of the European Parliament and of the Council as regards the fair presentation of investment recommendations and the disclosure of conflicts of interest (2003/125/EC)

- Commission Regulation of 22 December 2003 implementing Directive 2003/6/EC of the European Parliament and of the Council as regards exemptions for buy-back programmes and stabilisation of financial instruments ((EC) No 2273/2003)

- Commission Directive of 29 April 2004 implementing Directive 2003/6/EC of the European Parliament and of the Council as regards accepted market practices, the definition of inside information in relation to derivatives on commodities, the drawing up of lists of insiders, the notification of managers’ transactions and the notification of suspicious transactions (2004/72/EC)

- Commission Regulation of 29 April 2004 implementing Directive 2003/71/EC of the European Parliament and of the Council as regards information contained in prospectuses as well as the format, incorporation by reference and publication of such prospectuses and dissemination of advertisements ((EC) No 809/2004)

- Commission Directive of 8 March 2007 laying down detailed rules for the implementation of certain provisions of Directive 2004/109/EC on the harmonisation of transparency requirements in relation to information about issuers whose securities are admitted to trading on a regulated market (2007/14/EC)

- Commission Directive of 10 August 2006 implementing Directive 2004/39/EC of the European Parliament and of the Council as regards organisational requirements and operating conditions for investment firms and defined terms for the purposes of that Directive (2006/73/EC)

- Commission Regulation of 10 August 2006 implementing Directive 2004/39/EC of the European Parliament and of the Council as regards record-keeping obligations for investment firms, transaction reporting, market transparency, admission of financial instruments to trading, and defined terms for the purposes of that Directive ((EC) No 1287/2006)

Level 3 measures

- Stabilisation and Allotment – European Supervisory Approach; CESR/02-020b (9/4/2002)

- A European Regime of Investor Protection – The Harmonisation of Conduct of Business Rules; CESR/01-014d (9/4/2002)

- A European Regime of Investor Protection – The Professional and Counterparty Regimes; CESR/02-098b) (8/7/2002)

- Standards for Alternative Trading Systems; CESR/02-086b (8/7/2002)

- Standard No. 1 on Financial Information; CESR/03-073 (1/3/2003)

- Recommendation for additional guidance regarding the implementation of International Financial Reporting Standards (IFRS); CESR/03-323e (31/12/2003)

- Standard No. 2 on Financial Information - Co-ordination of enforcement activities; CESR / 03-317c (22/04/2004)

- Standards for securities clearing and settlement systems in the European Union; CESR/04-561 (4/4/2006) (22/10/2004)

- CESR’s guidelines for supervisors regarding the transitional provisions of the amending UCITS Directives (2001/107/EC and 2001/108/EC); CESR/04-434b (3/02/2005)

- CESR’s recommendations for the consistent implementation of the European Commission’s Regulation on Prospectuses nº 809/2004; CESR/05-054b (10/02/2005)

- Market Abuse Directive - Level 3 – first set of CESR guidance and information on the common operation of the Directive; CESR/04-505b (11/05/2005)

- CESR Recommendation on Alternative Performance Measures; CESR/05-178b (03/11/2005)

- CESR’s guidelines to simplify the notification procedure of UCITS; CESR/06-120b (29/06/2006)

- CESR's Level 3 Guidelines and recommendations on Publication and Consolidation of markets data; CESR/07-043 (09/02/2007)

- CESR's Level 3 Recommendations on the List of minimum records under Article 51(3) of the MiFID Implementing Directive; CESR/06-552c (09/02/2007)

- CESR's guidelines concerning eligible assets for investment by UCITS; CESR/07-044 (19/03/2007)

- Guidelines - CESR Level 3 Guidelines on MiFID Transaction reporting; CESR/07-301 (29/05/2007)

- Recommendations - Inducements under MiFID; CESR/07-228b (29/05/2007)

- Q&A on Best Execution; CESR/07-320 (29/05/2007)

- Protocol on MiFID Passport Notifications; CESR/07-317 (29/05/2007)

- Recommendations - The passport under MiFID; CESR/07-337 (29/05/2007)

- Market Abuse Directive - Level 3 – second set of CESR guidance and information on the common operation of the Directive to the market; CESR/06-562b (12/07/2007)

- Guidelines - Level 3 guidelines on the classification of hedge fund indices as financial indice; CESR/07-434 (17/07/2007)

Banking

Level 3 measures

- CEBS Guidelines on prudential filters for regulatory capital (21/12/2004)

- CEBS Guidelines on supervisory disclosure (1/11/2005)

- CEBS Guidelines on financial reporting (recast of 15/12/2006; amendments of 24 July 2007) (16/12/2005

- CEBS Guidelines on common reporting (recast of 16/10/2006) (13/1/2006)

- CEBS Guidelines on the recognition of external credit assessment institutions (20/1/2006)

- CEBS Guidelines on supervisory review process (25/1/2006)

- CEBS Guidelines on supervisory cooperation for cross-border banking and investment firm groups (25/1/2006)

- CEBS Guidelines on validation (04/04/2006)

- CEBS technical guidelines on interest rate risk in the banking book (03/10/2006)

- CEBS Guidelines on outsourcing (14/12/2006)

- CEBS Additional technical guidelines on concentration risk (14/12/2006)

- CEBS Additional Guidelines on stress testing (14/12/2006)

Insurance

Level 3 measures

- CEIOPS Guidelines for Coordination Committees in the Framework of the Insurance Groups Directive; CEIOPS-DOC-02/05 (February 2005)

- CEIOPS Recommendations regarding the Implications of the IAS/IFRS Introduction for the Prudential Supervision of Insurance Undertakings; CEIOPS-DOC-05/05 (September 2005)

- Statement on the Role of the Lead Supervisor; CEIOPS-DOC-07/06 (December 2006)

ANNEX III

MAIN ACTIONS PROPOSED IN THE COMMUNICATION

GENERAL |

Abolition of sunset clauses in financial services legislation | European Parliament, Council | End 2007 |

Publication of study on costs of compliance | Commission | 1st half 2009 |

ADOPTION OF LEGISLATION – LEVELS 1 AND 2 |

Future alignment of transposition deadlines for directives and implementing measures | Commission, European Parliament, Council | Ongoing |

Extension of impact assessment to implementing measures | Commission | Ongoing |

Impact assessments for any substantive amendments in the legislative process and the technical advice by the Level 3 Committees | Council, Level 3 Committees | Ongoing |

Limitation of any regulatory additions ("goldplating) and obligation to justify to the Commission | Member States | Ongoing |

Systematic publication of responses to consultation and summary reports of hearings organised as part of consultations on the internet | Commission, Level 3 Committees | Ongoing |

SUPERVISORY COOPERATION AND CONVERGENCE – LEVEL 3 |

Adoption of political statement indicating the main achievements expected from the Level 3 Committees | Commission, European Parliament, Council | Starting in 2008 |

Regular reporting on the achievement of these objectives | Level 3 Committees | Starting in 2008 |

Inclusion of the requirement to cooperate with other supervisors at European level in the constitutive charters of national supervisors | Member States / Commission | 1st half 2008 |

Reinforcement of the legal status of the Level 3 Committees (possible modification of Commission decisions setting up the three Level 3 Committees / changes in framework Level 1 legislation) | Commission, European Parliament , Council | 2008 |

Extension of the qualified majority voting in decision-making of the Level 3 Committees | Level 3 Committees / Commission | 1st half 2008 |

Political commitment to the full application of Level 3 common standards and guidelines | Level 3 Committees, Member States |

Cross-sectoral survey on supervisory powers and systems of sanctions and assessment of the need to reinforce the provisions on minimum supervisory powers in the framework legislation | Commission | End 2008 |

Political debate on operational independence of national supervisors | Commission / Member States | 1st half 2008 |

Introduction of explicit legal provisions in financial services directives to allow supervisors to delegate tasks to another Member State’s supervisor | European Parliament, Council, Commission | End 2008 |

Legislative proposal to strengthen the powers of the 'lead' supervisor for cross-border banking groups | Commission | October 2008 |

Development of a set for common standards for the operation of the colleges for cross border operations | Level 3 Committees | 1st half 2008 |

Report on the development of common reporting standards | Level 3 Committees | End 2007 |

Decision on possibility and modalities of contributing to the financing of Level 3 Committees | Commission | End 2008 |

[1] Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/527/KE, 2004/5/KE and 2004/6/KE li jistabbilixxu s-CEBS, is-CESR u s-CEIOPS rispettivament.

[2] Ir-Rapport tal-PE għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-UE (A6-0273/2007), il-paragrafi 18 u 19.

[3] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1, il-punt 3.

[4] Ir-Riżoluzzjoni dwar politika ta’ servizzi finanzjarji (2007)0338

[5] Il-Kummissjoni introduċiet dispożizzjoni simili fil-proposta għall-Artikolu 30 tas- Solvency II.

[6] http://ec.europa.eu/internal_market/finances/actionplan/index_en.htm#transposition

[7] http://ec.europa.eu/internal_market/securities/transposition/index_en.htm

[8] Is-CEIOPS hija mitluba tagħmel medjazzjoni bjen sorveljanti jekk ma jkunux jistgħu jaqblu fuq validazzjoni ta’ mudell intern ta’ riskju ta’ impriża ta’ assigurazzjoni; tista’ tieħu deċiżjonijiet obbligatorji biex tidentifika liema awtorità għandha tassumi l-funzjoni u r-responsabbiltajiet tas-‘sorveljant ta’ grupp’ transkonfinali ta’ assigurazzjoni.

[9] Il-grad ta’ konverġenza fis-sorveljanza milħuq mis-CEBS kienet valutata mill-industrija bħala pjuttost mhux sodisfaċenti (Studju Onlajn ta’ Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-CEBS 2006/2007)

[10] Dak li jissejjaħ is-‘sorveljatur li jikkonsolida’ fis-CRD, is-‘sorveljatur li jikkoordina' fid-Direttiva dwar Konglomerati Finanzjarji, u l-‘grupp ta’ sorveljaturi’ fil-proposta tas- Solvency II.