52007DC0663




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.11.2007

KUMM(2007) 663 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2007-2008

{SEG(2007) 1429}{SEG(2007) 1430}{SEG(2007) 1431}{SEG(2007) 1432}{SEG(2007) 1433}{SEG(2007) 1434}{SEG(2007) 1435}{SEG(2007) 1436}

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2007-2008

1. INTRODUZZJONI

It-tkabbir huwa wieħed mill-għodod politiċi l-aktar qawwija ta' l-UE. Iservi l-interessi strateġiċi ta' l-UE fl-istabbiltà, is-sigurtà u l-prevenzjoni tal-kunflitti. Għen biex iżid l-opportunitajiet ta' prosperità u tkabbir u biex jiġu żgurati rotot vitali tat-trasport u l-enerġija. L-aġenda preżenti tat-tkabbir tkopri l-Balkani tal-Punent u t-Turkija li ngħataw il-prospettiva li jsiru membri ta' l-UE meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji.

Is-sena li ġejja se tkun waħda kruċjali fil-konsolidazzjoni tal-proċess ta' tranżizzjoni fil-Balkani tal-Punent. Il-pajjiżi nfushom se jieħdu r-responsabbiltà ta' l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni reġjonali mill-Patt ta' Stabbiltà, liema kooperazzjoni għandha rwol ewlieni fir-rikonċiljazzjoni u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat. In-negozjati tas-sħubija mal-Kroazja mexjin 'il quddiem ħafna u deħlin f'fażi deċiżiva. Dan juri lir-reġjun globalment li l-prospettiva ta' sħubija fl-UE hija realtà. Fis-sena li ġejja, il-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li jikkollegaw is-sħab fir-reġjun aktar mill-qrib ma' l-UE, bl-għan tas-sħubija, huma mistennija li jaslu biex jitlestew.

Fl-istess ħin, ir-reġjun innifsu għandu quddiemu problemi kbar, l-ewwel fosthom il-bżonn li jintlaħaq ftehim dwar status għall-Kosovo. Id-direzzjoni tas-Serbja lejn l-Ewropa, il-bini ta' l-istat fil-Bożnja u Ħerżegovina bi sjieda lokali u governanza aħjar fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fl-Albanija u fil-Montenegro ser ikunu punti importanti fuq l-aġenda. Uħud minn dawn il-pajjiżi qegħdin jaffaċjaw sfidi importanti rigward il-governanza u s-sodisfazzjoni ta' kundizzjonijiet, li huma stabbiliti sew, relatati mal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Jeħtieġ li l-UE tkun lesta biex tagħti l-appoġġ tagħha matul is-sena li ġejja u biex tirreaġixxi għall-iżviluppi billi tagħmel użu sħiħ mill-għodda ta' politika tagħha.

Wara l-elezzjonijiet Parlamentari u Presidenzjali, hu importanti għat-Turkija li tkompli għaddejja bir-riformi ewlenin li huma meħtieġa biex tikkonsolida d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Jeħtieġ li n-negozjati ta' sħubija mat-Turkija jkomplu, b'pass li jirrifletti l-pass tar-riformi fil-pajjiż stess kif ukoll it-twettiq tal-kundizzjonijiet relevanti mit-Turkija.

F'dan l-isfond, l-implimentazzjoni konsistenti tal-kunsens imġedded definit mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006 hu aktar importanti milli qatt kien. Dan il-kunsens hu bbażat fuq il-prinċipji tal-konsolidazzjoni ta' l-impenji, kundizzjonalità ġusta u rigoruża u komunikazzjoni aħjar mal-pubbliku, flimkien mal-kapaċità ta' l-UE biex tintegra membri ġodda. Il-pass li bih kandidat jew kandidat potenzjal joqrob lejn l-UE jirrifletti l-pass tar-riformi politiċi u ekonomiċi tiegħu kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jassumi d-drittijiet u l-obbligi kollha tas-sħubija. Il-Kummissjoni qed ittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' tkabbir billi timpenja ruħha fi stadju bikri fir-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika u ġudizzjarja u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, billi tagħmel użu sħiħ minn livelli ta' referenza u billi tagħmel il-proċess aktar trasparenti. Il-Kummissjoni qed tipprepara l-ewwel studji ta' l-impatt li janalizzaw l-effett tas-sħubija ta' kandidat f'oqsma speċifiċi ta' politika.

Il-bażi legali għat-tkabbir huwa l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea[1], li jipprovdi li: " kull Stat Ewropew li jirrispetta l-prinċipji kif stabbiliti fl-Artikolu 6(1) jista' japplika biex jsir membru ta' l-Unjoni. (…)" [2] .

Il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006 kkonkluda li t-tkabbir kien storja ta' suċċess għall-Unjoni Ewropea u l-Ewropa globalment. Għen biex tingħeleb il-firda fl-Ewropa u kkontribwixxa għall-paċi u l-istabbiltà tul il-kontinent kollu. Nebbah riformi u kkonsolida l-prinċipji komuni tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt kif ukoll l-ekonomija tas-suq. Is-suq intern aktar wiesa' u l-kooperazzjoni ekonomika żiedu l-prosperità u l-kompetittività u b'hekk ippermettew lill-Unjoni mkabbra tirreaġixxi aħjar għall-isfidi tal-globalizzazzjoni. It-tkabbir żied ukoll l-influwenza ta' l-UE fid-dinja u għamilha sieħba internazzjonali aktar b'saħħitha."

It-tnax-il Stat Membru li ssieħbu fil-ħames tkabbir qed ikomplu juru livell tajjeb ta' konformità mal-liġi ta' l-UE. Dan juri l-valur ta' l-isforzi kbar ta' riforma flimkien mal-pressjoni mill-pari u mar-regoli ta' l-UE. Grazzi għal preparazzjonijiet tajba, wara t-tkabbir, l-UE qed tkompli topera mingħajr diffikultà.

L-Istati Membri kollha ta' l-UE gawdew minn livelli ogħla ta' tkabbir ekonomiku. Is-Slovenja adottat l-ewro f'Jannar 2007; Ċipru u Malta se jadottawha fl-2008. It-tħejjijiet bir-reqqa mill-pajjiżi involuti u mill-Kummissjoni, flimkien ma' aktar flussi ta' kummerċ u investiment, għenu lill-Istati Membri l-ġodda jilħqu progressivament l-istandards medji l-għajxien ta' l-UE. Bejn l-1998 u l-2006, il-PGD tat-tnax-il Stat Membru ġodda li ssieħbu fil-ħames tkabbir kiber b'medja annwali ta' 4.3% filwaqt li dak tal-ħmistax-il Stat Membru qodma kiber bi 2.2%[3]. Il-kummerċ bejn il-membri l-qodma u l-membri l-ġodda żdied b'mod sinjifikanti matul l-aħħar għaxar snin. L-importazzjoni u l-esportazzjoni bejn l-għaxar Stati Membri l-ġodda li ssieħbu fl-2004 u l-ħmistax-il Stat Membru qodma kkwadruplikaw bejn l-1995 u l-2006, filwaqt li l-kummerċ globali bejniethom irdoppja fl-istess perjodu. L-inklużjoni fis-suq intern ta' tnax-il ekonomija dinamika b'aktar minn 100 miljun konsumatur b'poter ta' l-akkwist li qed jiżdied iżżid il-kompetittività ta' l-Unjoni u l-importanza tagħha fl-ekonomija dinjija. Għaxar xhur wara l-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija qed jiġġeneraw tkabbir ekonomiku u investimenti ulterjuri. Il-previżjonijiet ta' tkabbir għall-2007 huma ogħla ħafna mir-rata medja ta' tkabbir mistennija għall-UE. Fi tmiem l-2006 l-Kummissjoni ħadet miżuri ta’ salvagwardja sabiex tindirizza ċerti nuqqasijiet fiż-żewġ pajjiżi. F'Ġunju, il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel rapporti tagħha dwar il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni kif ukoll dwar is-salvagwardji[4]. Il-Kummissjoni se tanalizza l-progress li sar f’dan il-qasam u toħroġ rapport kmieni fl-2008.

Dwar il-kwistjoni ta' Ċipru, jeħtieġ li l-mexxejja tal-komunitajiet Griega Ċiprijotta u Turko-Ċiprijotta jagħmlu aktar sforzi biex jerġgħu jitniedu n-negozjati għal soluzzjoni globali taħt l-awspiċji tan-NU. Il-Kummissjoni qed timplimenta l-istrument ta' appoġġ finanzjarju biex jiġi inkoraġġut l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta u b'hekk tiġi ffaċilitata r-riunifikazzjoni futura tal-gżira. L-użu mtejjeb tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra, li jippermetti l-moviment tal-persuni u l-merkanzija f'Ċipru kollha, se jaqdi l-interessi taż-żewġ komunitajiet. Ir-regolament fuq il-kummerċ dirett man-naħa tat-tramuntana ta' Ċipru, li ġie propost mill-Kummissjoni biex jitkompla jitnaqqas l-iżolament tal-komunità Turko-Ċiprijotta, għad irid jiġi adottat mill-Kunsill.

Fil-pajjiżi impenjati fl-aġenda preżenti tat-tkabbir il-Balkani tal-Punent u t-Turkija l-influwenza ta' l-UE qed tikkontribwixxi għall-istabbiltà u qed tinkoraġġixxi riformi politiċi u ekonomiċi importanti. Madankollu dawn għad għandhom quddiemhom numru ta' sfidi kbar. Huwa kruċjali li l-viżibbiltà u l-kredibbiltà tal-prospettivi tas-sħubija tagħhom jinżammu, kif ukoll li jinġabar appoġġ għat-tkabbir fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tkompli ttejjeb il-kwalità tal-proċess tat-tkabbir. Il-politika tat-tkabbir se tenfasizza aktar il-kwisjonijiet fundamentali tal-bini ta' l-istat, il-governanza tajba, ir-riforma amministrattiva u ġudizzjarja, l-istat tad-dritt, ir-rikonċiljazzjoni, il-konformità tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja (ICTY) u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili. Il-kuntatti diretti bejn in-nies għandhom jiġu inkoraġġuti; b'mod partikolari, wasal iż-żmien li jinbeda djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi għaċ-ċittadini tal-pajjżi tal-Balkani tal-Punent. L-iżvilupp tal-kooperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent għandu jitkompla, partikolarment bi sjieda lokali ta' inizjattivi f'dan il-qasam.

L-UE se tkompli tuża bis-sħiħ l-għodda tagħha ta' qabel it-tkabbir fil-pajjiżi kollha tat-tkabbir biex tindirizza l-isfidi ewlenin. L-esperjenza ta' l-implimentazzjoni ta' l-impenji, b'mod partikolari taħt il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, hija ta' importanza partikolari biex isir progress minn stadju għall-ieħor fil-mappa li twassal għall-integrazzjoni fl-UE u hija ssorveljata b'mod strett. F'dan id-dokument, il-Kummissjoni telenka numru ta' miżuri biex jiżdied l-għarfien dwar liġijiet u linji ta' politika ta' l-UE u biex tipprepara l-passi li jmiss fil-proċess tat-tkabbir.

Il-Kummissjoni qed tadatta l-għodda ta' politika ta' qabel it-tkabbir għall-isfidi tal-lum tal-politika tat-tkabbir. Minn Jannar 2007, qed tuża strument finanzjarju ġdid, l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni ( Instrument of Pre-Accession - IPA). Fl-iprogrammar ta' assistenza mill-IPA, enfażi akbar fuq il-prijoritajiet tar-riforma se jirrifletti l-istadju li kull sieħeb qiegħed fih fil-proċess ta' tranżizzjoni. Il-Kummissjoni issa qiegħda tipproponi reviżjoni tas-Sħubijiet ta' Adeżjoni u s-Sħubijiet Ewropej, liema sħubijiet se jservu bħala r-referenzi ewlenin meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet. Qiegħda tipproponi wkoll Qafas Finanzjarju Multiannwali Indikattiv għall-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li jkopri l-perjodu 2009-2011. Se tintroduċi faċilità biex tippromwovi l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari permezz tal-bini ta' kapaċità u proġetti ta' skambju. Se tagħmel aktar enfażi fuq programmi li jappoġjaw il-bini ta' l-istat, il-governanza tajba, ir-riforma istituzzjonali u l-kapaċità amministrattiva.

Se tiġi mfittxa l-akbar influwenza possibbli għall-appoġġ ta' l-għotjiet għall-investiment fl-iżvilupp tas-settur privat u ta' l-infrastruttura permezz ta' kooperazzjoni aktar intensa mal-Bank Ewropew għall-Iżvilupp (BEI) kif ukoll mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) u istituzzjonijiet finanzjarji ( international financial institutions – IFIs) oħra Il-Kummissjoni se tiżgura koordinazzjoni aktar mill-qrib ma' donatorui oħra tul is-sensiela ta' l-attivitajiet tagħhom u se tinkoraġġihom ikunu attivi f'oqsma ta' prijorità identifikati f'din il-komunikazzjoni. L-implimentazzjoni se tiġi wkoll simplifikata wara t-trasferiment ta' responsabbiltajiet mill-Aġenzja Ewropea għar-Rikostruzzjoni lil delegazzjonijiet u uffiċċji tal-Kummissjoni.

L-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex imexxu l-komunikazzjoni lill-pubbliku li t-tkabbir huwa fl-interessi ta' l-UE. Il-Kummissjoni se tkompli tagħmel il-parti tagħha, billi tippromwovi fluss aħjar ta' informazzjoni fattwali fuq kwistjonijiet relatati mat-tkabbir. Filwaqt li tibni fuq l-istrateġija eżistenti ta' l-UE, din il-komunikazzjoni tanalizza l-isfidi ewlenin fil-proċess ta' l-integrazzjoni fl-UE. Tagħti deskrizzjoni fil-qosor ta' metodu biex l-istrumenti tal-politika tat-tkabbir jiġu aġġustati u biex tiżgura li jkun hemm attenzjoni aktar iffukata fuq oqsma li jeħtieġu progress urġenti, anki billi tqis il-lezzjoni li tgħallmet fi tkabbir preċedenti.

2. L-ISFIDI BħALISSA FIL-PAJJIżI TAT-TKABBIR

Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija ngħataw il-prospettiva li jsiru membri ta' l-UE meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti. Fid-dawl ta' l-istat tal-preparamenti f'dawn il-pajjiżi, id-dħul tagħhom x'aktarx iseħħ f'terminu minn medju sa twil. L-enfażi issa qiegħda fuq tħejjijiet metikolużi biex jiżguraw li l-pajjiżi impenjati fil-proċess tat-tkabbir jittrattaw kwistjonijiet fundamentali ta' governanza u ekonomiċi kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-liġijiet u l-linji ta' politika ta' l-UE.

2.1. Il-Balkani tal-Punent

L-impenn ta' l-UE mal-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent permezz tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li eventwalment iwassal għal sħubija, għamel kontribut kruċjali għall-progress miksub f'dawn l-aħħar snin mill-pajjiżi tar-reġjun.

L-istabbiltà ġiet ippreżervata u r-rikostruzzjoni wara l-gwerer tad-disgħinijiet hija kważi lesta. Hemm stabbiliti gvernijiet demokratikament eletti tul ir-reġjun kollu. Żdied it-tkabbir ekonomiku, tjiebet l-istabbiltà makroekonomika u għolew l-istandards ta' l-għajxien. Għaddejjin riformi importanti biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u jiġu mmodernizzati l-istrutturi ekonomiċi u soċjali. Kibret il-kooperazzjoni reġjonali, inkluż fl-oqsma tal-kummerċ, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent qed jassumu sjieda li dejjem qed tiżdied f'inizjattivi reġjonali.

Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kollha qed jimxu 'l quddiem lejn l-UE, għalkemm b'passi differenti. Il-Kroazja għaddejja minn negozjati ta' sħubija fl-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja issa għandha l-istatus ta' pajjiż kandidat. L-UE qiegħda fit-triq li tiffinalizza Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tar-reġjun u l-integrazzjoni ekonomika ma' l-Unjoni Ewropea qiegħda fi stat avvanzat mhux ħażin. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent issa ffirmaw ftehimiet dwar l-iffaċilitar tal-viżi u l-ammissjoni mill-ġdid ma' l-UE.

Dawn il-kisbiet issa jeħtieġ li jiġu kkonsolidati u li jsiru irreversibbli. Jeħtieġ li jiġu indirizzati sfidi maġġuri oħrajn. F'numru ta' pajjiżi, il-pass tal-proċess globali ta' riforma naqqas mill-ħeffa tiegħu. Il-bini ta' l-istat, flimkien ma' governanza aħjar, jibqgħu oqsma ta' prijorità fil-biċċa l-kbira tal-Balkani tal-Punent. Is-sitwazzjoni fil-Kosovo[5] għadha teħtieġ preżenza internazzjonali sinjifikanti. L-istatus preżenti tal-Kosovo mhuwiex sostenibbli; jeħtieġ li jiġi riżolt mingħajr aktar dewmien sabiex il-Kosovo jkun jista' jiżviluppa politikament u ekonomikament u sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà reġjonali. Fil-Bożnja u Ħerżegovina, ir-retorika nazzjonalista ta' mexxejja politiċi ewlenin qiegħda tisfida l-arranġamenti stabbiliti mill-ftehim ta' paċi Dayton/Pariġi u qiegħda twaqqaf ir-riformi. Ir-riformi ferm meħtieġa tal-pulizija u tal-qafas kostituzzjonali ma rnexxielhomx jagħmlu progress. Il-Bożnja u Ħerżegovina għad trid tassumi sjieda sħiħa tal-governanza tagħha, li bħalissa teħtieġ preżenza internazzjonali sinjifikanti. F'xi pajjiżi oħrajn, jeħtieġ li jiġi kkompletat jew totalment implimentat il-qafas kostituzzjonali.

Huwa meħtieġ aktar djalogu u spirtu akbar ta' tolleranza tul il-Balkani tal-Punent kollha, mhux l-anqas rigward kwistjonijiet relatati ma' l-etniċità. Fil-Kosovo, għad hemm tensjoni fir-relazzjonijiet bejn l-Albaniżi u s-Serbi. Barra minn dan, fil-biċċa l-kbira tagħhom, is-Serbi tal-Kosovo ma pparteċipawx fl-istituzzjonijiet u fl-amministrazzjoni. Il-funzjonament ta' l-istituzzjonijiet ta' l-istat tal-Bożnja u Ħerżegovina għadu ppreġudikat minn diviżjonijiet etniċi. Fis-Serbja, minkejja r-rebħa tal-forzi demokratiċi fl-elezzjonijiet parlamentari u l-formazzjoni ta' gvern orjentat lejn ir-riforma, il-partiti estremisti u r-retorika nazzjonalista jibqgħu b'saħħithom u jaffettwaw il-klima politika globali b'mod negattiv. Il-forzi demokratiċi huma fraġili. Fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tensjoni frekwenti u kooperazzjoni insuffiċjenti bejn l-atturi politiċi affettwat l-iffunzjonar normali ta’ l-istituzzjonijiet u naqqsu r-ritmu tar-riformi. It-tilwima bejn il-gvern u partit ta’ l-oppożizzjoni dwar kwistjoni kostituzzjonali wasslet sabiex il-partit ibbojkottja l-parlament. Il-klima politika konfrontattiva ħafna fl-Albanija u l-proċess twil ta' adozzjoni ta' kostituzzjoni fil-Montenegro jindikaw sfidi oħra fil-binja ta' demokraziji moderni. Jeħtieġ li l-Kroazja tagħmel aktar sforzi biex tippromwovi t-tolleranza lejn il-minoranzi.

Sar progress sinjifikanti fil-kooperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Ex-Jugożlavja ( International Criminal Tribunal for the Former Yugoslavia - ICTY), kundizzjoni ewlenija tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-Kroazja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jikkooperaw pjenement mat-Tribunal. Il-kooperazzjoni tal-Montenegro mat-Tribunal hija sodisfaċenti. Il-progress li sar f'dan il-qasam mis-Serbja ppermetta li jerġgħu jinbdew u li jiġu kkompletati teknikament in-negozjati għal Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Stabilisation and Association Agreement - SAA). Il-Bożnja u Ħerżegovina wkoll għamlet progress fil-kooperazzjoni ma' l-ICTY. Madankollu, għad jeħtieġ li is-Serbja u l-Bożnja u Ħerżegovina jaslu għal kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal, li twassal għall-arrest ta' l-akkużati li fadal. Il-Kosovo għamel xi progress fil-kooperazzjoni ma' l-ICTY iżda l-intimidazzjoni tax-xhieda fil-Kosovo għadha sors ta' tħassib.

Sar progress limitat rigward ir-ritorn tar-refuġjati. Ħafna refuġjati u persuni spustjati internament qed jgħixu f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. Sar ukoll xi progress fit-titjib tar-rappreżentazzjoni ta' gruppi minoritarji fis-servizzi pubbliċi. Madankollu, ir-Rom għadhom l-aktar minoranza vulnerabbli fir-reġjun. Jeħtieġ li l-pajjiżi kollha jinkoraġġixxu spirtu ta' tolleranza lejn il-minoranzi u jieħdu miżuri xierqa biex iħarsu dawk il-persuni li jistgħu jkunu s-suġġett ta' diskriminazzjoni, ostilità jew vjolenza. Dan hu essenzjali biex jinkisbu rikonċiljazzjoni u stabbiltà durabbli.

L-infurzar ta' l-istat tad-dritt, b'mod partikolari permezz ta' riforma ġudizzjarja, u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata huma fost l-ogħla prijoritajiet. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ħadu passi biex itejbu l-organizzazzjoni u l-prsetazzjoni tas-sistemi tagħhom tal-ġustizzja. Qed isiru sforzi biex il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata tiġi intensifikata u dawn ħallew l-ewwel riżultati tagħhom. Qed jiġu żviluppati l-leġiżlazzjoni u l-istituzzjonijiet biex jiġġieldu l-korruzzjoni. F'bosta pajjiżi, hemm għaddejjin investigazzjonijiet u saru numru ta' prosekuzzjonijiet. Madankollu, is-sistemi tal-ġustizzja għadhom jirrekjedu titjib konsiderevoli tul ir-reġjun. Jeħtieġ li jsiru riformi estensivi b'mod sostenut biex jiġu żgurati l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tas-sistema tal-ġustizzja. Il-korruzzjoni għadha mxerrda ħafna u għandha għeruq soda fis-soċjetà. Fil-pajjiżi tal-Balkan tal-Punent, il-miżuri li ttieħdu mhumiex proporzjonati mal-kobor tal-problema. Tinħtieġ rieda politika soda biex tiġi eliminata l-korruzzjoni u biex isseħħ il-prosekuzzjoni ta' dawk li jikkommettu dawn ir-reati, inkluż f'każijiet notorji. Il-kriminalità organizzazzjoni hija preokkupazzjoni serja. In-netwerks kriminali jestendu għal diversi setturi soċjo-ekonomiċi u jidħlu fil-politika. Ta' spiss jibbenefikaw min-nuqqas ta' trasparenza fl-akkwist pubbliku, l-ippjanar ta' l-investimenti u l-privatizzazzjonijiet. Ir-reġjun huwa għajn u post ta' tranżitu għat-traffikar fil-bnedmin kif ukoll għall-kutrabandu fid-droga. Jinħtieġu sforzi kbar u sostnuti f'dan il-qasam.

Il-kapaċità amministrattiva hija aspett kruċjali fit-twettiq tal-kriterju ta' Kopenħagen dwar is-sħubija li jikkonċerna l-abbiltà li jiġu assunti l-obbligi tas-sħubija, kif ġie ddikjarat mill-Kunsill Ewropew f'Madrid fl-1995. Qed issir riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika tul ir-reġjun b'xi riżultati pożittivi bħal strateġiji u leġiżlazzjoni ta' qafas. Il-Kroazja wriet li għandha kapaċità amministrattiva konsiderevoli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA). Is-Serbja wkoll uriet kapaċità amministrattiva konsiderevoli għall-implimentazzjoni ta’ l-FSA. Issa jeħtieġ li jibnu fuq din il-kapaċità u jimmodernizzawha biex tiġi armonizzata mal-liġijiet u l-linji ta' politika ta' l-UE. Il-kapaċità amministrattiva tibqa' dgħajfa bnadi oħra u taffettwa l-implimentazzjoni ta' riformi u l-armonizzazzjoni ma' l-UE; jinħtieġu sforzi addizzjonali f'dan il-kuntest. Jinħtieġ impenn akbar f'kull pajjiż biex jiġi stabbilit servizz ċivili effiċjenti, stabbli u responsabbli, kemm fil-livell ċentrali u f'dak lokali. F'bosta pajjiżi ir-reklutaġġ, il-promozzjoni u t-tkeċċija ta' uffiċjali pubbliċi mhumiex ibbażati fuq kriterji oġġettivi u trasparenti. Jeħtieġ li jiġu msaħħa l-istandards etiċi fis-servizz ċivili. Għad iridu jiġu implimentati r-riformi tas-servizzi tal-pulizija u tas-sigurtà fil-Bożnja u Ħerżegovina u f'pajjiżi oħrajn.

Is-soċjetà ċivili hija element essenzjali tal-ħajja pubblika Ewropea. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għamlu sforzi biex jadottaw leġiżlazzjoni u strateġiji li huma aktar favorevoli għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili. Ittieħdu xi passi inizjali lejn demokrazija aktar parteċipattiva. Madankollu, fir-reġjun, is-soċjetà ċivili għadha dgħajfa. Il-gwerer u l-kunflitt etniku għamlu dannu kbir lin-nisġa soċjali tar-reġjun. L-NGOs lokali jeħtieġu stħarriġ biex jadattaw rwieħhom għall-kundizzjonijiet preżenti. Jinħtieġu aktar sforzi biex tissaħħaħ il-libertà ta' assoċjazzjoni u biex jiġu stabbiliti oqfsa regolatorji u inċentivi pubbliċi għall-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Globalment, it-tkabbir ekonomiku baqa' relattivament għoli u l-pagi medji fir-reġjun żdiedu. Il-figuri ta' l-inflazzjoni huma raġonevoli u stabbli. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fir-reġjun ġew implimentati linji ta' politika fiskali u monetarji prudenti. Is-sistemi finanzjarji ġew żviluppati aktar. Is-sistemi ta' amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi ġew imtejba. Ittieħdu passi biex il-klima tan-negozju titjieb. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kollha qed ikomplu jirristrutturaw u jiftħu l-ekonomiji tagħhom. Il-livell ta' integrazzjoni ekonomika ma' l-UE huwa diġà għoli u qed jikber. Il-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (Central European Free Trade Agreement - CEFTA) flimkien joħolqu qafas li jwassal għall-kummerċ u l-investimenti fil-Balkani, kif kien il-każ fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fis-snin disgħin. Bosta pajjiżi għandhom pjanijiet ambizzjużi biex itejbu l-infrastruttura fiżika u jimmodernizzaw is-sistemi ta' sigurtà soċjali.

Iż-żieda fil-kompetittività, it-tnaqqis fil-livelli għolja ta' qgħad u l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp u l-infrastrutturi umani huma sfidi ewlenin tul dan ir-reġjun kollu. Għad hemm riskji fiskali sinjifikanti u żbilanċi esterni kbar f'numru ta' pajjiżi. Il-progress fil-ħolqien ta' l-impjiegi huwa irregolari, filwaqt li xi pajjiżi fir-reġjun għandhom rati ta' qgħad ta' aktar minn 35% u d-differenza bejn il-ħiliet tax-xogħol disponibbli u dawk meħtieġa qiegħda tiżdied. Is-swieq tax-xogħol jibqgħu neqsin minn kombinazzjoni xierqa ta' flessibbiltà u sigurtà għall-ħaddiema u għal dawk li jħaddmu u t-taxxi fuq il-pagi huma relattivament għolja għall-kumpaniji reġistrati . L-ekonomiji rurali jeħtieġu aktar diversifikazzjoni. Jeħtieġ li jkun hemm aktar konsolidazzjoni fiskali u ristrutturar ta' l-impriżi. Jeħtieġ li jiġu implimentati l-pjanijiet ta' privatizzazzjoni tal-pajjiżi. It-tkabbir fl-investimenti u fl-SMEs irid jiġi stimulat aktar, anki permezz ta' aċċess aħjar għall-finanzjament. Jeħtieġ li l-gvernijiet itejbu aktar l-ambjent tan-negozju u jistimulaw aktar l-impjiegi. Jeħtieġ li jnaqqsu l-burokrazija, isaħħu l-istat tad-dritt u jiżguraw li jkun hemm reġistrazzjoni ta' l-artijiet affidabbli u proċeduri trasparenti għall-privatizzazzjoni. F'xi pajjiżi, jeħtieġ li l-qafas legali li jiżgura li s-swieq jiffunzjonaw tajjeb jiġi kkompletat u infurzat. Jeħtieġ li s-sistemi tat-taxxa jiġu ssimplifikati. Dan jistimula l-attività ekonomika u jnaqqas il-livelli għolja ta' informalità fl-ekonomija. Barra minn dan, jinħtieġu miżuri biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament u l-użu ta' l- e-technology .

It-Turkija

Minn mindu l-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 1999 ta l-istatus ta' pajjiż kandidat lit-Turkija, dan il-pajjiż wettaq bidliet maġġuri. Il-prospettiva Ewropea rriżultat bħala waħda mill-inċentivi ewlenin għar-riformi tas-sistema politika u legali kif ukoll ta' l-ekonomija fit-Turkija. Il-piena tal-mewt ġiet abolita, il-funzjonijiet u l-kompożizzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali ġew mibdula biex jiżdied il-kontroll pajżan fuq il-militar u l-libertajiet demokratiċi żdiedu permezz ta' sensiela ta' emendi kostituzzjonali. Sar progress f'oqsma bħad-drittijiet tan-nisa u t-tfal u l-ġlieda kontra t-tortura, bi tnaqqis globali ieħor fil-każijiet rappurtati ta' tortura u moħqrija.

F'termini ekonomiċi, wara l-kriżi finanzjarja serja ta' l-2001, linji ta' poltika makroekonomika sodi u riformi strutturali mfassla biex jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul ta' l-ekonomija ppermettew rkupru mgħaġġel ta' l-ekonomija u klima aħjar ta' l-investiment. Dan wassal għal tkabbir għoli fil-PGD, li laħaq is-6.1% fl-2006. Mill-2001, l-inflazzjoni naqset u l-lira Torka baqgħet b'saħħitha. Madankollu, l-iżvilupp tat-Turkija għadu influwenzat, b'mod sinjifikanti, minn tendenzi finanzjarji internazzjonali. Mill-istabbiliment ta' l-Unjoni Doganali fl-1995, il-valur tal-kummerċ ma' l-Unjoni Ewropea fi prezzijiet kurrenti ttriplika. Dan jirrifletti talba qawwija għal prodotti u servizzi ta' l-UE, flimkien ma' prestazzjoni tajba ta' l-industrija ta' l-esportazzjoni Torka. Barra minn dan, fl-2006, il-livell ta' investiment dirett barrani laħaq rekord ġdid ta' €16-il biljun, jiġifieri 4.9% tal-PGD Tork u kien, fil-biċċa l-kbira tiegħu, joriġina mill-Unjoni Ewropea.

Dawn ir-riformi u l-importanza strateġika tar-relazzjoni ta' l-UE mat-Turkija wasslu għall-bidu tan-negozjati tas-sħubija f'Ottubru 2005. Prinċipju fil-qalba ta' dan il-proċess huwa li l-pass tan-negozjati jiddependi fuq il-pass tar-riformi fit-Turkija.

L-implimentazzjoni tar-riformi kienet irregolari u, mill-2005, il-pass naqas. Fl-aħħar sena, it-Turkija għaddiet minn kriżi kostituzzjonali dwar l-elezzjoni tal-President tar-Repubblika, li wasslet għal elezzjonijiet parlamentari bikrija. Il-militar għamel stqarrijiet pubbliċi li kien jmorru oltre r-responsabbiltajiet tiegħu. Madankollu, fit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet inżammu dibattiti bil-miftuħ dwar numru ta' kwistjonijiet li huma tradizzjonalment sensittivi u soċjetà ċivili vitali ddikjarat ir-rabta tagħha mad-demokrazija u ma' l-istat sekulari. L-elezzjonijiet għall-Assemblea Nazzjonali l-Kbira nżammu b'rispett sħiħ għall-istandards demokratiċi u għall-istat tad-dritt. Il-Parlament il-ġdid jirrappreżenta d-diversità politika tal-pajjiż. Il-President tar-Repubblika ġie elett skond ir-regoli kostituzzjonali u kien hemm rispett sħiħ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet ċivili-militari. Il-gvern beda jaħdem fuq kostituzzjoni ġdida.

Issa jeħtieġ li t-Turkija ġġedded il-pass tar-riformi politiċi. Jinħtieġu sforzi sinjifikanti oħra, b'mod partikolari dwar il-libertà ta' l-espressjoni u d-drittijiet tal-komunitajiet reliġjużi li mhumiex Musulmani. Jinħtieġ aktar progress, b'mod partikolari, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-riforma ġudizzjarja, id-drittijiet tas-sindakati u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal u jeħtieġ li r-responsabbiltà ta' l-amministrazzjoni pubblika tiġi msaħħa. Fix-Xlokk, jeħtieġ li t-Turkija toħloq il-kundizzjonijiet biex il-popolazzjoni predominantement Turka li hemm hemmhekk tkun tista' tgawdi minn drittijiet u libertajiet sħaħ. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib il-proċess tar-riforma politika, inkluż il-kontroll pajżan tal-forzi tas-sigurtà.

B'reazzjoni għal sensiela ta' attakki armati tal-PKK li kkawżaw diversi disgrazzji, f'Ottubru 2007, il-Parlament adotta mozzjoni li tawtorizza l-gvern jintervjeni militarment fil-parti tat-Tramuntana ta' l-Iraq . Fl-20 ta' Ottubru, il-Presidenza ta' l-UE irreaġiet bil-kundanna sħiħa ta' l-Unjoni tal-vjolenza terroristika tal-PKK fit-Turkija. Stqarret ukoll li "l-komunità internazzjonali, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar interessati fir-reġjun, iridu jsostnu l-isforzi tat-Turkija biex tħares il-populazzjoni tagħha u tiġġieled it-terroriżmu, filwaqt li tirrispetta l-istat tad-dritt, tippreżerva l-paċi u l-istabbiltà internazzjonali u reġjonali u toqgħod lura milli tieħu azzjoni militari sproporzjonata."

Jinħtieġu aktar riformi ekonomiċi strutturali u konsolidament fiskali biex jiġu indirizzati r-riskji li fadal għall-istabbiltà makroekonomika. L-isfidi ewlenin jinkludu d-dgħufija u r-riġidità strutturali fis-suq tax-xogħol, il-kwalità tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, ir-rati baxxi ta' l-impieg, b'mod partikolari għan-nisa, settur informali mdaqqas u r-riformi fis-sistema tas-sigurtà soċjali u fis-settur ta' l-enerġija. Id-diversifikazzjoni ta' l-ekonomija rurali għadha limitata. Jeħtieġ li l-vulnerabbiltà tar-Rom tiġi indirizzata. Għadu jeħtieġ li t-Turkija tiżviluppa metodu komprensiv għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fix-Xlokk.

Relazzjonijiet ta' viċinat tajba jibqgħu essenzjali. It-Turkija hija mistennija wkoll li tiżgura implimentazzjoni sħiħa u mingħajr diskriminazzjoni tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

3. L-ISTRATEġIJA TAT-TKABBIR: L-INDIRIZZAR TA' L-AġENDA PREżENTI

3.1. Il-kunsens imġedded dwar it-tkabbir

Il-proċess tat-tkabbir ta' l-UE jikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà, għar-riformi u għall-promozzjoni ta' valuri Ewropej. L-effettività tal-kundizzjonalità fl-inkoraġġiment tar-riformi tiddependi fuq iż-żamma ta' prospettiva kredibbli ta' sħubija eventwali fl-Unjoni. Jeħtieġ li din tkun saħansitra aktar viżibbli għan-nies tal-pajjiżi kkonċernati. Il-prospettiva tas-sħubija qatt ma kienet importanti daqs illum biex tgħin lill-pajjiżi jegħlbu kriżijiet, dgħufijiet ta' l-istat u sfidi għad-demokrazija.

Il-kundizzjonalità stretta fl-istadji kollha tal-proċess tat-tkabbir tgħin biex ir-riformi fil-pajjiżi kandidati jew kandidati potenzjali jiġu kkonsolidati u biex tipprepara sabiex l-Istati Membri futuri jissodisfaw l-obbligi tagħhom meta jissieħbu. Il-progress ta' kull pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea jiddependi fuq l-isforzi individwali tiegħu biex jirrispetta l-kriterji ta' Kopenħagen u, għall-Balkani tal-Punent, fuq il-kundizzjonalità tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Fl-istadji ewlenin tal-proċess ta' sħubija, tingħata attenzjoni sħiħa lill-kapaċità ta' integrazzjoni ta' l-UE. It-titjib fil-kwalità tal-proċess ta' sħubija, li ġie deċiż fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006, jiżgura li l-progress tal-kandidati u tal-kandidati potenzjali lejn is-sħubija fl-UE jiddependi mis-suċċess li jkollhom biex jissodisfaw rekwiżiti ewlenin. Il-livelli ta' referenza għall-ftuħ u l-għeluq ta' kapitoli tan-negozjati, l-istudji ta' l-impatt fi stadji ewlenin tal-proċess ta' tkabbir dwar politiki ewlenin ta' l-UE u r-rabtiet mar-riforma politika jilgħabu rwol dejjem akbar fil-proċess.

3.2. Enfażi fuq kwistjonijiet ewlenin

L-isfidi identifati aktar 'il fuq jixirqilhom aktar enfażi fuq prijoritajiet ewlenin tar-riforma li għandhom x'jaqsmu mal-bini ta' l-istat, il-governanza u r-riformi soċjo-ekonomiċi. Il-Kummissjoni qiegħda issa tipproponi Sħubijiet ta’ Adeżjoni u Sħubijiet Ewropej li jirriflettu dawn il-prijoritajiet. Is-Sħubijiet jiggwidaw il-pajjiżi fuq ir-rotta Ewropea tagħhom u jistabbilixxu prijoritajiet għal sostenn finanzjarju qabel l-adeżjoni. Se jagħtu prijorità ogħla minn stadju bikri għal kwistjonijiet bażiċi ta' governanza, inkluż il-bini ta' l-istituzzjonijiet, ir-riforma ġudizzjarja u amministrattiva u l-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. Ser titqiegħed aktar enfażi fuq kwistjonijiet diffiċli bħal dawn, b'mod partikolari fil-kuntest tad-djalogi politiċi u ekonomiċi. Hija meħtieġa aktar kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji ta' l-UE u l-Istati Membri biex jiġġieldu l-kriminalità transnazzjonali. Jeħtieġ li tingħata sekwenza skond il-kapaċitajiet tal-pajjiżi u l-progress miksub fl-implimentazzjoni ta' riformi bażiċi lill-kwistjonijiet relatati ma' l-implimentazzjoni tal-liġijiet u l-linji ta' politika ta' l-UE.

Il-mekkaniżmu ta' sorveljanza fiskali ta' qabel it-tkabbir li, mill-2006, huwa wkoll disponibbli għal pajjiżi kandidati potenzjali, se jkompli jsostni r-riforma ekonomika fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali kollha.

Il-kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin tal-viċinat jibqgħu fatturi ewlenin fl-integrazzjoni Ewropea. Il-progress f'dawn l-oqsma jsaħħaħ il-kunfidenza u jwassal benefiċċji konkreti permezz ta' l-istabbiltà reġjonali, rabtiet transkonfinali aħjar u infrastruttura mtejba. Dawn iġibu wkoll benefiċċji ekonomiċi f'termini ta' tkabbir aktar mgħaġġel u aktar investiment dirett barrani.

L-għarfien u l-ftehim reċiproku jirrikjedu aktar żvilupp tas-soċjetà ċivili u tad-djalogu bejn iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-UE u tal-pajjiżi tat-tkabbir. Mill-2005, il-Kummissjoni tat appoġġ finanzjarju lil proġetti ta' djalogu ma' u fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll mat-Turkija. L-appoġġ għas-soċjetà ċivili huwa punt ewlieni biex ikun hemm ftehim reċiproku u tisħiħ tan-nisġa tad-demokrazija tul is-soċjetà. Il-Kummissjoni issa se tieħu miżuri addizzjonali biex tippromwovi l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u d-djalogu billi tuża l-l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni ( Instrument of Pre-Accession - IPA).

3.3. Promozzjoni tan-negozjati ta' l-adeżjoni

In-negozjati ta' l-adeżjoni mal-Kroazja u t-Turkija infetħu f'Ottubru 2005, fuq deċiżjoni unanima ta' l-Istati Membri, wara sensiela ta' riformi politiċi u legali maġġuri. Il-proċess tan-negozjati jqarreb iż-żewġ pajjiżi aktar lejn l-UE u jservi l-interessi strateġiċi tagħha. In-negozjati qed jinżammu fuq il-bażi ta' oqfsa stretti miftiehma mill-Kunsill. Javvanzaw id f'id mal-progress fir-riforma politika u ekonomika kif ukoll mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE.

Il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006 ħa deċiżjonijiet dwar it-tmexxija u l-kwalità tal-proċess ta' adeżjoni. Ittieħdu passi sinjifikanti biex jiġu implimentati l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Il-Kummissjoni għamlet użu sħiħ mill-possibbiltà li tipproponi livelli ta' referenza biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ftuħ u l-għeluq tan-negozjati dwar il-kapitoli fid-dawl tal-progress fis-sitwazzjoni attwali. Se toħroġ l-ewwel studji ta' l-impatt tagħha hekk kif kapitoli ewlenin qed jaslu fuq quddiem fin-negozjati. Fil-Ħarifa, il-Kummissjoni se toħroġ studju ta' l-impatt dwar id-dħul futur tal-Kroazja fis-settur tal-kabotaġġ tat-toroq ta' l-UE. Suġġett għal progress fin-negozjati, se jiġu ppreżentati aktar studji ta' l-impatt fis-sena li ġejja, li jkopru l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fil-konfront tal-Kroazja u l-provvista ta' l-enerġija fil-konfront tat-Turkija. L-Unjoni hija impenjata fi djalogi politiċi u ekonomiċi intensi, li r-riżultati tagħhom huma inkorporati fil-proċess tan-negozjati. F'dan il-kuntest, qed tingħata attenzjoni partikolari lir-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet bilaterali li għad hemm bejn il-kandidati u l-Istati Membri kif ukoll lill-iżvilupp ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat. Kwistjonijiet relatati mal-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali huma indirizzati fid-dettall fil-kapitolu speċifiku tan-negozjati. Għandu jitfakkar li n-negozjati jisgħu jiġu sospiżi fil-każ ta' ksur serju u persistenti tal-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt li huma l-bażi ta' l-Unjoni.

Il-progress tal- Kroazja lejn is-sħubija jittrażmetti sinjal b'saħħtu lill-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent dwar il-prospettivi tagħhom ta' sħubija, ladarba jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji. Il-proċess ta' l-adeżjoni tal-Kroazja jikkontribwixxi għat-trattament ta' kwistjonijiet bilaterali u reġjonali u jinkoraġġixxi r-rikonċiljazzjoni. Iservi l-interessi strateġiċi ta' l-UE ta' sigurtà u prevenzjoni ta' kunflitti f'reġjun li għandu konfini ma' xi Stati Membri.

L-istadju preżenti tan-negozjati ta' adeżjoni fil-kapitoli ta' politika speċifiċi ta' l-UE jirrikjedi li jiġu ttrattati kwistjonijiet tekniċi relatati ma' l-armonizzazzjoni. Il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kunsill ir-rapporti kollha dwar l-i screening tal-Kroazja. L-attenzjoni issa qiegħda ddur fuq is-sodisfazzjoni mill-Kroazja tal-livelli ta' referenza biex jinfetħu l-kapitoli rilevanti. Sakemm il-livelli ta' referenza jiġu sodisfatti, jkun possibbli li, fis-sena li ġejja, isir progress sostanzjali fin-negozjati ta' adeżjoni mal-Kroazja. Il-Kroazja għad jeħtieġ li tagħmel aktar progress fir-riformi ġudizzjarji u amministrattivi, id-drittijiet tal-minoranzi u r-ritorn tar-refuġjati kif ukoll ir-ristrutturar ta' l-industriji peżanti.

L-impenn kontinwat tat- Turkija lejn ir-riforma huwa ta' importanza strateġika maġġuri għas-sigurtà u l-istabbiltà ta' l-UE stess. It-Turkija hija konnessjoni unika bejn il-Punent u d-dinja Musulmana. Dan ħareġ b'mod ċar mill-inizjattiva ta' l-Alleanza taċ-Ċivilizzazzjonijiet, li hija intiża li biex tħeġġeġ id-djalogu taħt l-awspiċji tan-NU. L-adeżjoni tat-Turkija fl-UE, ibbażata fuq trasformazzjoni demokratika kbira, qed tiġi segwita b'interess kbir fil-Lvant Nofsani u fil-bqija tad-dinja Musulmana. It-Turkija tappoġġja wkoll il-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani kif ukoll djalogu ma' l-Iran fuq il-kwistjoni nukleari. Għandha assi importanti ta' sigurtà u pprovdiethom f'numru ta' missjonijiet ta' l-UE u tan-NATO, mill-Balkani tal-Punent għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u mid-Darfur għall-Afganistan. It-Turkija għandha l-potenzjal li ssir ir-rotta ta' l-enerġija l-maġġuri bejn l-UE u l-akbar sorsi taż-żejt u tal-gass fid-dinja u, għaldaqstant, hija attur prinċipali fis-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija ta' l-Ewropa. L-armonizzazzjoni tagħha mal-linji ta' politika ta' l-UE se ġġib benefiċċji partikolari f'oqsma bħall-kontroll tal-migrazzjoni u l-ambjent. It-Turkija konsistentement tirreġista tkabbir għoli u konsistenti u hija fost is-sħab ewlenin fil-kummerċ u l-investiment ta' l-UE.

Kienu jeżistu dawn il-kunsiderazzjonijiet strateġiċi mill-oriġini tar-relazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, fl-1959. Il-prospettiva tas-sħubija tat-Turkija fl-UE tmur lura sa l-1963, meta ffirmat ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Komunità Ekonomika Ewropea. Dan il-ftehim jipprevedi l-adeżjoni b'mod espliċitu, kemm fil-preambolu tiegħu u fl-Artikolu 28. Dan jirrifletti r-rwol strateġiku maġġuri tat-Turkija mis-sisien bikrija ta' l-Unjoni Ewropea. It-Turkija issa hija l-uniku pajjiż li miegħu l-UE stabbilixxiet unjoni doganali, bi ftehim fl-1995. Kisbet l-istatus ta' pajjiż kandidat fl-1999. L-għan komuni tan-negozjati huwa l-adeżjoni, hekk kif qablu l-Istati Membri kollha f'Ottubru 2005. In-negozjati mat-Turkija huma proċess miftuħ, li r-riżultat tiegħu ma jistax jiġi garantit bil-quddiem. Il-progress fin-negozjati jimxi id f'id mal-progress fl-implementazzjoni tar-riformi u ta' l-armonizzazzjoni mal-liġijiet u l-linji ta' politika ta' l-UE.

Huwa essenzjali li l-Unjoni Ewropea tonora l-impenji tagħha u żżomm il-proċess ta' negozjati fuq it-triq it-tajba u li l-kapitoli jiġu miftuħa malli jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tekniċi, skond il-Qafas tan-Negozjati ta' Ottubru 2005 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2006. Il-proċess ta' l-i screening mat-Turkija wasal fil-fażi finali tiegħu, u l-Kummissjoni se tkun issottomettiet il-biċċa l-kbira tar-rapporti lill-Kunsill sa l-aħħar ta' din is-sena. It-Turkija trid tagħmel l-isforzi meħtieġa biex tilħaq il-livelli ta' referenza ddefiniti mill-Kunsill għall-ftuħ tal-biċċa l-kbira tal-kapitoli. L-ispinta mġedda tat-Turkija fil-proċess ta' riforma politika se jkollu impatt dirett fuq il-pass tan-negozjati ta' adeżjoni. Sakemm il-livelli ta' referenza jiġu sodisfatti, jkun possibbli li, fis-sena li ġejja, isir progress fin-negozjati ta' adeżjoni mat-Turkija.

Relazzjonijiet ta' viċinat tajba jibqgħu essenzjali. Skond id-Dikjarazzjoni ta' l-UE tal-21 ta' Settembru 2005 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006, jeħtieġ li t-Turkija tissodisfa l-obbligu tagħha ta' implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali tal-ftehim ta' Ankara u tneħħi l-ostakoli kollha għall-moviment liberu tal-prodotti, inklużi restrizzjonijiet fuq il-mezzi ta' trasport fil-konfront tar-Repubblika ta' Ċipru. It-Turkija hija wkoll mistennija tagħmel progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta' Ċipru.

3.4. Titjib tal-prospettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent u inkoraġġiment tal-kooperazzjoni reġjonali

Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kollha jaqsmu l-prospettiva ta' sħubija eventwali fl-UE. Il-futur tal-Balkani tal-Punent huwa fl-Unjoni Ewropea. Il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-aġenda ta' Tessaloniki ta' l-2003 jibqgħu jifformaw il-qafas tal-politika ta' l-UE għal dan ir-reġjun. Il-kooperazzjoni reġjonali ġġib benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent u tgħin biex jiġu promossi r-riforma u r-rikonċiljazzjoni.

L-UE se tkompli tapplika kondizzjonalità stretta fil-progress tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE. Reputazzjoni sodisfaċenti, b'mod partikolari fl-implimentazzjoni ta' l-obbligi taħt il-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Stabilisation and Association Agreements – SAA), inklużi d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ, hija element essenzjali fit-triq lejn sħubija eventwali. Huwa kruċjali għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-SAA u għat-tħaddim effiċjenti tad-diversi istituzzjonijiet konġunti li jkun hemm istituzzjonijiet sodi.

Il-Kummissjoni tkompli ssostni l-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent fit-triq tagħhom lejn l-Ewropa huma u javvanzaw fuq l-istrateġija mressqa fl-2005. Se tagħti prijorità sħiħa lill-istabbiltà tal-Kosovo u lill-prospettiva ta' l-UE.

Is-summit ta' Mejju 2007 tal-Proċess ta' Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (South-East Europe Cooperation Process – SEECP) f'Żagreb ħabbar pass lejn is-sjieda reġjonali tal-proċess ta' kooperazzjoni reġjonali. Il-Patt ta' Stabbiltà wettaq il-biċċa l-kbira tal-missjoni tiegħu u se jiġi sostitwit b'Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali ġdid (Regional Cooperation Council – RCC) ikkollegat ma' l-SEECP. Ġie maħtur Segretarju Ġenerali ta' l-RCC u Sarejevo ġiet innominata bħala s-sede tas-segretarjat tiegħu. Il-ftehim tal-pajjiż ospitanti ġie ffirmat mal-Bożnja u Ħerżegovina meta kienet in kariga l-Presidenza Bulgara u s-Segretarjat qed jiġi stabbilit. Huwa mistenni li l-aħħar laqgħa tal-Mejda Reġjonali tal-Patt ta' Stabbiltà u l-ewwel laqgħa ta'l-RCC se jinżammu f'Sofia fil-bidu ta' l-2008, meta l-Koordinatur Speċjali tal-Patt ta' Stabbiltà jiġi sostitwit mis-Segretarju Ġenerali ta' l-RCC. Jeħtieġ li l-istrutturi l-ġodda jibdew joperaw malajr, b'mod partikolari s-segretarjat u l-uffiċju ta' kollegament tiegħu ta' Brussell. L-SEECP u l-RCC se jipprovdu l-qafas ġenerali għal kooperazzjoni reġjonali. Il-Kummissjoni se tipparteċipa fl-RCC u tinkoraġġixxi l-partijiet kkonċernati kollha biex ikollhom rwol attiv. Filwaqt li tibbaża ruħha fuq l-esperjenza relevanti tal-Patt ta' Stabbiltà, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tikkoopera ma' l-SEECP u l-RCC dwar l-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva tal-KE dwar Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastru kif ukoll l-Inizjattiva dwar il-Prevenzjoni u t-Tħejjija għal Diżastri (Disaster Prevention and Preparedness Initiative – DPPI) li ġiet mnedija taħt il-Patt ta' Stabbiltà. Il-Kummissjoni għandha wkoll l-intenzjoni li tkompli tassoċja l-pajjiżi tal-Balkani tal-Puntent f'xogħol marbut mal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili li jittratta sitwazzjonijiet ta' emerġenza bħal għargħar, nirien fil-foresti jew terremoti.

F'Lulju daħal fis-seħħ il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (Central European Free Trade Agreement - CEFTA). Ir-ratifika mill-firmatarji kollha tlestiet dan l-aħħar u din iż-żona reġjonali ta' kummerċ ħieles issa hija effettiva tul ir-reġjun kollu. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li ssosti lis-CEFTA, kemm permezz ta' għajnuna teknika kif ukoll permezz ta' ffinanzjar inizjali tas-segretarjat tas-CEFTA għal tliet snin. Il-pajjiżi kollha jikkooperaw fil-qafas tal-Karta Ewropea għall-Intrapriżi Żgħar. L-implimentazzjoni tat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija mxiet 'il quddiem. Ir-ratifika taż-Żona Ewropea Komuni għall-Avjazzjoni għaddejja bħalissa. Issa jeħtieġ li l-firmatarji li għad baqa' jipproċedu bir-ratifika ta' dawn l-istrumenti. Dawn il-ftehimiet jippermettu integrazzjoni bikrija fis-suq intern ta' l-UE għall-enerġija u l-avjazzjoni. Ġew imfassla strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni dettaljati dwar l-enerġija u l-gass.

Sabiex iżid l-għarfien dwar il-liġijiet u l-linji ta' politika ta' l-UE, l-uffiċċju tat-TAIEX[6] tal-Kummissjoni se jorganizza sessjonijiet ta' informazzjoni teknika fil-pajjiżi li huma kandidati potenzjali għall-benefiċċju tal-persuni interessati fil-gvern, fin-negozju u fis-soċjetà. L-Iskola ta' Amministrazzjoni Pubblika Reġjonali se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-Balkani tal-Punent. Il-fondi ta' l-UE qed jintużaw biex in-netwerk eżistenti jiġi ttrasformat fi skola bbażata fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.

Iċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent jeħtieġ li jħossu titjib tanġibbli li jirriżulta mill-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiżi tagħhom. Dan hu essenzjali biex huma jieħdu s-sjieda tar-rikonċiljazzjoni u tar-riformi neċessarji. Għandhom jiġi mmassimizzati l-kuntatti fost in-nies bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi tar-reġjun u tul ir-reġjun innifsu.

Kwistjoni ta' l-akbar importanza għall-popli u l-gvernijiet tal-Balkani tal-Punent hija l-ivvjaġar aktar faċli lejn l-Unjoni Ewropea. F'Tessaloniki, l-UE għarfet dan il-fatt u impenjat ruħha li tieħu passi biex tasal għal dan l-għan. Il-passi lejn il-liberalizzazzjoni ta’ l-ivvjaġġar jeħtieġ li jikkunsidraw is-sigurtà interna u l-interessi dwar il-migrazzjoni ta' l-UE. Sistema ta’ vvjaġġar mingħajr viża ilha fis-seħħ mal-Kroazja għal ħafna snin. Dan l-aħħar il-Kummissjoni nnegozjat ftehimiet ta' ffaċilitar tal-viżi flimkien ma’ ftehimiet ta’ ammissjoni mill-ġdid ma’ pajjiżi oħra tar-reġjun. Dawn ġew iffirmati f’Settembru u mistennija jiġu approvati mill-Kunsill f’qasir żmien, sabiex jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008. Dawn il-ftehimiet ser itejbu sostanzjalment il-kundizzjonijiet sabiex jinkisbu l-viżi għall-ivvjaġġar lejn l-UE. Huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tagħhom.

Il-ftehimiet ta’ ffaċilitar huma pass importanti lejn il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-sistema tal-viża. Il-Kummissjoni tikkunsidra li issa huwa ż-żmien sabiex b’mod gradwali tasal għal-liberalizzazzjoni tal-viża mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent permezz ta' passi konkreti ulterjuri. Għal dak l-għan il-Kummissjoni tipproponi li tiftaħ djalogu ma’ kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati sabiex tistabbilixxi strateġija dwar il-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jintlaħqu. Dawn għandhom ikopru l-implimentazzjoni effettiva tal-ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, kif ukoll il-progress f'oqsma ewlenin bħall-amministrazzjoni tal-fruntieri, is-sigurtà tad-dokumenti jew il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Strateġiji bħal dawn se jippermettu lill-pajjiżi kkonċernati jiffokaw aħjar l-isforzi ta' riforma tagħhom filwaqt li jirrinforzaw ukoll il-viżibbiltà ta' l-impenn ta' l-UE lejn il-popli tar-reġjun.

Il-miżuri bl-għan li jtejbu l-kuntatti fost in-nies jinkludu wkoll l-estensjoni tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u ta' opportunitajiet ta' mobbiltà għal studenti li għadhom ma ggradwawx u studenti li ggradwaw taħt il-programmi Tempus u Erasmus-Mundus. 100 student ieħor mir-reġjun jistgħu jwettqu studji wara li jiggradwaw fl-UE fl-2007/2008. Mill-2008, sa 500 student mhux iggradwat kull sena jista' jgawdi mill-programmi ta' skambju bejn l-Istati Membri ta' l-UE u r-reġjun. Il-Kummissjoni se tinvestiga, flimkien ma' l-Istati Membri u donaturi bilaterali oħra, il-possibiltajiet għal opportunitajiet oħra ta' boroż ta' studju. Se jiġi pprovdut ukoll appoġġ finanzjarju ta' qabel l-adeżjoni għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ mill-Balkani tal-Punent, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, operaturi kulturali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u riċerkaturi fil-programmi ta' l-UE. Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi inizjattivi u proġetti relatati mas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali ta' l-2008. Se jittieħdu miżuri taħt il-faċilità l-ġdida tas-soċjetà ċivili tal-Kummissjoni biex isostnu n- networking u l-iskambji bejn il-gruppi tas-soċjetà ċivili u gruppi korrispondenti fir-reġjun u fil-livell Ewropew.

L-involviment attiv tal-parlamenti huwa fattur ewlieni fil-progress tal-pajjiżi fi triqthom lejn l-UE. Il-kooperazzjoni Parlamentari kibret aktar kemm fil-Balkani tal-Punent u ma' l-UE. F'kooperazzjoni mal-Parlament Ewopew, il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi attivitajiet li jiffukaw fuq l-integrazzjoni Ewropea.

3.5. It-tisħiħ ta' l-appoġġ għar-riformi

Fl-1 ta' Jannar, ġie introdott l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni ( Instrument of Pre-Accession - IPA). L-għan huwa li jiġi pprovdut qafas koerenti għal assistenza lil pajjiżi kandidati u pajjiżi potenzjalment kandidati. Il-Komunità se tkompli ssostni lil dawn il-pajjiżi fl-isforzi tagħhom biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, biex jirriformaw l-amministrazzjoni pubblika u jistabbilixxu ekonomiji tas-suq li jiffunzjonaw. L-appoġġ se jieħu s-sura tal-bini ta' istituzzjonijiet u proġetti ta' kooperazzjoni transkonfinali, kif ukoll, suġġett għal-livell ta' preparazzjoni tal-pajjiżi, appoġġ għal miżuri reġjonali, ta' riżorsi umani u ta' żvilupp rurali.

Sar progress fil-preparazzjoni għal tranżizzjoni bla tfixkil fl-implimentazzjoni ta' l-għajnuna mill-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (European Agency for Reconstruction – EAR) lid-delegazzjonijiet u l-uffiċċji tal-Kummissjoni f'Belgrad, Podgorica, Pristina u Skopje. Il-proċess se jitlesta sa tmiem l-2008. L-Aġenzja kienet attiva fil-kunsinna ta' għajnuna għar-rikostruzzjoni lill-pajjiżi wara l-kunflitt. Bl-introduzzjoni ta' l-IPA, l-awtoritajiet benefiċjarji għandhom sjieda akbar fl-ipprogrammar ta' għajnuna ta' qabel it-tkabbir. Jeħtieġ li jippreparaw lilhom infushom biex jassumu r-responsabbiltà għall-amministrazzjoni tal-fondi ta' l-UE.

Il-Kosovo jixraqlu attenzjoni partikolari. Il-ħtiġijiet kbar tiegħu għal finanzjament estern se jkollhom, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jiġu assunti minn donaturi. L-UE u l-Istati Membri se jkollhom bżonn jassumu t-tmexxija fil-komunità internazzjonali, konformement mar-rwol kruċjali ta' l-UE, f'Kosovo li jkollu l-istatus tiegħu determinat.

L-IPA se tgħin lill-benefiċċjarji jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom permezz tal-bini ta' l-istituzzjonijiet, governanza tajba u l-iżvilupp ta' l-SMEs. Se tingħata attenzjoni speċjali lir-riforma amministrattiva u ġudizzjarja u lill-istat tad-dritt. Se jkomplew wkoll isiru sforzi biex titjieb l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi tas-sħab kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ ta' qabel l-adeżjoni. It-TAIEX joffri assistenza b'reazzjoni rapida mill-uffiċjali tas-settur pubbliku lill-istituzzjonijiet pubbliċi tal-pajjiżi tat-tkabbir. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' SIGMA[7] u tat-TAIEX, il-ġemellaġġ bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jipprovdi sostenn fuq medda medja ta' żmien għall-governanza, flimkien mal-proġetti tradizzjonali ta' ġemellaġġ relatati mal-liġijiet u l-linji ta' politika ta' l-UE.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi faċilità ġdida ta' l-iffinanzjar taħt l-IPA biex tippromwovi l-iżvilupp u d-djalogu tas-soċjetà ċivili. Il-proġetti nazzjonali u multibenefiċjarji se jkunu pprogrammati b'mod koordinat sabiex jistimulaw l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili f'kull pajjiż. L-għan huwa li jissaħħu l-korpi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċess politiku, li titjieb il-kapaċità ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiżviluppaw proġetti u netwerks transkonfinali u li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-opinjonisti jsiru familjari ma' kwistjonijiet ta' l-UE. Il-faċilità se ttejjeb il-kapaċità ta' l-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili għall-mobilizzazzjoni, il-promozzjoni, l-iżvilupp ta' proġetti u l-amministrazzjoni ċiviċi biex jiġi inkoraġġut in- networking u se ssosti d-djalogu tagħhom ma' korpi korrispondenti fl-UE. Is-setturi koperti se jinkludu d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali, is-saħħa, l-ambjent, il-promozzjoni u r-rappreżentanza tan-negozju u l-ħarsien tal-konsumatur. Il-faċilità se tħeġġeġ il-kooperazzjoni u t-trasferiment ta' għarfien bejn organizzazzjonijiet tan-negozju, tas-sindakati u professjonali f'pajjiżi sħab u l-organizzazzjonijiet korrispondenti fil-livell Ewropew. Se jiġi stabbilit programm tal-viżitaturi biex opinjonisti ewlenin attivi fil-politika nazzjonali u lokali, fir-reliġjon, fil-ġurnaliżmu, fis-sindakati u f'assoċjazzjonijiet tan-negozju jiksbu familjarità dwar kwistjonijiet ta' l-UE u sabiex jitlaqqgħu mal-korrispondenti tagħhom fl-UE.

Element importanti fir-Regolament dwar l-IPA l-ġdid huwa koordinament aktar mill-qrib tad-donaturi, b'mod partikolari fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit. Il-Kummissjoni se tikkoordina mill-qrib l-appoġġ ta' l-IPA ma' dak ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u ta' donaturi oħra sabiex tindirizza ħtiġijiet bażiċi f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Mill-2008, il-Kummissjoni se twaqqaf Faċilità għall-Infrastruttura, iffinanzjata mill-IPA, li se tgħin fit-tħejjija ta' proġetti ta' infrastruttura. Is-setturi koperti se jinkludu l-infrastruttura tat-trasport, ta' l-enerġija u ta' l-ambjent, iżda wkoll investimenti fis-settur soċjali, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni u r-refuġjati. Inizjattivi oħrajn jinkludu l-Fond Ewropew għax-Xlokk ta’ l-Ewropa (European Fund for South East Europe – EFSE), li huwa mmirat lejn l-iżvilupp tas-settur privat, u l-faċilità għall-effiċjenza fl-enerġija. B'dan il-mod, l-appoġġ mill-IPA se jipprova jikseb taħlita effettiva mil-lat ta' l-ispiża ta' għotjiet u self. Dan l-isforz kollaborattiv se jinvolvi, b'mod partikolari, il-BEI kif ukoll l-EBRD u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra bħall-Bank Dinji u l-Bank tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

3.6. L-iżgurar ta' l-appoġġ pubbliku għat-tkabbir

Il-komunikazzjoni hija l-pedament tal-politika tat-tkabbir ta' l-UE. Jeħtieġ li l-benefiċċji u l-isfidi tat-tkabbir jiġu komunikati aħjar lill-pubbliku. L-opinjoni pubblika fl-UE dwar tkabbir futur hija influwenzata mill-perċezzjonijiet dwar tkabbir passat. Huwa essenzjali li nisimgħu liċ-ċittadini, nirreaġixxu għat-tħassib tagħhom u nipprovdu aktar informazzjoni. Jeħtieġ li l-UE tippreżenta aktar informazzjoni fattwali dwar it-tkabbir sabiex il-pubbliku jkun jista' jara kemm il-benefiċċji u l-isfidi b'mod ċar.

L-UE taffaċja sfidi biex tikkomunika t-tkabbir kemm lill-Istati Membri u lil pajjiżi kandidati u pajjiżi potenzjalment kandidati.

Fl-Istati Membri , l-isfidi ewlenin huma li jiġu pprovduti fatti dwar il-ħames tkabbir, b'mod partikolari dwar l-impatt tiegħu f'termini ta' suċċess ekonomiku u ta' tisħiħ tar-rwol globali ta' l-UE, u li jiġu enfasizzati l-benefiċċji u l-isfidi tal-proċess ta' tkabbir preżenti. Jeħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri ta' l-UE jipprovdu lill-pubbliku ta' l-UE informazzjoni dwar il-pajjiżi kandidati u pajjiżi potenzjalment kandidati u jispjegaw kif it-tkabbir jaħdem bħala proċess gradwali u mmexxi b'reqqa. Jeħtieġ li nippromwovu dibattitu fil-livelli kollha tas-soċjetà dwar kwistjonijiet relatati mat-tkabbir.

Fil-pajjiżi kandidati u pajjiżi potenzjalment kandidati , l-isfidi ewlenin huma li jiġi enfasizzat l-impenn ta' l-Unjoni lejn il-prospettiva Ewropea tagħhom u li jiġu spjegati l-kundizzjonijiet għall-progress ta' kull pajjiż lejn l-UE, b'kull wieħed minnhom li jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu. Jeħtieġ li n-nies jaraw li l-progress lejn l-UE jiddependi fuq il-pass tar-riformi f'kull pajjiż. Aktar mal-proċess tar-riforma jkun mgħaġġel fil-pajjiżi, aktar ma jkun mgħaġġel il-progress tagħhom fit-triq lejn is-sħubija u l-benefiċċji kollha tagħha. Jeħtieġ li l-UE ssostni l-gvernijiet ta' dawn il-pajjiżi fl-isforzi tagħhom biex jispjegaw in-natura ta' l-UE u biex juru kif iċ-ċittadini tagħhom igawdu minn relazzjonijiet aktar mill-qrib ma' l-UE filwaqt li jħejju għas-sħubija. Jeħtieġ li ċ-ċittadini jkunu jafu aktar dwar il-benefiċċji bħall-għajnuna finanzjarja u l-pariri tekniċi ta' qabel it-tkabbir, l-iffaċilitar tal-viżi u boroż ta' studju.

Il-Kummissjoni tistieden lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati u ta' pajjiżi potenzjalment kandidati jfasslu pjanijiet ta' komunikazzjoni biex jgħinu ħalli jkun hemm komunikazzjoni aktar effettiva dwar it-tkabbir. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu mmirati lejn dawk li jifformaw l-opinjonijiet fil-politika, fil-midja, fid-dinja akkademika, fil-komunità tan-negozju, fost l-imsieħba soċjali u ż-żgħażagħ. Il-faċilità l-ġdida tal-Komunità għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u d-djalogu se wkoll tikkontribwixxi għal dan l-isforz.

L-Istati Membri jridu jkunu fuq quddiem biex jispjegaw u jiddefendu l-linji ta' politika li jkunu qablu dwarhom, jippromwovu d-djalogu u jispjegaw il-benefiċċji tat-tkabbir. Il-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali, kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili, għandhom ukoll rwol kruċjali. Dawn l-atturi, li huma l-aktar qrib il-pubbliku, għandhom rwol ewlieni fil-ġenerazzjoni ta' dibattitu infurmat dwar it-tkabbir.

Il-Kummissjoni se tikkomplementa dawn l-isforzi bil-komunikazzjoni tal-politika tat-tkabbir ta' l-UE, inkluż is-sostenn ta' qabel l-adeżjoni. Se tikkumbatti l-ħrejjef billi tipprovdi l-fatti. Se tagħmel użu sħiħ mir-rappreżentanzi tagħha fl-Istati Membri u mid-delegazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi tat-tkabbir. Il-Kummissjoni se tfittex li tidħol f'djalogu dwar it-tkabbir ma' persuni ewlenin li jifformaw l-opinjonijiet u se tibni fuq l-esperjenza li kisbet fl-2007 minn numru ta' proġetti ta' komunikazzjoni ta' suċċess, b'mod partikolari dawk mal-kmamar tal-kummerċ u ma' l-organizzazzjonijiet ta' l-istudenti.

4. KONKLUżJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Fuq il-bażi ta' l-analażi ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tissottometti l-konklużjonijiet li ġejjin:

1) It-tkabbir ikkontribwixxa għall-paċi, id-demokrazija u l-istabbiltà tul il-kontinent kollu u ġab benefiċċji konkreti f'termini ta' żieda fil-kummerċ, fl-investiment u fit-tkabbir ekonomiku. L-Unjoni hija issa aktar kompetittiva u tista' tirreaġixxi aħjar għall-isfidi tal-globalizzazzjoni. It-tkabbir żied l-influwenza ta' l-UE fid-dinja.

2) Il-proċess tat-tkabbir ta' l-UE qed jiġi amministrat b'reqqa skond il-kunsens imġedded definit mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006. Dan il-kunsens imġedded huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-konsolidazzjoni ta' l-impenji, kundizzjonalità ġusta u stretta u komunikazzjoni aħjar mal-pubbliku, flimkien mal-kapaċità ta' l-UE li tintegra membri ġodda. L-aġenda ta' tkabbir preżenti tkopri l-Balkani tal-Punent u t-Turkija, li ngħataw il-prospettiva ta' sħubija fl-UE ladarba jissodisfaw il-kundizzjonijiet.

3) Il-Kummissjoni ħadet passi biex ittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' tkabbir. Kwistjonijiet diffiċli ta' riforma issa qed jiġu indirizzati fi stadju bikri. Huwa żgurat li jkun hemm komunikazzjoni u reazzjoni bejn id-djalogi ekonomiċi u politiċi u l-proċess ta' tkabbir. Fin-negozjati ta' adeżjoni, qiegħed issa jsir użu sħiħ minn livelli ta' referenza bħala kundizzjonijiet għall-ftuħ u l-għeluq tal-kapitoli. Il-Kummissjoni qed tippromwovi trasparenza akbar, per eżempju billi tagħmel ir-rapporti dwar l-i screening disponibbli għall-pubbliku, u qed tipprepara l-ewwel studji ta' l-impatt. Kull pajjiż jimxi minn stadju wieħed għal dak li jkun imiss fil-mixja tiegħu lejn l-UE, meta jkun issodisfa il-kundizzjonijiet meħtieġa, skond l-istrateġija ta' l-2005 għall-Balkani tal-Punent.

4) Il-pajjiżi tat-tkabbir għadhom jaffaċjaw sfidi kbar. Huwa kruċjali li jinżammu l-viżibilità u l-kredibbiltà tal-prospettivi tagħhom ta' adeżjoni. Kull pajjiż se jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu. Għad hemm xi jsir biex jiġu indirizzati kwistjonijiet fundamentali, bħall-bini ta' l-istat, l-istat tad-dritt, ir-rikonċiljazzjoni, ir-riforma amministrattiva u ġudizzjarja, u biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Relazzjonijiet tajba ta' viċinat jibqgħu punt kruċjali.

5) In-negozjati ta' adeżjoni mal-Kroazja mexjin 'il quddiem u deħlin f'fażi deċiżiva. Dan juri lir-reġjun kollu kemm hu li l-prospettiva Ewropea hija reali. Il-Kroazja għadha teħtieġ tagħmel aktar progress b'mod partikolari fir-riforma ġudizzjarja u amministrattiva, id-drittijiet tal-minoranzi u r-ritorn tar-refuġjati, kif ukoll ir-ristrutturar ta' l-industriji ta' l-azzar u tal-bini tal-vapuri.

6) Minn mindu saret pajjiż kandidat fl-1999, it-Turkija introduċiet riformi importanti. F'din l-aħħar sena, it-Turkija għaddiet minn kriżi kostituzzjonali li wasslet għal elezzjonijiet parlamentari bikrin. Dawn kienu liberi u ġusti, u l-parlament il-ġdid jirrappreżenta d-diversità politika tal-pajjiż. Il-President tar-Repubblika ġie elett skond ir-regoli kostituzzjonali u d-demokrazija pprevaliet fir-relazzjonijiet ċivili-militari. Issa jeħtieġ li t-Turkija ġġedded l-ispinta fir-riformi politiki tagħha. Huma meħtieġa sforzi sinjifikanti oħra mingħajr dewmien b'mod partikolari dwar il-libertà ta' l-espressjoni (l-Artikolu 301 tal-Kodiċi Penali u leġiżlazzjoni rilevanti oħra) u d-drittijiet ta' komunitajiet reliġjużi li mhumiex Musulmani. Huwa meħtieġ ukoll titjib, b'mod partikolari, rigward ir-riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, drittijiet imsaħħa għan-nisa, it-tfal u s-sindakati, drittijiet kulturali, kif ukoll il-kontroll pajżan tal-forzi tas-sigurtà.

It-Turkija la għadha ssodisfat l-obbligu tagħha ta' implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u lanqas m'għadha għamlet progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta' Ċipru. Il-Kummissjoni ser tissokta r-rappurtaġġ tagħha fir-rapporti annwali li jmiss, skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006, approvati mill-Kunsill Ewropew.

7) Jeħtieġ li l-istatus tal-Kosovo jiġi ċċarat kemm jista' jkun malajr. L-unità ta' l-UE f'dan ir-rigward hija essenzjali. Il-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ ix-xogħol tat-Troka. Hemm ħtieġa għal soluzzjoni sostenibbli li tiżgura Kosovo demokratiku u multietniku u li tikkontribwixxi għall-istabbiltà reġjonali.

8) L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għamlet progress iżda għad jeħtieġ li tħaffef il-pass tar-riformi f'oqsma ewlenin. L-Albanija u l-Montenegro għamlu progress f'numru ta' oqsma iżda għadhom jaffaċċjaw sfidi kbar. Il-Bożnja u Ħerżegovina għad trid tassumi sjieda sħiħa tal-governanza tagħha u jeħtieġ li timxi 'l quddiem fir-riformi, b'mod partikolari tal-pulizija. Is-Serbja wriet li għandha l-kapaċità amministrattiva biex tagħmel progress sostanzjali fit-twettiq tal-prospettiva Ewropea tagħha. Dan ġie ppruvat mit-tmexxija effiċjenti tan-negozjati tekniċi dwar il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Madankollu, biex tiffirma l-SAA, is-Serbja għad trid tasal għal kooperazzjoni sħiħa ma' l-ICTY. Jeħtieġ li r-reġjun kollu kemm hu jimxi 'l quddiem fil-bini ta' demokraziji moderni u fl-iżvilupp ta' kultura politika ta' djalogu u tolleranza.

Għaldaqstant:

(a) Il-Kummissjoni tistenna progress sostanzjali fin-negozjati ta' adeżjoni mal-Kroazja matul is-sena li ġejja, li jwassal għall-ftuħ ta' numru sinjifikanti ta' kapitoli u għall-għeluq proviżorju ta' bosta kapitoli, sakemm dan il-pajjiż iżomm l-ispinta neċessarja tar-riforma u jissodisfa l-livelli ta' referenza.

(b) Il-Kummissjoni tistenna li matul is-sena jkun hemm progress fin-negozjati ta' adeżjoni mat-Turkija. Il-kapitoli li tlestew għalihom it-tħejjijiet tekniċi għandhom jinfetħu skond proċeduri stabbiliti.

Il-pass tan-negozjati jiddependi fuq ir-riżultati tar-riformi fit-Turkija. Il-progress tat-Turkija jista' jingħata spinta jekk jirnexxielha tilħaq il-livelli inizjali ta' referenza.

Il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill li r-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta’ l-espressjoni fil-Kodiċi Penali Tork (Artikolu 301 u artikoli rilevanti oħra) għandha tkun il-livell ta’ referenza għall-ftuħ tal-kapitolu ewlieni dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali.

It-Turkija għandha tissodisfa l-impenji relatati ma’ l-implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006, u tmien kapitoli mhumiex ser jinfetħu qabel ma t-Turkija tagħmel dan.

(c) L-UE hija lesta li tipprovdi aktar appoġġ għall-istabbiltà fil-Kosovo u fir-reġjun u li tirreaġixxi għall-iżviluppi billi tagħmel użu sħiħ mis-strumenti ta' politika tagħha.

(d) Sakemm il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, il-Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jiġu kkompletati mal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent fl-2008, bil-ftehimiet li jew ikunu ffirmati jew fis-seħħ.

(e) Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent se jassumu r-responsabbiltà għall-kooperazzjoni reġjonali mat-tranżizzjoni mill-Patt ta' Stabbiltà għall-bKunsill Reġjonali tal-Kooperazzjoni l-ġdid fil-qafas tal-Proċess ta' Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa. L-UE se tkompli ssostni s-sjieda lokali ta' inizjattivi fil-kooperazzjoni reġjonali.

(f) L-inkoraġġiment ta' kuntatti fost in-nies bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE għandu jingħata attenzjoni prijoritarja. Il-Kummissjoni se tagħti bidu għal djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi għal ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent bħala l-pass li jmiss wara l-ftehimiet dwar l-iffaċilitar tal-viżi u ta' ammissjoni mill-ġdid.

(g) Fil-bidu ta' l-2008, il-Kummissjoni se tadotta komunikazzjoni li se tagħti rendikont ta' l-iżviluppi u tindika t-triq li għandha tittieħed bħala segwitu għall-aġenda ta' Tessaloniki u l-Komunikazzjoni ta' Salzburg dwar il-promozzjoni tat-triq tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE.

(h) Il-Kummissjoni qiegħda issa tipproponi Sħubijiet ta' Adeżjoni u Sħubijiet Ewropej riveduti li jistabbilixxu prijoritajiet imtejba ta' riforma. Jeħtieġ li kwistjonijiet fundamentali relatati mal-bini ta' l-istat, il-governanza u r-riforma amministrattiva u ġudizzjarja jiġu kkonfrontati fi stadju bikri.

(i) Dawn il-prijoritajiet se jkunu riflessi fl-għajnuna finanzjarja għall-ipprogrammar taħt l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni ( Instrument of Pre-Accession - IPA) il-ġdid. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi wkoll faċilità ġdida ta' l-iffinanzjar taħt l-IPA biex tippromwovi d-djalogu u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari permezz tal-bini ta' kapaċità u proġetti ta' skambju. Se tiżgura kooperazzjoni aktar mill-qrib mad-donaturi u tintensifika l-kooperazzjoni mal-BEI, l-EBRD u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra.

(j) Jibqa' essenzjali li jiġi żgurat is-sostenn pubbliku għat-tkabbir. Huwa importanti li nisimgħu liċ-ċittadini u li nirreaġixxu għat-tħassib tagħhom billi nipprovdu informazzjoni ċara u fattwali. Il-komunikazzjoni dwar it-tkabbir hija responsabbiltà maqsuma. Teħtieġ l-involviment attiv ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tkompli tagħti sehemha flimkien mal-Parlament Ewropew, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili.

ANNESS

Konklużjonijiet dwar l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo [8], it-Turkija

L-Albanija

Rigward il- kriterji politiċi , l-Albanija għamlet xi progress dwar id-demokrazija u l-istat tad-dritt. L-Albanija kompliet tilgħab rwol pożittiv fiż-żamma ta' l-istabbiltà reġjonali. Madankollu, jeħtieġ li jiġu żviluppati l-kultura demokratika u, b'mod partikolari, id-djalogu kostruttiv bejn il-partijiet biex is-sistema politika tkun tista' taħdem b'mod effettiv u trasparenti. Jeħtieġ li l-parlament jagħmel progress ulterjuri konsiderevoli biex imexxi 'l quddiem ir-riforma. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata tirrappreżenta sfida maġġuri.

Sar xi progress dwar id- demokrazija u l-istat tad-dritt. Il- parlament ta' l-Albanija wettaq ir-rwol kostituzzjonali tiegħu fl-elezzjoni ta' president ġdid. Madankollu, in-nuqqas ta' rieda ta' kooperazzjoni tal-partijiet politiċi għadha żżomm lura r-riformi, b'mod partikolari fl-oqsma elettorali u ġudizzjarji. L-Albanija għamlet xi progress fit-tisħiħ ta' l-istrutturi governattivi tagħha biex timplimenta l-impenji tagħha ta' l-UE u biex tindirizza l-ħtiġiet tagħha ta' żvilupp. Il-koordinazzjoni u l-kapaċità tagħha għadhom dgħajfa u l-ippjanar strateġiku jeħtieġ li jitjieb. Kien hemm inqas bidla fil-persunal fl- amministrazzjoni pubblika ta' l-Albanija. Madankollu. jinħtieġu sforzi kbar biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-imparzjalità, inkluż billi l-l-liġi tas-servizz ċivili tiġi kompletament implimentata . Jeħtieġ li l-awtorità tad-Dipartiment ta' Amministrazzjoni Pubblika jiġi msaħħaħ. Għad hemm dgħufijiet estensivi fl-amministrazzjoni tar-riżorsi umani fl-amministrazzjoni pubblika.

Kien hemm progress limitat fir-riforma tas- sistema ġudizzjarja . Il-proċeduri għall-evalwazzjoni ta' l-imħallfin tjiebu, is-sistema tal-qrati ġiet razzjonalizzata u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi kemmxejn imħeffa. Madankollu, il-ġudikatura kompliet taħdem b'riżultati fqar tagħha minħabba l-korruzzjoni u nuqqasijiet fl-indipendenza, it-trasparenza u l-effiċjenza. Il-leġiżlazzjoni ppjanata sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet għadha lura.

Il-gvern qed jieħu metodu aktar strateġiku fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni , li hija prijorità ewlenija għas-Sħubija Ewropea. Il-leġiżlazzjoni tjiebet fil-qasam fil-qasam ta’ l-akkwist pubbliku. Xi investigazzjonijiet kontra l-korruzzjoni wasslu għall-arrest ta' għadd ta' uffiċjali ta' livell għoli. Madankollu, il-korruzzjoni hija mifruxa u hija problema serja ħafna. Għad fadal ħafna ħidma xi ssir fuq l-aspetti kollha ta’ din il-kwistjoni, inkluża r-responsabbiltà ġudizzjarja u t-trasparenza ta’ l-iffinanzjar tal-partiti politiċi.

Sar xi progress fir-rigward tad- drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi . Illum l-Albanija neħħiet il-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha. Hemm liġi ġdida mmirata lejn l-istigaturi ta’ vendetti. Struzzjonijiet formali lill-prosekuturi u l-pulizija ġudizzjarja enfasizzaw il-ħtieġa għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fi proċedimenti kriminali. L-istandards tad-detenzjoni għadhom lura. Sar xi titjib fir-rigward tal-kundizzjonijiet fil-faċilitajiet ta' detenzjoni u bosta detenuti li qed jistennew smigħ preliminari ġew trasferiti f'taqsimiet speċjali ġodda fil-ħabsijiet. Madankollu, il-ħabsijiet għadhom iffullati wisq. Għadhom jinħtieġu kemm infurzar konsiderevolment aħjar tar-regoli tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll prosekuzzjoni sistematika ta’ min jabbuża mil-liġi. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għoti ta’ konsulenza legali mingħajr ħlas għadha mhix waħda xierqa.

L-Albanija għamlet xi progress dwar il- libertà ta' l-espressjoni , prijorità ewlenija tas-Sħubija Ewropea. Intlaħaq ftehim dwar pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar ix-xandir. Il-kumitat tat-tmexxija tar-radju u t-televiżjoni pubbliċi issa jinkludu rappreżentanti mis-soċjetà ċivili. Ġie msaħħaħ il-qafas għall-kompetizzjoni f’dan is-settur. Madankollu, id-deċiżjonijiet tal-gvern dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-midja u l-infurzar tat-taxxa wasslu għal akkużi ta' preġudizzju. Tinħtieġ riforma aktar kunsenswali u koordinata, partikolarment dwar ix-xandir u t-trasparenza tal-proprjetà tal-midja. Tinħtieġ implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Jeżisti qafas legali favorevoli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Madankollu, il-gruppi mis-soċjetà ċivili għadhom dgħajfa. Mhumiex biżżejjed involuti fit-tfassil tal-politika u jonqsuhom ir-riżorsi, il-kapaċità organizzattiva, ħiliet ta' promozzjoni u rabtiet reġjonali.

Sar xi progress dwar it-tisħiħ tad- drittijiet tan-nisa . Leġiżlazzjoni ġdida indirizzat il-vjolenza domestika u ppermettiet il-ħolqien ta’ taqsima ministerjali speċifika għall-kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi. Madankollu, il-protezzjoni tan-nisa kontra kull forma ta’ vjolenza għadha insuffiċjenti. Il-leġiżlazzjoni teħtieġ tisħiħ u li tiġi implimentata bis-sħiħ. Sar xi progress dwar it-tisħiħ tad- drittijiet tat-tfal . Il-ġustizzja tal-minorenni, il-monitoraġġ tad-drittijiet tat-tfal u l-edukazzjoni primarja ġew imsaħħa. Il-progress ulterjuri huwa mfixkel mid-dewmien ta' leġiżlazzjoni importanti, speċjalment dwar ir-reġistrazzjoni tat-twelid, u minn nuqqas ta' riżorsi. Is-servizzi soċjali tjiebu sa ċertu punt, b’żieda fir-riżorsi għan-nies. Madankollu, il-miżuri ta’ sostenn għal nies soċjalment vulnerabbli u n-nies b’diżabilità għadhom limitati. Koordinazzjoni aħjar ta' l-aġenziji tal-gvern tista' ttejjeb ir-riżultati.

Sar progress fit-tisħiħ tad- drittijiet tal-proprjetà , prijorità ewlenija ta’ Sħubija Ewropea. Il-gvern adotta strateġija li torbot il-proċessi tar-reġistrazzjoni inizjali tal-beni immobbli, ir-restituzzjoni, il-kumpens u l-legalizzazzjoni ta' bini mibni b’mod informali. Il-ġestjoni aħjar tar-restituzzjoni u l-kumpens ħaffet xi ftit l-ipproċċessar tat-talbiet, iżda dan għadu għaddej b'ritmu baxx. Jinħtieġu koordinazzjoni xierqa tal-koordinazzjoni, ir-restituzzjoni, il-kumpens u l-legalizzazzjoni u tħaffif ulterjuri tat-trattament ta’ talbiet relatati.

L-Albanija ħadet xi miżuri biex tissodisfa l-impenji tagħha dwar il-protezzjoni tal- minoranzi , b'mod partikolari għas-sostenn ta' l-użu ta’ l-ilsna minoritarji u l-ismijiet tradizzjonali tal-postijiet. L-iżvilupp ulterjuri huwa mfixkel min-nuqqas ta' data affidabbli dwar id-daqs u s-sitwazzjoni tal-minoranzi. Ittieħdu xi miżuri sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-poplu Rom , iżda l-impatt tagħhom kien wieħed limitat. Il-minoranza Rom għadha qed tħabbat wiċċha ma’ kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja u diskriminazzjoni, speċjalment fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi.

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali , l-Albanija ssoktat trawwem relazzjonijiet tajba ma’ pajjiżi oħra fil-Balkani tal-Punent u ma’ pajjiżi ġirien fl-UE, kemm fuq il-livell multilaterali kif ukoll fuq dak bilaterali. Il-pajjiż għadu jipparteċipa attivament f’kooperazzjoni reġjonali li tinkludi l-Proċess tal-Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEECP) u l-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali (RCC), kif ukoll fil-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) emendat. L-Albanija żammet l-attitudni kostruttiva tagħha dwar il-proċess ta’ status għall-Kosovo. Dan ikkontribwixxa għall-istabbiltà fir-reġjun. Fir-rigward tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-ftehim bilaterali dwar l-immunità ma’ l-Istati Uniti mhux konformi mal-pożizzjoni komuni u l-prinċipji gwida rilevanti ta' l-UE.

L- ekonomija ta’ l-Albanija kompliet tikber b'mod qawwi. Inżammet l-istabbiltà makroekonomika globali, iżda d-defiċit estern kompla jikber, l-aktar minħabba l-kriżi fis-settur ta’ l-enerġija. L-implimentazzjoni mhux adegwata ta’ l-istat tad-dritt tibqa’ tfixkel l-iffunzjonar tajjeb ta’ l-ekonomija tas-suq u tolqot l-ambjent kummerċjali. L-infrastruttura batuta u l-forniment mhux affidabbli ta’ l-enerġija għadhom ifixklu l-iżvilupp ekonomiku.

Fir-rigward tal- kriterji ekonomiċi , l-Albanija għamlet progress lejn il-ħolqien ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Għadhom jinħtieġu riformi maġġuri sabiex tkun tista’ tlaħħaq mal-pressjoni tal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni fuq medda twila ta’ żmien.

B’mod ġenerali, baqa’ jinżamm il-kunsens politiku dwar il-fatturi essenzjali tal-politika ekonomika. Fil-biċċa l-kbira tagħha, inżammet l-istabbiltà makroekonomika. It-tkabbir ekonomiku kompla jissaħħaħ minkejja skarsezzi fl-enerġija. Il-politika monetarja għadha waħda kredibbli, u tiżgura inflazzjoni baxxa ħafna. Il-livell reġistrat tal-qgħad, għalkemm għadu għoli, kompla jonqos. B’mod ġenerali il-prestazzjoni tad-dħul fiskali kienet konformi mal-miri u l-implimentazzjoni tal-baġit tjiebet. Ir-riformi tal-finanzi pubbliċi mxew aktar 'il quddiem iżda għad fadal riskji fiskali. B’mod ġenerali, it-taħlita ta' politika makroekonomika kienet fil-biċċa l-kbira tagħha waħda xierqa. Wara dewmien sinjifikanti fl-2006, il-privatizzazzjoni ingħatat spinta ġdida fl-2007. Is-settur bankarju privat qiegħed jikber u ġeneralment huwa wieħed sod. L-espansjoni tal-kreditu baqgħet qawwija. Il-qafas regolatorju għas-superviżjoni bankarja huwa żviluppat sew. L-integrazzjoni kummerċjali ma’ l-UE baqgħet ġeneralment għolja.

Madankollu, id-defiċit estern kompla jikber, l-aktar minħabba diffikultajiet fis-settur ta’ l-enerġija. Saru xi żviluppi fir-rigward ta’ l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti u l-istabbiliment tad-drittijiet tal-proprjetà, iżda n-nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja u fl-implimentazzjoni tal-liġi jaffettwaw l-ambjent kummerċjali. Filwaqt li r-reġistrazzjoni tal-kumpaniji bdiet titjieb, l-ineffiċjenzi amministrattivi jfixklu d-dħul u l-ħruġ mis-suq. Saru żviluppi fil-qasam tas-superviżjoni ta' l-atturi finanzjarji li mhumiex banek, iżda għad fadal lok għat-tisħiħ tiegħu, partikolarment fir-rigward ta' l-industrija tal-pensjonijiet. Il-qgħad strutturali għadu jippersisti. Nuqqas ta' persunal kwalifikat u infrastruttura dgħajfa jfixklu l-iżvilupp ta' settur privat li jkun jista' jagħti kontribut kostanti għall-iżvilupp tal-pajjiż. Is-settur informali mdaqqas, megħjun minn nuqqasijiet fl-infuzar tal-liġi u fil-qafas regolatorju, inaqqas il-bażi fiskali, ifixkel il-kapaċità tal-gvern li jimplimenta l-politiki ekonomiċi u jolqot l-ambjent kummerċjali b'mod negattiv.

L-Albanija għamlet progress fil-konverġenza tal-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-kapaċità tagħha ma’ l- istandards Ewropej u qed timplimenta l-impenji kummerċjali tal-Ftehim Temporanju tagħha. F’ċerti oqsma, bħad-dwana, il-kompetizzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inżamm il-progress li sar fi snin preċedenti. F’oqsma oħra, bħall-enerġija, it-trasport u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-progress baqa’ wieħed limitat. Hija essenzjali spinta lir-riformi f'oqsma bħall-kontroll veterinarju u fitosanitarju sabiex isir użu sħiħ mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA). Il-kapaċità amministrattiva għad-dispożizzjonijiet tal-FSA li mhumiex marbuta mal-kummerċ u l-implimentazzjoni effettiva tal-liġijiet preżenti huma sfidi f'termini ta' kisba ta' reputazzjoni konsistenti fl-implimentazzjoni tal-FSA.

Sar progress f’xi oqsma tas- suq intern , iżda jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex jiġu ssodisfatti l-obbligi tal-FSA ta’ l-Albanija. Sar progress tajjeb fl-adozzjoni ta’ standards u fl-akkreditazzjoni. Il-kapaċità għall-metroloġija u s-sorveljanza tas-suq qiegħda tissaħħaħ, iżda jinħtieġ titjib leġiżlattiv. Fir-rigward tal- protezzjoni tal-konsumatur , jinħtieġ titjib fl-indirizzar ta' l-ilmenti u fis-sejbien ta' soluzzjonijiet għat-tilwim. L-inċertezzi marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà jiskoraġġixxu l- istabbiliment . Ċerti restrizzjonijiet tal-moviment tal-kapital għadhom fis-seħħ.

Sar progress fil-kompjuterizzazzjoni tad-dwana . Dan għen lill-Albanija biex timplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ l-FSA relatati mal-kummerċ b’mod aktar effettiv. Id-dħul doganali kompla jikber. L-Albanija implimentat it-tnaqqis tariffarju previst fil-Ftehim Temporanju. Madankollu, jinħtieġ titjib fl-infrastruttura u konverġenza mal-prattiċi ta’ l-UE. L-amministrazzjoni tat- tassazzjoni ġiet razzjonalizzata u sar progress fir-rigward tal-kompjuterizzazzjoni u l-indirizzar ta' l-appelli ta’ min iħallas it-taxxa. Madankollu, il-ġbir fiskali għadu baxx. Jinħtieġu strateġija komprensiva ta’ ġbir fiskali u kontroll u konverġenza ulterjuri mal-leġiżlazzjoni u l-prattiċi ta’ l-UE.

Sar progress fil-qasam tal- kompetizzjoni . L-Awtorità tal-Kompetizzjoni (ACA) ġiet imsaħħa. Hija vvalutat diversi notifiki ta’ amalgamazzjonijiet u imponiet multi għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Madankollu, jinħtieġu sforzi ulterjuri biex jingħata taħriġ lill-persunal ta’ l-ACA. L-Albanija għamlet progress fl-issodisfar ta’ l-obbligi tagħha fl-FSA dwar l-għajnuna mill-Istat. Id-Dipartiment dwar l-Għajnuna mill-Istat ingħata l-awtonomija mill-Ministeru ta’ l-Ekonomija fir-rigward tar-rappurtaġġ. Il-Dipartiment dwar l-Għajnuna mill-Istat kompla jivvaluta u jaġġorna l-inventarju ta’ l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat.

Ġiet approvata leġiżlazzjoni ġdida dwar l- akkwist pubbliku li hija aktar konformi ma’ l-istandards ta’ l-UE. L-Aġenzija dwar l-Akwwist Pubbliku qed tiġi msaħħa iżda l-kapaċità amministrattiva tagħha teħtieġ titjib ulterjuri sabiex jiġi żgurat li tkun tista' timplimenta l-leġiżlazzjoni l-ġdida b'mod xieraq. Jeħtieġ li l-imparzjalità tal-proċeduri ta’ analiżi tiġi garantita. Fir-rigward tad- drittijet tal-proprjetà intellettwali (IPR) , l-uffiċċju dwar il- copyright sar operattiv u l-Albanija rratifikat strumenti internazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni ta’ diżinji industrijali. Maadankollu, l-infurzar ta’ l-IPR għadu dgħajjef. Kemm id-Direttorat Ġenerali dwar il-Privattivi u t- Trademarks u l-uffiċċju dwar il- copyright jonqoshom riżorsi u għarfien xierqa. Tinħtieġ leġiżlazzjoni ġdida dwar il-proprjetà industrijali konformi ma’ l-istandards Ewropej. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli ulterjuri sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi dwar l-IPR tal-Ftehim Temporanju.

Saru xi żviluppi fir-rigward ta’ l-istandards Ewropej dwar il-politiki ta’ l- impjiegi u l-politiki sojċali . Iddaħħlu fis-seħħ xi programmi għat-trawwim ta’ l-impjieg ta’ gruppi vulnerabbli u l-qafas istituzzjonali u regolatorju ġie mtejjeb permezz ta’ l-adozzjoni ta’ liġi dwar l-ispezzjoni tax-xogħol. Madankollu, il-kapaċità ta’ l-ispettorat tax-xogħol għadha waħda limitata u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol għadhom dgħajfa. Sistemi ta' informazzjoni u sistemi amministrattivi dgħajfa jfixklu d-determinazzjoni ta’ l-iżvilupp soċjali u tas-sitwazzjoni fl-impjiegi u l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ impjiegi xierqa u ta' inklużjoni soċjali. Sar ċertu progress fir-rigward ta' l-istandards Ewropej dwar l- edukazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-baġit għall-edukazzjoni żdiedu b’mod evidenti. Bdiet l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji nazzjonali għall-edukazzjoni preuniversitarja u t-taħriġ vokazzjonali u ġiet approvata liġi ġdida dwar l-edukazzjoni għolja.

Jista' jiġi rrappurtat progress dwar ċerti politiki soċjali . Fir-rigward ta’ l- industrija u l-SMEs , ġie stabbilit Ċentru Nazzjonali tar-Reġistrazzjoni għall-iffaċilitar tar-reġistrazzjoni tan-negozji. Ġiet approvata strateġija għall-promozzjoni tal-kompetittività ta’ l-SMEs. Jeżisti fis-seħħ pjan ta’ azzjoni aġġornat sabiex tiġi indirizzata l-ekonomija informali u għat-tneħħija ta' ostakoli amministrattivi għall-investiment. Ġew stabbiliti fondi ta’ garanzija għall-esportazzjoni. Jeżisti fis-seħħ pjan ta’ azzjoni aġġornat għat-tneħħija ta’ ostakoli amministrattivi għall-investiment. Madankollu, jeħtieġ progress ulterjuri dwar l-indirizzar ta’ l-ekonomija informali u għat-titjib ta’ l-ambjent kummerċjali. Il-progress fir-rigward ta’ l- agrikoltura kien limitat. Ġew introdotti xi inċentivi sabiex tiżdied il-produzzjoni, iżda l-kompetittività tas-settur agrikolu għadha baxxa. Il-konformità ma’ l-istandards veterinarji u fitosanitarji ta’ l-UE, meħtieġa biex jittieħed benefiċċju mill-konċessjonijiet kummerċjali ta' l-FSA u tal-Ftehim Temporanju, għadha baxxa. Sar ċertu progress fil-qasam tal-kontroll u l-ispezzjoni tas- sajd , għalkemm l-isfruttament eċċessiv u s-sajd illegali għadhom għaddejjin.

Fir-rigward ta’ l- ambjent , sar ċertu progress fil-leġiżlazzjoni orizzontali, iżda l-implimentazzjoni għadha dgħajfa. Jinħtieġu sforzi ulterjuri fl-oqsma tal-ġestjoni ta’ l-iskart u tal-kwalità ta’ l-ilma. Il-kapaċità amministrattiva tinħtieġ tissaħħaħ sabiex issir l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li diġà ġiet trasposta. Il-progress fil-qasam tat- trasport kien wieħed limitat. L-Albanija rratifikat il-Ftehim taż-Żona ta’ l-Avjazzjoni Komuni Ewropea u qiegħda taħdem għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel fażi tranżitorja tiegħu. L-Albanija qiegħda tipparteċipa attivament fl-iżvilupp tan-Netwerk ta' Qofol għat-Trasport Reġjonali u fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa, partikolarment permezz ta’ l-approvazzjoni tat-tieni Pjan Multiannwali kontinwu fuq ħames snin bejn l-2007 u l-2011 (MAP). Jinħtieġ titjib sostanzjali fir-rigward tas-sikurezza tat-trasport marittimu.

Fis- settur ta’ l-enerġija , l-Albanija ma rnexxilhiex tiżgura s-sigurtà tal-forniment elettriku. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tat-Trattat tal-Komunità ta' l-Enerġija (ECT). Billi hija tipparteċipa fl-ECP, minn Lulju 2007 l-Albanija hija obbligata timplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE, partikolarment dwar l-enerġija. Minkejja li sar xi progress, inkluża leġiżlazzjoni ġdida dwar konċessjonijiet għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija idroelettrika u żieda limitata fil-ġbir tal-kontijiet, is-settur ta' l-enerġija għadu fi stat kritiku. Dan qiegħed ifixkel l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż.

Il-ħidma sabiex jiġu ssodisfati l-impenji ta' l-Albanija fl-FSA dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-midja għadha lura. Il-liberalizzazzjoni tas-suq fl-oqsma tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u t-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni għadha fi stadju bikri. Il-qafas regolatorju għadu mhux konformi ma’ l- acquis u r-regolatur tat-telekomunikazzjoni jeħtieġ li jiżviluppa l-kapaċità tiegħu. Fir-rigward tal- kontroll finanzjarju , ġiet adottata liġi ġdida dwar il-verifika interna. Għad irid jiġi żviluppat servizz xieraq ta' spezzjoni. Il-progress fil-qasam ta' l- istatistika kien wieħed raġonevoli. Bosta klassifikazzjonijiet maġġuri ta’ l-istatistika huma fis-seħħ u jikkonformaw ma' l-istandards ta' l-UE.

Sar progress f'ċerti oqsma tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà . Globalment jinħtieġ titjib ulterjuri. It-teknoloġija għall-ħruġ ta' viżi u għas-sigurtà tal-passaporti diplomatiċi u ta' servizz ġiet imtejba. Ġie ffirmat ftehim ta’ ffaċilitar tal-viża bejn l-UE u l-Albanija. Jinħtieġ li jinħarġu passporti bijometriċi konformi ma’ l-istandards ta’ l-UE. Jinħtieġu emendi ulterjuri fir-rigward tal-Liġi dwar il-barranin biex din tilħaq l-istandards ta' l-UE.

Infrastruttura ġdida, estensjoni tal- links ta' l-IT u kooperazzjoni mtejba bejn l-aġenziji u kooperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija wasslu għal titjib tal- kontroll tal-fruntieri . Il-gvern adotta strateġija integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri. Madankollu l-infrastruttura fil-postijiet ta’ qsim għadha ma laħqitx l-istandards ta’ l-UE. Il-liġijiet dwar l- ażil huma konformi ma’ l-istandards internazzjonali iżda l-ebda strateġija koerenti dwar l-ażil għadha ma hija stabbilita u l-implimentazzjoni għadha dgħajfa. Ġiet stabbilità unità li ssegwi l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija nazzjonali tal- migrazzjoni . Illum il-kontrolli tal-migrazzjoni fil-fruntieri huma kemmxejn aktar effettivi, iżda għad fadal lok għal titjib konsiderevoli. L-Albanija ffirmat protokoll dwar l-ammissjoni mill-ġdid ma’ l-Awstrija taħt il-Ftehim dwar l-Amissjoni mill-ġdid bejn il-KE u l-Albanija ta’ l-2006. Madankollu, jinħtieġu ġestjoni aktar effettiva tad- data u kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ġirien. L-impjegar tal-pulizija tal-fruntieri jeħtieġ li jkun aktar stabbli, partikolarment għall-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim dwar l-Ammissjoni mill-ġdid bejn il-KE u l-Albanija.

Is-sistema bankarja qed tintuża aħjar fil-ġlieda kontra l- ħasil tal-flus ; illum bosta mis-salarji ta’ l-amministrazzjoni pubblika qegħdin jitħallsu permezz tal-banek. Illum iż-żamma ta’ oġġetti misruqa hija meqjusa bħala reat kriminali. Unità konġunta ta' l-investigazzjoni tgħaqqad lill-Ministeri ta’ l-Intern u tal-Finanzi, l-Uffiċċju Ġenerali tal-Prosekuzzjoni u s-Servizz Statali ta’ l- Intelligence . Madankollu, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ma tantx għadha ħalliet riżultati konkreti. Il-leġiżlazzjoni, ir-riżorsi investigattivi u l-għarfien, l-appoġġ teknoloġiku u l-kooperazzjoni interistituzzjonali jeħtieġu titjib.

Qiegħed isir użu akbar ta’ task forces kontra d- drogi bejn servizzi differenti. Il-kooperazzjoni ma’ l-imsieħba barranin qed tmur għall-aħjar. Qed tinbena infrastruttura xierqa għall-ħażna tad-drogi li jinqabdu. Madankollu, it-traffikar tad-drogi għadu jikkawża tħassib serju. Inqabdu ammonti sinjifikanti ta’ drogi iżda dawn kienu baxxi meta mqabbla ma’ l-ammonti li huma stmati li qed jiġu ttraffikati mill-Albanija. Tinħtieġ aktar determinazzjoni u kooperazzjoni mtejba bejn il-pulizija u l-ġudikatura sabiex isseħħ il-prosekuzzjoni fuq akkużi xierqa ta’ persuni suspettati minn traffikar ta’ drogi u ta’ uffiċjali korrotti. Il-miżuri tal-kxif u t-tagħmir fil-fruntieri jinħtieġu titjib.

Ġiet adottata liġi ġdida dwar il- pulizija statali li għandha tgħin fit-tneħħija ta' l-indħil politiku fil-pulizija. Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Pulizija tax-Xlokk ta’ l-Ewropa, li issa ġiet ratifikata, u ftehim strateġiku ma’ l-Europol jipprevedu kooperazzjoni internazzjonali intensifikata. Madankollu, il-persunal tal-pulizija tnaqqas mingħajr ma ġiet ikkunsidrata sew iż-żamma tal-kapaċità u l-issuktar tal-ħidma ta' unitajiet ewlenin. Is-suċċess ta’ l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni għadu mfixkel minn komunikazzjoni dgħajfa bejn il-pulizija u l-prosekuturi. Jeħtieġ li l-istrutturi ta’ ġestjoni u kontroll intern tal-pulizija jissaħħu.

Il- kriminalità organizzata għadha problema serja ħafna. Saru għadd ta’ arresti importanti fl-ambitu tal-kriminalità organizzata. Ir-reazzjoni tal-pulizija fir-rigward ta’ reati serji tjiebet. Ġie introdott tagħmir tattiku u investigattiv ġdid. Il-kooperazzjoni ma’ l-Interpol tjiebet, biex b’hekk setgħu jiġu eżegwiti għadd ta’ mandati ta’ arrest internazzjonali. Madankollu, għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni dwar bosta talbiet ta' arrest internazzjonali. L-isforzi kontra l-kriminalità organizzata qed jiġu mfixkla mill-korruzzjoni u minn protezzjoni dgħajfa tax-xhieda. Problemi ta’ l-IT jfixklu l-użu ta’ l- intelligence kriminali. Għalkemm il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien dwar is-serq ta’ vetturi tjiebet, il-kooperazzjoni domestika bejn l-aġenziji hija waħda batuta, u tnaqqas l-effiċjenza.

L-Albanija kompliet fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni intensa tat -traffikar tal-bnedmin . Il-kontrolli tal-fruntiera kienu kemmxejn aktar effettivi u l-kooperazzjoni internazzjonali tjiebet. Madankollu, l-Albanija għadha pajjiżi ta’ tranżitu sinjifikanti u l-livelli tat-traffikar bl-għan tal-prostituzzjoni fil-pajjiż żdiedu. Hemm biss għadd żgħir ta’ vittmi li lesti li jixhdu kontra t-traffikanti, minħabba l-protezzjoni dgħajfa tax-xhieda. Koordinazzjoni batuta tfixkel l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija nazzjonali kontra t-traffikar.

Illum l-istrutturi tal-ġlieda kontra t- terroriżmu tal-pulizija u s-servizzi ta’ l- intelligence jikkooperaw aħjar. Il-kooperazzjoni ma’ l-atturi internazzjonali kienet waħda tajba. L-Albanija adottat liġi dwar il-kontroll ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tat-tagħmir militari li hija konformi ma’ l- acquis . Madankollu, it-tagħmir u t-taħriġ għall-analisti u l-investigaturi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu għadhom insuffiċjenti.

Il-liġi dwar il- protezzjoni tad-data personali qed tiġi riveduta sabiex issir konformi ma’ l-istandards Ewropej. Madankollu, għadha ma ddaħħlitx fis-seħħ awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad- data b'biżżejjed setgħat u riżorsi.

Il-Bożnja u Ħerzegovina

Fir-rigward tal- kriterji politiċi , il-progress tal-Bożnja u Ħerzegovina naqqas mir-ritmu tiegħu. Arranġamenti istituzzjonali kumplessi, nuqqas ta’ rispett għall-ftehim ta’ paċi Dayton/Pariġi u retorika nazzjonalista qegħdin idgħajfu l-aġenda tar-riforma tal-pajjiż. Xi prijoritajiet ewlenin tas-Sħubija Ewropea għadhom ma ġewx indirizzati. Il-mexxejja politiċi tal-Bożnja u Ħerzegovina ma rnexxielhomx iwettqu r-riforma tal-pulizija. In-nuqqas ta’ progress dwar din il-kwistjoni u kwistjonijiet importanti oħra qiegħed idewwem l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA).

Sar progress limitat fil-qasam tad- demokrazija u l-istat tad-dritt. Is-sistema ta’ tmexxija tal-Bożnja u Ħerzegovina għadha tinvolvi preżenza internazzjonali sinjifikanti. L-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli/Ir-Rappreżentant Speċjali ta’ l-UE (OHR) ħadem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea sabiex il-Bożnja u Ħerzegovina tersaq eqreb lejn l-UE. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Bożnja u Ħerzegovina ma wrewx il-kapaċità sabiex jieħdu sjieda u responsabbilità politika. Jinħtieġu miżuri urġenti sabiex jiġi żgurat l-iffunzjonar effetttiv ta’ l-istituzzjonijiet fil-livell statali. Il-Kunsill dwar l-Implimentazzjoni tal-Paċi ddeċieda li jipposponi l-għeluq ta’ l-OHR għat-30 ta’ Ġunju 2008 u li janalizza s-sitwazzjoni fi Frar 2008.

L-elezzjonijiet ta’ Ottubru 2006 kienu, b’mod ġenerali, konformi ma’ l-istandards internazzjonali. Il-gvern tar-Repubblika Srpska ġie ffurmat f’Novembru, iżda l- gvern fuq livell statali u dak tal-Federazzjoni tal-Bożnja u Ħerzegovina damu aktar minn erba’ xhur biex jiġu ffurmati. Sar xi progress fit-titjib tar-riżorsi tekniċi u umani ta' l-assemblea parlamentari fuq livell Statali, iżda kumitati importanti bħall-kumitat għall-integrazzjoni Ewropea jeħtieġu tisħiħ ulterjuri. Ma sar l-ebda progress fir-rigward tat-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-entitajiet statali. Il-prestazzjoni globali ta’ l-istituzzjonijiet eżekuttivi u leġiżlattivi għadha waħda fqira. Id-diskussjonijiet dwar ir-riforma kostituzzjonali waqfu.

Sar xi progress fil-qasam ta’ l- amministrazzjoni pubblika iżda huma meħtieġa sforzi sinfikanti ulterjuri. L-uffiċċju tal-koordinatur tar-riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika ssaħħaħ u ttieħdu l-ewwel passi għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika, li hija prijorità ewlenija tas-Sħubija Ewropea. Ġie stabbilit fond għar-riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika, appoġġjat mill-UE. L-aġenziji tas-servizz ċivili tejbu l-effiċjenza tagħhom u ttieħdu passi ulterjuri sabiex jitgħammru l-ministeri u l-istituzzjonijiet tal-livell statali, speċjalment f’termini ta’ persunal u spazju għal uffiċċji. Jinħtieġu sforzi sostnuti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ l-istrateġija nazzjonali għall-amministrazzjoni pubblika u biex isir progress lejn servizz ċivili effiċjenti, professjonali, stabbli, trasparenti u responsabbli.

Fir-rigward tas- sistema ġudizzjarja , il-Bożnja u Ħerzegovina għamlet progress fit-tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq il-komunità internazzjonali billi ssostitwiet l-imħallfin u l-prosekuturi internazzjonali b’oħrajn lokali. Madankollu, il-frammentazzjoni tas-sistema ġudizzjarja u d-diskrepanzi fil-qafas legali għadhom ifixklu l-ħidma tal-ġudikatura. L-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja jeħtieġu titjib ulterjuri. Il-kamra fuq livell statali dwar id-delitti tal-gwerra baqgħet tiffunzjona b’mod effettiv. Madankollu, jeħtieġ li ssir prosekuzzjoni aktar qawwija tal-kriminali fuq il-livell ta' entitajiet.

Il-Bożnja u Ħerzegovina ma tantx għamlet progress fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni , li għadha mifruxa u tikkostitwixxi problema serja. L-Istrateġija Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni ma ġietx implimentata b’mod xieraq. Jeħtieġ azzjoni aktar deċiżiva fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Ma tantx sar progress fir-rigward tad- drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi. L-implimentazzjoni globali tal- konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem teħtieġ titjib; għadha ma nkisbitx il-konformità sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Bożnja u Ħerzegovina mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Għad fadal ukoll lok għal titjib fir-rigward tal-prevenzjoni tal- moħqrija mill-entitajiet ta’ l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra l-impunità, kif ukoll fir-rigward ta’ l-aċċess għall-ġustizzja u l-ugwaljanza quddiem il-liġi. Jinħtieġu sforzi ulterjuri għall-indirizzar tal-funzjonament tas -sistema tal-ħabsijiet b’mod ġenerali, inklużi l-kundizzjonijiet ħżiena ta' għajxien tal-priġunieri. L- intolleranza reliġjuża għadha ma ġietx riżolta. Fil-qasam tal- libertà ta’ l-espressjoni u l-midja, il-liġi dwar ix-xandir pubbliku tal-Federazzjoni għadha ma ġietx adottata; din hija meħtieġa sabiex tintlaħaq prijorità ewlenija tas-Sħubija Ewropea. Il-Bożnja u Ħerzegovina għamlet progress fl-indirizzar tax-xogħol akkumulat relatat mad-drittijiet tal-bniedem, iżda s-sentenzi tal-qorti mhux dejjem ġew implimentati b'mod xieraq.

Il-qafas legali tal-Bożnja u Ħerzegovina jinkludi dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tan- nisa , it- tfal u n- nies soċjalment vulnerabbli , iżda l-implimentazzjoni globali tagħhom hija fqira. M’hemm l-ebda liġi komprensiva kontra d-diskriminazzjoni . Ma sar l-ebda progress dwar ir-reġistrazzjoni tal-konfederazzjoni tas- sindakati tax-xogħol . Is-sistema kumplessa tat-tmexxija tal-gvern u l-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni mal-pajjiż kollu għadhom ifixklu d-djalogu soċjali. Sar xi progress fir-rigward ta’ l-appoġġ ta' l-awtoritajiet għall-iżvilupp tas- soċjetà ċivili , għalkemm globalment dan is-settur għadu wieħed dgħajjef.

Fil-qasam tal-protezzjoni tal- minoranzi jinħtieġu sforzi ulterjuri fil-ġlieda kontra l-intolleranza u d-diskriminazzjoni etnika, kif ukoll sabiex isir titjib fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-minoranzi. Il-Kunsill tal-Minoranzi Nazzjonali fuq il-livell Statali u l-entitajiet korrispondenti m’humiex operattivi. Bosta refuġjati u persuni spustati internament ma jibbenefikawx minn għotjiet bażiċi ta' pensjonijiet u benefiċċji tas-saħħa. L-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ min jirritorna għadha tikkawża problemi. Il-minoranza Rom għadha qed tħabbat wiċċha ma’ kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja u diskriminazzjoni, speċjalment fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi. Tinħtieġ azzjoni konkreta għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija nazzjonali dwar ir-Rom.

Saru xi żviluppi fir-rigward tal- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali . Il-Bożnja u Ħerzegovina tipparteċipa attivament fil-kooperazzjoni reġjonali u tat l-appoġġ tagħha għall-Proċess ta' Kooperazzjoni tax-Xlokk ta' l-Ewropa (SEECP) u l-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali (RCC). Hija kkonkludiet għadd ta’ ftehimiet reġjonali, inkluż il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA), li issa jeħtieġ implimentazzjoni xierqa. Il-kooperazzjoni tal-Bożnja u Ħerzegovina mat-Tribunal Kriminali Internazzjoni għall-ex-Jugoslavja (ICTY) tjiebet u b’mod ġenerali llum laħqet livelli sodisfaċenti. Madankollu, il-kooperazzjoni sħiħa ma’ l-ICTY għadha meħtieġa għall-iffirmar tal-FSA u sabiex tintlaħaq prijorità ewlenija tas-Sħubija Ewropea. Filwaqt li l-Bożnja u Ħerzegovina laħqet il-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti ta’ qabel l-adeżjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, l-implimentazzjoni tagħhom għadha lura. Fir-rigward tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-ftehim bilaterali dwar l-immunità ma’ l-Istati Uniti mhux konformi mal-pożizzjoni komuni u l-prinċipji gwida rilevanti ta' l-UE.

B’mod ġenerali ir-relazzjonijiet tal-Bożnja u Ħerzegovina mal-ġirien tagħha kienu tajbin, għalkemm ħarġet fid-deher ċerta tensjoni partikolarment fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar il-kawża tal-Bożnja u Ħerzegovina kontra s-Serbja u Montenegro għal ġenoċidju. Ma tantx sar progress fl-indirizzar tal-kwistjonijiet kummerċjali u relatati mal-fruntiera li għadhom pendenti.

L- ekonomija tal-Bożnja u Ħerzegovina ssuktat tikber b'mod mgħaġġel. Inżammet l-istabbilità makroekonomika globali, iżda għadhom jippersistu riskji għas-sostenibbiltà fiskali. Il-persistenza ta’ livell għoli ħafna ta’ qgħad għadha tikkawża tħassib. Id-deterjorazzjoni ta’ l-ambjent politiku globali fil-pajjiż ġiet riflessa f’ritmu anqas mgħaġġel fir-riforma strutturali u fl-ambjent kummerċjali. Għad trid tinkiseb integrazzjoni ekonomika sħiħa bejn l-entitajiet mal-pajjiż kollu.

Fir-rigward tal- kriterji ekonomiċi , il-Bożnja u Ħerzegovina ma tantx għamlet progress lejn l-istabbiliment ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Huma meħtieġa riformi maġġuri sabiex tkun tista’ tlaħħaq fit-tul mal-pressjoni tal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni.

It-tkabbir ekonomiku baqa’ għoli u b’ritmu mgħaġġel, filwaqt li sar titjib evidenti fil-bilanċ estern fl-2006. L-arranġament tal-bord tal-valuta kompla jsaħħaħ l-istabbilità makroekonomika u l-inflazzjoni naqset għall-aktar livelli baxxi qatt irreġistrati minn qabel l-introduzzjoni tal-VAT f’Jannar 2006. L-introduzzjoni tal-VAT żiedet id-dħul fiskali fl-2006. Il-Federazzjoni ħadet passi sabiex tirrepeti r-riforma tat-tassazzjoni diretta ta’ Jannar 2007 fir-Repubblika Srpska, li ssimplifikat is-sistema fiskali u naqqset il-piż fiskali. Il-privatizzazzjoni fir-Repubbika Srpska mxiet ’il quddiem, iggwidata minn bejgħ maġġuri fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u taż-żejt. L-investiment dirett barrani (FDI) żdied b’mod sinjifikanti fl-2007 u ta kontribut għall-iffinanzjar tad-defiċit estern. Is-settur finanzjarju żviluppa b’ritmu mgħaġġel filwaqt li, b’mod ġenerali, inżammet il-kompetittività tal-prezzijiet.

Madankollu, l-istampa politika globali u l-kunsens domestiku dgħajjef dwar il-fatturi fundamentali tal-politika ekonomika wasslu għal tnaqqis fir-ritmu tar-riformi kemm fuq il-livell ta’ entità, kif ukoll fuq livelli oħra ta' gvern. In-nuqqas ta’ koerenza u kunsens dwar l-implimentazzjoni tar-riformi ħarġet fid-deher b’mod partikolari fil-Federazzjoni fejn il-privatizzazzjoni u r-ristrutturar ta’ impriżi pubbliċi naqqsu ħafna mir-ritmu tagħhom. Minkejja tkabbir ekonomiku b’saħħtu, ir-rata tal-qgħad għadha għolja ħafna. In-nefqa pubblika, partikolarment in-nefqa soċjali, żdiedet b’mod sinjifikanti u dgħajfet il-kwalità ta’ l-aġġustament fiskali filwaqt li żiedet ir-riskji fiskali. Riġidità strutturali sinjifikanti tfixkel l-iffunzjonar tas-suq tax-xogħol. Ir-ristrutturar ta’ l-impriżi statali mexa bil-mod u l-progress fil-liberalizzazzjoni ta’ l-industriji tan-netwerk kien wieħed limitat. L-ambjent kummerċjali għadu milqut minn ineffiċjenzi amministrattivi sinjifikanti, infurzar dgħajjef tad-drittijiet tal-kreditur u tal-proprjetà u mill-intervent imdaqqas ta’ l-Istat fis-settur produttiv. Is-settur informali mdaqqas, megħjun minn nuqqasijiet fl-infuzar tal-liġi u fil-qafas regolatorju, inaqqas il-bażi fiskali, ifixkel il-kapaċità tal-gvern li jimplimenta l-politiki ekonomiċi u jolqot l-ambjent kummerċjali b'mod negattiv.

Globalment, il-progress tal-Bożnja u Ħerzegovina fil-konverġenza tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tagħha ma’ l- istandards Ewropej kien wieħed limitat. Sar ċertu progress f’oqsma bħall-kompetizzjoni, it-trasnport, l-enerġija, il-ġestjoni tal-viżi u l-ażil. F’oqsma oħra, bħall-poliki soċjali u ta' l-impjieg, ftit li xejn sar progress. L-amministrazzjoni tal-Bożnja u Ħerzegovina mexxiet in-negozjati tal-FSA b’manjiera professjonali u effiċjenti; madankollu, il-kapaċità amministrattiva globali tal-pajjiżi teħtieġ li tissaħħaħ.

Fir-rigward tas- suq intern , saru xi żviluppi fil-qasam tal- moviment ħieles tal-prodotti. It-tħejjijiet fil-qasam ta’ l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tas-suq għamlu passi 'l quddiem, għalkemm bil-mod. In-nuqqas ta’ entitajiet u proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità għadu jfixkel il-kapaċità ta’ l-esportazzjoni. Il-ħolqien ta’ struttura ta’ sorveljanza tas-suq msejsa fuq leġiżlazzjoni xierqa dwar il-prodotti u t-tneħħija gradwali tal-kontrolli ta’ qabel it-tqegħid fis-suq għadhom pendenti.

Sar progress limitat fir-rigward tas- servizzi, id-drittt ta' l-istabbiliment u l-liġi tal-kumpaniji. Ir-reġistrazzjoni tan-negozji u l-ħruġ tal-liċenzji għadha diffiċli. Is-superviżjoni bankarja għadha ma ġietx introditta fuq il-livell Statali u għadha responsabbiltà ta’ Entità.

Ma sar l-ebda żvilupp sinjifikanti ulterjuri fil-qasam tal- moviment ħieles tal-kapital , iżda t-tħejjijiet tal-Bożnja u Ħerzegovina f’dan il-qasam huma fit-triq it-tajba. Sar progress addizzjonali limitat fir-rigward tar- regoli doganali . Kwistjonijiet li jistħoqqilhom attenzjoni partikolari huma r-regoli ta’ l-oriġini, il-valutazzjoni u ż-żoni ħielsa. Fir-rigward tat- tassazzjoni , il-ġbir tal-VAT kien ogħla milli mistenni, iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar sistema għar-rijallokazzjoni tad-dħul miġbur lill-Entitajiet u lid-Distrett Brčko. Ittieħdet xi azzjoni dwar l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni diretta.

Fir-rigward tal- kompetizzjoni , il-Bożnja u Ħerzegovina qed tagħmel progress kostanti fil-qasam tal-kontroll ta' l- anti-trust . Sar ċertu progress ukoll dwar l-għajnuna mill-Istat permezz tal-ħolqien ta’ inventarju preliminari ta’ l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, għadu ma jeżisti l-ebda qafas regolatorju xieraq dwar l-għajnuna mill-Istat. Saru xi żviluppi fil-qasam ta’ l- akkwisti pubbliċi , partikolarment fir-rigward tal-ħidma mtejba ta’ l-Aġenzija dwar l-Akwwisti Pubbliċi u l-Entità dwar l-Istħarriġ ta’ l-Akkwisti. Ftit sar progress dwar l-infurzar tad- drittijiet tal-proprjetà intellettwali .

Ma sar l-ebda progress b'rabta ma' l-istandards Ewropej dwar il- politiki soċjali u seħħu ftit żviluppi fil-konverġenza ma' l-istandards Ewropej dwar il-politika ta' l-impjiegi. Il-leġiżlazzjoni u l-politiki soċjali u dawk dwar l-impjiegi għadhom wisq frammentati. L-organizzazzjoni istituzzjonali tal-pajjiż għadha titfa' lura serjament l-iżvilupp tal-metodi koordinati meħtieġa. Sar ċertu progress b’rabta ma’ l-istandards Ewropej fil-qasam ta’ l- edukazzjoni , prinċipalment permezz ta’ l-adozzjoni ta’ liġi dwar l-edukazzjoni għolja li tappoġġja l-parteċipazzjoni fil-proċess ta’ Bolonja. Qegħdin isiru soforzi sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fl-edukazzjoni fil-livelli kollha tal-gvern. Is-separazzjoni tat-tfal fl-iskejjel skond kriterji etniċi għadha kwistjoni li ma ssolvietx.

Sar ftit progress addizzjonali fl-iżgurar ta' l-eżistenza ta' suq intern reali fil-Bożnja u Ħerzegovina, li hija prjorità ewlenija tas-Sħubija Ewropea. F’dan il-kuntest, il-liġijiet Statali dwar l-obbligi, il-kiri u l-prodotti farmaċewtiċi ma ġewx adottati.

F’dak li għadnu x’jaqsam mal- politiki settorjali , ma jista’ jiġi rrapurtat l-ebda żvilupp sinjifikanti fil-qasam ta’ l- industrija u l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju (SME) . L-istrateġija tal-politika industrijali u l-istrateġija ta' l-Iżvilupp ta' l-SMEs ma ġewx adottati.

Ma tantx sar progress fil-qasam ta' l- agrikoltura . Il-politika għadha fil-fażi ta’ żvilupp fuq il-livell ta’ Entità u l-koordinazzjoni hija insuffiċjenti. L-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva ta’ l-agrikotura sfat imdewma, għalkemm ittieħdu xi passi sabiex jiġi stabbilit il-qafas legali meħtieġ fuq il-livell Statali. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza ta’ l-ikel, il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja hija batuta, l-aktar minħabba n-nuqqas tar-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji u koordinazzjoni dgħajfa bejn is-servizzi ta’ l-Istat u ta’ l-Entità. It-tħejjijiet tal-Bożnja u Ħerzegovina fil-qasam ta’ l- ambjent għadhom fi stadju bikri. Il-liġi ambjentali fuq il-livell Statali sabiex jiġi stabbilit il-qafas għall-protezzjoni ambjentali armonizzata u mal-pajjiż kollu ma ġietx adottata u l-aġenzija ta' l-ambjent statali ma ġietx stabbilita.

Għadu qed isir progress kostanti, għalkemm bil-mod, fir-rigward ta’ l-involviment tal-Bożnja u Ħerzegovina fl-iżviluppar tan-Netwerk trans-Ewropew tat- trasport peress li qed tipparteċipa b’mod attiv fl-iżviluppar tan-Netwerk ta' Qofol għat-Trasport Reġjonali u fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEETO). Il-Bożnja u Ħerżegovina qiegħda taħdem għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel fażi tranżitorja tal-Ftehim taż- Żona ta’ l-Avjazzjoni Komuni Ewropea (.

Ma tantx sar progress addizzjonali fil-qasam ta' l- enerġija . Bħala parti mit-Trattat tal-Komunità ta' l-Enerġija, il-Bożnja u Ħerzegovina teħtieġ timplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE dwar l-enerġija, partikolarment dik b’rabta mas-settur tal-gass. Fis-settur ta’ l-elettriku, it-trażmissjoni ġiet separata mill-produzzjoni, filwaqt li ġew stabbiliti kemm l-operatur indipendenti tas-sistema (ISO) kif ukoll il-kumpanija tat-trażmissjoni (Transo). Għad fadal xi problemi fir-rigward tat-trasferiment ta’ passivi bejn l-ISO u t-Transco, li ħallew effetti negattivi fuq it-tħaddim tas-sistema. Ir-riformi fis-settur tal-gass ġew imdewma b'mod partikolari. Għadha ma ġiet żviluppata l-ebda strateġija ta’ l-enerġija mifruxa mal-pajjiż kollu.

Fir-rigward tas- soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja , sar ċertu progress fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjoni u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni awdjoviżiva ma' l- acquis mill-Aġenzija Regolatorja tal-Komunikazzjoni. Ma sar l-ebda progress dwar ix-xandir pubbliku u l-ħolqien ta’ aġenzija ta’ l-informazzjoni fuq livell Statali. Sar ċertu progress limitat fil-qasam tal- kontroll finanzjarju .

Fil-qasam ta' l- istatistika , il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-istatistika tal-pajjiż kemm fuq il-livell Statali kif ukoll ta’ Entità ma ġiex implimentat b’mod xieraq. Fil-Bożnja u Ħerzegovina jinħtieġu sforzi sinjifikanti sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ l-istatistika effettiva u konformi ma’ dik ta’ l-UE.

Fil-qasam tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , sar ċertu progress fl-oqsma tal-ġestjoni tal-viżi, il-ġestjoni tal-fruntieri, l-ażil u l-migrazzjoni. It-tneħħija tar-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini kollha ta’ l-UE ġiet ikkonfermata. Ġew iffirmati l-ftehimiet fuq il-livell ta’ l-UE dwar l-ammissjoni mill-ġdid u l-iffaċilitar tal-viżi. Sar progress ulterjuri sabiex tiġi stabbilita sistema ta' ażil li tiffunzjona. Inkisbu riżultati aħjar fil-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali, għalkemm għad fadal lok konsiderevoli għal titjib fir-rigward tal-ġestjoni globali tal-fruntieri. Jeħtieġ li jinħarġu passporti bijometriċi konformi ma’ l-istandards ta’ l-UE.

Sar ċertu progress dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus . L-Unità ta’ l- Intelligence Finanzjarja ġiet mgħammra aħjar b’persunal u l-infurzar mar għall-aħjar. Il-ħasil tal-flus għadha problema serja li teħtieġ sforzi kostanti. Ittieħdu xi passi dwar il-ġlieda kontra d- drogi permezz tal-ħolqien ta’ uffiċċju għall-prevenzjoni ta’ l-abbuż mid-droga. Għad trid tiġi żviluppata politika dwar id-drogi fuq il-livell Statali konformi ma’ l-istandards ta’ l-UE

Sar ċertu progress b’rabta mal-ħidma tal- pulizija . Issusktat l-implimentazzjoni ta’ strumenti, bħal investigazzjonijiet permezz tal-kompjuter, sistemi ta’ analiżi kriminali u l-forsenika. Ġie konkluż ftehim strateġiku ma’ l-Europol. Madankollu, in-nuqqas ta’ progress dwar ir-riforma tal-pulizija ddgħajjef il-prospetti ta’ korp tal-pulzija magħqud u aktar effettiv.

Il-Bożnja u Ħerzegovina għamlet ftit progress addizzjonali fir-rigward tal-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata u t-traffikar tal-bnedmin li għadha qed tikkawża tħassib. L-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata kienet insuffiċjenti. Il-qafas legali għall-ġlieda kontra l-kriminalità oganizzata jinsab fis-seħħ, iżda l-implimentazzjoni tal-liġi tinħtieġ titjib. L-Aġenzija Statali ta’ l-Investigazzjoni u l-Protezzjoni wettqet aktar inestigazzjonijiet u aktar arresti. Issa jeħtieġ li tilħaq il-kapaċità sħiħa tagħha, primċipalment fir-rigward tal-persunal. Il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-2005-2007 għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin ġie implimentat, iżda ma tħejjiet l-ebda strateġija ta’ segwitu. L-inkonsistenzi bejn il-leġiżlazzjoni fuq livell Statali u dik fuq livell ta’ entità għadhom ifixklu l-prosekuzzjoni ta' reati serji. Il-Bożnja u Ħerzegovina ssuktat bl-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra t- terroriżmu , iżda r-riżorsi għadhom insuffiċjenti. L-aġenzija Statali dwar il- protezzjoni tad-data għadha ma ġietx stabbilita.

Il-Kroazja

Il-Kroazja għadha tissodisfa l- kriterji politiċi . Il-progress li sar kien wieħed globali iżda jinħtieġu sforzi kostanti f’għadd ta’ oqsma, bħal pereżempju fir-riformi ġudizzjarji u amministrattivi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-drittijiet tal-minoranzi u ritorn tar-refuġjati. Il-prijoritajiet fuq medda qasira taż' żmien tas-Sħubija ta' Adeżjoni ġew parzjalment indirizzati.

Id-demokrazija u l-Istat tad-dritt ġew imsaħħa ulterjorment. Kemm il-Gvern kif ukoll il-Parlament komplew jiffunzjonaw mingħajr diffikultajiet sinjifikanti. Madankollu, għad fadal lok konsiderevoli għal titjib ulterjuri tal-ġudikatura, l-amministrazzjoni pubblika u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Jinħtieġ titjib sinjifikanti f'dawn l-oqsma sabiex tinħoloq bażi soda għall-implimentazzjoni soda ta' l- acquis .

Il-progress fl- amministrazzjoni pubblika kien wieħed limitat. Ġie adottat dokument ta' politika li jkopri l-prinċipji fundamentali għar-reviżjoni tal-Liġi dwar il-Proċeduri ta' Amministrazzjoni Ġenerali, flimkien ma' żewġ regolamenti ulterjuri ta' implimentazzjoni għal-Liġi dwar is-Servizz Ċivili. Sar ċertu titjib fit-taħriġ tas-servizz ċivili u fil-ġestjoni tar-riżorsi umani. Madankollu, qafas strateġiku globali għar-riforma, kif ukoll l-adozzjoni ta’ regolamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Liġi dwar is-Servizz Ċivili ġew imdewma ulterjorment. Is-sistema amministrattiva għadha ineffiċjenti. Għad fadal nuqqasijiet mifruxa fil-ġestjoni tar-riżorsi umani. Is-servizz ċivili għadu jbati minn ħafna tibdil fil-persunal u nuqqas ta’ persunal kwalifikat kif ukoll minn indħil politiku fil-livelli kollha. Jinħtieġu sforzi dejjiema ulterjuri.

Sar ċertu progress fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija għar-riforma tas- sistema ġudizzjarja . Ittieħdu passi leġiżlattivi u organizzattivi sabiex tittejjeb il-ħidma tal-ġudikatura. Sar progress ulterjuri sabiex jitnaqqsu l-każi pendenti. Madankollu, dan it-titjib għadu mhux biżżejjed. Ma tantx sar progress b'rabta ma' titjib fir-responsabbiltà, l-imparzjalità, il-professjonaliżmu u l-kompetenza tal-ġudikatura. L-għadd ta' każi pendenti għadu kbir. Ftit li xejn sar progress dwar ir-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-qorti. Minkejja xi progress li sar, il-proċedimenti dwar id-delitti tal-gwerra jinħtieġu titjib ulterjuri. Il-preġudizzji kontra l-konvenuti Serbi jinħtieġu li jiġu indirizzat, flimkien mal-protezzjoni tax-xhieda. Ir-riforma miexja ’l quddiem iżda huma meħtieġa sforzi konsiderevoli sabiex jintgħelbu n-nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja.

Qed joħorġu fid-deher l-ewwel riżultati tal- ġlieda kontra l-korruzzjoni . Il-programm tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni 2006-2008 qed jiġi implimentat. Il-qafas legali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni ġie mtejjeb ulterjorment. L-Uffiċċju tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (USKOK) sar aktar attiv u huwa involut fl-investigazzjoni ta’ xi każi importanti ta’ korruzzjoni. Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa. Jinħtieġu sforzi ulterjuri għall-prevenzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni. Ma nħareġ l-ebda kap ta’ akkuża jew verdett fir-rigward ta’ każi ta’ korruzzjoni fuq livell għoli Il-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess ma tantx huwa mifhum. L-implimentazzjoni tal-programm kontra l-korruzzjoni jonqsu koordinazzjoni b’saħħitha u monitoraġġ effiċjenti u mhux partiġġjan.

Sar xi progress fil-qasam tad- drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi . B’mod ġenerali id-dispożizzjonijiet legali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem huma xierqa, iżda għad għadd ta' sfidi importanti marbuta ma’ l-implimentazzjoni.

Sar xi żviluppi b'rabta ma' l-implimentazzjoni tal-Liġi Kostituzzjonali dwar il-Minoranzi Nazzjonali (CLNM). Ġie adottat pjan ta’ reklutaġġ għall-2007 dwar il- minoranzi fl-amministrazzjoni Statali u l-fondi għall-minoranzi żdiedu ulterjorment. Ir-rapporti ta’ attakki b’motivazzjoni etnika kontra l-minoranza Serba u l-Knisja Ortodossa komplew jonqsu. Qed tingħata aktar attenzjoni lill-minoranza Rom.

Minkejja dan, il-minoranzi għadhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi serji. Il-Kroazja teħtieġ tistimula spirtu ta' tolleranza lejn il-minoranza Serba u tieħu miżuri xierqa biex tħares lil dawk li għadhom jista' jkunu soġġetti għal theddid jew riskji ta' diskriminazzjoni, ostilità jew vjolenza. Is-Serbi qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet fil-qasam ta’ l-impjiegi. Il-minoranza Rom għadha qed tħabbat wiċċha ma' kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja u diskriminazzjoni, speċjalment fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi. Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet u l-programmi legali jiġu implimentati b’aktar determinazzjoni, speċjalment fil-qasam ta’ l-impjiegi. Għadhom ma ġewx adottati strateġija u pjan ta’ azzjoni komprensivi dwar is-suriet kollha ta’ diskriminazzjoni.

Il-progress b’rabta mar- ritorn tar-refuġjati kien limitat. Ir-rikostruzzjoni tad-djar issuktat. Madankollu, l-implimentazzjoni ta' programmi ta’ kura tad-djar lil persuni li qabel kellhom drittijiet ta’ kera għadha dgħajfa wisq. L-implimentazzjoni fiż-żoni urbani ma tantx inbidlet, u nstabet soluzzjoni biss għal inqas minn 2% tal-każi. Barra minn hekk, ma sar l-ebda progress dwar l-approvazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni. Jinħtieġ it-tħaffif ta’ l-isforzi għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali neċessarji għas-sostenibbiltà tar-ritorn tar-refuġjati.

L- aċċess għall-ġustizzja għadu ostakolat mill-limitazzjonijiet tas-sistema eżistenti ta’ għajnuna legali, kif ukoll mid-drittijiet għolja ta’ l-avukati u n-nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja. Għad fadal lok għal titjib tal- kundizzjonijiet fil-ħabsijiet . Għad fadal nuqqas ta' persunal tal-ħabs u ta' kapaċità. Il-ħabsijiet għadhom iffullati wisq.

Il-Kroazja għadha tiżgura l- libertà ta’ l-espressjoni inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. Madankollu, okkażjonalment wieħed għadu jiltaqa' ma' pressjoni politika fuq il-midja.

Il-pjanijiet maħsuba biex itejbu d- drittijiet tan-nisa u t-tfal żiedu s-sensibilizzazzjoni. Madankollu, jinħtieġ titjib ulterjuri fl-implimentazzjoni tagħhom. Il-protezzjoni tan-nisa minn kull sura ta’ vjolenza għad trid tittejjeb ulterjorment. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal għandhom jitħaffu.

Fir-rigward tal- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , issuktat il-kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Ex-Jugoslavja (ICTY) filwaqt li ġiet żgurata l-konformità globali mal-ftehimiet ta’ Dayton/Pariġi u Erdut. Jinħtieġ l-iżgurar kemm ta' prosekuzzjoni imparzjali tal-każi trasferiti mill-ICTY għall-ġurisdizzjoni Kroata kif ukoll tal-każi mibdija internament.

Issokta l-progress ġenerali fil-qasam tal-kooperazzjoni reġjonali. Il-presidenza Kroata tal-Proċess ta’ Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEECP) irnexxiet, u wasslet sabiex isir progress tajjeb fit-tranżizzjoni mill-Patt ta' Stabbiltà għal qafas aktar speċifiku għar-reġjun b’SEECP imsaħħaħ u Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali ġdid. Il-Kroazja ratifikat il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) il-ġdid.

Ftit li xejn sar progress aktar ġenerali sabiex jinstabu soluzzjonijiet aħħarija għal diversi kwistjonijiet bilaterali miftuħa bejn il-Kroazja u l-ġirien tagħha, partikolarment fir-rigward tal-fruntieri. Il-ftehim informali bejn il-Prim Ministri tal-Kroazja u tas-Slovenja sabiex jintalab l-involviment ta' parti terza fi kwistjonijiet miftuħa dwar il-fruntieri huwa meqjus bħala progress, u jeħtieġ li jsir is-segwitu tiegħu. F’Diċembru 2006 il-Parlament Kroat iddeċieda li ż-żona Kroata ta' protezzjoni ekoloġika u tas-sajd għandha tapplika għall-Istati Membri ta’ l-UE mill-1 ta’ Jannar 2008. Din id-deċiżjoni mhix konformi mal-ftehim politiku li ntlaħaq bejn il-pajjiżi kkonċernati f’Ġunju 2004, imsemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 u s-17 ta’ Ġunju 2004; tinħtieġ soluzzjoni għal din il-kwistjoni. Jinħtieġu sforzi sabiex jiġu żviluppati ulterjorment il-kooperazzjoni u r-relazzjonijiet tajba tal-viċinat.

L- ekonomija tal-Kroazja rreġistrat tkabbir qawwi u mgħaġġel. Inżammet l-istabbiltà makroekonomika, inkluża inflazzjoni baxxa. Madankollu, l-iżbilanċi esterni jistgħu jolqtu l-istabbiltà makroekonomika. Il-konsolidazzjoni fiskali ssuktat u teħtieġ li tibqa’ għaddejja. Ir-riformi strutturali, flimkien mal-privatizzazzjoni mxew ’il quddiem bil-mod. L-ambjent kummerċjali globali tjieb iżda xi inneffiċjenzi fl-amministrazzjoni pubblika u l-ġudikatura komplew ifixklu l-iżvilupp tas-settur privat.

Fir-rigward tal- kriterji ekonomiċi , il-Kroazja għandha ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Fit-terminu medju, għandha jkollha l-ħila tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni, sakemm hija timplimenta l-programm ta’ riforma komprensiv b’determinazzjoni sabiex tnaqqas kwalunkwe nuqqas strutturali.

Inżamm kunsens politiku mifrux dwar il-fatturi fundamentali ta’ l-ekonomija tas-suq. Il-politiki makroekonomiċi maħsuba għall-istabbiltà taw kontribut għal inflazzjoni baxxa, stabbiltà fir-rata tal-kambju u tnaqqis sinjifikanti tad-defiċit ġenerali tal-gvern. Il-prestazzjoni ekonomika kienet qawwija u l-investiment privat żdied ulterjorment. Ir-rata ta’ l-impjiegi żdiedet filwaqt li r-rata tal-qgħad, għalkemm għadha għolja, naqset. L-ambjent kummerċjali tjieb u tħejjew u ġew konklużi ċerti ftehimiet importanti għall-privatizzazzjoni. Il-kapaċità tal-gvern li jfassal oqfsa ta’ politika ekonomika fuq termini medji ssaħħet ulterjorment. Regolamenti prudenzjali ġodda wasslu għal rikapitalizzazzjoni aktar qawwija tal-banek, li tat kontribut għall-istabbiltà tas-settur finanzjarju. Sar progress ulterjuri għat-titjib tal-kompetizzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni. Komplew ir-riformi tas-sistema ferrovjarja li qed taħdem b’telf. L-ekonomija tal-Kroazja hija integrata tajjeb ma’ dik ta’ l-UE.

Minkejja dan, il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għadha dgħajfa. L-iżbilanċi esterni li qed jiżdiedu jimplikaw riskji potenzjali għall-istabbiltà makroekonomika u ħtieġa għal konsolidazzjoni fiskali aktar b’saħħitha. L-ambjent ekonomiku tajjeb u d-dħul qawwi ma ntużawx bis-sħiħ sabiex jitnaqqas id-defiċit baġitarju, iżda minflok wasslu għal żieda fl-infiq. Is-sussidji lil impriżi li jaħdmu b’telf u l-livell għoli ta’ nfiq kurrenti komplew inaqqsu l-pass tal-bidla strutturali u poġġew il-finanzi pubbliċi taħt pressjoni. Il-progress fuq ir-ristrutturar tas-settur ta’ l-impriżi kien irregolari u l-intervent ta’ l-Istat baqa’ wieħed sinjifikanti. L-inizjattiva tas-settur privat ġiet ostakolata mill-ineffiċjenzi ta’ l-amministrazzjoni pubblika u l-ġudikatura, li parzjalment fixklu l-proċeduri ta' dħul u ħruġ mis-suq u l-infurzar tad-drittijiet ta' proporjetà u tal-kredituri. Il-mobilità fl-impjiegi baqgħet limitata. Sabiex ittejjeb il-prospetti ta’ tkabbir kostanti u għal konverġenza reali, il-Kroazja teħtieġ tinforza mill-ġdid u tapprofondixxi r-riformi strutturali.

Il-Kroazja tejbet il -kapaċità tagħha li tissodisfa l-obbligi tas-sħubija . It-tħejjijiet sabiex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-UE mixjin ’il quddiem b’mod stabbli u l-konverġenza mar-regoli ta’ UE f’ċerti setturi hija waħda għolja. Madankollu, fil-ġejjieni huma meħtieġa sforzi sinjifikanti sabiex tintlaħaq il-konverġenza sħiħa. Sar progress f’bosta oqsma, prinċipalment f’termini ta' konverġenza leġiżlattiva iżda wkoll fir-rigward tal-bini tal-kapaċità amministrattiva. F’ċerti kapitoli bħat-trasport u l-ambjent, inżamm il-progress tajjeb li sar fis-snin preċedenti. F’kapitoli oħra bħal per eżempju l-akkwist pubbliku u t-tassazzjoni, il-progress baqa' wieħed limitat. Għad fadal ħafna xi jsir fir-rigward tal-livell globali tal-konverġenza u l-kapaċità amministrattiva.

Sar ċertu progress dwar il-konverġenza tal-leġiżlazzjoni dwar il- moviment ħieles tal-prodotti . Madankollu, ħafna elementi mill- acquis għadhom mhumiex fis-seħħ. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli għall-konverġenza tal-leġiżlazzjoni u għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tagħha.

Sar ċertu progress fir-rigward tar-regoli ta’ l-UE dwar il- moviment ħieles tal-ħaddiema iżda jinħtieġu sforżi addizzjonali sabiex issir il-konverġenza tal-leġiżlazzjoni u għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tagħha.

Sar xi progress dwar id- dritt ta' l-istabbiliment u l-libertà fl-għoti ta' servizzi. Il-konverġenza globali hija waħda raġjonevoli, għalkemm jinħtieġu sforzi konsiderevoli f’ċerti oqsma.

Il-Kroazja għamlet xi progressi b’rabta mal- moviment ħieles tal-kapital . Il-konverġenza globali hija waħda raġjonevoli. Madankollu huma meħtieġa sforzi ulterjuri, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-proċeduri ta’ l-akkwist ta’ beni immobbli miċ-ċittadini ta' l-UE.

Il-Kroazja għamlet progress limitat fil-qasam ta’ l- akwwisti pubbliċi . Minkejja dan, il-kapaċità amministrattiva għadha mhix xierqa fil-livelli kollha tas-sistema ta’ l-akkwist. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli ħafna għat-tfasssil ta’ strateġija globali għall-konverġenza u għat-tisħiħ ta’ l-organizzazzjoni istituzzjonali.

Jista’ jiġi rrappurtat ċertu progress dwar il- liġi tal-kumpaniji . Il-konverġenza ma’ l- acquis qiegħda fuq it-triq it-tajba u ddaħħlu fis-seħħ skeda reġjonevoli u pjan bir-reqqa għal ħidma ulterjuri.

Sar progress tajjeb b’rabta mal- liġi dwar il-proporjetà intellettwali , kemm dwar it-traspożizzjoni, kif ukoll dwar l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Il-konverġenza ma’ l- acquis għaddejja b’mod tajjeb, iżda jinħtieġu sforzi kostanti, partikolarment dwar l-infurzar.

Il-Kroazja ssoktat bil-progress fil-qasam tal- politika tal-kompetizzjoni . Madankollu, jinħtieġu konverġenza leġiżlattiva ulterjuri u tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, partikolarment fl-Aġenzija tal-Kompetizzjoni. Il-konverġenza ma’ l- acquis b’rabta ma’ dan il-kapitolu għadha għaddejja, iżda jinħtieġu sforzi konsiderevoli, partikolarment dwar ir-ristrutturar tas-settur ta’ l-azzar u t-tarzni f’diffikultà.

Il-Kroazja għamlet xi progress fir-rigward tas- servizzi finanzjarji u l-konverġenza ma’ l- acquis waslet f’punt tajjeb. Minkejja dan, jinħtieġu aktar sforzi, partikolarment għat-tisħiħ tas-superviżjoni tas-servizzi bankarji u l-Awtorità Superviżorja tas-Settur Finanzjarju fis-settur mhux bankarju.

Sar ċertu progress fil-qasam tas- soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja . Madankollu, jinħtieġu sforzi ulterjuri għall-liberalizzazzjoni tas-suq talt-telekomunikazzjoni, inkluża l-introduzzjoni ta’ liġi primarja ġdida u t-tisħiħ ulterjuri ta’ l-Aġenzija. Globalment, il-Kroazja laħqet livell tajjeb ta’ konverġenza ma’ l- acquis dwar dan il-kapitolu.

Il-Kroazja ssuktat tagħmel progress fl- agrikoltura u l-iżvilupp rurali . It-tħejjijiet fir-rigward tal-politika ta’ kwalità u l-biedja organika jinsabu fi stadju avvanzat. Sar progress tajjeb b'rabta ma’ l-iżvilupp rurali, għalkemm huwa meħtieġ li t-tħejjijiet jiġu intensifikati ma’ l-IPARD. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli għall-istabbiliment ta’ strutturi amministrattivi għall-iżgurar ta’ l-implimentazzjoni korretta tal-Politika Agrikola Komuni.

Fir-rigward tas- sajd , il-Kroazja għamlet ċertu progress. Għad fadal nuqqasijiet fl-oqsma tal-ġestjoni tal-flotta, l-ispezzjoni u l-kontroll, l-azzjoni strutturali u l-għajnuna mill-Istat.

Sar progress tajjeb b’rabta mas- sikurezza ta’ l-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja , partikolarment bl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta' qafas u sekondarja. Madankollu jinħtieġu sforzi konsiderevoli ulterjuri, inklużi t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġija dwar is-sikurezza ta’ l-ikel.

Fir-rigward tat- trasport , il-Kroazja ssuktat tagħmel progress tajjeb dwar il-konverġenza, partikolarment fl-oqsma tat-trasport ferrovjarju u marittimu. Qiegħda taħdem sabiex timplimenta l-ewwel fażi tranżitorja tal-Ftehim taż-Żona ta’ l-Avjazzjoni Komuni Ewropea. Qed tipparteċipa attivament fl-iżvilupp tan-Netwerk ta' Qofol għat-Trasport Reġjonali u fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEETO). Minkejja dan, għadhom jinħtieġu sforzi konsiderevoli, inkluż biex tiġi żgurata kapaċità amministrattiva xierqa għal bosta setturi tat-trasport.

Sar progress tajjeb b’rabta ma’ l- enerġija . Madankollu, jinħtieġu sforzi kostanti dwar il-konverġenza ma’ l- acquis , speċjalment fil-qasam ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija u l-bini ta’ kapaċità għall-infurzar. Bħala parti mit-Trattat tal-Komunità ta' l-Enerġija, il-Kroazja teħtieġ timplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE dwar l-enerġija minn Lulju 2007.

Ftit li xejn sar progress dwar it- tassazzjoni. Għad fadal ħafna xi jsir dwar il-konverġenza tal-leġiżlazzjoni fiskali u jinħtieġ li d-diskriminazzjoni de facto fid-dazju fuq is-sigaretti titneħħa. Jinħtieġu sforzi sostanzjali għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, partikolarment b’rabta ma’ l-interkonnettività ta’ l-IT.

Sar progress sinjifikanti fil-qasam tal- politika ekonomika u monterja . Il-konverġenza globali ma’ l- acquis qiegħda fi stadju avvanzat. Madankollu, jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-Bank Ċentrali.

Sar progress tajjeb b’rabta ma’ l- istatistika u saret il-biċċa l-kbira tal-konverġenza tal-qafas legali bażiku. Madankollu, jinħtieġu sforzi kostanti, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva.

Sar ċertu progress b’rabta ma’ l- acquis dwar il- politika soċjali u l-impjiegi . Jinħtieġu sforzi akbar sabiex titlesta l-konverġenza u speċjalment għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u ta’ l-infurzar.

Il-progress tal-Kroazja dwar il- politika ta’ l-impriżi u l-politika industrijali kien tajjeb iżda ma kienx kostanti. Intlaħaq livell raġjonevoli ta’ konveġenza. F' setturi bħal dak tat-tarzna, il-progress kien limitat.

Sar progress tajjeb fil-konverġenza ma’ l- acquis dwar in- Netwerks Trans-Ewropej .

Sar ċertu progress b’rabta mal- politika reġjonali u l-koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali. Madankollu, jinħtieġu sforzi kostanti sabiex jiġu stabbiliti l-istrutturi amministrattivi neċessarji għall-ġestjoni tal-fondi ta’ l-UE.

Sar ċertu progress fir-rigward tal- ġudikatura u d-drittijiet fundamentali . Ir-riforma tal-ġudikatura miexja ’l quddiem iżda għad fadal sfidi sinjifikanti, speċjalment għat-titjib ta’ l-effiċjenza ġudizzjarja. Sar ċertu progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, twettaq tisħiħ leġiżlattiv ulterjuri u nkisbu l-ewwel riżultati f’xi każi importanti ġestiti mill-UKSOK. Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa u jinħtieġu sforzi intensifikati u kostanti. B’mod ġenerali, il-miżuri sabiex jiġu assigurati d-drittijiet fundamentali huma fis-seħħ. Minkejja dan, jinħtieġu sforzi ulterjuri, speċjalment fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi inkluż ir-ritorn tar-refuġjati.

Il-Kroazja għamlet ċertu progress fil-qasam tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , partikolarment dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, il-migrazzjoni u l-ażil. Madankollu, il-pjan ta’ azzjoni integrat għall-ġestjoni tal-fruntieri għadu mhux implimentat u jinħtieġ titjib tat-tagħmir. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli sabiex tiġi żgurata l-kapaċità amministrattiva u ta’ infurzar, partikolarment fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji kif ukoll għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

Sar progress tajjeb fil-kapitolu dwar ix- xjenza u r-riċerka u l-edukazzjoni u l-kultura. Fiż-żewġ każi inkisbet konverġenza globali tajba.

Sar progress tajjeb fir-rigward ta’ l- ambjent , speċjalment fl-oqsma ta’ leġiżlazzjoni orizzontali, il-ġestjoni ta’ l-iskart u l-kimiki. Il-kapaċità amministrattiva tinħtieġ tisħiħ sinjifikanti, speċjalment fil-livell lokali. F’dan ir-rigward jinħtieġ isir l-iżvilupp ta’ pjan komprensiv kif ukoll jiġu allokati riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ l- acquis .

Sar progress tajjeb fil-qasam tal- protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa . Diġà ntlaħaq livell tajjeb ta’ konverġenza. Madankollu, jinħtieġu sforzi kostanti għall-konverġenza tal-leġiżlazzjoni f'għadd ta’ oqsma u għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv tagħha.

Il-Kroazja għamlet progress ulterjuri fil-qasam ta’ l- Unjoni doganali , u l-leġiżlazzjoni tikkonforma sewwa ma’ l- acquis . Madankollu, it-tħejjijiet għat-titjib fil-kapaċità amministrattiva u sabiex jiġu żviluppati sistemi ta’ l-IT għadhom fi stadju bikri, partikolarment b’rabta ma’ l-interkonnettività ta’ l-IT.

Issokta l-progress fil-qasam tar- relazzjonijiet esterni .

Issokta wkoll il-progress fir-rigward tal- Politika Barranija, tas-Sigurtà u d-Difiża , u ntlaħaq livell tajjeb ta’ konverġenza. Minkejja dan, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kontroll ta’ l-armi jinħtieġu tisħiħ.

Sar ċertu progress dwar il- kontroll finanzjarju , prinċipalment fir-rigward tal-kontroll intern tal-finanzi pubbliċi. Madankollu huma meħtieġa sforzi kostanti. Fil-każ tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-UE, jeħtieġ li s-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi isir kompletament operattiv.

Sar ċertu progress b’rabta mad- dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji .

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għamlet ċertu progress fl-indirizzar tal- kriterji politiċi . Madankollu, it-tensjoni frekwenti u l-problemi fil-kisba ta’ djalogu kostruttiv bejn l-atturi politiċi ewlenija fixklu l-iffunzjonar effettiv ta' l-istituzzjonijiet politiċi u wasslu għal tnaqqis fir-ritmu tar-riformi. Il-prijoritajiet fuq medda qasira tas-Sħubija Ewropea ġew parzjalment indirizzati.

L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Qafas Ohrid għadu jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tad- demokrazija u l-istat tad-dritt . Madankollu, jinħtieġu sforzi ulterjuri għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim u għall-konsolidazzjoni tal-fiduċja bejn il-partit politiċi li jirrappreżentaw il-komunitajiet etniċi differenti. Jinħtieġu metodu konsenswali u rieda sabiex jinstab kompromess filwaqt li l-ispirtu tal-ftehim għandu jiġi rrispettat b’mod aktar konsistenti. Il-bojkott tal-Parlament minn wieħed mill-partiti ewlenin ta’ l-oppożizzjoni kif ukoll il-kwalità fqira tal-kooperazzjoni bejn il-President u l-Prim Ministru fixklu l-iffunzjonar effettiv ta’ l-istituzzjonijiet politiċi. Il-kwistjoni riċenti fil-parlament u l-attakk fuq il-ġurnalisti huma kawża gravi ta’ tħassib u għandhom jiġu investigati tajjeb.

Fir-rigward tar- riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika , il-liġi dwar il-ħaddiema taċ-ċivili qed tiġi implimentata gradwalment. Id-diċentralizzazzjoni ssuktat b’mod kostanti u bdiet it-tieni fażi b’rabta mad-diċentralizzazzjoni fiskali. L-entitajiet pubbliċi qegħdin jikkooperaw aħjar ma’ l-Ombudsman. Għaddejjin it-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-pulizija. Madankollu, l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tar-riforma dwar il-pulizija – prijorità tas-Sħubija Ewropea – għadha toffri sfida serja. L-amministrazzjoni pubblika għadha dgħajfa u ineffiċjenti u l-leġiżlazzjoni dwar is-servizz ċivili ma tantx tintuża. Saru tkeċċijiet arbitrarji u mhux trasparenti ta’ uffiċjali fil-livelli kollha li fixklu l-ħidma ta' l-amministrazzjoni. Jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex jiġi stabbilit servizz ċivili stabbli u professjonali.

Sar ċertu progress fl-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija dwar ir-riforma tas- sistema ġudizzjarja , prijorità ewlenija tas-Sħubija Ewropea. Wieħed mill-ħames dipartimenti speċjalizzati tal-qorti dwar il-kriminalità organizzata li għadhom kemm ġew stabbiliti qiegħed jopera bis-sħiħ. L-akkademja għat-taħriġ ta’ l-imħallfin u l-prosekuturi bdiet topera filwaqt li ġew introdotti sistemi ġodda ta' l-IT. Barra minn hekk, inbdiet l-implimentazzjoni tal-liġijiet dwar il-proċeduri tal-litigazzjoni u l-infurzar sabiex tżidied l-effiċjenza ġudizzjarja. Madankollu, s'issa l-impatt globali tar-riformi kien wieħed limitat. In-nuqqas ta’ ftehim dwar il-bqija tal-ħatriet tal-Kunsill Ġudizzjarji naqqas il-kapaċità tal-Kunsill li jsaħħaħ l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura. Barra minn hekk żamm lura aspetti ewlenin tar-riforma, bħall-ħolqien tal-qorti amministrattiva. Għadhom iridu jiġu adottati liġijiet dwar il-prosekuzzjoni pubblika u l-baġits tal-qrati huma insuffiċjenti. Jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tal-ġudikatura. Jeħtieġ li tiġi stabbilita reputazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riformi riċenti.

L-implimentazzjoni tal-qafas legali u istituzzjonali l-ġdid għall- ġlieda kontra l-korruzzjoni ta xi riżultati. Kien hemm għadd ta’ prosekuzzjonijiet u kundanni ta' livell għoli. Il-koopreazzjoni bejn l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi qiegħda titjieb. Madankollu, l-korruzzjoni hija mifruxa u hija problema serja ħafna. Jinħtieġu metodu komprensiv fis-setturi kollha u l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni.

B’mod ġenerali, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi , flimkien mar-relazzjonijiet bejn l-etniji differenti, tjiebu. Ittieħdu passi ulterjuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Qafas ta' Ohrid, bħall-adozzjoni ta' strateġija dwar ir-rappreżentanza ekwa minn komuniitajiet etniċi fl-amministrazzjoni. Madankollu, jeħtieġ li l-fiduċja bejn il-komunitajiet etniċi tiġi żviluppata ulterjorment, partikolarment billi jiġu indirizzati d-diffikultajiet soċjoekonomiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-minoranzi. Ma tantx sar progress dwar is-sitwazzjoni tal - minoranza Rom , li għadha qed tħabbat wiċċha ma' kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja u diskriminazzjoni, speċjalment fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi.

Ittieħdu miżuri kontra t- trattament ħażin tal-ħabsin, prinċipalment b'kooperazzjoni bejn l-Ombudsman u l-Ministeru ta’ l-Intern. Illum l-interċetazzjoni tal-komunikazzjoni hija soġġetta għal qafas leġiżlattiv. Fir-rigward tal- libertà tat-twemmin reliġjuż , ġiet adottata liġi ġdida li tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet reliġjużi. Fir-rigward tad- drittijiet tan-nisa , ittieħdu xi passi ulterjuri sabiex jiġu stabbiliti opportunitajiet indaqs. Madankollu, il-protezzjoni tan-nisa kontra kull forma ta’ vjolenza teħtieġ li tissaħħaħ. L-implimentazzjoni tal-miżuri għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal għandhom jitħaffu. Jinħtieġ jiġi żviluppat djalogu soċjali inklussiv.

Fir-rigward tal- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ssuktat il-parteċipazzjoni attiva tagħha fil-kooperazzjoni reġjonali u tat l-appoġġ tagħha fil-Proċess ta’ Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEECP), il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali u l-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA). Il-pajjiż baqa’ jikkoopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Ex Jugloslavja (ICTY). Iddaħlet fis-seħħ liġi dwar il-kooperazzjoni ma’ l-ICTY. L-iffunzjonar aħjar ta’ l-istituzzjonijiet ġudizzjarji huwa essenzjali għat-tħejjija tat-trattament tal-fajls mibgħuta lura lill-ġurisdizzjoni nazzjonali mill-ICTY. Il-pajjiż żamm pożizzjoni kostruttuva matul il-proċess dwar l-istatus tal-Kosovo. Fir-rigward tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-ftehim bilaterali dwar l-immunità ma’ l-Istati Uniti mhux konformi mal-pożizzjoni komuni u l-prinċipji gwida rilevanti ta' l-UE.

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja rawmet relazzjonijiet tajba mal-pajjiżi tal-Punent tal-Balkani. Jinħtieġu sforzi mġedda, permezz ta’ metodu kostruttiv, sabiex tinstab soluzzjoni negozjata u reċiprokament aċċettabli mal-Greċja dwar il-kwistjoni ta’ l-isem, taħt l-awspiċji tan-NU, fi ħdan il-qafas tar-Riżoluzzjonijiet 817/93 u 845/93 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex b’hekk jingħata kontribut għall-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajba ta' viċinat. L-azzjonijiet li jolqtu b’mod negattiv ir-relazzjonijiet tajba ta' viċiniat għandhom jiġu evitati.

L- ekonomija ta’ l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja rreġistrat tkabbir evidenti. Inżammet l-istabbiltà makroekonomika filwaqt li r-riformi strutturali mxew aktar ’il quddiem, iżda l-persistenza ta’ rata għolja ħafna tal-qgħad għadha tikkawża tħassib. In-nuqqasijiet istituzzjonali u fl-istat tad-dritt għadhom ifixklu l-ħidma mingħajr intoppi ta' l-ekonomija tas-suq u jaffettwaw l-ambjent kummerċjali.

L-ex Repubbika Yugoslava tal-Maċedonja tinstab fi stadju avvanzat fir-rigward tal- kriterji ekonomiċi, u għamlet progress lejn l-għan li tistabbilixxi ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Fit-terminu medju, għandha jkollha l-ħila tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni, sakemm hija timplimenta b’determinazzjoni l-programm komprensiv ta’ riforma sabiex tnaqqas kwalunkwe nuqqas strutturali.

Il-pajjiż żamm kunsens ġenerali dwar il-fatturi essenzjali tal-politiki ekonomiċi. B’riżultat ta’ dan inżammu taħlita xierqa ta' politiki, l-istabbiltà makroekonomika u l-previdibbiltà. Il-prestazzjoni tal-pajjiżi fir-rigward tat-tkabbir tjiebet għalkemm għad hemm lok għal tkabbir aktar b’saħħtu. L-inflazzjoni baqgħet baxxa. Il-kont kurrenti inżamm viċin il-bilanċ. Madankollu, ir-rata tal-qgħad baqgħet partikolarment għolja. L-FDI baqa’ relattivament baxx, wara dħul sostanzjali marbut mal-privatizzazzjoni matul l-2006. L-awtoritajiet għamlu interventi aktar attivi fl-ekonomija, permezz tat-tnaqqis tal-piżijiet fiskali, titjib tal-ġbir tad-dħul u żieda fl-infiq. Minkejja dan, b’mod ġenerali, il-kontijiet fiskali nżammu viċin il-bilanċ. Ir-rati tal-ġbir tat-taxxa żdiedu minħabba dħul akbar u rati aktar tajbin ta' ġbir. Il-livell relattivament baxx tad-dejn tas-settur pubbliku kompla jitnaqqas ulterjorment, u dan wassal għal tnaqqis ulterjuri tal-vulnerabbiltà esterna tal-pajjiż. B'mod ġenerali twettqet il-liberalizzazzjoni tal-prezzijiet u tal-kummerċ, u ssuktat il-privatizzazzjoni tal-proprjetà ta’ l-Istat. Il-proċeduri ta’ falliment ġew imqassra u r-reġistrazzjoni tal-proprjetà ġiet imħaffa. L-intermedjazzjoni finanzjarja żdiedet u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju ġiet imsaħħa. Barra minn hekk, ittieħdu miżuri għat-titjib tal-kwalità tal-kapital uman u għall-imodernizzar ta’ l-infrastruttura tal-pajjiż. L-integrazzjoni ekonomika ma’ l-UE qiegħda fi stadju avvanzat.

Madankollu, l-iffunzjonar ta’ l-ekonomija ts-suq hija ostakolata minn ċerti nuqqasijiet istituzzjonali Il-ġudikatura għadha fattur li jostakola u xi drabi l-aġenziji regolatorji u superviżorji jonqoshom l-indipendenza u r-riżorsi meħtieġa sabiex jissodisfaw il-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. Il-grad ta’ ċertezza legali għadu baxx u l-ineffiċjenzi amministrattivi jimpedixxu l-iffunzjonar xieraq ta’ l-amministrazzjoni pubblika u jfixklu l-ambjent kummerċjali. Is-swieq tax-xogħol għadhom dgħajfin. Is-settur informali mdaqqas, megħjun minn nuqqasijiet fl-infurzar tal-liġi u fil-qafas regolatorju, inaqqas il-bażi fiskali, ifixkel il-kapaċità tal-gvern li jimplimenta l-politiki ekonomiċi u jolqot l-ambjent kummerċjali b'mod negattiv.

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għamlet sforzi ulterjuri sabiex ittejjeb il- kapaċità tagħha li tassumi l-obbligi tas-sħubija . Sar ċertu progress sabiex jiġu ssodisfati l-prijoritajiet fuq terminu qasir tas-Sħubija Ewropea Il-pajjiż għadu qed iħabbat wiċċu ma’ nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni. Għad hemm nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji xierqa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-FSA. Is-sostituzzjoni fuq skala mifruxa ta’ persunal kwalifikat wara tibdil politiku fixklet l-isforzi sabiex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva.

Fil-qasam tal- moviment ħieles tal-prodotti , sar ċertu progress fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u dwar il-konverġenza tal-leġiżlazzjoni ma’ l- acquis li, madankollu, għadha fi stadju bikri. Dan jgħodd ukoll għall-oqsma tal- moviment ħieles tal-ħaddiema u d- dritt ta’ l-istabbiliment u l-libertà tal-għoti ta’ servizzi . Il-progress fil-qasam tal- moviment ħieles tal-kapital kien limitat ħafna. Il-konverġenza leġiżlattiva għadha lura u l-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fir-rigward tal-ħasil tal-flus mhix waħda xierqa.

Sar progress fil-qasam ta’ l- akkwist pubbliku , fejn il-konverġenza tal-leġiżlazzjoni ma’ l- acquis qed tagħmel passi ’l quddiem. Madankollu, il-kapaċità amministrattiva fil-livell ta’ l-awtoritajiet kontraenti mhix żviluppata biżżejjed. Sar progress sostanzjali fil-qasam tal- liġi tal-kumpaniji , fejn il-konverġenza mxiet moderatament 'il quddiem. B'rabta mal- liġi dwar il-proprjetà intellettwali , sar xi progress speċjalment fir-rigward tal-konverġenza tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tad- drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-interċettazzjoni ta' prodotti foloz mal-fruntieri. Madankollu, il-kapaċità amministrattiva għadha insuffiċjenti sabiex jinkiseb l-infurzar xieraq u tinħtieġ rieda politika qawwija sabiex tittieħed azzjoni dwar il-piraterija.

Ġie rrappurtat progress fil-qasam tal- kompetizzjoni inkluża l-politika ta’ l-għajnuna mill-Istat. F’dan l-istadju l-leġiżlazzjoni hija ġeneralment konformi ma’ l- acquis , u l-kapaċità u l-indipendenza ta’ l-awtorità tal-kompetizzjoni ġiet imsaħħa. Jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji tal-politika tal-kompetizzjoni u l-ispjegazzjoni tas-sistema ta' kontroll ta' l-għajnuna mill-Istat fost min jagħti din l-għajnuna. Il-liġi dwar iż-żoni ta’ żvilupp teknoloġiku u industrijali għandha tiġi emendata biex issir konformi ma’ l- acquis .

Sar xi progress fil-qasam tas- servizzi finanzjarji . Madankollu, il-leġiżlazzjoni teħtieġ titjib ulterjuri, partikolarment fir-rigward tas-settur ta’ l-assigurazzjoni u tal-garanziji. Il-problema ta’ vetturi mingħajr assigurazzjoni teħtieġ attenzjoni ulterjuri. Il-kapaċità amministrattiva u l-garanziji ta’ l-operat indipendenti tas-superviżuri tas-settur mhux finanzjarju hija insuffiċjenti.

Sar progress fil-konverġenza tl-leġiżlazzjoni ma’ l- acquis u fit-tisħiħ tal-kompetizzjoni fil-qasam tas- soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja . Minkejja dan, fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, il-pajjiż għadu ma ssodisfax l-obbligi tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. L-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għadha dgħajfa fis-setturi kollha, filwaqt li l-indipendenza tar-regolaturi mhix żgurata biżżejjed.

Sar ċertu progress fl-iżvilupp tal-politika fil-qasam ta’ l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali , iżda l-konverġenza għadha fi stadju bikri. Il-progress fil-qasam tas- sikurezza ta' l-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja kien wieħed limitat. Il-kapaċità amministrattiva, kemm fir-rigward ta’ l-għadd u l-kompetenza tal-persunal, mhix biżżejjed sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' l- acquis .

Sar progress b’rabta mal-konverġenza tal- politika tat-trasport . L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja rratifikat iż-Żona Ewropea Komuni għall-Avjazzjoni. Qed tipparteċipa attivament fl-iżvilupp tan-Netwerk ta' Qofol għat-Trasport Reġjonali u fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEETO). Madankollu, il-kapaċità amministrattiva fis-setturi kollha għadha dgħajfa. Sar ċertu progress fil-konverġenza tas-suq intern ta’ l- enerġija u l-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija li tiġġedded. Bħala parti mit-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija, il-pajjiż jeħtieġ jimplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE dwar l-enerġija. Il-kapaċità amministrattiva għall-infurzar ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija u r-regolamenti dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni mhumiex suffiċjenti. L-indipendenza tar-regolatur ta’ l-enerġija għandha tissaħħaħ.

Fil-qasam tat- tassazzjoni , saret konverġenza tajba tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxi indiretti iżda għad fadal diskrepanzi sinjifikanti dwar it-tassazzjoni diretta. Sar progress fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva. Madankollu , jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni.

Sar progress limitat b’rabta mal-konverġenza fil-qasam tal- politika ekonomika u monetarja . Madankollu, it-tħejjijiet f’dan il-qasam jinsabu għaddejjin. Fil-qasam ta’ l- istatistika , ittieħdu passi sinjifikanti f’oqsma prijoritarji. Madankollu, jinħtieġu sforzi ulterjuri għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva.

Fir-rigward ta’ l- acquis dwar il- politika soċjali u l-impjiegi , sar progress b’rabta ma’ l-iżvilupp ta’ strateġiji. Minkejja dan, minħabba rieda politika u kapaċità amministrattiva insuffiċjenti, il-progress attwali fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki baqa’ limitat. Sar progress f’ċerti oqsma tal- politika imprenditorjali u industrijali , prinċipalment fir-rigward tas-sostenn lill-impriżi żgħar Fir-rigward tan-netwerks Trans-Ewropej, il-pajjiż jipparteċipa f’inizjattivi reġjonali u l-konverġenza qiegħda fi stadju avvanzat. It-titjib ta’ l-infrastruttura għadha sfida ewlenija. Ġie rrapurtat progress fil-qasam tal- politika reġjonali u l-koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali . Madankollu, jinħtieġu sforzi sostanzjali sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali neċessarja fil-livelli ċentrali u lokali.

Sar ċertu progress fil-qasam tal- ġudikatura u d-drittijiet fundamentali . L-awtoritajiet għamlu sforzi ulterjuri fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u dawn bdew juru l-ewwel riżultati. Minkejja dan, l-iżgurar ta’ l-indipendenza u l-effiċjenza tal-ġudikatura għadu sfida ewlenija. Il-metodu sabiex tiġi indirizzata l-korruzzjoni għadu mhux wieħed kompresiv. F’dan il-qasam, l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni hija waħda sodisfaċenti, iżda jinħtieġu implimentazzjoni ulterjuri u allokazzjoni speċifika ta’ riżorsi u ser jirrikjedu impenn politiku kostanti.

Fil-qasam tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , iddaħħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni bażika, filwaqt li b’mod ġenerali, il-leġiżlazzjoni implimentattiva ġiet adottata. Jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex tiġi żgurata politika attiva ta’ ritorn u biex il-proċeduri ta’ l-ażil isiru konformi ma’ l-istandards Ewroprej. Sar progress irregolari fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li għadhom jikkawżaw tħassib serju. Ġew irreġistrati qabdiet ta’ kwantitajiet kbar ta’ drogi. Il-progress fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin kien insuffiċjenti. Għadha ma ddaħlitx fis-seħħ sistema ta’ l- intelligence integrata sabiex tintuża bejn l-aġenziji fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Jinħtieġ isir it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji anke fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

L-awtoritajiet saħħew il-kapaċità operattiva f’diversi oqsma, għalkemm dan sar l-aktar fuq il-livell ċentrali. Fuq il-livell lokali, il-kapaċità amministrattiva għadha ġeneralment dgħajfa. Fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u Schengen, hemm il-ħtieġa ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni, tagħmir tekniku u taħriġ. Sar progress tajjeb b’rabta ma’ l-introduzzjoni tal-passaporti bijometriċi. Globalment, għad hemm il-ħtieġa li jinkisbu riżultati fl-implimentazzjoni u l-infurzar, partikolarment fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korrizzjoni, li għadhom jikkawżaw tħassib serju. L-ex Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja mhix imħejjija biżżejjed sabiex timplimenta l- acquis dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà .

Fir-rigward tal-qasam tax- xjenza u r-riċerka , ftit li xejn sar progress fil-konverġenza u l-kapaċità ta' l-istituzzjonijiet xjentifiċi għadha dgħajfa. Il-pajjiż adotta miżuri ta’ politika li jtejbu l-konverġenza fil-qasam ta’ l- edukazzjoni u l-kultura . Madankollu, mhemmx biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni tar-riformi tal-politika. Il-pajjiżi għandu jissokta t-tħejjijiet tiegħu bil-għan tal-parteċipazzjoni ġejjiena fil-programmi komunitarji Tagħlim Tul il-Ħajja ( Lifelong Learning ) u Żgħażagħ Attivi ( Youth in Action ). Sar progress sabiex jiġi żviluppat qafas leġiżlattiv fil-qasam ta’ l- ambjent , iżda l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għadha fi stadju bikri, speċjalment fl-oqsma li l-aktar jeħtieġu investiment maġġuri. Il-kapaċità amministrattiva u r-riżorsi finanzjarji għad mhumiex xierqa. Fir-rigward tal- protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa , sar xi progress kemm dwar il-konverġenza leġiżlattiva u l-bini tal-kapaċità istituzzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-kura tas-saħħa. Jinħtieġu aktar riżorsi umani u finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni.

Sar progress sostanzjali fil-qasam ta’ l- unjoni doganali . Fir-rigward tal-kapaċità amministrattiva, sar progress sinifikanti fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-korruzzjoni u fil-ġbir tad-dħul. B’mod ġenerali, l-Amministrazzjoni Doganali teħtieġ tissokta l-isforzi tagħha għall-immodernizzar.

Sar ċertu progress fil-qasam tar- relazzjonijiet esterni u l- politika barranija, tas-sigurtà u d-difiża . Madankollu, il-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva għadha mhix suffiċjenti sabiex tippermetti lill-pajjiż jipparteċipa fil-politiki ta’ l-UE f’dan il-qasam.

Il-progress fil-qasam tal- kontroll finanzjarju kien limitat għall-kontroll intern tal-finanzi pubbliċi. Il-kapaċità amministrattiva ta’ l-istituzzjonijiet responsabbli għadha mhix xierqa sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ l- acquis . Ma sar l-ebda progress partikolari fil-qasam tad- dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji . Meta jasal il-waqt ser ikun hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti strutturi xierqa għall-koordinazzjoni, regoli implimentattivi u tisħiħ amministrattiv.

Il-Montenegro

Il-Montenegro għamel ċertu progress fir-rigward tal- kriterji politiċi . Il-pajjiż indirizza prijoritajiet ewlenija ulterjuri tas-Sħubijiet Ewropej, iżda għadhom iridu jinkisbu riżultati sinjifikanti fir-rigward tal-kapaċità amministrattiva u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-Montenegro għamel progress tajjeb b'rabta mal-ħolqien tal-qafas legali u l-istituzzjonijiet meħtieġa wara li sar indipendenti. F’Ottubru 2007, il-parlament adotta kostituzzjoni li b’mod ġenerali hija konformi ma’ l-istandards Ewropej. Jinħtieġ li jissuktaw l-isforzi għal aktar kunsens mifrux dwar il-fatturi bażiċi tal-bini ta’ l-Istat.

Sar ċertu progress limitat fil-qasam tad- demokrazija u l-Istat tad-dritt. Il-Montenegro ssokta jikseb progress fir-riforma amministrattiva u legali. Il-Montenegro għamel ċertu progress fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ewlenin tas-Sħubija Ewropea u fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tiegħu. Madankollu sa issa r-riżultati kienu kemmxejn limitati u l-Montenegro għadu ma stabbilixxiex riżultati kostanti b'rabta mar-riforma. Ir-riforma ġudizzjarja għadha fil-bidu tagħha.

Il- parlament u l- gvern adattaw għar-rekwiżiti ta’ l-indipendenza. Huma ssuktaw itejbu l-effiċjenza tagħhom. Il-parlament beda jimplimenta r-regoli proċedurali adottati fl-2006, issimplifika l-ħidma tiegħu, u saħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu. Il-funzjonijiet tal-kontroll tal-parlament tjiebu. Il-kumitat parlamentari ta' l-Integrazzjoni Ewropea ġie kemmxejn imsaħħaħ iżda għadu ma sarx effiċjenti u mhux iffukat. Il-kapaċità ġenerali tal-parlament tinħtieġ titjib. Il-gvern ġie rijorganizzat filwaqt li ssokta t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet il-ġodda, b’enfasi fuq ir-riforma tad-difiża, l-affarijiet barranin u l-ġustizzja u l-affarijiet interni. Madankollu, l-effiċjenza tal-gvern, partikolarment b’rabta ma’ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinħtieġ li tissaħħaħ.

Ir-riforma ta’ l- amministrazzjoni pubblika ssuktat iżda l-amministrazzjoni pubblika għadha dgħajfa u ineffiċjenti. Jinħtieġu sforzi ulterjrui sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità ta’ l-amministrazzjoni pubblika u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħha. Il-koordinazzjoni dwar il-kwistjonijiet Ewropej tjiebet. Issuktaw it-tħejjijiet għall-implimetazzjoni tal-FSA. Jinħtieġ li l-persunal, inklużi l-impjegati ġodda f'entitajiet governattivi ewlenija u f'aġenziji oħra, jitħarrġu sabiex ikunu jistgħu jwettqu ħidma mhux biss fir-rigward tal-koordinazzjoni iżda wkoll għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet kollha tas-Sħubija Ewropea u l-obbligi tal-FSA.

Sar ċertu progress fir-riforma tas- sistema ġudizzjarja . Il-kostituzzjoni żżid l-indipendenza tal-ġudikatura billi tistabbilixxi entità ġdida, il-Kunsill Ġudizzjarju, responsabbli mill-ħatra u t-tkeċċija ta’ l-imħallfin. Il-gvern adotta Strateġija għar-Riforma Ġudizzjarja għall-perjodu bejn l-2007 u l-2012. It-taħriġ ta’ l-imħallfin u l-prosekuturi ssaħħaħ. Madankollu, issa hemm il-ħtieġa li tiġi adottata leġiżlazzjoni li tiżgura l-indipendenza u r-responsabbiltà ta’ l-imħallfin u l-prosekuturi. Il-Parlament għad għandu influwenza eċċessiva fil-ħatra u l-promozzjoni tal-prosekuturi. Għadha għaddejja l-proċedura ta’ smigħ preliminari dwar id-deportazzjoni u l-għajbien ta’ aktar minn 80 ċittadin tal-Bożnja fl-1992, u dan joħloq tħassib dwar id-dewmien tal-każ. L-effiċjenza tal-ġudiaktura mhix sodisfaċenti u l-għadd ta’ każi ċivili u kriminali pendenti ftit li xejn tnaqqas.

Il- korruzzjoni hija mifruxa u tikkostitwixxi problema serja ħafna. L-adozzjoni ta' l-ewwel Rapport tal-Kummissjoni Nazzjonali stabbilita sabiex tindirizza l-korruzzjoni jista' jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pass, iżda l-infurzar għadu problematiku. L-iffinanzjar tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali mhuwiex trasparenti. Għad fadal anomaliji fil-leġiżlazzjoni dwar il-kunflitt ta’ l-interessi għall-uffiċjali pubbliċi. Jeżisti riskju sinjifikanti ta’ korruzzjoni fl-oqsma tal-kostruzzjoni u l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art, tal-konċessjonijiet u fl-akkwisti pubbliċi. Din is-sitwazzjoni teżiġi azzjoni urġenti sabiex jinkisbu riżultati fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, spċjalment fil-qasam tal-korruzzjoni f'livelli għoljin. Jinħtieġ titjib fil-kapaċitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-ġudikatura u l-kooperazzjoni tal-pulizija.

Fir-rigward tal- drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi , sar progress fil-ħolqien ta’ qafas neċessarju fis-segwitu ta’ l-indipendenza. F’Mejju 2007, il-Montenegro ssieħeb mal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Fil-kostituzzjoni, hija tirrikonoxxi s-supremazija tal-leġiżlazzjoni internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Hemm dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni retroattiva tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, iżda l-istatus legali eżatt tagħhom għad irid jiġi ċċarat. Il-leġiżlazzjoni u l-prattika fil-qasam tad-drittijiet soċjali huma fil-biċċa l-kbira tagħhom konformi mal-Karta Soċjali Ewropa riveduta. Sar ċertu progress b’rabta mat-titjib tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal. Madankollu, il-protezzjoni tan-nisa kontra kull forma ta’ vjolenza teħtieġ li tissaħħaħ. Issuktat ir-restituzzjoni tal-proprjetà li ttieħdet mill-Istat, iżda għad fadal għadd kbir ta’ lmenti dwar il-mod kif din qed tiġi implimentata. Jinħtieġ li tissaħħaħ il-ħidma ta’ l-Ombudsman fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u fl-eżerċizzju tal-funzjoni tiegħu ta’ gwardjan ta' l-amministrazzjoni pubblika.

F’Mejju 2007 l-Montenegro ħaddan il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali kif ukoll il-Karta Ewropea dwar l-Ilsna Reġjonali u Minoritarji. Il-kwistjoni kumplessa tad-definizzjoni tal-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom hija biss parzjalment koperta mill-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Minoranzi Nazzjonali ta' l-2006. Il-kostituzzjoni tipprovdi bażi legali soda għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi. Il-kundizzjonijiet tar-refuġjati u l-persuni spustati, inklużi r-Rom, huma l-kawża ta' tħassib serju. Il-popolazzjoni tar-Rom għadha qed tħabbat wiċċha ma’ kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja u diskriminazzjoni, speċjalment fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-għoti ta’ djar u l-impjiegi.

Is-soċjetà ċivili għadha fraġli u għad fadal tensjonijiet bejn entitajiet governattivi u organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Fir-rigward tal- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , il-pajjiż għadu jipparteċipa attivament fil-kooperazzjoni reġjonali. Il-kooperazzjoni ma’ l-ICTY tibqa' waħda sodisfaċenti. Wara l-indipendenza l-Montenegro kompla jimpenja ruħu bl-obbligi internazzjonali. F’Jannar 2007, il-Montenegro saret membru ta’ istituzzjonijiet finanzarji internazzjonali ewlenin. In-negozjati dwar l-adeżjoni ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għaddejjin tajjeb. Il-Montenegro huwa impenjat fil-kooperazzjoni reġjonali fix-Xlokk ta’ l-Ewropa u sar membru tal-Proċess ta’ Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEECP) f’Mejju 2007 u jipparteċipa fil-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali (RCC). Huwa rratifika l-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) u għandu relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi ġirien tiegħu. Bosta mill-kwistjonijiet mas-Serbja fis-segwitu ta’ l-indipendenza ġew solvuti.

F’Ottubru 2006, il-Montenegro nnotifika li rratifika ta’ l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali. Madankollu, il-ftehim bilaterali ta’ immunità ffirmat f’April ma’ l-Istati Uniti mhux konformi mal-pożizzjoni komuni u l-prinċipji gwida rilevanti ta' l-UE.

L- ekonomija tal-Montenegro kompliet tespandi b'mod rapidu u l-istabbiltà makroekonomika tjiebet, għalkemm għad fadal riskji, partikolarment b’rabta mad-defiċit kbir tal-kont kurrenti, li fil-preżent huwa kkumpensat minn dħul important mill-FDI. Għalkemm ġew segwiti riformi strutturali, il-kapaċitajiet istituzzjonali dgħajfa u n-nuqqasijiet fl-Istat tad-dritt għadhom ifixklu l-iffunzjonar xieraq ta' l-ekonomija tas-suq.

Fir-rigward tal- kriterji ekonomiċi , il-Montenegro għamel progress ulterjuri sabiex jistabbilixxi ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Jinħtieġu riformi maġġuri sabiex il-pajjiżi ikun jista’ jlaħħaq mal-pressjoni tal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni b’mod kostanti.

B’mod ġenerali, l-istabbiltà makroekonomika tjiebet. It-tkabbir ekonomiku rapidu ta kontribut fil-ħolqien ta' l-impjiegi filwaqt li l-inflazzjoni nżammet baxxa. L-influssi kbar ta’ investiment barrani għenu l-attività ekonomika. Ġiet segwita politika prudenti ta’ konsolidazzjoni fiskali, li wasslet għal baġit b’bilanċ kontinwament pożittiv. Issuktat ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet. Kien hemm tkabbir rapidu fl-attivitajiet ta' l-intermedjarji finanzjarji. Ġew stabbiliti mekkaniżmi ġodda sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-proċess ta’ privatizzazzjoni. Leġiżlazzjoni ġdida dwar l-insolvenza ffaċilitat il-ħruġ mis-suq. Is-sussidji baqgħu limitati għal xi arranġamenti ta’ wara l-privatizzazzjoni. Issuktat ir-riforma ta’ l-utilitajiet. Il-ftuħ kummerċjali u l-proċess ta’ konverġenza mar-regoli tal-WTO appoġġjaw l-integrazzjoni ekonomika ulterjuri ma’ l-UE.

Madankollu, hemm xi riski għall-istabbiltà makroekonomika, partikolarment minħabba d-defiċit estern kbir. Iż-żidiet fil-prezz ta’ l-enerġija wasslu għal dibattitu fil-pajjiż, inkluż fi ħdan il-gvern, dwar il-politika ta’ l-enerġija tal-Montenegro u l-privatizzazzjoni ppjanata tal-fornituri ta’ l-enerġija. It-tkabbir tal-produzzjoni industrijali kien limitata ħafna. Il-ħruġ ta’ liċenzji kummerċjali u l-infurzar ta’ kuntratti għadhom proċeduri li jiswew ħafna flus u ħin. Jinħtieġu aktar miżuri li jtejbu s-settur tas-servizzi finanzjarji, inklużi r-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi bankarja, il-ħolqien ta' aġenzija superviżorja ta' l-assigurazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpaniji tal-kiri. Barra minn hekk, it-tkabbir tassew għoli tal-kreditu tal-konsumatur u tal-prezzijiet ta’ l-assi huma sinjali ta’ żbilanċi makroekonomiċi u finanzjajri akbar. Ir-rata tal-qgħad baqgħet għolja għalkemm naqset. Fl-istess ħin, iż-żieda fl-ispejjeż tax-xogħol issuktat tnaqqar mill-kompetittività tal-pajjiż. Is-settur informali mdaqqas, megħjun minn nuqqasijiet fl-infuzar tal-liġi u fil-qafas regolatorju, inaqqas il-bażi fiskali, ifixkel il-kapaċità tal-gvern li jimplimenta l-politiki ekonomiċi u jolqot l-ambjent kummerċjali b'mod negattiv.

Il-pajjiż għamel ċertu progress fl-konverġenza ma’ l- istandards Ewropej u fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, li wassal għall-iffirmar tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' l-UE. Inkiseb progress tajjeb f'oqsma bħal per eżempju dak doganali u tat-tassazzjoni, fil-kompetizzjoni, l-akkwisti pubbliċi, il-moviment ħieles tal-kapital, u l-agrikoltura, filwaqt li sar progress limitat fir-rigward tal-politiki soċjali u ta' l-impjiegi, l-enerġija, l-ambjent kif ukoll fil-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà. Jinħtieġ tisħiħ fl-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u fil-verifika tal-konformità tal-leġiżlazzjoni ġdida mal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE. Il-kapaċità amministrattiva globali tal-pajjiż għadha dgħajfa.

Fir-rigward tas- suq intern , il-qafas istituzzjonali li jindirizza l- moviment ħieles tal-prodotti ġie mtejjeb, iżda għadu mhux konkluż. Ir-riżorsi umani u fiżiċi għadhom ma laħqux l-istandards Ewropej u l-konverġenza tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għadha fi stadju bikri.

Il-Montenegro qed isegwi politika liberali għall- moviment tas-servizzi iżda s-superviżjoni finanzjarja teħtieġ li tissaħħaħ konsiderevolment. Il-qafas legali li jirregola s-settur finanzjarju għandu nuqqasijiet fit-tmexxija tal-kumpaniji u l-ġestjoni tar-riskju. Sar ftit progress dwar id- dritt ta’ l-istabbilimenti ; għad fadal ostakoli amministrattivi eċċessivi għall-ħolqien ta’ kummerċ u s-sistema għall-ħruġ ta’ liċenzji hija restrittiva. It-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-FSA fir-rigward tal- moviment ħieles tal-kapital għaddejjin b’mod tajjeb.

Fil-preżent il-leġiżlazzjoni doganali hija konformi ma’ l-impenji tal-FSA. Tenħtieġ konverġenza ulterjuri dwar ir-regoli ta’ oriġini, il-valutazzjoni doganali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kuntrabandu. Il-Montenegro adotta leġiżlazzjoni li tipprevedi l-għeluq tal-ħwienet li jbiegħu prodotti eżentati mid-dwana ( duty-free shops ) fil-fruntieri ta’ l-art sa tmiem l-2007. Jinħtieġ monitoraġġ mill-qrib ta’ l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura. Il-tariffi doganali tnaqqsu u saru konformi mar-rekwiżiti tal-WTO. Ġie rreġistat ċertu progress fil-qasam tat-tassazzjoni diretta iżda l-konverġenza fir-rigward tat- tassazzjoni tal-kumpaniji u t-tassazzjoni indiretta għadha lura. Għad hemm lok konsiderevoli għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva.

It-tħejjijiet ġenerali fil-qasam tal- kompetizzjoni mexjin 'il quddiem. Il-Montenegro jeħtieġ ikompli jtejjeb il-qafas leġiżlattiv u jistabbixxi aġenziji indipendenti dwar il-kompetizzjoni l-għajnuna mill-Istat.

Sar progress dwar is-sistema ta’ l- akkwisti pubbliċi, iżda jinħtieġ li jissaħħu l-kapaċità u l-organizzazzjoni, sabiex is-settur jiġi megħjun u segwit b'mod effiċjenti.

B’mod ġenerali, għadu jinħtieġ progress dwar il-protezzjoni tad- drittijiet tal-proprjetà intellettwali , speċjalment minħabba l-kapaċità istituzzjonali dgħajfa, il-livell batut ta’ infurzar, il-livelli għolja ta’ piraterija, u l-livell baxx ta' għarfien fost l-entitajiet pubbliċi u l-partijiet interessati.

Fir-rigward ta’ l-istandards Ewropej dwar il- politiki soċjali , jinħtieġu leġiżlazzjoni u strateġiji sabiex tittejjeb il-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli. Jinħtieġ isir progress dwar il-konformità ma’ l-istandards Ewropej fir-rigward tal- politika ta’ l-impjiegi , partikolarment b’rabta mal-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u t-taħriġ vokazzjonali. Inkiseb ċertu progress b’rabta mad-djalogu soċjali bejn tliet partijiet fil-qafas tal-Kunsill Ekonomiku Soċjali, iżda l-mandat u r-regoli dwar ir-rappreżentanza tiegħu jinħtieġ li jiġu ċċarati.

Sar progress fil-qasam ta’ l- edukazzjoni , prinċipalment fir-rigward tal-qafas legali, u l-ewwel tentattivi għad-divoluzzjoni tas-sistema edukattiva li hija deċentralizzata ħafna. Jinħtieġu sforzi għall-involviment tas-soċjetà u għat-titjib tad-disponibbiltà ta' taħriġ.

Fir-rigward tal- politiki settorjali , il-Montenegro ftit mexa ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea fil-qasam ta' l-industrija u l-SME . Tinħtieġ valutazzjoni strateġika dwar fejn hemm vantaġġi kompetittivi u ħtiġiet ta’ ristrutturar kif ukoll dwar l-iżviluppi neċessarji fil-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi, fil-politiki ta’ l-enerġija u dawk ambjentali, is-simplifikazzjoni amministrattiva u t-trasparenza.

Il-progress fil-qasam ta’ l- agrikoltura u s-sikurezza ta’ l-ikel kif ukoll fi kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji għandu jitħaffef. Fil-qasam tas- sajd , jinħtieġu t-tisħiħ ta’ l-ispezzjoni u l-kontroll tal-kapaċità.

Inkiseb xi progress fir-rigward tal-konverġenza ma’ l-istandards ambjentali ta’ l-UE u l-armonizzazzjoni ulterjuri qiegħda fi stadju tajjeb. Madankollu, jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar. It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva teħtieġ attenzjoni partikolari.

Il-Montenegro għamel progress fil-qasam tal- trasport. Il-pajjiż qiegħed jaħdem sabiex jimplimenta l-ewwel fażi tranżitorja tal-Ftehim taż-Żona ta’ l-Avjazzjoni Komuni Ewropea. Qed jipparteċipa attivament fl-iżvilupp tan-Netwerk ta' Qofol għat-Trasport Reġjonali u fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEETO). Madankollu, l-istrateġija nazzjonali l-ġdida dwar l-iżvilupp tat-trasport għadha ma ġietx adottata mill-gvern. F’dan il-qasam ukoll, il-kapaċità amministrattiva teħtieġ tisħiħ ulterjuri.

Jista’ jiġi rrapurtat progress fis-settur ta’ l- enerġija , għalkemm baqa’ irregolari. Għad fadal nuqqasijiet sinjifikanti fl-infrstruttura ta’ l-enerġija u fil-qafas legali u istituzzjonali. Il-forniment ta’ l-elettriku għadu wieħed problematiku. Ser ikunu meħtieġa sforzi ulterjuri għall-iffinalizzar u l-adozzjoni ta’ l-istrateġija ta’ l-enerġija u sabiex jitwettqu r-riformi fis-settur. Bħala parti mit-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija, il-Montenegro jeħtieġ jimplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE dwar l-enerġija.

Sar ċertu progress fil-qasam tas- soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja . Jinħtieġu miżuri leġiżlattivi għall-liberalizzazzjoni effettiva tas-suq tal-komunikazzjoni elettronika u għall-konverġenza ts-servizzi tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni ma’ l- acquis . Filwaqt li l-aġenzija tax-xandir saret operattiva f'sens sħiħ u għandha status indipendenti, jinħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tagħha. Il-Montenegro għadu ma rratifikax il-Konvenzjoni ta’ l-UNESCO dwar id-diversità kulturali u ma la ffirma u wisq anqas irratifika l-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali. It-tħejjijiet f’dan il-qasam għadhom fi stadju bikri.

B’rabta mal- kontroll finanzjarju , il-PIFC u l-verifika esterna għadhom fi stadji bikrija ta’ żvilupp u l-indipendenza ta’ l-Istituzzjoni tal-Verifika Statali għadha trid tissaħħaħ b’miżuri xierqa.

Sar progress limitat fl- istatistika . Il-kapaċità għadha dgħajfa u għad hemm nuqqasijiet maġġuri fil-koordinazzjoni u r-riżorsi ta’ l-infrastruttura ta’ l-istatistika. L-iżvilupp ta' statistika uffiċjali affidabbli jenħtieġ li jsir prijorità.

Fil-qasam tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , il-Montenegro beda jistabbilixxi l-qafas legali u istituzzjonali meħtieġ, iżda għad fadal ħafna xi jsir. L-iffaċilitar tal- viża u l-ftehimiet ta’ ammissjoni mill-ġdid bejn il-Montenegro u l-Komunità Ewropea ġew iffirmati. Il-Montenegro għad irid itejjeb il-kapaċitajiet ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ viża tal-pajjiż fis-segwitu ta' l-indipendenza u gradwalment jintroduċi l-istandards ta' l-UE. Jinħtieġ li jinħarġu passaporti bijometriċi konformi ma’ l-istandards ta’ l-UE. Ftit sar progress fl-oqsma tal- pulizija tal-fruntieri, l-ażil u l-migrazzjoni u jinħtieġu sforzi ulterjuri.

Il-ħasil tal-flus għadu qasam li jikkawża tħassib serju. Il-kapaċitajiet tal-pulzija huma limitati u m’għad hemm l-ebda monitoraġġ xieraq tat-tranżazzjonijiet finanzjarji lil hinn mis-sistema bankarja, speċjalment b’rabta mal-proprjetà immobbli u l-investiment barrani. Ġie rrapurtat xi progress fil-ġlieda kontra t-traffikar d- drogi , iżda din għadha kwistjoni serja.

Sar progress fil-qasam tar-rijorganizzazzjoni tal- pulizija . Madanakollu, jinħtieġ li l-kapaċità professjonali tal-pulizija, it-taħriġ speċjalizzat u l-iżvilupp ta’ l- intelligence jittejebu ulterjorment. Il-Montenegro għadu lura fil-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata . Il-kriminalità organizzata hija problema serja u jinħtieġu sforzi maġġuri sabiex tiġi indirizzata. Ir-riformi leġiżlattivi fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin għadhom għaddejjin. Il-Montenegro għadu pajjiż kemm ta’ destinazzjoni kif ukoll ta’ tranżitu.

Is-sitwazzjoni fil-qasam tal- protezzjoni tad-data hija kwistjoni ta’ tħassib serju. Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tad- Data Personali għadha ma ġietx adottata. Il-leġiżlazzjoni attwali ma tissodisfax il-prijorità rilevanti tas-Sħubija Ewropea u għadha ma ġiet stabbilita l-ebda awtorità superviżorja indipendenti.

Is-Serbja

Is-Serbja għamlet ċeru progress fl-indirizzar tal- kriterji politiċi konformi mas-Sħubija Ewropea. L-elezzjonijiet parlamentari saru f’Jannar 2007 u tmexxew skond l-istandards internazzjonali. Madanakollu, il-perjodu ta' wara kien ikkaratterizzat minn diviżjonijiet ħorox bejn il-partiti politiċi. Dawn wasslu għal tnaqqis fir-ritmu ġenerali tar-riformi. Il-kwistjoni tal-Kosovo kompliet tiddomina l-aġenda politika. Ir-retorika nazzjonalista għadha qawwija u laqtet b’mod negattiv il-klima politika. Wara diversi xhur ta’ inċertezza f’Mejju 2007 ġie ffurmat gvern orjentat lejn ir-riformi. Huwa kiseb riżultati pożittivi minn kmieni fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ l-ICTY, li ppermettew lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA). Qabel ma jiġi ffirmat l-FSA, is-Serbja għadha trid tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha li tikkoopera bis-sħiħ ma' l-ICTY.

Id-demokrazija u l-Istat tad-dritt fis-Serbja għadhom jinħtieġu tisħiħ ulterjuri. Sar ċertu progress fl-implimentazzjoni tal- kostituzzjoni ġdida li daħlet fis-seħħ f’Novembru 2006. Ġiet adottata liġi kostituzzjonali, iżda diversi dispożizzjonijiet, partikolarment dwar il-ġudikatura, għadhom ma ġewx implimentati b’konformità ma’ l-istandards Ewropej.

Il-ħidma tal- parlament ġiet imfixkla mis-sitwazzjoni politika. L-ewwel seduta tal-parlament wara l-inawgurazzjoni tiegħu ġiet aġġornata għal kważi tliet xhur minħabba negozjati mtawla sabiex jiġi ffurmat gvern. Id-dewmien fl-iffurmar tal-gvern u d-diviżjonijiet politiċi ħarxa ħallew impatt negattiv fuq l-attivitajiet parlamentari.

Fix-xhur ta’ wara l-elezzjonijiet parlamentari, il-gvern temporanju ma tantx kien wieħed attiv. Il-gvern il-ġdid tefa' enfasi fuq il-programm tiegħu għall-integrazzjoni Ewropeja, iżda nkisbu riżultati differenti. F’Awissu 2007 l-gvern adotta pjan ta' azzjoni dwar l-armonizzazzjoni ma’ l- acquis f’tentattiv sabiex jitħaffef il-proċess tar-riformi. L-amministrazzjoni Serba ħadet sehem fin-negozjati tal-FSA b’mod professjonali u dan għen sabiex ittejjeb il-koerenza fost diversi Ministeri u aġenziji. Madanakollu, il-koordinazzjoni tal-politika tinħtieġ titjib. Fir-rigward tat-tmexxija lokali, il-qafas legali għadu mhux żviluppat bis-sħiħ.

Il-kapaċità fil-qasam ta’ l- amministrazzjoni pubblika hija ġeneralment tajba. L-Ombudsman ta' l-Istat inħatar u issa l-gvern jeħtieġ jieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżgura l-iffunzjonar sħiħ ta’ l-uffiċċju ta’ l-Ombudsman. L-entitajiet regolatorji jeħtieġu tisħiħ sabiex jiżguraw il-kontroll neċessarju u l-infurzar ta’ l-obbligi legali. Jenħtieġ li jissuktaw ir-riformi sabiex jinbena servizz ċivili, kemm fuq il-livell governattiv kif ukoll fuq il-livelli subnazzjonali, imparzjali, responsabbli u effiċjenti msejjes fuq il-kriterji ta’ l-iżvilupp tal-karrieri professjonali.

Il- kontroll pajżan tal-militar , li hu prijorità ewlenija tas-Sħubija, tjieb, u l-enfażi f'dan il-qasam għandu jkun fuq l-iżgurar ta' l-effikaċja tal-kontroll parlamentari u s-sorveljanza finanzjarja. B'mod aktar ġenerali, għad hemm pendenti qafas leġiżlattiv rivedut ġdid fil-qasam tad-difiża, li hu meħtieġ mill-kostituzzjoni u għad iridu jiġu adottati diversi liġijiet.

Ftit sar progress fir-riforma ġudizzjarja , li hija wkoll prijorità ewlenija tas-Sħubija, u għad hemm pendenti qafas legali ġdid. Bħalissa, il-kostituzzjoni u l-liġi kostituzzjonali jagħtu lok għal influwenza politika fuq il-ħatriet ġudizzjarji. Għadhom ma ġewx stabbiliti qrati ta' l-appell u qrati amministrattivi u l-qorti kostituzzjonali ilha ma topera minn Ottubru 2006. Jinħtieġu miżuri legali u ta’ ġestjoni ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-indipendenza u l-effiċjenza tal-ġudikatura.

Ittieħdu miżuri fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni inkluża l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni. Saru ċerti prosekuzzjonijiet li nrnexxew fir-rigward ta’ reati b’rabta mal-korruzzjoni Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa u tikkostitwixi problema serja. Hu meħtieġ li tiġi stabbilita aġenzija kontra l-korruzzjoni u l-pjan kontra l-korruzzjoni għadu ma ġiex implimentat b’mod sħiħ. Jinħtieġ metodu aktar sistematiku għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inklużi l-kontroll finanzjarju, proċeduri trasparenti għall-akkwisti pubbliċi u kontroll parlamentari effettiv.

Il-kundizzjonijiet globali għar-rispett tad- drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi tjiebu u relattivament is-Serbja tinsab fi stadju avvanzat sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha. Il-kostituzzjoni l-ġdida fiha diversi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi, iżda jinħtieġ li jinkisbu riżultati fl-infurzar ġudizzjarju, inkluż l-appell kostituzzjonali. Il-kostituzzjoni l-ġdida tipprojbixxi d-diskriminazzjoni iżda għad trid tiġi adottata liġi komprensiva kontra d-diskriminazzjoni. Sar progress b'rabta mat-titjib tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal. Madankollu, il-protezzjoni tagħhom kontra kull forma ta’ vjolenza tinħtieġ li tissaħħaħ u għadha ma ġietx adottata liġi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-problemi marbuta mar-restituzzjoni tal-proprjetà għadhom ma ġewx solvuti.

Sar titjib fir-rappreżentanza tal- minoranzi fis-servizzi pubbliċi u fl-użu ta’ l-ilsna tal-minoranzi. Madankollu l-leġiżlazzjoni neċessarja li tirregola l-elezzjoni tal-kunsilli nazzjonali u r-responsabbiltajiet tagħhom għadha ma ġietx adottata. Is-sitwazzjoni interetnika fil-Vojvodina kompliet titjieb. Is-sitwazzjoni fin-Nofsinhar tas-Serbja għadha stabbli iżda tensa. Sar titjib fil-ħidma tal-korp tal-pulizija multi-etniku. Madankollu għad fadal tensjonijiet fil-komunità etnika Albaniża u fir-relazzjonijiet tagħhom mal-popolazzjoni Serba. Is-sitwazzjoni fi Sandžak marret għall-agħar, u żviluppaw diviżjonijiet reliġjużi akbar fi ħdan il-komunità Musulmana kif ukoll xi tifqigħat ta’ vjolenza.

Ittieħdu passi għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta’ attivitajiet bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tal-popolazzjoni tar- Rom . Madankollu, il-persuni Rom għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja u diskriminazzjoni, speċjalment fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi. Ħafna Rom għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet fil-ħruġ ta' dokumenti personali, u b'riżultat ta' dan jiġu ostakolati milli jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi.

Fir-rigward tal- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , is-Serbja kellha rwol pożittiv fit-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali, inklużi prinċipalment, il-Proċess ta’ Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEECP), il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali (RCC) u l-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali ( Central European Free Trade Agreement - CEFTA) emendat. Madankollu, is-Serbja teħtieġ turi metodu aktar kostruttiv għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo taħt l-UNSCR 1244 fil-kooperazzjoni reġjonali u f'fora oħra. B’mod ġenerali, ir-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi ġirien huma tajba.

Fil-programm tiegħu, il-gvern il-ġdid wera impenn ċar sabiex jissodisfa l-obbligi internazzjonali tiegħu. Sussegwentement l-awtoritajiet Serbi tejbu l-kooperazzjoni ma’ l-ICTY, u dan wassal għall-arrest ta’ żewġ akkużati u t-trasferiment tagħhom lejn l-Aja. Ġie stabbilit Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà, ippresedut mill-President tar-Repubblika, li huwa responsabbli mill-koordinazzjoni tal-ħidma tal-militar u mis-servizzi tas-sigurtà ċivili. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Kooperazzjoni ma’ l-ICTY ġie stabbilit mill-ġdid. Madankollu, is-Serbja għadha ma laħqitx livell sħiħ ta’ kooperazzjoni ma’ l-ICTY li għandu jwassal għall-arrest tal-kriminali li għadhom maħruba. Il-kooperazzjoni sħiħa tibqa’ kundizzjoni għall-iffirmar tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Fi Frar 2007, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja sabet li fi Srebrenica kienu twettqu atti ta’ genoċidju. Fil-kawża tal-Bożnja u Ħerzegovina kontra s-Serbja u Montenegro, il-Qorti ddeċidiet li s-Serbja ma kinitx ikkommettiet ġenoċidju fil-ksur ta’ l-obbligi tagħha taħt il-konvenzjoni rilevanti. Madankollu, il-Qorti sabet li s-Serbja ma ħaditx il-miżuri neċessarji biex tipprevjeni l-ġenoċidju ta' Srebrenica u biex tressaq lil min ikkommetta d-delitt quddiem il-ġustizzja.

Is-Serbja tat sehemha f’diskussjonijiet taħt l-awspiċji tal-Mibgħut tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Kosovo dwar l-istatus ġejjieni tal-Kosovo. Madankollu s-Serbja rrifjurat ir-rakkomandazzjoni tiegħu u stqarret li l-Kosovo għandu jibqa’ bħala parti integrali tal-pajjiż, filwaqt li offriet awtonomija sostanzjali. Attwalment l-awtoritajiet Serbi qegħdin jipparteċipaw f’taħdidiet politiċi taħt l-awspiċji tat-Trojka internazzjonali ta’ l-UE, l-Istati Uniti u r-Russja dwar l-istatus ġejjieni tal-Kosovo. Is-Serbja kompliet tiskoraġġixxi lis-Serbi tal-Kosovo milli jipparteċipaw fl-istituzzjonijiet proviżorji ta’ gvern awtonomu u fl-elezzjonijiet fil-Kosovo. Is-Serbja appellat lis-Serbi tal-Kosovo sabiex ma jipparteċipawx fl-elezzjonijiet għall-assemblea proviżorja u l-muniċipalitajiet tal-Kosovo.

L- ekonomija tas-Serbja kompliet tikber iżda l-progress fl-istabilizzazzjoni makroekonomika kellu riżultati mħallta. L-inverżjoni tal-konsolidazzjoni fiskali żiedet mar-riski fiskali u makroekonomiċi. Ir-riformi tant meħtieġa ssuktaw b’ritmu baxx u l-livell għoli tal-qgħad baqa’ joffri sfida maġġuri.

Fir-rigward tal-kriterji ekonomiċi , is-Serbja għamlet ċertu progress fil-ħolqien ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Jinħtieġu sforzi ulterjuri għar-riforma sabiex, fit-terminu medju, is-Serbja tkun tista' tlaħħaq mal-pressjoni tal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni.

B’mod ġenerali l-awtoritajiet żammew l-elementi ewlenin ta’ politika ekonomika tajba. L-ekonomija kompliet tikber b’mod qawwi. L-influss ta' kapital barrani baqa' wieħed sinjifikanti. It-tnaqqis ta’ l-inflazzjoni ta kontribut għal ambjent stabbli għall-atturi ekonomiċi. Il-baġit baqa' wieħed pożittiv u l-attività ta' l-investiment tjiebet b'mod evidenti.

Il-privatizzazzjoni tal-banek Statali qiegħda fi stadju avvanzat u hemm kompetizzjoni b’saħħitha fost il-banek. Il-gvern il-ġdid wera rieda limitata sabiex jagħti nifs ġdid lill-privatizzazzjoni tal-kumpaniji Statali. Is-settur ta’ l-SME sar aktar importanti. Il-kummerċ barrani u l-investiment komplew jikbru u l-integrazzjoni ekonomika ma’ l-UE mxiet ’il quddiem.

Madankollu, minkejja prestazzjoni ekonomika b’saħħitha, ir-rata tal-qgħad baqgħet waħda għolja. Jinħtieġ isir aktar progress fir-rigward tal-privatizzazzjoni filwaqt li għadu ma ġiex stabbilit settur privat dinamiku. Il-politika fiskali ħadet xejra ta’ tkabbir fit-tieni nofs ta’ l-2006 u fl-2007. Is-settur tas-salarji pubbliċi kiber sostanzjalment. Dan ikkontribwixxa għal żieda mdaqqsa tan-nefqa bħala perċentwali tal-PGD fl-2007 u żied l-iżbilanċi esterni u l-pressjoni ta’ l-inflazzjoni. In-nuqqas ta' flessibbiltà fis-suq tax-xogħol u l-kontribuzzjonijiet għolja tas-sigurtà soċjali għadhom ifixklu l-ħolqien tax-xogħol. L-investiment ġie ostakolat mir-rekwiżiti burokratiċi eċċessivi u l-leġiżlazzjoni kumplessa. Il-qorti kummerċjali kompliet tħabbat wiċċha ma’ kapaċità u għarfien limitati. Is-settur informali mdaqqas, megħjun min-nuqqasijiet fl-infurzar tal-liġi u tal-qafas regolatorju, inaqqas il-bażi fiskali, ifixkel il-kapaċità tal-gvern li jimplimenta politiki ekonomiċi u jolqot l-ambjent kummerċjali b’mod negattiv.

Fir-rigward ta’ l- Istandards Ewropej , in-negozjati tal-FSA wrew li s-Serbja għandha l-kapaċità amministrattiva sabiex tagħmel progress fi triqitha lejn l-UE. Jekk din il-kapaċità tintuża sew, is-Serbja ser tkun f’pożizzjoni tajba sabiex timplimenta FSA ġejjieni.

Is-Serbja għamlet ċertu progress fl-indirizzar tal-prijoritajiet tas-Sħubija fl-oqsma tas- suq intern . Fil-qasam tal- moviment ħieles tal-prodotti , is-Serbja stabbilixxiet entità ġdida għall-akkreditazzjoni u għamlet progress fil-pubblikazzjoni ta’ standards nazzjonali, madankollu l-kapaċità amministrattiva u l-qafas leġiżlattiv għandhom jiġu żviluppati ulterjorment. Is-Serbja għamlet passi 'l quddiem sabiex tikseb l-għan ta’ l-adeżjoni mal- WTO . Fl-oqsma tad- dwana u t-tassazzjoni sar titjib amministrattiv u leġiżlattiv. Is-Serbja emendat leġiżlazzjoni dwar id-dazji u armonizzat il-liġi dwar it-tariffa doganali skond in-Nomenklatura Magħquda ta’ l-UE. Madankollu, il-kapaċitajiet ta’ infurzar għadhom limitati. Sar xi progress fil-qasam tal- kompetizzjoni wara li ġiet stabbilita l-kummissjoni għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni. Hu meħtieġ li l-indipendenza tal-kummissjoni tiġi żgurata. Madankollu, ftit li xejn sar progress fil-qasam tal-kontroll ta’ l-għajnuna mill-Istat u għadha ma ġietx stabbilita awtorità indipendenti għall-għajnuna mill-Istat. Ftit li xejn sar progress fil-qasam ta’ l- akkwisti pubbliċi u jinħtieġu sforzi kemm għall-emenda tal-leġiżlazzjoni kif ukoll għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva. Sar xi progress fil-qasam tad- drittijiet tal-proprjetà intellettwali speċjalment b’riżultat tal-kjarifika ta’ l-istatus ta’ l-istitut tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali biex b'hekk intemmet kwistjoni istituzzjonali li kienet ilha għaddejja sena. Ftit li xejn sar progress dwar l- impjiegi , filwaqt li ssuktat il-ħidma fil-qasam tal- politiki soċjali permezz ta’ l-iżvilupp tal-qafas legali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ftit sar progress fil-qasam ta’ l- edukazzjoni u jinħtieġu sforzi sabiex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva, il-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet responsabbli u r-rabtiet mas-suq tax-xogħol.

Is-Serbja wriet progress fl-approssimazzjoni lejn l-istandards Ewropej f’għadd ta’ politiki settorjali . Fil-qasam ta’ l- industrija u l-SME , is-Serbja hija impenjata bis-sħiħ fil-proċess tal-Karta Ewropea dwar l-Impriżi Żgħar. Fil-qasam ta’ l- agrikotura , it-tħejjijiet tas-Serbja mexjin 'il quddiem. Madankollu, huma meħtieġa sforzi kostanti u miżjuda f’għadd ta’ oqsma aktar speċifiċi bħal fil-kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji u s-sikurezza ta' l-ikel. Inkiseb progress fit-titjib tal-kwalità u l-affidabbiltà ta' l- istatistika dwar is-suq tax-xogħol u l-attivitajiet kummerċjali, filwaqt li jinħtieġ isir progress ulterjuri dwar l-istatistika agrikola u t-tisħiħ tal-kapċità amministrattiva.

Sar xi progress fl-ilħuq tal-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea fil-qasam tat- trasport . Is-Serbja qed timpenja ruħha għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel fażi tranżitorja tal-Ftehim taż-Żona ta’ l-Avjazzjoni Komuni Ewropea. Madankollu, ma tapplikax dan il-ftehim fil-prattika. Is-Serbja qed tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp tan-Netwerk ta' Qofol għat-Trasport Reġjonali u fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa. Jinħtieġu sforzi ulterjuri fl-oqsma tat-toroq, tal-ferroviji u tat-trasport ikkumbinat u hija meħtieġa strateġija nazzjonali għas-settur tat-trasport kollu. Sar titjib fis-settur ta’ l- enerġija , prinċipalment fil-liberalizzazzjoni tas-suq intern ta’ l-enerġija. Minkejja dan, il-politika ta’ l-enerġija għadha fi stadju bikri u għandu jingħata enfasi partikolari għat-titjib ta’ l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija li tiġġedded, u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Bħala membru tat-Trattat tal-Komunità ta' l-Enerġija, is-Serbja teħtieġ li timplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE dwar l-enerġija.

Ftit li xejn sar progress fil-qasam tas- soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja . L-Aġenzija nazzjonali tax-Xandir għandha ttejjeb it-trasparenza u r-responsabbiltà ġenerali tagħha Ftit li xejn sar progress fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l- ambjent konformi mas-Sħubija Ewropea. Saru sforzi sabiex jiġu żviluppati entitajiet ta’ spezzjoni iżda dawn m’għandhomx il-kapaċità suffiċjenti sabiex jiżguraw l-infurzar konsistenti tal-leġiżlazzjoni ambjentali.

Is-Serbja m’għamlitx biżżejjed progress fil-qasam tal- kontroll finanzjarju u ftit kien hemm żviluppi fil-perjodu tar-rappurtaġġ. Jinħtieġ li jittieħdu għadd ta’ passi sabiex tiġi stabbilita sistema komprensiva u effettiva ta’ kontroll intern tal-finanzi pubbliċi.

Sar ċertu progress fil-qasam tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà . Ġew konklużi ftehimiet ta’ ffaċilitar tal- viża u ta’ ammissjoni mill-ġdid bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja u ġiet adottata liġi dwar id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar. Madankollu, is-sistema attwali tal-viżi mhix totalment konformi ma' l-istandards Ewropej. Barra minn hekk, jinħtieġ li jinħarġu passaporti bijometriċi. Il-Liġi dwar il-Barranin għadha ma ġietx adottata. Sar xi titjib fil-qasam tal- kontroll tal-fruntieri inkluż it-trasferiment tar-responsabbiltà tal-fruntieri Statali mingħand il-korp militari Serb f’idejn il-Ministeru ta’ l-Intern. Jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex tiġi żviluppata sistema integrata ta’ ġestjoni tal-fruntieri. Inkisbu riżultati aħjar fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali iżda ftit li xejn sar progress fil-qasam ta’ l- ażil .

Il-ħasil tal-flus għadu problema serja fis-Serbja. L-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv ġdid saret bil-mod u għadhom ma ġewx adottati l-leġiżlazzjoni u l-istrateġija dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Għadhom ma ddaħlu fis-seħħ la miżuri effettivi għall-infurzar u lanqas dikjarazzjonijiet ta’ verifika ta’ l-assi. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Statali rilevanti għadha trid tittejjeb.

B’mod ġenerali l-leġiżlazzjoni fil-qasam tad- drogi hija konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali u l-awotritajiet ta’ l-infurzar Serbi għamlu progress fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, bir-riżorsi limitati li kellhom. Billi ġeografikament is-Serbja tinsab fuq rotta ta’ tranżitu tal-Balkani, hija punt ta’ tranżitu għal diversi tipi ta' drogi. Ftit li xejn sar progress fl-indirizzar tal-problema ta' l-abbuż tad-droga fil-pajjiż u l-adozzjoni ta' strateġija nazzjonali baqgħet lura.

Il-Liġi dwar il- Pulizija għaddejja mill-proċess li tiġi implimentata u f'dan l-istadju bosta regolamenti ġew adottati. Jinħtieġu sforzi ulterjuri għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u professjonali ġenerali tal-korp tal-pulizija u biex tiżdied it-trasparenza.

Sar xi progress fil-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata u ssolvew xi każi importanti, inklużi l-kundanni ta’ dawk li nstabu ħatja tal-qtil ta' l-ex Prim Ministru Djindjic. Madankollu, il-kriminalità organizzata għadha problema serja fis-Serbja u jinħtieġu aktar sforzi konġunti. Il-pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija nazzjonali dwar il-ġlieda tal-kriminalità organizzata ma ġietx adottata u s-servizzi speċjalizzati tal-pulizija m’għandhomx il-kapaċità neċessarja fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Id-dispożizzjonijiet għall-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali ma ġewx implimentati b’mod xieraq u tinħtieġ leġiżlazzjoni ulterjuri dwar il-qbid ta’ l-assi.

Sar progress fil-ġlieda tat- traffikar tal-bnedmin permezz ta' kooperazzjoni reġjonali mtejba u l-adozzjoni ta’ strateġija nazzjonali. Is-Serbja ġiet irrikonoxxuta bħala pajjiż minn fejn jibda t-traffikar, post ta’ tranżitu u pajjiż ta’ destinazzjoni. Is-Serbja għadha fi stadju bikri fl-iżvilupp ta’ metodu komprensiv għall-ġlieda kontra t-terroriżmu. Ġie stabbilit dipartiment speċjali fis-servizzi tal-pulizija kriminali. Ir-ratifika ta’ għadd ta’ konvenzjonijiet internazzjonali għadha pendenti. Ftit li xejn sar progress fil-qasam tal- protezzjoni ta' data personali u l-leġiżlazzjoni attwali mhix konformi ma' l-istandards Ewropej.

Il-Kosovo taħt l-UNSCR 1244

Fir-rigward tal- kriterji politiċi , il-Kosovo għamel progress fl-indirizzar ta’ ċerti prijoritajiet ewlenin tas-sħubija. L-istituzzjonijiet proviżorji tal-gvern awtonomu (PISG) issodisfaw ir-rwol ewlieni tagħhom fl-oqsma li kienu responsabbli minnhom. Madankollu, il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Amministrazzjoni Temporanja tal-Kosovo (UNMIK) għad għandha r-responsabbiltà leġiżlattiva u eżekuttiva aħħarija. Għad hemm tensjoni fir-relazzjonijiet bejn l-Albaniżi u s-Serbi li jgħixu fil-Kosovo. It-tisħiħ ta’ l-Istat tad-dritt, il-politika kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-titjib tad-djalogu bejn il-komunitajiet huma l-akbar sfidi politiċi tal-Kosovo.

Fir-rigward tad- demokrazija u l-istat tad-dritt , qed tinżamm l-istabbiltà ġenerali, minkejja d-dewmien fil-proċess tar-riżoluzzjoni ta' l-istatus u għadd ta' inċidenti. Sar progress ulterjuri fit-trasferiment tar-responsabbiltajiet lill-PISG. Madankollu, il-kwistjoni ta’ l-istatus baqgħet tiddomina l-politika tal-Kosovo. Il-mexxejja politiċi tal-Kosovo pparteċipaw fil-proċess tad-deċiżjoni dwar l-istatus tal-Kosovo u kkooperaw mal-komunità internazzjonali u mat-timijiet ta' ppjanar ta' l-UE fit-tħejjijiet għall-implimentazzjoni ta' l-istatus skond il-pakkett tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU[9]. Attwalment qegħdin jipparteċipaw f’taħdidiet politiċi taħt l-awspiċji tat-Trojka internazzjonali ta’ l-UE, l-Istati Uniti u r-Russja dwar l-istatus ġejjieni tal-Kosovo. B’mod ġenerali, is-Serbi tal-Kosovo ma jipparteċipawx fil-PISG. L-awtoritajiet jeżerċitaw kontroll limitat fuq ċerti żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' istituzzjonijiet paralleli, inklużi qrati paralleli li japplikaw il-liġi Serba. Dan huwa il-każ partikolarment fil-muniċipalitajiet tat-Tramuntana. L-istituzzjonijiet tal-Kosovo jeħtieġu tisħiħ fil-livelli kollha.

L- assemblea pparteċipat b’mod aktar attiv fil-proċess leġiżlattiv b’kapaċità amministrattiva u ta’ tfassil leġiżlattiv imtejba. Għall-ewwel datba, l-assemblea bbażat ħidmitha fuq programm ta' ħidma annwali. Madankollu, il-kapaċitajiet ta’ tfassil ta’ politika u dawk amministrattivi ta’ l-assemblea jinħtieġu tisħiħ ulterjuri.

Il-koalizzjoni tal- gvern baqgħet stabbli. Il-kapaċità ta’ koordinazzjoni ċentrali ta’ l-uffiċċju tal-Prim Ministru tjiebet. Il-gvern qiegħed jagħti prijorità għolja lill-kwistjonijiet b'rabta ma' l-integrazzjoni Ewropea. Huwa pparteċipa b’mod attiv f'laqgħat fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Traċċar tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (STM). Il-gvern żied l-attivitajiet ta’ involviment tiegħu għall-minornazi etniċi u partikolarment għas-Serbi tal-Kosovo. Inħatar Ministru li huwa Serb tal-Kosovo. Il-muniċipalitajiet żammew mal-baġits tagħhom b’mod aħjar. Madankollu, il-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti tal-gvern u bejn l-awtoritajiet ċentrali u muniċipali baqgħet diffiċli. Il-mira tal-gvern għal rappreżentanza minoritarja fl-amministrazzjoni għadha ma ntlaħqitx.

L-effiċjenza ta’ l- amministrazzjoni pubblika tjiebet. Il-gvern approva pjan ta’ azzjoni għar-riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika. F’dan l-istadju l-bord indipendenti tas-sorveljanza qed jaħdem sabiex jiżgura servizz ċivili professjonali, imparzjali u responsabbli. Madankollu, l-amministrazzjoni pubblika ċentrali u lokali tal-Kosovo għadha dgħajfa u ineffiċjenti. Il-ħaddiema taċ-ċivili għadhom vulnerabbli għall-influwenza politika. Hu meħtieġ li r-riforma titpoġġa fil-prattika.

Is- sistema ġudizzjarja għadha dgħajfa u instabbli, iżda ttieħdu l-ewwel passi leġiżlattivi sabiex jiġu stabbiliti l-istrutturi neċessarji u issa huwa meħtieġ li dawn jiġu implimentati. Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Kunsill Ġudizzjarju tal-Kosovo qegħdin jibnu l-kapaċitajiet biex jeżerċitaw is-setgħat trasferiti lilhom mill-UNMIK. It-tnejn li huma adottaw strateġiji ta’ riforma. Il-ministeru adotta pjan operattiv għall-2007. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali beda l-ħidma tiegħu. Madankollu, is-sistema ġudizzjarja tibqa’ waħda dgħajfa u vulnerabbli li topera f’ambjent legali kumpless fejn hemm inċertezza konsiderevoli. Fadal għadd konsiderevoli ta’ kawżi pendenti, inklużi każi marbuta ma' l-irvelli ta' Marzu 2004.

L-aġenzija Kontra l-Korruzzjoni bdiet ħidmietha fi Frar 2007. Il-politiċi u l-ħaddiema għolja taċ-ċivil iddikjaraw l-assi tagħhom skond il-liġi u l-pjan ta' azzjoni kontra l-korruzzjoni. Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa u tikkostitwixxi problema serja ħafna.

Fil-qasam tad- drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi , ftit li xejn sar progress. Filwaqt li l-qafas istituzzjonali u legali għall-protezzjoni ta’ l-espressjoni tjieb, għadha ssir pressjoni eċċessiva fuq il-midja, li twassal għal restrizzjonijiet fuq id-dibattitu pubbliku miftuħ. Il-minoranzi u gruppi vulnerabbli oħrajn iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet fuq il-libertà tagħhom ta’ għaqda u assoċjazzjoni. Il-libertà tat-twemmin reliġjuż mhix rispettata bis-sħiħ, baqgħu jsiru attakki fuq postijiet reiġjużi u l-investigazzjonijiet mhux dejjem ingħalqu. Is-sistema ta’ għajnuna legali mhix qed tiffunzjona b'mod sħiħ. Sar ċertu progress fit-titjib tas-sistema penitenzjarja, iżda jeħtieġ li jsir titjib ulterjuri fl-infrastruttura u l-istandards tas-sigurtà.

Is-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà dwar id- drittijiet tan-nisa għadha baxxa. Jinħtieġ li l-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi żviluppata ulterjorment u l-implimentazzjoni tagħha titħaffef. In-nisa jeħtieġu protezzjoni ulterjuri kontra l-forom kollha ta' vjolenza. Id-drittijiet tat-tfal ma jiġux rispettati bis-sħiħ u l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni mhumiex xierqa. Ir-rata ta’ mwiet fost it-tfal fil-Kosovo għadha għolja. L-integrazzjoni u l-protezzjoni ta’ gruppi soċjalment vulnerabbli mhix garantita bis-sħiħ. Il-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni żviluppat b’konformità ma’ l-istandards ta’ l-UE iżda ftit li xejn qed isir progress fl-implimentazzjoni tagħha. Id- drittijiet tal-proprjetà mhux dejjem huma garantiti u xi drabi huma ambigwi u legalment inċerti. L-infurzar tad-deċiżjonijiet u s-sentenzi huwa dgħajjef.

Ftit li xejn inkiseb progress fir-rigward tan- nies li jirritornaw, ir-refuġjati u l-persuni spustati internament . L-integrazzjoni u l-protezzjoni tan-nies li jirritornaw u tal-persuni spustati internament mhix garantita bis-sħiħ.

Id- drittijiet tal-minornanzi fil-Kosovo mhumiex garantiti bil-liġi, iżda fil-prattika huma ristretti minħabba kwistjonijiet ta' sigurtà. Il-mexxejja tal-gvern għamlu sforzi sabiex jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet minoritarji, iżda jinħtieġ li dawn jittejbu u jiġu segwiti minn azzjonijiet konkreti. Il-minoranzi juru aktar fiduċja fl-istituzzjoni ta’ l-ombudsman. Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali, it-tgawdija tad-drittijiet minoritarji hija ristretta. Il-Komunitajiet Rom, Axkali u Eġizzjani għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja u diskriminazzjoni, speċjalment fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi. M’għad hemm l-ebda strateġija komprensiva ta’ integrazzjoni tal-komunitajiet Rom, Axkali u Eġizzjani.

Fir-rigward tal- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , il-Kosovo jipparteċipa b'mod attiv u kostruttiv, fil-limitu ta’ l-istatus attwali tiegħu, f'inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali. Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ta’ l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) ġie ffirmat. Il-Kosovo jipparteċipa fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEETO). Il-Kosovo għadu jimplimenta d-dispożizzjonijiet b'rabta mat-Trattat Komunitarju ta' l-Enerġija u l-Ftehim taż-Żona ta’ l-Avjazzjoni Komuni Ewropea.

Fir-rigward tal-kooperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-eks- Jugoslavja (ICTY), sar ċertu progress iżda l-intimidazzjoni tax-xhieda għadha problema rikorrenti.

L- iżvilupp ekonomiku tal-Kosovo jibqa’ mfixkel serjament minn inċertezzi politiċi, Stat ta’ dritt insuffiċjenti, kapaċità produttiva limitata u infrastruttura dgħajfa. Ir-rata tassew għolja tal-qgħad tibqa’ kawża ta' tħassib serju. Il-politiki ekonomiċi baqgħu ġeneralment tajba u ġew segwiti xi riformi iżda t-tkabbir ekonomiku kien limitat u l-bilanċi esterni baqgħu prekarji.

Fir-rigward tal- kriterji ekonomiċi , il-Kosovo għamel progress limitat b’rabta mal-ħolqien ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli ulterjuri ta’ riforma sabiex, f’terminu twil, il-Kosovo jkun jista' jlaħħaq mal-pressjoni tal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni.

Globalment, il-politiki ekonomiċi baqgħu ġeneralment tajba u orjentati lejn is-suq. L-inflazzjoni kienet baxxa u kien hemm tnaqqis fil-livell tal-prezz tal-prodotti domestiċi u s-servizzi. L-implimentazzjoni baġitarja fl-2006 u fl-ewwel nofs ta’ l-2007 wasslet għal bilanċ pożittiv sinjifikanti. Dan ir-riżultat inkiseb l-aktar minħabba dħul straordinarju u aktar milli mistenni kif ukoll għaliex l-infiq tal-gvern għall-investiment kien anqas miċ-ċifri allokati. Il-Kosovo m’għamel l-ebda dejn pubbliku estern. Il-privatizzazzjoni ta’ ex impriżi pubbliċi tħaffef b'mod sinjifikanti għalkemm baqa’ ħafna xi jsir. L-inkorporazzjoni ta’ intrapriżi pubbliċi waslet biex titwettaq iżda għad fadal il-ħtieġa ta’ ristrutturar. Is-settur finanzarju kompla jikber u jikkonsolida f’kuntest ta’ aktar proprjetà barranija.

Madankollu, it-tkabbir kien relattivament limitat u r-rata tal-qgħad kienet għolja ħafna. L-implimentazzjoni mhux xierqa ta' l-Istat tad-dritt, l-inċertezzi marbuta ma' l-istatus u r-riskji fiskali baqgħu jaffettwaw l-iffunzjonar tal-mekkaniżmi tas-suq u l-ambjent kummerċjali. Il-koordinazzjoni tal-politika baqgħet dgħajfa, u għalhekk kien diffiċli li jiġi żgurat kunsens fir-rigward tal-politika u għar-rispett ta’ l-impenji tal-politika. Il-kontijiet esterni baqgħu prekarji billi d-defiċit kummerċjali kiber ulterjorment. Il-Kosovo għad jonqsu l-kapaċità għall-esportazzjoni u l-kompetittività. L-iżvilupp ta’ settur privat vijabbli ġie ostakolat minn aċċess limitat għall-finanzi, l-inċertezza legali, nuqqasijiet fil-kapaċitajiet u t-taħriġ, il-bażi teknoloġika dgħajfa u l-istat batut tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni. L-intermedjazzjoni finanzjarja baqgħet tiġi mfixkla minn differenzi għolja ta' rati ta' l-imgħax. Is-settur informali mdaqqas, megħjun min-nuqqasijiet persistenti fl-infurzar tal-liġi u tal-qafas regolatorju, inaqqas il-bażi fiskali, ifixkel il-kapaċità tal-gvern li jimplimenta politiki ekonomiċi u jolqot l-ambjent kummerċjali b’mod negattiv.

Il-Kosovo għamel progress ulterjuri fl-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tiegħu ma’ l- istandards Ewropej . F’ċerti oqsma, bħad-dwana u l-moviment ħieles tal-prodotti, il-progress li sar fis-snin preċedenti nżamm b’mod kostanti. Madankollu, ftit li xejn sar progress dwar l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni. Jinħtieġu aktar sforzi sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità amministrattiva li tiżgura l-approssimazzjoni ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ l-istandards Ewropej, partikolarment fil-ġlieda tal-kriminalità organizzata, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni, it-tassazzjoni u l-enerġija.

Sar ċertu progress fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea fil-qasam tas- suq intern ta’ l-UE, iżda l-Kosovo għadha fi stadju bikri ħafna fir-rigward ta’ l-isforzi tagħha li tikkonforma ma’ l-istandards Ewropej. Sar ċertu progress b’rabta mal- moviment ħieles tal-prodotti , partikolarment fid-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni neċessarja u l-infrastruttura orizzontali. Ftit li xejn sar progress fir-rigward tal-miżuri orizzontali u l-istandardizzazzjoni. Il-qafas legali għall- libertà fl-għoti tas-servizzi u d-dritt ta’ l-istabbiliment għadu frammentat. B’rabta mal- moviment ħieles tal-kapital , it-trasferiment tad-dinari Serbi fiż-żoni li huma abitati l-aktar mis-Serbi tal-Kosovo jeħtieġ ikun aktar trasparenti.

Jista’ jiġi rrappurtat progress tajjeb fil-qasam doganali . Is-servizz doganali żied il-kapaċità tiegħu u l-unità tal-konformità doganali, l-unità ta' l- intelligence u s-settur ta' l-investigazzjonijiet issaħħu u f'dan l-istadju huma operattivi. Ftit li xejn inkiseb progress fil-qasam tat- tassazzjoni . L-amministrazzjoni fiskali mhix effettiva. Il-kapaċità ta’ l-amministrazzjoni li tinforza l-leġiżlazzjoni fiskali għadha dgħajfa. Ma tantx saru żviluppi fil-qasam tal- kompetizzjoni . Fil-qasam ta’ l- akkwisti pubbliċi , daħlet fis-seħħ il-liġi li temenda l-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi ta' l-2004. Madankollu, jinħtieġu sforzi ulterjuri sabiex titjieb il-konformità ta’ l-attivitajiet ta’ l-akkwisti tal-Kosovo ma’ l-istandards Ewropej. Ftit li xejn jista' jiġi rrappurat progress fil-qasam tal- liġi dwar il-proprjetà intellettwali . L-iffalsifikar u l-piraterija għadhom mifruxa.

Ma jista’ jiġi rrappurtat l-ebda progress fl-istandards Ewropej dwar il- politika soċjali u l- politiki ta’ l-impjieg. Ma teżisti l-ebda strateġija komprensiva dwar l-impjiegi u l-Ispettorat tax-Xogħol għadu mingħajr il-kapaċità xierqa biex iwettaq il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni essenzjali dwar ix-xogħol. B’rabta ma’ l-istandards Ewropej dwar l-edukazzjoni u r-riċerka , sar ċertu progress fil-qasam ta' l-edukazzjoni, iżda l-kapaċitajiet tas-sistema edukattiva u tat-taħriġ għadhom rudimentali u jinħtieġu sforzi sabiex jiġu stabbiliti standards u sseħħ l-unifikazzjoni tas-sistema ta’ l-edukazzjoni għolja.

Fir-rigward ta’ l-iżvilupp tal- politiki settorjali , jista’ jiġi rrappurtat progress fil-qasam ta’ l- industrija u l-SMEs li jippermetti sabiex in-negozji jkunu jistgħu jiġu stabbiliti aktar malajr u b’mod orħos. Madankollu, it-tħejjijiet f’dan il-qasam għadhom fi stadju bikri.

Ftit li xejn sar progress fil-qasam ta’ l- agrikoltura , fis-settur veterinarju, fitosanitarju u tas- sajd .

Sar ċertu progress fil-qasam ta’ l- ambjent . Ġew adottati għadd ta’ liġijiet importanti u bosta utilitajiet b’rabta mas-servizzi ta' l-ilma u l-iskart pubbliku ġew ikkonsolidati u inkorporati. Madankollu, l-utilitajiet ta’ l-ilma u l-iskart pubbliku jiffaċċjaw problemi marbuta mal-ġbir tad-dħul. Bosta strutturi amministrattivi għadhom fraġli u jenħtieġ li jissaħħu sabiex il-Kosovo jkun jista’ jirbaħ l-isfidi ambjentali li jħabbat wiċċu magħhom. Is-sensibilizzazzjoni tal-popolazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali għadha fqira ħafna.

Sar ċertu progress ġenerali fil-qasam tat- trasport . L-UNMIK iffirma l-Ftehim dwar iż-Żoni Ewropej Komuni għall-Avjazzjoni f’isem il-Kosovo. Huwa qed jipparteċipa fl-iżvilupp tan-Netwerk ta' Qofol għat-Trasport Reġjonali u fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEETO). Madankollu il-progress fis-settur ferrovjarju huwa limitat. Fil-qasam ta’ l- enerġija , il-Kosovo għandu japplika l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE dwar l-enerġija bħala membru tat-Trattat Komunitarju ta’ l-Enerġija. Madankollu, l-isfidi pendenti f'dan il-qasam huma sinjifkanti ħafna. Il-kapaċità istituzzjonali u leġiżlattiva ta’ l-istrutturi amministrattivi rilevanti għadhom dgħajfa. Mhux żgurat il-forniment affidabbli ta’ l-elettriku. Dan jolqot partikolarment liż-żoni rurali u mbiegħda. Il-ġbir tad-dħul għadu jippreżenta sfida.

Ftit li xejn sar progress fil-qasam tas- soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja . Għadhom ma nkisbux il-liberalizzazzjoni effettiva u t-titjib tal-kompetizzjoni fis-suq tal-komunikazzjoni elettronika. Sar progress fir-riforma tal-midja, iżda huwa meħtieġ li jiġi indirizzat l-iffinanzjar stabbli u sostenibbli tax-xandar tas-servizz pubbliku, il-kummissjoni tal-midja indipendenti u l-fond ta' midja minoritarja.

Sar ċertu progress fil-qasam tal- kontroll finanzjarju. Ftit li xejn jista’ jiġi rrappurtat progress tajjeb fil-qasam ta’ l-istatistika . L-infrastruttura ta’ l-istatistika u l-kapaċità ta’ ġestjoni fl-uffiċċju ta’ l-istatistika għadhom dgħajfa.

Fir-rigward tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , sar progress irregolari fl-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-prattiki tal-Kosovo ma’ l-istandards Ewropej. Il-Kosovo m’għandux sistema ta’ ħruġ ta’ viżi . Tinħtieġ ħidma sabiex jiġu introdotti passaporti bijometriċi konformi ma' l-istandards ta' l-UE. Filwaqt li l-UNMIK għadha finalment responsabbli mill- ġestjoni tal-fruntieri u l-KFOR għadha responsabbli mill- green border , is-Servizzi tal-Pulizija tal-Kosovo u l-pulizija tal-fruntiera huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fluss tal-persuni mill-Kosovo. Ġew iffirmati ftehimiet dwar il-kooperazzjoni u l-appoġġ konġunt bejn il-pulizija tal-fruntieri, is-servizz doganali, l-aġenzija veterinarja u ta’ l-ikel kif ukoll il-Ministeru tal-Kultura, Żgħażagħ u Sport. Madankollu, il-kontrolli tal-moviment tal-persuni fuq il-fruntieri tal-Kosovo mhux dejjem ikun konformi ma’ l-istandards Ewropej.

Mhemm l-ebda liġi dwar l- ażil . Mhemm l-ebda ċentru ta’ akkoljenza u faċilitajiet ta’ djar għall-akkomodazzjoni ta’ min ifittex ażil. Huma ftit dawk il-persuni li japplikaw għall-ażil fil-Kosovo. Fir-rigward ta’ l- ammissjoni mill-ġdid, il-PISG għandhom itejbu t-tħejjijiet sabiex jiżdied l-għadd tal-persuni li jirritornaw, b’konformità ma’ l-istandards Ewropej; m’hemmx liġijiet, strateġiċi jew pjani ta’ azzjoni speċifiċi, u lanqas dispożizzjonijiet baġitarji.

Ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-ġlieda kontra l- ħasil tal-flus għadhom biss parzjalment trasferiti lill-PISG. Progress irregolari jista’ jiġi rrappurtat fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Ġew konklużi l-investigazzjonijiet dwar għadd ta’ każi, iżda għadhom ma ngħatawx is-sentenzi tal-qorti. Il-firxa wiesgħa ta’ atturi f’ħidma dwar il-ħasil tal-flus u n-nuqqas ta' distribuzzjoni ċara tal- kompetenzi jfixklu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati ta' ħasil ta' flus. In-nuqqas ta’ prosekuturi speċjalizzati li jittrattaw il-ħasil tal-flus u r-reati ekonomiċi għadu sfida maġġuri.

Il-Kosovo huwa waħda mir-rotot ewlenin fit-traffikar tad- drogi lejn l-Ewropea tal-Punent. Sar ċertu progress fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida u fit-tisħiħ ta’ l-istrutturi amministrattivi rilevanti. Il-qbid tad-drogi żdied. Madankollu, m’hemm l-ebda strateġija għall-prevenzjoni u l-ġlieda tat-trasport illegali u l-użu tad-drogi. It-traffikar tad-drogi għadu problema serja.

Jista’ jiġi rrappurtat progress tajjeb fil-qasam tal-pulizija . Is-Servizz tal-Pulizija tal-Kosovo ġeneralment iwettaq ħidmiethu b’mod professjonali u kompetenti, partikolarment fir-rigward ta’ reati minuri. Madankollu, l-investigazzjonijiet f’każi ta’ kriminalità serja għadhom m’humiex effettivi. Il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u dik internazzjonali mhux dejjem huma sodisfaċenti. M’hemm l-ebda liġi dwar il-pulizija. Il-faċilitajiet ta’ detenzjoni tal-pulizija ma jilħqux l-istandards internazzjonali. Ma jeżistux proċeduri uniformi u forom assoċjati ta’ detenzjoni tal-pulizija. Il-Kosovo għad jonqsu strateġija għat-tnaqqis tal-kriminalità kemm fuq il-livell ċentrali kif ukoll dak reġjonali.

Il-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata , inkluża l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bndemin, għadha sfida maġġuri. L-għadd ta’ każi ta’ reati ta’ kriminalità organizzata li ġie investigat kiber sostanzjalment fl-ewwel nofs ta’ l-2007. L-istrutturi amministrattivi rilevanti ġew imsaħħa, iżda għadhom m’humiex effettivi minħabba nuqqas ta’ kapaċità u tagħmir. Il-qafas leġiżlattiv għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għadu mhux iffinalizzat, partikolarment fil-qasam tal-protezzjoni tax-xhieda, l-aġenti taħt kopertura, il-konfiska ta’ l-assi, il-liġi kontra l-mafja u l-liġi dwar il-kriminalità organizzata nnifisha. M’għadha teżisti l-ebda strateġija ta’ ġbir ta’ armi. Il-Kosovo għadu destinazzjoni u żona ta’ tranżitu tat- traffikar tal-bnedmin . Ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni speċjali dwar it-traffikar tal-bnedmin.

Ma sar l-ebda żvilupp fil-qasam tal- protezzjoni tad-data personali . M’għad hemm l-ebda leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tad- data u ma ġiet stabbilita l-ebda awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad- data indipendenti.

It-Turkija

It-Turkija baqgħet tissodisfa l- kriterji politiċi ta’ Kopenħagen b’mod suffiċjenti. Wara l-kriżi kostituzzjonali tar-Rebbiegħa, saru elezzjonijiet parlamentari bikrija li kienu jissodisfaw l-istandards demokratiċi u l-Istat tad-dritt. Madankollu, il-progress li nkiseb fir-rigward tar-riformi politiċi fl-2007 kien limitat Jinħtieġu sforzi ulterjuri partikolarment fir-rigward tal-libertà ta’ l-espressjoni, dwar il-kontroll pajżan tal-militar, u dwar id-drittijiet tal-komunitajiet reliġjużi li ma jħaddnux l-Islam Jinħtieġ progress ulterjuri fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-riforma ġudizzjarja, id-drittijiet tas-sindakati, u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal.

Fir-rigward tad- demokrazija u l-istat tad-dritt , l-elezzjonijiet parlamentrai kienu ħielsa u ġusti, l-elettorat ħareġ bi ħġaru u issa l- Parlament il-ġdid huwa aktar rappreżentattiv tad-diversità politika tal-pajjiż. L-elezzjoni tal-President mill-Parlament li saret f’Awissu kienet konformi mal-Kostituzzjoni. Ġie ffurmat gvern ġdid li ressaq aġenda ta’ riformi orjentata lejn l-UE.

Sar ċertu progress fir-riforma leġiżlattiva ta' l- amministrazzjoni pubblika u s-servizz ċivili.

Fir-rigward tal- kontroll pajżan tal-forzi tas-sigurtà , ir-riżultat tal-kriżi kostituzzjonali tar-Rebbiegħa 2007 affermat mill-ġdid il-primat tal-proċess demokratiku. Madankollu, il-militar ħa pożizzjonijiet pubbliċi dwar kwistjonijiet li jmorru lil hinn mir-responsabbiltajiet tiegħu u l-kontroll pajżan tal-militar u l-kontrolli parlamentari tan-nefqa fuq id-difiża għadhom ma ġewx stabbiliti.

Sar ċertu progress fit-titjib ta’ l-effiċjenza tal- ġudikatura . Issokta t-taħriġ ta’ l-imħallfin, il-prosekuturi u l-persunal tal-qorti, flimkien mal-modernizzazzjoni. Għad fadal tħassib dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura.

Ftit li xejn sar progress fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni . Il-korruzzjoni hija mifruxa. In-nuqqas konsistenti ta’ strateġija ġenerali, pjan ta’ azzjoni u mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni kontra l-korruzzjoni għadu kawża ta’ tħassib.

Fir-rigward tad- drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi , it-Turkija għamlet progress fir-rigward tar-ratifika ta’ strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u fl-infurzar tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECtHR). Minkejja dan, jinħtieġu sforzi ulterjuri. Hemm il-ħtieġa li l-qafas istituzzjonali għad-drittijiet tal-bniedem jittejjeb.

Il-qafas legali Tork jinkludi sett komprensiv ta' salvagwardji kontra t- tortura u l-moħqrija . L-għadd ta’ każi rrappurtati ta' tortura u moħqrija kompla jonqos. Madankollu, għadhom iseħħu każi speċjalment qabel il-bidu tal-perjodi ta’ detenzjoni. It-Turkija teħtieġ tinvestiga aktar fil-fond l-allegazzjonijiet li xi membri tal-forzi tas-sigurtà kisru d-drittijiet tal-bnidem.

Fir-rigward tal- libertà ta’ l-espressjoni , fl-2007 żdiedet il-prosekuzzjoni tal-ġurnalisti, l-intellettwali u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem talli esprimew opinjonijiet kontra l-vjolenza. Dan wassal għal każi ta’ awtoċensura. L-Artikolu 301 u d-dispożizzjonijiet fil-Kodiċi Kriminali Tork li jpoġġu restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ l-espressjoni għandhom isiru konformi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-każistika ta’ l-ECtHR.

Fir-rigward tal- libertà tat-twemmin reliġjuż , għadu ma ġiex stabbilit qafas legali konformi ma’ l-ECHR sabiex il-komunitajiet reliġjużi kollha jkunu ħielsa minn restrizzjonijiet eċċessivi. Ma sar l-ebda progress dwar id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-komunitajiet reliġjużi li ma jħaddnux l-Islam u l-Alevi. L-awotritajiet jeħtieġu jagħmlu sforzi aktar qawwija għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, l-intolleranza u l-atti ta’ vjolenza relatati ma' dan.

L-attenzjoni pubblika dwar il-kwistjonijiet ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi kompliet tikber, u ttieħdet azzjoni ulterjuri sabiex jittejbu d- drittijiet tan-nisa . B’mod partikoari, sar progress fir-rigward tal-protezzjoni tan-nisa mill-vjolenza. Madankollu jinħtieġ li dan l-isforzi jissaħħu ulterjorment. Il-qafas legali jinsab fis-seħħ iżda jeħtieġ li jiġi implimentat fit-totalità tiegħu.

Sar progress f’diversi oqsma fir-rigward tad- drittijiet tat-tfal , inkluża r-reġistrazzjoni tat-tfal mat-twelid u l-edukazzjoni. Madankollu, huma meħtieġa sforzi ulterjuri f’dawn l-oqsma, kif ukoll għall-prevenzjoni tal-vjolenza fuq it-tfal u sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni ġenerali tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

Fir-rigward tad- drittijiet tas-sindakati , it-Turkija ma żguratx ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tas-sindakati skond l-istandards ta’ l-UE u l-Konvenzjonijiet rilevanti ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment fir-rigward tad-dritt ta’ l-għaqda tal-ħaddiema, l-istrajks u d-dritt li jsiru negozjati kollettivi. Tinħtieġ leġiżlazzjoni ġdida għat-tisħiħ tad-drittijiet tas-sindakati.

Is-sitwazzjoni fit-Turkija b’rabta mad- drittijiet tal-minornazi baqgħet ma nbidlitx. Ma sar l-ebda progress fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiċi Torok ma’ l-istandards Ewropej. Ir-restrizzjonijiet fuq l-eżerċitar tad- drittijiet kulturali ssuktaw, partikolarment b'rabta ma' l-użu ta' ilsna oħra minbarra t-Tork fix-xandir, fil-ħajja politika u għall-aċċess tas-servizzi pubbliċi. Is-sistemi skolastiċi pubbliċi jew privati ma jagħtu l-ebda opportunità għat-tagħlim ta’ l-ilsien Kurd. Ir-Rom iħabbtu wiċċhom ma’ trattament diskriminatorju fl-aċċess għad-djar, l-edukazzjoni, il-protezzjoni, is-saħħa u l-impjiegi. It-tkeċċijiet sfurzati għadhom problema serja.

Fir-rigward tal- Lvant u x-Xlokk , jinħtieġ metodu komprensiv biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjun, u biex jinħolqu l-kundizzjonijiet li fihom il-popolazzjoni Kurda tgawdi drittijiet u libertajiet b’mod sħiħ. Issokta l-għoti ta’ kumpens lill- persuni spustati internament (IDPs) u ttieħdu miżuri biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti. Madankollu, il-gvern għad m’għandux strateġija nazzjonali ġenerali sabiex jindirizza l-kwistjoni ta’ l-IDP, inkluż ir-ritorn.

L-għadd ta’ attakki terroristiċi tal-PKK, li tinsab fuq il-lista ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi ta’ l-UE, żdied ulterjorment.

Fir-rigward tal- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , it-Turkija wriet appoġġ kostanti għall-isforzi tan-NU għal riżoluzzjoni komprensiva tal- problema ta’ Ċipru . Minkejja dan, ma sar l-ebda progress għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta’ Ċipru. It-Turkija għadha ma implimentatx kompletament il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u ma neħħietx l-ostakli għall-moviment ħieles tal-prodotti, inklużi r-restrizzjonijiet fuq il-konnessjonijiet ta’ trasport dirett maċ-Ċipru.

Ir- relazzjonijiet mal-Greċja evolvew b’mod pożittiv. Ittieħdu passi biex titkattar ulterjorment il-fiduċja, iżda ma ntlaħaq ebda ftehim fir-rigward tat-tilwim dwar il-fruntiera. It-Turkija ssuktat fir-rwol pożittiv tagħha fil- Balkani tal-Punent . Ir-relazzjonijiet tajba ta’ viċinat għadhom prijorità.

L- ekonomija tat-Turkija ssuktat tikber b’pass mgħaġġel, b’influss għoli ta’ investiment barrani. B’mod ġenerali, id-diversi politiki montarji u fiskali kienu xierqa. Il-pressjoni ta’ l-inflazzjoni, l-iżbilanċi esterni li qed jikbru u n-nuqqas ta' dixxiplina fiskali matul l-2007 jistgħu jolqtu l-istabbiltà makroekonomika. Ir-ritmu tar-riformi strutturali naqas u r-riġiditajiet fis-suq tax-xogħol ifixklu l-ħolqien ta’ l-impjiegi.

B’rabta mal- kriterji ekonomiċi , it-Turkija tista’ titqies bħala ekonomija tas-suq li tiffunzjona. F’terminu medju, għandha tkun kapaċi tilħaq mal-pressjoni tal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni, sakemm timplimenta l-programm ta’ riformi komprensiv li jindirizza d-dgħufijiet strutturali.

It-tkabbir ekonomiku baqa’ qawwi, l-aktar minħabba l-esportazzjoni għolja, u l-fiduċja kummerċjali kienet b’saħħitha. Il-gvern il-ġdid wera impenn qawwi għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riformi strutturali. Il-lira b'saħħitha u d-dixxiplina fiskali naqqsu d-dejn pubbliku, minkejja spejjeż għolja tas-self u xi tqanqil fis-suq finanzjarju. Il-bank ċentrali mexxa politika monetarja attenta u responsabbli. L-FDI (investiment dirett barrani) kiber b’mod qawwi, prinċipalment fis-sura ta’ xiri ta’ kumpaniji minn entitajiet barranin, u kellu rwol akbar fit-tnaqqis tar-riskji marbuta ma’ żbilanċi makroekonomiċi.

Madankollu, it-tnaqqis fiskali u l-infiq infrastrutturali ogħla wasslu għal illaxkar fiskali fl-2007. Jinħtieġu miżuri korrettivi sabiex fl-2007 tintlaħaq il-mira baġitarja. Il-pressjonijiet ta’ l-inflazzjoni żdiedu – partikolarment minħabba l-prezzijiet ta’ l-ikel u s-servizzi u s-salarji – u jekk ma jsirx tibdil maġġuri fil-politika, hemm il-possibbiltà li l-mira ta’ l-inflazzjoni għal tmiem l-2007, stabbilita mill-gvern u l-bank ċentrali, ma tintlaħaqx.

Parti sostanzjali mid-defiċit fil-kont kurrenti li qed ikompli jikber għadu ffinanzjat minn influssi ta' kapital b’termini qosra. Il-pressjoni fiskali fuq ix-xogħol baqgħet għolja ħafna u tfixkel il-ħolqien ta' l-impjiegi fis-settur formali. Ir-riġiditajiet strutturali fis-suq tax-xogħol ifixklu l-ħolqien ta’ l-impjieg, u ma jgħinux sabiex jiżdied l-għadd ta' nisa li jaħdmu.

Ir-ritmu tal-privatizzazzjoni naqas. Il-maġġoranza tal-kapital uman għadu mhux adattat għall-ħtiġiet ta' ekonomija li qed tikber u tiżviluppa b'rata mgħaġġla, partikolarment fis-setturi orjentati lejn l-esportazzjoni. L-għadd ta' differenzi bejn reġjun u ieħor għadu kbir. In-nuqqas ta’ trasparenza fl-għajnuna mill-Istat jibqa’ jfixkel it-tfassil tal-politika ekonomika effettiva. Ir-riformi ppjanati fis-sistema tas-sigurtà soċjali u fis-settur ta' l-enerġija ġew posposti. Is-settur informali mdaqqas, megħjun min-nuqqasijiet fl-infurzar tal-liġi u tal-qafas regolatorju, inaqqas il-bażi fiskali, ifixkel il-kapaċità tal-gvern li jimplimenta politiki ekonomiċi u jolqot l-ambjent kummerċjali b’mod negattiv.

It-Turkija tejbet il- kapaċità tagħha li tissodisfa l-obbligi tas-sħubija . Sar progress f’bosta oqsma, partikolarment fil-kapitoli dwar il-moviment tal-prodotti, is-servizzi finanzjarji, in-Netwerks tranż-Ewropej, u x-xjenza u r-riċerka. Il-konverġenza waslet fi stadju avvanzat f'bosta oqsma, bħall-moviment tal-prodotti, il-proprjetà intellettwali, il-politika ta' l- anti-trust , l-enerġija, l-istatistika, il-politika ta' l-impriżi u dik industrijali, il-protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa, u x-xjenza u r-riċerka. Madankollu, il-konverġenza għandha tissokta, partikolarment f'oqsma bħall-moviment ħieles tas-servizzi, l-għajnuna mill-Istat, l-agrikoltura, is-sajd, is-sikurezza ta' l’ikel u l-politiki veterinarji u fitosanitarji, u l-ambjent. Għadd ta’ obbligi li t-Turkija għandha taħt l-Unjoni doganali ma’ l-UE għadhom ma ġewx issodisfati. Il-kapċitajiet amministrattivi tat-Turkija sabiex tikkonforma ma’ l- acquis jeħtieġu titjib ulterjuri.

Fir-rigward tal- moviment ħieles tal-prodotti , il-livell ta’ konverġenza huwa ġeneralment avvanzat, ħlief fir-rigward tal-proċeduri ta’ notifika u r-rikonoxximent reċiproku. It-Turkija għamlet progress f’bosta oqsma bħall-akkreditazzjoni, l-istandardizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità, u s-sorveljanza tas-suq. Madankollu, għad fadal ċertu tfixkil tekniku fuq il-kummerċ. Il-progress dwar id-dritt ta’ l-istabbiliment u l-libertà ta’ l-għoti tas-servizzi kien limitat ħafna; il-livell ta’ konverġenza baqa’ baxx. Fir-rigward tal- moviment ħieles tal-kapital , it-Turkija għamlet progress fejn jirrigwarda l-moviment tal-kapital u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus. Sar progress konsiderevoli fir-rigward tas- servizzi finanzjarji , partikolarment fis-servizzi bankarji, l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, kif ukoll ċertu progress fuq is-swieq tat-titoli ta’ sigurtà u s-servizzi ta’ investiment.

Il-progress fil-qasam ta’ l- akkwisti pubbliċi kien limitat. Il-kapaċità amminstrattiva tjiebet. Madankollu, ir-responsabbiltajiet għat-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni baqgħu maqsuma. Il-progress tat-Turkija fir-rigward tal- liġi tal-kumpaniji kien limitat. L-abbozz tal-kodiċi kummerċjali ma ġiex adottat. Il-konverġenza tal- liġi dwar il-proprjetà intellettwali tinsab fi stadju avvanzat. Sar ukoll xi progress ulterjuri. Madankollu, hemm il-ħtieġa li l-implimentazzjoni u l-infurzar jissaħħu. It-Turkija għamlet ċertu progress fir-rigward tas- soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja . Issuktat il-liberalizzazzjoni tas-suq fil-komunikazzjoni elettronika u fit-teknoloġija ta’ l-informazzjoni.

Fil-qasam tal- kompetizzjoni sar progress fir-rigward ta’ l- anti-trust ; il-konverġenza tinsab fi stadju avvanzat. Madankollu, ma sar l-ebda progress b’rabta ma’ l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-istabbiliment ta’ l-awtorità dwar il-monitoraġġ ta' l-għajnuna mill-Istat. L-iffinalizzar tal-Programm Nazzjonali għar-Ristrutturar ta’ l-industrija ta’ l-azzar għadu prijorità. It-Turkija ma rrappurtatx dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

Il-konverġenza fis-settur ta’ l- agrikoltura u l-iżvilupp rurali baqgħet limitata. Sar ċertu progress fil-qasam tal-biedja organika. Sar progress inizjali fl-abbuzzar ta’ programm għall-iżvilupp rurali u fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni sabiex isir użu minn fondi Komunitarji. Madankollu, it-tħejjijiet għal strutturi operattivi għadhom lura konsiderevolment. It-Turkija ma neħħietx l-ostakli tekniċi għall-kummerċ tal-laħam tal-bovini u ta’ annimali bovini ħajjin. Fis- sajd , sar progress fir-rigward tar-riżorsi u l-ġestjoni tal-flotta. Madankollu, it-Turkija m’għamlet l-ebda progress b’rabta mal-konverġenza leġiżlattiva. Il-kapaċitajiet ta’ implimentazzjoni, kemm fis-settur ta’ agrikoltura kif ukoll f’tas-sajd, għadhom fi stadju bikri. Ftit li xejn sar progress dwar is- sikurezza ta’ l-ikel u fil-politika veterinarja u fitosanitarja . Il-kontroll effettiv ta’ mard ta’ l-annimali, partikolarment tal-marda ta’ l-ilsien u dwiefer għadu joħloq tħassib. Il-konverġenza tinsab fi stadju bikri.

Sar ċeru progress fil- politika tat-trasport . Issuktat il-konverġenza fis-setturi tat-toroq, l-ajru u s-settur marittimu. Madankollu, it-Turkija m’għamlet l-ebda progress fis-settur ferrovjarju. Qiegħda tirrifjuta li tikkonverġi l-ftehimiet bilaterali li għamlet ma’ xi Stati Membri dwar is-servizz bl-ajru mal-liġi Komunitarja. In-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn iċ-ċentri tal-kontroll ta’ l-ajru fit-Turkija u dawk tar-Repubblika ta’ Ċipru jikkompromettu s-sigurtà fl-ajru. Il-progress fil-qasam tan- Netwerks tranż-Ewropej kien tajjeb. Jeħtieġ li ssir valutazzjoni ta’ l-infrastruttura tat-trasport. Fir-rigward ta’ l-infrastruttura, sar progress sinjifikanti fil-konnessjoni tal-gass bejn it-Turkija u l-Greċja, li dalwaqt titlesta. Il-parteċipazzjoni tat-Turkija fin- Nabucco pipeline tibqa’ tassew importanti sabiex il-proġett jirnexxi. Sar ċertu progress fil-qasam ta’ l- enerġija . Ġiet adottata liġi qafas dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija. Madankollu, it-Turkija ma indirizzatx il-ħtieġa ta’ miri ambizzjużi dwar l-enerġija li tiġġedded. Globalment, il-konverġenza leġiżlattiva miexja ’l quddiem b’pass moderat.

Sar ċertu progress dwar it -tassazzjoni . Madankollu, it-Turkija ma indirizzatx l-għan u-rati tal-VAT, l-istruttura tar-rati tad-dazji, u lanqas it-tassazzjoni diretta. Issuktat it-tassazzjoni diskriminatorja fir-rigward tal-prodotti alkoħoliċi u t-tabakk.

Sar progress fl- istatistika , partikolarment fl-infrastruttura, l-ikklasifikar, u s-settur ta’ l-istatistika. Globalment, il-konverġenza tinsab fi stadju avvanzat. Madankollu, il-konverġenza fir-rigward tar-reġistri, l-istatistika agrikola, ekonomika u monetarja għadha ma ġietx finalizzata.

Sar ċertu progress fil-qasam tal- politika ekonomika u monetarja . Globalment, il-konverġenza f’dan il-qasam tinsab fi stadju avvanzat. Madankollu, il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet li jfasslu l-politika teħtieġ tittejjeb. It-Turkija ftit li xejn għamlet progress fir-rigward tal-koverġenza tal- politika ta’ l-impjieg u l-politika soċjali ma’ l- acquis . Hemm il-ħtieġa li d-djalogu soċjali jittejjeb filwaqt li jitrażżan is-settur informali.

Sar progress fir-rigward tal- politika ta’ l-impriżi u l-politika industrijali : l-Aġenzija dwar l-Appoġġ u l-Promozzjoni ta' l-Investiment bdiet ħidmietha, u ġiet adottata strateġija għat-turiżmu. Globalment, it-Turkija għandha livell tajjeb ta’ konverġenza. Inkiseb progress tajjeb fil-konverġenza mal-politiki ta’ l-UE dwar ix-xjenza u r-riċerka . Madankollu, kemm l-għadd ta’ riċerkaturi kif ukoll l-involviment tas-settur privat fir-riċerka għadhom limitati. Sar progress fil-qasam ta’ l- edukazzjoni u l-kultura , prinċipalment permezz tal-parteċipazzjoni fi programmi Komunitarji. F’dawn l-oqsma t-Turkija laħqet livell ġenerali tajjeb ta’ konverġenza.

Sar progress fil-politika reġjonali u l-koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali , partikolarment fit-tfassil ta’ strutturi ta’ implimentazzjoni għall-komponenti ta’ żvilupp reġjonali ta’ l-Istrument Komunitarju għall-Għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni (IPA). Madankollu, il-konverġenza globali baqgħet limitata. Il-kapaċità amministrattiva fil-livell ċentrali għadha lura. Fil-livell reġjonali, il-proċess tal-ħolqien ta’ strutturi għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' politika reġjonali waqaf għal kollox.

Fir-rigward tal- ġudikatura , jista’ jiġi rrappurtat progress, partikolarment b’rabta mat-taħriġ u l-użu tat-teknolġija ta’ l-IT fil-ġestjoni tal-każi; jinħtieġu sforzi ulterjuri għat-tisħiħ ta’ l-indipendenza tal-ġudikatura, partikolarment fir-rigward ta’ l-għamla tal-Kunsill Għoli ta’ Mħallfin u Prosekuturi. Ftit li xejn sar progress b’rabta mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Ma jeżistu l-ebda strateġija jew pjan ta' azzjoni globali.

Ftit li xejn sar progress tal-leġiżlazzjoni u l-prattika fir-rigward tad- drittijiet fundamentali . Dan il-qasam jeħtieġ sforzi ulterjuri.

It-Turkija ssuktat bil-progress tagħha fir-rigward tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , partikolarment fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u fit-traffikar tad-drogi u l-bnedmin. Madankollu, huma meħtieġa sforzi konsiderevoli u kontinwi f’oqsma bħall-kooperazzjoni tal-pulizija, l-ażil, il-migrazzjoni u l-fruntieri esterni.

Fir-rigward ta’ l- ambjent , it-Turkija għamlet progress sostanzjali fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-livell ċentrali. Madankollu, ftit li xejn sar progress fil-leġiżlazzjoni orizzontali, il-kwalità ta' l-arja, il-kimiki, il-ħsejjes u l-iskart. It-Turkija m’għamlet l-ebda progress fil-qasam tat-tniġġis industrijali u l-ġestjoni tar-riskju. Il-livell globali tal-konverġenza baqa’ baxx.

Il-konverġenza fir-rigward tal- protezzjoni tal-konsumatur tinstab fi stadju avvanzat. Sar ċertu progess, iżda l-implimentazzjoni baqgħet lura. Il-moviment tal-konsumatur fit-Turkija baqa’ dgħajjef. It-Turkija għamlet ċertu progress fil-qasam tal-protezzjoni tas- saħħa . Il-konverġenza mxiet ’il quddiem b’mod moderat. Il-kapaċità amminstrattiva bdiet titjieb.

It-Turkija laħqet livelli għolja ta’ konverġenza fir-rigward ta’ l- Unjoni doganali . Madankollu, il-konverġenza għadha ma tlestietx fr-rigward taż-żoni ta' kummerċ ħieles, it-tnaqqis tad-dazji doganali, il-ġlieda kontra l-prodotti ffalsifikati u fl-istadju ta' wara l-awtorizzazzjoni. Il-ħwienet bla dazju fil-punti tad-dħul fit-Turkija mhumiex konformi ma’ l- acquis . It-Turkija tinsab f'livell avvanzat fir-rigward tal-konverġenza fil-qasam tar- relazzjonijiet esterni iżda ma kkonformatx b'mod sħiħ mal-pożizzjonijiet ta' UE fil-WTO u fl-OECD.

It-Turkija ssuktat il-konverġenza mill-qrib mal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni ta’ UE. It-Turkija baqgħet għaddejja bi sforzi għall-promozzjoni ta’ l-istabbiltà fir-reġjun skond il-politiki ta’ l-UE. Ix-xewqa tat-Turkija li tagħti l-kontribut tagħha fil-PESD intlaqa’ tajjeb. Madankollu, it-Turkija ma tqabilx ma’ l-inklużjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru u Malta fil-koopreazzjoni bejn l-UE u n-NATO. It-Turkija ma kkonverġietx mal-pożizzjoni ta’ l-UE dwar is-sħubija ta' ċerti gruppi ta' fornituri. It-Turkija ma ffirmatx l-istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali. It-Turkija ma fetħitx il-fruntiera ta’ l-art ma’ l-Armenja.

It-tħejjijiet dwar il- kontroll finanzjarju jinstabu fi staju avvanzat. Inħarġet xi leġiżlazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni. Madankollu, l-adozzjoni tal-liġi riveduta tal-Qorti tal-Kontabbiltà Torka għadha pendenti. It-Turkija ma wettqitx titjib fil-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll intern tal-finanzi pubbliċi. It-tħejjijiet għal strutturi permanenti għall-kooperazzjoni ma’ l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi għadhom fi stadju bikri. Ma saru l-ebda żviluppi partikolari b’rabta mad- dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji .

[1] Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2007 qabel fuq trattat ġdid.

[2] L-Artikolu 6(1) jipprovdi li " L-Unjoni hija stabbilita fuq il-prinċipji ta’ libertà, demokrazija, rispett tad-drittijiet tal- bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri ".

[3] Ibbażat fuq id- data Eurostat.

[4] Ir-rapporti dwar il-progress tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar il-miżuri supplementaru wara l-Adeżjoni KUMM(2007) 377 u KUMM(2007) 378, 27 ta' Ġunju 2007.

[5] Taħt ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1244.

[6] Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni.

[7] SIGMA – Appoġġ għat-Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni – programm ta' l-OECD sostnut mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tkabbir.

[8] Skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

[9] S/2007/168/Add.1.