52007DC0027

Green Paper - Lejn Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: għażliet politiċi fuq livell ta’ l-UE


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 30.1.2007

KUMM(2007) 27 finali

GREEN PAPER

Lejn Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: għażliet politiċi fuq livell ta’ l-UE

(preżentat mill-Kummissjoni)

WERREJ

I. DAĦLA 4

II. ĠUSTIFIKAZZJONI GĦALL-AZZJONI 5

1. Konsiderazzjonijiet sanitarji 5

1.1. Piż sanitarju ta’ l-esponiment għall-ETS 5

1.2. Livell ta’ l-esponiment 6

1.3. Impatt ta’ l-inizjattiva għall-ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip 7

2. Konsiderazzjoniet ekonomiċi 7

2.1. Piż ekonomiku 7

2.2. Impatt ta’ l-inizjattiva għall-ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip 8

2.3. Riskju tal-konsegwenzi mhux intenzjonati 8

3. Konsiderazzjonijiet soċjali 8

3.1. Appoġġ pubbliku għal-liġijiet dwar ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip 8

3.2. Impatt dwar konsum tat-tabakk 9

3.3. Impatt fuq l-ishma soċjali 9

4. Momentum għall-azzjoni 9

III. AMBJENT REGOLATORJU KURRENTI 10

1. Dispożizzjonijiet nazzjonali 10

2. Dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti 11

IV. AMBITU TA’ L-INIZZJATTIVA KONTRA D-DĦAĦEN TAT-TIPJIP 12

1. REGOLAMENT KOMPRENSIV KONTRA D-DħAħEN TAT-TIPJIP 13

2. Regolament bl-eżenzjonijiet ta’ konta d-dħaħen t-tipjip 14

2.1. Eżenzjoni tas-settur liċenzjat ta’ l-ospitalità 15

2.2. Eżenzjoni tal-pubs u l-ħwienet tax-xorb li ma jservux ikel 15

2.3. Kmamar magħluqin għat-tipjip, ivventilati separatament 16

V. GĦAŻLIET POLITIĊI 17

1. L-ebda bidla mill-istatus quo 17

2. Miżuri voluntarji 18

3. Metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni 19

4. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill 20

5. Leġiżlazzjoni li torbot 20

VI. RIMARKI TA’ KONKLUŻJONI 21

VII. ANNESSI 23

I. DAĦLA

L-esponiment għad-duħħan tat-tabakk fl-ambjent (ETS) – li jissejjaħ “duħħan mit-tipjip second-hand ” u “tipjip passiv” – jibqa’ sors mifrux ħafna ta’ morbidità u mortalità fl-Unjoni Ewropea, u jinponi spejjeż sinifikanti fuq is-soċjetà fl-intier tagħha.

Sforz ikkoordinat lejn “Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip” huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni fis-saħħa pubblika, fl-ambjent, fl-impjegar u fil-politika tar-riċerka.Fil-Pjan ta’ Azzjoni Ambjentali u Sanitarju tagħha (2004-2010), il-Kummissjoni ikkommettiet lilha nnifisha lejn “l-iżvilupp ta’ xogħol fit-titjib tal-kwalità ta’ l-arja interna , b’mod partikolari billi tinkuraġġixxi r-restrizzjoni tat-tipjip fil-postijiet tax-xogħol kollha billi ġew esplorati l-mekkaniżmi legali kif ukoll l-inizzjattivi tal-promozzjoni sanitarja fuq livell Ewropew u ta’ l-Istati Membri.”

Passi sostanzjali ttieħdu diġà fil-promozzjoni ta’ ambjent ħieles mit-tipjip fl-UE. Fil-bidu tad-disgħinijiet numru ta’ direttivi dwar sikurezza u sanità ta’ l-UE fuq il-post tax-xogħol taw definizzjoni ta’ ċertu restrizzjonijiet dwar it-tipjip fuq il-post tax-xogħol. Dawn kienu kkumplimentati mir-Regolament tal-Kunsill ta’ l-1989[i] u Rakkomandazzjoni dwar il-prevenzjoni tat-tipjip ta’ l-2002[ii], li talbu lill-Istati Membri sabiex jipprovdu protezzjoni mill-esponiment għad-duħħan tat-tabakk fl-ambjent ġewwa postijiet tax-xogħol interni, postijiet pubbliċi magħluqin, u fil-mezzi tat-trasport pubbliku. Flimkien ma’ l-azzjoni leġiżlattiva, żewġ kampanji kontra t-tabakk fil-mezzi tax-xandir u l-istampa - "Ħossok liberu li tgħid le" (2001-2004) u "HELP: Għal ħajja mingħajr tabakk” (2005-2008) – kienu mmirati lejn l-enfasi fuq il-perikoli tat-tipjip passiv u l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja ħielsa mit-tabakk, partikolarment fost iż-żagħżagħ.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija ferm differenti fost l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tilqa’ l-eżempju eċċellenti ta’ l-Irlanda, ta’ l-Italja, ta’ Malta, ta’ l-Iżvezja u ta’ partijiet mir-Renju Unit, u tinkuraġġixxi l-Istati Membri kollha sabiex jagħmlu progress rapidu fl-introduzzjoni ta’ miżuri effettivi għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħhom kontra l-effett tat-tipjip passiv.

Fuq livell internazzjonali, il-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tad-WHO (WHO FCTC), iffirmata minn 168 u ratifikata minn 141 Partijiet[iii], inkluża l-Komunità, “irrikonoxxiet li l-evidenza xjentifika inekwivokalment stabbiliet li l-esponiment għad-duħħan tat-tabakk jikkawża l-imwiet, il-mard u d-diżabbiltà”. Il-Konvenzjoni tobbliga l-Komunità u l-Istati Membri tagħha biex jaffrontaw l-esponiment għad-duħħan tat-tabakk f’postijiet tax-xogħol interni, fit-trasport pubbliku u fil-postijiet pubbliċi.

L-għan tal-Green Paper preżenti huwa li jingħata bidu għall-proċess wiesa ta’ konsultazzjoni u dibattitu pubbliku, li jinvolvi l-istituzzjonijiet ta’ l-UE, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili, dwar l-aħjar mod biex jimxu ‘l quddiem fil-ġlieda kontra t-tipjip passiv fl-UE.

Il-Kummissjoni se tanalizza sew il-kummenti riċevuti b’rispons għal din il-Green Paper u fuq dik il-bażi tiddeċiedi dwar azzjoni oħra possibbli. Ir-rapport li jiġbor f’taqsira l-eżiti mill-konsultazzjoni hu mistenni għall-ewwel sitt xhur ta’ l-2007. Parallelament, ix-xogħol iktar mifrux fuq il-kwalità ta’ l-arja interna għandu jitkompla bħala segwiment tal-Pjan ta’ Azzjoni Sanitarju u Ambjentali.

II. ĠUSTIFIKAZZJONI GĦALL-AZZJONI

1. KONSIDERAZZJONIJIET SANITARJI

1.1. Piż sanitarju ta’ l-esponiment għall-ETS

L-ETS fih 4 000 sustanza kimika, inklużi iktar minn 50 aġent karċinoġeniku magħrufin u ħafna aġenti tossikoloġiċi. Ma ġie stabbilit ebda livell mingħajr risku ta’ esponiment għall-ETS u lanqas hemm ebda aspettattiva li iktar riċerka ser twassal biex jidentifikaw tali livell.

L-ETS ġie kklassifikat bħala aġent karċinoġeniku magħruf fil-bniedem mill-Aġenzija għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent ta’ l-Istati Uniti, fl-1993. Mid-Dipartiment tas-Saħħa u tas-Servizzi Soċjali fl-200 u mill-Aġenzija Internazzjonali tad-WHO għar-Riċerka dwar il-Kanċer fl-2002. Aktar minn hekk ġie kklassifikat bħala aġent karċinoġeniku fuq il-post tax-xogħol mill-gvern Finlandiż (2000) u dak Ġermaniż (2001). Reċentament, l-Aġenzija għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent tal-California ikklassifikat id-duħħan tat-tabakk bħala “ aġent ta ’ kontaminazzjoni tossiku fl-arja ”.

Ħafna reviżjonijiet reċenti kkonfermaw ir-riskji serji għas-saħħa u għall-ħajja li huma assoċjati mat-tipjip passiv[iv]. L-esponiment kroniku għat-tipjip second hand ġie stabbilit bħala kawża ta’ ħafna mill-istess mard li huwa riżultat tat-tipjip attiv, inkluż il-kanċer tal-pulmun, il-mard karjovaskulari u l-mard fit-tfal.

Reviżjoni mid-WHO-IARC wriet li persuna li ma tpejjipx li tgħix ma’ persuna li tpejjep għandha 20-30% iktar riskju li tiżviluppa l-kanċer tal-pulmun.Ir-riskju addizzjonali ta’ l-esponiment fuq il-post tax-xogħol huwa stmat għal 12-19%.[v] Ir-rabtiet bejn l-esponiment għall-ETS u tipi oħrajn ta’ kanċer huma inqas ċari.

L-għixien ma’ persuna li tpejjep iwassal għal żieda fir-riskju tal-mard tal-qalb ta’ l-arterji koronarji fost il-persuni li ma jpejpux b’ 25-30% [vi] (studju reċenti jindika li din il-figura tista’ fil-verità tkun ogħla minn hekk)[vii] Qed tiżdied ukoll l-evidenza li t-tipjip passiv huwa konness b’mod każwali mal-puplesiji f’persuni li ma jpejpux, minkejja li iktar riċerka hija meħtieġa biex issir stima ta’ dan ir-riskju[viii].

It-tipjip passiv huwa assoċjat mal- mard respiratorju [ix] u huwa kaġun ewlieni ta’ kawża li jwassal għall-ażma, l-allerġiji u l-marda ta’ l-ostruzzjoni pulmonari kronika fil-bnedmin, b’hekk iwassal għall-esklużjoni soċjali u okkupazzjonali. Stħarriġ reċenti pan-Ewropew fost nies li għandhom is-sintomi ta’ l-ażma wera li waħda mill-ikbar xewqat tagħhom għall-ġejjieni kienet li jkunu jistgħu jieħdu nifs f’arja nadifa u safja.[x]

Id-duħħan second hand huwa speċjalment perikoluż għat-tfal żgħar u għat-trabi , li huma assoċjati mal-mewt ħabta u sabta tat-tfal, mal-polmonite, il-bronkiti, l-ażma u s-sintomi respiratorji kif ukoll il-mard ta’ l-otite medja. L-esponiment għall-ETS fin-nisa li huma tqal jista’ jwassal għal tnaqqis fil-piż tat-tarbija meta titwieled, fil-mewt tal-fetu u fit-twelid tat-tarbija qabel iż-żmien[xi].

Ir-riċerka l-iktar reċenti tissuġġerixxi li l-esponiment għall-ETS kważi jirdoppja r-riskju ta’ żvilupp ta’ deġenrazzjoni muskolari li hija relatata ma’ l-anzjanità – li hija l-iktar kawża ewlenija tat-telf tad-dawl fin-nies ta’ l-UE.[xii]

Ħafna mir-riżultati sanitarji ta’ ħsara li huma kaġun ta’ l-ETS juru rispons li huwa relatat direttament mad-doża – fi kliem ieħor ir-riskju jiżdied b’mod stabbli skond iż-żieda ta’ l-esponiment. Il-livell ta’ riskju individwali huwa iktar baxx meta mqabbel mat-tipjip attiv (eż 1.2 u 20, rispettivament, għall-kanċer tal-pulmun). Madankollu, il-fatt li numru ferm kbir ta’ nies huma esposti jirriżulta f’piż sostanzjali kaġun tal-marda.

Aktar minn hekk, ir-relazzjoni bejn id-doża u r-rispons tal-mard tal-qalb hija waħda mhux linejari . It-tipjip second hand iwassal għal riskju li huwa kważi nofs dak tat-tipjip ta’ 20 sigarett kuljum. Anke kwantiajiet żgħar ta’ dħaħen tat-tabakk jistgħu ikollhom impatt immedjat fuq id-demm biex jagħqad u fuq il-formazzjoni tat-trombus, kif ukoll effetti fit-tul fuq l-iżvilupp ta’ arterjosklerożi – li huma kollha fatturi importanti fil-mard tal-qalb[xiii]. Dan huwa sors ta’ impatt ewlieni: il-mard tal-qalb huwa s-sors l-iktar komuni fl-UE għall-mewt , fost persuni li jpejpu u dawk li ma jpejpux fl-UE.

Skond l-istimi l-iktar reċenti –u konservattivi - minn partenarjati bejn is-Soċjetà Ewropea Respiratorja, ir-Riċerka tal-Kanċer fir-Renju Unit u l-Institut National du Cancer fi Franza, iktar minn 79,000 adult imut kull sena riżultat tat-tipjip passiv fil-25 pajjiż ta’ l-UE. Hemm evidenza li t-tipjip passiv fuq ix-xogħol wassal għal 7,000 imwiet fl-UE fl-2002, filwaqt li l-esponiment fid-dar huwa risponsabbli għal iktar minn 72,000 vittmi . Dawn l-sitimi jinkludu mewt mill-mard tal-qalb, il-puplesiji, il-kanċer tal-pulmun u xi mard respiratorju kaġun tat-tipjip passiv. Madanakollu jeskludu l-mewt fl-adulti minħabba kondizzjonjiet oħrajn relatati ma’ l-esponiment għall-ETS (bħalma hija l-polmonite), l-imwiet fit-tfal, l-morbidità serja sinifikanti, kemm akuta kif ukoll kronika, kaġun tat-tipjip passiv[xiv].

1.2. Livell ta’ l-esponiment

Il- postijiet prinċipali għall-esponiment kroniku u intensive għall-ETS huma d-dar u l-post tax-xogħol [xv] . Skond ir-rapport ta’ l-1998 mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar Esponiment Okkupazzjonali għall-Aġenti Karċinoġeniċi ( CAREX ), l-ETS kienet it-tieni forma l-iktar komuni ta’ esponiment għall-aġenti karċinoġeniċi (wara r-raġġi tax-xemx) fil-15 ta’ l-UE. Madwar 7.5 miljun ħaddiem Ewropew kienu esposti għad-duħħan second hand mit-tabakk matul mhux inqas minn 75% tal-ħin tax-xogħol tagħhom fl-1990-93.[xvi]

Studju li twettaq fuq għadd ta’ postijiet pubbliċi f’seba’ bliet Ewropej fl-2001-2002, wera li d-duħħan mit-tabakk kien preżenti f’ħafna mill-postijiet publiċi studjati, inkluż il-postijiet ta’ divertiment u ta’ ospitalità, it-trasport, l-isptarijiet u l-impjanti edukattivi. L-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ l-ETS instabu fil-barijiet u fid-diskoteki, fejn esponiment għal erba’ siegħat ġewwa diskoteka huwa simili għal dak ta’ meta wieħed jgħix ma’ persuna li tpejjep għal xahar[xvii]. L-osservanza li l-livelli ta’ esponiment huma eċċezzjonalment għoljin ġewwa postijiet ta’ l-ospitalità ġiet ikkonfermata minn studji oħrajn, li wrew li l-medja ta’ l-esponiment ta’ l-impjegati ġewwa l-barijiet hija tliet darbiet ogħla mill-esponiment li jkun hemm meta wieħed jgħix ġewwa dar ma perusna li tpejjep.[xviii]

Reċentament, ir-regolamenti ta’ kontra t-tipjip wasslu għall-eliminazzjoni kważi totali ta’ l-esponiment fuq il-post tax-xogħol f’uħud mill-Istati Membri u f’uħud minnpostijiet oħrajn, filwaqt li ġewwa pajjiżi b’ebda restrizzjoni komprensiva l-esponiment jibqa’ għoli, partikolarment fis-settur ta’ l-ospitalità u tad-divertiment[xix].

Sabiex jiġi stmat l-esponimet fl-UE kollha għall-ETS, il-Grupp ta’ l-Esperti ta’ l-UE dwar il-Biomonitoraġġ[xx] fil-Bniedem irrakomanda l-inklużjoni tal-cotinine (li huwa biomarkatur ewlieni għall-esponiment ta’ l-ETS) fil-lista tal-kandidati għall-Proġett Esperimentali ta’ l-UE dwar il-Biomonitoraġġ fil-Bniedem. L-Istati Membri appoġġaw din ir-Rakkomandazzjoni f’bosta okkażjonijiet.

1.3. Impatt ta’ l-inizjattiva għall-ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip

L-azzjoni dwar ambjenti li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip mhux biss se tipproteġi lin-nies mill-periklu ta’ esponiment ta’ l-ETS iżda tikkontribwixxi fit-tnaqqis fil-konsum tat-tabakk fil-popolazzjoni kollha. L-effetti fuq is-saħħa tat-tnaqqis fit-tipjip passiv u attiv se jinkludu t- tnaqqis fil-mard u fil-mortalità minn tipi ta’ mard prinċipali - b’mod partikolari l-kanċer tal-pulmun, il-mard ta’ l-arterji koronarji tal-qalb, mard respiratorju u puplesiji – kif ukoll żieda fis-snin ta’ ħajja. Minkejja li l-benefiċċji kollha jistgħu jdumu tletin sena biex jimmaterjalizzaw, it-tisħiħ ewlieni, partikolarment fis-saħħa respiratorja u kardjovaskulari, jista’ jiġi mistenni li jimmaterjalizza fi żmien 1-5 snin.

Il-proġett CHOICE immaniġġjat mid-WHO identifika l-postijet pubbliċi li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip bħala t-tieni intervent l-iktar effettiv fit-trażżin tal-mortalità u l-morbidità relatati ma’ l-użu tat-tabakk, wara l-intervent taż-żieda fit-taxxi (ara l-Anness I).

2. KONSIDERAZZJONIET EKONOMIċI

2.1. Piż ekonomiku

Data mill-Istati Membri (ir-Renju Unit u l-Irlanda) u minn barra l-UE tissuġġerixxi li l-esponiment għall-ETS jimponi spejjeż privati u soċjali konsiderevoli minkejja li l-piż komplessiv fuq is-27 ta’ l-UE għadu ma ġiex stmat. Il-piż fuq l-ekonomija fl-intier tagħha jinkludi l-ispejjeż diretti fir-rigward ta’ żieda fl-infieq fis-saħħa fir-rigward ta’ mard li huwa assoċjat mat-tabakk, u l-ispejjeż indiretti konnessi mat-telf fil-produttività u telf fid-dħul tat-taxxi u fil-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali fost min ipejjep u l-vittmi tat-tipjip second hand li kieku kienu jibqgħu imħallsa fl-impiegi tagħhom[xxi].

Il-piż ekonomiku huwa partikolarment għoli għal min iħaddem u jinkludi produttività iktar baxxa tal-ħaddiema minħabba waqfiet mix-xogħol biex wieħed ipejjep u żieda fl-assenza mix-xogħol minħabba mard. ħsara minħabba nirien kkawżati mit-tipjip kif ukoll spejjeż addizzjonali ta’ tindif u ridekorazzjoni relatati mat-tipjip[xxii]. Fil-Kanada, l-ispiża annwali għal kull impjegat li jpejjep meta mqabbla ma impjegat simili li a jpejjipx, ġiet stmata għal $2,565 fl-1995 f’dollari Kanadiżi. It-telf għal min iħaddem ġewwa l-Iskozja minħabba tnaqqis fil-produttività, rati ogħla ta’ assenza mix-xogħol u ħsara min-nirien ikkawżati aċċidentalment mit-tipjip ġew ikkalkolati għal 0.51% sa 0.77% tal-Prodott Gross Domestiku Skoċċiż (GDP) fl-1997. Fl-Irlanda l-istima ekwivalenti kienet ta’ 1.1-1.7% tal-GDP fl-2000.[xxiii]

2.2. Impatt ta’ l-inizjattiva għall-ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip

Fit-terminu itwal taż-żmien, it-titjib potenzjali tas-saħħa li jirriżulta minn politika kontra d-dħaħen tat-tipjip jista’ kollu effett ekonomiku konsiderevoli . Il-valutazzjoni ta’ l-impatt regolatorju li sar mill-Gvern tar-Renju Unit ta stima tal-benefiċċji netti fuq terminu ta’ żmien twil ta’ leġiżlazzjoni komprensiva kontra d-dħaħen tat-tabakk għal £1714-2116 biljun kull sena[xxiv]. Ġewwa l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq, il-benfiċċji netti tal-projbizzjonijet fit-tipjip ġew ikalkolati rispettivament, għal £4.387 u £2.096 biljuni fuq perijodu ta’ 30 sena u £1.101 biljuni fuq perijodu ta’ 20 sena.[xxv]

2.3. Riskju tal-konsegwenzi mhux intenzjonati

Minħabba li l-politiki kontra d-dħaħen tat-tipjip għandhom jimmotivaw lil min ipejjep sabiex jieqaf jew ipejjep inqas, jista’ jkun hemm telf ta’ profitt mill-industrija tat-tabakk u, konsegwentament, tnaqqis fl-impjegar li huwa relatat mat-tabakk. Madanakollu, ix-xogħol li huwa relatat ma’ l-industrija tat-tabakk jirrappreżenta perċentwal relattivament żgħir ta’ l-impjegar totali fl-UE. Fl-2000, l-impjegar fl-okkupazzjonijiet li huma relatati mat-tabakk (koltivazzjoni, proċessar u manifattura ta’ tabakk) jammonta għal 0.13% ta’ l-impjegar totali ġewwa l-UE 15[xxvi]. Aktar minn hekk, il-flus li bħalissa jitnefqu fit-tabakk hu probabbli li jiġu allokati fuq prodotti u servizzi oħrajn, li jiġġeneraw ix-xogħol ġewwa setturi oħrajn ta’ l-ekonomija.

Tnaqqis fil-livelli ta’ tipjip attiv ifisser ukoll telf fid-dħul ta ’ l-Istati Membri minn dazji (dazji u VAT) fuq is-sigaretti. Għandu jiġi nnotat ukoll, li f’ħafna mill-Istati Membri minkejja li d-dazji fuq is-sigaretti jiġġeneraw dħul sinifikanti fit-termini tal-porzjon tal-baġitt statali, ma jammontawx għal share kbir (1-5%). L-eċċezzjonijiet huma r-Repubblika Ċeka, il-Polonja u l-Greċja, fejn it-taxxa fuq is-sigaretti ammontat għal 6, 7 u 9% rispettivament tad-dħul mit-taxxi tal-gvern fl-1999[xxvii]. Flimkien mat-tnaqqis ta' l-ispejjeż għas-soċjetà li huma assoċjati mat-tipjip, id-dħul ta’ djar fejn hemm nies ipejpu għandu jiżdied jekk jiġu introdotti l-projbizzjonijiet fuq it-tipjip, u d-dħul mill-VAT li jirriżultaw minn investimenti alternattivi u infieq minn tali djar għandhom parzjalment jagħmlu tajjeb għat-telf fid-dħul.

Xi telf mill-produzzjoni huwa mistenni minn min ipejjep li attwalment huma permessi li jpejpu fuq ix-xogħol u se jibqgħu jpejpu, billi jieħdu waqfiet fix-xogħol tagħhom biex ipejpu barra.

3. KONSIDERAZZJONIJIET SOċJALI

3.1. Appoġġ pubbliku għal-liġijiet dwar ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip

Kważi 70% taċ-ċittadini ta’ l-UE ma jpejpux[xxviii] u studji juru li l-maġġoranza minn dawk li jpejpu jixtiequ jieqfu.[xxix]

Skond l- Istħarriġ reċenti ta ’ l-Eurobarometer dwar “l-Attitudnijiet ta’ l-Ewropej lejn it-Tabakk”,[xxx] tliet kwarti mill-Ewropej huma konxji li d-duħħan tat-tabakk jirrappreżenta riskju ħas-saħħa għal min ma jpejjipx, filwaqt li 95% jifhmu li t-tipjip fil-preżenza ta’ mara tqila jista’ jkun ta’ periklu għat-tarbija.

Ir-riżultati mill-istħarriġ juru li l-politiki ta’ kontra d-dħaħen tat-tipjip huma popolari fost iċ-ċittadini ta ’ l-UE. (ara l-Anness III) Iktar minn erbgħa minn ħames rispondenti huma favur il-projbizzjoni tat-tipjip fuq il-post tax-xogħol (86%) u kull post intern ieħor pubbliku (84%). Il-maġġoranza ta’ l-Ewropej huma wkoll favur il-projbizzjoni tat-tipjip fil-ħwienet tax-xorb (61%) u fir-restoranti (77%). L-appoġġ għall-pubs li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip (iktar minn 80%) u ristoranti (iktar minn 90%) huwa l-ogħla f’erbgħa Stati Membri li diġà ipprojbixxu t-tipjip fil-postijiet ta’ l-ospitalità. Hemm indikazzjoni oħra li l-appoġġ għall-politiki li huma kontra d-dħaħen tat-tipjip jiżdied fil-perijodu ta’ tqajjim ta’ konoxxenza għall-introduzzjoni tagħhom, u jikbru iktar wara l-implimentazzjoni tagħhom[xxxi].

3.2. Impatt dwar konsum tat-tabakk

Benefiċċju indirett importanti tal-politiki kontra d-dħaħen tat-tipjip huwa t-tisħiħ tal-koxxenza tan-nies fir-rigward tal-perikli tat-tipjip attiv u passiv, li tikkontribwixxi għad-denormalizzazzjoni” tat-tipjip fi ħdan is-soċjetà. Il-bidla fil-perċezzjoni tista’ tkun mistennija li twassal għal tibdil fl-imġieba fir-rigward tat-tipjip, u partikolarment:

- Tiffaċilita lil min ipejjep biex jiddeċiedi li jieqaf jew inaqqas it-tipjip u jappoġġawhom fil-proċess ta’ ċessazzjoni[xxxii].

- It-tfal u żagħżagħ ma jiġux inkuraġġati li jibdew ipejpu[xxxiii]. Projbizzjonijiet ta’ tipjip f’postijiet ta’ divertiment – fejn iż-żagħżagħ ħafna drabi “jesperimentaw” bis-sigaretti – huma mistennija li jkollhom l-ikbar impatt.

- Min ipejjep ma jagħmilx hekk fil-preżenza ta’ min ma jpejjipx, partikolarment it-tfal u nisa fit-tqala, anke meta ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni regolatorja fil-post (eż fid-dar u karozzi privati)[xxxiv]. Dan huwa importanti fid-dawl ta’ biżgħat ta’ ħsara għat-tfal li huma esposti għat-tipjip passiv fid-dar, li hija żona li dan ir-regolament ma jistax jindirizza.

3.3. Impatt fuq l-ishma soċjali

Politiki ta’ kontra d-dħaħen tat-tipjip jistgħu jgħinu fit-tnaqqis ta’ l-inugwaljanzi soċjo ekonomiċi fis-saħħa. Fid-dawl tal-probabblità li jekk wieħed ipejjep jew li wieħed ikun espost għad-duħħan second hand hija sinifikattivament ogħla għal dawk li jkollhom livell iktar baxx ta’ edukazzjoni, dħul iktar baxx u klassi okkupazzjonali iktar baxxa, azzjoni fuq ambjenti li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip jistgħu jkunu mistennija li jwasslu għall-ikbar benefiċċji fil-gruppi depravati tas-soċjetà.

4. MOMENTUM GħALL-AZZJONI

Bħala Parti fil-Konvenzjoni ta ’ Qafas tad-WHO dwar Kontroll tat-Tabakk (FCTC) , il-Komunità hija taħt obbligu legali li tieħu azzjoni fuq ambjenti ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip. Skond l-Artikolu 8 ta’ l-FCTC kull Parti ħadet ir-risponsabbiltà li “tadotta u timplimenta (...) leġiżlazzjoni effettiva, eżekuttiva, amministrattiva u/jew miżuri oħrajn, li jipprovdu għall-protezzjoni ta’ l-esponiment għad-dħaħen tat-tabakk f’postijiet tax-xogħol interni, fil-mezzi tat-trasport pubbliku, postijiet pubbliċi interni u, kif jixraq, postijiet pubbliċi oħrajn.” L-ewwel Konferenza tal-Partijiet ta’ l-FCTC fi Frar 2006 ftehmu li jiżviluppaw linji gwida għall-ambjenti li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip li għandhom jiġu ppreżentati lit-tieni Konferenza tal-Partijiet li għandha ssir fl-ewwel sitt xhur ta’ l-2007.

Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Rakkomandazzjoni tiegħu ta’ l-2002 dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u l-inizjattivi fit-titjib tal-kontrol tat-tabakk stieden lill-Kummissjoni biex “tikkunsidra l-limitu li l-miżuri stipolati fir-rakkomandazzjoni qed jaħdmu b’mod effettiv, u biex tikkunsidra l-ħtieġa għal iktar azzjoni, partikolarment jekk id-disparitajiet fis-suq intern huma identifikati fil-qasam kopert minn din ir-rakkomandazzjoni”. Aktar minn hekk, f’laqgħa tal- Kumitat Regolatorju tat-Tabakk [xxxv] f’Settembru 2005, l-Istati Membri ftehmu li inizjattiva tal-Kummissjoni fil-forma ta’ Green Paper jew Komunikazzjoni tista’ tgħin fid-disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin u tħeġġeġ sforzi nazzjonali lejn ambjenti li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip.

Il-Parlament Ewropew laqa’ “ir-rieda tal-Kummissjoni li taġixxi u twassal għal tmiem tat-tipjip fil-postijiet magħluqin” u inkuraġġaha “biex tikklassifika lid-duħħan ambjentali tat-tabakk bħala karċinoġenu tal-klassi 1” fir-riżoluzzjoni tagħha dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa fi Frar 2005. [xxxvi]

Il-valur miżjud ta’ l-azzjoni mill-UE ġie rikonoxxut ukoll fir-rapport " Tabakk jew Saħħa fl-Unjoni Ewropea " ippreparat għall-Kummissjoni mill-konsorzju ta’ l-esperti ta’ kontroll tat-tabakk[xxxvii]. Ir-rieda ta’ intervent fuq livell Ewropew ġiet iktar enfasizzata minn żewġ proġetti pan-Ewropej fir-rigward tat-tniġġis ta’ l-arja interna, appoġġjati mill-Programm Komunitarju tas-Saħħa Pubblika. Ir-rapport INDEX ippubblikat miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta ta’ l-UE stabbilixxa lista ta’ ħames sustanzi kimiċi ta’ prijorità għolja (kollha kemm huma jinsabu fid-dħaħen tat-tabakk) li jeħtieġ li jiġu regolati f’ambjenti interni u rrakkomanda "il-projbizzjoni tat-tipjip tat-tabakk f’kull spazju intern taħt ġurisdizzjoni pubblika, u fil-postijiet tax-xogħol”.[xxxviii] L-istess rakkomandazzjoi ġiet ifformulata fir- rapport THADE ,[xxxix] li identifika l-ETS bħala l-ikbar kontributur ewlieni għal-konċentrazzjonijiet partikulati interni fil-bini fejn isir it-tipjip tat-tabakk.

III. AMBJENT REGOLATORJU KURRENTI

1. Dispożizzjonijiet nazzjonali

Hemm tendenza ċara lejn l-ambjenti li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tiġjip fl-Istati Membri, mmexxija minn – fost fatturi oħrajn – rekwiżiti legali fuq livell ta’ l-UE u internazzjonali. L-Istati Membri kollha bħalissa għandhom xi forma ta’ regolament mmirat lejn it-tnaqqis ta’ l-esponiment għall-ETS u l-effetti ta’ ħsara tiegħu fuq is-saħħa. L-ambitu u l-karattru ta’ dawn ir-regolamenti ivarjaw sew.

Il-projbizzjonijiet komprensivi tat-tipjip fil-postijiet pubbliċi magħluqin kollha u fuq il-postijiet tax-xogħol kollha , inklużi l-ħwienet tax-xorb u restoranti, ġew introdotti diġà fl-Irlanda (Marzu 2004) u Fl-Iskozja (Marzu 2006). Fl-Irlanda ta’ Fuq, l-Ingilterra u Wales, se tinġieb fis-seħħ leġiżlazzjoni totalment kontra d-dħaħen tat-tipjip sas-sajf ta’ l-2007.

Leġiżlazzjoni kontra d-dħaħen mit-tipjip bl-eżenzjonijiet introdotti fl-Italja (Jannar 2005), Malta (April 2005) u l-Iżvezja (Ġunju 2005) tippermetti lil min iħaddem biex joħloq kmamar apposta, issiġillati, b’sistemi ta’ ventilazzjoni separati. Miżuri simili huma ppjanati li jinġiebu fis-seħħ ġewwa Franza fi Frar 2007 (perijodu ta’ transizzjoni għall-postijiet ta’ l-ospitalità sa Jannar 2008) u fil-Finlandja f’Ġunju 2007. Il-Litwanja se issir ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip (b’eċċezzjonijiet ta’ ċertu clubs mgħammra apposta “għat-tipjip ta sigarri u l-pipa”) minn Jannar 2007.

Numru ta’ Stati Membri oħrajn ipprojbixxu t-tipjip fil-postijiet magħluqin kollha u minn fuq il-postijiet tax-xogħol kollha, ħlief fis-settur ta ’ l-ospitalità fejn japplikaw ir-restrizzjonijiet parzjali. Dawn il-pajjiżi jinkludu per eżempju il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, l-Olanda, is-Slovenja u Spanja.

Ħafna mill-Istati Membri għandhom regolamenti li jipprojbixxu t-tipjip ġewwa postijiet pubbliċi ewlenin bħalma huma faċilitajiet sanitarji, edukattivi u governattivi, it-teatri, iċ-ċinemas u l-mezzi tat-trasport pubbliku. Restrizzjonijiet fuq it-tipjip fuq il-post tax-xogħol huma inqas komuni. Il-forza tal-miżuri tista’ tkun riżoluzzjoni jew ftehim volutarju sa liġi stretta bil-penalitajiet fin-nuqqas tal-konformità.

Bħala riżultat ta’ regolamenti mhux kompluti jew nuqqas ta’ infurzar, il-gvernijiet nazzjonali u min iħaddem iffaċċaw kemm –il darba litigazzjoni miċ-ċittadini għal ħsara lis-saħħa tagħhom kaġun tat-tipjip passiv[xl].

Ġewwa ħafna Stati Membri, dispożizzjonijiet nazzjonali huma msaħħa permezz ta’ regolamenti stretti fuq livell reġjunali u/jew lokali . Il-qafas legali huwa kkumplimentat ukoll minn miżuri awtorgolatorji, b’numru dejjem jikber ta’ postijiet tax-xogħol, skejjel, sptarijiet, mezzi pubbliċi tat-trasport eċċ li qed isiru kontrarji għat-tipjip fuq bażi volontarja. Qed isir ħafna b’appoġġ għall-personal biex jieqfu jpejpu u jippromwovu l-kunċett ta’ arja interna safja bħala dritt bażiku ta’ kull ċittadin u impjegat.

2. Dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti

Fuq livell ta’ l-UE, il-kwestjoni ta’ ambjenti li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip ġiet indirizzata permezz ta’ riżoluzzjonijiet li ma jorbtux u rakkomandazzjonijiet , li ħeġġu lill-Istati Membri sabiex jipprovdu protezzjoni adegwata mill-esponiment għall-ETS. Partikolarment, ir- Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta l-1989 89/C 189/01[xli] dwar it-tipjip fil-postijiet pubbliċi stiednet l-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri projbittivi fil-postijiet pubbliċi u fuq kull forma ta’ trasport pubbliku. Iktar reċentament ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/54/KE[xlii] dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u l-inizjattivi fit-titjib tal-kontroll tat-tabakk sejħet lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw miżuri effettivi li jipprovdu protezzjoni mill-esponiment għat-tabakk ambjentali fil-postijiet tax-xogħol interni, fil-postijiet pubbliċi magħluqin, u fuq il-mezzi pubbliċi tat-trasport.

Id- Direttiva ta ’ Qafas dwar miżuri ta titjib tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (89/391/KEE)[xliii], filwaqt li ma tirreferix espliċitament għad-dħaħen tat-tabakk, tkopri r-riskji kollha tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema[xliv]. Teħtieġ li l-persuna individwali li tħaddem tivvaluta r-riskji fuq il-post tax-xogħol u tintroduċi miżuri xierqa ta’ prevenzjoni u protezzjoni mir-riskji.

Aktar minn hekk numru ta direttivi dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol billi jistipulaw " rekwiżiti minimi " għal riskji speċifiċi jinkludu ċertu dispożizzjonijiet li jaċċertaw il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-ETS (ara l-paragrafu hawn isfel). Dawn id-direttivi għandhom jiġu trasposti mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali u għandhom jiġu infurzati kif jixraq. Skond it-Trattat, l-Istati Membri huma permessi li jintroduċu miżuri iktar stretti.

Id-Direttiva dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol (89/654/KEE)[xlv] kif ukoll id-direttivi għal postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (92/57/KEE)[xlvi], għall-ħaddiema fl-industriji ta’ l-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (92/91/KEE)[xlvii], u għall-ħaddiema ta’ l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq kif ukoll taħt l-art (92/104/KEE[xlviii]) teħtieġ li min iħaddem li jaċċertaw ventilazzjoni ta’ arja friska suffiċenti fil-postijiet tax-xogħol magħluqin u protezzjoni ta’ min ma jpejjipx kontra l-fastidju li huwa kaġun tad-dħaħen tat-tabakk fil-kmamar għall-mistrieħ u fiż-żoni ta’ mistrieħ.

Id-Direttiva dwar Karċinoġeni jew Mutaġeni (2004/37/EC)[xlix] u d-Direttiva dwar l-Asbestos (83/477/EEC)[l] jipprojbixxu t-tipjip f’żoni fejn, rispettivament, il-kaċinoġeni/mutaġeni u l-asbestos jiġu maneġġati. Id-Direttiva dwar Nisa Ħaddiema bit-Tqala (92/85/KEE) titlob lil min iħaddem sabiex jieħu azzjoni biex jipproteġi lin-nisa li huma tqal u li jreddgħu mill-esponiment għall-monossidu tal-karbonju.

Uħud mill-komponenti ta’ l- ETS (bħalma huma l-arseniku, 1,3-butadiene, benzeneand propylene oxide) huma klassifikati bħala karċinoġeniċi skond l-Anness I tad- Direttiva dwar Sustanzi Perikolużi (67/548/EEC)[li]. Id-duħħan tat-tabakk ma jagħmilx parti mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar sustanzi kimiċi minħabba li dik il-leġiżlazzjoni tapplika biss għal dawk is-sustanzi u preprazzjonijiet li jinsabu fis-suq fl-Istati Membri.[lii]

IV. AMBITU TA’ L-INIZZJATTIVA KONTRA D-DĦAĦEN TAT-TIPJIP

Il-kwestjoni ewlenija fl-iżvilupp ta’ inizjattiva ta’ –UE kontra d-duħħan tat-tipjip huwa l- ambitu tagħha. Fid-dawl tal-varjeta ta’ sitwazzjonijiet fejn isir esponiment għall-ETS, politika effettiva għall-ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip għandha tieħu avviċinament wiesa iktar milli tirrigwarda biss ċertu tipi ta’ kummerċ jew postijiet.

L-avviċinament l-iktar komprensiv għandu jikkonsisti fi proposta għall-projbizzjoni totali fuq it-tipjip ġewwa kull post tax-xogħol magħluq jew sostanzjalment magħluq u fil-postijiet pubbliċi , inklużi fil-mezzi tat-trasport. Ir-restrizzjonijiet jistgħu ukoll jiġu estiżi għaż-żoni esterni fid-dħul tal-bini u possibilment f’postijiet esterni oħrajn fejn in-nies ipoġġu jew joqogħdu bil-wieqfa qrib ta’ xulxin, bħalma huma stadiums u postijiet tad-divertiment miftuħin, il-postijiet fejn nies jistennew il-karozzi tal-linja, pjattaformi tal-ferroviji eċċ. Eċċezzjonijiet limitati jistgħu jiġu kkunsidrati għal postijiet fejn joqogħdu n-nies fuq bażi ta’ kuljum (eż kmamar apposta ġewwa postijiet residenzjali, bħalma huma djar ta’ kura għal okkupazjoni twila, unitajiet psikjatriċi, ċentri ta’ riformazzjoni eċċ.).

Avviċinament inqas strett jikkonsisti fil-proposta ta’ projbizzjoni totali tat-tipjip f’kull post tax-xogħol li huwa magħluq jew sostanzjalment magħluq u f’postijiet pubbliċi iżda b ’ eżenzjonijiet mogħtija għalkategoriji magħżulin ta postijiet. Ir-rekwiżiti minimi għall-kmamar għat-tipjip magħluqin, inklużi standards ta’ ventilazzjoni, jistgħu jiġu żviluppati għal postijiet li huma eżentati. Eżenzjonijiet possibbli jinkludu:

- is-settur liċenzjat ta’ l-ospitalià (restoranti, pubs u ħwienet tax-xorb),

- stabbilimenti ta’ l-ospitalità li ma jservux ikel.

L-azzjoni fuq ambjenti li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip jagħtu l-aħjar riżultati jekk jiġu kkumplimentati minn miżuri ta appoġġ fuq livell ta’ l-UE u/jew ta’ l-Istat Membru. Tali “politiki ta’ appoġġ” jistgħu jinkludu kampanji ta’ tqajjim ta’ tagħrif li jenfasizzaw id-dritt ta’ arja safja ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip u l-perikli tat-tipjip passiv kif ukoll aċċess aħjar għal terapiji ta’ ċessazzjoni (li huma fl-imġieba kif ukoll farmakoloġiċi) għal persuni li jixtiequ jieqfu jpejpu.

1. REGOLAMENT KOMPRENSIV KONTRA D-DħAħEN TAT-TIPJIP

Vantaġġi

Mill-għażliet kollha, din toffri l-ogħla rata ta ’ tnaqqis fl-esponiment għall-ETS u fil-perikli li huma relatati, u taċċerta l-ugwaljanza ta’ ċittadini Ewropew li jipproteġu d-dritt tagħhom li jieħdu nifs ta’ arja interna safja, kif inhu rikonoxxut mid-WHO.[liii]

L-istudju minn pajjiżi li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip juru li l-kwalità interna ta’ l-arja ttejbet b’mod drammatiku wara li l-projbizzjoni tat-tipjip inġiebet fis-seħħ. It-tnaqqis fl-esponiment għall-ETS kien partikolarment spettakolari fil-postijiet ta’ l-ospitalità u d-divertiment[liv]. Dan wassal għal titjib sinifikanti fis-saħħa respiratorja tal-ħaddiema fis-settur ta’ l-ospitalità[lv] u tnaqqis konsiderevoli fl-inċidenza ta’ u l-mortalità mill-attakki tal-qalb[lvi] fi żmien xhur ta’ l-implimentazzjoni tal-politika.

Regolament komprensiv se jkollu l-ikbar potenzjal li jiddenormalizza t-tipjip fis-soċjetà , billi joħloq ambjent li jinkuraġġixxi lil min ipejjep biex jaqta’ ftit jew jieqaf għal kollox u jagħti messaġġ sabiex iż-żagħżagħ ma jpejpux.

Reviżjoni ta’ 35 studju dwar l-effettività tal-politiki li huma kontra d-dħaħen tat-tipjip ikkonkludiet li l-liġijiet komprensivi dwar arja pubblika safja għandhom il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-prevalenza tat-tipjip fuq il-postijiet tax-xogħol b’10%. [lvii] Reviżjoni ta’ 26 studju ta’ postijiet tax-xogħol issuġġeriet li postijiet tax-xogħol li huma għal kollox ħielsa mit-tipjip huma assoċjati ma’ tnaqqis fil-prevalenza tat-tipjip bi 3.8% u 3.1 inqas sigaretti kuljum għal kull persuna li tkompli tpejjep.[lviii]

Li l-projbizzjonijiet komprensivi dwar it-tipjip huma assoċjati ma’ tnaqqis fit-tipjip attiv ġie kkonfermat mill-evidenza ta’ pajjiżi li huma smoke-free , fejn it-tnaqqis fil-bejgħ tat-tabakk (eż 8% fl-Italja u 14% fin-Norveġja) ġie kkumplimentat b’żieda sostanzjali ta’ tentattivi li wieħed jieqaf ipejjep ftit wara l-introduzzjoni ta’ regolamenti ġodda[lix]. Fl-Irlanda, 80% ta’ nies li kienu jpejpu semmew il-leġiżlazzjoni l-ġdida bħala motivazzjoni biex jieqfu jpejpu filwaqt li 88% iddikjaraw li l-liġi għinithom biex ma jerġgħux jibdew. [lx] Minkejja tħassib rigward il-kontrarju, il-projbizzjonijiet fuq it-tipjip fil-postiiet pubbliċi kollha jidhru li naqqsu l-livelli ta tipjip ġewwa d-djar, speċjalment fost it-tfal żgħar.[lxi] Fl-Irlanda, il-proporzjon ta’ djar li huma ħielsa mit-tabakk żdied bi 8% wara li l-projbizzjoni nġiebet fis-seħħ.[lxii]

Fit-termini ta’ l-impatt soċjali, il-benefiċċji ta’ din l-għażla huma konċentrati fuq nies minn gruppi soċjo ekonomiċi iktar baxxi , li probabbilment ipejpu u li jaħdmu fis-settur ta’ l-ospitalità.

Fir-rigward ta’ l- infurzar projbizzjoni tat-tipjip komprensiva għandha tkun iktar faċli għall-implimentazzjoni ta’ restrizzjonijiet parzjali. Konformità ta’ iktar minn 90% fl-Irlanda u fl-Itlaja turi li projbizzjoni totali tat-tipjip hija awto-infurzanti kważi għal kollox minħabba li l-pressjoni soċjali issir ostaklu għat-tipjip u tnaqqas sew il-ħtieġa ta’ infurzar mill-awtoritajiet formali.

Żvantaġġi

Projbizzjoni totali tat-tipjip ġewwa l-postijiet pubbliċi kollha u fuq il-postijiet tax-xogħol hu probabbli li twassal għal oppożizzjoni f’xi Stati Membri, u tista’ ssir diffiċli li tiġi adottata u infurzata. Din l-għażla hija wkoll dik l-inqas favurita min-naħa ta’ l-industrija tat-tabakk u ta’ l-ospitalita.

Kien hemm dubji dwar il-ħsara possibbli lill-industrija ta ’ l-ospitalità kaġun ta’ projbizzjonijiet ta’ tipjip fil-pubs u restoranti. Madanakollu, l-evidenza minn ġurisdizzjonijiet kontra d-dħaħen tat-tipjip ma juru l-ebda impatt negattiv fuq l-impjegar u d-dħul fis-settur[lxiii]. Fl-Irlanda, il-volum ta’ bejgħ fil-pubs u l-ħwienet tax-xorb żdied bi ftit (0.1%) fl-2005, biex b’hekk dawwret ix-xejra ta’ deklin li bdiet qabel ma daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni kontra d-dħaħen tat-tipjip .[lxiv] Ta’ min ifakkar xi statistika anke jekk din tikkonċerna Stati li mhumiex parti mill-UE. Per eżempju, fin-Norveġja, kien hemm telf żgħir ta’ 0.8% fil-bejgħ fl-istabbilimenti ta’ l-ikel u x-xorb iżda hu probabbli li dan kien kaġun ta’ fatturi oħrajn, inkuż it-temp[lxv]. Fi New York u California ħafna mill-industrji ta’ l-ospitalità jidhru li bbenfikaw mir-regolamenti kontra d-dħaħen mit-tipjip[lxvi]. Dan huwa konsistenti ma reviżjoni internazzjonali ta’ 97 studju, li ma wrew ebda impatt negattiv ekonomiku fi studji li huma bbażati fuq data objettiva bħalma hija taxxa fuq bejgħ u ċifri ta’ impjegar.[lxvii]

2. REGOLAMENT BL-EżENZJONIJIET TA’ KONTA D-DħAħEN T-TIPJIP

Vantaġġi

It-tnaqqis fit-tipjip attiv u passiv kif ukoll id-denormalizzazzjoni ta’ l-użu tat-tabakk skond din l-għażla jista’ jiġi mistenni li jkun ogħla milli jekk ma jittieħdu ebda miżuri.

Il-leġiżlazzjoni bl-eżenzjonijiet tista’ tkun iktar aċċettabbli f’xi Stati Membri, speċjalment għall-industrija, u għalhekk kompromess jista’ jkun iktar vijabbli. Fl-istess ħin, l-Istati Membri individwali għandhom ikunu fil-libertà li jadottaw, jew li jkomplu, leġiżlazzjoni nazzjonali iktar stretta meta l-eżenzjonijiet ma japplikawx.

Eżenzjonijiet jistgħu jiġu kkumplimentati minn kondizzjonijiet minimi għall-kmamar magħluqin, inklużi standards ta’ ventilazzjoni.

Żvantaġġi

Fl-ambitu tal-benefiċċji snaitarji u soċjali, din il-miżura għandha tkun inqas effettiva milli huwa regolament komprensiv kontra t-tipjip.

Uħud mill-gruppi vulnerabbli jibqgħu esposti għall-ETS. Regolazzjoni mhux kompluta tista’ twassal għal riskju għall-Istati Membri u/jew għal min iħaddem għaliex dawn ikunu soġġetti għal-litigazzjoni miċ-ċittadini fir-rigward tal-ħsara sanitarja kkawżata mit-tipjip passiv.

L-eżenzjonijiet għandhom iwasslu għal tnaqqis ta’ l-effett tad-denormalizzazzjoni tat-tipjip li jista’ jintlaħaq permezz ta’ projbizzjoni totali. L-evidenza internazzjonali tissuġġerixxi li r-regolamenti li jippermettu t-tipjip ġewwa xi żoni għandhom bejn wieħed u ieħor nofs l-effett fuq l-imġieba fir-rigward tat-tipjip meta mqabbla mal-politiki kontrarji b’mod sħiħ għat-tipjip.[lxviii].

Dispożizzjonijiet differenti għal stabbilimenti differenti għandhom ukoll ikunu iktar ikkomplikati u b’iktar spejjeż fl-infurzar milli projbizzjoni komprensiva, li teħtieġ iktar rekwiżiti ta’ avviżi u ta’ spezzjonijiet.

2.1. Eżenzjoni tas-settur liċenzjat ta’ l-ospitalità

Minħabba l-esponiment konsiderevoli għall-ETS, l-impjegati fis-settur ta’ l-ospitalità huma f’riskju partikolari mit-tipjip passiv, b’riskju li huwa ogħla minn 50% għall-kanċer tal-pulmun[lxix]. Il-grupp okkupazzjonali għandu jkompli jiġi espost għat-tipjip second hand. L-istess riskju sanitarju għandu japplika għall-klijenti fil-postijiet tax-xorb u ta’ l-ikel.

Skond il-figuri ta’ l-Istħarriġ tal-Popolazzjoni li Taħdem għall-2004, kważi 4.3 miljun individwu kienu impjegati fil-ħwienet tax-xorb, f’restoranti u fis-settur tal-catering (HORECA) ġewwa 15-il Stat Membru ta’ l-UE, li jammontaw għal 3% ta’ l-impiegi f’dawn il-pajjiżi (ebda data għall-10 SM li jifdal). Proporzjoni sinifikanti ta’ żagħżagħ u ta’ nisa huma impjegati fis-settur ta’ l-ospitalità[lxx].

Il-valutazzjoni ta’ l-impatt regolatorju mmexxija mill-Eżekuttiv Skoċċiż tat stima ta’ tnaqqis fil-mortalità minħabba tnaqqis tat-tipjip attiv u passiv skond din l-għażla ta’, rispettivament, nofs u kwart inqas imwiet kaġun l-għażla ta’ projbizzjoni totali tat-tipjip[lxxi].

2.2. Eżenzjoni tal-pubs u l-ħwienet tax-xorb li ma jservux ikel

Din l-għażla ma tasalx biex tipproteġi l-gruppi okkupazzjonali l-iktar vulnerabbli mill-esponiment għad-duħħan tat-tipjip second hand . Il-klijenti tal-pubs u l-ħwienet tax-xorb mhux ser jiġu protetti lanqas. Dan iwassal ukoll għal riskju għal pubs li b’hekk jieqfu jservu l-ikel sabiex jevitaw il-projbizzjoni tat-tipjip.

Aktar minn hekk, ikun hemm riskju li titkattar l-inugwaljanza sanitarja: studji reċenti mir-Renju Unit juru li l-livelli ta’ l-esponiment għall-ETS huma sinifikattivament ogħla fil-pubs ġewwa komunitajiet depravati milli ġewwa pubs li jinsabu f’żoni affluwenti[lxxii]. Madanakollu, il-maġġoranza tal-postijiet liċenzjati li ma jservux ikel jinsabu fiż-żoni li huma depravati u l-pubs f’dawn iż-żoni għandu jkollhom inċentivi iktar effettivi sabiex jaqilbu biex iservu l-akoħol biss[lxxiii].

Il-valutazzjoni ta’ l-impatt regolatorju li saret mill-Gvern tar-Renju Unit stmat il-benefiċċji sanitarji ta’ din l-għażla għal 40 fil-mija tal-benefiċċji ta’ projbizzjoni totali (skond l-ipotesi li 10-30% tal-pubs bħalissa ma jservux ikel).[lxxiv]

2.3. Kmamar magħluqin għat-tipjip, ivventilati separatament

L-evidenza turi li t-teknoloġiji li jintużaw bħalissa (bbażati fuq it-taħlit u d-dilwizzjoni) għandhom impatt limitat fuq il-livelli ta’ aġenti ta’ tniġġis ta’ l-ETS fl-industrija ta’ l-ospitalità u ambjenti interni oħrajn[lxxv]. Aktar minn hekk, l-istudji li saru fl-ambjenti kkontrollati, bħalma huma l-EU INDOORTRON ‘iċ- chamber ambjentali’ wrew li ż-żieda fir-rata ta’ skambju ta’ l-arja ma twassalx għal titjib konsiderevoli tal-kwalità interna ta’ l-arja[lxxvi]. Filwaqt li l-ventilazzjoni bi spustjar ġiet irrappurtata li hija iktar effettiva f’xi studji reċenti li ġew iffinanzjati mill-industrija tat-tabakk[lxxvii], l- eliminazzjoni sħiħa tad-duħħan tat-tabakk permezz tal-ventilazzjoni mhix possibbli [lxxviii].

L-ewwel Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk ftehmu (unanimament) li “hemm evidenza konklużiva li l-avviċinamenti bl-inġinerija ma jipproteġux kontra l-esponiment għad-dħaħen tat-tabakk.”[lxxix] Bl-istess mod, is-Soċjeta Amerikana ta’ Inġiniera fir-Riskaldament, ir-Refriġerazzjoni u l-Kondizzjonament ta’ l-Arja ( ASHRAE ) – korp internazzjonali għall-issettjar ta’ l-istandards għall-kwalità ta’ l-arja interna u l-ventilazzjoni – adottat dokument ta’ pożizzjoni fl-2005 dwar avviċinamenti fil-kontroll tad-dħaħen second hand , li jikkonkludi li l-uniku mezz effetiv ta’ eliminazzjoni ta’ riskji sanitarji assoċjati ma’ l-esponiment għad-dħaħen tat-tipjip hija l-projbizzjoni tat-tipjip f’ambjenti interni.[lxxx]

Is-separazzjoni fiżika tan-nies li jpejpu u dawk li ma jpejpux fil-forma ta’ kmamar magħluqin għat-tipjip tista’ ttejjeb l-effettività tas-sistemi ta’ ventilazzjoni fis-sezzjoni fejn mhux permess it-tipjip.[lxxxi]Madanakollu, dan l-avviċinament ma jipproteġix lill-okkupanti tal-kmamar fejn jista’ jsir it-tipjip u l-personal (eż waiters u cleaners) li għandhom jidħlu fil-kamra bħala parti minn xogħolhom.

Ħsieb ieħor dwar il-kmamar fejn huwa permess it-tipjip hija l- ispiża finanzjarja sinifikanti, li tista’ toħloq inugwaljanza fil-kompetittività ta’ l-operaturi iktar żgħar[lxxxii]. Aktar minn hekk, l-operat u l-manutenzjoni tal-kmamar żgħar għall-ventilazzjoni jeħtieġu infrastruttura ta’ spezzjoni u monitoraġġ estensiva. L-evidenza turi li, fejn jintużaw is-sistemi ta’ ventilazzjoni, dawn ħafna drabi ma jaslux għall-istandards stipolati mil-liġi.[lxxxiii]

Jekk il-kamar ventilati għandhom jiġu kkunsidrati bħala għażla vijabbli għall-postijiet li huma eżentati, dawn ikollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

- ikunu kompletament magħluqin u iżolati minn żoni fejn mhux permess it-tipjip,

- ikunu mgħammra b’sistema ta’ ventilazzjoni separata minn żoni fejn mhux permess it-tipjip,

- ikollhom pressjoni ta’ arja negattiva għall-prevenzjoni tad-diffużjoni tad-dħaħen tat-tabakk f’żoni oħrajn,

- ma jista’ jkun hemm ebda attività oħra ħlief tipjip sabiex ikun hemm minimizzazzjoni tal-ħtieġa għall-impjegati bies iwettqu attivitajiet li huma relatati max-xogħol f’dawk iż-żoni [lxxxiv]

F’Malta, fl-Italja u fl-Iżvezja, li jippermettu l-użu ta’ kmamar għat-tipjip li huma ventilati separatament, ħafna mill-operaturi għażlu li ma jieħdux din il-possibiltà.

V. GĦAŻLIET POLITIĊI

Ħafna għażliet politiċi huma disponibbli għal-ksib ta’ l-objettivi għall-ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip. Il-għan għandu jkun li tinsab għażla li tikseb l-objettivi filwaqt li timminimizza l-ispejjeż u l-piżijiet bl-aħjar mod. L-għażliet regolatorji deskritti hawn isfel huma elenkati f’ordni li jirrifletti l-livell li qed jiżdied ta’ interventi possibbli ta’ l-UE (mill-kontinwazzjoni tal-livell kurrenti ta’ attività fl-iżvilupp ta’ qafas ġdid li jorbot ibbażat fuq leżiżlazzjoni ta’ l-UE).

L-għażliet politiċi m ’ humiex reċiprokament esklussivi u jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin. Pereżempju, rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tista’ sservi ta’ inċentiv għall-inizjattivi li huma awtoregolatorji fost l-azzjonisti ewlenin u fl-Istati Membri. L-istrumenti ta’ awtoregolazzjoni, min-naħa l-oħra, jistgħu iservu bħala bażi u/jew jissupplimentaw ir-reġim legali li jorbot (eż ikopru l-postjiet fejn il-leġiżlazzjoni għadha ma daħlitx fis-seħħ jew dawk li huma eżentati mill-projbizzjoni tat-tipjip).

Għandu jiġi nnotat li l-ambitu tal-varji strumenti politiċi se jkun differenti. B’hekk filwaqt li l-leġiżlazzjoni dwar protezzjoni tal-ħaddiem ta’ l-UE għandha tapplika għall-postijiet pubbliċi sakemm ikunu postijiet tax-xogħol fil-limiti previsti mit-Trattat, projbizzjoni komprensiva fuq it-tipjip fil-postijiet pubbliċi għandha tiġi mħeġġa permezz ta’ miżuri li ma jorbtux (bħalma huma Rakommandazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill), miżuri leġiżlattivi adottati mill-Istati Membri u/jew miżuri volontarji adottati mill-azzjonisti.

Sabiex ikun effettiv, l-istrument regolatorju għandu jkun mgħammar ukoll b’mezz ta’ infurzar vijabbli u reġim ta’ monitoraġġ trasparenti. L-introduzzjoni ta’ miżuri regolatorji, fuq livell nazzjonali/sub-nazzjonali ta’ l-UE, għandha tiġi akkumpanjata wkoll minn konsultazzjoni pubblika minn qabel u kampanji ta ’ informazzjoni kif ukoll valutazzjoni ta ’ l-impatt .

2. L-ebda bidla mill-istatus quo

Din l-għażla għandha tfisser ebda attività ġdida min-naħa ta’ l-UE, filwaqt li jitkompla x-xogħol kurrenti fuq it-tipjip second hand taħt il-programmi Komunitarji differenti (Saħħa pubblika, Riċerka, Impjegar).Żviluppi regolatorji f’dan il-qasam għandhom jitħallew għall-Istati Membri u l-proċess FCTC.

Ir-riżorsi li ġew salvati mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ kull inizjattiva ġdida għandhom jintużaw biex ikun aċċertat l-infurzar xieraq tar-rakkomandazzjonijet eżistenti ta’ l-UE u d-direttivi dwar saħħa u sikurezza okkupazzjonali. B’mod partikolari, il-gwida għal min iħaddem, għall-impjegati u għall-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tista’ twassal għall-iżvilupp sabiex ikun aċċertat applikar aħjar tad-Direttiva ta’ Qafas (89/391/KEE) li – filwaqt li ma tagħmilx referenza espliċità għall-ETS – diġà tkopri r-riskji kollha tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ħaddiema, inkluż id-duħħan tat-tabakk.

L-isforzi jistgħu jkunu wkoll devoti għall-promozzjoni ta’ ambjenti li huma ħielsa mid-duħħan permezz ta’ mezzi li mhumiex leġiżlazzjoni, bħalma huma l-kampanji informattivi u dawk edukattivi, l-inizzjattivi ta’ networking eċċ. Il-kampanja kurrenti ta’ kontra t-tabakk “HELP” ser tibqa’ sejra sa l-2008 u tista’ tiġi segwita minn inizzjattivi oħrajn ta’ tqajjim ta’ l-għarfien tagħha.

Aktar minn hekk, ix-xogħol fuq il-kwalità ta’ l-arja interna, inkluż l-ETS, għandu jitkompla bħala segwiment ta’ l-Azzjoni 12 tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-Ambjent u tas-Saħħa. Ir-riżorsi meħtieġa għall-proġetti varji f’dan il-kqasam għandhom jiġu mill-programm strateġiku multi-annwali Life+ 2007-2010[lxxxv], is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunita Ewropea għar-riċerka[lxxxvi] u l-Programm tas-Saħħa Pubblika[lxxxvii].

L-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddeċiedu jekk u kif jintroduċu l-miżuri ta’ kontra d-duħħan tat-tipjip skond iċ-ċirkostanzi nazzjonali u differenzi kulturali. It-tendenza lejn ambjenti li huma ħielsa mit-tipjip probabbilment se jkomplu, u jkunu rinfurzati mill-abbozzar u l-pubblikazzjoni tal-linji gwida FCTC. Numru ta’ gvernijiet nazzjonali, inklużi dawk tad-Danimarka, l-Ġermanja, il-Latvja, il-Portugall u s-Slovenja diġà ħabbru l-intenzjonijiet tagħhom li jsaħħu r-regolamenti nazzjonali kontra t-tipjip fil-futur qrib.

Madanakollu, mill-għażliet kollha din hija mistennija li tkun l-inqas effettiva fit-tnaqqis ta’ l-esponiment għall-ETS u l-ħsara relatata. Il-progress ġewwa Stati Membri differenti huwa probabbli li jkun wieħed irregolari. Bħala riżultat tar-regolamenti mhux kompluti, ħafna gruppi vulnerabbli għandhom jibqgħu esposti għall-ETS f’ambjenti interni skond ġurisdizzjoni publika. Dan jista’ jippreżenta riskju ta’ litigazzjoni miċ-ċittadini għal ħsara għal saħħithom kkawżata mit-tipjip passiv.

Bil-konsiderazzjoni ta’ l-aspettattivi ta’ l-inizjattiva għall-ħelsien mid-duħħan tat-tipjip fl-UE, dan jista’ jwassal għal riskju ta’ diżappunt tal-pubbliku. Il-kontinwazzjoni ta’ l-istatus quo tkun ukoll opportunità mitlufa biex jitkompla l-bini fuq il-momentum politiku attwali lejn żoni li huma ħielsa mid-duħħan tat-tipjip fl-UE.

2. Miżuri voluntarji

Din l-għażla tkun tikkonsisti fit-tħeġġiġ ta’ l-azzjonisti biex jadottaw linji gwida komuni fuq livell Ewropew sabiex ħafna iktar postijiet isiru ħielsa mid-duħħan tat-tipjip. L-avviċinamenti setturali (eż fl-industrija tad-divertiment u tal-catering) jista’ jiġi promoss. Risponsabbiltà soċjali korporattiva tista’ tintuża bħala bażi fl-iżvilupp f’din iż-żona.

Sabiex jiġu ffaċilitati d-diskussjonijiet, proċess ta’ pjattaforma ampju jista’ jinġieb fis-seħħ, fejn jinġabru flimkien l-operaturi tas-soċjetà ċivili u ekonomiċi kif ukoll ir-rappreżentanti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Tali pjattaforma ġiet stabbilita s-sena l-oħra fl-ambitu tad-dieta u l-attività fiżika. Proċess simili ġie reċentament propost għall-iżvilupp ta’ strateġija li hija mifruxa ma’ l-UE kollha dwar l-alkoħol.

Għażla oħra tista’ tkun dik ta’ inkuraġġament tal-partenarjati soċjali Ewropej (min iħaddem u l-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins) sabiex jinnegozjaw ftehim awtonomu dwar it-tipjip fuq il-posti tax-xogħol bbażat fuq l-Artikolu 138 tat-Trattat. L-awtoregolazzjoni permezz ta’ djalogu soċjali Ewropew irriżultat f’eżiti varjati, inkluża l-adozzjoni ta’ iktar minn 300 testi konġunti mill-partenarjati soċjali Ewropej.

Idealment, l-awtoregolazzjoni tista’ tipproċedi iktar bil-ħeffa u tkun iktar flessibbli minn leġiżlazzjoni tradizzjonali, u tipprovdi għas-setturi u l-kummerċ ikkonċernat opportunità li jkollhom influwenza diretta fuq il-politiki adottati. Għandha wkoll il-potenzjal li toħloq sens ta’ risponsabbiltà u ta’ dritt ta’ proprjetà fost l-azzjonisti. Madanakollu, l-progress miksub jiddipendi fuq ir-rieda ta’ l-azzjonisti biex jikkonformaw ma’ l-impenn miftiehem u l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ l-infuzar. L-evidenza mill-Istati Membri tissuġġerixxi, sfortunatament, li l-ftehim volontarju ma kienx efettiv fl-ambitu tal-kontroll tat-tabakk. Speċifikament fis-settur tad-divertiment u ta’ l-ospitalità il-miżuri volontarji ma laħqux l-għan ewlieni tat-tnaqis konsiderevoli ta’ l-esponiment għall-ETS.

Pereżempju, fir-Renju Unit, wara ħames snin ta’ ftehim volontarju bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-assoċjazzjonijiet ewlenin fil-kamp ta’ l-ospitalità, inqas minn 1% tal-bars instabu li huma ħielsa mit-tipjip[lxxxviii]. Ġewwa Spanja, il-leġiżlazzjoni ta’ l-2006 tat l-għażla lill-ħwienet tax-xorb u r-restoranti li huma iżgħar minn 100 metru kwadru sabiex jipprojbixxu t-tipjip fuq bażi volontarja. L-evidenza preliminari tissuġġerixxi li madwar 10% ta’ l-istabbilimenti eliġibbli iddeċiedew li jagħmlu hekk[lxxxix]. Ġewwa Pariġi skema volontarja mmirata sabiex tħeġġeġ it-12,452 ħwienet tal-kafè, bistros u brasseries fil-belt li jiddikjaraw lilhom infushom bħala żoni ħielsa mit-tipjip kienet ġiet adottata minn ftit inqas minn 30 stabbiliment[xc].

3. Metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni

Din l-għażla għandha tinvolvi l-koordinazzjoni ta’ l-isforzi ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-ambjenti li huma ħielsa mit-tipjip permezz ta’ dak li jissejjaħ “il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni”. L-Istati membri għandhom b’hekk jiġu inkuraġġati sabiex jagħmlu l-liġijiet ta’ kontra t-tipjip iktar konverġenti mingħajr ma jkun hemm il-bżonn ta’ armonizzazzjoni diretta (minkejja li dan jista’ jinżamm bħala possibilità).

Din tista’ tinkludi l-elementi li ġejjin:

- It-tqassim ta’ l-esperjenzi u l-aħjar prattiki ta’ stabbiliment ta’ politiki effettivi ta’ kontra t-tipjip fuq livell nazzjonali, sottonazzjonali u lokali,

- Il-ftehim dwar miri u linji gwida Komunitarji komuni fuq esperjenzi ta’ suċċess fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll barra l-UE. Dawn jistgħu jiġu akkumpanjati minn skadenzi rilevanti, flimkien ma’ kondizzjonijiet għall-monitoraġġ u l-infurzar,

- It-traduzzjoni ta’ dawn il-linji gwida fi pjanijiet ta’ azzjonijiet nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-esponiment għall-ETS skond tabella taż-żmien speċifika għall-ksib ta’ l-objettivi fuq medda ta’ żmien qasira, medja u twila,

- Il-moitoraġġ perjodiku, il-valutazzjoni u r-reviżjoni minn esperti, pereżempju fil-forma ta’ rapporti annwali mill-Istati Membri.

Numru ta’ ġurisdizzjonijiet diġà saru kontrarji għad-duħħan tat-tipjip u oħrajn iddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom hija li jsiru hekk. L-Istati Membri jiffaċċaw ukoll sfidi komuni, bħalma hija l-oppożizzjoni mill-industrija, ix-xettiċiżmu pubbliku, u n-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijet eżistenti. Il-koordinazzjoni ta’ l-UE tista’ tkun strumentali fit-twettiq ta’ proċess ta’ tagħlim reċiproku u fit-tqassim ta’ l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri.

Madanakollu, l-impenn għall-objettivi ta’ kontra t-tipjip għandhom jibqgħu volontarji u ma għandu jkun hemm l-ebda sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-miri li kien hemm qbil fuqhom. L-effettività ta’ l-iskema għandha tiddipendi fuq saħħet is-sorvelljanza multilaterali u fuq il- peer pressure .

4. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill

Din l-għażla għandha tikkonsisti fl-inkoraġġament ta’ l-Istati Membri sabiex jadottaw il-leġilazzjoni nazzjonali ta’ kontra d-duħħan tat-tipjip immexxija minn Rakkomandazzjoni komprensibbli tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill fuq ambjenti li huma ħielsa mid-duħħan tat-tipjip ibbażata fuq l-Artikolu 152 KE, li tfassal il-mod ta’ azzjoni suġġerit. Tista’ tintuża indipendentament jew bħal parti minn skemi li huma awtoregolatorji fost Stati membri (għażla 3) u/jew fl-industrija (għażla 2).

Filwaqt li ma jkollhiex poter li torbot, tali rakkomandazzjoni għandha tkun stqarrija ċara min-naħa tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill li l-azzjoni għandha tittieħed għall-eliminazzjoni tat-tipjip passiv fl-Ewropa. Għandha twassal lil din il-kwestjoni fl-aġenda politika fuq livell prijoritarju għoli f’kull Stat Membru ta’ l-UE u b’hekk tipprovdi appoġġ għalazzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

L-effettività ta’ din l-għażla għandha tiddipendi sew fuq iċ-ċarezza tal-linji gwida ta’ l-UE u l-kondizzjonijiet tar-rappurtar. Miri ċari akkumpanjati minn termini ta’ żmien u indikaturi speċifiċi (eż rakkomandazzjoni li perċentwal speċifiku tal-postijiet tax-xogħol jistgħu jsiru ħielsa mid-duħħan tat-tipjip sa ċertu sena u f’ċertu settur) għandu jkollhom impatt ogħla minn rakkomandazzjonijiet ta’ natura iktar ġenerali. Bl-istess mod, ir-rekwiżit għall-implimentazzjoni ta’ reġim ta’ monitoraġġ u li r-riżultati jsiru disponibbli pubblikament għandha toħloq pressjoni pubblika għall-infurzar iktar qawwi u l-iżvilupp ta’ politika iktar stretta.

Filwaqt li din l-għażla għandha toffri l-flessibbiltà għall-Istati Mmebri, ir-riskju ewlieni huwa li uħud mill-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jaġixxux għal kollox.

5. Leġiżlazzjoni li torbot

L-azzjoni Komunitarja f’dan il-kamp għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi li jorbtu.Il-leġiżlazzjoni li torbot għandha timponi livell bażi ta’ protezzjoni li huwa komparabbli, trasparenti u infurzabbli kontra r-riskju ta’ l-esponiment għall-ETS fl-Istati Membri.

Min-naħa waħda l-proċess leġiżlattiv jaċċerta konsultazzjonijiet formali u negozjati bir-reqqa li jinvolvu l-partijiet kollha, li jista’ jwassal sabiex il-politika li tirriżulta tkun waħda iktar robusta. Min-naħa l-oħra, huwa probabbli li r-rotta leġiżlattiva tkun waħda relattivament twila u jkun diffiċli li wieħed ibassar ir-riżultat aħħari.

Il-bażi legali eżatta tal-leġiżlazzjoni, wieħed jista’ jasal għaliha biss meta n-natura eżatta u l-ambitu ta’ l-istrument jiġi definit u din l-għażla għandha tikkunsidra r-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni pubblika.

Ftit mill-għażliet jistgħu diġà jissemmew f’dan l-istadju, mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-kosultazzjoni pubblika.

- Reviżjoni tad-direttivi eżistenti bbażati fuq id-Direttiva ta’ Qafas dwar is-sikurezza u s-sanità fuq il-post tax-xogħol 89/391/KEE. Din l-għażla tista’ tinkludi, partikolarment, l-estensjoni ta’ l-ambitu tad-Direttiva dwar l-Aġenti Karċinoġeni u Mutaġeniċi 2004/37 (biex tkopri l-ETS) u/jew it-tisħiħ tal-kondizzjonijiet għall-protezzjoni tal-ħaddiema mid-dħaħen tat-tabakk fid-Direttiva 89/654/KEE dwar kondizzjonijiet minimi ta’ saħħa u ta’ sikurezza.

- Għażla oħra għandha tkun dik li tinġieb fis-seħħ direttiva separata dwar it-tipjip fuq il-post tax-xogħol.

- Minkejja li mhux direttamet konness mal-protezzjoni mit-tipjip second hand , għażla possibbli għall-konsiderazzjoni tista’ tkun l-emenda tad-Direttiva dwar Sustanzi Perikolużi (67/548/KEE)[xci] sabiex l-ETS jiġi kklassifikat bħala aġent karċinoġeniku. Dan għandu jwassal direttament sabiex l-ETS jaqa’ taħt id-Direttiva ta’ l-Aġenti Karċinoġeni u Mutaġeniċi.

L-ewwel żewġ għażliet għandhom jiġu ristretti għall-ambitu ta’ l-ambjent ta’ fuq il-post tax-xogħol. Jistgħu japplikaw għall-postijiet tax-xogħol kollha jew għal ċertu kategoriji ta’ postijiet tax-xogħol u għandhom jaċċertaw li l-ħaddiema li huma esposti għal-livelli perikolużi ta’ ETS jiġu koperti b’mod xieraq.

Finalment l-adozzjoni ta’ strument leġiżlattiv fi ħdan il-mandat tat-Trattat m’għandhiex tipprekludi lill-Komunità milli tadotta miżuri li n-natura tagħhom tkun waħda li ma torbotx u li jistgħu jikkontribwixxu għall-aċċertament li jintlaħaq l-għan globali ta’ protezzjoni mill-ETS fost is-setturi kollha.

VI. RIMARKI TA’ KONKLUŻJONI

Bil-konsiderazzjoni ta’ l-evidenza xjentifika inekwivokabbli tal-ħsara kkawżata mit-tipjip second hand u l-impatt ta’ politiki għal arja interna safja fuq l-użu globali tat-tabakk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-politika ta’ l-ambitu l-iktar wiesa għandha twassal għall-ikbar benfiċċji fis-saħħa pubblika tal-popolazzjoni. Għandha toħloq sisitema ta’ ugwaljanza għat-twettiq tax-xogħol ta’ l-operaturi kollha. Ħafna eżempji komprensivi u ta’ suċċess dwar politiki ta’ kontra dħaħen tat-tipjip li jinsabu bħalissa fis-seħħ mad-dinja kollha juru li din l-għażla hija vijabbli u infurzabbli,

Il-livell mixtieq ta’ involviment ta’ l-UE fil-promozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ kontra d-dħaħen tat-tipjip hija mistoqsija miftuħa, u hija wkoll konnessa ma’ l-evoluzzjonijiet kurrenti fl-Istati Membri, li uħud minnhom kienu ddeċidew li jieħdu azzjoni sabiex jipprojbixxu t-tipjip fil-postijiet pubbliċi.

Il-Kummissjoni titlob lill-istituzzjonijiet kollha ta’ l-UE, ta’ l-Istati Membri u ċ-ċittadini, partijiet u organizzazzjonijiet kollha interessati sabiex iressqu r-rispons tagħhom dwar il-kwestjonijiet li tqajjmu f’din il-Green Paper. Il-Kummissjoni hija partikolarment interessata f’opinjonijiet ta’ l-azzjonisti dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

Mistoqsijiet

(1) Liema miż-żewġ avviċinamenti suġġeriti fis-Sezzjoni IV huwa l-iktar wieħed mixtieq fl-ambitu tiegħu għall-inizjattiva ta’ kontra t-tipjip: projbizzjoni totali fuq it-tipjip fil-postijiet pubbliċi magħluqin u postijiet tax-xogħol jew projbizzjoni b’eżenzjonijiet mogħtija għal postijiet minn kategoriji selezzjonati? Jekk jogħġbok indika r-raġuni(jiet) għall-għażla tiegħek.

(2) Liema mill-għażliet ta’ politika deskritti fis-Sezzjoni V hija dik l-iktar mixtieqa u xierqa għall-promozzjoni ta’ ambjenti li huma ħielsa mid-duħħan tat-tipjip? Liema forma ta’ intervent ta’ l-UE tikkunsidra bħala meħtieġ għall-ksib ta’ l-objettivi ta’ kontra d-duħħan tat-tipjip?

(3) Hemm data oħra kwantitattiva jew kwalitattiva dwar is-saħħa, l-impatt soċjali jew ekonomiku fir-rigward ta’ politiki kontra d-duħħan tat-tipjip li għandhom jiġu meqjusa?

(4) Għandek xi kummenti jew suġġerimenti oħrajn dwar il-Green Paper?

It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet għandhom jintbagħtu sa l-1 ta’ Mejju 2007, fl-indirizz li ġej (preferibbilment bl’e-mail):

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Unità C6 – Miżuri Sanitarji

E-mail: sanco-smoke-free-consultation@ec.europa.eu

Indirizz postali: B-1040 Brussell

Fax: (+32) 2 298 42 04

It-tweġibiet kollha għal din il-Green Paper ser jiġu ppubblikati fuq il-portal tal-Kummissjoni sakemm dawk li jwieġbu ma jagħmlux dikjarazzjoni kontrarja.

VII. ANNESSI

Anness I: Effettività ta’ l-infieq ta’ miżuri varji għall-kontroll tat-tabakk fir-Reġjun A* Ewropew

Interventi: Kodiċi uDeskrizzjonijiet | Infieq kull sena(I$ miljuni) għal kull miljun wieħed ta’ popolazzjoni[jiġifieri spiża per capita] | DALYs** evitat kull sena għal kull miljunf’popolazzjoni | Infieq Medju għal kull DALY evitat |

TOB-2: Dazju fuq prodotti tat-tabakk: 80% ta’ prezz ta’ forniment (medja globali) | 0,22 | 1 939 | 111 |

TOB-3: Dazju fuq prodotti tat-tabakk: 300% tal-prezz ta’ forniment (l-ikbar rata reġjonali) | 0,22 | 4 641 | 46 |

TOB-4: Dazju fuq prodotti tat-tabakk: 600% tal-prezz ta’ forniment (id-doppju ta’ l-ikbar rata reġjonali) | 0,22 | 6 723 | 32 |

TOB-5: Infurzar tal-liġi dwar arja interna safja | 0,67 | 742 | 908 |

TOB-6: Projbizzjoni komprensiva fuq ir-reklamar tat-tabakk | 0,27 | 561 | 473 |

TOB-7: Disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni | 0,55 | 670 | 816 |

TOB-8: Terapija ta’ sostituzzjoni ta’ nikotina | 2,35 | 670 | 3 511 |

TOB-9: Kombinazzjoni (TOB4 + TOB7) | 0,76 | 7 093 | 107 |

TOB-10: Kombinazzjoni (TOB4 + TOB5 + TOB7) | 1,43 | 7 467 | 192 |

TOB-11: Kombinazzjoni (TOB4 + TOB6 + TOB7) | 1,03 | 7 372 | 139 |

TOB-12: Kombinazzjoni (TOB4 + TOB6) | 0,48 | 7 032 | 68 |

TOB-13: Kombinazzjoni (TOB4 + TOB5 + TOB6) | 1,15 | 7 415 | 156 |

TOB-14: Kombinazzjoni (TOB4 + TOB5 + TOB6 + TOB7) | 1,70 | 7 725 | 220 |

TOB-15: Kombinazzjoni (Kollha) | 4,05 | 7 981 | 508 |

Sors :

WHO-CHOICE webpage: http://www.who.int/choice/results/tob_eura/en/index.html

* Reġjun Ewropew A : Andorra, l-Austrija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Islanda, l-Irlanda, Iżrael, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, Monaco, l-Olanda, in-Norveġja, il-Portugall, San Marino, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera.

** DALYs = Disability Adjusted Life Years (is-somma tas-snin ta’ ħajja potenzjali mitlufin kaġun ta’ mortalità qabel iż-żmien u s-snin ta’ ħajja produttiva mitlufin minħabba diżabbiltà.

Anness II: Piż Globali minħabba mard

[pic]

Sors : Studju tad-WHO dwar Piż Globali minħabba Mard, 2004

Anness III: Appoġġ għall-politiki kontra t-tipjip

[pic]

[pic]

Sors :

“Attitudnijiet ta’ l-Ewropej lejn it-tabakk”, Eurobarometer Speċjali 239, Jannar 2006, http://ec.europa.eu/health/ph_information/documents/ebs_239_en.pdf

Anness IV: Referenzi

[i] ĠU L 22, 25.1.2003, p. 31–34.

[ii] ĠU C 189, 26.7.1989, p. 1-2.

[iii] mit-18 ta' Diċembru 2006.

[iv] Il-konsegwenzi sanitarji ta’ l-esponiment għad-dħaħen tat-tabakk: rapport tal-Kirurgu Ġenerali.

Atlanta, GA: U.S. Dept tas-Saħħa ta’l-Istati Uniti u Servizzi għall-Bniedem, Ċentri ta’ Kontrolll u Prevenzjoni tal-Mard, Ċentru ta’ Koordinazzjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa, Ċentru Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Mard Kroniku u Promozzjoni tas-Saħħa, Uffiċċju dwar Tipjip u Saħħa, 2006.

Jitneħħa l-ambigwu (smokescreen): 10 raġunijiet għal Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip, Partenarjat Smokefree (Frar 2006) http://www.ersnet.org/ers/default.aspx?id_fiche=232472&id_langue=3&id_dossier=56222

Ludbrook A., Bird S., Van Teijlingen E. (2005) Reviżjoni Internazzjonali dwar l-Impatt Sanitarju u Ekonomiku tar-Regolament dwar it-Tipjip fil-Postijiet Pubbliċi. NHS Health Skozja: Edinburgh.

‘L-għixien mingħajr tipjip: Il-każ mediku għal arja safja ġewwa d-dar, fuq ix-xogħol u f’postijiet pubbliċi’, Royal College of Physicians ta’ Londra, (Lulju 2005).

Kumitat Xjentifiku tat-Tabakk u tas-Saħħa (SCOTH), ‘ Secondhand Smoke : Reviżjoni ta’ l-evidenza mill-1998’, (Novembru 2004) http://www.dh.gov.uk/assetRoot/04/10/14/75/04101475.pdf

Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer (2002). Monografi dwar Valutazzjoni tar-Riskji Karċinoġeniċi għall-Bniedem Dħaħen tat-Rabakk u Tipjip Involontarju Volum 83, Lyon, IARC, Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

‘Rapport tal-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tabakk u s-Saħħa’ (1998) http://www.archive.official-documents.co.uk/document/doh/tobacco/report.htm

[v] Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer (2002). op. cit.

Wells AJ. Kanċer tal-pulmun minn titpjip passiv fuq il-post tax-xogħol. Am J Saħħa Pubblika. 1998 Lulju;88(7):1025-9.

[vi] Law MR, Morris JK, Wald NJ. Esponiment ambjentali għat-tabakk u l-mard mill-iskemija tal-qalb: valutazzjoni ta’ l-evidenza. BMJ 1997;315: 973-80.

He J, Vupputuri S, Allen K, Prerost MR, Hughes J, Whelton PK. It-tipjip passiv u riskju tal-mard ta’ l-arterji koronarji tal-qalb – meta-analiżi ta’ l-istudji epidemjoloġiċi. N Engl J Med 1999;340: 920-6.

Wells AJ. Mard tal-qalb minn tipjip passiv fuq il-post tax-xogħol. J Am Coll Cardiol. 1998 Jan;31(1):1-9.

[vii] Whincup P et al (2004). It-tipjip passiv u r-riskju tal-mard tal-qalb fl-arterji koronarji u l-puplesiji: studju prospettiv bil-kejl permezz tal-cotinine BMJ 329 (7459) pp 200-205.

[viii] Bonita R, Duncan J, Truelsen T, Jackson RT, Beaglehole R. It-tipjip passiv kif ukoll it-tipjip attiv isaħħaħ ir-riskju ta’ l-attakk tal-puplesija akuta. Tob Control. 1999 Summer;8(2):156-60.

You RX, Thrift AG, McNeil JJ, Davis SM, Donnan GA. Riskju ta’l-attakk tal-puplesija kaġun ta’ l-iskemija u esponiment passiv għat-tipjip ta’ sigaretti min-naħa tal-konjuġi. Grupp ta’ Studju Stroke Risk Factor (MERFS) ta’ Melborn. Am J Saħħa Pubblika. 1999 Apr;89(4):572-5.

[ix] Jaakkola JJ, Jaakkola MS. Effetti tad-duħħan ambjentali fuq is-saħħa respiratorja fl-adulti. Scand J Work Environ Health. 2002;28 Suppl 2:52-70.

[x] Federazzjoni Ewropea ta’ l-Assoċjazzjonijiet tal-Pazjenti bl-Allerġiji u bil-Mard tan-Nifs, perspettiva ta’ pazjent Ewropew dwar l-ażma severa, Ġlieda għan-nifs.http://www.efanet.org/activities/documents/Fighting_For_Breath1.pdf . 2005.

[xi] WHO Konsultazzjoni Internazzjonali dwar l-ETS u s-Saħħa tat-Tfal – 1999:

http://www.who.int/tobacco/health_impact/youth/ets/en/print.html

Kharrazi M, DeLorenze GN, Kaufman FL, Eskenazi B, Bernert JT Jr, Graham S, Pearl M, Pirkle J. Dħaħen tat-tabakk fl-ambjent u l-eżitu tat-tqala. Epidemjoloġija. 2004 Nov;15(6):660-70.

[xii] Khan JC et al. (2006): It-tipjip ralatat mad-deġenrazzjoni muskolari. numru ta’ pakketti u żmien ta’ tipip huwa determinant ewlieni ta’ riskju għall-atrofija ġeografika kif ukoll in-newrovascularizzazzjoni koroidali Ġurnal Bittanniku ta’ l-Oftalmoloġija 2006;90;75-80.

[xiii] Law MR, Wald NJ. Esponiment ambjentali għad-duħħan tat-tabakk u l-mard mill-iskemija tal-qalb. Prog Cardiovasc Dis. 2003 Lulju-Awissu;46(1):31-8.

Glantz S, Parmley W. Ftit duħħan second hand huwa perikoluż ukoll. JAMA 2001;286:462–3.

Pechacek TF, Babb S. Kemm huma riversibbli u akuti huma r-riskji kardjovaskulari tad-duħħan secondhand ? BMJ. 2004 Apr 24;328(7446):980-3.

[xiv] Jamrozik K., "Stima ta’ l-imwiet kaġun tat-tipjip passiv fl-Ewropa", Jitneħħa l-ambigwu (smokescreen)., op.cit.

[xv] Phillips K, Howard D, Browne D, et al. Valutazzjoni ta’ l-esponiment personali għad-dħaħen ambjentali tat-tabakk fil-persuni Brittanniċi li ma jpejpux.. Environ Int 1994;20:693–712.

Phillips K, Bentley M, Howard D, et al. Valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fi Stokkolma permezz tal-monitoraġġ personali tal-persuni li ma jpejpux għal partiċelli sospiżi respirabbli u għad-dħaħen ambjentali tat-tabakk. Scand J Work Environ Health 1996;22 (suppl 1) :1–24.

Phillips K, Bentley M, Howard D, et al. Valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja f’ Barcellona permezz tal-monitoraġġ personali tal-persuni li ma jpejpux għal partiċelli sospiżi respirabbli u għad-dħaħen ambjentali tat-tabakk. Environ Int 1997;23:173–96.

Phillips K, Howard D, Bentley M, et al. Valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja f’Turin permezz tal-monitoraġġ personali tal-persuni li ma jpejpux għal partiċelli sospiżi respirabbli u għad-dħaħen ambjentali tat-tabakk. Environ Int 1997;23:851–71.

Phillips K, Bentley M, Howard D, et al. Valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja f’ Pariġi permezz tal-monitoraġġ personali tal-persuni li ma jpejpux għal partiċelli sospiżi respirabbli u għad-dħaħen ambjentali tat-tabakk Environ Int 1998;24:405–25.

Phillips K, Howard D, Bentley M, et al. Valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja f’’Lisbona permezz tal-monitoraġġ personali tal-persuni li ma jpejpux għal partiċelli sospiżi respirabbli u għad-dħaħen ambjentali tat-tabakk. Environ Int 1998;24:301–24.

[xvi] CAREX/Istitut Finlandiż tas-Saħħa Okkupazzjonali: Esponiment Okkupazzjonali għall-Aġenti Karċinoġeniċi fl-Unjoni Ewropea fl-1990-93 (1998).

[xvii] Nebot M, Lopez MJ, Gorini G, Neuberger M, Axelsson S, Pilali M, Fonseca C, Abdennbi K, Hackshaw A, Moshammer H, Laurent AM, Salles J, Georgouli M, Fondelli MC, Serrahima E, Centrich F, Hammond SK.Esponiment ambjentali għad-duħħan tat-tabakk ġewwa postijiet pubbliċi fil-bliet fl-Ewropa. Tob Control. 2005 Frar;14(1):60-3.

[xviii] Jarvis M. Stħarriġ kwantitattiv dwar l-esponiment għad-dħaħen mit-tipjip ta' l-oħrajn fil-personal ġewwa l-ħwienet tax-xorb f ’ Londra . Londra: Dipartiment ta’ l-Epidemjoloġija u tas-Saħħa Pubblika, Kulleġġ Universitarju, 2001.

Jarvis MJ, Foulds J, Feyerabend C.Esponiment għad-dħaħen mit-tipjip passiv fil-personal ġewwa l-ħwienet tax-xorb. Br.J Addict. 1992;87:111-3.

Siegel M. It-tipjip involontarju fuq xogħol fir-restoranti. Taqsira dwar l-esponiment ta’ impjegat u l-effetti sanitarji. JAMA 1993;270:490-3.

Wakefield M, Cameron M, Inglis G, Letcher T, Durkin S. Esponiment għad-duħħan second hand u sintomi respiratorji fost l-impjegati fil-casinos, clubs, u fl-uffiċini ġewwa Victoria, fl-Awstralja. J Occup Environ Med. 2005 Lulju;47(7):698-703.

[xix] Tqabbil ta’ 24 Pajjiżi tal-Livelli ta’ Tniġġis intern ta’ l-Arja f’Postijiet tax-Xogħol Differenti. Imwettaq minn: Roswell Park Cancer Institute, Department of Health Behavior; Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer; Division of Public Health Practice, Harvard School of Public Health; Settembru 2006.

[xx] Il-Grupp Implimentattiv tal-Biomonitroting fil-Bniedem (HBM) ġi stabbilit għall-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni 3 tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa (“Żvilupp u approċ koerenti għall-biomonitoraġġ fl-Ewropa”). Jikkonsisti f’esperti governattivi fil-kamp tal-biomonitoraġġ fil-bniedem.

[xxi] D.F.Behan, M.P. Eriksen, Y. Lin. Effetti Ekonomiċi tad-Duħħan Ambjentali tat-Tabakk, 2005.

[xxii] Ludbrook A., Bird S., Van Teijlingen E. (2005) Reviżjoni Internazzjonali ta’ l-Impatt Sanitarju Ekonomiku fir-Regolament tat-Tipjip fil-Postijiet Pubbliċi. NHS Health Skozja: Edinburgu.

[xxiii] Lok P. It-tipjip u l-kwestjoni fundamentali. L-ispejjeż tat-tipjip fuq il-post tax-xogħol. Ottawa,Il-Bord tal-Konferenzi tal-Kanada, 1997.

Parrott S, Godfrey C, Raw M. Spejjeż ta’ impjegat fl-Iskozja. Tob Control 2000; 9: 187–192.

Madden D.: L-iffissar tad-Dazju approssimattiv fuq is-Sigaretti fl-Irlanda. Serje ta’ Working papers, Wp0/05, Ċentru ta’ Riċerka Soċjali, Ottubru 2002.

Ross H, " Economija ta’ politiki kontra d-dħaħen tat-tipjip", Jitneħħa l-ambigwu (smokescreen), op.cit.

[xxiv] Valutazzjoni parzjali tal-valutazzjoni ta’ l-impatt – aspetti fil-ħelsien mid-dħaħaen tat-tabakk fl-Abbozz tal-Liġi Sanitarja, http://www.dh.gov.uk/assetRoot/04/12/19/31/04121931.pdf

[xxv] L-Att dwar it-Tipjip, is-Saħħa u l-Kura Soċjali (Skozja) Att 2005 (Projbizzjoni tat-Tipjip f’Ċertu Postijiet) Regolament 2005: abbozz. Anness C: Valutazzjoni ta’ l-Impatt Regolatorja. http://www.scotland.gov.uk/consultations/health/shscrc-04.asp

Postijiet li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip eċċ (Wales) Regolamenti 2007. Anness B Abbozz ta’ l-Apprezzament Regolatorju

www.smokingbanwales.co.uk/english/download.php?id=1170

Taqsira Integraata tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt ta’ l-Abbozz ta’ l-Ordni dwar it-Tipjip (Irlanda ta’ Fuq) Ordni 2006. http://www.dhsspsni.gov.uk/smoking-consultation-06-eqia.pdf

[xxvi] Rapport ASPECT. 'Tabakk jew Saħħa fl-Unjoni Ewropea - Passat, Preżent u Ġejjieni', Kummissjoni Ewropea 2004, p. 72.

[xxvii] Ibidem , p. 85.

[xxviii] Indikatur Komunitarju tas-Saħħa Nru 23, "Min Ipejjep Regolarment":http://europa.eu.int/comm/health/ph_information/dissemination/echi/echi_en.htm.

[xxix] Fong GT, Hammond D, Laux FL, Zanna MP, Cummings KM, Borland R, Ross H. L-esperjenza kkważi universali ta’ rimors fost min ipejjep f’erba’ pajjiżi: osservanzi minn Stħarriġ ta’ Valutazzjoni tal-Politika Internazzjonali fil-Kontroll tat-Tabakk. Nicotine Tob Res. 2004 Diċ;6 Suppl 3:S341-51.

[xxx] “Attitudnijiet ta’ l-Ewropej lejn it-tabakk”, Eurobarometer Specjali 239, Jannar 2006, http://ec.europa.eu/health/ph_information/documents/ebs_239_en.pdf

[xxxi] Jones S, Muller T., “Atitudnijiet pubbliċi għal politiki ta’ kontra t-tipjip fl-Ewropa”, Jitneħħa l-ambigwu ( smoke screen ), op. cit.

Borland R, Yong HH, Siahpush M, Hyland A, Campbell S, Hastings G, Cummings KM, Fong GT.Borland R, Yong HH, Siahpush M, Hyland A, Campbell S, Hastings G, Cummings KM, Fong GT. Appoġġ għal u konformità rrappurtata bir-ristoranti u ħwienet tax-xorb li huma ħielsa mid-dħaħen tat- tipjip f’erba’ pajjiżi minn osservanzi ta’ stħarriġ tal-kontroll Internazzjonali tat-Tabakk (ITC) . Tob Control. 2006 Jun;15 Suppl 3:iii34-41.

[xxxii] Chapman S, Borland R, Scollo M, Brownson RC, Dominello A, Woodward S. L-impatt ta’ postijiet tax-xogħol li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip fuq it-tnaqqis fil-konsum ta’ sigaretti fl-Awstralja u fl-Istati Uniti.Am J Saħħa Pubblika. 1999 Lulju;89(7):1018-23.

Hopkins DP, Briss PA, Ricard CJ, Husten CG, Carande-Kulis VG, Fielding JE, Alao MO, McKenna JW, Sharp DJ, Harris JR, Woollery TA, Harris KW; Task Force fuq Servizzi Preventivi Komunitarji. Reviżzjonijiet dwar l-evidenza fir-rigward ta’ l-interventi fit-tnaqqis ta’ l-użzu tat-tabakk u l-esponiment għhad-dħhaħhen ambjentali tat-tabakk.. ĠU Am Med Prev . 2001 Frar;20(2 Suppl):16-66. Reviżjoni

Fichtenberg CM and Glantz SA. Effetti tal-postijiet tax-xogħol fejn mhux permess it-tipjip fuq l-inġieba fir-rigward tat-tipjip:taqsira sistematika. BMJ 2002;325:188-191.

Levy DT, Friend KB. L-effetti ta’ liġijiet dwar arja interna safja: x’nafu dwar dan u x’hemm bżonn li nagħmlu? Health Educ Res 2003; 18: 592–609.

[xxxiii] Wakefield MA, Chaloupka FJ, Kaufman NJ, et al. Effetti ta’ restrizzjonijiet fuq tipjip fid-dar, fl-iskola, u fil-postijiet pubbliċi fit-tipjip fost l-adolexxenti: studju cross sectional . BMJ 2000;321:333-337.

Siegel M, Albers AB, Cheng DM, Biener L, Rigotti NA. Effetti tar-regolamenti lokali dwar tipjip fir-restoranti fuq il-progressjoni għat-tipjip stabbilit fost iż-żagħżagħ. Tob Control. 2005 Ott;14(5):300-6.

Farkas A, Gilpin E, White M, et al. Assoċjazzjoni bejn restrizzjonijiet fuq tipjip fid-=djar u fuq il-post tax-xogħol u t-tipjip fl-adolexxenti. JAMA 1993;284:717-22.

Wakefield M and Forster J. Evidenza li dejjem tikber dwar benefiċċji mil-liġijiet ta’ arja interna safja: tipjip imnaqqas fost l-adolexxenti. Tob. Kontroll, fil-1 ta’ Ottubru, 2005; 14(5): 292 – 293.

[xxxiv] Borland R, Yong HH, Cummings KM, Hyland A, Anderson S, Fong GT. Determinanti tal-konsegwenzi ta’ djar ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: osservanzi minn Stħarriġ ta’ Erba’ Pajjiżi fil-Kontroll Internazzjonali tat-Tabakk. Tob Control. 2006 Ġunju;15 Suppl 3:iii42-50.

Borland R, Mullins R, Trotter L, White V. Trends fir-restrizzjonijiet tad-daħaħen ambjentali tat-tabakk fil-Victoria, fl-Awstralja. Tob Control. 1999 Ħarifa;8(3):266-71.

Merom D, Rissel C. Fatturi assoċjati mad-djar ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip ġewwa NSW: riżultati mill-1998 Stħarriġ Sanitarju ta’ NSW. Aust N Z J Public Health. 2001 Awissu;25(4):339-45.

[xxxv] Kumitat Regolatorju imwaqqaf skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/37/KE.

[xxxvi] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (P6_TA(2005)0045) tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-Ppjan ta’ Azzjoni fl-Ambjent u s-Saħħa Ewropea 2004-2010.

[xxxvii] Rapport ASPECT. 'Tabakk jew Saħħa fl-Unjoni Ewropea - Passat, Preżent u Ġejjieni', Kummissjoni Ewropea 2004.

http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/Tobacco/Documents/tobacco_fr_en.pdf

[xxxviii] Kotzias, D. et al. 2005, Il-proġett INDEX: Apprezzament kritiku ta’l-issettjar u l-implimetazzjoni ta’ limiti ta’ l-esponiment intern fl-UE, Ċentru Riċerka Konġunta, Ispra, l-Italja.http://ec.europa.eu/comm/health/ph_projects/2002/pollution/fp_pollution_2002_frep_02.pdf

[xxxix] Franchi, M. et al. 2003. Lejn Postijiet b’Arja Safja fl-Ewropa – Ir-Rapport Thade. Federazzjoni Ewropea ta’ l-Allerġiji u l-Assoċjazzjonijiet tal-Pazjenti tal-Mard tan-Nifs (EFA).http://ec.europa.eu/comm/health/ph_projects/2001/pollution/fp_pollution_2001_frep_02.pdf

[xl] Għal taqsira tal-kawżi fil-qorti ara: “Postijiet tax-xogħol ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip: Titjib tas-saħħa u l-benesseri tan-nies fuq il-post tax-xogħol”. Brussell: Network Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip (ENSP), 2001, pp.84-97.

[xli] ĠU C 189, 26.7.1989, p. 1-2.

[xlii] ĠU L 22, 25.1.2003, p. 31–34.

[xliii] ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1–8.

[xliv] Ara Sentenza tal-Qorti fil-każ C-49/00 Kunmmissjoni v. L-Italja, paras 10-18

[xlv] ĠU L 393, 30.12.1989, p. 1–12.

[xlvi] ĠU L 245, 26.8.1992, p. 6–22.

[xlvii] ĠU L 348, 28.11.1992, p. 9-24.

[xlviii] ĠU L 404, 31.12.1992, p. 10-25. Aktar minn hekk, din id-Direttiva tipprojbixxi ż-żoni għat-tipjip li jkunu soġġetti għal perikli ta’ nar u splużjoni kif ukoll fl-industriji ta’ estrazzjoni taħt l-art tal-minerali.

[xlix] ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50-76.

[l] ĠU L 263, 24.9.1983, p. 25-32.

[li] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1–98.

[lii] Għandu jiġi nnotat li bħalissa hemm proposta li timmira għal modifikar tad-Direttiva (COM 2003-644) iżda ma tkoprix il-kwestjoni ta’ klassifikazzjoni possibbli ta’ l-ETS bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 jew 2.

[liii] L-Organizzazzjoni Dinjija Tas-Saħħa. Id-dritt għal arja interna safja. Rapport ta’ laqgħa tad-WHO, f’Copenhagen, fid-Danimarka; 2000. URL http://www.euro.who.int/air/activities/20030528_9

[liv] Mulcahy M, Evans DS, Hammond SK, Repace JL, Byrne M. Esponiment għat-tipjip secondhand u riskju wara l-projbizzjoni ta’ l-Irlanda fuq it-tipjip: valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-cotinine fis-saliva fil-ħadiema tal-lukandi u l-livelli ta’ nikotina fl-arja fil-ħwienet tax-xorb. Tob. Kontroll. 2005 Diċ;14(6):384-8.

Gorini, G, Esponiment Ambjentali għad-Dħaħen tat-Tabakk (ETS) f’Postijiet ta’ Ospitalità ġewwa Firenza Qabel u Wara l-Projbizzjoni tat-Tipjip fl-Italja. J Occup Environ Med. 2005 Diċ;47(12):1208-10.

Kif il-Liġijiet kontra d-Dħaħen tat-Tabakk Itejbu l-Kwalità ta’ l-Arja: Studju Globali tal-Pubs Irlandiżi”, Marzu 2006, Harvard School of Public Health, Roswell Park Cancer Institute, HSE-West, RIFTFS, OTC.

Ministeru għas-Saħħa. 2006. Wara li tneħħew id-Dħaħen: Valutazzjoni ta’ l-Impatt ta’Liġi Ġdida kontra d-Dħaħen tat-Tipjip. Wellington: Ministeru għas-Saħħa.

Repace J. Partiċelli respirabbli u karċinoġeni fl-arja fil-postijiet ta’ l-ospitalità f’Delaware qabel u wara l-projbizzjoni tat-tipjip. J Occup Environ Med. 2004 Set;46(9):887-905.

Ċentri ta’ Kontroll tal-Mard u Prevenzjoni (CDC), Kwalità interna ta’ l-arja fil-postijiet ta’ ospitalità qabel u wara l-implimentazzjoni tal-liġi dwar arja interna safja--New York tal-Lvant, 2003. MMWR Morb Mortal Wkly Rapport. 2004 Nov 12;53(44):1038-41.

Farrelly MC, Nonnemaker JM, Chou R, Hyland A, Peterson KK, Bauer UE. Tibdil fl-esponiment tal-ħaddiema fl-ospitalità għad-dħaħen secondhand wara l-implimentazzjoni tal-liġi kontra t-tipjip f’ New York. Tob Control. 2005 Awissu;14(4):236-41.

McNabola A, Broderick B, Johnston P, Gill L. Effetti tal-projbizzjoni tat-tipjip fuq livelli ta’ benzene u 1,3-butadiene fil-pubs ġewwa Dublin.. J Environ Sci Health A Tox Hazard Subst Environ Eng. 2006 Mejju;41(5):799-810.

[lv] Menzies D et al., Sintomi respiratorji, funzjoni polmonari, markaturi ta’ infjammazzjoni fost impjegati fil-ħwienet tax-xorb qabel u wara il-projbizzjoni leġiżlattiva dwar it-tipjip fil-postijiet pubbliċi. JAMA. 2006 Ott 11; 296(14):1742-8.

Eisner MD, Smith AK, Blanc PD. Is-saħħa respiratorja tal- bartenders wara l-istabbiliment tal-liġi ta’ kontra t-tipjip fit-taverni.. JAMA. 1998 Diċ 9;280(22):1909-14.

Eagan TML, Hetland J and Aarø LE. Tnaqqis fis-sintomi respiratorji fil-ħaddiema tas-servizzi ta’ catering ħames xhur wara l-projbizzjoni tat-tipjip. Tobacco Control 2006;15:242-246.

Allwright S. et al. Leġiżlazzjoni għal postijiet tax-xogħol u saħħa tal-ħaddiema tal-ħwienet tax-xorb fl-Irlanda: qabel u wara l-istudju. BMJ. 2005 Nov 12;331(7525):1117. Erratum fil- BMJ. 2006 Jan 21;332(7534):1.

[lvi] Barone-Adesi F, Vizzini L, Merletti F, Richiardi L. Effetti fuq medda taċ-ċmien qasir fir-rigward tal-projbizzjoni tat-tipjp fl-Italja dwar rati ta’ ammissjonijiet minn attakki tal-qalb. Eur Heart J. 2006 Ott;27(20):2468-72. Epub 2006 Awissu 29.

Sargent RP, Shephard RM, Glantz SA. Tnaqqis fl-inċidenza ta’ l-ammissjonijiet għall-infezzjonijiet tal-mijokardju assoċjat mat-tipjip pubbliku: qabel u wara l-istudju. BMJ 2004;328:977–80.

Bartecchi, C., et al. Ordinanza mal-belt kollha għat-tnaqqis ta’ l-inċidenza ta’ l-attakki tal-qalb fi ħdan l-American Heart Association Annual Scientific Sessions. 2005. Dallas, TX.

[lvii] Levy DT, Friend KB. L-effetti ta’ liġijiet dwar arja interna safja: x’nafu dwar dan u x’hemm bżonn li nagħmlu? Health Educ Res 2003; 18: 592–609.

[lviii] Fichtenberg CM and Glantz SA. Effetti tal-postijiet tax-xogħol fejn mhux permess it-tipjip fuq l-inġieba fir-rigward tat-tipjip:taqsira sistematika. BMJ 2002;325:188-191.

[lix] Gallus S, Zuccaro P, Colombo P, Apolone G, Pacifici R, Garattini S, La Vecchia C. Effetti ta’ regolamenti ġodda dwar tipjip fl-Italja. Ann Oncol. 2006 Frar;17(2):346-7. Lund, M., Lund K.E., Rise, J., Aarø, L.E., Hetland, J. (2005). Ħwienet tax-xorb ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk fin-Norveġja. Oslo/Bergen 2005: SIRUS/HEMIL, http://www.globalink.org/documents/2005smokefreebarsandrestaurantsinNorway.pdf.

[lx] Fong GT, Hyland A, Borland R, Hammond D, Hastings G, McNeill A, Anderson S, Cummings KM, Allwright S, Mulcahy M, Howell F, Clancy L, Thompson ME, Connolly G, Driezen P. Tnaqqis fit-tniġġis mid-dħaħen tat-tipjip u żieda fl-appoġġ għal postijiet pubbliċi li huma ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip wara l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni komprensiva għall-ħelsien mid-dħaħen tat-tipjip fl-Irlanda: sejbiet mill-Istħarriġ ITC Irlanda/Renju Unit. Tob Control. 2006 Ġunju;15 Suppl 3:iii51-8.

[lxi] Ministeru għas-Saħħa. 2006. Wara li tneħħew id-Dħaħen: Valutazzjoni ta’ l-Impatt ta’Liġi Ġdida kontra d-Dħaħen tat-Tipjip. Wellington: Ministeru għas-Saħħa.

California Departiment ta-Servizzi Sanitarji, Sezzjoni tal-kontroll tat-Tabakk. Esponiment Intern u Estern għad-Dħaħen mit-tipjip Second hand. Sacramento: California Department of Health Services.http://www.dhs.ca.gov/tobacco/documents/pubs/SecondHandSmoke.pdf

[lxii] Il-projbizzjoni Irlandiż fuq it-tipjip: hemm xi effett li jwassal li jinfluwenza t-tipjip ġewwa d-djar?” D.Evans, u C Byrne. Health Service Executive, Western Area.http://www.imt.ie/displayarticle.asp?AID=11000&NS=1&CAT=18&SID=1

[lxiii] Joossens L. “Impatt Ekonomiku mill-projbizzjoni tat-tipjip fil-ħwienet tax-xorb u restoranti”, Jitneħħa l-ambigwu: 10 raġunijiet għal-Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tipjiphttp://www.ersnet.org/ers/default.aspx?id_fiche=232472&id_langue=3&id_dossier=56222

[lxiv] Indiċi annwali tal-bejgħ ippubblikat mill-Uffiċju Ċentrali ta’ Statistika fl-Irlandahttp://www.cso.ie/releasespublications/documents/services/current/rsi_retrospective1.xls

[lxv] Scollo, M., Lal, A., Hyland, A. & Glantz, S. (2003) Reviżzjoni tal-kwalità ta’ l-istudji fuq l-effetti ekonomiċci tal-politiki kontra t-tipjip ta’ l-industrija ta’ l-ospitalità.y Tobacco Control, 12, 13-20.

[lxvi] Lund K.E. Konsekvenser for omsetning, besøksfrekvens, trivsel og etterlevelse. Oslo 2006: SIRUS, http://www.sirus.no/cwobjekter/SIRUSskrifter0106.pdf

[lxvii] NYC Departiment tal-Finanzi, NYC Departiment tas-Saħħa u l-Iġjene Mentali, NYC Departiment tas-Servizzi ta’ Impriżi Żgħar, NYC Korporazzjoni ta’ Żvilupp Ekonomiku, “L-Istat ta’ New York City Ħielsa mid-Dħaħen tat-Tipjip: Reviżjoni fuq Sena”, Marzu 2004, http://www.nyc.gov/html/doh/pdf/smoke/sfaa-2004report.pdf.

Cowling D W, Bond P. Liġijiet kontra d-Dħaħen tat-Tipjip u bejgħ fil-ħwienet tax-xorb f' – l-aħħar sejħa, Ekonomija Sanitarja, 2005; 14 (12); 1273 – 81.

[lxviii] Fichtenberg CM and Glantz SA. Effetti tal-postijiet tax-xogħol fejn mhux permess it-tipjip fuq l-inġieba fir-rigward tat-tipjip:taqsira sistematika. BMJ 2002;325:188-191.

[lxix] Siegel M. It-tipjip involontarju fuq xogħol fir-restoranti. Taqsira dwar l-esponiment ta’ impjegat u l-effetti sanitarji. JAMA. 1993 Jul 28;270(4):490-3.

[lxx] Eurostat, Statistika fil-Focus, Industrija, Kummerċ & Servizzi, 32/2005, “Impjegar fil-lukandi u fir-restoranti għadu jiżdied ġewwa UE li għadha tikber”.http://europa.eu.int/rapid/pressReleasesAction.do?reference=STAT/05/127&type=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en

[lxxi] L-Att dwar it-Tipjip, is-Saħħa u l-Kura Soċjali (Skozja) Att 2005 (Projbizzjoni tat-Tipjip f’Ċertu Postijiet) Regolament 2005: abbozz. Anness C: Valutazzjoni ta’ l-Impatt Regolatorju. http://www.scotland.gov.uk/consultations/health/shscrc-04.asp

[lxxii] Edwards R. et al Livelli ta’ dħaħen mit-tipjip second hand fil-pubs u l-ħwienet tax-xorb u status dwar jekk jiġi servut l-ikel jew le Studji Cross Sectional fil-Lvant ta’ l-Ingilterra. BMC Public Health 2006, 6:42

[lxxiii] Woodall AA et al. Il-projbizzjoni parzjali ġewwa stabbilimenti parzjali u l-inugwaljanza sanitarja ġewwa l-Ingilterra: studju għall-mudell, 18 ta’ Awissu 2005.

Riċerka IFF fost kampjun rappreżentattiv ta’ 1,252 sidien u managers tal-pubs u l-ħwienet tax-xorb fl-Ingilterra u fil-Galles li sar bejn is-27 ta’ lUlju u l-11 ta’ Awissu 2005. li ġie kummissjonat b’mod konġunt mill-Azzjoni fuq iti-Tipjip u s-Saħħa (ASH) u r-Riċerka fuq il-Kanċer UK.

[lxxiv] Valutazzjoni parzjali ta’ l-impatt Regolatorju—aspetti kontar t-tipjip fl-Abbozzi tal-Liġi Sanitarja,http://www.dh.gov.uk/assetRoot/04/12/19/31/04121931.pdf

[lxxv] Repace, J., "Stħarriġ tal-kwalità ta’ l-arja dwar partiċelli respirabbli u karċinoġeni partikulati fil-postijiet ta’ ospitalità ġewwa Delaware qabel u wara l-projbizzjon ta’ kontra t-tipjip,” Bowie, MD: Repace Associates, Inc., 7 ta’ Frar, De Gids W.F., Opperhuizen A., RIVM rapport 340450001/2004 “Reductie van blootstelling aan omgevingstabaksrook in de horeca door ventilatie en luchtreiniging”, 2003.

Repace, J. (2000). Tista’ l-ventilazzjoni tikkontrolla d-duħħan second hand fl-Industrija ta’ l-Ospitalità? Dipartiment tas-Servizzi sanitarji tal-California.

[lxxvi] Kotzias D et al (2005) Ventilazzjoni bħala mezz ta’ kontroll ta’ l-esponiment tal-ħaddiema għad-dħaħen ambjentali mit-tabakk (ETS). Ċentru Ewropew ta’ Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea, l-Italja.

Kotzias D et al (2003) Rapport ta’ riżultati preliminari fuq l-impatt ta’ rati varji ta’ skambju ta’ l-arja fuq livelli ta’ komponenti mid-dħaħen ambjentali tat-tabakk (ETS). ISPRA – IHCP Unità ta’ Esponiment Fiżiku u Kimiku, 2003. Online fuq http://www.jrc.cec.eu.int/pce/pdf/tobacco_draft_report.pdf

[lxxvii] Jacobs, P., de Jong, P. and de Gids, W.F., (2006) ‘Sistema ta’ Spustjar Deċentralizzat tad-dħaħen permezz ta’ sistema ta' riċirkolazzjoni u filtrazzjoni’, Netherlands Organisation for Applied Scientific Research.

de Gids, W.F. and Jacobs, P. (2006) ‘Investigazzjoni dwar tnaqqis possibbli fid-Dħaħen Ambjentali tat-Tabakk (ETS) fl-operat ta’ kuljum fl-industrija ta’ l-ospitalità’, Netherlands Organisation for Applied Scientific Research.

Monitoraġġ tad-Dħaħen Ambjentali tat-Tabakkk f’ristoranti u ħwienet tax-xorb f’Toronto, Rapport imħejji minn Stantec Consulting Ltd., July 2004..

[lxxviii] Repace J, Johnson K. Tista’ l-Ventilazzjoni permezz ta’ Spustjar Tikkontrolla l-ETS Secondhand ?, ASHRAE: Ħarifa ta’ l- 2006.

Kapitolu 10. Kontroll ta’ l-Esponiment għa—Dħaħen Secondhand. Fi: Konsegwenzi sanitarji ta’ l-esponiment involontarju għad-dħaħen tat-tipjip tat-tabakk: rapport tal-Kirurgu Ġenerali. op. cit.

[lxxix] Anness 1 tad-Deċiżjoni 15 ta’ l-Ewwel Konferenza tal-Partijiet dwar l-elaborazzjoni tal-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni.http://www.who.int/gb/fctc/PDF/cop1/FCTC_COP1_DIV8-en.pdf

[lxxx] Samet, J.; Bohanon, Jr., H.R.; Coultas, D.B.; Houston, T.P.; Persily, A.K.; Schoen, L.J.; Spengler, J.; Callaway, C.A., "ASHRAE dokument ta’ pożizzjoni dwar id-dħaħen ambjentali tat-tabakk," Soċjetà Amerikana ta’ Inġiniera fir-Riskaldament u r-Refriġerazzjoni u l-Kondizzjonament ta’ l-Arja (ASHRAE), 30 ta’ Ġunju 2005.

[lxxxi] Ibidem

[lxxxii] De Gids W.F., Opperhuizen A., op. cit .

[lxxxiii] Wong S (2004) Reżultati tal-Kontrolli ta’ Konformità fil-Fluss ta’ l-Arja għall-Kmamar (DSR) Allokati għat-Tipjip fir-Reġjun ta’ York – April 2003. Preżentazzjoni fil-11 ta’ April 2003.

[lxxxiv] Teknoloġiji ġodda pereżempju żebgħa katalitika, ġiet żviluppata bil-kapaċità li tnaqqas l-irwejjaħ, id-dħaħen tat-tabakk, l-ożonu, in-nitroġenu u l-ossidu tas-sulfati u komposti organiċi volatili. La darba ttestjati u vverifikati, dawn i—żebgħat katalitiċi jistgħu jintużaw bħala teknoloġija kumplimentari fil-kmamar għat-tipjip.

[lxxxv] COM(2004) 0621 finali - COD 2004/0218.

[lxxxvi] COM(2005) 0119 finali - COD 2005/0043.

[lxxxvii] COM(2006) 234 finali - COD 2005/0042A.

[lxxxviii] Iċ-Charter tal-Postijiet Pubbliċi dwar tipjip. Rapport ta’ progress industrijali. Il-Grupp Charter, April 2003.

[lxxxix] Fernandez E. Spanja: lejn ħajja mingħajr tipjip. Tob Control. 2006 Apri15(2):79-80.

[xc] ‘Pjan volontarju kontra d-dħaħen tat-tipjip jaħdem ġewwa Pariġi’ – Guardian . 16/02/05

[xci] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1–98.