52007DC0394

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ambjent ta' negozju simplifikat għall-kumpaniji fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika /* KUMM/2007/0394 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.7.2007

KUMM(2007) 394 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar ambjent ta' negozju simplifikat għall-kumpaniji fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar ambjent ta' negozju simplifikat għall-kumpaniji fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika

Il-Kunsill Ewropew tat-8/9 ta' Marzu 2007 enfasizza li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi huwa importanti għat-tisħiħ ta' l-ekonomija ta' l-Ewropa, l-aktar minħabba l-benefiċċji potenzjali li dan iġib għall-SMEs. Saħaq ukoll li sforz konġunt qawwi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri huwa meħtieġ biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fi ħdan l-UE [1].

Il-Kummissjoni ddeskriviet it-tiq li għandha tittieħed għall-kisba ta' dan billi fl-14 ta' Novembru 2006 adottat programm aġġornat ta' simplifikazzjoni[2] u l-elementi ewlenin għall-kejl ta' l-ispejjeż amministrattivi u t-tnaqqis tal-piżijiet ammistrattivi[3] . Dawn id-dokumenti ġew ikkumplimentati minn Programm ta' Azzjoni adottat fl-24 ta' Jannar 2007[4]. Iż-żewġ programmi enfasizzaw il-bżonn li jiġu ġġenerati benefiċċji ekonomiċi tanġibbli. Il-liġi Ewropea tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika ġew identifikati bħala oqsma ta' prijorità fi ħdan din l-inzjattiva. L-ewwel analiżi mwettqa f'għadd ta' Stati Membri wriet li l-ispejjeż amministrattivi li jikkaġunaw ir-regoli ta' l-UE f'dawn l-oqsma huma partikolarment għolja[5]. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni bdiet tkejjel il-piżijiet amministrattivi fil-liġi tal-kumpaniji u l-kontabilità madwar l-Unjoni Ewropea, kif imħabbar f'Novembru 2006[6] [7]. F'dawn l-oqsma hija indispensabbli reviżjoni wiesgħa ta' l-acquis ta' l-UE sabiex in-negozji Ewropej ikunu jistgħu jikkompetu b'mod aktar effettiv u jkun aktar ta' suċċess f'ambjent globali kompetittiv għall-aħħar.

L-eżerċizzju se jikkontribwixxi għar-reviżjoni li għaddejja tas-suq uniku li nbdiet mill-Kummissjoni bħala parti mill-aġenda taċ-ċittadini f' Mejju 2006[8]. B'mod partikolari, se jkun ta' sostenn għall-ħidma lejn Ewropa regolata tajjeb, li tinvolvi valutazzjoni kritika dwar kif liġijiet eżistenti jistgħu jittejbu u piżijiet amministrattivi jitnaqqsu.

1. GħALIEX TRID TIġI SSIMPLIFIKATA L-LIġI DWAR IL-KUMPANIJI?

Bħala elementi ċentrali sabiex jintlaħaq is-suq komuni, il-liġi dwar il-kumpaniiji u l-kontabilità saru fost l-ewwel oqsma ta' leġiżlazzjoni li ġew armonizzati fuq livell Ewropew. Il-qasam tal-verika segwa ftit wara (bl-ewwel verżjoni tat-Tmien Direttiva dwar il-verifika statutorja li ilha mill-ewwel snin Tmenin)[9]. Minn dak iż-żmien, id-direttivi rilevanti u r-regolamenti ġew aġġornati bosta drabi sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi ġodda[10]. Xi reviżjonijiet minn dawn huma reċenti u għad iridu ż-żmien qabel l-effetti tagħhom ikunu jistgħu jitkejlu u jiġu ddeterminati. Madankollu, l-ebda minn dawn il-miżuri ta' modernizzazzjoni ma ttrattaw l-ambitu jew il-kontenut bażiku tad-direttivi kkonċernati. Baqgħu fundamentalment mhux mibdula sa mill-adozzjoni tagħhom.

Fl-aħħar għoxrin tletin sena, l-ambjent tan-negozju tal-kumpaniji Ewropej nbidel b'rata mgħaġġla, bil-globalizzazzjoni ta' l-ekonomiji u l-iżviluppi radikali fit-teknoloġija. L-ambjent legali evolva wkoll bl-adozzjoni ta' standards internazzjonali fil-qasam tal-kontabilità u l-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Fl-aħħar snin, din il-każistika għenet biex tiċċara l-ambitu tal-libertajiet fundamentali tat-Trattat, u b'hekk wittiet it-triq għal mobilità korporattiva mtejba fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Jeħtieġ li direttivi eżistenti ta' l-UE jiġu riveduti fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza attwali tagħhom. Din il-valutazzjoni trid ukoll tqis il-prinċipji ta' regolamentzzjoni aħjar flimkien mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

2. IT-TRIQ ’IL QUDDIEM

Hemm essenzjalment żewġ għażliet għal kif wieħed jista' jipproċedi għal ċerti direttivi dwar il-liġi tal-kumpaniji li jindirizzaw prinċipalment sitwazzjonijiet domestiċi:

- L-ewwel għażla hija li tiġi indirizzata l-kwistjoni dwar jekk illum id-direttivi eżistenti kollha għadhomx meħtieġa jew jekk l-acquis ta' l-UE fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji għandux jiġi ridott għal dawk l-atti ġuridiċi li jitrattaw speċifikament il-problemi transkonfinali.

- It-tieni għażla, b'inqas konsegwenzi fit-tul , tikkonsisti fl-iffukar biss fuq miżuri ta' simplifikazzjoni konkreti u individwali sabiex jiġu megħjuna l-kumpaniji ta' l-UE.

Fir-rigward tal-bqija ta' l-acquis dwar il-liġi tal-kumpaniji li jindirizza problemi transkonfinali speċifiċi kif ukoll fir-rigward ta' l-oqsma tal-kontabilità u l-verifika , jidher li miżuri individwali ta' simplifikazzjoni huma t-tweġiba t-tajba. Fil-kontabilità u l-verifika, l-enfażi trid tkun fuq it-tnaqqis ta' l-ispejjeż amministrattivi għall-SMEs li għalihom l-ispejjeż huma partikolarment kbar, filwaqt li l-kumpaniji kollha għandhom igawdu minn miżuri ta' simplifikazzjoni fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji.

B'din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni trid tippreżenta l-ewwel fehmiet tagħha dwar is-suġġett u tqajjem diskussjoni li tinvolvi l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu identifikati l-miżuri fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika li huma l-aktar adattati sabiex lill-kumpaniji Ewropej mhux biss jagħmluhom xierqa għas-Suq Intern iżda wkoll jagħmluhom aktar kompetittivi globalment. L-għan huwa li jinbena kunsens politiku dwar it-triq 'il quddiem sabiex tkun tista' titressaq proposta leġiżlattiva xierqa sa l-ewwel parti ta' l-2008.

Il-partijiet ikkonċernati huma mistiedena jikkumentaw dwar il-mistoqsijiet li tqajmu u dwar il-proposti mressqa f'dan id-dokument u l-annessi tiegħu. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati huma wkoll mistiedna jressqu proposti addizzjonali għal aktar miżuri ta' simplifikazzjoni.

Dan l-eżerċizzju għandu jkun ibbażat fuq il-kunċett, li saħaq dwaru l-Kunsill Ewropew fit-8/9 ta' Marzu 2007, li kwalunkwe miżura ta' simplifikazzjoni fuq il-livell ta' l-UE tista' tkun effettiva biss jekk il-miżuri meħuda fuq il-livell ta' l-UE huma mħaddna għal kollox mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali u jekk l-Istati Membri jużaw il-possibiltajiet li diġà jeżistu llum fil-liġi ta' l-UE sabiex itaffu l-piż fuq il-kumpaniji ta' l-UE. Hija biss strateġija kkombinata li tippermetti lill-kumpaniji jgawdu minn titjib ċar fl-ambjent tan-negozju.

3. KEMM GħANDHA BżONN REGOLAMENTAZZJONI L-EWROPA FIL-QASAM TAL-LIġI TAL-KUMPANIJI?

3.1. L-approċċ ġenerali għal-liġi ta' l-UE dwar il-kumpaniji

Fil-qasam tal-liġi dwar il-kumpaniji, il-mobilità akbar tal-kumpaniji llum, mhux biss fuq livell ta' l-UE iżda anki fuq dak internazzjonali, teħtieġ tweġibiet flessibbli għal mbjent li l-ħin kollu jinbidel. Dan il-bidliet jistgħu jiġu indirizzati biss jekk l-Istati Membri jkunu kapaċi jirreaġixxu b'ħeffa għal dawn il-bidliet ġodda. F'din is-sitwazzjoni,qafas Ewropew riġidu u armonizzat għandu mnejn xi drabi jidher bħala xkiel għall-innovazzjoni aktar milli nefiċċju għas-Suq Intern.

Barra minn hekk, il-kompetittività tal-kumpaniji tiddependi wkoll fuq il-livell ta' l-ispejjeż amministrattivi marbuta direttament jew indirettament ma' l-attività tagħhom. Xi wħud minn dawn l-ispejjeż ġejjin mir-regoli ta' l-UE,

u ta' min wieħed jistaqsi jekk il-benefiċċji minn dawn ir-regoli fil-każi kollha jkunux akbar mill-effett ta' l-ispejjeż marbuta magħhom.

Fl-istess ħin, l-armonizzazzjoni għandha wkoll effetti pożittivi fuq il-kompetittività tal-kumpaniji. L-armonizzazzjoni hija punt ta' qawwa għas-swieq transkonfinali u tista' tiċċara r-relazzjoni bejn żewġ sistemi legali nazzjonali jew aktar involuti. Iżżid ukoll iċ-ċertezza legali. L-istess japplika wkoll f'każi fejn standards minimi ta' trasparenza huma ffissati sabiex jitħarsu partijiet terzi mill-perikli li tista' timplika għalihom il-mobilità akbar tal-kumpaniji. F'dan il-każ, regoli komuni jipprovdu l-bażi għall-fiduċja meħtieġa għal Suq Intern li jaħdem sew.

Madankollu, is-sitwazzjoni tista' tkun differenti għal Direttivi bħat-Tielet, is-Sitt, it-Tieni u t-Tnax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji. Dawn id-direttivi jiffukaw prinċipalment fuq sitwazzjonijiet domestiċi u m'għandhomx l-għan li jsolvu problemi transkonfinali speċifiċi.

3.1.1. Għażla 1: Titqiegħed l-enfażi fuq il-problemi transkonfinali

It-Tielet u s-Sitt Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji jirregolaw l-amalgamazzjonijiet ( mergers ) u d-diviżjonijiet tal-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata fl-istess Stat Membru. Meta dawn ir-regoli ġew adottati għexieren ta' snin ilu, kellhom rwol fil-ftuħ ta' possibbiltajiet ġodda għall-kumpaniji u għall-promozzjoni tas-suq intern. Illum, jiggarantixxu livell minimu ta' ħarsien għall-azzjonijiet u l-kerdituri ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata madwar l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, billi dawn id-direttivi ma jipprovdux armonizzazzjoni sħiħa, ma joħolqux ambjent ekwu; minflok, xi regoli jkomplu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Fl-istess ħin, l-eżistenza ta' ħtiġijiet minimi fil-liġi ta' l-UE iżżomm l-Istati Membri milli jadattaw il-liġijiet nazzjonali għall-ħtiġijiet li qegħdin dejjem jinbidlu. Dan iwassal għall-mistoqsija dwar jekk il-vantaġġi li jirriżultaw minn dawn id-direttivi jiġġustifikawx ir-restrizzjonijiet li dawn jimponu fuq in-negozji.

Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għat- Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji li għandha x'taqsam mal-kapital tal-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata. Is-sistema tad-direttiva għall-manutenzjoni tal-kapital kienet għal żmien twil is-suġġett ta' diskussjonijiet u għalhekk trid tiġi kkunsidrata mill-inqas reviżjoni ta' dik is-sistema sabiex il-kumpaniji jingħataw aktar flessibbiltà fil-qasam tad-distribuzzjonijiet lill-azzjonisti tagħhom[11]. Forom legali nazzjonali ġodda li huma barra mill-ambitu tat-Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji nħolqu f'xi Stati Membri sabiex joffru l-flessibbiltà li d-Direttiva nieqsa minnha, partikolarment fir-rigward ta' rekwiżiti kapitali minimi.

Fil-prinċipju, it-Tnax-il Direttiva hija ta' natura awtorizzanti billi ppermettiet lill-inidvidwi joħolqu kumpaniji b'responsabbiltà limitata fi Stati Membri fejn, qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva, kien meħtieġ aktar minn membru wieħed biex jifforma kumpanija ta' dak it-tip.

Madankollu, fl-istess ħin, id-direttiva tistipula għadd ta' rekwiżiti minimi għall-proċeduri interni ta' kumpanija bħal din. Il-kwistjoni hija dwar jekk dawn ir-restrizzjonijiet għandhomx ikunu ddeterminati fuq il-livell ta' l-UE

F'dawn il-każi kollha, il-Kummissjoni tqis li jkunu għażla vijabbli r-revoka tar-regoli ta' l-UE u li tiżdied il-flessibbiltà billi jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet fl-oqsma rilevanti. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li approċċ bħal dan jimxi l-aħjar ma' prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u l-bżonn li l-UE jkollha acquis ta' liġi dwar il-kumpaniji li jkun razzjonalizzat għas-seklu 21.

Il-partijiet ikkonċernati huma għalhekk mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar jekk

- ir-regoli dwar l-amalgamazzjonijiet u d-diviżjonijiet domestiċi fit-Tielet u s-Sitt Direttiva;

- ir-regoli dwar il-kapital tal-kumpaniji b'responsabbiltà limitata jew mill-inqas is-sistema ta' manutenzjoni tal-kapital tat-Tieni Direttiva; u/jew

- ir-regoli dwar kumpaniji b'responsabbiltà limitata b'membru wieħed tat-Tnax-il Direttiva

għandhomx jiġu rrevokati għal kollox jew partijiet minnhom.

Jekk revoka bħal din ma titqiesx xierqa, għandu jiġi spejegat x'inhuma l-benefiċċji ta' dawn ir-regoli fuq il-livell ta' l-UE u għala dawn il-benefiċċji u l-vantaġġi tagħhom jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż relatati magħhom.

3.1.2. Għażla 2: Regolamentazzjoni ibbażata aktar fuq il-prinċipji u inqas dettaljata

Ir-revoka totali tad-direttivi msemmija fuq tista' tidher għax xi wħud li għandha ambitu wiesa' wisq. F'dan il-każ, għandhom jiġu ssimplifikati għallinqas partijiet mit-Tielet, is-Sitt u x'aktarx ukoll it-Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji. Fil-forma kurrenti tagħhom, dawn id-direttivi fihom regoli li tant għandhom dettall li jħallu ftit li xejn flessibbiltà lill-Istati Membri biex jadattaw is-sistemi nazzjonali rispettivi tagħhom għall-bżonnijiet jevolvu tan-negozji u l-partijiet ikkonċernati.

L-ewwel proposta għal simplifikazzjoni tat-Tielet u s-Sitt Direttiva ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fis-7 ta' Marzu 2007[12] bħala waħda mill-miżuri fil-programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u kienet approvata mill-Kunsill Ewropew fit-8/9 ta' Marzu 2007[13].

Madankollu, minbarra din il-modifika hemm uħud aktar sostanzjali li għandhom jiġu affrontati. B'mod partikolari, għadd ta' ħtiġijiet ta' rapputar li hemm fit-Tielet u s-Sitt Direttiva jidhru eċċessivi wisq jekk wieħed jarahom mill-perspettiva tal-lum.

Proposti dettaljati li jindirizzaw dawn il-problemi f'din l-għażla jinsabu fl- Anness 2. Barra minn hekk, miżuri għas-simplifikazzjoni ulterjuri tat-Tieni Direttiva jistgħu wkoll jiġu proposti darba li jkun ġie vvalutat l-istudju li qed jitwettaq bħalissa<}1{>[14]<1 f'isem il-Kummissjoni.

Il-partijiet interessati huma wkoll mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposti ppreżentati fl-Anness 2.

Jekk xi waħda minn dawn il-miżuri proposti ma titqiesx xierqa, għandu jiġi spjegat is-siwi ta' li wieħed iżomm ir-regoli kif inhuma.

3.2. Miżuri ta' simplifikazzjoni addizzjonali fil-Liġi tal-Kumpaniji

Kif spjegat fuq, huma meħtieġa aktar passi, minbarra l-miżuri previsti fis-sezzjoni preċedenti, sabiex jiġu ssimplifikati partijiet oħrajn ta' l-acquis tal-liġi dwar il-kumpaniji.

Dan jikkonċerna l-ewwel u qabel kollox l-Ewwel u l-Ħdax-il Direttiva dwar il-liġi tal-kumpaniji. Il-modi li jipprovdu dawn id-direttivi dwar kif tiġi ppublikata l-informazzjoni dwar il-kumpaniji għadhom ma jisfruttawx il-possibiltajiet kollha li toffri t-teknoloġija tal-lum.

Skond ir-regoli ta' l-Ewwel Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji , ċertu informazzjoni li ddaħħlet fir-reġistri kummerċjali ta' l-Istati Membri għandha tiġi wkoll ippublikata fil-gazzetti tal-gvern nazzjonali. F'xi każi, din il-pubblikazzjoni tfisser spejjeż addizzjonali u bla ħtieġa għall-kumpaniji. Dawn l-ispejjeż jistgħu, fil-ġejjieni, jiġu evitati billi jitqies li daż-żmien din l-informazzjoni hija disponibbli onlajn permezz ta' reġistri tal-kumpaniji elettroniċi.

Għall-fergħat, il-Ħdax-il Direttiva dwar il-liġi tal-kumpaniji tistipula rekwiżiti speċjali għall-iżvelar. Dawn ir-rekwiżiti jimplikaw ukoll spejjeż konsiderevoli għal bosta kumpaniji, minħabba r-regoli nazzjonali dwar it-traduzzjonijiet u ċ-ċertfikazzjonijiet marbuta ma' l-obbligu ta' l-iżvelar. Hemm bżonn ta' sforzi biex dawn l-ispejjeż jitnaqqsu għall-minimu billi jiġu ristretti r-rekwiżiti formali li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-kumpaniji f'dan il-kuntest.

Il-proposti għal dan il-għan jinsabu fl- Anness 3. Barra minn hekk, l-anness fih proposta għall-addattament ta' l-Istitut tal-Kumpaniji Ewropej għall-każistika reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tista' titwettaq mal-miżuri għall-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni proposti f'din il-Komunikazzjoni.

Il-partijiet ikkonċernati huma mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposti ppreżentati fl- Anness 3.

Jekk xi waħda minn dawn il-miżuri proposti ma titqiesx xierqa, għandu jiġi spjegat is-siwi ta' li wieħed iżomm ir-regoli kif inhuma.

4. IS-SIMPLIFIKAZZJONI TAN-NEGOZJU GħALL-SMES FL-OQSMA TAL-KONTABILITÀ U L-VERIFIKA

Fil-qasam tal-kontabilità u l-verifika, kumpaniji ta' daqs żgħir u medju jistgħu jgawdu minn simplifikazzjoni ulterjuri tad-Direttivi.

Bir-Raba', is-Seba' u t-Tmien Direttivi, ir-rekwiżiti għall-kontabilità u l-verifika armonizzati żiedu b'mod sinifikanti l-kwalità tar-rappurtar u l-verifika finanzjarja fl-UE. Filwaqt li għandu jibqa' l-għan kumplessiv imfittex minn dawn id-Direttivi li tinżamm u tittejjeb il-kwalità tal-kontabilità u tal-verifika fl-UE, ir-rekwiżiti eżistenti f'dawn id-direttivi jinvolvu xogħol amministrattiv li l-kumpaniji, u partikolarment l-entitajiet żgħar u medji, jikkritikaw bħala ta' piż bla bżonn.

Tnaqqis b'suċċess tal-piż amministrattiv għall-SMEs irid madankollu jiġi indirizzat fuq il-livelli sew ta' l-UE u sew nazzjonali. Huwa ta' importanza kruċjali li jingħaqad ir-rappurtar għal għanijiet differenti (bħat-taxxa, l-istatistika, is-sigurtà soċjali, ir-rappurtar dwar l-impjiegi) fuq il-livell ta' l-Istat Membru u b'hekk jitnaqqs il-piż kumplessiv li jinżammu sistemi differenti ta' kontabilità u rappurtar. Dan jista' wkoll jiffaċilita l-użu ta' formati ta' rappurtar elettroniku bħall-XBRL.

Il-proġett preżenti ta' simplifikazzjoni għall-SMEs jikkoinċidi mal-pubblikazzjoni abbozz ta' skopertura mill-International Accounting Standards Board (IASB) għal IFRS propost għal Entitajiet Żgħar u Medji. Wara l-ewwel analiżi, il-Kummissjoni madnakollu ma temminx li x-xogħol kurrenti ta' l-IASB fuq il-kontabilità ta' l-SMEs jista' jipprovdi biżżejjed elelemnti biex jagħmel il-ħajja sempliċi għall-SMEs.

Minflok, il-Kummissjoni identifikat għadd ta' miżuri oħrajn li jistgħu jwasslu għal simplifikazzjoni tanġibbli għall-SMEs.

L-ewwel miżura f'dan il-kuntest hija li l-"mikroenetitajiet" jiġu eżentati mill-applikazzjoni tad-direttivi dwar il-kontabilità. Għall-iżgħar intrapriżi, il-piż marbut mal-kontijiet annwali huwa pjuttost kbir. Fl-istess ħin, hemm nuqqas ta' domanda wiesgħa għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom. B'eżenzjoni fid-direttivi dwar il-kontabilità, jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw liema regoli l-mikroentitajiet ikollhom jikkonformaw magħhom. Ta' min wieħed jinnota li f'dan il-kuntest, diġà ddaħħlet il-kategorija "mikroentità" f'bosta Stati Membri.

Il-partijiet ikkonċernati huma għalhekk mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar jekk jaqblux ma' eżenzjoni tal-mikroentitajiet mill-ambitu tar-Raba' Direttiva u dwar id-definizzjoni possibbli li ġejja għal dawn il-mikroentitajiet.

- inqas minn10 impjegati

- it-total tal-karta tal-bilanċ taħt il-500 000 EUR, u

- fatturat taħt il-1,000,000 EUR.

Barra minn hekk, huma proposti l-miżuri ta' simplifikazzjoni li ġejjin favur l-SMEs.

- Sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' transizzjoni għall-SME's li jaqbżu l-limiti minn sentejn għal ħames snin. Il-kumpaniji fil-fażi tal-bidu tan-negozju se jibbenefikaw partkolarment minn perjodu tranżitorju itwal qabel ma jkollhom jiġu ppreparati kontijiet aktar iddettalljati;

- Sabiex jiġu eżentati l-entitajiet iż-żgħar mir-rekwiżit li jippubblikaw l-kontijiet tagħhom;

- Sabiex ikun possibbli għal ċerti entitajiet ta' daqs medju jużaw l-eżenzjonijiet disponibbli bħalissa biss għall-entitajiet żgħar. Din il-miżura tikkonċerna b'mod partikolari l-kumpaniji fejn l-istruttura tal-membri hija tali li mhemmx ħtiġijiet ta' l-utent esterni partikolari u kumpaniji b'responsabbilità illimitata.

Aktar miżuri jistgħu jittieħdu fir-rigward tal-proċedura għal-adattament regolari tal-limiti għall-SMEs, fl-oqsma tar-rekwiżiti għall-konsolidazzjoni, fir-rigward tal-kontijiet għal taxxi differiti, u sabiex jitneħħew ċerti rekwiżiti dwar l-iżvelar.

Dettalji dwar dawn il-miżuri proposti f'din it-taqisma jistgħu jinsabu fl- Anness 4.

Il-partijiet ikkonċernati huma għalhekk mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposti ppreżentati fl- Anness 4.

Jekk kwalunkwe waħda mill-miżuri proposti ma titqiesx xierqa, għandhom jiġu spjegati l-benefiċċji ta' li r-regoli jinżammu mhux mibdula.

5. IL-PASSI LI JMISS

L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u partijiet interessati oħra huma mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposti f'din il-komunikazzjoni[15] bil-għan li jistabbilixxu kunsens wiesa' dwar il-bidleit li għandhom jiġu previsti. Meta wieħed iqis il-kalendarju għall-eżerċizzju ta' simplifikazzjoni, il-kontributi huma mistiedna li jaslu sa nofs Ottubru 2007.

Fis-segwitu għal din il-komunikazzjoni u fuq il-bażi tat-tweġibiet li jkunu waslu, il-Kummissjoni se tħejji valutazzjonijiet sħaħ u komprensivi ta' l-impatt li sejrin ukoll iqisu r-riżultati tal-kejl ta' l-ispejjeż amministrattivi li għaddej bħalissa. Soġġett għall-eżitu ta' dawn il-valutazzjonijiet ta' l-impatt, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposti leġiżlattivi fl-oqsma koperti minn din il-komunikazzjoni kmieni fl-2008.

ANNESS 1

L-Ewwel Direttiva: Id-Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu ta' l-1968 dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 (ĠU L 221, 4 9 2003, p.13)).

It-Tieni Direttiva: It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru ta' l-1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (OJ L 26, 31.1.1977, p. 1, emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/68/KE tas-6 ta' Settembru 2006 (OJ L 264, 25.9.2006, p. 32))

It-Tielet Direttiva: It-Tielet Direttiva tal- Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata (ĠU L 295 , 20.10.1978 , p. 36).

Ir-Raba' Direttiva: Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE: tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq il-kontijiet annwali ta’ ċertu tipi ta’ kumpaniji ( ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11 ). emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006, ĠU L 224, 16 8 2006, p.1).

Is-Sitt Direttiva: Is-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b`responsabbiltà pubblika limitata ( ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47).

Is-Seba' Direttiva: Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE: tat-13 ta’ Ġunju 1983 fuq il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983 emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16 8 2006, p.1)).

It-Tmien Direttiva: Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 09.06.2006, p. 87)

L-Għaxar Direttiva: Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar żwiġijiet transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L310, 25.11.2005, p. 1)

Il-Ħdax-il Direttiva Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor(OJ L 395, 30.12.1989, p. 36)

It-Tnax-il Direttiva It-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (ĠU L 395, 30.12.1989 , p. 40).

Id-Direttiva dwar offerti ta' xiri: Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12)

Statut ta' Kumpanija Ewropea: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal Kumpanija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).

Regolament IAS Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' accounting (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1)

ANNESS 2

Miżuri ta' simplifikazzjoni individwali fir-rigward tat-Tielet u s-Sitt Direttiva dwar il-liġi tal-Kumpanija (taqsima 3.1.2 tal-Komunikazzjoni)

1. ħTIġIJIET TA' RAPPURTAR SKOND IT-TIELET U S-SITT DIRETTIVA DWAR IL-LIġI TAL-KUMPANIJI

Skond it-Tielet u s-Sitt Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji, il-kumpaniji, fil-kuntest ta' tħejjija ta' amalgamazzjoni jew diviżjoni, huma soġġetti għal għadd ta' rekwiżiti ta' rappurtar. B'hekk, l-entitajiet ta' ġestjoni jew amministrattivi tal-kumpaniji involuti għandhom ifasslu rapport dettaljat bil-miktub jispjega l-abbozz tat-termini ta' għaqda u jagħti r-raġunijiet legali u ekonomiċi tagħhom[16]. Barra minn hekk, ir-rapport ta' espert indipendenti huwa meħtieġ sabiex jivvaluta b'mod partikolari jekk il-proporzjon tal-bdil ta' l-ishma propost huwiex ġust u raġonevoli.p[17]. Barra minn dan, trid titfassal dikjarazzjoni ta' kontijiet , jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel l-abbozz tat-termini ta' l-amalgamazzjoni jew id-diviżjoni[18]. Fl-aħħarnett, fejn fil-każ ta' diviżjoni kemm rapport espert skond it-Tieni Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji u rapport dwar l-abbozz ta' termini ta' diviżjoni jkollhom jitfasslu, ir-regoli tas-Sitt Direttiva biss jippermettu lill-Istati Membri jipprovdi li ż-żewġ rapporti jkunu jistgħu jiġi stabbiliti mill-istess espert[19]; ma tistax tingħata eżenzjoni minn wieħed mir-rekwiżiti tar-rapputar.

Ir-rekwiżit ta' l-aħħar jidher li huwa eżempju tipiku ta' piż amministrattiv. F'negozju modern, għandu jiġi evitat kemm jista' jkun ir-rappurtar doppju minħabba li joħloq spejjeż addizzjonali għall-kumpaniji mingħajr ma jagħti valur miżjud reali lill-azzjonjisti u l-kredituri. Iżda t-tliet rekwiżiti l-oħra jidhru li huma pjuttost onerużi u ftit iħallu lok għall-flessibbiltà meta stabbiliti fuq il-livell ta' l-UE. Sabiex il-proċess ta' l-amalagamazzjonijiet u d-diviżjonijiet isir wieħed inqas ikkumplikat, jidher xieraq illi jitħalla f'iden l-Istati Membri jiddeċiedu jekk iridux iħallu aktar spazju għar-responsabbiltà tad-diretturi, possibilment fuq il-bażi ta' deċiżjoni speċifika mil-laqgħa ġenerali, jew billi tintalab id-dejta finanzjarja rilevanti kull darba. Ma jidhirix li hemm raġuni għall-għoti, fuq il-livell ta' l-UE, ta' preferenza ċara lil waħda minn dawn iż-żewġ soluzzjonijiet. Barra minn hekk, sabiex jittieħdu l-benefiċċji kollha tal-miżuri reċenti ta' modernizzazzjoni, li-mekkaniżmi fir-rigward tal-verifika tal-proprzjoni tal-bdil ta' l-ishma għandu jqis il-flessibbiltà li ddaħħlet fl-2006 fit-Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji fid-dawl tal-każ relatat ta' kontribuzzjoni in natura.[20].

2. IL-PROTEZZJONI TA' L-AZZJONISTI U L-KREDITURI SKOND IT-TIELET U S-SITT DIRETTIVA DWAR IL-LIġI TAL-KUMPANIJI

Id-Direttiva 2006/68/KE li temenda t-Tieni Direttiva mmodernizzat ir-regola tal-protezzjoni tal-kredituri applikabbli f'każ ta' tnaqqis fil-kapital[21].Il-proċedura għall-protezzjoni tal-kredituri li l-pretensjoni tagħhom tkun saret qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar it-tnaqqis ġiet speċifikata f'aktar dettall. Ġie wkoll iċċarat li dawk il-kredituri għandhom juru b'mod kredibbli li l-pretensjonijiet tagħhom qed jiġu pperikolati mit-tnaqqis kapitali jekk iridu jakkwistaw garanzija. L-ewwel pass fil-modernizzazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-kredituri skond it-Tielet u s-Sitt Direttiva għandu jkun li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn id-direttivi[22] jinġiebu konformi ma' din is-sistema ġdida.

Wieħed madankollu jsaqsi jekk huwiex xieraq li l-kumpanija akkwirenti tiġi soġġetta, inġnerali, għall-istess proċedura bħall-kumpanija li qed tiġi akkwistata, għalkehmm hemm każi fejn l-effett ta' amalgamazzjoni fuq l-azzjonisti u l-kredituri tal-kumpanija akkwirenti ma jvarjawx minn transazzjoniiet normali tan-negozju.

F'dan il-kuntest, ta' min jinnota li r-regoli tat-Tieni Direttiva wkoll iħarsu l-interessi ta' l-azzjonisti. Spiss l-amalgamazzjonijiet jkunu jeħtieġu żidiet fil-kapital li permezz ta' l-Artikolu 29(1) tat-Tieni Direttiva jwassal għal drittijiet preventivi lill-azzjonijiet pre-eżistenti. Fl-istess ħin, l-Artikolu 19 tat-Tieni Direttiva jillimita l-ambitu ta' l-amalgamazzjonijiet b'akkwist mingħajr żieda fil-kapital. Il-kredituri huma mħarsa minn regoli oħrajn, kif spjegat fuq.

Taħt il-kundizzjonijiet li l-azzjonisti u l-kredituri ikomplu jkunu intitolati li jispezzjonaw id-dokumenti rilevanti mill-inqas xahar qabel ill-laqgħa ġenerali tal-kumpaniji akkwistati, wieħed jista' għalhekk jikkunsidra li jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiddeterminaw jekk u f'liema każi għandha tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija akkwirenti. Madankollu, din il-flessibbiltà għandha mill-inqas teżisti fil-każ tat-trasferiment ta' l-assi ta' sussidjarja totalment ipposeduta u ta' l-akkwist ta' sussidjarja li l-kumpanija ewlening tagħha għanda 905 ta' l-ishma, li llum ġa huma soġġetti għal regoli speċifiċi (l-Artikoli 24 u 25 tat-Tielet Direttiva).

ANNESS 3

Miżuri ta' simplifikazzjoni addizzjonali fil-Liġi tal-Kumpaniji (taqsima 3.2 tal-Komunikazzjoni)

1. OBBLIGI TA' PUBBLIKAZZJONI SKOND L-EWWEL U L-ħDAX-IL DIRETTIVA DWAR IL-LIġI TAL-KUMPANIJI

Partikolarment l-Ewwel Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji teħtieġ li l-kumpaniji jippubblikaw ċerta informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali ta' l-Istati Membri flimkien mal- gazzetti tal-gvern . F'bosta każi, din il-pubblikazzjoni tfisser spejjeż żejda għall-kumpaniji.

Minn Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-kumpaniji l-possibbiltà li jissottomettu d-dokumenti u l-partikolaritajiet tagħhom permezz ta' mezzi elettroniċi (L-Ewwel Direttiva, Artikolu 3(2)) Din l-informazjzoni, permezz tar-reġistri elettroniċi, hija aċċessibbli għall-partijiet terzi fl-Istati Membri kolluha, u r-Reġsitru Ewropew tan-Negozji jiffaċilita aktar l-aċċess għar-reġistri nazzjonali. L-obbligu li tiġi ppubblikata d-dejta rreġistrata fil-gazzetta tal-gvern sar għalhekk superfluwu, l-aktar minħabba li l-gazzetti sikwit ma jipproduċux l-informazzjoni kolhha iżda jkolhom biss referenza għar-reġistru. Il-funzjoni tal-gazzetti tista' għalhekk tiġi sostitwita faċilment minn servizz sempliċi tar-reġistru li jipprovdi informazzjoni dwar l-aħħar bidliet fir-reġistru.

Sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jiffrankaw l-ispejjeż, irid għalhekk jiġi rrevokat ir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern fl-Artikolu 3(4) ta' l-Ewwel Direttiva. Barra minn hekk, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu permessi jeħtieġu li, minbarra l-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3(2), ikun hemm pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern tant li din il-pubblikazzjoni tkun tfisser spejjeż addizzjonali għall-kumpaniji.

Speċifikament għall- fergħat , il-Ħdax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpanijiet tistipula rekwiżiti speċjali dwar l-iżvelar.

Dawn ir-regoli jimplikaw spiża doppja għall-kumpaniji: għandhom jaraw li jiġu tradotti ċerti dokumenti marbuta mal-kumpanija fl-ilsien nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn tinsab il-fergħa u għandhom jirreġistraw dawn id-dokumenti u d-dettalji tagħhom, flimkien mad-dettalji dwar il-fergħa, fir-reġistru tal-fergħa. Ir-regoli nazzjonali ta' l-Istati Membri li jiddeterminaw id-dettalji dwar it-traduzzjoni ċċertifikata, barra minn hekk, spiss jinvolvu rekwiżiti eċċessivi 9eż. in-nutarizzazzjoni) li jkomplu jgħollu l-ispeiża.

Sabiex jitnaqqsu dawn l-ispejjeż għal livel aċċettabbli, huwa essenzjali li l-Istat Memrbu tal-fergħa jaċċetta t-traduzzjoni ċċertfikata mħejjija fi Stat Membru ieħor. Dan l-obbligu għandu mill-inqas japplika meta ċ-ċertfikat li jkun inħareġ jiġi aċċettat mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. L-Artikolu 4 tal-Ħdax-il Direttiva għandu għalhekk jiġi adattat skond dan.

Madankollu, hemm aktar lok għa-simplifikazzjoni fir-rigward ta' l-istabbiliment tal-fergħat. L-eżistenza ta' reġistri elettroniċi madwar l-Ewropa jagħmluha possibbli għar-reġistri biex jikkomunikaw ma' xulxin. L-hekk imsejjaħ proġett BRITE li jipprovdi pjattaforma multilingwistika komuni biex jiġu aċċessati r-reġistri fil-form tar- Reġistru Ewropew tan-Negozji (EBR) għandu l-għan li jippermetti liċ-ċittadini u l-kumpnaiji Ewropej li jgawdu bis-sħiħ mill-benefiċċji ta' din it-teknoloġija. Il-Kummissjoni se tkompli tinkoraġġixxi dan ix-xogħol sabiex twitti t-triq għal reviżjoni fil-ġejjieni tal-Ħdax-il Direttiva li tippermetti t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi marbuta ma' l-istabbiliment ta' fregħa fi Stat Membru ieħor, partikolarment billi tingħata l-possibbiltà li d-dettalji tal-fergħa jiġu ppreżentati fl-Istat Membru fejn hemm il-kumpanija ewlenija[23].

2. L-UFFIċJU RREġISTRAT TAL-KUMPANIJA EWROPEA

Sa mhux aktar tard mill-2009, il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport dwar l-Istatut tal-Kumpaniji Ewropej, skond l-Artikolu 69 ta' l-Istatut[24]. Reviżjoni ġenerali ta' l-Istatut u b'mod partikolari tal-kwistjonijiet elenkati fl-Artikolu 69 trid realistika biss abbażi ta' dak ir-rapport.

Madankollu, l-Artikolu 7 ta' l-istatut SE jipprovdi inter alia li l-uffiċċju reġistrat ta' SE għandu jkun ġewwa l-Komunità, fl-Istess Stat Membru bħal l-uffiċċju prinċipali tagħha. Stat Membru jista' wkoll jimponi fuq SEjiet reġistrati fit-territorju tiegħu l-obbligu li jsib l-uffiċċju prinċipali tagħhom u l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-istess post.

Fi-dawl tal-każistika tal-Qorti Ewropa tal-Ġustizzja, eże. Is-sentenza fil-każ C-208/00 ("Überseering", sentenza tal-5 ta' Novembru 2002) tista' tiġi kkunsidrata emenda għall-Artikolu 7 ta' l-Istatut-SE.

ANNESS 4

Miżuri ta' simplifikazzjoni għall-SMEs fil-kontabilità u l-verifika (taqsima 4 tal-Komunikazzjoni)

L-għan ta' dan l-anness huwa li jispjega u jiddeskrivi aktar il-miżuri individwali u kif jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji żgħar u medji. Il-miżuri se jiġu spjegati fl-ordni li ġej:

1. Introduzzjoni tal-"mikroentitajiet"

2. Limiti għall-SMES

3. Ħelsien mir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-entitajiet żgħar

4. Estensjoni ta' eżenzjonijiet għal entitajiet ta' daqs medju mingħajr utent estern partikolari

5. Simplifikazzjoni għall-kumpaniji kollha.

1. INTRODUZZJONI TAL-"MIKROENTITAJIET"

Sabiex tiġi ffaċilitata simplifikazzjoni sinifikanti għall-iżgħar kumpaniji b'responsabbiltà limitata, il-Kummissjoni tqis li għandha tidaħħal il-kategorija tal-"mikroentità" fir-Raba' Direttiva. Din il-kategorija diġà ġiet introdotta f'bosta Stati Membri.

L-ispirazzjoni tista' tittieħed mid-definizzjoni fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2003[25] li ddefiniet il-mikroentitajiet bħala kumpaniji b'inqas min għax impjegati, fatturat ta' żewġ miljun Euro u total tal-karta tal-bilanċ taħt iż-żewġ miljun Euro. Madankollu, konsultazzjonijiet li saru aktar kmien ma' l-Istati Membri urew li l-limiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2003 jistgħu jkunu għoljin wisq għall-għanijiet tal-kontabilità u tal-verifika. Il-limiti ddefiniti fir-rakkomandazzjoni għall-intrapriżi żgħar u medji huma ħafna ogħla minn dawk fir-Raba' Direttiva, u użu sħiġ ta' dawn l-eżenzjonijiet jista' għalhekk kważi jwassal għar-revoka ta' din id-Direttiva għall-kumpaniji żgħar. Ma jidhirx mixtieq dan ir-riżultat billi huma meħtieġa rekwiżiti armonizzati tal-kontbailità għal investimenti u operazzjonijiet transkonfinali tal-kumpaniji, anki għal bosta kumpaniji żgħar.

Id-definizzjoni ta' mikroentitajiet fir-Raba' Direttiva għandha għalhekk tkun ibbażata fuq limiti aktar baxxi minn dawk tar-Rakkomandazzjoni ta' l-2003. Il-Kummissjoni tixtieq tikkonsulta dwar id-definizzjoni tentattiva li ġejja għall-mikroentitajiet:

- inqas minn 10 impjegat

- total tal-karta tal-bilanċ taħt il-500, 000 EUR, u

- fatturat taħt il-1,000,000 EUR

L-Istati Membri jkunu permess jeskludu dawn il-mikroentitajiet għal kollox mid-direttivi dwar il-kontabilità, u jkun hemm eżenzjoni għall-mikroentitajiet mir-rekwiżiti tad-direttiva fir-rigward tal-verifiki statutorji. Bħala konsegwenza, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jippermettu lill-mikroentitajiet jużaw qafas ta' kontabilità eħfef fuq livell nazzjonali (normalment ir-rekwiżiti nazzjonali jeħtieġu kontabilità għar-rappurtar dwar it-taxxa) sabiex l-emenda għar-Raba' Direttiva tkun tista' twassal għal tnaqqis sostanzjali fil-piżijiet amministrattivi għall-mikroentitajiet.

2. IL-QBIż TAL-LIMITI GħALL-SMES

Fil-preżent, entità żgħira trid diġà tapplika r-rekwiżiti tal-kontabilità u tal-verifika ta' kumpanija ta' daqs medju jew taqbeż il-limitu għal sentejn konsekuttivi. Il-perjodu ta' sentejn fl-Artikolu 12 tar-Raba' Direttiva huwa madankollu mhux adattat għaċ-ċikli ekonomiċi attwali ta' l-SMEs. Kemm-il darba entità żgħira tieħu aktar minn sentejn biex tikkonsolida t-tkabbir tan-negozju tagħha. Iċ-ċansijiet li kumpanija ta' suċċess taqbeż permanentament il-limiti huma ħafna ogħla wara ħames snin. Madankollu, jekk kumpanija taqbeż il-limiti għal xi raġuni (eż. diffikultajiet ekonomiċi, limiti ogħla imposti mil-liġi, eċċ.) terġa' taq'a taħt il-limiti, id-Direttiva tirrikjedi li l-kumpanija (li issa reġgħet saret żgħira) tapplika għal mill-inqas sentejn id-dispożizzjonijiet ta' kumpanija ta' daqs medju. Aktar flessibbiltà għal perjodu ta' ħames snin għal kumpaniji li jaqbżu l-limiti, u perjodu ta' sena għal dawk li ma jibqgħux jaqbżu l-limiti żgur inaqqas il-potenzjal għall-piż amministrattiv introdtt mir-regoli ta' bħalissa ta' sentejn.

Id-direttivi dwar il-kontabilità jiddefinixxi kumpaniji "żgħar" u "ta' daqs medju" bħala kumpanija li tilħaq tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin (limiti wara emendi mid-Direttiva 2004/46/KE)

"Żgħar" (Artikolu 11 kumpaniji) | "Medji" (Artikolu 27 kumpaniji) |

Fatturat | 8 800 000 EUR | 35 000 000 EUR |

Total tal-karta tal-bilanċ (i.e. assi grossi) | 4 400 000 EUR | 17 500 000 EUR |

Numru ta' impjegati: | 50 | 250 |

Il-limiti żdiedu dan l-aħħar b'madwar 20% bid-Direttivi msemmija fuq. Dan se jippermetti lill-Istati Membri joffru sa mhux aktar tard minn nofs l-2008 il-possibbiltà għall-entitajiet żgħar u medji li jgawdu minn aktar simplifikazzjoni permezz ta' l-eżenzjonijiet.

Madankollu, il-proċedura għall-addattament tal-limiti għandha tiġi simplifikata. Fil-preżent, l-Artikolu 53 jipprovdu li l-Kunsill jadatta l-limiti fuq proposta mill-Kummissjoni; il-Parlament Ewropew mhuwiex involut fil-proċedura. Barra minn hekk, kumitat ta' kuntatt huwa stabbilit taħt l-Artikolu 29. Għall-ġejjieni, ta' min jitqies li l-addattament tal-limiti jitħalla f'idejn il-Kummissjoni li tkun assistita mill-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità mwaqqaf taħt ir-Regolament IAS fi ħdan il-qafas tal-proċedura regolatorja ġdida, bi drittijiet ta' skrutinju għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Proċedura ġdida bħal din tippermetti wkoll addattamenti aktar rapidi u bla intoppi tal-limiti meta mqabbel ma' l-adozzjoni pjuttost ikkumplikata mill-Kunsill innifsu.

3. ħELSIEN MIR-REKWIżITI TAL-PUBBLIKAZZJONI GħALL-ENTITAJIET Iż-żGħAR

Ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-kumpaniji ż-żgħar joħolqu piżijiet amministrattivi kbar. Il-Kummissjoni għalhekk tissiġġerixxi t-tneħħija ta' dawn ir-rekwiżiti għal din il-kategorija. Huwa inqas importanti għall-kumpaniji żgħar li jippublikaw ir-rendikonti finanzjarji għaliex dawn jintużaw minn numru limitat ta' partijiet ikkonċernati, bħal istituzzjonijiet ta' kreditu u provvedituri li għandhom il-possibbiltà li jeħtieġ informazzjoni finanzjarja direttament mill-kumpanija, Għalhekk eżenzjoni sħiħa għall-kumpaniji żgħar mir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni jgawdu minnha konsiderevolement il-kumpaniji mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv sinifikanti.

4. ESTENSJONI TA' L-EżENZJONIJIET GħAL KUMPANIJI MINGħAJR UTENT ESTERN PARTIKOLARI

Għandu jkun hemm inqas rekwiżiti għal dawk il-kumpaniji li m'għandhomx firxa wiesgħa ta' utenti estern ta' rendikonti finanzjarji. B'konsegwenza, sabiex jitnaqqas il-piż amministrativ għal dawk il-kumpaniji, il-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Dan jippermetti lill-kumpaniji ta' daqs medju li ġejjin jużaw is-sistema applikabbli għall-kumpaniji żgħar:

- Kumpaniji fejn il-maniġers huma wkoll is-sidien: per eżempju, direttur maniġerjali li jkun l-azzjonist jew membru ewlieni (dejjem jekk l-ebda membru ieħor ma jkollux aktar minn 5%).

- Kumpaniji b'responsabbiltà mhux limitata li jidħlu fl-ambitu tat-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 1 u ta' l-Artikolu 47 (1) (a) tar-Raba' Direttiva.

5. SIMPLIFIKAZZJONI GħALL-KUMPANIJI KOLLHA

Konsolidazzjoni

L-Artikolu 57 tar-Raba' Direttiva jippermetti lilll-Istati Membri jagħżlu li ma jippreżentaw rendikont finanzjarji vverifikati għal ċerti sussidjarji ta' gruppi, skond ċerti kundizzjonijiet. L-użu sħiħ ta' l-Artikolu 57 għandu jkun inkoraġġit, b'mod partikolari, meta dawn is-sussidjarji huma jew żgħar jew medji. L-eżenzjoni tkun obbligatorja għall-kumpaniji żgħar. Għandha tiġi eżaminata għażla oħra lill-Istati Membri biex jeżentaw kumpaniji medji f'din is-sitwazzjoni mill-verifika statutorja. Ir-raġuni ewlenija hija l-Artikolu 27(a) tad-direttiva dwar il-verifika statutorja se jintroduċi r-responsabbiltà ta' l-awditur tal-grupp.

Simplifikazzjoni ulterjuri tista' tinkiseb permezz ta' kjarifika tar-relazzjoni bejn ir-Regolament IAS 1606/2002 u s-Seba' Direttiva. Hemm bżonn jiġi ċċarat jekk il-kumpaniji ewlenin li għandhom sussidarji ta' ebda sinifikanza materjali (Artikolu 13 tas-Seba' Direttiva), jaqgħux taħt ir-Regolament IAS u għalhekk ikunu meħtieġa jħejju rendikonti finanzjarji IFRS. L-eliminazzjoni ta' rekwiżiti ta' konsolidazzjoni jew rekwiżiti biex jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-IFRS f'każi fejn hemm biss sussidjarji bħal dawn tista' titqies bħala simplifikazzjoni sostanzjali. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li jiġu pprovduti kontijiet ikkonsolidati għal pussess personali (fejn il-pussesser ewlieni tal-grupp huwma persuna naturali) huma ta' spiss u jistgħu jitneħħew.

Kontabilità għal taxxi differiti

Ir-rispons minn min iħejji r-rendikonti jikkonferma li l-kontabilità għat-taxxi differiti (Artikolu 43 (1) (11) tar-Raba' Direttiva) huwa ta' piż kbir għall-kumpaniji in ġenerali. Barra minn hekk, ġie kkonfermat minn min iħejji u mill-utneti eż. istituzzjonijiet ta' kreidtu u aġenzija ta' kklassifikar, li l-informazzjoni fuq it-taxxa differita (kemm jekk imniżża fil-karta tal-bilanċ jew ipprovduta bħala noti) spisss mhix meqjusa baħal kontribut rilevanti għad-deċiżjonijiet li jkollhom jittieħdu. Jekk min iħejji u min juża jaqblu dwar l-irrilavenza ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tissuġġerixxi t-tnaqqis tal-piżijiet ammnistrattivi għall-SMEs b'mod sinifikanti billi tneħħi dan ir-rekwiżit.

Żvelar.

Id-direttivi dwar il-kontabilità fihom għadd kbir ta' rekwiżiti dwar l-iżvelar. L-għadd ta' rekwiżiti żdied kull darba li d-direttivi ġew emendati. L-akkumulazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti jista' jitqies bħala ta' piż l-aktar għall-SMEs minkejja li għandhom jitqiesu fid-dawl tar-rilevanza għall-utenti tar-rendikonti finanzjarji. Diġà jeżistu eżenzjonijiet sinifkanti għall-entitajiet żgħar biex jipprovdu żvelar fil-qosor.

Il-Kummissjoni għalhekk tħeġġet tespolra aktar possibiltajiet ta' tneħħija tar-rekwiżiti.

L-ewwel analiżi tindika li t-tħassir ta' l-iżvelar li ġej jista' jiġi kkunsidrat

- Żvelar ta' spjegazzjoni ta' spejjeż tal-formazzjoni (Artikolu 34(2))

- Żvelar tat-tqassim tal-fatturat nett f'kategorija ta' attività u swieq ġeografiċi (Artikolu 43(1)(8)

[1] Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell - dok. 7224/07 Konkl 1

[2] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM(2006)689 : "Reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea"

[3] Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions COM(2006)689 : "Reviżjoni strateġika tar-Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea".

[4] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – "Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea" – COM(2007)23 finali

[5] Ara COM(2006) 689

[6] Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Novemnru 2006 - " L-ewwel rapport ta’ progress dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju", COM(2006)690 finali , paġna 12: "Rigward il-liġi tal-kumpaniji, il-Kummissjoni ppjanat li qabel tmiem din is-sena, tniedi inizjattiva komprensiva biex jitkejlu l-ispejjeż amministrattivi li joriġinaw mid-direttivi tal-liġi tal-kumpaniji sabiex flimkien ma’ l-Istati Membri u mal-partijiet interessati jkun identifikat l-ambitu għat-tnaqqis ta’ dawn l-ispejjeż. Ir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju se jkun ippreżentat f’Komunikazzjoni fit-tieni nofs ta’ l-2007. "

[7] Dan il-kejl bħalissa qiegħed jitwettaq bl-għajnuna ta' konsulenti esterni. Ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju se jidħlu fl-istimi ta' l-impatt li se jakkumpanjaw kull proposta leġiżlattiva tal-ġejjieni dwar is-suġġett.

[8] L-ewwel rapport interim ġie ppreżentat lill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2007 (COM(2007)60 tal-21 ta' Frar 2007)

[9] Lista ta' miżuri ewlenin fl-oqsma tal-liġi dwar il-kumpanji, il-kontabilità u l-verifika tinsab fl- Anness 1.

[10] Fil-kuntest tar-raba' fażi tas-Simplifikazzjoni tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Proċess tas-Suq Intern (SLIM), ġew immodernizzati l-Ewwel u t-Tieni Direttiva dwar il-Kumpaniji; barra minn hekk, ġew aġġornati r-Raba' u s-Seba' Direttiva, u ġew adottati l-Għaxar Direttiva dwar il-liġi tal-Kumpanji dwar żwiġijiet ( mergers ) transkonfinali u d-Direttiva dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti. Fil-qasam tal-kontabilità u l-verifika, il-livell ta' armonizzazzjoni internazzjonali li nkiseb ikkontribwixxa għall-aċċettazzjoni ta' standards ġodda li jippermettu t-trasparenza u jżidu l-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet finanzjari annwali. Għal kumpaniji kkwotati, ir-regolament IAS għalhekk jeħtieġ l-użu ta' l-Istandrads Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) għall-kontijiet konsolidati. Barra minn hekk, fl-2006 ġiet adottata direttiva ġdida dwar il-verifika statutorja.

[11] L-istudju li jmiss dwar alternattiva għas-sistema ta' manutenzjoni kapitali għat-Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji li ġie varat mill-Kummissjoni f'Settembru ta' l-2006 se jipprovdi tagħrif addizzjonali li f'dan il-każ għandu jiffaċilita l-valutazzjoni.

[12] Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE dwar l-għaqda ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata u d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata rigward il-ħtieġa għal rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni - COM(2007)91

[13] Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell –dok. 7224/07 Konkl. 1

[14] Ara n-nota 11 f'qiegħ il-paġna.

[15] Din il-komunikazzjoni hija wkoll disponibbli fuq http://ec.europa.eu/internal_market/company/simplification/index_en.htm

[16] L-Artikolu 10 tad-Direttiva 78/855/KEE, - L-Artikolu 7 tad-Direttiva 82/891/KEE

[17] L-Artikolu 13 tad-Direttiva 78/855/KEE, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 82/891/KEE

[18] L-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva 78/855/KEE, l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 82/891/KEE

[19] L-Artikolu 13 tad-Direttiva 78/855/KEE, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 82/891/KEE,

[20] Ara l-Artikolu 10a tad-Direttiva 77/91/KE, introdotta mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2006/68/KE

[21] Artikolu 32 tad-Direttiva 77/91/KE kif emendat mill-Art. 1(9) tad-Direttiva 2006/68/KE

[22] L-Artikolu 13 tad-Direttiva 78/855/KEE u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 82/891/KEE

[23] L-istess prinċipji għandhom imbagħad japplikaw għar-reġistrazzjoni ta' stabbiliment ta' grupp ta' Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku (GEIE ) li jinsab fi Stat Membru għajr dak fejn hemm l-inidrizz uffiċjali tal-GEIE (l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-GEIE (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85 tal-25 ta' Lulju 1985 dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE))

[24] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 fuq l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea (SE)

[25] Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2003)1422 tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar it-tifsira ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju