52007DC0244




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.5.2007

KUMM(2007) 244 finali

KOMMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI IL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

IL-PROMOZZJONI TAS-SOLIDARJETÀ BEJN IL-ĠENERAZZJONIJIET

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Politiki pubbliċi ta’ sostenn għall-ħajja tal-familja: l-importanza li jiġu promossi l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs 3

2.1. Moviment ġenerali ta’ adattament tal-politiki tal-familja impenjat mill-Istati Membri 4

2.2. L-importanza li jiġu promossi l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs 5

2.3. Ir-rwol tal-politiki ta’ l-impjieg u l-opportunitajiet indaqs ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja tal-familja 6

2.4. L-Istrateġija ta’ Liżbona, qafas ta’ impulsjoni għall-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata 7

3. L-Alleanza Ewropea Favur il-Familji 8

3.1. Pjattaforma biex jiġi ssistematizzat l-iskambju ta’ prattiċi tajba u r-riċerka 8

3.2. Il-mobbilizzazzjoni tal-fondi strutturali Ewropej 9

4. Konklużjonijiet 10

ANNEX - MAIN EUROPEAN DATA ON FAMILIES AND FAMILY POLICIES

The family as a support network 12

Mean actual and ideal number of children, by country. Women aged 40 to 54 13

Frequency of care and housework by sex, age and country groups (%) 14

Difference of employment rate for women with and without children 15

Provision of childcare in European countries in 2005 16

Social protection benefits targeted at family support in the EU 17

Preferences for family measures 18

At-risk-of-poverty rates by household type, 2005 19

1. INTRODUZZJONI

Bil- Green Paper ta’ Marzu 2005 ddedikata għall-isfidi demografiċi, il-Kummissjoni kienet fetħet dibattitu dwar in-neċessità li tissaħħaħ is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Fil-komunikazzjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa[1], hi ma għamlitx ħlief tenfasizza li l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea kellhom jiffavorixxu t-tiġdid demografiku, billi jinserixxu l-azzjoni tagħhom fl-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi u fis-segwitu tal-politika ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Billi jtejbu l-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-familja, notevolment permezz tal-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jgħinu lill-Ewropej iwettqu x-xewqithom għat-tfal (ara l-Anness 2).

Id-dibattitu li għalhekk beda fl-Ewropa dwar ix-xjuħija demografika arrikkixxa din il-perspettiva. Hu wera li l-bilanċ tas-soċjetajiet Ewropej jistrieħ fuq sistema sħiħa ta’ solidaritajiet bejn il-ġenerazzjonijiet li huma aktar kumplessi mill-passat: iż-żgħażagħ adulti qed joqogħdu aktar fit-tul mal-ġenituri tagħhom filwaqt li fl-istess ħin dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżguraw, b’mod li sar aktar u aktar frekwenti, sostenn għall-persuni xjuħ dipendenti[2]. Minħabba f’hekk qed jirriżultaw responsabbiltajiet b’mod partikulari fuq il-ġenerazzjonijiet b’età żgħira jew intermedjarja, u b’mod ġenerali fuq in-nisa. L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u, b’mod aktar wiesa’, l-opportunitajiet indaqs jidhru għalhekk tassew bħala kondizzjonijiet essenzjali għat-twaqqif ta’ solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet.

Din hi r-raġuni għala, anke jekk l-Istati Membri għandhom il-kompetenza esklussiva fil-qasam tal-politika tal-familja, l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi b’mod indirett għall-modernizzazzjoni u s-suċċess tagħhom abbażi ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, li preċiżament tenfasizza l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-impjiegi, l-approfondament tal-qafas tal-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata, kif ukoll l-impjiegi u l-inklużjoni taż-żgħażagħ.

B’dan l-ispirtu, il-Kummissjoni tilqa’ b’mod favorevoli l-inizjattiva ta’ l-Alleanza Ewropea Favur il-Familji mħabbra mill-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa. Apparti mill-analiżi li tiddeskrivi l-iżvilupp reċenti tal-politiki nazzjonali ta’ sostenn għall-ħajja tal-familja, din il-komunikazzjoni tenfasizza l-kontribuzzjoni ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għal dan l-iżvilupp (§2), qabel ma tipproponi għodda li tippermetti l-Alleanza Ewropea tiżviluppa bħala pjattaforma ta’ riċerka u skambji (§3). Hi tikkostitwixxi l-ewwel pass fi tweġiba Ewropea għall-isfidi mnedija mill-bidla demografika.

2. POLITIKI PUBBLIċI TA’ SOSTENN GħALL-ħAJJA TAL-FAMILJA: L-IMPORTANZA LI JIġU PROMOSSI L-IMPJIEGI U L-OPPORTUNITAJIET INDAQS

L-Istati Membri huma impenjati li jadattaw il-politiki tagħhom ta’ sostenn għall-ħajja tal-familja biex jiġu kkunsidrati x-xjuħija tal-popolazzjoni, l-iżvilupp tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u d-diversità li qed tiżdied ta’ l-irbit familjari[3]. Jekk ir-responsabbiltà fil-qasam tal-politiki tal-familja tibqa’ dik ta’ l-Istati Membri, il-politiki ta’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs għandhom madankollu impatt importanti fuq il-kwalità tal-ħajja tal-familja.

2.1. Moviment ġenerali ta’ adattament tal-politiki tal-familja impenjat mill-Istati Membri

Minbarra l-għodod ta’ osservazzjoni Ewropej, bħalma hu l-MISSOC, jidher li d-diversi politiki ta’ sostenn għall-ħajja tal-familja fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom illum tliet dimensjonijiet prinċipali:

- il-kumpens għall-ispejjeż, diretti u indiretti, marbutin mal-familja (benefiċċji jew vantaġġi fiskali marbutin mat-trobbija tat-tfal jew mal-kura tal-persuni dipendenti);

- is-servizzi ta’ għajnuna lill-ġeneturi għall-edukazzjoni u ż-żamma tat-tfal żgħażagħ, għaż-żamma u l-akkumpanjament tat-tfal lil hinn mill-età tal-bidu tat-tfulija u, aktar u aktar, għas-servizzi lill-persuni dipendenti f’soċjetà li qed tikber fl-età;

- l-arranġament fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg (bis-saħħa ta’ skeda ta’ ħin tax-xogħol u ta’ leave li jippermettu konċiljazzjoni) u ta’ l-organizzazzjoni għall-aċċess għas-servizzi fil-livell lokali.

Dawn it-tliet dimensjonijiet żviluppaw b’mod differenti skond l-Istati Membri. Għalhekk in-nefqa għall-benefiċċji familjari u s-servizzi taż-żamma tat-tfal togħla b’medja ta’ 2.1% tal-PGD fl-Unjoni (UE25) [4], iżda hi tvarja bejn 0.7% u 3.9% skond il-pajjiżi, b’livelli kemmxejn baxxi f’dawk ta’ l-Ewropa t’isfel, li għandhom it-tendenza li jħeġġu b’mod partikulari s-solidarjetà fi ħdan il-familja, u livelli ogħla fil-pajjiżi nordiċi u kontinentali.

Madankollu, filwaqt li kkunsidraw il-kuntest soċjali u kulturali li qed jiżviluppa b’mod sħiħ, l-Istati Membri wettqu adattament, fi tliet direzzjonijiet:

- Minn issa ’l quddiem il-politiki tal-familji jinstabu f’qafas ta’ azzjonijiet pubbliċi li jeżerċitaw kollha kemm huma influwenza fuq is-sitwazzjoni tal-familji, b’mod partikulari l-politiki ta’ edukazzjoni, ta’ inserzjoni soċjali u professjonali taż-żgħażagħ, ta’ l-impjiegi, ta’ l-akkomodazzjoni, tat-trasport, tas-saħħa, u evidentement ukoll tal-liġi ċivili li tirregola l-obbligi tal-membri ta’ familja lejn xulxin.

- Il-modi ta’ intervent żviluppaw fid-direzzjoni ta’ deċentralizzazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni, ta’ individwalizzazzjoni tad-drittijiet u l-benefiċċji u ta’ attivazzjoni ta’ l-infiq biex jiżdied l-inkoraġġiment għax-xogħol u biex jiġi ggarantit ħruġ sostenibbli mis-sitwazzjonijiet ta’ faqar. Dan l-iżvilupp jimmaterjalizza notevolment bl-isfida li jpoġġu d-drittijiet akkwistati marbutin mas-sitwazzjoni familjari u bil-promozzjoni tad-drittijiet individwali fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali. Dawn ta’ l-aħħar qed ukoll jadattaw lilhom infushom biex ma jippenalizzawx lin-nisa, li r-rata ta’ attività professjonali tagħhom hi kultant baxxa, u biex b’hekk jevitaw l-aggravazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ faqar li tolqot lin-nisa tal-ġenerazzjonijiet l-aktar anzjani[5].

- Fl-aħħarnett, il-politiki tal-familja jikkunsidraw aktar u aktar l-iżvilupp ta’ l-aspettattivi u tal-prattiki li jikkonċernaw ir-rwol rispettiv ta’ l-irġiel u tan-nisa fis-soċjetà, fid-direzzjoni ta’ parteċipazzjoni mingħajr interruzzjoni prinċipali tan-nisa fl-impjiegi u ta’ parteċipazzjoni miżjuda ta’ l-irġiel fir-responsabbiltajiet tal-familja u domestiċi, jikkontribwixxi għalhekk għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ l-awtonomija ekonomika ta’ dawn ta’ l-aħħar.

Dawn l-iżviluppi ntlaqgħu b’mod pożittiv mill-Ewropej, li għadhom b’mod qawwi marbutin mal-ħajja tal-familja[6]. Studju li seħħ fi tnax-il pajjiż bejn l-1999 u l-2003 mill-Fondazzjoni Robert Bosch juri li dawn stqarrew, qabel kollox, ix-xewqa ta’ opportunità aktar importanti ta’ servizzi li jieħdu ħsieb b’mod kollettiv ta’ tfal u ta’ persuni dipendenti, u primarjament ta’ persuni anzjani (ara l-Anness 7).

2.2. L-importanza li jiġu promossi l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs

Titqajjem ta’ spiss il-mistoqsija li jiġu magħrufa liema huma l-politiki tal-familja l-aktar effikaċi. It-tweġiba għandha tikkunsidra l-varjetà ta’ l-għanijiet mogħtija mill-pajjiżi Ewropej għal dawn il-politiki. Għal ċerti pajjiżi, jeħtieġ l-ewwelnett li jiżdied in-numru tat-twelid billi jiġu megħjuna l-koppji fit-twettiq tal-proġetti familjari tagħhom. Għal oħrajn, is-sostenn lill-ħajja tal-familja jiddependi fuq proġetti ġenerali ta’ promozzjoni tal-benessri taċ-ċittadini, permezz ta’ l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Għal oħrajn ukoll, il-glieda kontra l-faqar ta’ ċerti familji jew it-tnaqqis ta’ l-inugwaljanzi fid-dħul ta’ flus jikkostitwixxu l-isfida prinċipali. Fl-aħħarnett, wieħed jara li qed tidher, ta’ spiss fuq skala reġjonali jew muniċipali, il-volontà li jinħoloq qafas favorevoli għall-ħajja tal-familja, maħsub bħala fattur ta’ attrazzjoni biex tiġi attirata jew miżmuma forza ta’ xogħol ikkwalifikata.

Madankollu paragun empiriku juri li l-pajjiżi li implimentaw politiki globali favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li żviluppaw sistemi integrati ta’ offerta ta’ servizzi u ta’ drittijiet individwali għal- leave tal-ġenituri għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, investew fil-kwalità tas-servizzi taż-żamma tat-tfal[7] u li ffavorixxew użu aktar trattabbli tal-ħin tax-xogħol, jippreżentaw b’mod ġenerali livelli għolja kemm fir-rata tat-twelid u fl-impjiegi tan-nisa. Imwassla minn atturi li huma bil-bosta diversi, dawn l-inizjattivi jassoċjaw fl-Istati Membri, il-gvern, il-kollettivitajiet territorjali, l-imsieħba soċjali, billi jagħmlu parti kultant minn miżura ta’ responsabbiltà soċjali ta’ intrapriża, flimkien ma’ ċrieki assoċjattivi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Il-pajjiżi Skandinavi jippreżentaw l-ogħla r-rata ta’ impjiegi tan-nisa, aktar minn 80% tan-nisa bejn il-25 u l-54 sena għandhom impjieg fl-Iżvezja u fid-Danimarka (filwaqt li r-rati l-aktar baxxi ġew osservati fil-pajjiżi Mediterranji). Ir-rati tal-fekondità huma wkoll superjuri mill-medja fil-pajjiżi li żviluppaw kmieni ħafna politiki ta’ konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja tal-familja u favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Il-miżuri li kellhom bħala għan li jirrikonċiljaw fuq naħa l-ħajja professjonali, u fuq in-naħa l-oħra l-ħajja tal-familja u privata, ippermettew li jevitaw lin-nisa l-obbligu li jagħżlu bejn karriera professjonali u l-kwalità tal-ħajja tal-familja tagħhom, u kkontribwixxew għalhekk għat-twettiq tal-proġetti tal-familji bħall-impjiegi tan-nisa. B’mod simetriku, it-tnaqqis bejn id-differenzi fir-remunerazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa għandu wkoll rwol li jinkoraġġixxi tqassim aħjar tar-responsabbiltajiet familjari u domestiċi.

2.3. Ir-rwol tal-politiki ta’ l-impjieg u l-opportunitajiet indaqs ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja tal-familja

Il-politiki tal-familja jiddependu mill-kompetenza esklussiva ta’ l-Istati Membri. Madankollu, l-Unjoni Ewropea minn dejjem għamlet minn kollox biex tikkunsidra l-impatt tal-politiki tagħha fuq ir-rabtiet familjari u fuq il-kwalità ta’ ħajja tal-membri ta’ familja. L-Istrateġija ta’ Liżbona toffri minn issa ’l quddiem qafas għall-modernizzazzjoni tal-politiki tal-familja permezz tal-promozzjoni ta’ l-opportunitajiet indaqs, u notevolment il-miljorament tal-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata, li tikkontribwixxi għall-parteċipazzjoni tan-nisa fl-impjiegi.

Għal żmien twil, il-liġi Komunitarja kkunsidrat l-esiġenzi tal-ħajja tal-familja u d-drittijiet korrispondenti. Fl-implimentazzjoni tad-dritt Komunitarju li jikkonċerna l-moviment ħieles tal-persuni u tal-ħaddiema fl-Ewropa, hi wasslet għal koordinazzjoni fis-sistemi legali tas-sigurtà soċjali[8] (li jinkludu l-benefiċċji familjari), u għad-dritt għal riunifikazzjoni familjari tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-immigranti minn pajjiżi terzi, bi drittijiet xierqa għal konjuġi u uliedhom[9]. Aktar reċentement, il-preokkupazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea vis-à-vis il-ġejjieni tat-tfal issarrfet fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jimmiraw lejn ir-rispett tad-drittijiet tat-tfal għal familja u għal protezzjoni[10] (inklużi, b’mod partikulari, id-drittijiet fil-qasam tal-protezzjoni tar-ritratti fotografiċi, tal-programmi kontra l-vjolenza fuq it-tfal, ta’ miżuri għas-sigurtà ta’ l-ambjent tagħhom, eċċ.).

Bl-għan li jiġu ggarantiti l-opportunitajiet indaqs għall-aċċess ta’ l-impjiegi tan-nisa u ta’ l-irġiel, il-konċiljazzjoni bejn il-ħajja tal-familja, il-ħajja privata u l-ħajja professjonali ilha.aspett importanti tal-politiki Ewropej ta’ l-impjiegi. L- acquis communautaire arrikkixxa lilu nnifsu mill-1992 b’qafas leġiżlattiv għall-protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal u l-introduzzjoni ta’ leave għall-maternità[11]. L-istess, wieħed mill-ewwel riżultati tad-djalogu soċjali Ewropew ittratta d-drittijiet fil-qasam tal- leave tal-ġenituri[12]. L-importanza ta’ din il-konċiljazzjoni indispensabbli għall-indipendenza ekonomika tan-nisa u għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tidher illum kemm fir- Road Map għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010[13] tal-Kummissjoni kif ukoll fil-Patt Ewropew għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa[14] approvat mill-Istati Membri waqt il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2006.

2.4. L-Istrateġija ta’ Liżbona, qafas ta’ impulsjoni għall-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata

Bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-impjieg, il-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata tagħmel parti integrali mill-Istrateġija ta’ Liżbona. Dan jidher b’mod partikulari fl-għanijiet adottati mill-Kunsill Ewropew fl-2002 fil-qasam taż-żamma tat-tfal. Dan jirrifletti wkoll fil-linji gwida integrati għall-impjiegi u l-iżvilupp, adottati fl-2005, li jintegraw minn issa ’l quddiem avviċinament orjentat lejn iċ-ċiklu tal-ħajja; għalhekk il-politiki dwar l-impjiegi għandhom jadattaw lilhom infushom aktar għall-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-familja skond l-etajiet suċċessivi. Fl-aħħarnett, hu fil-qafas ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona li ġie żviluppat il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fl-oqsma tal-protezzjoni soċjali u ta’ l-inklużjoni soċjali. Dan jagħti attenzjoni partikulari lit-titjib tas-sitwazzjoni tat-tfal fqar u tal-familji tagħhom, lill-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjonijiet biex jiġu kkunsidrati aħjar forom ġodda ta’ xogħol u interruzzjonijiet tal-karriera, u lill-promozzjoni tal-kura fit-tul għall-persuni dipendenti. Il-perspettiva ta’ l-opportunitajiet indaqs issostni l-iżvilupp ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, kif se jenfasizzaw diversi inizjattivi li se jitnedew fl-2007 u l-2008:

- B’mod parallel għal din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni se tniedi t-tieni fażi ta’ konsultazzjoni ta’ l-imsieħba soċjali billi stednithom jagħtu fehmithom dwar il-kontenut tal-proposti eventwali, ta’ natura leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva, iddestinati biex jagħtu kontribut għal konċiljazzjoni aħjar.

- Sensiela ta’ attivitajiet se jitwettqu matul is-sena 2007 sabiex jitwettaq il-mandat tal-Kunsill Ewropew li, għal diversi drabi, talab li Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jenfasizzaw b’mod partikulari l-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal.

- Il-Kummissjoni se tibda riflessjoni dwar il-kwalità tas-servizzi għall-persuni anzjani dipendenti u dwar il-protezzjoni kontra t-trattament ħażin, kif ukoll dwar miżuri li jistgħu jittieħdu fil-livell Ewropew, b’kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, biex jiġu aċċellerati l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni ta’ l-infrastrutturi u tas-servizzi ddestinati biex jittrattaw ix-xjuħija.

- Il-konsultazzjoni li għaddejja bl-iskop li tingħaraf aħjar ir-realtà soċjali fis-soċjetajiet Ewropej[15] se tagħti dawl ġdid lill-orjentazzjoni tat-tweġibiet li jistgħu jagħtu l-politiki Komunitarji lill-esiġenzi ta’ l-opportunitajiet indaqs u lill-aċċess għall-ġenerazzjonijiet kollha għas-servizzi tal-kura.

Kull sentejn, abbażi tar-rapporti nazzjonali mwettqa skond il-qafas ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, ir-rapport annwali ta’ progress tal-Komunità Ewropea se jiddedika kapitlu dwar l-istat ta’ preparament ta’ l-Unjoni quddiem l-isfidi demografiċi[16].

3. L-ALLEANZA EWROPEA FAVUR IL-FAMILJI

L-Alleanza Ewropea Favur il-Familji, imnedija mill-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa se tinbena l-ewwelnett bħala pjattaforma ta’ skambji u ta’ għarfien dwar il-politiki favur il-familji u dwar il-prattiċi tajba ta’ l-Istati Membri, iddestinati biex iwieġbu għall-isfidi tal-bidla demografika. Biex tiġi stabbilità din il-pjattaforma, il-Kummissjoni se tiżviluppa mill-2007, għodod biex jiġi ssistematizzat l-iskambju tal-prattiċi tajba u r-riċerka (§3.1).

Barra minn hekk, bħall-Alleanza Ewropea Favur il-Familji, il-Kummissjoni biħsiebha tistimula l-kooperazzjoni u l-partenarjat bejn l-atturi kollha kkonċernati għal konċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata. Lil hinn mill-inizjattivi meħuda mill-imsieħba soċjali fl-iskali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-partenarjati li jimmiraw sabiex jiffavorixxu l-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja.u l-ħajja privata billi jagħmlu użu mill-mezzi l-ġodda disponibbli permezz tal-fondi strutturali (§3.2).

Waqt it-3 forum demografiku Ewropew previst għall-2010, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport dwar it-twettiq milħuq fil-qafas ta’ l-Alleanza Ewropea Favur il-Familji.

3.1. Pjattaforma biex jiġi ssistematizzat l-iskambju ta’ prattiċi tajba u r-riċerka

Minħabba d-diversità kbira fil-politiki tal-familja, l-Unjoni Ewropea toffri spazju rimarkabbli għall-iskambju ta’ prattiċi tajba fil-qasam tal-politika pubblika u favur l-approfondament tar-riċerka dwar l-impatti tagħhom. Il-Kummissjoni se twaqqaf f’dan ir-rigward:

1. Grupp f’livell għoli ta’ esperti governattivi dwar il-kwistjonijiet demografiċi

B’mod parallel ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-grupp f’livell għoli ta’ esperti governattivi dwar il-kwistjonijiet demografiċi, previsti permezz tal-Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa. Dan il-grupp għandu bħala missjoni li jagħti pariri lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni tar-rapporti u l-forums ta’ kull sentejn dwar id-demografija u li jassistiha fl-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet ta’ analiżi u ta’ skambju ta’ esperjenzi msemmija hawn taħt.

2. Forums u netwerks Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali

Kull sentejn, forum Ewropew dwar id-demografija se jiġi organizzat mill-Kummissjoni biex jagħti bilanċ tas-sitwazzjoni demografika u l-implimentazzjoni tal-linji gwida proposti mill-komunikazzjoni dwar il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa. L-ewwel forum seħħ f’Ottubru 2006 u li jmiss hu previst għall-ħarifa 2008. Se jkunu inkoraġġuti u sostnuti forums, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali jew lokali. L-inizjattiva tar-“Reġjuni lejn bidla ekonomika”[17] tipprevedi b’mod espliċitu l-possibbiltà li jiġu appoġġati b’mod attiv l-azzjonijiet f’dan il-qasam fil-livell reġjonali u lokali.

3. Osservatorju ta’ prattiċi tajba

Il-Kummissjoni se tistieden il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol biex twaqqaf osservatorju ta’ prattiċi tajba fil-qasam tal-politiki tal-familja. L-informazzjoni miġbura minn dan l-osservatorju jagħtu tagħrif lill-forums Ewropej u dawk deċentralizzati.

4. Mezzi ta’ riċerka

Is-7 programm ta’ qafas ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku jippermetti li jkompli jappoġġa r-riċerka dwar il-kwistjonijiet relatati mad-demografija u mal-familji, permezz ta’ l-iffinanzjar ta’ attivitajiet speċifiċi f’dan il-qasam, iżda wkoll b’mod transversali biex jiġu kkunsidrati l-impatti kollha tal-bdil demografiku fuq l-istrutturi soċjali. Dan il-programm ta’ qafas kif ukoll il-programm għall-innovazzjoni u l-kompetittività jistgħu jgħinu wkoll il-familji billi jimmobbilizzaw it-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-servizz ta’ l-awtonomija u tal-kwalità tal-ħajja tal-persuni anzjani.

Il-Kummissjoni se tikkoopera wkoll fl-iżvilupp tal-bażi tad- data elaborata mill-OECD dwar il-familji u se taħdem fuq għodod ta’ analiżi tal-politiki tal-familji biex tpoġġihom għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri. Dawn l-għodod ta’ analiżi se jippermettu li tiġi vvalutata l-effikaċità tal-politiki tagħhom vis-à-vis il-finalitajiet segwiti kollha (it-twettiq tax-xewqa għat-tfal, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u b’mod usa’ l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali, notevolment dawk li jikkonċernaw it-tfal). Stħarriġ ta’ Ewrobarometru dwar is-sitwazzjoni tal-familji u l-ħtiġijiet tagħhom se jitwettaq fl-2008.

3.2. Il-mobbilizzazzjoni tal-fondi strutturali Ewropej

Kif turi l-esperjenza tal-programm EQUAL[18] u l-konferenza organizzata f’Jannar 2007 mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-inizjattivi tar-reġjuni quddiem l-isfidi demografiċi, bosta provi pilota eżistenti jistgħu jispiraw l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ġodda, fil-livell nazzjonali jew lokali, iddestinati li jsostnu l-opportunitajiet indaqs u l-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja tal-familja. Il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-2007-2013 fil-qasam tal-koeżjoni[19] jirrakkomandaw innovazzjonijiet ta’ din ix-xorta sakemm huma jimmiraw l-adattament għal-bdil demografiku[20]. Il-Kummissjoni tistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jippermettu li l-programmi operattivi li huma ppreżentaw ikunu jistgħu jsostnu azzjonijiet ta’ din ix-xorta. Hi se telabora għal dan l-iskop gwida prattika għall-atturi lokali u reġjonali, bl-għajnuna tal-grupp ta’ esperti governattivi msemmi hawn fuq, sabiex tassisti lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw b’mod konkret il-miżuri li se jkollhom jiddeċiedu dwarhom biex jiffavorixxu l-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata u biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja. Dawn l-attivitajiet iddeċentralizzati se jkunu l-mira ta’ skambju waqt il-forum dwar id-demografija Ewropea li jmiss.

4. KONKLUżJONIJIET

Billi jinkoraġġixxu tweġiba aħjar għall-ħtiġijiet tal-familji fit-teħid tar-responsabbiltà tat-tfal u tal-persuni dipendenti kif ukoll tqassim aktar ibbilanċjat bejn ir-responsabbiltajiet tal-familja u domestiċi, il-politiki nazzjonali tal-familja se jsaħħu s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Wieħed jistenna minnhom kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd kif ukoll kuntest aktar vantaġġjuż għat-twettiq tal-proġetti familjari. Il-linji gwida l-ġodda tal-politiki tal-familja se jikkontribwixxu wkoll biex jiġu sostnuti t-tkabbir u l-impjiegi, notevolment billi tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-impjiegi.

Permezz ta’ l-enfasi magħmula fuq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u b’mod aktar wiesa’ fuq l-opportunitajiet indaqs, l-Istrateġija ta’ Liżbona tikkostitwixxi verament qafas rilevanti ta’ appoġġ għal dan l-iżvilupp tal-politiki nazzjonali tal-familja. Madankollu huma l-Istati Membri li fuqhom jaqgħu r-responsabbiltajiet essenzjali. Flimkien ma’ l-Alleanza Ewropea Favur il-Familji li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi b’mod sħiħ il-proċess ta’ skambji u l-proġett ta’ Riċerka tagħha, din l-modernizzazzjoni għandha sfida b’interess komuni.

ANNEX - MAIN EUROPEAN DATA ON FAMILIES AND FAMILY POLICIES

The family as a support network 12

Mean actual and ideal number of children, by country. Women aged 40 to 54 13

Frequency of care and housework by sex, age and country groups (%) 14

Difference of employment rate for women with and without children 15

Provision of childcare in European countries in 2005 16

Social protection benefits targeted at family support in the EU 17

Preferences for family measures 18

At-risk-of-poverty rates by household type, 2005 19

The family as a support network

From whom do you get support in the following situations? | If you needed help around the house when ill | If you needed advice about a serious personal or family member | If you were feeling a bit depressed and wanting someone to talk to | If you needed to urgently raise an important sum of money to face an emergency |

Women aged 18–34 | 42 | 4 | 53 | 4 | 9 | 88 |

Women aged 35–64 | 49 | 10 | 40 | 10 | 16 | 75 |

Women aged 65+ | 6 | 10 | 84 | 5 | 6 | 88 |

Men aged 18–34 | 17 | 7 | 77 | 2 | 8 | 90 |

Men aged 35–64 | 32 | 14 | 54 | 5 | 11 | 84 |

Men aged 65+ | 5 | 7 | 88 | 6 | 5 | 89 |

NMS-10 |

Women aged 18–34 | 52 | 5 | 44 | 6 | 14 | 80 |

Women aged 35–64 | 48 | 17 | 35 | 12 | 16 | 72 |

Women aged 65+ | 9 | 16 | 75 | 6 | 5 | 89 |

Men aged 18–34 | 28 | 9 | 62 | 3 | 14 | 83 |

Men aged 35–64 | 35 | 20 | 45 | 6 | 16 | 79 |

Men aged 65+ | 9 | 13 | 78 | 6 | 5 | 90 |

Q37a, b, c: How often are you involved in any of the following activities outside your paid work: a) Caring for and educating Children; c) Caring for elderly/disabled relatives?Note: the modalities ‘less often’ and ‘never’ are aggregated together.Source: EQLS, 2003; row percentages.

Difference of employment rate for women with and without children*

2005 |

EU25 | 14.2 |

EU15 | 13.2 |

EU10 | 19.5 |

BE | 2.1 |

CZ | 39.2 |

DK | 3.4 |

DE | 26.5 |

EE | 30.0 |

EL | 3.5 |

ES | 7.5 |

FR | 10.2 |

IE | 18.2 |

IT | 6.8 |

CY | 3.4 |

LV | 18.0 |

LT | 2.8 |

LU | 7.0 |

HU | 35.3 |

MT | 17.2 |

NL | 9.4 |

AT | 14.4 |

PL | 11.1 |

PT | -3.8 |

SI | -1.5 |

SK | 34.5 |

Fl | 17.5 |

UK | 21.2 |

* Difference in employment rates for women with children under 6 and women without children (age group 20-50).Source: EU Labour Force Survey – Spring data, LU 2003, 2004 and 2005: Annual average data. Data not available for SE.

Provision of childcare in European countries in 2005

Children cared for (by formal arrangements other than by the family) up to 30 hours / 30 hours or more per usual week as a proportion of all children of same age group

Country | 0 – 2 years | 3 years – mandatory school age | Mandatory school age – 12 years | Admission age to mandatory school |

1 – 29h. | 30h. or + | 1 – 29h. | 30h. or + | 1 – 29h. | 30h. or + | (pre-primary included) |

EU Member States |

BE | More and better working part-time opportunities | 85.2 | Flexible working hours | 80.5 | Lower wage and income taxes | 80.2 |

CZ | An allowance at the birth of child | 90.5 | Lower wage and income taxes | 87.8 | Improved parental leave arrangements | 86.8 |

EE | A substantial decrease in the costs of education | 96.0 | A substantial rise in child allowance | 94.5 | Improved parental leave arrangements | 91.0 |

FI | Flexible working hours | 82.6 | Lower wage and income taxes | 79.5 | Financial support for parents taking care of their children | 79.3 |

DE | More and better working part-time opportunities | 89.9 | Flexible working hours | 89.3 | Better day-care facilities for children under 3 years old | 88.5 |

HU | Better housing for families | 94.9 | A substantial decrease in the costs of education | 93.7 | A substantial rise in child allowance | 92.3 |

IT | More and better working part-time opportunities | 89.2 | A substantial rise in child allowance | 89.2 | Lower wage and income taxes | 88.9 |

LT | An allowance at the birth of child | 95.9 | Financial support for parents taking care of their children | 95.7 | Improved parental leave arrangements | 94.7 |

NL | More and better working part-time opportunities | 78.9 | Flexible working hours | 72.0 | Improved parental leave arrangements | 71.2 |

PL | Child allowance dependent on family income | 92.5 | An allowance at the birth of child | 92.2 | Improved parental leave arrangements | 91.1 |

RO | Lower wage and income taxes | 98.2 | Improved parental leave arrangements | 97.9 | Better housing for families | 97.4 |

SI | Better housing for families | 97.8 | Better day-care facilities for children under 3 years old | 97.8 | Improved parental leave arrangements | 97.3 |

CY | Lower wage and income taxes | 95.9 | Improved parental leave arrangements | 93.7 | Flexible working hours | 91.5 |

Respondents up to 50 years old ("very in favour" and "somewhat in favour").The Demographic Future of Europe – Facts, Figures, Policies: Results of the Population Policy Acceptance Study (PPAS)- Survey with interviews of 34 000 Europeans in 14 countries from 1999 to 2003 – Federal Institute for population research and Robert Bosch Foundation 2006.

At-risk-of-poverty rates by household type, 2005

Single parent with dependent children | Two adults with one dependent child | Two adults with two dependent children | Two adults with three or more dependent children | Three or more adults with dependent children |

EU25 | 33s | 12s | 14s | 26s | 14s |

EU15 | 32s | 11s | 13s | 25s | 14s |

NMS10 | 38s | 15s | 19s | 36s | 17s |

BE | 36 | 9 | 10 | 21 | 17 |

BG | : | : | : | : | : |

CZ | 41 | 9 | 11 | 25 | 9 |

DK | 21 | 4 | 5 | 14 | 5 |

DE | 30 | 10 | 7 | 13 | 7 |

EE | 40 | 13 | 12 | 25 | 13 |

IE | 45 | 12 | 13 | 26 | 11 |

GR | 43 | 14 | 18 | 33 | 28 |

ES | 37 | 14 | 23 | 36 | 18 |

FR | 26 | 8 | 9 | 20 | 15 |

IT | 35 | 15 | 22 | 35 | 21 |

CY | 35 | 9 | 9 | 14 | 8 |

LV | 31 | 14 | 18 | 39 | 13 |

LT | 48 | 15 | 18 | 44 | 14 |

LU | 32 | 13 | 17 | 20 | 14 |

HU | 27p | 15p | 15p | 26p | 11p |

MT | 51 | 13 | 15 | 35 | 10 |

NL | 26 | 9 | 10 | 20 | 6 |

AT | 27 | 9 | 11 | 20 | 9 |

PL | 40 | 17 | 23 | 45 | 23 |

PT | 34 | 17 | 25 | 39 | 15 |

RO | 27 | 11 | 16 | 44 | 23 |

SI | 22p | 9p | 10p | 17p | 6p |

SK | 32 | 13 | 17 | 24 | 13 |

FI | 20 | 7 | 5 | 12 | 8 |

SE | 18 | 4 | 4 | 9 | 12 |

UK | 38p | 11p | 13p | 29p | 13p |

IS | 14 | 8 | 8 | 10 | 5 |

NO | 19 | 4 | 5 | 10 | 4 |

Source: Eurostat SILC(2005) Income data 2004; except for UK, income year 2005 and for IE moving income reference period (2004-2005); RO National HBS 2005, income data 2005.Notes: Risk-of-poverty defined as income below 60% of the median income.: = Not available.p = Provisional value.s = Eurostat estimation.

[1] KUMM(2006) 571 Il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità.

[2] L-ewwel stħarriġ Ewropew dwar il-kwalità tal-ħajja fl-2003. Il-Fundazzjoni Ewropea Favur it-Titjib tal-Kondizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol.

[3] Ir-Rapport dwar is-Sitwazzjoni Soċjali 2005/6.

[4] Id- data dwar l-infiq għall-familji ma tinkludix il-vantaġġi fiskali, l-infiq fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, notevolment dak ta’ qabel l-iskola, u l-miżuri l-oħra favur il-familji jew jikkunsidraw ir-responsabbiltajiet tal-familji (akkomodazzjoni, inklużjoni soċjali...).

[5] Ir-Rapport ta’ l-ILO dwar in-nisa u s-sigurtà soċjali 1988.

[6] Ewrobarometru 273.“Ir-Realtà Soċjali Ewropea”: il-ħajja tal-familja hi wieħed mill-valuri mogħtija priorità mill-Ewropew fit-tweġiba għall-isħarriġ dwar il-benessri.

[7] Il-ħidmiet ta’ l-OECD dwar l-attivitajiet u l-edukazzjoni tat-tfal żgħar juru li l-iżvilupp ta’ l-istrutturi li jassoċjaw żamma ta’ tfal u edukazzjoni, qed isir neċessità lil hinn mill-kontribuzzjoni tiegħu għall-konċiljazzjoni tal-ħajja familjari u l-ħajja professjonali, għaliex dan jippermetti l-ġlieda kontra l-esklużjoni u l-arrikkament tal-formazzjoni tal-kapitali uman immedjatament mill-aktar età żgħira.

[8] KUMM(2002) 694 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Movement Ħieles tal-Ħaddiema – nilħqu l-benefiċċji kollha u l-potenzjal sħiħ

[9] Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja. Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/38/KE relatata mad-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu u li jabitaw b’mod ħieles fit-territorju ta’ l-Istati Membri.

[10] KUMM(2006) 367 Lejn Strateġija ta’ l-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

[11] Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikulari fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE).

[12] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il- leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC.

[13] SEG(2006) 275 adottat fl-1 ta’ Marzu 2006.

[14] Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza, 7775/1/06/ REV 1.

[15] KUMM(2007) 63 dwar il-bilanċ tar-realtà soċjali.

[16] Cf. KUMM(2006) 571.

[17] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Reġjuni lejn bidla ekonomika” KUMM(2006) 675, 8.11.2006).

[18] Ġabriet ta’ azzjonijiet ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew fil-qasam tal-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja tal-familja għall-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, notevolment fil-qasam tal-programm transnazzjonali EQUAL, jistgħu jiġu kkunsultati fis-sit ta’ l-internet tal-Kummissjoni Ewropea.

[19] KUMM(2006) 386 Proposta ta’. Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni.

[20] Ir-Regolament (KE) 1081/2006 tal-5.7.2006 relatat mal-FSE jintegra fl-għanijet mistennija tiegħu li “jittratta d-dimensjonijiet u l-konsegwenzi rilevanti tal-bidliet demografiċi fil-popolazzjoni attiva tal-Komunità”.