52007DC0551




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.9.2007

KUMM(2007) 551 finali

GREEN PAPER

Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana

(preżentata mill-Kummissjoni)

{SEG(2007) 1209}

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Niffaċċjaw l-isfida 6

2.1 Lejn bliet ħfief 6

2.2 Lejn bliet aktar ekoloġiċi 8

2.3 Lejn trasport urban aktar intelliġenti 11

2.4 Lejn trasport urban aktar aċċessibbli 13

2.5 Lejn trasport urban aktar sikur 16

3. Il-ħolqien ta’ kultura ġdida tal-mobilità 18

3.1 It-titjib ta’ l-għarfien... 18

3.2 …u l-ġbir tad-dejta 18

4. Ir-Riżorsi finanzjarji 19

5. Konsultazzjonijiet 22

DOKUMENT TA' ħIDMA TA' L-ISTAFF TAL-KUMMISSJONI:

Public consultation in preparation for the Green Paper on urban mobility

GREEN PAPER

Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana

1. INTRODUZZJONI

Fl-Unjoni Ewropea, ‘il fuq minn 60% tal-popolazzjoni tgħix f’żoni urbani[1]. Kemm kemm anqas minn 85% tal-prodott gross domestiku ta’ l-UE jinħoloq f’dawn iż-żoni urbani. L-ibliet huma l-ixprun ta’ l-ekonomija Ewropea. Jiġbdu l-investiment u l-impjiegi u huma essenzjali sabiex l-ekonomija tibqa' għaddejja mingħajr xkiel.

Iż-żoni urbani issa jikkostitwixxu l-ambjent fejn tgħix il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni u għalhekk huwa importanti għall-aħħar li l-kwalità tal-ħajja f'dawn l-inħawi tkun waħda għolja kemm jista' jkun. Huwa għalhekk li għandna naqsmu ħsibijietna flimkien u nqisu l-kwistjoni tal-mobilità urbana.

L-ibliet Ewropej huma kollha differenti, iżda jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi simili u qed jippruvaw isibu soluzzjonijiet komuni

Madwar l-Ewropa, it-traffiku dejjem jikber fl-ibliet issarraf f’konġestjoni kronika, bil-bosta konsegwenzi ta’ ħsara li dan jinvolvi f’dak li għandu x’jaqsam ma' dewmien u tniġġis. Kull sena kważi biljun ewro, jew 1% tal-PĠD ta’ l-UE, jintilfu mill-ekonomija Ewropea minħabba dan il-fenomenu.

It-tniġġis ta’ l-arja u mill-istorbju qed isiru dejjem agħar minn sena għall-oħra. It-traffiku urban huwa l-kaġun ta’ 40% ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 u 70% ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi oħra li jniġġsu li jiġu mit-trasport fit-toroq.

L-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku fl-ibliet qed jikber ukoll kull sena: wieħed minn kull tliet inċidenti fatali issa jseħħ f’żoni urbani, u l-vittimi ewlenin huma l-aktar nies vulnerabbli, jiġifieri n-nies miexja u ċ-ċiklisti.

Filwaqt li huwa minnu li dawn il-problemi jseħħu fuq livell lokali, l-impatt tagħhom jinħass fuq skala kontinentali: tibdil klimatiku/tisħin globali, problemi akbar ta’ saħħa, mgħalaq fil-katina loġistika, eċċ.

L-awtoritajiet lokali ma jistgħux jaffrontaw dawn il-kwistjonijiet weħidhom; hemm bżonn ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni fuq livell Ewropew. Il-kwistjoni vitali tal-mobilità urbana trid tiġi indirizzata bħala parti minn sforz kollettiv fuq il-livelli kollha: lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej. L-unjoni Ewropea trid tieħu rwol ta’ mexxejja sabiex tiffoka l-attenzjoni fuq din il-kwistjoni.

L-Ewropa għandha kapaċità għar-riflessjoni, għat-tfassil ta’ proposti u għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġu fformultati politiki li jiġu deċiżi u implimentati lokalment.

Fl-2006, meta ġiet ippreżentata r-reviżjoni intermedja tal- White Paper dwar it-Trasport,[2] il-Kummissjoni ewropea ħabbret li kienet biħsiebħa tippreżenta Green Paper dwar it-Trasport Urban.

Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika wiesgħa fl-aħħar xhur. Żewġ konferenzi u erba’ laqgħat ta' ħidma ġabu flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin. Tniedet konsultazzjoni fuq l-Internet. Bosta kontribuzzjonijiet waslu għand il-Kummissjoni[3] u l-Kumitat Eknomiku u Soċjali Ewropew esprima l-fehmiet tiegħu wkoll[4].

Il-proċess ta’ konsultazzjoni wassal għall-alternattivi varji spjegati f'din il- Green Paper . Fuq kollox, ikkonfermat l-eżistenza ta’ stennija kbira min-naħa tal-partijiet għall-formulazzjoni ta’ politika Ewropea ġenwina dwar il-mobilità urbana. B’din il- Green Paper , il-Kummissjoni tixtieq tniedi dibattitu pubbliku wiesa’ dwar dak li jista’ jkun fih politika Ewropea dwar din il-kwistjoni.

Li wieħed jaħseb il-mobilità urbana mill-ġdid tinvolvi li jsir l-aħjar użu possibbli tal-modi varji tat-trasport u li tiġi organizzata l-“komodalità” bejn il-modi differenti tat-trasport kollettiv[5] (trejn, tramm, metro, xarabank, taksi) u l-modi differenti tat-trasport individwali (karozza, mutur, rota, mixi). Tinvolvi wkoll li wieħed jasal għal għanijiet komuni f’termini ta’ġid ekonomiku, il-ġestjoni tad-domanda tat-trasport sabiex tiġi ggarantita l-mobilità, il-kwalità tal-ħajja u l-ħarsien ta' l-ambjent. Fl-aħħarnett, tinvolvi li jiġu rrikonċiljati l-interessi tat-trasport tal-merkanizja u t-trasport tal-passiġġieri jkun xi jkun il-mod ta' trasport użat.

Strateġija Ewropea tal-mobilità li twettaq dak li jridu n-nies.

Il-mobilità urbana titqies bħala faċilitatur importanti tat-tkabbir eknomiku u ta’ l-iżvilupp b’impatt qawwi fuq l-iżvilupp sostenibbli fl-UE. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tippreżenta Green Paper dwar il-mobilità sabiex tespolora jekk u kif tista’ żżid il-valur lill-azzjoni ġa meħuda fuq livell lokali. Bosta politiki ta’ l-UE diġà indirizzaw kwistjonijiet tat-trasport urban fis-snin l-imgħoddija. Ġew żviluppati inizjattivi leġiżlattivi, xi kultant b’mod kemmxejn frammentat.

L-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni organizzat mill-Kummissjoni fid-dawl tat-tħejjija tal- Green Paper ipprovda informazzjoni li ssarrfet f'sett ta' alternattivi politiċi u 25 mistoqsija miftuħa dwar dawn l-alternattivi. B’din il- Green Paper , il-Kummissjoni qed tniedi t-tieni proċess ta' konsultazzjoni sal-15 ta' Marzu 2008, bil-għan li tippreżenta, kmieni fil-Ħarifa ta' l-2008, Pjan ta' Azzjoni li se jidentifika sensiela ta' azzjonijiet u inizjattivi konkreti lejn mobilità urbana aħjar u sostenibbli. Għal kull azzjoni proposta, il-Pjan ta’ Azzjoni se jindika perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni u l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-atturi varji.

Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li torganizza dan id-dibattitu mal-partijiet ikkonċernati kollha bil-għan li tipproponi strateġija kumplessiva kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-udjenza fil-mira ta' dan il-proċess ta' konsultazzjoni ġdid se tkun, fost l-oħrajn, gruppi soċjali bħal ċittadini li jgħixu fl-ibliet, utenti tat-trasport urban (pubbliku jew mhux), impjegaturi u impjegati f'organizzazzjonijiet tat-trasport kollettiv; gruppi ekonomiċi bħan-negozju fuq livell lokali, inkluż l-SMEs, l-industrija tat-trasport urban, l-industrija tal-karozzi; awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, rapprezentanti u assoċjazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati fl-oqsma rilevanti.

Din l-istrateġija se tkun ibbażata fuq konsultazzjonijiet ta’ l-imgħoddi u tal-ġejjieni u l-esperjenza ġa miksuba mill-Kummissjoni fil-qasam tat-trasport urban mill-1995 ‘il hawn u fil- Green Paper tagħha u l-Komunikazzjoni dwar Netwerk taċ-Ċittadini[6]. Barra minn hekk, se jsir użu mill-bosta tagħlimiet li ttieħdu mill-proġetti ta' riċerka u żvilupp.

Madankollu, toħroġ dejjm idea waħda ewlenija. Biex ikunu effettivi, il-politiki tal-mobilità urbana jridu jissejsu fuq approċċ li huwa kemm jista’ jkun integrat u li jgħaqqad l-aktar tweġibiet xierqa għal kull probelma individwali: l-innovazzjoni teknoloġika, l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ trasport nodfa, sikuri u intelliġenti, inċentivi eknomiċi u emendi għal-leġiżlazzjoni.

Din l-istrateġija kumplessiva se tqis l-inizjattivi rilevanti kollha meħuda fil-kuntest tal-politiki Komunitarji, bil-ħsieb ewlieni li dejjem kien li jsir kontribut prattiku lejn l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona.

L-Unjoni Ewropea għandha jkollha rwol ta’ faċilitatriċi sabiex tgħin biex iġġib din il-bidla, iżda mingħajr ma timponi soluzzjonijiet minn fuq għal isfel li mhux bilfors ikunu xierqa għas-sitwazzjonijiet lokali diversi.

Il-valur miżjud Ewropew jista’ jieħu diversi forom: il-promozzjoni ta’ l-iskambju tal-prassi t-tajba fuq il-livelli kollha (lokali, reġjonali jew nazzjonali); l-irfid tat-twaqqif ta' standards komuni u l-armonizzazzjoni ta' l-istandards, jekk meħtieġ; l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lil dak li l-aktar għandhom bżonnu; l-inkoraġġiment tar-riċerka liema applikazzjonijiet tagħha jagħmluha possibbli li jkun titjib fil-mobilità u s-sigurtà u titijib ambjentali; is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u, f’xi każi, ir-revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti jew l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida.

Kull strateġija fformulata fuq livell Ewropew tista’ tirnexxi biss jekk tittieħed azzjoni deċiżiva fuq il-livell lokali; l-azzjonijiet konkreti se jiħduhom f’idejhom u jimplimentawhom l-awtoritajiet lokali.

Il-ħolqien ta’ kultura ġdida tal-mobilità

L-isfida li jħabbtu wiċċhom magħha ż-żoni urbani fil-kuntest ta' l-iżvilupp sostenibbli hija waħda enormi: dik li jiġu rrikonċiljati l-iżvilupp ekonomiku ta’ l-ibliet u l-aċċessibbiltà mat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u mal-protezzjoni ambjentali, mill-oħra.

Sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, li għandhom implikazzjonijiet kotrana u varjati, sforz konġunt se jagħmilha possibbli biex tiġi inkoraġġita t-tiftixa għal soluzzjonijiet tat-trasport urban ambizzjużi bil-għan li wieħed jasal għal sitwazzjoni fejn l-ibliet ikunu inqas imniġġsa u aktar aċċessibbli u fejn it-traffiku fihom jgħaddi b’mod aktar faċli

Billi naħdmu flimkien, irridu nfittxu modi kif niksbu mobilità urbana u suburbana, mobilità sostenibbli, u mobilità għall-abitanti kollha ta’ l-Ewropea, filwaqt li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jkollhom ir-rwol tagħhom fl-ibliet tagħna.

2. NIFFAċċJAW L-ISFIDA

Il-mobilità urbana għandha tagħmel possibbli l-iżvilupp ekonomiku ta’ l-ibliet , il-kwalità tal-ħajja ta’ l-abitanti tagħhom u l-ħarsien ta’ l-ambjent tagħhom. Għal dan il-għan, il-bliet Ewropej għandhom quddiemhom ħames sfidi li wieħed irid jiffaċċahom bħala parti minn approċċ integrat.

2.1. Lejn bliet ħfief

Il-kwistjoni:

Il-konġestjoni fl-ibliet hija waħda mill-problemi ewlenin identifikati waqt il-konsultazzjonijet. Għandha impatti ekonomiċi, soċjali, sanitarji u ambjentali negattivi u tiddegrada l-ambjent naturali u mibni. Spiss tinqala’ fit-toroq li jduru maż-żoni urbani u teffwttwa l-kapaċità tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T). Sistema fluwida tat-trasport kieku tippermetti li n-nies u l-merkanzija jaslu fil-ħin u jiġu limitati dawn l-effetti negattivi. Fuq livell lokali, huwa sfida ewlenija t-tnaqqis ta' l-impatti negattivi filwaqt li jiġi zgurat li ż-żoni urbani jkomplu sejrin tajjeb ekonomikament. Iridu jiġu rikonoxxuti l-isforzi ta' bliet li huma pijuniri fil-ġlieda kontra l-konġestjoni.

L-alternattivi:

L-esperjenzi mill-partijiet ikkonċernati juru li m’hemmx soluzzjoni waħdanija għat-tnaqqis tal-konġestjoni. Madankollu, alternattivi għall-użu tal-karozza privata, bħall-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport kollettiv jew l-użu tal-mutur jew l-iskuter, għandhom isiru aktar attraenti u sikuri. Iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jkollhom l-aħjar vjaġġ possibbli permezz ta’ konnessjonijiet effiċjenti bejn il-modi differenti tat-trasport. L-awtoritajiet għandhom jippromwovu l-komodalità u jerġgħu jallokaw spazju li jsir dipsonibbli wara l-mizuri tat-taffija tal-konġestjoni. Sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku li huma intelliġenti u jistgħu jiġu adattati wrew ukoll l-effiċjenza tagħhom fit-tnaqqis tal-konġestjoni.

Il-promozzjoni tal-mixi u ċ-ċikliżmu….

Sabiex il-mixi u ċ-ċikliżmu jsiru aktar attraenti u sikuri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiżguraw li dawn il-modi huma integrati għal kollox fl-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politiki għall-mobilità urbana. Trid tingħata aktar attenzjoni lill-iżvilupp ta’ infrastruttura xierqa. Hemm modi innovattivi ta’ kif jiġi żgurat l-involviment tal-familji, it-tfal u ż-żgħażagħ fl-iżvilupp tal-politika. Inizjattivi fl-ibliet, fil-kumpaniji u fl-iskejjel jistgħu jippromwovu ċ-ċikliżmu u l-mixi, per eżempju permezz ta’ logħob tat-traffiku, valutazzjoni tas-sigurtà tat-triq jew pakketti edukattivi. Il-partijiet ikkonċernati pproponew li bliet ikbar misshom jikkunsidraw jaħtru uffiċjal speċifikament għall-politika dwar il-mixi u ċ-ċikliżmu.

…L-aħjar użu tal-karozzi privati

Jistgħu jiġu promossi stili ta’ ħajja li jiddependu inqas fuq il-karozza bis-saħħa ta’ soluzzjonijiet ġodda bħall-vjaġġ kollettiv bil-karozza. Għandu jiġi inkoraġġit użu aktar sostenibbli tal-karozza privata, per eżempju permezz tal-qsim tal-vjaġġ, li jwassal għal toroq b'inqas karozzi li kull waħda minnhom tkun iġġorr aktar nies. Għażliet oħra jistgħu wkoll jinkludi l-“mobilità virtwali”: It-telexogħol, it-telexiri, eċċ.

Kif issuġġerit waqt il-konsultazzjoni, politika xierqa tal-parking hija wkoll meħtieġa sabiex jitnaqqas l-użu tal-karozzi fiċ-ċentru ta’ l-ibliet. Aktar spazji għall-parking jistgħu, fit-tul, jinkoraġġixxu aktar it-trasport bil-karozza, partikolarment jekk ikunu bla ħlas. Il-ħlasijiet għall-parking jistgħu jintużaw bħala strument eknomiku. Nollijiet differenzjati jistgħu jiġu kkunsidarti sabiex jirriflettu d-disponibblità limitata ta’ l-ispazju pubbliku u joħolqu inċentivi (eż. spazji tal-parking b’xejn mal-periferija u nollijiet għoljin fiċ-ċentru).

Faċilitajiet Park&Ride attraenti jistgħu jipprovdu inċentiv għat-tagħqid tat-trasport privat u kollettiv. Ħoloq bla xkiel għat-trasport effiċjenti u ta' kwalità għolja ppermettew, b'dan il-mod, li jinħelsu mit-traffiku żoni urbani interni permezz ta’ sistemi integrati tat-trasport, bħal f’Munich.

F’ċerti każi, tista' tkun meħtieġa infrastruttura ġdid, iżda l-ewwel pass ikun li jiġi esplorat kif l-infrastruttura eżistenti tista’ tintuża aħjar. Skemi ta’ nollijiet urbani, bħal f’Londra u Stokkolma, urew impatti pożittivi fuq il-fluwidità tat-trasport. Sistemi intelliġenti tat-trasport (ITS) jippermettu għal ippjanar ottimizzat tal-vjaġġ, ġestjoni aħjar tat-traffiku u ammistrazzjoni aħjar tad-domanda. Użu flessibbli u multiplu ta’ l-infrastruttura bħal f’Barċellona (korsiji flessibbli għall-karozzi tal-linja, żoni tal-ħatt/postijiet għall-parking flessibbli) jistgħu jwasslu għal tnaqqis tal-pressjoni fuq l-ispazju fit-triq.

Il-Ġestjoni tal-Mobilità tikkumplimenta l-miżuri tradizzjonali bbażti fuq l-infrastruttura billi tinfluwenza l-imġiba tal-vjaġġ qabel ma jibda u ċċaqlaq l-attenzjoni tan-nies lejn alternattivi ta’ trasport li jkunu aktar sostenibbli. Per eżempju, l-iżviluppaturi għandhom ikunu inkoraġġiti jħejju pjan ta’ mobilità speċifiku għas-sit bħala parti mill-proċedura biex jiksbu l-permess ta' l-ippjanar. Ġiet ukoll proposta mill-partijiet ikkonċernati l-idea ta’ “stima ta’ l-impatt fuq il-mobilità” għal żvilupp infrastrutturali fuq skala kbira.

U t-trasport tal-merkanzija…

Il-loġistika tal-merkanzija għandha dimensjoni urbana[7]. Fil-fehma tal-partijiet, kull politika tal-mobilità urbana trid tkopri t-trasport sew tal-passiġġeiri sew tal-merkanzija. Id-distribuzzjoni fiż-żoni urbani teħtieġ konnessjonijiet effiċjenti bejn it-trasport fuq distanzi twal u t-tqassim fuq distanzi oħra lejn id-destinazzjoni aħħarija. Vetturi iżgħar, effiċjenti u nodfa jistgħu jintużaw għad-distribuzzjoni lokali. Impatti negattivi fuq it-trasport tal-merkanizja fuq distanza twila li jgħaddi miż-żoni urbani għandu jitnaqqas permezz ta’ miżuri tekniċi u ta' ppjanar.

L-"eknomija tas-servizzi" twassal għal domanda ġdida għall-ispazju fit-toroq. Hemm evidenza li 40% tal-vetturi kollha għajr karozzi tal-passiġġieri huma marbuta mas-servizzi (vetturi għall-ġarr, servizzi tal-manutenzjoni, konsenji żgħar, eċċ.) Is-servizzi tal-kurjer sikwit jużaw muturi jew motorini. It-tqassim konsolidat fl-inħawi urbani b'regolamenti ta' l-aċċess huwa possibbli iżda jeħtieġ ippjanar effiċjenti tar-rotot sabiex jiġu evitati vjaġġi bla tagħbija jew sewqan u parking mhux meħtieġa. L-iżvilupp ta’ dawn is-soluzzjonijiet jeħtieġ l-involviment tal-partijiet kollha.

Id-distribuzzjoni urbana tal-merkanizja tista’ tiġi integrata aħjar fit-tfassil tal-politika lokali u fl-ambiti istituzzjonali. It-trasport pubbliku tal-passiġġiera s-soltu jiġi ssorveljat minn korp amministrattiv kompetenti filwaqt li t-trasport tad-distribuzzjoni tal-merkanzija s-soltu jkun f'idejn is-settur privat. L-awtoritajiet lokali jridu jqisu l-loġistika urbana kollha marbuta mat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija flimkien bħala sistema loġistika waħdanija.

2.2. Lejn bliet aktar ekoloġiċi

Il-kwistjoni:

Il-kwistjonijiet ambjentali ewlenin fl-ibliet huma relatati mal-predominanza taż-żejt bħala fjuwil tat-trasport, li jiġġenera s-CO2, l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u l-istorbju.

It-trasport huwa wieħed mil-aktar setturi diffiċli biex tamminstrahom f’termini ta’ emissjonijiet tas-CO2. Minkejja l-progress fit-teknolġija tal-karozzi, iż-żieda fit-traffiku u n-natura tas-sewqan b’waqfien spiss fiż-żoni urbani tfisser li l-ibliet huma għajn ewlenija u dejjem tikber ta’ emissjonijiet tas-CO2 li jikkontribwixxu għat-tibdil klimatiku. It-tibdil klimatiku qed jikkawża bidliet drammatiċi fl-ekosistema dinjija u hija meħtieġa azzjoni urġenti sabiex dawn l-impatti jinżammu fuq livell li wieħed jista’ jlaħħaq miegħu. Il-Kunsill Ewropew[8] iffisa mira li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE b’20% sa l-2020. Huma meħtieġa l-kontributi mis-sorsi kollha.

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri ġodda mibjugħa fl-UE naqsu bi 12.4% bejn l-1995 u l-2004, wara ftehim volontarju bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-industrija. Sabiex l-UE tilħaq l-għan tagħha ta’ 120 g sa l-2012, il-Kummissjoni, f’Komunikazzjoni ta’ Frar 2007[9], ħarġet bi strateġija komprensiva ġdida. Qafas leġiżlattiv għandu jiżgura 130 g CO2/km b’titjib fit-teknolġija tal-vetturi bil-magna, u tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km b’titjib teknoloġiku ieħor u b’użu akbar tal-bijofjuwils. L-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu mill-vetturi tnaqqsu b’suċċess ukoll permezz ta’ ssikkar gradwali ta’ l-istandards ta’ l-emissjonijiet EURO. Bħala riżultat tar-Regolament ta’ l-UE li , fuq bażi kontinwa, stipula limiti aktar baxxi għall-vetturi l-ġodda, intlaħaq tnaqqis kumplessiv ta’ 30-40% ta’ ossidu tan-nitroġenu u emissjonijiet partikulati mit-trasport fuq it-triq tul l-aħħar 15-il sena mill-adozzjoni ta’ l-ewwel standard EURO, dan kollu minkejja l-volumi dejjem jikbru tat-traffiku.

Madankollu, minkejja dan it-tijib, il-kundizzjonijet ambjentali għadhom mhumiex sodisfaċenti: l-awtoritajiet lokali qegħdin jiffaċċjaw problemi serji fl-ilħiq tar-rekwiżiti dwar il-kwalità ta’ l-arja, bħal-limiti tal-partikolati u l-ossidi tan-nitroġenu fl-arja ambjentali. Dawn għandhom impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika.

Miżuri għat-taffija ta’ l-istorbju ġew ukoll iffaċilitati minn direttiva Ewropea dwar l-immappjar ta' l-istorbju. Fuq il-bazi ta’ l-informazzjoni miġbura skond id-Direttiva dwar l-Istorbju (ħsejjes ambjentali)[10] , l-awtoritajiet lokali issa jistgħu jfasslu pjani għat-taffija ta’ l-istorbju u jimplimentaw miżuri konkreti. Il-pjani għat-taffija ta’ l-istorbju jistgħu jgawdu minn skambju ta’ informazzjoni fuq il-livell ta’ l-UE. Skond il-partijiet ikkonċernati, it-tnaqqis f’ras il-għajn ta' l-istorbju jista' jitnaqqas billi jiġu ssikkati l-istandards għall-emissjonijiet ta' l-istrobju mill-vetturi tat-triq u tal-ferrovija u mit-tajers. Sistemi ta’ trasport taħt l-art jistgħu wkoll jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ l-istorbju fl-ibliet.

L-estensjoni, ir-rijabiltazzjoni u t-titjib tekniku ta’ trasport pubbliku urban nadif bħat- trolley buses , it-tramms, il-metros u l-ferrovija suburbana kif ukoll proġetti oħra ta’ trasport urban sostenibbli għandhom ikomplu jiġu promossi u appoġġati mill-UE.

L-alternattivi:

Teknoloġiji ġodda...

Immexxija ‘l quddiem mill-industrija u bi tweġiba għal-limiti Ewropej ta’ l-emissjonijiet, it-teknoloġija konvenzjonali tal-magna ta’ kombustjoni qed issir aktar nadifa. Il-konverturi katalittiċi u l-filtri tal-partikulati se jwasslu għal titjib sinifikanti fit-tnaqqis ġejjieni ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu. Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku kofinanzjati mill-UE kellhom enfasi qawwija fuq it-teknoloġiji tal-vetturi nodfa u enerġetikament effiċjenti u l-fjuwils alternattivi, bħall-bijofjuwils, l-idroġenu u ċ-ċelluli tal-fjuwil[11] .

Ir-rendiment ambjentali tal-flotta eżistenti tal-vetturi jista' jitjieb aktar billi jiġu stipulati standards minimi ta’ rendiment armonizzati għall-operat tal-vetturi. Issikkar gradwali ta’ dawn l-istandards fuq il-medda taż-żmien jaf iwassal għal proċess kontinwu ta’ titjib tekniku jew tneħħija gradwali ta’ vetturi qodma li jniġġsu ħafna. Approċċ ġenerali bħal dan jista’ jgħin fiż-żieda fl-użu ta’ vetturi nodfa u enerġetikament effiċjenti fit-trasport urban u, għaż-żmien fit-tul, iżomm milli jkun hemm traqqigħa ta’ żoni ta’ emissjoni baxxa differenti.

Promozzjoni ulterjuri ta' introduzzjoni wiesgħa fis-suq ta' teknoolġiji ġodda tista' tintlaħaq permezz ta' strumenti ekonomiċi, bħal inċentivi għax-xiri u t-tħaddim, ta' vetturi nodfa u enerġetikament effiċjenti mill-awtoritajiet pubbliċi, u strumenti mhux ekonomiċi, bħal restrizzjonijiet għal min iniġġes ħafna u aċċess privileġġat għal vetturi b'emissjonijiet baxxi f'żoni sensittivi, dejjem sakemm ma jfixklux ir-regoli tas-suq intern.

Hemm opportunitajiet għall-promozzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-aħjar prassi fil-qasam tat-trasport urban nadif lil hinn mill-fruntieri ta’ l-Ewropa u sabiex wieħed jikkapitalizzata mill-għarfien u l-esperjenza miksuba f’inizjattivi ta’ l-UE bħaċ-CIVITAS[12] fejn ċerti proġetti jippermettu lil pajjiżi terzi jgawdu minn esperjenzi ta' bliet ta' l-Unjoni Ewropea b'approċċi integrati għall-mobilità urbana. L-Ewropa għandha interess strateġiku, minn perspettiva fit-tul ta' disponibbiltà enerġetika u prezz, li tikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku f'postijiet oħra li jkun ta' intensità enerġetika baxxa. Djalogu internazzjonali bħal dan jista’ wkoll jgħin fil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ esportazzjoni għall-industrija Ewropea.

…Sostnuti mill-appaltar ekoloġiku

Kif diġà previst mill-Kummissjoni[13] u propost mill-partijiet interessati waqt il-konsultazzjoni, l-introduzzjoni fis-suq ta' vetturi nodfa u enerġetikament effiċjenti tista' tiġi sostunta minn appalatar ekoloġiku.

Approċċ possibbli jista’ jkun li bħala kriterji ta’ l-għoti jiġu stabbiliti, minbarra l-prezz tal-vettura, l-internalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż għall-konsum ta’ l-enerġija, l-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ sustanzi li jniġġsu marbuta mal-medda ta’ ħajjet il-vetturi li jkunu se jinxtraw. L-inklużjoni ta’ l-ispejjeż ta’ ħajjet il-vettura fil-proċedura ta' l-appalt kieku jqajmu kuxjenza dwar l-ispejjeż operattivi. Dan jagħti vantaġġ kompetittiv lill-vetturi l-aktar nodfa u l-aktar enerġetikament effiċjenti u fl-istess ħin jimminimizza l-ispiża kumplessiva. Is-settur pubbliku jista’ għalhekk ikun ta’ eżempju ta’ "ekonomija sostenibbli”, li jista’ jkaxkar miegħu atturi oħrajn fis-suq. Barra minn hekk, l-appaltar pubbliku jista’ jagħti prefenza lil standards EURO ġodda. L-użu bikri ta’ vetturi aktar nodfa jista’ wkoll itejjeb il-kwalità ta’ l-arja fiż-żoni urbani. Il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta proposta riveduta skond dawn il-ħsibijiet qabel tmiem l-2007.

…U l-appaltar ekoloġiku konġunt

Xi awtoritajiet tejbu r-rendiment ambjentali tal-flotta eżistenti tagħhom tat-trasport pubbliku u tat-taksis billi xtraw vetturi aktar nodfa u offrew inċentivi ekonomiċi lill-operaturi privati. L-appoġġ finanzjarju pubbliku għall-infrastruttura ġdida għad-distribuzzjoni tal-fjwuils alternattivi kienet ukoll strumentali f’bosta bliet. L-appalti konġunti ta’ vetturi nodfa u enerġetikament effiċjenti mill-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jħaffu l-bini ta’ suq għat-teknoloġiji nodfa u jiżguraw il-vijabilità eknomika tagħhom. Il-Kummissjoni diġà qed tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ skemi ta’ appalatar ekoloġiku konġunt minn awtoritajiet pubbliċi madwar l-UE permezz ta’ proġetti pilota[14]. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dawn il-proġetti, il-Kummissjoni tista’ tipprevdi applikazzjoni usa’ ta’ dawn il-miżuri.

…U modi ta’ sewqan ġodda

L-ekosewqan, li jnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija permezz ta’ bidla fid-drawwiet tas-sewqan, għandu jiġi inkoraġġit, partikolarment minn skejjel tas-sewqan u permezz tat-taħriġ ta’ sewwieqa professjonisti. Sistemi elettroniċi ta’ appoġġ għas-sewwieq jistgħu jgħin fit-titjib ta’ l-imġiba tas-sewqan. Infrastruttura mtejba u sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku u karozzi aktar “intelliġenti” se jkollhom ukoll kontribuzzjoni importanti x’jagħtu.

U xi ngħidu dwar ir-restrizzjonijiet tat-traffiku?

F'xi każijiet, iddaħħlu restrizzjonijiet lokali fuq it-traffiku u ħlasijiet urbani. Dawn l-azzjonijiet huma ta' min ifaħħarhom għall-impatt li diġà ħallew. Iżda, xi partijiet jaħsbu li hemm ir-riskju li ż-żoni urbani jispiċċaw jinqasmu b'tali mod li jinħolqu "fruntieri" ġodda madwar l-Ewropa. Per ezempju, xi awtoritajiet jirrestrinġu l-aċċess għaċ-ċentri ta' l-ibliet skond l-istandards EURO, u oħrajn fuq bażi differenti.

Bosta partijiet interessati qed jitolbu għal gwida u żvilupp ta' regoli armonizzati għaż-Żoni Ħodor urbani (pedestrijanizzazzjoni, aċċess ritsrett, limiti ta' veloċità, nollijiet urbani, eċċ) fuq il-livell ta’ l-UE sabiex ikun jista’ jkun hemm użu mifrux ta’ dawn il-miżuri mingħajr ma jinħolqu ostakli sproporzjonati għall-mobilità taċ-ċittadini u l-oġġetti. Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni u l-interoperabilità ta' teknoloġiji simili se jnaqqsu l-ispejjeż. Kif issuġġerit minn xi wħud, tista' tiġi eżaminata aktar fil-fond, fuq il-livell ta' l-UE, il-kwistjoni ta' reġistru Ewropew tal-vetturi kollha u infurzar transkonfinali fl-ibliet.

2.3. Lejn trasport urban aktar intelliġenti

Il-kwistjoni:

L-ibliet Ewropej iridu jħabbtu wiċċhom ma' żieda kostanti fit-traffiku tal-merkanzija u l-passiġġieri. Iżda l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi meħtieġa biex jagħmlu tajjeb għal din iż-żieda għandu limiti kbar, marbuta man-nuqqas ta' spazju u ma' restrizzjonijiet ambjentali Fuq dan l-isfond, il-partijiet saħqu dwar il-fatt li l-applikazzjonijiet tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) bħalissa mhumiex sfruttati biżżejjed għall-ġestjoni effiċjenti tal-mobilità urbana, jew qegħdin jiġu żviluppati mingħajr l-attenzjoni dovuta għall-interoperabilità.

L-alternattivi:

L-ipproċeessar tad-dejta tat-traffiku u ta' l-ivjaġġar jista' jipprovdi informazzjoni, assistenza u kontroll dinamiku tat-trasport lill-vjaġġaturi, is-sewwieqa, l-operaturi tal-flotot u l-amministraturi tan-netwerks. Hemm diġà għadd ta' applikazzjonijiet disponibbli għat-toroq, il-ferroviji jew it-trasport fuq l-ilmijiet navigabbli. Fis-snin li ġejjin, dawn l-applikazzjonijiet se jiġu mtejba aktar permezz tas-sistema satellitari Galileo li se tippermetti pożizzjonar aktar preċiż.

Sistemi intelliġenti tan-noll

Hemm għarfien dejjem akbar tan-noll intelliġenti bħala metodu effettiv ta' ġestjoni tad-domanda. Fit-trasport kollettiv, l-użu ta’ l-ITS jiżgura ġestjoni aħjar ta’ l-operazzjonijiet u servizzi ġodda (ġestjoni tal-flotta, sistemi ta’ tagħrif għall-vjaġġatur, sistemi ta’ ħruġ ta’ biljetti, eċċ.) Sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tinqasam bejn dawn l-applikazzjonijiet, irid ikun hemm protokolli ta’ trasferiment ta’ l-informzzjoni. Il-partijiet saħqu li l-istandards iridu jkunu interoperabbli u miftuħa għall-innovazzjoni, li s-sistemi tal-ħlas intelliġenti misshom juża smart cards, interoperabbli bejn il-modi tat-trasport, bejn funzjonijiet varji (bħal ħlasijiet marbuta mat-trasport, servizzi mhux tat-trasport, parking, u skemi tal-lealtà tal-klijent), bejn żona u oħra u, għaż-żmien fit-tul, bejn il-pajjiżi. Possibbiltajiet għal tariffi differenzjati skond il-ħin jew il-grupp fil-mira (per eżempju, skond l-intensità f’ċerti ħinijiet) jistgħu jkun parti mis-sistema.

… Informazzjoni aħjar għal mobilità aħjar

Wieħed mill-fatturi kritiċi għas-suċċess tal-mobilità fin-netwerks urbani huwa, għall-vjaġġaturi, li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar il-mod, il-ħin u ż-żmien għall-vjaġġ. Dan jiddependi mid-disponibbiltà ta' informazzjoni dwar il-vjaġġ multimodali li faċli biex tużaha u li hija xierqa u interoperabbli u li tkun online sabiex wieħed ikun jista' jippjana vjaġġ.

Il-partijiet jindikaw l-ITS jippermetti ġestjoni dinamika ta' l-infrastruttura eżistenti. Kapaċitajiet addizzjonali ta' 20-30% jew aktar jistgħu jinkisbu permezz ta' użu aktar effettiv ta' l-ispazju tat-triq. Dan huwa partikolarment importanti billi ġeneralment ftit hemm skop li wieħed jipprovdi spazju żejjed għat-toroq fiż-żoni urbani. Il-ġestjoni attiva ta' l-infrastrutturi tat-trasport urban jistgħu jkollhom ukoll impatt pożittiv fuq is-sigurtà u l-ambjent. Qasam partikolari għall-ITS jista' jkun il-ġestjoni ta’ konnessjonijiet mingħajr xkiel bejn netwerks fis-sistema li tgħaqqad l-urban ma’ l-interurban.

L-effiċjenza tat-tqassim urban tal-merkanzija jista' wkoll jiżdied bl-għajnuna ta' l-ITS, partikolarment permezz ta' organizzazzjoni aħjar tal-ħin f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport, fatturi ta’ tagħbija ogħla u użu aktar effiċjenti tal-vetturi. Dan jeħtieġ sistemi integrati li jgħaqqdu l-ippjanar intelliġenti tar-rotta, sistemi ta’ assistenza għas-sewwiq, vetturi intelliġenti u interazzjoni ma’ l-infrastrutturi.

L-awtoritajiet lokali u l-privati jridu jkunu impenjati bis-sħiħ lejn l-implimentazzjoni u l-operazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet u s-servzzi mill-fażijiet bikrin ‘il quddiem. Il-partijiet ikkonċernati se jinkludu l-fornituri tat-teknoloġija, l-operaturi tat-trasport u ta’ l-infrastruutura, il-fornituri ta’ servizzi ta’ valur miżjud, servizzi ta’ mmappjar diġitali, aġenziji ta’ l-infurzar u utenti ta’ l-infrastruttura.

Il-partijiet ipproponew li l-Kummissjoni għandha tappoġġa tixtrid usa' ta' prassi tajba fil-qasam ta' l-ITS. B’mod partikolari, ġie propost it-twaqqif ta’ qafas għall-użu ta’ l-ITS fl-ibliet ta’ l-UE sabiex jiġu indirizzati l-interoperabilità u l-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni.

2.4. Lejn trasport urban aktar aċċessibbli

Il-kwistjoni:

L-aċċessibbiltà tikkonċerna l-ewwelnett lin-nies. Persuni b'mobilità mnaqqsa, persuni b'diżabilità, nies imdaħħla fiż-żmien, familji bi tfal żgħar jew it-tfal żgħar infushom: lil dawn kollha għandu jingħatalhom aċċess faċli għall-infrastrutturi tat-trasport urban.

L-aċċessibbiltà tirreferi wkoll għall-kwalità ta' l-aċċess li nies u n-negozju għandhom għas-sistema tal-mobilità urbana, li tikkonisti fl-infrastruttura fuq naħa, u servizzi operattivi fuq l-oħra.

L-infrastruttura urbana, inkluż toroq, mogħdijiet għar-roti eċċ., iżda wkoll trejns, karozzi tal-linji u spazji pubbliċi, stejġis tal-linji, terminals, eċċ, għandhom ikunu ta' kwalità għolja. Hemm ukoll il-ħtieġa ta' konnessjonijiet effiċjenti fil-belt, u li anki jgħaqqdu l-ibliet mar-reġjun tal-madwar, bejn in-netwerks urbani u interurbani, u man-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T). Huma ta' importanza partikolari konnessjonijiet tajbin ma' l-ajruporti, stazzjonijiet tal-ferrovija u portijiet, u għal terminals intermodali tal-merkanzija, li jgħaqqdu l-modi differenti tat-trasport u b'hekk jipprovdu livell għoli ta' konnettività.

Barra minn hekk, iċ-ċittadini jistennew li s-servizzi operattivi tat-trasport pubbliku jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' kwalità, effiċjenza u disponibbiltà. Sabiex ikun attraenti, it-trasport pubbliku mhux biss għandu jkun aċċessibbli, imma wkoll frekwenti, rapidu, affidabbli u komdu. L-esperjenza turi li ostaklu minnhom għat-tranżizzjoni modali mit-trasport privat għal dak pubbliku hija kemm-il darba il-kwalità baxxa tas-servizz u n-nuqqas ta' rapidità u ta' affidabbiltà tat-trasport pubbliku[15].

Skond il-partijiet, m’hemmx biżżejjed attenzjoni għall-komodalità u nuqqas ta' soluzzjoniiet ta' trasport kollettiv integrati, bħal sistemi suburbani tal-ferrovija, sistemi tramm-ferrovija, u faċilitajiet Park&Ride li jkun f’postijiet tajbin f’terminals tat-trasport kollettiv fil-periferiji ta’ l-ibliet. Il-loġistika tad-distrubuzzjoni tal-merkanzija spiss tkun teħtieġ ċentri jew terminals f’żoni suburbani.

L-alternattivi:

Trasport kollettiv li jilħaq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini…

Ir-reviżjoni intermedja tal- White Paper dwar it-Trasport saħqet dwar il-ħtieġa ta’ drittijiet bażiċi tal-passiġġiera fil-modi kollha tat-trasport, b’enfażi partikolari fuq passiġġieri b’mobilità mnaqqsa. Il-partijiet irrakkomandaw li l-Kummissjoni għandha l-idea ta’ Karta Ewropea dwar id-drittijiet u l-obbligi għall-passiġġieri li jużaw it-trasport kollettiv.

Il-partijiet saħqu li ċ-ċittadini jistennew li t-trasport kollettiv jilħaq il-ħtiġijiet tagħhom għall-mobilità bażika u jissodisfa l-bżonnijiet ta’ aċċessibbiltà tagħhom. Is-soċjetà qed tinbidel, qed tixjieħ, u qed tistenna soluzzjonijiet ta’ mobilità aktar intelliġenti. L-effiċjenza essenzjali; mingħajr ħinijiet ta’ l-ivjaġġar li mhumiex komparabbli ma’ tal-karozza, it-trasport kollettiv ma jistax isir kompetittiv.

Iċ-ċittadini jistennew ukoll soluzzjonijiet tat-trasport aktar flessibbli għall-mobilità sew tal-merkanizja u sew tal-passiġġeiri. F’bosta postijiet, il-kumpaniji tat-taksis ġa bdew jinvetsigaw swieq ġodda. Vetturi iżgħar jistgħu jintużaw għas-‘servizzi skond it-talba’.

L-aspetti soċjali tal-mobilità fl-ibliet jippreżentaw sfida. It-trasport urban irid ikun għal but kulħadd, anki għan-nies bi dħul baxx. Iċ-ċittadini b’mobilità mnaqqsa u ċ-ċittadini anzjani jistennew mobilità akbar u ta’ kwalità ogħla. Il-mobilità personali hija ċ-ċavetta għall-indipendenza.

…Nibnu fuq qafas ġuridku xieraq ta’ l-UE

Iż-Żewġ Direttivi dwar ix-Xiri b'Appalt Pubbliku[16] japplikaw bis-sħiħ għall-kuntratti tas-servizzi pubbliku bħat-trasport bix-xarabank jew bit-tramm. Barra minn hekk, ir-regolament il-ġdid dwar is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija[17] u bit-triq sejrin joffru trasparenza akbar u jgħinu lill-awtoritajiet u l-operaturi jtejbu l-kwalità u l-effiċjenza.

Ir-Regolament il-ġdid jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiddefnixxu l-obbigi tas-servizzi pubbliku sabiex jiggarantixxu servizzi ta' interess ġenerali fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-art. Jippermetti lill-awtoritajiet jimponu tariffi soċjali. Meta t-twettiq ta’ l-obbligi tas-servizzi pubbliku jinvolvu kumpens finanzjajrju u/jew l-għoti ta’ dritt esklussiv, ikun jeħtieġ li jiġi ffinalizzat kuntratt bejn l-awtorità u operatur magħżul wara proċedura ta' appalt.

Sew taħt id-Direttivi u r-Regolament il-ġdid, l-awtoritajiet kompetenti huma ħielsa li jwettqu s-servizzi huma stess jew iqabbduhom b'kuntratt li xi ħadd ieħor. Jistgħu jintroduċu kriterji ta’ l-għażla fir-rigward tal-kapaċità ta’ l-offerenti u kriterji ta’ l-għoti fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi.

… U permezz ta’ soluzzjonijiet innovattivi u ħiliet xierqa

Waħda mir-rakkomandazzjonijiet li ħarġet mill-konsultazzjoni kienet li l-Kummissjoni Ewropea għandha tippromwovi soluzzjonijiet orħos ta’ trasport kollettiv, bħat-tranżitu rapidu bil-karozzi tal-linja, bħala alternattiva għas-sistemi aktar għaljin tat-tramm u l-metro. It-tranżitu rapidu b’tal-linja joffri servizzi tat-trasport rapidi u frekwenti tul kurituri apposta, is-soltu bi stazzjonijiet li għandhom karatteristiċi bħal tal-metro. Jistgħu jiġu promossi prattiki tajbin innovattivi li ġa ġew żviluppati. Qasam speċifiku huwa l-użu ta’ taksis (nodfa) fil-katina tat-trasport kollettiv u għal servizzi skond il-bżonn, bl-għajnuna ta’ l-ITS. Waqt il-konsultazzjoni, tqajjem ukoll il-bżonn li tiġi żviluppata gwida dwar terminals intermodali għat-trasport kollettiv.

L-aċċessibbiltà tajba teħtieġ ukoll li l-ħwienet, il-kumpaniji u ż-żoni fejn iseħħu l-attivitajiet eknomiċi, inkluż terminals tal-merkanzija u portijiet, jkunu moqdija sew permezz tan-netwerks tat-trasport urban sabiex it-trasportaturi tal-merkanzija, il-fornituri tas-servizzi, il-ħaddiema u l-klijenti jkun jaslu hemm b'faċilità. Dan huwa partikolarment importanti meta jiġu implimentati żoni ta’ aċċess ristrett.

It-trasport urban għandu bżonn jiġbed u jżomm miegħu persunal ikkwalifikat sew. Programmi ta’ taħriġ, per eżempju għall-ekosewqan, kif issuġġerit waqt il-konsultazzjoni, jista’ jkabbar il-ħiliet tal-persunal tat-trasport kollettiv jew tat-trasport tal-merkanzija u jnaqqas it-tniġġis u l-emissjonijiet tas-CO2.

L-Ewropa hija destinazzjoni ewlenija għat-turiżmu fuq livell globali u ħafna turisti jżuru l-ibliet. It-turiżmu jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi. Skond il-partijiet, it-turisti huma grupp speċifiku ta’ utenti tat-trasport bil-ħtiġijiet tagħhom, sew f’termini ta’ daqs u ta’ xejriet, li jistgħu jitfgħu pressjonijiet speċifiċi fuq is-sistemi tat-trasport urban. Wieħed għandu jżomm dan f'moħħu meta jħares lejn l-aċċessibbiltà f'żona urbana, u anki l-aċċess minn barra għal dik iż-żona.

… Permezz ta’ korrdinazzjoni bbilanċjata ta’ l-użu ta’ l-art u approċċ integrat għall-mobilità urbana

Il-partijiet li l-aktar huma kkonċernati, u partikolarment ir-rappreżentanti ta’ l-ibliet li huma parti minn netwerks għat-tpartit ta' l-esperjenza, saħqu dwar il-problemi tal-konglomerazzjonijiet urbani li għandhom jħabbtu wiċċhom ma' l-isfidi ta' aċċessibbi’tà aħjar għaż-żoni kollha ta' qbid effettwati mill-iżvilupp metropolitan. Ix-xejriet li jxaqilbu lejn is-suburbanizzajoni u l-firxa urbana jwasslu għal użu ta' l-art li jkun ta' densità baxxa u jissegregega fuq livell ta' spazju. Ir-riżultat huwa t-tixrid tal-faċiltajiet tad-dar, ix-xogħol u d-divertiment u jwassal għal domanda akbar għat-trasport[18]. Id-densitajiet aktar baxxi fiż-żoni periferiċi jagħmlu diffiċli biex jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ trasport kollettiv li jkunu ta’ kwalità biżżejjed biex jiġbdu ammont sostanzjali ta’ utenti. Il-kura tas-saħħa għall-anzjani tista’ ssir aktar diffiċli biex tiġi organizzata jekk is-soluzzjonijiet tat-trasport ma jkunux tajbin (dan minbarra “l-iżolament soċjali”). Soluzzjonijiet apposta jistgħu jaqdu aħjar liż-żoni suburbani, bħat-trasport fuq talba jew servizzi tat-trasport li jgħaqqdu il-konnessjonijiet li s-soltu jkunu radjali u orjentati lejn iċ-ċentru tal-belt.

Skond il-partijiet, il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tista’ tgħin biex wieħed jaffronta l-isfidi tal-mobilità urbana. Barra min hekk, il-mobilità urbana tista’ tgwadi mill-integrazzjoni ta’ bosta setturi tal-politika, bħall-ippjanar urban, l-affarijiet ekonomiċi u soċjali, it-trasport, eċċ.

Pjanijiet ta’ mobilità li jintegraw il-konurbazzjonijiet metropolitani usa’, li jkopru sew it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija fil-belt u fir-reġjun tal-madwar, jiffurmaw ukoll bażi soda għall-ippjanar efiċjenti tal-mobilità urbana. Il-partijiet saħqu li l-istrutturi organizzattivi xierqa jridu jiġu stabbiliti sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet.

L-Istrateġija Tematika dwar l-ambjent urban[19] identifikat għadd ta’ problemi ambjentali li jistgħu jittejbu bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjan sostenibbli għat-trasport urban (SUTPs)[20]. Fl-Istrateġija tagħha, il-Kummissjoni Ewropa ntrabtet li tħejji gwida dwar kif jiġu ppreparati dawn l-SUTPs. Minħabba t-tnedija ta’ din il- Green Paper u d-diskussjonijiet mifruxa dwar it-trasport urban jidher xieraq illi tittieħed l-opportunità li tiġi indirizzata l-kwistjoni tas-segwitu għall-SUTPs bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni dwar il-mobilità urbana.

2.5. Lejn trasport urban aktar sikur

Il-kwistjoni:

Kull ċittadin ta’ l-UE għandu jkun jista’ jgħix u jiċċaqlaq fiż-żoni urbani b’sigurtà u sikurezza. Meta jkun miexi, fuq ir-rota, jew qed isuq karozza jew trakk, għandu jkun jista’ jagħmel dan bl-inqas riskju personali. Dan jeħtieġ disinn ta' infrastruttura tajjeb, l-aktar f'salib it-toroq. Iċ-ċittadini qegħdin dejjem isiru aktar konxji mill-fatt li jridu jaġixxu b'mod responabbli sabiex iħarsu 'l ħajjithom u 'l dik ta' l-oħrajn.

Fl-2005, inqatlu 41 600 persuna fuq it-toroq ta' l-UE[21]. Il-mira konġunta għadha ‘l bogħod minn dik ta' mhux aktar minn 25 000 mewt fis-sena sa l-2010[22] . Madwar żewġ terzi ta’ l-inċidenti u terz ta' l-imwiet fit-triq iseħħu f'żoni urbani u jeffettwaw l-aktar utenti tat-triq vulnerabbli. Ir-riskju li wieħed jinqatel f’inċident tat-triq huwa sitt darbiet ogħla għaċ-ċiklisti u n-nies mexjin milli għall-utenti tal-karozzi. Spiss, il-vittmi huma nisa, tfal u anzjani.

Il-perċezzjoni okkażjonali tal-passiġġeiri dwar sigurtà personali baxxa żżomm ċerti gruppi soċjali milli jivvjaġġaw, jew milli jużaw is-servizzi tat-trasport pubbliku. Dan jikkonċerna mhux biss il-vetturi, it-terminals u l-waqfiet tax-xarabank/ferrovija iżda wkoll il-mixja minn u sa dawn dawn il-postijiet. Ir-riżultat jista’ jkun użu mhux meħtieġ tal-karozza u jista’ jżomm lin-nies milli jgħixu ħajja attiva.

L-alternattivi:

Il-politika Ewropea dwar is-sigurtà fit-triq tkopri kwistjonijiet ta’ mġiba, vetturi u infrastruttura.

Imġiba aktar sikura...

Sabiex tittejjeb is-sigurtà fuq it-toroq, il-partijiet interessati pproponew li l-Kummissjoni tista’ tippromwovi aktar il-prassi t-tajba u tidħol fi djalogu aktar intensiv u strutturat mal-partijiet interessati lokali u reġjonali u ma’ l-Istati Membri, partikolarment dwar teknoloġiji ġodda –l-aktar l-ITS – sabiex tiżdied is-sigurtà.

Sabiex iċ-ċittadini jsiru aktar konxji mill-imġiba tat-traffiku tagħhom, huma ta’ prijorità għolja kampanji ta’ edukazzjoni informazzjoni. Jistgħu jiġu organizzati kampanji speċjali għas-sigurtà fuq it-toroq u inizjattivi speċjali għat-taħriġ taż-żgħażagħ, u waħda mill-jiem Ewropej li jmiss tas-sigurtà fuq it-toroq tista' tiffoka fuq iż-żoni urbani. Il-partijiet interessati ssuġġerew ukoll li tiġi inkoraġġita l-imġiba tajba fost iċ-ċiklisti, per eżempju billi jiġi promoss madwar l-Ewropa l-użu ta' l-elmu. Huwa essenzjali wkoll l-infurzar strett tar-regoli. Il-partijiet ikkonċernati ssuġġerew li l-UE tista’ tappoġġja attivitajiet għall-aċċess ta’ l-użu ġeneralizzat ta’ apparat għall-infurzar fl-ibliet.

... ... Infrastrutturi aktar sikuri

Fil-fehma tal-partijiet, it-titjib tal-perċezzjoni tas-sigurtà u s-sikurezza tiddependi minn numru ta' miżuri dwar l-ambjent urban. Infrastruttura ta’ kwalità għolja, inklużi bankini tajbin għal min jimxi u għaċ-ċiklisti, tista’ tagħmel differenza. It-titjib tal-viżibilità, per eżempju billi jkun hemm dawl aħjar, u aktar uffiċjali ta’ l-infurzar viżibbli fit-toroq jista’ jgħin fit-tkabbir tas-sensazzjoni tas-sigurtà. Is-soluzzjonijiet ITS jistgħu wkoll jagħtu kontribut sostanzjali billi jipprovdu informazzjoni rapida u xierqa u ġestjoni tat-traffiku bbażata fuq is-sigurtà Il-partijiet issuġġerew li l-UE tista’ wkoll tiddefinixxi rakkomandazzjonijeit għall-inkorporazzjoni ta' standards ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport urban fid-disinn ta’ l-infrastruttura urbana.

Kwistjoni speċifika hija s-sigurtà kontra t-terroriżmu fit-trasport urban. Il-Kummissjoni se teżamina komunikazzjoni dwar din it-tema flimkien mal- Green Paper dwar il-mobilità.

Vetturi aktar sikuri...

Il-vetturi aktar sikuri huma ta’ importanza partikolari f’żoni urbani fejn jaqsmu t-triq man-niex mexjin, ir-roti u t-trasport kollettiv. Teknoloġiji bħall-viżjoni fid-dlam, l-evitar tal-kolliżjoni, u t-twissja kontra l-irqad jistgħu jagħmlu differenza għas-sigurtà ta’ l-utenti kollha Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sigurtà-e [23] u dwar l-inizjattiva i2010 dwar il-karozza intelliġenti “ICT għal vetturi sikuri u intelliġenti”[24] jippreżentaw soluzzjonijiet ta’ siwi li jistgħu jiġu applikati għall-kuntest urban. It-trasport tal-passiġġieri jista' wkoll jinqeda b' "vetturi ta' l-ibliet", filwaqt li l-partijiet ikkonċernati ssuġġerrew li trakkijiet u karozzi goffi, bħall SUVs, ikollhom aċċess ristrett biss.

3. IL-ħOLQIEN TA’ KULTURA ġDIDA TAL-MOBILITÀ

3.1 . It-titjib ta’ l-għarfien...

Ħareġ ċar waqt il-konsultazzjonijiet li sabiex tinħoloq kultura ġdida tal-mobilità urbana fl-Ewropea, hemm bżonn li jinħolqu s-sħubijiet. Metodi u għodod ġodda ta’ ppjanar jista’ jkollhom ukoll rwol ewlieni f’din il-kultura ġdida ta’ mobilità urbana. L-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tqajjim ta’ kuxjenza għandhom rwol importanti.

Il-kompetenzi tal-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tal-mobilità urbana jridu jissaħħu. Skond il-partijiet ikkonċernati, l-UE għandu jkollha rwol akbar hawnhekk permezz ta’ l-iffaċilitar tat-taħriġ tal-persunal u azzjonijiet ta’ skambju b’mod sistematiku.

Il-mobilità urbana hija kwistjoni li ġà kellha rwol fl-inizjattivi ta’ netwerkjar mnedija bħala parti mill-politika reġjonali ta’ l-UE, bħall-URBACT u u l-Inzjattivi għall-Bidla Eknomika tar-Reġjuni.[25]. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li ssaħħaħ u tappoġġa aktar in-netwerks ġodda marbuta mal-mobilità urbana fi ħdan dawn l-inizjattivi.

Kif issuġġerit waqt il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ attivament tispjega u tippromwovi xogħolha fil-qasam tal-politika dwar il-mobilità urbana. Il-Kummissjoni tista’ torganizza kampanja Ewropea ta' kuxjenza pubblika dwar l-attivitajiet tagħha fir-rigward tal-mobilità urbana sostenibbli, flimkien mal-partijiet interessati diġà attivi fil-qasam. Dan jista’ jinkludi kampanji ffukati ta’ informazzjoni u tqajjim ta’ kuxjenza li jinfluwenzaw l-imġiba fil-mobilità ta’ gruppi fil-mira speċifiċi. Proposta oħra hija għall-iżvilupp ta' konferenza Ewropea annwali dwar "soluzzjonijiet avvanzati għat-trasport urban”. Din tista’ titmexxa mill-Forum CIVITAS.

3.2. …u l-ġbir tad-dejta

L-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni u l-ġbir ta’ l-informazzjoni li sar qabel urew li hemm lakuni kbar fl-istatistika dwar il-mobilità urbana fuq il-livell ta’ l-UE u li, minkejja xi inzjattivi li żviluppaw fi ħdan il-politika reġjonali ta' l-UE, hemm nuqqas ta' definizzjonijiet komuni. Dawn il-lakuni għandhom jiġu indirizzati sabiex jipprovdu t-tagħrif neċessarju lil min jieħu d-deċiżjonijiet u lill-operaturi fil-livelli kollha.

Il-partijiet issuġġerew li l-Kummissjoni Ewropea jista’ jkollha rwol f’dan il-qasam billi twaqqaf osservatorju, ibbażat fuq l-esperjenza ġenerali tagħha fil-ġbir, l-armonizzazzjoni u l-esplojtazzjoni ta’ l-istatistika fuq livell Ewropew. Dan l-osservatorju jista’ jgħin biex lil min ifassal il-politika u lill-pubbliku ġenerali jipprovdihom bit-tagħrif meħtieġ iżda wkoll itejjeb l-għarfien dwar il-mobilità urbana u jservi bħala provveditur ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prassi.

4. IR-RIżORSI FINANZJARJI

Finanzjament sostanzjali varju huwa meħtieġ sabiex isir investiment fl-infrastruttura u fl-interskambji tal-passiġġieri, iż-żamma u t-tħaddim tan-netwerks, it-tiġdid tal-flotot u l-manutenzjoni tagħhom, u kampanji ta' kuxjenza pubblika u komunikazzjoni. Fil-biċċa l-kbira, ir-responsabbiltà għal dan l-investiment taqa’ fuq l-awtoritajiet lokali kkonċernati.

Skond studju reċenti[26], ‘il fuq minn 40% tal-flotta urbana tat-tramm u l-ferrovija ħafifa fl-UE-15 u 67% tal-flotta l-ġdida fl-Istati l-Membri l-ġodda għandha ‘l fuq minn 20 sena u missha tinbidel sa qabel l-2020.

L-iffinanzjar b’suċċess tal-proġetti tat-trasport urban jeħtieġu taħlita ta’ strumenti baġitarji, regolatorji u finanzjarji, inkluż taxxi lokali speċifiċi. Għal dan, wieħed irid iħares fit-tul.

Għodod ta’ finanzjar għall-ibliet....

Iridu jikkontribwixxu l-partijiet kollha fuq il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u ta’ l-UE. L-utenti għandhom ukoll jikkontribwixxu u jħallsu prezz ġust għas-servizzi ta’ trasport kollettiv. Ir-rieda li jħallsu qiegħda hemm, jekk is-servizz ikun ta' kwalità għolja. Il-finanzjament privat, li s-soltu jkun fil-forma ta’ sħubijiet pubbliċi privati, jista’ jkollu rwol iżda jeħtieġ oqfsa legal stabbli. In-nollijiet għall-parking u għall-utenti tat-toroq urbani jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tat-trasport urban, partikolarment billi flus li jiddaħħlu jiġu allokati għall-iffinanzjar tal-miżuri għat-trasport urban. L-iskema ta’ nollijiet għall-konġestjoni f’Londra ħalliet tagħlimiet siewja għat-titjib tas-servizzi tal-karozzi tal-linja.

Il-partijiet ipproponew li l-UE tista’ tikkunsidra li tkabbar l-ambitu tad-“Direttiva ta’ l-Eurovignette" billi tintroduċi dimensjoni urbana, sabiex in-nollijiet għat-toroq ikunu jistgħu japplikaw għat-tipi kollha ta’ vetturi u infrastrutturi. Dan jista’ wkoll jintrabat ma' l-iżvilupp ta' metodoloġija armonizzata, sa nofs l-2008, sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż esterni fit-trasport.

Skond il-partijiet, jistgħu jkomplu jiġu mistħarrġa mekkaniżmi msejsa fuq is-suq bħall-użu possibbli ta’ l-Iskema għall-Iskambju ta’ l-Emissjonijiet (ETS), permezz ta’ l-għoti ta’ drittijiet ta’ emissjoni jew krediti ekwivalenti għall-awtoritajiet li jinvestu f'infrastruttura iġded u aktar nadifa. Madankollu, l-impatti negattivi fuq il-funzjonament u l-effetività ambjentali tas-sistema jridu jiġu evitati.

Fil-politika tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni marbuta tqis il-benefiċċji ambjentali ta’ l-investiment fit-trasport nadif u l-bżonn li jkun hemm ċaqliqa lejn mezzi tat-trasport li jniġġsu inqas. Bħala eżempju, l-abozz tal-linji gwida għall-ħarsien ambjentali[27] jippermetti eċċezzjonijiet speċifiċi, fil-każ ta' għajnuna għall-akkwist ta' vetturi ġodda tat-trasport sabiex titħaffef l-adozzjoni ta' l-istandards Komunitarji qabel ma jsiru obbligatorji. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija[28] jagħżel espliċitament bħala eliġibbli investimenti ta’ attivi f’mezzi tat-trasport u tagħmir tat-trasport għajr trasport tal-merkanizja bit-triq u trasport bl-ajru. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni bħliassa qed tikkunsidra li toħroġ linji gwida dwar l-għanjuna mill-Istat fis-settur tal-ferrovija, biex jitjiebu t-trasparenza u ċ-ċertezza legali f’attività ekonomika li qed tiftaħ għall-kompetizzjoni bil-mod il-mod, u li hija kruċjali għall-iżgurar tal-mobilità sostenibbli fl-Ewropa. Waħda mill-kwistjonijiet li Kummissjoni se jkollha tqis hija l-ħtieġa li jinbidlu mill-aktar fis vetturi ferrovjarji f'ġieħ l-affidabbiltà, is-sigurtà u l-interoperabilità mtejba. F’ċerti żoni ġeografiċi ta’ l-Ewropa, dan il-bżonn huwa partikolarment qawwi, u jidher għalhekk li l-għajnuna reġjonali hija strument xieraq biex tiġi inidrizat din l-isfida.

…L-appoġġ finanzjarju Ewropew għandu ħafna aspetti

Fuq il-livell ta’ l-UE hemm bosta għejun ta’ ffinanzjar disponibbli, per eżempju l-Fondi Strutturali, il-Fondi ta’ Koeżjoni u self mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. Bħal fl-imgħoddi, il-Politika ta’ Koeżjoni ta’ l-UE se tibqa’ għajn importanti ta’ fondi fir-reġjuni eliġibbli waqt il-perjodu 2007-2013. Fil-perjodu preċedenti ta’ l-2000-2006, il-finanzjament tal-proġetti ta’ trasport mill-Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) kienet ta’ madwar € 35 biljun, li minnhom ftit aktar minn € 2 biljun marru għat-trasport urban. Skond id-dokumenti ta’ programmazzjoni l-ERDF u l-Fond ta’ Koeżjoni se jikkontribwixxu għal kważi € 8 biljun għat-trasport urban waqt il-perjodu 2007-2013. € 9.5 biljun oħra twarrbu għal proġetti integrati għar-riġenerazzjoni urbani u rurali li jista' jkun fihom investimenti relatati mat-trasport.

L-istrumenti ta’ koeżjoni fil-perjodu kurrenti 2007-2012 jipprovdu bażi usa’ u aktar solida għall-kofinanzjament tat-trasport urban u tat-trasport kollettiv madwar l-Ewropa[29]. Ir-regolamenti ta’ l-ERDF u l-Fond ta’ Koeżjoni jagħmlu referenza espliċita għat-trasport urban u t-trasport pubbliku nodfa iżda wkoll, għall-ewwel darba, għal strateġiji integrati għal trasport nadif. L-awtoritajiet, partikolarment l-Istati Membri l-ġodda, għandhom jieħdu vantaġġ minn dawn l-opportunitajiet biex jaġġornaw is-sistemi tat-trasport urban tagħhom.

Bosta mill-Oqfsa ta’ Referenza Starteġiċi Nazzjonali mressqa mill-Istati Membri jinkludu t-trasport urban sostenibbli bħala qasam għall-azzjoni. Il-kofinanzjament ta’ l-UE mill-istrumenti ta’ koeżjoni huwa possibbli għall-investimenti fl-infrastruttura (eż. ferroviji u terminals) u vetturi ferrovjarji nodfa bħal buses , trolley buses , tramms metros u ferrovija suburbana. L-istess japplika għal miżuri bħar-retrofitting u l-aġġornament jew komponenti oħra li jiffurmaw parti minn sistema tat-tarsport urban integrata u komda għall-utent (ITS, informazzjoni għall-passiġġiera, ħruġ ta’ biljetti integrat, ġestjoni ta’ traffiku, eċċ). L-ERDF jista’ wkoll jiffinanzja stallazzjonijiet marbuta ma’ proġetti tat-trasport urban ambjentalment sostenibbli u jipprovdi appoġġ għal ċerti gruppi fil-mira tal-popolazzjoni (anzjani, niex b’diżabilità) biex jaċċessaw is-servizzi tat-trasport pubbliku. Jiffinanzja dejjem aktar proġetti marbuta ma’ sistemi ta’ trasport intelliġenti.

Fil-medja, kull sena l-Bank Ewropew għall-Investiment [30] jislef madwar € 2.5 biljun għall-proġetti ta’ trasport urban. Il-proġetti jinkludu l-kostruzzjoni, l-estensjoni jew ir-rijabilitazzjoni ta’ infrastrutturi kollettivi tat-trasport jew ix-xiri ta’ vetturi ferrovjarji f’agglomerazzjonijiet ewlenin u fi bliet ta’ daqs mezzan madwar l-Ewropa. Minbarra l-operazzjonijiet normali tas-self, il-BEI ingħaqad mal-Kummissjoni u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp biex jiżviluppa strumenti finanzjarji jew inizjattivi ġodda.

Is-Seba’ Programm Kwadru għall-iżvilupp u r-riċerka teknoloġika (FP7) jippromwovi r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni għall-mobilità urbana, l-aspetti ta’ l-enerġija tat-trasport u l-mobilità sostenibbli għaċ-ċittadini kollha.

L-FP7 jinkludi taħt it-tema “trasport” qasam ta’ attività dwar “L-iżgurar tal-mobilità urbana sostenibbli”. Ikopri r-riċerka teknika, id-dimostrazzjoni u l-appoġġ politiku fil-qasam ta' kunċetti ġodda ta' trasport u mobilità, skemi innovattivi ta' ġestjoni tad-domanda, trasport pubbliku ta' kwalità għolja u strateġiji innovattivi għal trasport urban nadif. Azzjonijiet oħrajn se jiffukaw fuq l-iżvilupp u l-użu ta’ kunċetti intelliġenti ta’ trasport u mobilità li jkunu innovattivi għall-aħħar u ma jniġġsux. L-FP7, taħt it-tema “ICT”, qiegħed ukoll jiffinanzja attivitajiet marbuta mal-mobilità u s-servizzi. Ir-riċerka fl-infrastruttura tat-toroq u l-vetturi intelliġenti u nodfa hija indirizzata indipendentament mill-kuntest ġeografiku imma r-riżultati jistgħu jiġu applikati b'mod siewi għall-qafas urban.

CIVITAS huwa programm tal-Kummissjoni ta’ dimostrazzjoni u riċerka għal trasport urban nadif. L-Inzjattiva CIVITAS tgħin l-ibliet jittetstjaw u jiddimostraw pakketti integrati ta’ miżuri kemm politiċi kif ukoll teknoloġiċi li għandhom l-għan li jilħqu sistema tat-trasport urban aktar sostenibbli, nadifa u enerġetikament effiċjenti. S’issa, CIVITAS ikkofinanzjat azzjonijiet f'36 belt b’€100 miljun f’fondi ta’ l-UE. VICITAS-PLUS diġà tniedet taħt l-FP7.

Il-partijiet saħqu dwar l-importanza li tkompli l-Inizjattiva CIVITAS. L-approċċ “CIVITAS” jista’ jwitti t-triq għal programm apposta ta’ appoġġ ta’ l-UE għall-iffinanzjar ta’ attivitajiet ta’ trasport urban nadif barra l-qafas ta’ riċerka, kif issuġġerit mill-partijiet ikkonċernati. Dan il-programm jista' jikkonċentra fuq azzjonijiet fuq skala ikbar, billi jagħfas fuq l-integrazzjoni ta' azzjonijiet innovattivi fl-ibliet u l-periferija tagħhom. Ideat għal programm bħal dan jistgħu jitqiesu darba l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobilità urbana jkun ġie adottat.

Il-Programn Enerġija Intelliġenti Ewropa (IEE), iffinanzjat taħt il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)[31], jinkludi s-subprogrammi ALTENER u STEER, li jappoġġaw inizjattivi marbuta pereżempju ma’ għejun ġodda u li jiġġeddu, il-promozzjoni ta’ fjwuils alternattivi u l-promozzjoni ta’ l-effeiċjenza enerġetika fit-trasport.

5. KONSULTAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni tixtieq tkompli tinkorpora l-fehmiet tal-partijiet interessati fix-xogħol tal-ġejjieni tagħha. Wara l-pubblikazzjoni ta’ din il- Green Paper , il-Kummissjoni se tniedi eżerċizzju intensiv ta’ konsultazzjoni li se jdum sal-15 ta’ Marzu 2008. Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għall-viżjoni ta’ politika Ewropea għall-mobilità urbana u jwieġbu għall-25 mistoqsija tad-dokument u anki għall-kwistjonijiet ġenerali li tindirizza. Sakemm ma jkunx mitlub espliċitament, il-fehmiet tagħhom jistgħu jinħarġu pubblikament.

Fehmiet, kummenti u suġġerimenti jistgħu jitressqu:

- bl-email lil

tren-urbantransport@ec.europa.eu

- billi tikteb lil:

European Commission

Directorate General for Energy and Transport

Clean Transport and Urban Transport Unit

(DM28 02/64)

200, rue de la Loi

B - 1049 Brussels

Aktar tagħrif jinsab fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea fuq

http://ec.europa.eu/transport/clean/index_en.htm.

Huwa importanti li din il- Green Paper twassal malajr għal azzjoni konkreta Il-Kummissjoni temmen li, wara l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni, irid jitfassal Pjan ta’ Azzjoni konkret. Dan se jiġi ppubblikat kmieni fil-Ħarifa ta’ l-2008. Il-pjan se jinkludi azzjonijiet possibbli fuq il-livelli ta’ l-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali u fuq il-livell ta’ l-industrija u taċ-ċittadini. Sejjer jidentifika bir-reqqa l-istrumenti xierqa għal kull azzjoni.

[1] ta’ aktar minn 10 000 ruħ (sors Eurostat)

[2] KUMM(2006) 314.

[3] Dokument ta' ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni: Public consultation in preparation for the Green Paper on urban mobility - SEG(2007) 1209 – 25.9.2007.

[4] CESE 615/2007

[5] It-trasport kollettiv huwa usa' mit-trasport pubbliku u jinkludi ez. taksis jew trasport fuq talba.

[6] KUMM(1995) 601, KUMM(1998) 431.

[7] Din id-dimensjoni se tiġi wkoll elaborata fil-“Pjan ta’ Azzjoni għal-Loġistika” li qed jitħejja bħalissa.

[8] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 u t-9 ta’ Marzu 2007. imqabbla mal-livell ta’ l-1990.

[9] KUMM(2007) 19.

[10] Id-Direttiva 2002/49/KE.

[11] Ara, per eżempju: KUMM(2007) 541 - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni- Lejn Mobilità aktar Sikura, aktar Nadifa u aktar Effiċjenti madwar l-Ewropa: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti tas-17.9.2007.

[12] Websajt taċ-CIVITAS: www.civitas-initiative.eu

[13] Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni ta’ vetturi tat-trasport bit-triq nodfa KUMM(2005) 634.

[14] Programm STEER http://europa.eu.int/comm/energy/intellinget/index_en.html

[15] Skond studji dwar servizzi ta' interess ġenerali, it-trasport urban huwa s-servizz ta' interess ġenerali li l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea huma l-inqas sodisfatti bih. 13 % tal-konsumaturi fl-UE-25 għandhom aċċess diffiċli għat-trasport pubbliku filwaqt li 4% m'għandhom l-ebda aċċess. http.//ec.europa.eu/consumers/cons_int/serv_gen/cons_satisf/index_en.htlm

[16] Id-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE tal-31 ta’ Marzu 2004

[17] Ir-Regolamentr dwar is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassru r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) 1191/69 u 1107/70 (fajl interistituzzjonali 2000/0212 (COD)).

[18] Ir-Rapport mill-Aġenzija Ambjenatali Ewropea "Urban sprawl in Europe - The ignored challenge", 2006.

[19] KUMM(2005) 718.

[20] Ara: http://ec.europa.eu/environment/urban/urban_transport.htm

[21] CARE: Community database on road accidents ( database tal-Komunità dwar l-inċidenti tat-triq).

[22] KUMM(2001) 370.

[23] KUMM(2003) 542.

[24] KUMM(2006) 59.

[25] Ara: http://ec.europa.eu/regional_policy/index_en.htm

[26] Light rail and metro systems in Europe, ERRAC, 2004.

[27] Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/reform/guidelines_environment_mt.pdf

[28] Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ta’ Eżenżjoni ta’ Kategorija ġdid, adottata fl-24 ta’ April 2007, SEG(2007) 513.

[29] Ara: http://ec.europa.eu/regional_policy/index_en.htm

[30] Ara: www.eib.org

[31] Id-Direttiva 1639/2006/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006, ĠU L 310/15/KE tad-9.11.2006.

1. Għandhiex tiġi prevista skema ta’ “tikkettar” sabiex jingħarfu l-effetti ta’ bliet pijunieri fil-ġlieda kontra l-konġestjoni u fit-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ l-għixien?

2. Liema miżuri għandhom jittieħdu biex jiġu promossi l-mixi u ċikliżmu bħala alternattivi reali għall-karozza?

3. X’jista’ jsir biex tiġi promossa bidla modali lejn modi ta’ trasport sostenibbli fl-ibliet?

Liema jista’ jkun ir-rwol potenzjali ta’ l-EU?

4. Kif jista’ jikber aktar l-użu ta’ teknoloġiji nodfa u effiċjenti fit-trasport urban?

5. Kif jista’ jiġi promoss l-appaltar ekoloġiku konġunt?

6. Għandu jkun hemm kriterji jew gwida għad-definizzjoni taż-Zoni Ħodor u l-miżuri ta’ restrizzjoni tagħhom? Liema huwa l-aħjar mod biex wieħed jiżgura l-kompatibilità maċ-ċirkolazzjoni ħielsa? Teżisti kwistjoni ta’ infurzar transkonfnali tar-regoli lokali li jiggevernaw iż-Żoni Ħodor?

7. Kif jista’ jiġi promoss aktar l-ekosewqan?

Liema jista’ jkun ir-rwol potenzjali ta’ l-EU?

8. Għandhom jiġu żviluppati u promossi servizzi ta’ informazzjoni aħjar għall-vjaġġaturi?

9. Huma meħtieġa azzjonijiet ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-istandardizzazzjoni ta’ l- interfaces u l-interoperabilità ta’ l-applikazzjonijiet ITS fl-ibliet? Liema applikazzjonijiet għandhom jieħdu l-prijorità meta tittieħed l-azzjoni?

10. Fir-rigward ta’ l-ITS, kif jista’ jittejjeb l-iskambju ta’ l-informazzjoni u l-aħjar prassi bejn il-partijiet kollha involuti?

Liema jista’ jkun ir-rwol potenzjali ta’ l-EU?

11. Kif tista’ tittejjeb il-kwalità tat-trasport kollettiv fl-ibliet Ewropej?

12. Għandu jiġi inkoraġġit l-iżvilupp ta’ korsiji apposta għat-trasport kollettiv?

13. Hemm bżonn li tiġi introdotta Karta Ewropea dwar id-drittijiet u l-obbligi għall-passiġġieri li jużaw it-trasport kollettiv?

14. Liema miżuri jistgħu jittieħdu biex ikunu integrati aħjar it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija fir-riċerka u fl-ippjanar tal-mobilità urbana?

15. Kif tista’ tintlaħaq koordinazzjoni aħjar bejn it-trasport urban u interurban u l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art? Liema tip ta’ struttura organizzativa tkun l-aħjar?

Liema jista’ jkun ir-rwol potenzjali ta’ l-EU?

16. LIEMA AZZJONIJIET OħRA GħANDHOM JITTIEħDU BIEX JGħINU LIL-IBLIET JAFFRONTAW L-ISFIDI TAGħHOM TAS-SIGURTÀ TAT-TRIQ U PERSONALI FIT-TRASPORT URBAN?

17. Kif jistgħu l-operaturi u ċ-ċittadini jkunu infurmati aħjar dwar il-potenzjal tal-ġestjoni avvanzata ta’ l-infrastruttura u t-teknoloġiji tal-vetturi għas-sigurtà?

18. Għandhom jiġu żviluppati mezzi awtomatiċi tar-radar adattati għall-ambjent urban u għandu jiġi promoss l-użu tagħhom?

19. Is-sorveljanza bil-vidjow hija għodda tajba għas-sigurtà u s-sikurezza fit-trasport urban?

Liema jista’ jkun ir-rwol potenzjali ta’ l-EU?

20. GħANDHOM JAħDMU LKOLL FLIMIKIEN IL-PARTIJIET INTERESSATI LEJN L-IżVILUPP TA’ KULTURA ġDIA TAL-MOBILITÀ FL-EWROPA? Skond il-mudell ta’ l-Osservatorju Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq, Osservatorju Ewropew tal-Mobilità Urbana jista’ jkun inzijattiva siewja sabiex tiġi sostnuta din il-kooperazzjoni?

21. KIF JISTGħU L-ISTRUMENTI FINANZJARJI EżISTENTI BħALL-FONDI STRUTTURALI U TA’ KOEżJONI JINTUżAW AħJAR B’MOD KOERENTI BIEX ISOSTNU T-TRASPORT URBAN INTEGRAT U SOSTENIBBLI?

22. Kif jistgħu l-istrumenti eknomiċi, partikolarment l-istrumenti bbażati fuq is-suq, isostnu trasport urban nadif u enerġetikament effiċjenti?

23. Kif jistgħu attivitajiet ta’ riċerka mmirati jgħinu aktar fl-integrazzjoni tal-limitazzjonijiet urbani u l-iżvilupp tat-traffiku urban?

24. L-ibliet għandhom jiġu inkoraġġiti jużaw in-nollijiet urbani? Hemm bżonn ta’ qafas ġenerali u/jew gwida għan-nollijiet urbani? Id-dħul għandu jiġi dirett lejn it-tijib tat-trasport urban kollettiv? Gaħndhom jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni?

25. Liema valur miżjud jista’, għaż-żmien fit-tul, iġib l-appoġġ Ewropew immirat għall-finanzjament ta’ trasport urban nadif u enerġetikament effiċjenti?

Liema jista’ jkun ir-rwol potenzjali ta’ l-EU?