52007DC0678

Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali dwar il-Fond ta’ Koeżjoni (2006) /* KUMM/2007/0678 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.11.2007

KUMM(2007) 678 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA’ KOEŻJONI (2006)

WERREJ

RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA’ KOEŻJONI (2006 ) 3

1. Eżekuzzjoni tal-baġit 3

2. Ambjent ekonomiku u kundizzjonalità 10

3. Koordinazzjoni mal-politika ta’ trasport u ambjent 11

3.1. Trasport 11

3.2. Ambjent 12

4. Spezzjonijiet 13

5. Irregolaritajiet u sospensjoni ta' l-għajnuna 13

6. Valutazzjoni 14

7. Qafas regolatorju ġdid għall-perjodu 2007-2013 15

8. Tagħrif u pubbliċità 16

RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA’ KOEŻJONI (2006)

Dan ir-rapport huwa ppreżentat b’konformità ma’ l-Artikolu 14.1 tar-Regolament (KE) Nru 1164/1994 li jistabblixxi Fond ta' Koeżjoni. Dan ikopri l-attivitajiet tal-Fond ta’ Koeżjoni matul l-2006.

1. Eżekuzzjoni tal-baġit

Ir-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni disponibbli għal impenji fl-2006 ammontaw għal€ 6 032 082 110 (prezzijiet attwali) għal 13-il Stat Membru benefiċjarju. Dan l-ammont jinkludi krediti ta’ għajnuna teknika (€ 8 100 000). Ta' min isemmi li mill-1 ta' Jannar 2004 l-Irlanda, b'riżultat ta' tkabbir ekonomiku, ma baqgħetx eliġibbli taħt il-Fond ta' Koeżjoni. Fl-1 ta’ Jannar 2007 ir-Rumanija u l-Bulgarija ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea u minn dakinhar saru eliġibbli taħt il-Fond ta’ Koeżjoni (iżda mhumiex koperti minn dan ir-rapport għas-sena 2006).

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn intużaw kollha u l-ebda approprjazzjoni ma ġiet trasferita għall-2007.

Tabella 1. Implimentazzjoni ta’ l-impenji fl-2006 (f’Euro)

Approprjazzjonijiet trasferiti mill-2005 | - | - | - | - | - | - |

Approprjazzjonijiet li reġgħu saru disponibbli | - | - | - | - | - | - |

Pagamenti mill-ġdid | - | - | - | - | - | - |

Approprjazzjonijiet trasferiti mill-2005 | - | - | - | - | - | - |

Approprjazzjonijiet li reġgħu saru disponibbli | 60 776 | - | - | - | - | 60 776 |

Pagamenti mill-ġdid | - | - | - | - | - | - |

Il-Greċja | 191 616 437 | 38.8 % | 298 556 462 | 60.4 % | 4 026 467 | 494 199 366 | 8.4 % |

Il-Portugall | 273 923 751 | 55.4 % | 218 291 973 | 44.2 % | 1 983 642 | 494 199 366 | 8.2 % |

Ċipru | 15 599 762 | 75.5 % | 5 058 456 | 24.5 % | - | 20 658 218 | 0.3 % |

Ir-Repubblika Ċeka | 169 425 877 | 46.6 % | 192 728 948 | 53.0 % | 1 343 504 | 363 498 329 | 6.0 % |

L-Estonja | 51 641 255 | 45.3 % | 59 936 657 | 52.5 % | 2 505 460 | 114 083 372 | 1.9 % |

L-Ungerija | 210 331 313 | 49.3 % | 209 390 382 | 49.1 % | 6 910 457 | 426 632 152 | 7.1 % |

Il-Latvja | 84 648 355 | 50.3 % | 75 472 277 | 44.9 % | 8 112 593 | 168 233 225 | 2.8% |

Il-Litwanja | 121 403 548 | 53.7 % | 99 888 363 | 44.2 % | 4 807 152 | 226 099 063 | 3.7 % |

Malta | 4 305 250 | 51.0 % | 4 075 480 | 48.3 % | 65 171 | 8 445 901 | 0.1 % |

Il-Polonja | 751 359 517 | 46.9 % | 828 944 996 | 51.7 % | 21 905 810 | 1 602 210 323 | 26.5 % |

Is-Slovakkja | 79 712 721 | 36.4 % | 138 255 724 | 63.2 % | 826 055 | 218 794 500 | 3.6 % |

Is-Slovenja | 27 925 173 | 38.6 % | 44 270 658 | 61.2 % | 165 000 | 72 360 831 | 1.2 % |

Tabella 4. Approprjazzjonijiet ta’ ħlas 2006 (f’Euro) – inkluża għajnuna teknika

Iċ-ċifri għall-Istati Membri l-ġodda jirreferu biss għal pagamenti ta' proġetti adottati taħt il-Fond ta' Koeżjoni sa mill-1 ta' Mejju 2004 (jiġifieri ma tqisitx l-għajnuna ta' qabel is-sħubija għal proġetti ISPA). Tabella Nru 5 turi l-ħlasijiet li saru fl-2006 fir-rigward ta’ proġetti ISPA adottati qabel is-sħubija.

Stat Membru | Ambjent | Trasport | Għajnuna Teknika | TOTAL |

Il-Greċja | 194 069 922 | 40.2 % | 289 132 091 | 59.8 % | - | 483 202 013 | 17.7 % |

L-Irlanda | 27 991 936 | 70.8 % | 11 521 393 | 29.2 % | - | 39 513 329 | 1.4 % |

Il-Portugall | 148 750 484 | 73.1 % | 53 874 121 | 26.5 % | 899 853 | 203 524 458 | 7.5 % |

Ċipru | - | 0.0 % | 6 001 512 | 100.0 % | - | 6 001 512 | 0.2 % |

Ir-Repubblika Ċeka | 32 982 124 | 26.2 % | 92 544 105 | 73.6 % | 278 460 | 125 804 689 | 4.6 % |

L-Estonja | 6 769 474 | 17.0 % | 32 972 870 | 82.9 % | 23 322 | 39 765 666 | 1.5 % |

L-Ungerija | 82 157 579 | 70.9 % | 33 767 249 | 29.1 % | - | 115 924 828 | 4.2 % |

Il-Latvja | 14 060 182 | 23.4 % | 42 930 570 | 71.5 % | 3 075 450 | 60 066 202 | 2.2 % |

Il-Litwanja | 17 587 842 | 36.0 % | 31 243 260 | 64.0 % | - | 48 831 102 | 1.8 % |

Malta | - | 0.0 % | 2 591 637 | 100.0 % | - | 2 591 637 | 0.1 % |

Il-Polonja | 15 601 766 | 6.1 % | 239 697 120 | 93.7 % | 589 292 | 255 888 178 | 9.4 % |

Is-Slovakkja | 18 811 566 | 58.7 % | 13 218 768 | 41.3 % | - | 32 030 334 | 1.2 % |

Is-Slovenja | 7 502 018 | 24.1 % | 23 651 860 | 75.9 % | - | 31 153 878 | 1.1 % |

Mhux speċifikata | - | 0.0 % | - | 0.0 % | 965 686 | 965 686 | 0.0 % |

Tabella 5. Stati Membri Ġodda - Ħlasijiet li saru fl-2006 lil proġetti ISPA ta’ qabel

Stat Membru | Ambjent | Trasport | Għajnuna Teknika | TOTAL |

L-Estonja | 17 872 983 | 55.6 % | 13 213 810 | 41.1 % | 1 036 078 | 32 122 871 | 4.7 % |

L-Ungerija | 42 045 203 | 54.0 % | 34 943 145 | 44.9 % | 856 649 | 77 844 997 | 11.4 % |

Il-Latvja | 12 195 774 | 24.8 % | 33 083 549 | 67.3 % | 3 890 083 | 49 169 406 | 7.2 % |

Il-Litwanja | 21 227 151 | 55.0 % | 15 421 582 | 39.9 % | 1 955 102 | 38 603 835 | 5.7 % |

Il-Polonja | 136 381 574 | 51.4 % | 126 946 209 | 47.9 % | 1 872 421 | 265 200 204 | 38.9 % |

Is-Slovakkja | 33 197 820 | 43.6 % | 40 809 790 | 53.6 % | 2 120 189 | 76 127 799 | 11.2 % |

Is-Slovenja | 5 176 729 | 73.4 % | 1 875 000 | 26.6 % | 0 | 7 051 729 | 1.0 % |

Il-Greċja | 3 307 420 974 | 435 532 521 | 467 400 382 | 335 157 938 | 529 459 151 | 535 843 689 | 438 083 755 | 494 199 366 | 3 235 676 802 |

Il-Greċja | 2 815 806 760 | 1 236 273 691 | 1 579 533 069 |

L-Irlanda | 575 411 134 | 517 830 136 | 57 580 998 |

Il-Portugall | 3 128 862 926 | 1 467 756 462 | 1 661 106 465 |

Spanja | 11 773 161 809 | 7 383 381 713 | 4 389 780 096 |

TOTAL UE-4 | 18.293.242.629 | 10.605.242.001 | 7.688.000.628 |

Ċipru | 54 014 695 | 11 059 968 | 42 954 727 |

Ir-Repubblika Ċeka | 748 976 735 | 141 131 405 | 607 845 330 |

L-Estonja | 242 449 651 | 39 765 666 | 202 683 985 |

L-Ungerija | 812 924 360 | 185 512 701 | 627 411 659 |

Il-Latvja | 376 863 199 | 79 841 253 | 297 021 946 |

Il-Litwanja | 517 642 688 | 97 697 349 | 419 945 339 |

Malta | 21 966 289 | 2 591 637 | 19 374 652 |

Il-Polonja | 3 191 270 327 | 255 730 261 | 2 935 540 066 |

Is-Slovakkja | 264 254 882 | 32030 334 | 232 224 548 |

Is-Slovenja | 172 654 702 | 39 651 472 | 133 003 230 |

TOTAL UE-10 | 6 403 017 528 | 885 012 045 | 5 518 005 483 |

TOTAL | 24 696 260 157 | 11 490 254 046 | 13 206 006 111 |

.

.

Tabella 7.2. Ammonti aċċettati għal proġetti li qabel kienu ta’ l-ISPA mill-2000 sa l-2006 (inkluż ir-RAL)

Pajjiż | Nett Impenjat | Mħallsa | RAL |

Ir-Repubblika Ċeka | 479 117 990 | 351 044 435 | 128 073 555 |

L-Estonja | 185 251 384 | 121 573 113 | 63 678 271 |

L-Ungerija | 669 677 980 | 307 713 993 | 361 963 987 |

Il-Latvja | 333 856 759 | 183 662 936 | 150 193 823 |

Il-Litwanja | 307 765 169 | 161 019 456 | 146 745 712 |

Il-Polonja | 2 444 163 012 | 1 093 425 990 | 1 349 686 751 |

Is-Slovakkja | 501 995 906 | 263 375 354 | 238 620 552 |

Is-Slovenja | 83 499 178 | 45 820 204 | 37 678 974 |

TOTAL | 5 005 327 377 | 2 527 635 482 | 2 476 641 625 |

.

L-implimentazzjoni tal-baġit għall-perjodu 1993-1999

Tibdil fl-2006 f’approprjazzjonijiet li kellhom jitħallsu għall-1993-1999 kien kif ġej:

Tabella 8. Ħlas fl-2006 ta’ impenji għall-perjodu mill-1993 sa l-1999 (f’Euro)

Stat Membru | Ammont tal-bidu li jrid jitħallas | Diżimpenji | Ħlasijiet | Ammont finali li jrid jitħallas |

Spanja | 204 299 149 | 17 163 676 | 99 864 092 | 87 271 381 |

Il-Greċja | 82 165 494 | 52 585 827 | 3 476 269 | 26 103 398 |

L-Irlanda | 29 637 545 | 19 003 | 17 387 263 | 12 231 279 |

Il-Portugall | 29 514 596 | 1 555 707 | 15 998 198 | 11 960 691 |

TOTAL | 345 616 784 | 71 324 213 | 136 725 822 | 137 566 749 |

L-impenji tal-Fond ta' Koeżjoni huma magħmula minn approprjazzjonijiet differenzjati. Fi kliem ieħor, il-pagamenti jiġu wara l-impenji tal-bidu ta’ riżorsi. Jekk il-proġetti kollha jiġu implimentati b’konformità mad-deċiżjonijiet, ikun jeżisti "awtomatikament" ammont li jrid jitħallas minħabba d-differenza bejn id-data tad-deċiżjoni u d-data tal-ħlas tal-bilanċ (normalment minn 4 sa 5 snin).

Sabiex jiżdied il-livell ta’ ħlas li sar fuq impenji fil-passat, tkompla sforz partikolari sabiex jitneħħew l-approprjazzjonijiet pendenti fuq azzjonijiet li bdew qabel l-2000. Madwar 40 % ta’ l-approprjazzjonijiet pendenti li kien hemm fil-bidu tas-sena tħallsu jew kienu soġġetti għal diżimpenn fl-2006. Sa tmiem l-2006, approprjazzjonijiet pendenti niżlu għal 2.7 % biss tal-baġit annwali tal-Fond ta’ Koeżjoni (imqabbel ma’ madwar 50 % fi tmiem l-2002, 39 % fi tmiem l-2003, 15 % fi tmiem l-2004 u 6.7 % fi tmiem l-2005). L-isforz biex jitnaqqsu approprjazzjonijet pendenti għadu għaddej fl-2007 bi sħab ma’ l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proġett u t-talbiet ta' ħlas relatati.

Id-dettalji dwar il-proġetti adottati fl-2006 f'kull Stat Membri huma ppreżentati fl-Anness ta' dan ir-rapport.

2. Ambjent ekonomiku u kundizzjonalità

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni[2] jgħaqqad il-kundizzjonijiet makroekonomiċi ma’ l-użu tal-Fond. Dan jgħid li "l-ebda proġett ġdid jew, fil-każ ta' proġetti importanti, l-ebda stadju ta' proġett ġdid ma għandu jiġi ffinanzjat mill-Fond fi Stat Membru fil-każ li l-Kunsill, huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, isib li l-Istat Membru ma implimentax [il-programm ta’ stabbiltà jew ta’ konverġenza tiegħu] b’tali mod sabiex jevita defiċit eċċessiv". Dan jirrifletti r-rwol tal-Fond ta' Koeżjoni bħala strument ta’ appoġġ baġitarju f’livell nazzjonali li jgħin lill-Istati Membri jżommu rigorożità makroekonomika.

Erba’ Stati Membri riċevituri taħt il-Fond ta’ Koeżjoni (Ċipru, l-Ungerija, il-Polonja u l-Portugall) kienu involuti fi stadji addizzjonali tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv. Għal ebda minn dawn il-pajjiżi ma kien jeħtieġ li titqies il-kwistjoni tas-sospensjoni tal-finanzjament mill-Fond.

F'Ġunju 2006 il-Kunsill iddeċieda li jħassar il-proċedura għal Ċipru minħabba li kkoreġa d-defiċit eċċessiv tiegħu fl-2005. Fil-każ tal-Portugall, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni f’Ġunju 2006 fejn stqarret li l-pajjiż qed jaħdem sabiex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu.

Diġà ġie stabbilit f’żewġ okkażżjonijiet sa mill-bidu tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv fl-2004 li l-Ungerija ma ħaditx azzjoni effettiva bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, l-ewwel f'Jannar 2005, imbagħad f'Novembru 2005. Madankollu, fiż-żewġ okkażżjonijiet il-Kummissjoni ma rrakkomandatx sospensjoni ta' l-impenji tal-Fond ta' Koeżjoni lill-Kunsill. Peress li l-Ungerija mhiex membru taż-żona ta' l-Euro, għandha deroga speċifika mill-applikazzjoni ta’ passi ulterjuri tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Għalhekk, wara s-sottomissjoni ta’ Settembru 2006 ta' l-aġġornament tal-programm ta’ konverġenza ta’ l-2006 rivedut, il-Kunsill seta' jindirizza aktar rakkomandazzjonijiet lill-Ungerija fuq il-bażi ta' deċiżjoni ġdida ta’ l-Artikolu 104(7)[3] biss Jekk il-pajjiż jonqos milli jikkonforma ma’ din ir-rakkomandazzjoni, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 104(8), li jinkludu l-possibiltà li jiġu sospiżi l-impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni.

F’Novembru 2006 il-Polonja ingħatat deċiżjoni skond l-Artikolu 104(8) mill-Kunsill li tistabbilixxi li l-azzjonijiet tagħha meħuda sabiex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv tagħha b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-2004 kienu qed juru li huma inadekwati. Din id-deċiżjoni inħarġet fuq il-bażi ta’ l-għanijiet stabbiliti fl-aġġornament ta' l-2005 tal-programm ta' konverġenza u fin-notifika fiskali tar-Rebbiegħa ta’ l-2006. Madankollu, skond l-aġġornament l-aktar riċenti ta’ l-2006 tal-programm ta’ konverġenza, il-Polonja se tikkoreġi d-defiċit eċċessiv tagħha sa l-2007, parzjalment minħabba li tikkwalifika għad-dispożizzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir Ekonomiku riformat li jippermetti li titnaqqas parti mill-ispiża tar-riforma tal-pensjoni.

Il-Greċja tidher li qeda fi triqitha sabiex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv tagħha: b’konformità ma’ l-Artikolu 104(9) id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Frar 2005, fl-2006 hija naqqset id-defiċit tagħha taħt it-3 % tal-PGD. Fi tliet Stati Membri li ssieħbu riċentament li tqiegħdu f’defiċit eċċessiv fl-2004 – ir-Repubblika Ċeka, Malta u s-Slovakkja - l-iżviluppi baġitarji ma ħtieġu l-ebda pass ulterjuri tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv minħabba li l-Kummissjoni kkonkludiet f’Diċembru 2004 li dawn il-pajjiżi kollha ħadu azzjoni effettiva bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Madankollu, it-tħassir tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv ma seħħx għal dawn il-pajjiżi fl-2006. B’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, Malta kkoreġiet id-defiċit eċċessiv tagħha sa l-2006. Is-Slovakkja se tnaqqas id-defiċit tagħha taħt it-3 % tal-PGD sa l-2007 filwaqt li r-Repubblika Ċeka qed tippjana li tilħaq l-għan tagħha sa l-2010.

Ir-Regolament dwar il-Fondi ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013[4] iċċara bosta inċertezzi dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-passat. Dan jipprevedi li deċiżjoni skond l-Artikolu 104(8) tipprovdi lill-Kummissjoni b’opportunità li tipproponi s-sospensjoni ta’ l-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jissospendi l-impenji kollha, jew partijiet minnhom, b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena wara d-deċiżjoni. Jekk aktar tard il-Kunsill isib fil-kuntest ta' l-EDP li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva meħtieġa, dan awtomatikament jimplika deċiżjoni sabiex ineħħi s-sospensjoni ta' l-impenji tal-Fond ta' Koeżjoni. Inħolqu regoli għall-estimazzjoni mill-ġdid ta’ l-impenji sospiżi.

3. Koordinazzjoni mal-politika ta’ trasport u ambjent

3.1. Trasport

Fl-2006, is-settur tat-trasport kien responsabbli għal ftit anqas min-nofs (49.2 %) tat-total ta’ l-impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni. Hekk kif ġara fil-passat, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri sabiex jagħtu preferenza partikolari lil proġetti ferrovjali. Il-proġetti adottati fl-2006 mill-Istati Membri huma stipulati fl-Anness ma' dan ir-rapport.

Fis-settur tat-trasport, l-appoġġ Komunitarju huwa mogħti b'mod koordinat permezz ta’ varjetà ta’ strumenti: Fond ta' Koeżjoni, ISPA, ERDF, il-Programmi ta’ Netwerks Tranżewropej, self mill-EIB. L-appoġġ finanzjarju minn dawn l-istrumenti huwa essenzjalment dirett lejn in-netwerks tat-transport Tranżewropej (TEN-T).

Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 kif emendat bir-Regolament (KE) nru 1264/1999, il-Fond ta' Koeżjoni jista' jipprovdi għajnuna għall-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport ta' interess komuni, finanzjati mill-Istati Membri u li huma identifikati fi ħdan il-qafas tal-Linji ta' Gwida għall-iżvilupp tat-TEN-T.

Il-linji ta’ gwida Komunitarji dwar TEN-T ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE kif ġiet emendata. Id-Deċiżjoni tispeċifika 30 proġett ta’ prijorità ta’ interess Ewropew u ssejjaħ lill-Istati Membri sabiex jagħtu prijorità lil dawn il-proġetti. L-Artikolu 19a) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE jipprevedi li meta jibagħtu l-proġetti tagħhom taħt il-Fond ta’ Koeżjoni, b’konformità ma’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità xierqa lill-proġetti ddikkjarati bħala ta’ interess Ewropew.

3.2. Ambjent

Fl-2006, is-settur ta’ l-ambjent kien responsabbli għal ftit aktar minn nofs (50.8 %) tat-total ta’ l-impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni. B’mod ġenerali, il-proġetti appoġġjati mill-Fond ta’ Koeżjoni jikkontribwixxu għall-għanijiet gloabli tal-politika ta' l-ambjent fir-rigward ta' l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari għall-kisba ta' l-oqsma ta' prijorità tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni, partikolarment it-tmexxija ta’ riżorsi naturali, l-immaniġġjar ta’ l-iskart u fir-rigward ta’ investiment li jfittex li jillimita l-impatti tat-tibdil fil-klima. Is-seba' Strateġiji Tematiċi adottati fl-2005 u fl-2006 fl-oqsma ta' l-arja, ir-riżorsi, l-iskart u r-riċiklaġġ, l-ambjent urban, il-ħamrija, il-baħar u l-pestiċidi huma rilevanti għall-operazzjonijiet kofinanzjati tal-Fond ta' Koeżjoni. Il-proġetti adottati fl-2006 mill-Istati Membri huma stipulati fl-Anness ma' dan ir-rapport.

Matul l-2006, il-Fond ta’ Koeżjoni kompla jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali, mhux biss permezz tal-finanzjament dirett ta’ l-infrastrutturi, iżda wkoll billi jipprovdi inċentivi li jħeġġu l-applikazzjoni ta’ direttivi rilevanti bħala parti mill-prekundizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ. Dan jikkonċerna b’mod partikolari intervenzjonijiet tematiċi b’dimensjoni territorjali bħall-preservazzjoni tan-natura, l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-immanigjar tad-drenaġġ u l-istima ta' l-impatt ambjentali (EIA - environmental impact assessment ).

L-Atti tas-Sħubija ta’ l-Istati Membri l-ġodda stabbilew miri intermedji għall-investment fil- acquis ambjentali. Għalhekk, dawn il-pajjiżi għamlu l-immaniġġjar ta' l-ilma u ta’ l-iskart bħala prijorità importanti għall-infiq tagħhom. Il-ħtiġijiet ta’ investimenti u infrastruttura jibqgħu għolja fil-maġġoranza tal-każi għad-direttivi prinċipali f'oqsma bħal l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-ilma (b'mod partikolari t-trattament urban tad-drenaġġ), iżda wkoll fl-oqsma tal-kwalità ta' l-arja u l-isforz sabiex jitnaqqas it-tniġġis industrijali (Il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġiż). Appoġġ għall-infrastruttura ambjentali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni huwa għalhekk kruċjali għall-Istati Membri l-ġodda.

4. Spezzjonijiet

Għall-erba' Stati Membri benefiċjarji oriġinali, total ta’ seba’ missjonijiet ta’ verifikà twettqu fi Spanja, fil-Portugall u fil-Greċja sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u jwettqu segwiment għall-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni ivverifikati fl-2004-2005. Is-sena 2006 involviet ukoll il-verifikà tal-ħidma tal-korpi ta’ likwidazzjoni għall-għeluq ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni.

B’żieda ma’ dan, il-proċeduri ġew stabbiliti fid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali fl-2006 għall-għeluq tal-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni sabiex ikun żgurat li jinkiseb tagħrif adegwat mill-Awtorità ta’ Tmexxija u mill-korp ta’ likwidazzjoni fil-proċess ta’ l-għeluq sabiex tingħata l-assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità ta’ l-istqarrija ta’ l-infiq finali, li fin-nuqqas tagħhom jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji.

Għall-Istati Membri li ssieħbu fl-2004, ix-xogħol ta’ verifika li twettaq fl-2006 iffoka l-aktar fuq il-verifiki ta’ segwiment sabiex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni effettiva ta' rakkomandazzjonijiet magħmula mill-verifiki ta' sistemi mwettqa fl-2005 u aktar verifiki sabiex jittestjaw l-infiq ta’ proġett. Tpoġġiet ukoll enfasi speċjali fuq ir-reviżjoni tal-ħidma tal-korpi ta’ verifika nazzjonali inkluż l-iċċekkjar tal-kwalità tal-verifiki tas-sistema, iċċekkjar tal-kampjuni u kwistjonijiet oħrajn relatati max-xogħol tat-tħejjija taċ-ċertifikat ta' verifika. Twettqu total ta’ tlettax-il missjoni ta’ verifika, inklużi missjonijiet marbuta mal-verifika ta' l-ERDF (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali).

Meta wieħed iqis ir-riskji speċifiċi ta’ l-implimentazzjoni ta' proċeduri sodi ta' sejħiet għall-offerti u l-għoti ta' kuntratt, tnediet inkjesta tematika speċifika fl-2005 dwar il-kuntratti mogħtija wara s-sħubija fl-Istati Membri l-ġodda b’għan preventiv kif ukoll b’għan korrettiv. Matul l-2006, ir-rakkomandazzjonijiet li saru msejsa fuq dawn il-verifiki ġew segwiti f'verifiki sussegwenti.

Fir-Rapport ta' Attività Annwali tad-Direttorat Ġenerali għall-2006, għat-tħaddim tas-sistemi ta' tmexxija u ta’ kontroll, ingħatat għażla mhux kwalifikata għas-sistemi f’5 Stati Membri (Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, Malta u s-Slovenja).

Għall-bqija ta’ l-Istati Membri l-għażla ġiet ikkwalifikata bħala riżultat ta’ defiċjenzi materjali li affettwaw elementi prinċipali tas-sistema (ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja u Spanja). L-ebda wieħed minn dawn l-Istati Membri ma ngħata opinjoni negattiva.

5. Irregolaritajiet u sospensjoni ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1831/94[5] dwar irregolaritajiet u l-irkupru ta' flus imħallsa ħażin u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam, madwar tmienja mill-Istati Membri benefiċjarji kkomunikaw 228 każ dwar irregolaritajiet li involvew € 186 604 797 ta’ kontribuzzjoni Komunitarja. Dawn il-każi ġew soġġetti għal sejbiet ta' fatti ġuridiċi jew amministrattivi tal-bidu.

Ta’ min jinnota li l-maġġoranza ta’ dawn il-każi (183) ġew ikkomunikati minn erba' Stati Membri oriġinali li jibbenefikaw mill-Fond ta’ Koeżjoni, bi predominanza ta’ każi Griegi (103), li jinvolvu total ta’ € 117 856 924 f'kontribuzzjoni Komunitarja, li minnhom € 12 698 144 biss jonqos li jiġu rkuprati, minħabba li l-parti li jibqa' tnaqqset minn talbiet għal ħlas finali magħmula lill-Kummissjoni. Matul is-sena, sar progress fl-applikazzjoni tar-regolament imsemmi hawn fuq fi Spanja, fejn 82 każ ġew ikkomunikati, li jinvolvu € 44 472 847 f’kontribuzzjoni Komunitarja, li minnhom għad jonqos li jiġu rkuprati €30 179 534. Mit-18-il każ ikkomunikati mill-awtoritajiet Portugiżi li jinvolvu € 23 747 904 f’kontibuzzjoni Komunitarja, għad jonqos li jiġu rkuprati madwar € 14 850 306.

Ħames Stati Membri ġodda biss, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja u l-Litwanja, għarrfu lill-Kummissjoni b'każi (rispettivament 10, 6, 6, 2 u 1 każi) li jinvolvu ammonti anqas importanti minn dawk imsemmija hawn fuq. Parti mill-ammonti involuti tnaqqsu qabel il-preżentazzjoni tat-talbiet ta’ ħlas lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri benefiċjarji oħrajn infurmaw lill-Kummissjoni li ma ġew osservati l-ebda irregolaritajiet matul l-2006. Ċertu għadd ta' każi innutati matul l-missjonijiet ta' verifika nazzjonali u/jew Komunitarji għad iridu jiġu nnotifikati skond ir-regolament rilevanti.

F’bosta mill-każi innotifikati, l-irregolaritajiet jirrelataw ma' l-applikazzjoni ta' regoli ta' akkwist pubbliku, u għall-każi li jibqa', il-preżentazzjoni ta' infiq mhux eliġibbli.

Matul is-sena 2006 ir-Regolament (KE) Nru 1828/2006 daħal fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmar il-ġdid 2007-2013. It-Taqsima 4 ta’ dan ir-Regolament dwar "Irregolaritajiet" issa tmexxi n-notifikar ta’ l-irregolaritajiet u tapplika wkoll għall-Fond ta’ Koeżjoni għal proġetti adottati fi ħdan il-perjodu ta’ programmar ġdid. Ir-Regolament (KE) Nru 1831/94 jibqa’ japplika għal deċiżjonijiet adottati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1164/94.

Matul l-2006, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAD) fetaħ tliet każi relatati mat-tagħrif riċevut dwar il-Fond ta’ Koeżjoni, Fost dawn, każ wieħed wassal għall-ftuħ ta' "każ ta' sorveljanza"[6] u ż-żewġ każi l-oħra ġew ittrasferiti għas-sena 2007 u qed jistennew valutazzjoni. Ma twettqet l-ebda missjoni ta’ kontroll marbuta mar-Regolament (KE) Nru 2185/96[7].

6. Valutazzjoni

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 rivedut jitlob mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri li jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni hija sorveljata u vvalutata b’mod effettiv. Dan jimplika rikors għal miżuri ta' l-evalwazzjoni, is-sorveljanza u l-valutazzjoni tal-proġett li, jekk ikun meħtieġ, il-proġetti jiġu aġġustati fuq il-bażi tagħhom.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu, jekk ikun meħtieġ f'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti kofinanzjati kollha.

Il-proġetti li se jkunu finanzjati mill-Fond huma adottati mill-Kummissjoni bi ftehim ma’ l-Istat Membru benefiċjarju. Fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni tal-proġett, kull talba għall-għajnuna hija akkumpanjata minn analiżi ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji (CBA – cost-benefit analysis ) tal-proġett. Is-CBA trid turi li l-benefiċċji soċjoekonomiċi f’terminu ta’ żmien medju huma proporzjonali għar-riżorsi finanzjarji mobilizzati. Il-Kummissjoni teżamina din il-valutazzjoni fuq il-bażi tal-prinċipji stipulati fil-gwida għall-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji[8]. Il-gwida, ippubblikata fl-2003, issa tinsab fil-proċess li tiġi aġġornata.

Fuq din il-bażi, matul l-2006 il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ metodoloġiku intern importanti u għenet lill-Istati Membri f’azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità mmirati lejn it-titjib tal-konsistenza ta’ analiżi ekonomika u finanzjarja ex-ante tal-proġetti. F’Ottubru 2006 il-Kummissjoni adottat dokument ta' gwida dwar il-metodoloġija li għandha tiġi użata fit-twettiq tas-CBA[9]. Id-dokument ta’ ħidma jagħti xi prinċipji ġenerali tas-CBA flimkien ma’ sett ta’ regoli ta’ ħidma u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw il-linji ta’ gwida ta’ CBA tagħhom.

B’żieda ma’ dan, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ex-post fuq kampjuni ta’ proġetti kofinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni. L-aktar valutazzjoni riċenti ġiet ippubblikata fl-2005 u ħarset lejn kampjun ta’ 200 proġett implimentati matul il-perjodu 1993-2002. Huwa previst li l-valutazzjoni ex-post li jmiss titwettaq fl-2009.

7. Qafas regolatorju ġdid għall-perjodu 2007-2013

Ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni jistipula r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Fond sal-31 ta' Diċembru 2006. Minħabba l-bidu tal-perjodu ta' programmar li jmiss (2007-2013), il-Kummissjoni abbozzat sett ta' Regolamenti ġodda għall-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni, kif ukoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew.

Dawn ir-Regolamenti ġew adottati matul l-2006. Ir-Regolamenti l-ġodda dwar l-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni huwa dawn li ġejja:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999;

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94;

- Ir-Regolament implimentattiv tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.

Ir-Regolamenti kollha applikabbli għall-perjodu 2007-2013 huma disponibbli fuq is-sit ta' l-internet INFOREGIO fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docoffic/official/regulation/newregl0713_en.htm

8. Tagħrif u pubbliċità

Saru żewġ laqgħat ta’ tagħrif mal-25 Stat Membru fi Brussell, fit-22 ta’ Ġunju u fl-20 ta’ Diċembru. Fl-ewwel laqgħa, il-Kummissjoni ppreżentat l-allokazzjonijiet finali ta’ l-2006 għal kull Stat Membru. Minħabba li l-2006 hija l-aħħar sena għall-perjodu ta’ programmar, ġie misħuq li l-krediti ta’ impenn kollha li għadhom disponibbli jridu jintużaw sa qabel il-31 ta' Diċembru. Ma ġie previst l-ebda trasferiment ta’ krediti minn linji baġitarji oħrajn. Barra minn hekk, saret preżentazzjoni ta' l-Għajnuna Konġunta għall-Appoġġ ta’ Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (l-inizjattiva JASPERS - Joint Assistance in Supporting Projects in Ewropean Regions ). Din l-inizjattiva, stabbilita b’kooperazzjoni bejn il-Kommissjoni u l-EIB, hija maħsuba sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-evalwazzjoni teknika ta’ proġetti maġġuri tal-ġejjieni li se jintbagħtu lill-Kummissjoni. JASPERS se jibda’ jopera mill-2007. Waqt il-laqgħa ta’ Diċembru, il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz ta’ linji ta’ gwida dwar l-għeluq ta’ proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni. Il-Kummissjoni saħqet li jitqiesu: (i) fil-każ ta' għeluq, il-proġetti fis-seħħ iridu jkunu konformi mad-Deċiżjonijiet rilevanti; (ii) id-data finali ta’ eliġibbiltà għal proġetti tal-perjodu 2000-2006 tibqa’ l-31 ta' Diċembru 2010; (iii) tapplika r-regola waħda ta' modifika. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni fakkret li din il-laqgħa ta' tagħrif kienet l-aħħar waħda fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1164/94. Il-kwistjonijiet fir-rigward tal-Fond ta’ Koeżjoni, sa mill-1 ta' Jannar 2007, se jibqgħu jiġu trattati fi ħdan il-Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Fondi, skond ir-Regolament il-ġdid (KE) Nru 1083/2006.

Il-Kummissjoni organizzat żewġ laqgħat fl-2006 għal uffiċjali tal-komunikazzjoni kemm mill-ERDF kif ukoll mill-Fond ta' Koeżjoni. Dawn seħħu fil-15 ta’ Ġunju u fil-5 ta’ Diċembru. Ġew diskussi bosta suġġetti ta' komunikazzjoni, ġiet spjegata l-implimentazzjoni tar-regolamenti l-ġodda kif ukoll ġew ippreżentati għadd ta' studji ta' każi u prodotti kampjuni. Dawn il-laqgħat għal uffiċjali tat-tagħrif se jitkomplew fl-2007.

[1] L-impenn huwa anqas mill-allokazzjoni (Tabella 6) minħabba d-diżimpenn ta’ ammonti mhux użati u l-għeluq.

[2] Imsejjes fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, kif imniżżel fil-verżjoni kodifikata ppreżentata mill-Kummissjoni.

[3] It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 104 dwar id-defiċits eċċessivi tal-gvern.

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/1994.

[5] ĠU n L 191, 29 ta’ Lulju 1994, p. 1, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2168/2005, ĠU n L 345, 21 ta’ Diċembru 2005, p. 15.

[6] Każi ta’ sorveljanza huma każi li għalihom korp jew awtorità ta’ Stat Membru twettaq l-investigazzjoni esterna tagħha stess anke jekk OLAF huwa wkoll kompetenti li jagħmel dan.

[7] ĠU n L 292, 15 ta' Novembru 1996, p. 2.

[8] http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/guides/cost/guide02_en.pdf

[9] Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ għall-Politika Reġjonali, 'Gwida dwar il-metodoloġija għat-twettiq ta' analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji, 2007-2013 - Dokument ta' Ħidma ta' l-Unità tal-Valutazzjoni n. 4, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docoffic/working/sf2000_en.htm