52007DC0160




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.4.2007

KUMM(2007) 160 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

SINERĠIJA TAL-BAĦAR L-ISWED – INIZJATTIVA TA' KOOPERAZZJONI REĠJONALI ĠDIDA

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

SINERĠIJA TAL-BAĦAR L-ISWED – INIZJATTIVA TA' KOOPERAZZJONI REĠJONALI ĠDIDA

1. INTRODUZZJONI – IL-ħTIEġA TA’ POLITIKA REġJONALI

Fl-1 ta' Jannar 2007, żewġ stati littorali tal-Baħar l-Iswed, il-Bulgarija u r-Rumanija issieħbu fl-Unjoni Ewropea. Iktar minn qatt qabel, il-prosperità, l-istabbilità u s-sigurtà tal-ġirien tagħna fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed huma ta’ tħassib immedjat għall-UE.

Ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed[1] hija żona ġeografika distinta li hija għanja fir-riżorsi naturali u f’pożizzjoni strateġika f’salib it-toroq ta' l-Ewropa, l-Asja Ċentrali u Lvant Nofsani. B’popolazzjoni kbira, ir-reġjun jiffaċċja firxa ta’ opportunitajiet u sfidi għaċ-ċittadini tiegħu. Ir-reġjun huwa suq li qed jespandi b’potenżjal qawwi ta’ żvilupp u huwa hub importanti għall-enerġija u l-fluss ta' trasport. Huwa madankollu wkoll reġjun b’kunflitt ffriżati li ma ġewx riżolti, b’ħafna problemi ambjentali u kontrolli mhux adegwati fil-fruntieri u dan jinkoraġġixxi l-migrazzjoni llegali u l-kriminalità organizzata. Minkejja żviluppi pożittivi sinifikanti fl-aħħar snin, jibqgħu differenzi fil-pass li bih isiru r-riformi ekonomiċi u fil-kwalità ta’ tmexxija fost id-diversi pajjiżi tar-reġjun. Risposta reġjonali dinamika għall-kwistjonijiet tista’ tkun ta’ benefiċċju kbir għaċ-ċittadini tal-pajjiżi kkonċernati kif ukoll tikkontribwixxi għall-prosperità, stabilità u sigurtà totali fl-Ewropa.

L-Unjoni Ewropea diġà għamlet sforzi kbar biex tistimula r-riformi demokratiċi u ekonomiċi, biex tipproġetta l-istabbilità u tappoġġja l-iżvilupp fiż-żona tal-Baħar l-Iswed permezz ta' firxa wiesgħa ta' programmi ta' kooperazzjoni. Tliet politiki ta' l-UE huma rilevanti f'dan il-kuntest: il-proċess ta' qabel l-adeżjoni fil-każ tat-Turkija, il-Politika Ewropea ta' Viċinat (bil-ħames imsieħba ta' l-ENP attivi wkoll fil-kooperazzjoni fil-Baħar l-Iswed) u s-Sħubija Strateġika mal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, il-KE kkontribwiet għal firxa wiesgħa ta’ inizjattivi settorjali ta’ rilevanza reġjonali. (Ara l-Anness I)

Hemm opportunitajiet u sfidi sinifikanti fiż-żona tal-Baħar l-Iswed li jeħtieġu azzjoni kkoordinata f'livell reġjonali. Dawn jinkludu setturi ewlenin bħall-enerġija, it-trasport, l-ambjent, il-moviment u s-sigurtà. Il-kooperazzjoni reġjonali imsaħħa mhijiex intiża biex tittratta direttament il-kunflitti li ilhom jeżistu fir-reġjun, imma tista' tiġġenera iktar fiduċja reċiproka u, biż-żmien, tista' tgħin biex jitneħħew uħud mill-ostakli li huma ta' tfixkil. Meta jitqies il-mod kif jiltaqgħu il-kulturi fiż-żona tal-Baħar l-Iswed, kooperazzjoni reġjonali akbar jista’ jkollha effetti ta’ benefiċċju lil hinn mir-reġjun innifsu.

Wasal għalhekk iż-żmien biex ikun hemm involviment akbar ta' l-Unjoni Ewropea biex ikomplu jiġu definiti l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni u l-mekkaniżmi fil-livell reġjonali. Fil-Komunikazzjoni preżenti, il-Kummissjoni qed tressaq is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed bħala inizjattiva ta' kooperazzjoni reġjonali ġdida ta' l-UE.

2. IL-KARATTERISTIċI TAS-SINERġIJA TAL-BAħAR L-ISWED

Mhijiex l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi strateġija indipendenti tal-Baħar l-Iswed, minħabba li l-politika wiesgħa ta' l-UE dwar ir-reġjun hija diġa stipulata fl-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni mat-Turkija, l-ENP u s-Sħubija Strateġika mar-Russja. L-evoluzzjoni ulterjuri u l-implimentazzjoni fil-parti l-kbira bilaterali ta' dawn il-politika ser tkompli tiddertemina l-qafas strateġiku.

Hemm bżonn inizjattiva komplementari għal dawn il-politiki li tiffoka l-attenzjoni politika fil-livell reġjonali u tistimola l-proċessi li għaddejjin ta' kooperazzjoni. Il-ħidma ewlenija tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed għalhekk tkun l-iżvilupp tal-kooperazzjoni fi ħdan ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u anki bejn ir-reġjun kollu u l-Unjoni Ewropea.

Din l-inizjattiva li hija kollha kemm hi trasparenti u inklussiva hija bbażata fuq l-interessi komuni ta’ l-UE u tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed u tqis ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet ma’ l-Istati kollha tal-Baħar l-Iswed. Għandha ttejjeb ukoll is-sinerġiji u tibni fuq l-esperjenzi ta’ l-inizjattivi reġjonali eżistenti li jgħaqqdu r-reġjun tal-Baħar l-Iswed ma’ l-UE, bħal m’huwa l-Proċess ta' Kooperazzjoni tad-Danubju[2].

Is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed hija intiża bħala qafas flessibbli li jassigura koeżjoni ikbar u gwida politika. Fl-evalwazzjoni ta' l-utilità ta' l-appoġġ Komunitarju għal inizjattivi partikolari, l-involviment attiv tal-pajjiżi u ta' entitajiet reġjonali kkonċernati direttament, inkluż permezz tal-finanzjament, għandu jservi bħala kriterju ewlieni.

L-ambitu ta' l-azzjonijiet jista' jestendi lil hinn mir-reġjun innifsu, minħabba li ħafna attivitajiet jibqgħu marbuta mill-qrib mar-reġjun ġirien, l-aktar mal-Baħar Kaspju, l-Asja Ċentrali u x-Xlokk ta' l-Ewropa. Għandu jkun hemm rabta mill-qrib bejn l-approċċ tal-Baħar l-Iswed u l-Istrateġija ta' l-UE għall-Asja Ċentrali. Il-kooperazzjoni fil-Baħar l-Iswed għandha għalhekk tinkludi elementi sinifikanti bejn ir-reġjuni. Għandha tqis ukoll il-programmi reġjonali l-oħra ta' kooperazzjoni appoġġjati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi[3].

3. L-OQSMA EWLENIJA TA' KOOPERAZZJONI

Mill-bidunett, is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed għandha tiffoka fuq dawn il-kwistjonijiet u fuq oqsma ta' kooperazzjoni li jirriflettu prijoritajiet komuni u fejn il-preżenza u l-appoġġ ta' l-UE hija diġà sinfikanti. Għalhekk, din il-Komunikazzjoni tifformula għadd ta' ħidmiet fuq perjidu ta' żmien qasir u medju relatati ma' dawn l-oqsma[4].

3.1. Id-Demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u t-tmexxija tajba

Il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OSCE iffissaw kriterji dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija li japplikaw għall-istati kollha tal-Baħar l-Iswed. L-isforzi ta' l-UE f'dan ir-rigward huma prinċipalment bilaterali. Madankollu, l-azzjonijiet meħuda fil-livell reġjonali jista' jkollhom rwol sostanzjali biex isaħħu u jagħtu l-ħajja lill-miżuri nazzjonali. L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-Baħar l-Iswed matul l-aħħar snin impenjaw ruħhom biex jiżviluppaw istituzzjonijiet demokratiċi effettivi, jippromwovu t-tmexxija tajba u l-istat tad-dritt. L-UE għandha tappoġġja dawn l-inizjattivi reġjonali permezz tal-qsim ta' esperjenza dwar il-miżuri għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, billi tipprovdi taħriġ u programmi ta' skambju u billi tistimola d-djalogu reġjonali mas-soċjetà ċivili.

3.2. Il-ġestjoni tal-moviment u t-titjib tas-sigurtà

It-titjib tat-tmexxija fil-fruntieri u l-kooperazzjoni doganali fil-livell reġjonali tkattar is-sigurtà u tgħin fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata bejn il-fruntieri bħat-traffikar tal-persuni , l-armi u d-drogi u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-migrazzjoni rregolari. Eżempji ta' suċċess bħall-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza tal-Fruntieri għall-Moldova u l-Ukrajna juru li tista' tikkontribwixxi wkoll biex jissolvew il-kunflitti.

Il-Kummissjoni dalwaqt ser tippreżenta Komunikazzjoni li tapplika l-Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni għall-ġirien tal-lvant u tax-xlokk, inklużi inizjattivi ġodda dwar il-ġestjoni mtejba tal-migrazzjoni u kif tiġi ttrattata l-migrazzjoni llegali. Rotot importanti tal-migrazzjoni llegali jgħaddu mir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, u jwasslu biex il-kooperazzjoni reġjonali dwar dawn il-kwistjonijiet tkun partikolarment relevanti.

Il-Kummissjoni qegħda tinkoraġġixxi l-pajjiżi fir-reġjun biex ikomplu jiżviluppi il-kooperazzjoni prattika biex tiġġieled il-kriminalità in ġenerali bejn il-fruntieri, billi tinkanala l-esperjenza minn inizjattivi oħra simili fix-Xlokk ta’ l-Asja u ż-żona Baltika. Iktar kooperazzjoni reġjonali intensifikata ser ittejjeb il-prestazzjoni ta’ l-infurzar tal-liġi nazzjonali, b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. L-atturi reġjonali tal-Baħar l-Iswed jistgħu b'mod siewi jiżviluppaw l-aħjar prattiċi, jintroduċu standards komuni biex jaħżnu u jagħmlu skambju ta' informazzjoni, u jistabbilixxu sistemi ta' twissija bikrija dwar il-kriminalità transnazzjonali u jiżviluppaw skemi ta’ taħriġ. Dan jista’ jibni fuq l-esperjenza u l-attivitajiet taċ-ċentru reġjonali tas-SECI[5] u l-BBCIC. [6]

3.3. Il-kunflitti “ffriżati”

Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi rwol iktar attiv ta' l-UE permezz ta' involviment politiku ikbar fl-isforzi li għaddejjin biex jindirizzaw il-kunflitti (Transnistria, Abkhazia, in-nofsinhar ta’ l-Ossetia u Nagorno-Karabakh) u pproponiet li l-UE għandha tħares ukoll lejn metodi kif ittejjeb il-parteċipazzjoni tagħha pereżempju fil-monitoraġġ. Is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed tista' toffri mezz biex tindirizza l-klima sħiħa billi tittratta l-kwistjonijiet bażiċi ta' tmexxija u n-nuqqas ta' żvilupp ekonomiku, in-nuqqas ta' koeżjoni soċjali, tas-sigurtà u l-istabbilità. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-promozzjoni ta' miżuri biex ikattru l-fiduċja fir-reġjuni effettwati, inklużi programmi ta' kooperazzjoni mfassla speċifikament biex iressqu partijiet mifruda lejn xulxin.

3.4. L-enerġija

Ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed huwa żona ta' produzzjoni u trażmissjoni ta' importanza strateġika għas-sigurtà tal-provvista enerġetika. Joffri potenzjal sinifikanti għad-diversifikazzjoni tal-provvista enerġetika u huwa għalhekk komponent importanti ta' l-istrateġija ta' l-enerġija esterna ta' l-UE. Id-diversifikazzjoni tas-sigurtà tal-provvista enerġetika hija fl-interess ta' l-imsieħba tagħna fir-reġjun, kif ukoll ta' l-UE.

Il-Kummissjoni ser tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-produtturi enerġetiċi, il-pajjiżi ta' tranżitu u l-konsumaturi fi djalogu dwar is-sigurtà enerġetika. Dan id-djalogu ser jippromwovi l-armonizzazzjoni legali u regolatorja permezz ta’ l-Inizjattiva Baku (Ara l-Anness I) u fil-qafas ta’ l-ENP u d-Djalogu bejn l-UE u r-Russja dwar l-Enerġija. Dan għandu jitkompla matul l-espansjoni, fejn xieraq, tat-Trattat Komunitarja dwar l-Enerġija fil-Moldova, it-Turkija u l-Ukrajna, kif ukoll permezz tal-Memoranda ta’ Ftehim ma’ l-Ażerbaijan u l-Ukrajna, il-ftehim PCA u dawk kummerċjali, in-negozjati ta’ adeżjoni mal-WTO u, fejn xieraq, permezz ta’ ftehimiet oħra bilaterali dwar l-enerġija. L-għan huwa li jkun hemm qafas ċar, trasparenti u mingħajr diskrimazzjoni, konformi ma' l- acquis ta' l-UE, għall-produzzjoni ta' enerġija, it-trasport u t-tranżitu.

L-UE qed tgħin ukoll lill-pajjiżi tar-reġjun biex jiżviluppaw importanza akbar dwar sorsi alternattivi ta' enerġija u dwar l-effiċjenza u t-tnaqqis fil-ħela ta' l-enerġija, li jħallu liberi riżorsi enerġetiċi importanti.

L-UE qed taħdem mill-qrib ma' l-imsieħba reġjonali biex tkabbar l-istabbilità enerġetika permezz tat- titjib ta' l-infrastruttura eżistenti u l-bini ta' infrastruttura enerġetika ġdida. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tiżviluppa, b'kooperazzjoni ma' l-imsieħba tagħha, linja ta' l-enerġija li taqsam il-Kaspju u l-Baħar l-Iswed. Din il-linja ser tinkludi għadd ta' għażliet tekniċi għall-esportazzjoni addizzjonali tal-gass mill-Asja Ċentrali mir-reġjun tal-Baħar l-Iswed lejn l-UE. Barra minn hekk, minħabba l-kwantitajiet jikbru ta' żejt li jgħaddi mill-Baħar l-Iswed, li wasslu għal tħassib dejjem jikber dwar is-sigurtà u l-ambjent, l-UE għandha interess speċifiku biex tiżviluppa dimensjoni sostenibbli u ekoloġika għaż-żejt mal-kooperazzjoni tagħha fir-reġjun. Hemm diġà numru ta' proġetti li jaqbżu l-Bosforu li qed jiġu kkunsidrati. (Ara l-Anness I)

Għalhekk l-UE għandha tinkoraġġixxi investimenti sinifikanti meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq.

Fl-aħħarnett, għal tul ta' żmien medju u kif propst fil-Komunikazzjoni reċenti dwar Politika Enerġetika għall-Ewropa[7], il-Kummissjoni ser teżamina l-possibilità ta' qafas legali bejn l-UE u r-reġjun ta' l-ENP li jkopri l-interessi komuni tas-sigurtà tal-provvista, tat-tranżitu u d-domanda. Ser jitnieda studju dwar il-fattibilità biex jiddetermina jekk huwiex meħtieġ li jiġi żviluppat qafas legali sħiħ li jkopri l-produttur, it-tranżitu u l-pajjiżi konsumaturi.

3.5. It-trasport

Il-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja b'mod attiv il-kooperazzjoni reġjonali tat-trasport bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza, l-ħarsien u s-sigurtà ta' l-operazzjonijiet tat-trasport. L-UE għandha tibni fuq l-esperjenza ta' l-inizjattivi differenti kollha fit-trasport rilevanti għaż-żona tal-Baħar l-Iswed. (Ara l-Anness I)

Bil-Komunikazzjoni reċenti tagħha[8], il-Kummissjoni nidiet dibattitu dwar kif tissaħħaħ il-kooperazzjoni fit-trasport u jiġu ssimplifikati l-attivitajiet differenti ta' kooperazzjoni li qed isiru. Għandhom jitkomplew l-isforzi fil-kuntest ta' l-iżvilupp ta' l-assi ta' traspsort bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien tagħha kif ġew identifikati fil-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli. Hemm il-ħtieġa ta' koordinazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet li qed isiru, li għandha twassal għal diviżjoni ċara tax-xogħol jew saħansitra amalgamazzjoni parzjali bejn l-avvenimenti regolari eżistenti u l-istrutturi. L-Istrateġija TRACECA sa l-2015 għandha tkompli tipprovdi bażi importanti għall-iżvilupp reġjonali fit-trasport.

Id-djalogu fil-politika tat-trasport bil-għan li jkun hemm approssimazzjoni regolatorja għandu jibqa' għan ċentrali. Il-Kummissjoni biħsiebha tassisti fl-identifikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet li ser jgħinu biex ikun hemm applikazzjoni uniformi u konsistenti ta' l-istrumenti u standards rilevanti. Il-kompetittività, il-kapaċità li jitħajru flussi ta' traffiku, it-titjieb tas-sikurezza, is-sigurtà, l-interoperabilità u l-intermodalità għandhom ikunu fatturi deċiżivi fit-tfassil tal-pjanijiet għall-ġejjieni. Is-sigurtà fl-avjazzjoni u l-estensjoni taż-żona komuni ta' avjazzjoni huma għanijiet importanti. Meta jitqiesu l-ħtiġijiet jiżdiedu ta' trasport ta' idrokarbonju, is-sigurtà marittima għandha tkun għolja fl-aġenda. B'mod partikolari, il-prattiċi u l-proċeduri tal-Memoranda ta' Ftehim ta' Pariġi u l-Baħar l-Iswed dwar il-Kontroll Portwali ta' l-Istati għandhom jiġu armonizzati fl-ogħla livell. Il-Kummissjoni tipproponi li tisfrutta bis-sħiħ il-vantaġġi offruti mit-tbaħħir fil-qosor u l-mogħdijiet interni, l-aktar id-Danubju.

3.6. L-ambjent

Hawnhekk jeżistu ħafna proċessi reġjonali imma l-implimentazzjoni għadha lura. Il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-problemi ambjentali fil-livell reġjonali hija rikonoxxuta mill-Istrateġija Marina ta’ l-UE u d-Direttiva ta’ l-Istrateġija Marina proposta adottati mill-Kummissjoni fl-2005[9]. L-Istrateġija għall-Ibħra ta’ l-UE ser titlob lill-Istati Membri ta’l-UE fl-ibħra kollha reġjonali li għandhom fruntieri ma’ l-UE biex jassiguraw kooperazzjoni mal-pajjiżi kollha fir-reġjun. Għal dan il-għan, l-Istati Membri ser jiġu mħeġġa jaħdmu fi ħdan il-qafas tal-konvenzjonijiet ta’ l-ibħra reġjonali – inkluża l-Kummissjoni tal-Baħar l-Iswed. (Ara l-Anness I) L-adeżjoni Komunitarja fil-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-Baħar l-Iswed kontra t-Tniġġiż hija prijorità.

Il-pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed jeħtieġ li jsaħħu l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali multilaterali u jistabbilixxu kooperazzjoni ambjentali iktar strateġika fir-reġjun. Għalhekk, l-approċċ tad-DABLAS Task Force, fil-kooperazzjoni dwar it-titjib ta’ l-investimenti, jista’ jkun replikat għal kwistjonijiet oħra ambjentali reġjonali bħal m’huwa l-ħarsien tan-natura, l-immaniġġjar ta’ l-iskart, it-tniġġiż industrijali jew ta’ l-arja ladarba approċċ reġjonali jġib miegħu benefiċċji veri. Il-Kummissjoni għandha wkoll tippromwovi l-attivitajiet fil-livell reġjonali biex jikkumbattu t-tibdil fil-klima, b’mod partikolli billi jsir użu mill-implimentazzjoni konġunta tal-mekkaniżmu dwar l-iżvilupp nadif tal-Protokoll ta’ Kyoto u tinvolvi l-pajjiżi tar-Reġjun tal-Baħar l-Iswed f'diskussjonijiet internazzjonali dwar azzjoni futura. Jistgħu jiġu esplorati mekkaniżmi oħra, bħall-iżvilupp fit-tul ta’ l-iskemi nazzjonali tal-kummerċ ta’ l-emissjonijiet fir-reġjun.

3.7. Politika Marittima

Is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed tipprovdi opportunità għad- djalogu dwar il-politika marittima olistika emerġenti ta’ l-Unjoni li għandha l-għan li timmassimizza t-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien ta’ impjiegi f’setturi relatati mal-baħar u r-reġjuni kostali. Din għandha tinkludi l-bini ta’ netwerk ta’ gruppi ta’ kooperazzjoni marittima multi-settorjali fost is-servizzi, l-industriji u l-istituzzjonijiet xjentifiċi u anki t-titjib tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni dwar is-sorveljanza tal-baħar, biex ikun hemm sikurezza u sigurtà tat-tbaħħir u l-ħarsien ambjentali.

3.8. Is-Sajd

Il-Baħar l-Iswed huwa reġjun importanti għas-sajd u l-maġġoranza tal-provvisti huma bejn il-fruntieri. Numru minn dawn huma fi stat ħażin u teħtieġ għalhekk azzjoni fil-livell reġjonali biex tgħinhom jirkupraw. L-UE għandha tfittex li tippromwovi żvilupp sostenibbli permezz ta' l-imaniġġjar tas-sajd, ir-riċerka, il-ġbir tad-data u l-evalwazzjoni tal-provvisti fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Għandhom ikunu esplorati metodi ġodda biex jiġi assigurat użu sostenibbli u razzjonali tar-riżorsi tas-sajd fir-reġjun . Il-possibiltajiet offruti mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran, li tinkludi l-Baħar l-Iswed fil-mandat tagħha, għandhom jintużaw aħjar.

3.9. Il-Kummerċ

L-UE huwa msieħeb ekonomiku u kummerċjali importanti għall-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed, u r-rabtiet ekonomiċi iktar mill-qrib, u r-relazzjonijiet kummerċjali ta' preferenza huma elementi importanti tar-relazzjoni tagħna. L-adeżjoni fil-WTO ta’ l-Istati kollha tal-Baħar l-Iswed u n-negozjati tagħna dwar ftehimiet suċċessivi tal-PCAs mar-Russja u l-Ukrajna ser ikunu pass importanti lejn il-liberalizzazzjoni kummerċjali fir-reġjun u l-UE ser tkompli tappoġġja dak il-proċess .

L-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni kummerċjali u d-dispożizzjonijiet ekonomiċi ta' l-ENP, b'mod partikolari jġibu l quddiem ir-riformi ekonomiċi tas-suq u l-approssimazzjoni progressiva regolatorja tal-leġiżlazzjoni u l-prattiċi ta’ l- acquis relatat mal-kummerċ ta’ l-UE jkomplu jkollhom rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-integrazzjoni reġjonali.

L-organizzazzjonijiet ta’ kooperazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed ġabu 'l quddiem għadd ta’ inizjattivi biex jiżviluppaw żoni ta’ kummerċ ħieles. Fil-prinċipju, l-UE tilqa’ passi li jservu ta’ liberalizzazzjoni kummerċjali ġenwina, sakemm dawn ikunu kompatibbli mas-sistema kummerċjali multilaterali u jirriflettu l-ftehimiet eżistenti bejn il-KE u l-istati kkonċernati. Kull inizjattiva għandha tqis tajjeb il-fatt li l-Istati Membri ta’ l-UE u l-pajjiżi marbuta mal-politika kummerċjali komuni ta’ l-UE minn għaqda doganali ma jistgħux jipparteċipaw b’mod awtonomimu fl-iskemi reġjonali ta’ kummerċ ħieles.

3.10. In-Netwerks ta’ Riċerka u Edukazzjoni

Il-Kummissjoni biħsiebha tistimula l-interkonnessjoni tal-pajjiżi kollha fiż-żona mas-sinsla ta’ riċerka Pan Ewropea GEANT.

Hemm interess komuni li tkun ipprovduta konnettività veloċi bejn ir-riċerka u l-komunitajiet edukattivi u fil-promozzjoni ta’ armonizzazzjoni legali u regolatorja ta’ dawn l-oqfsa tal-pajjiżi fi ħdan il-qafas ta’ l-UE. Dan ikun jeħtieġ it-twaqqif ta’ awtoritajiet reġolatorji indipendenti u effiċjenti. Barra minn hekk, jeħtieġ li ssir promozzjoni tat-tħaddim ta' infrastruttura broadband u l-introduzzjoni ta' servizzi online fil-qasam ta' l-e-Government, e-Business, e-Health u l-użu ta' l-ICT fl-edukazzjoni u r-riċerka.

Il-programm Tempus ser iseri bħala strument utli biex jiġu stabbiliti proġetti ta’ kooperazzjoni bejn l-universitajiet fl-UE u fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, b’enfasi fuq ir-riforma ta’ l-edukazzjoni ogħla

3.11. Ix-Xjenza u t-Teknoloġija (S&T)

Il-Kummissjoni biħsiebha tippromwovi l-bini ta’ kapaċità u d-djalogu politiku dwar l-S&T mal-pajjizi tal-Baħar l-Iswed, b’mod partikolari permezz ta’ strumenti ġodda disponibbli taħt is-7 Programm ta’ Qafas għar-Riċerka (FP7). Ser tassigura l -inklużjoni ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ riċerka u suġġetti ta’ interess komuni fil-programmi ta’ ħidma FP7 u ser tippromwovi sinerġiji bejn l-attivitajiet iffinanzjati mill-FP7 u strumenti oħra finanzjarji xierqa tal-KE.

3.12. L-impjiegi u s-sigurtà soċjali

Il-pajjiżi msieħba tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed jiffaċċjaw sfidi simili, bħal rata għolja ta’ qgħad, ekonomija informali mifruxa, kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni ta’ xogħol deċenti, bħal mhuwa d-djalogu soċjali, il-ħarsien soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali huma enfasizzati f’diversi Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ l-ENP. Integrazzjoni aħjar ta’ minoranzi etniċi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma kwistjonijiet ewlenin għall-koeżjoni soċjali f’bosta pajjiżi msieħba tal-Baħar l-Iswed. Il-kooperazzjoni fil-livell reġjonali dwar dawn il-kwistjonijiet tista’ tagħti valur miżjud, l-aktar fejn jidħol l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiċi, kif ukoll inizjattivi li jkattru l-għarfien, inklużi programmi ta’ taħriġ għall-uffiċjali rilevanti, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-UE għandha tappoġġja inizjattivi bħal dawn permezz ta’ programmi ta’ assistenza teknika .

3.13. L-Iżvilupp Reġjonali

Bl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, il-finanzjament Reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea sar disponibbli għall-ewwel darba għall-kosta tal-Baħar l-Iswed. Il-programmi tal-Politika Reġjonali f’dawn iż-żewġ Stati Membri ser ikomplu jtejbu l-kompetittività u s-sitwazzjoni ambjentali b’mod partikolari tar-reġjuni tal-kosta tagħhom, permezz ta’ enfasi speċjali fuq l-aġendi ta’ Liżbona u Gothenburg. Il-lezzjonijiet miksuba f’dawn il-programmi ser tkun tista’ tinqasam fil-Baħar l-Iswed kollu permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni msemmija f’Sezzjoni 4.

4. IL-KOOPERAZZJONI BEJN IL-FRUNTIERI (CBC) U R-RWOL TA’ L-ATTURI LOKALI U TAS-SOċJETÀ ċIVILI

Il-Kummissjoni stabbiliet programm CBC għall-Baħar l-Iswed skond l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija (ENPI). Dan “il-programm tal-baċin tal-baħar” jiffoka fuq l-appoġġ lis-soċjetà ċivili u l-kooperazzjoni fil-livell lokali fiż-żoni kostali tal-Baħar l-Iswed. Il-programm ser jitmexxa lokalment fir-reġjun, bl-imsieħba jieħdu responsabbiltà konġunta għall-implimentazzjoni tiegħu.

Dan il-programm jiffaċilita iktar żvilupp ta’ kuntatti bejn l-ibliet u l-komunitajiet tal-Baħar l-Iswed, l-universitajiet, l-operaturi kulturali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Dan jista’ jkollu rwol partikolarment importanti fiż-żoni ta’ kunflitt, fejn l-atturi tas-soċjetà ċivili huma l-aktar utli għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni ma’ u fost l-abitanti.

Barra minn hekk, il-programmi ġodda ta’ kooperazzjoni bejn il-fruntieri bejn il-Bulgarija u r-Rumanija (ffinanzjati mill-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew) u bejn il-Bulgarija u t-Turkija (ffinanzjat mill-Istrument għall-qabel l-Adeżjoni). Dawn it-tnejn jippermettu azzjonijiet marittimi u kostali li ser itejbu l-iżvilupp tar-rabtiet u l-kooperazzjoni matul il-kosta tal-punent tal-Baħar l-Iswed.

5. IT-TISħIħ TA’ L-ENP

Ħames pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed huma msieħba fl-ENP. It-tisħiħ tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat, inkluż il-bini ta’ dimensjoni tematika ma’ l-ENP u l-iżvilupp gradwali ta’ Ftehimiet Kummerċjali Liberi wiesgħa u komprensivi, għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fil-Baħar l-Iswed. It-tneħħija ta’ ostakli għall-ivvjaġġar leġittimu, l-iskema ġdida ta’ boroż ta’ studju taħt it-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna tal-programm Erasmus Mundus kif ukoll kooperazzjoni akbar bejn l-universitajiet jista’ jgħin biex jiffaċilita l-kuntatti reġjonali.

Il-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat, għall-pajjiżi bi Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-ENP, tista' tikkontribwixxi fit-tħejjija u l-kofinanzjament ta' l-investimenti infrastrutturali, b’mod partikolari fiż-żoni ta’ enerġija, trasport u ambjent u b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, l-aktar il-BEI u l-EBRD.

6. IR-RWOL TA’ L-ORGANIZZAZZJONIJIET REġJONALI

Il-Kummissjoni mhijiex qed tipproponi l-ħolqien ta’ istituzzjonijiet ġodda jew ta’ strutturi burokratiċi. L-istati tal-Baħar l-Iswed għandhom jibqgħu l-interlokuturi ewlenin ta’ l-UE, kemm jekk f’qafas bilaterali kif ukoll waqt diskussjonijiet fil-livell reġjonali. Il-parti l-kbira tal-kontribuzzjoni tal-KE ser tkompli tiġi pprovduta permezz ta’ programmi settorjali mmexxija mill-Kummissjoni.

L-UE, madankollu, għandha tkun lesta li ssaħħaħ il-kuntatti ma’ l-organizzazzjonijiet reġjonali. L-inizjattiva reġjonali ta’ l-UE dwar il-Baħar l-Iswed għandha l-għan li tilħaq approċċ komprensiv li jinkludi l-pajjiżi kollha tar-reġjun; għalhekk is-sħubija wiesgħa ta’ l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (BSEC)[10] u l-fatt li r-Russja u t-Turkija huma l-membri fundaturi tagħha huwa vantaġġ deċiżiv u jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti lejn is-suċċess tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed.

Ir-rabtiet bejn l-UE u l-BSEC għandhom iservu l-aktar għad-djalogu fil-livell reġjonali. Dan jista’ jinkludi laqgħat bejn uffiċjali ewlenin biex ikun hemm koordinazzjoni aħjar ta’ proġetti konkreti.

Avveniment ta’ tnedija politiku ta’ livell għoli għandu jipprovdi orjentazzjoni politika u viżibilità għas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Jekk l-imsieħba tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed jiddeċiedu li jagħmlu dan fid-dawl tal-progress tanġibbli, jistgħu jsiru laqgħat ministerjali regolari, li għalihom jattendu l-pajjiżi ta’ l-UE u l-BSEC. Laqgħat bejn l-UE u l-imsieħba ta’ l-ENP mir-reġjun tal-Baħar l-Iswed jistgħu jiġu organizzati konsekuttivament ma’ dawn il-laqgħat u jipprovdu opportunità għall-konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-ENP. Is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed għandha wkoll tieħu vantaġġ mill-kuntatti utli li jeżistu diġà bejn il-Parlament Ewropew u l-Assemblea Parlamentari tal-BSEC.

Fil-preżent, seba’ Stati Membri ta’ l-UE għandhom status ta’ osservatur mal-BSEC[11]. Biex tirrispondi għall-inizjattiva tal-BSEC, il-Kummissjoni biħsiebha wkoll tfittex status ta’ osservatur u li tappoġġja l-applikazzjoni ta’ l-Istati Membri għal status ta’ osservatur.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ser tibqa’ miftuħa għall-possibiltajiet ta’ kooperazzjoni kollha xierqa li jistgħu jinkisbu minn entitajiet u inizjattivi oħra reġjonali. Meta jitqies l-enfasi fuq il-partenarjati u n-netwerks reġjonali, il-Forum tal-Baħar l-Iswed[12] jista' jkun partikolarment utli fil-livell mhux governattiv u tas-soċjetà ċivili.

7. APPOġġ FINANZJARJU

Bħala prinċipju ġenerali, il-kofinanzjament għandu jiġi applikat. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju Komunitarju jista’ jkun disponibbli skond il-programmi nazzjonali, reġjonali u transkonfinali ta’ l-ENPI, strumenti esterni oħra ta’ għajnuna u, għall-Istati Membri ta’ l-UE, il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew. It-tkattir tal-flessibilità ta’ l-istrumenti ġodda ta’ l-iffinanzjar tal-KE għandhom jiffaċilitaw l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali.

L-attivitajiet reġjonali ta’ l-EBRD u l-BEI kif ukoll il-Bank tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed[13] huma diġà sinifikanti u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed tista' toffri possibiltajiet ġodda, foshom l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi għall-iffinanzjar konġunt, bl-użu ta’ esperjenza miksuba bi skemi bħall-Partenarjati tad-Dimensjoni tat-Tramuntana.

8. KONKLUżJONI

Il-kostellazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed inbidlet sostanzjalment fl-aħħar snin u ser tkompli tevolvi. F’dawn il-kundizzjonijiet, l-inizjattiva ġdida ta’ kooperazzjoni reġjonali ta’ l-UE għandha tikkomplimenta l-attivitajiet ta’ firxa wiesgħa bilaterali u settorjali eżistenti tagħha.

Il-preżenza ta’ l-Unjoni Ewropea fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed tiftaħ tieqa fuq perspettivi u opportunitajiet ġodda. Dan jeħtieġ sforz aktar koerenti u fit-tul li għandu jgħin biex jinħatfu kollha kemm huma dawn l-opportunitajiet, biex tinkiseb stabilità u prosperità akbar fir-reġjun. Impenn akbar ta’ l-UE fil-kooperazzjoni reġjonali fil-Baħar l-Iswed għandu jikkontribwixxi għal dan il-għan.

ANNEX I

Recent and Ongoing EU activities at regional level

Already in a 1997 Communication[14], the Commission stressed the need to support cooperation in the Black Sea region and suggested appropriate areas for Community programmes. In the ensuing period the EC has contributed to a number of initiatives and cooperation programmes of regional relevance, notably:

1. The Baku Initiative

This is a framework to enhance cooperation in both the energy and transport fields and to stimulate progressive convergence towards EC principles.

2. The INOGATE programme

The INterstate Oil and GAs To Europe pipelines, INOGATE, improves the security of energy supply through multi-annual technical assistance programmes. It is supported by the EU-Black Sea and Caspian Sea Basin and its Neighbouring Countries Energy Cooperation Secretariat, as was agreed at the Astana Ministerial Conference on 30 November 2006.

3. Energy infrastructure

The Commission has been working with others on upgrading the energy infrastructure. Major projects have been carried out, including the Baku-Supsa and the Baku-Tbilisi-Ceyhan oil pipelines as well as the Baku-Tbilisi-Erzerum gas pipeline. Furthermore, a number of projects of new energy infrastructure are currently considered. These include the reversal of the Brody-Odessa pipeline and its extension to Plock in Poland, as well as the Constanza-Omisalj-Trieste, Burgas-Vlore and Burgas-Alexandroupolis oil pipelines. In addition, the Commission has acted as a catalyst for the agreement between Greece and Turkey for the completion of a gas pipeline linking the two countries with a possible extension to Italy.

4. TRACECA

The TRAnsport Corridor Europe Caucasus Central Asia (TRACECA) programme provides technical assistance covering road, rail, aviation and maritime transport connections from Central Asia to Europe. It was originally a Community programme but since 1999 it is regulated by a multilateral agreement with intergovernmental structures.

5. High Level Group Initiatives

In 2004, the European Commission established the High Level Group on the Extension of the Major Trans-European Transport Axes to the Neighbouring Countries and Regions. The HLG delivered its recommendations in December 2005. Many of the initiatives put forward by the High Level Group are pertinent to the Black Sea region.

6. Environment

The Commission actively contributes to the work of the Black Sea Commission, the executive body of the Convention on the Protection of the Black Sea against Pollution, which was signed in 1992 by the six littoral states. Furthermore, the Commission chairs the Danube Black Sea Task Force, which was set up by the countries of the Danube-Black Sea region in 2001 to encourage a strategic focus on investments in the field of water.

7. Conflict Resolution

The Commission has contributed to activities aiming at conflict resolution, notably through the Border Assistance Mission for Moldova and Ukraine.

8. National Research and Education Networks

The interconnection of the National Research and Education Networks (NRENs) to the pan-European research backbone GEANT has been achieved for all the European Union Member States and Candidate Countries. As regards Moldova and the Caucasus countries, they are only linked with very limited capacity, while the Ukraine is not linked at all, which constitutes a major blocking factor to the further development of research and education efforts in the region.

9. Science and Technology

Efforts to consolidate the potential of the Black Sea countries and to establish stronger links with the scientific community of the EU were spearheaded by the INCO Programme of the 6th Framework Programme for Science, Technology and Development (2002-2006). This programme was aimed at the Bulgaria, Romania and Turkey as well as eastern ENP partners. The Framework Programme included additional and substantial cooperation with the latter, particularly through the INTAS Programme which focused on cooperation between the EU and Eastern Europe and Central Asia. In September 2005, the Ministers of countries that belong to BSEC adopted a ‘ BSEC Action Plan on cooperation in science and technology ’. This plan was developed with European help for a 4 years period. It aims at enhancing S&T cooperation among the Black Sea countries as well as between BSEC and the EU. The Commission participates in all S&T Working Group meetings to assist in the implementation of the Action Plan.

[pic]

[1] Ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed (Ara l-Mappa fl-Anness II) jinkludi l-Greċja, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Moldova fil-punent, l-Ukrajna u r-Russja fit-tramuntana, il-Ġeorġja, l-Armenja u l-Ażerbaijan fil-lvant u t-Turkija fin-nofsinhar. Għalkemm l-Armenja, l-Ażerbaijan, il-Moldova u l-Greċja mhumiex stati litorali, l-istorja, il-viċinanza u r-rabtiet mill-qrib jagħmluhom atturi reġjonali naturali.

[2] Inizjattiva żviluppata mill-Awstrija, r-Rumanija, il-Kummissjoni Ewropea u l-Patt ta' Stabilità biex twessa' u ssaħħaħ il-Kooperazzjoni tad-Danubju u tagħtiha dimensjonijiet politiċi u ekonomiċi ċari.

[3] Bħall-programmi tal-ĠM, l-OSCE, l-OECD u l-Kunsill ta' l-Ewropa jew il-Fondazzjoni tal-Baħar l-Iswed għall-Kooperazzjoni Reġjonali tal-GMF ta' l-Istati Uniti.

[4] Ħidmiet konkreti skond il-Kapitoli 3 u 4 jidhru bil-korsiv

[5] Iċ-Ċentru Reġjonali ta' Inizjattiva ta' Kooperazzjoni fix-xlokk ta' l-Ewropa kontra l-Kriminalità bejn il-Fruntieri. Huwa bbażat f’Bukarest u għandu bosta stati tal-Baħar l-Iswed bħala membri jew osservaturi.

[6] Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni u Informazzjoni fil-Fruntieri tal-Baħar l-Iswed ibbażat f'Burgas. Jipprovdi informazzjoni dwar attivitajiet illegali fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-gwardji kostali.

[7] KUMM(2007)1 finali tal-10.01.2007

[8] COM (2007) 32 finali “Linji Gwida għat-Trasport fl-Ewropa u r-Reġjuni Ġirien” Din il-Komunikazzjoni, li tibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, tfisser l-ewwel passi lejn integrazzjoni aktar mill-qrib tas-sistema tat-trasport ta' l-UE ma' dik tal-pajjiżi ġirien.

[9] COM(2005) 504 u COM(2005) 505 ta’ l-24 October 2005.

[10] Il-BSEC twaqqfet fl-1992 u tbiddlet f’organizzazzjoni internazzjonali fl-1999. Għalkemm fil-bidu kkonċentrat fuq il-kooperazzjoni ekonomika, l-enfasi tagħha inbidlet gradwalment. Is-sħubija tinkludi l-pajjizi kollha tal-Baħar l-Iswed elenkati fin-nota ta' qiegħ il-paġna 1 kif ukoll l-Albanija u s-Serbja.

[11] Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja u s-Slovakkja

[12] Il-Forum tal-Baħar l-Iswed hija inizjattiva tar-Rumanija

[13] Il-Bank tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed (BSTDB) huwa bbażat f’Thessaloniki. L-imsieħba huma l-Istati Membri fundaturi tal-BSEC.

[14] COM(97) 597 final. Communication on Regional Cooperation in the Black Sea Area