52006PC0428

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta’ l-ikel {SEG(2006) 1040} {SEG(2006) 1041} /* KUMM/2006/0428 finali - COD 2006/0145 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.7.2006

KUMM(2006) 428 finali

2006/0145 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-addittivi ta’ l-ikel

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2006) 1040} {SEG(2006) 1041}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

( Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Fil- White Paper dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (COM (1999) 719 finali), il-Kummissjoni ħabbret li għandha taġġorna u tissemplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar l-addittivi ta’ l-ikel (l-Azzjoni 11 fil- White Paper ). L-għanijiet ta’ din il-proposta huma:

- Li tiġi ssemplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel billi jinħoloq strument wieħed għall-prinċipji, il-proċeduri u l-approvazzjonijiet;

- Li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat implimentattivi biex tiġi aġġornata l-lista Komunitarja ta’ l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati;

- Li tkun ikkonsultata l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ l-addittivi ta’ l-ikel;

- Li jkun stabbilit programm ta’ evalwazzjoni mill-ġdid għall-addittivi ta’ l-ikel eżistenti;

- Li tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi li jikkonsistu minn, li fihom jew li jkunu prodotti minn organiżmu modifikat ġenetikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament.

( Il-kuntest ġenerali

L-awtorizzazzjoni u l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’oġġetti ta’ l-ikel ġew armonizzati fl-Unjoni Ewropea sa mill-1995, meta kienet ġiet adottata l-aħħar waħda mid-direttivi speċifiċi dwar l-addittivi ta’ l-ikel (95/2/KE). Il-leġiżlazzjoni attwaliattwali tikkonsisti minn 4 direttivi ta’ ko-deċiżjoni (qafas u 3 direttivi speċifiċi) u minn 3 Direttivi tal-Kummissjoni (speċifikazzjonijiet).

Il-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel hIt-traduzzjoni tal-kundizzjunal EN għall-MT ma tantx hija straightQed nuża dawn il-kriterji a l-uniku qasam tekniku fejn l-approvazzjoni għall-użu ta’ sustanza teħtieġ proċedura ta’ ko-deċiżjoni, li tagħmel il-ġestjoni ta’ l-approvazzjonijiet ineffiċjenti u bil-mod.

Fl-istess waqt qed ikunu proposti żewġ proposti relatati:

1. Proposta dwar ir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel

2. Proposta għal Regolament dwar l-enzimi ta’ l-ikel.

( Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija komplementata mid-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel, 94/36/KE dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel, u 95/2/KE dwar l-addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa. Dawn it-3 direttivi jistabbilixxu l-lista ta’ l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom għajr l-oħrajn kollha.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni Nru 292/97/KE dwar iż-żamma tal-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti addittivi fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel speċifiċi.

Il-proposta tiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet kollha li ssemmew aktar ’il fuq.

( Il-konsistenza mal-politika u ma’ l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni

Ma japplikax.

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

( Il-Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin ikkonċernati u profil ġenerali ta’ min wieġeb

Saret tfittxija għall-opinjoni ta’ l-Istati Membri u tal-partijiet interessati permezz ta’ konsultazzjonijiet li saru f’diversi gruppi ta’ ħidma, kif ukoll matul il-kuntatti bilaterali mal-partijiet interessati li ilhom isiru sa mis-sena 2000. Fost il-partijiet interessati li ġew konsultati kien hemm:

Il-BEUC (L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi)

Is-CIAA (Il-Konfederazzjoni ta’ l-Industriji ta’ l-Ikel u tax-Xorb ta’ l-UE)

L-ISA (L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sustanzi li Jagħtu Ħlewwa)

Is-CEFIC (Il-Kunsill Ewropew ta’ l-Industrija Kimika)

L-AMFEP (L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi u tal-Formulazzjonijiet tal-Prodotti ta’ l-Enzimi)

L-ELC (Il-Federazzjoni ta’ l-Industriji Ewropej ta’ l-Addittivi ta’ l-Ikel u ta’ l-Enzimi ta’ l-Ikel)

Il-FEDIMA (Il-Federazzjoni ta’ l-Industriji tal-Prodotti Intermedji għan-Negozji tal-Furnara u tal-Ħelu fiż-ŻEE)

Iċ-CAOBISCO (L-Assoċjazzjoni ta’ l-Industriji taċ-Ċikkulata, tal-Gallettini u tal-Ħelu ta’ l-UE)

Barra minn hekk, fit-22.2.2005 ġie ċċirkolat kwestjonarju dwar l-impatti tal-proposta fost il-partijiet interessati differenti, fejn sa tmiem il-konsultazzjoni kienu waslu 70 tweġiba.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu

Wara kull konsultazzjoni, tqiesu l-kummenti u ġew adattati t-testi. Il-punti li ġejjin tqajmu speċifikament u l-kummenti tqiesu kif ġej:

1. L-armonizzazzjoni u l-ambitu tal-leġiżlazzjoni:

Matul l-iżvilupp ta’ din il-proposta tqies jekk id-definizzjoni ta’ għajnuna għall-ipproċessar setgħetx tiġi riveduta biex jitnaqqsu d-diffikultajiet ta’ interpretazzjoni jew le. Madankollu, l-industrija ta’ l-ikel qieset li bidla bħal din għandha tikkawża impatt konsiderevoli, u għalhekk kien deċiż li f’dan l-istadju ma ssirx bidla bħal din iżda li jitqiesu metodi oħra, bħalma huma l-iżvilupp ta’ linji ta’ gwida interpretattivi miftiehma li jkunu bbażati fuq id-definizzjoni attwali.

2. L-awtorizzazzjoni bi żmien limitat:

L-industrija indikat b’mod qawwi li awtorizzazzjoni bi żmien limitat setgħet tkun ostakluostaklu għall-innovazzjoni, u għandha tintroduċi inċertezza fis-suq ta’ l-addittivi ta’ l-ikel. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-Konsumaturi qiesu li l-approvazzjonijiet ta’ l-addittivi għandhom jinżammu taħt xi forma ta’ reviżjoni biex ikun żgurat li r-Regolament jibqa’ attwali. Għalhekk, kienet proposta soluzzjoni ta’ kompromess fejn il-produtturi jew l-utenti ta’ l-addittivi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, bl-informazzjoni dwar l-użi attwali tagħhom.

3. Il-perjodi tranżitorji:

Bħala parti mill-armonizzazzjoni u mill-iżvilupp ta’ l-ambitu ta’ dan ir-Regolament, qed ikun propost biex ikun regolat b’mod addizjonali l-użu ta’ l-addittivi fl-addittivi u fl-enzimi, kif diġà qed jiġri għall-addittivi li jintużaw fis-sustanzi li jagħtu t-togħma. Għalkemm dan se jkollu xi ftit impatt fuq l-industrija ta’ l-ikel, dan il-pass kien ġeneralment milqugħ tajjeb mill-partijiet interessati kollha. Madankollu, l-industrija ta’ l-ikel issuġġeriet li jkun inkluż perjodu ta’ żmien xieraq biex wieħed jaħseb għal din il-bidla. Għalhekk, din il-proposta tipprevedi perjodu tranżitorjutranżitorju ta’ 5 snin biex jitnaqqas l-impatt ta’ din il-miżura.

( Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza

Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ kompetenza esterna.

( Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

L-impatt ambjentali

M’għandu jkun hemm l-ebda impatt ambjentali minn kwalunkwe waħda mill-għażliet ta’ politika meqjusa, ladarba l-industrija konċernata hija involuta fl-ipproċessar sekondarju u terzjarju tal-prodotti ta’ l-ikel. L-addittivi diġà huma disponibbli u qed jintużaw estensivament.

L-ebda azzjoni

L-impatt ekonomiku

Il-proċess biex ikunu emendati l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-addittivi xorta għandu jkun jeħtieġ il-proċedura twila ta’ ko-deċiżjoni, li tinkludi ż-żmien li l-Istati Membri jieħdu għall-implimentazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni. Dan kieku jkompli jkun ta’ ostaklu għall-innovazzjoni min-naħa ta’ l-industrija, u għalhekk l-iżviluppi teknoloġiċi ma jkunux imħeġġa.

L-impatt soċjali

L-EFSA ma tkunx meħtieġa twettaq reviżjoni li tivvaluta mill-ġdid l-addittivi kollha li huma approvati bħalissa, u l-konsumaturi m’għandhomx jibbenefikaw mill-kontrolli addizzjonali dwar l-użu ta’ addittivi li jintużaw fl-addittivi u fl-enzimi ta’ l-ikel.

L-ebda azzjoni leġiżlattiva

L-impatt ekonomiku

Il-proċess li jkunu emendati l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-addittivi xorta għandu jeħtieġ il-proċedura twila ta’ ko-deċiżjoni, li tinkludi ż-żmien li l-Istati Membri jkunu ħadu għall-implimentazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni. Dan kieku jkompli jkun ta’ ostaklu għall-innovazzjoni min-naħa ta’ l-industrija, fejn l-iżviluppi teknoloġiċi ma jkunux imħeġġa. L-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jelaboraw u jiftiehmu dwar kodiċi ta’ prattika li jikkonċerna l-użu ta’ l-addittivi fl-addittivi u fl-enzimi.

L-impatt soċjali

Il-konsumaturi m’għandhomx jibbenefikaw minn assigurazzjoni miżjuda dwar is-sigurtà ta’ l-ikel.

L-għażla leġiżlattiva

Il-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi hija diġà armonizzata fl-Unjoni Ewropea kollha, u għalhekk ħafna aspetti ta’ l-azzjoni leġiżlattiva proposta se jkollhom impatt limitat. Din l-azzjoni, madankollu, se taffettwa l-manifatturi kollha ta’ l-addittivi ta’ l-ikel u se jkollha impatti konsegwenzjali fuq l-industrija ta’ l-ikel.

L-impatt ekonomiku

L-introduzzjoni tal-komitoloġija għall-approvazzjonijiet ta’ l-addittivi se jkollha impatt pożittiv fuq l-industrija, minħabba li l-proċeduri biex ikunu permessi addittivi ġodda se tkun aktar mgħaġġla. Din għandha l-potenzjal li jingħata stimolu lill-investiment fl-iżvilupp ta’ addittivi ġodda billi jitneħħa ħafna mid-dewmien li bħalissa huwa assoċjat mat-twettiq tal-benefiċċji ta’ l-iżviluppi l-ġodda. Se jkun hemm impatt ekonomiku mill-estensjoni ta’ l-ambitu biex ikunu koperti l-addittivi fl-addittivi u fl-enzimi, fejn xi sustanzi ġodda jistgħu jeħtieġu awtorizzazzjoni, madankollu n-numru ta’ sustanzi bħal dawn huwa maħsub li se jkun baxx. Se jkun hemm ukoll impatt żgħir minħabba l-aġġornament tal-folji tad-data tekniċi u wkoll minn bidliet minuri fl-ittikkettar, minħabba t-tneħħija ta’ l-enzimi mill-ambitu. Madankollu, dawn se jkunu spiża ta’ darba u l-effett għandu jitneħħa bl-użu ta’ perjodi tranżitorjitranżitorji xierqa li ġew inklużi biex ikun hemm żmien ħalli wieħed jadatta għal dawn il-bidliet. Bidliet bħal dawn x’aktarx mhux se jaffettwaw kemm jiswew l-oġġetti li jinbiegħu lill-konsumaturi.

L-impatt soċjali

Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn assigurazzjonijiet miżjuda dwar il-kompożizzjoni u s-sigurtà ta’ l-ikel li jixtru. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, madankollu, esprimew ċertu tħassib li l-introduzzjoni tal-komitoloġija tista’ tnaqqas it-trasparenza ġenerali tal-proċess, fejn l-awtorizzazzjonijiet mhux se jkunu aktar skrutinizzati u diskussi bl-istess mod mill-Parlament Ewropew. L-użu tal-komitoloġija, madankollu, huwa xieraq għaliex il-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel hija waħda mill-ftit oqsma fil-liġi dwar l-ikel fejn il-ko-deċiżjoni għadha meħtieġa għal emendi li fil-parti l-kbira huma tekniċi. Il-ħtieġa tal-konsumatur u l-benefiċċju teknoloġiku se jibqgħu parametri importanti li jridu jitqiesu mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri meta l-awtorizzazzjonijiet jiġu diskussi taħt il-proċedura tal-komitoloġija. Flimkien mal-proċeduri formali tal-komitoloġija u mal-pubblikazzjoni ta’ rutina fuq l-internet ta’ l-aġendi għal-laqgħat tal-kumitat permanenti, se jitkomplew il-metodi l-oħra ta’ konsultazzjoni. Dawn se jinkludu d-diskussjoni ta’ l-emendi għal-leġiżlazzjoni fi gruppi ta’ ħidma esperti jew f’fora oħrajn fejn bħas-soltu jkunu mistiedna gruppi ta’ konsumaturi u partijiet interessati oħra.

It-tneħħija tar-regolamenti tal-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi

L-impatt ekonomiku

It-tneħħija tar-regolamenti tista’ tirriżulta f’li jsiru valutazzjonijiet tar-riskju differenti għall-addittivi bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu wkoll jistipulaw proċeduri differenti ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk pass bħal dan għandu jkollu impatt fuq il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri biex jidħlu għal dan ix-xogħol addizzjonali. Bħala konsegwenza, dan għandu jippreżenta wkoll piż amministrattiv konsiderevoli fuq il-manifatturi ta’ l-addittivi ta’ l-ikel, fejn għandu jkun hemm il-ħtieġa li japplikaw għall-awtorizzazzjoni individwalment fl-Istati Membri kollha fejn jixtiequ jużaw l-addittiv. Dan għandu jkollu effett ukoll fuq l-industrija ta’ l-ikel u fuq il-kummerċ internazzjonali.

L-impatt soċjali

Għalkemm il-prinċipji ġenerali tal-liġi dwar l-ikel japplikaw, it-tneħħija tar-regolamenti tal-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi xorta tista’ twassal għal deterjorament fil-protezzjoni tal-konsumaturi fejn għandhom x’jaqsmu l-addittivi ta’ l-ikel. Dan jista’ jiġri minħabba l-gradi differenti ta’ valutazzjoni tar-riskju li jkunu qed isiru fl-Istati Membri, flimkien mad-differenzi potenzjali fl-interpretazzjoni ta’ valutazzjonijiet bħal dawn. Id-diverġenza li tirriżulta fl-awtorizzazzjonijiet ta’ l-addittivi tkun tikkomplika wkoll il-proċeduri biex jiġi kkalkulat u paragunat il-konsum ta’ l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati ma’ l-Unjoni Ewropea kollha u fl-Istati Membri individwali, fejn l-ikel importat għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjonijiet ta’ addittivi differenti.

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni ta’ l-impatt li ġiet elenkata fil-Programm ta’ Xogħol, li r-rapport tagħha huwa aċċessibbli fuq [ http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/additives/index_en.htm ].

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

( Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

Il-ħolqien ta’ Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta’ l-ikel li jistabbilixxi l-prinċipji għall-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel u li jistabbilixxi l-lista pożittiva tas-sustanzi li jistgħu jintużaw bħala addittivi ta’ l-ikel.

Ir-revoka tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem, tad-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel, 94/36/KE dwar il-kuluri għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel u 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa, u tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 292/97/KE dwar iż-żamma tal-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti addittivi fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel speċifiċi.

( Il-bażi legali

L-Artikolu 95

( Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin.

L-azzjoni mill-Istati Membri tista’ twassal biss għal sitwazzjoni konfuża għall-konsumaturi, b’livelli differenti ta’ protezzjoni, u għal nuqqas ta’ kunfidenza f’ċerti Stati Membri u fis-suq intern.

Azzjoni Komunitarja se tissodisfa aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin).

Jeħtieġ tkun immaniġġjata lista pożittiva b’madwar 300 addittiv ta’ l-ikel. Dan jeħtieġ metodu armonizzat u ċentralizzat.

L-effiċjenza tal-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni u tal-funzjonament effettiv tas-suq intern se jindikaw li l-għanijiet jintlaħqu l-aħjar mill-Unjoni Ewropea.

Il-funzjonament effettiv tas-suq intern f’relazzjoni ma’ l-addittivi ta’ l-ikel użati fi u fuq l-ikel, waqt li jħarsu s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi Ewropej, jista’ jintlaħaq l-aħjar permezz ta’ proċedura ċentralizzata għall-awtorizzazzjoni.

Il-proposta, għalhekk, hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

( Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin).

Il-miżura proposta tissemplifika d-dispożizzjonijiet attwali billi tikkombina erba’ Direttivi ta’ ko-deċiżjoni u Deċiżjoni waħda u billi tagħti s-setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni biex toħloq u taġġorna l-lista Komunitarja ta’ l-addittivi ta’ l-ikel. Il-miżura proposta hija Regolament biex jaċċellera d-dħul fis-seħħ ta’ l-approvazzjonijiet u sabiex tkun evitata interpretazzjoni ħażina tad-dispożizzjonijiet.

Il-piż amministrattiv se jkun minimizzat għaliex ir-Regolament se japplika direttament. Il-piż finanzjarju huwa minimizzat peress li d-dispożizzjonijiet attwali diġà jeżistu, u qed jiġu biss ssemplifikati.

( L-għażla ta’ l-istrumenti

L-istrumenti proposti: ir-regolament.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin).

Fl-UE il-qasam ta’ l-addittivi ta’ l-ikel huwa armonizzat għalkollox. L-użu mingħajr periklu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel jiddependi mill-evalwazzjonijiet tas-sigurtà u mill-kondizzjonijiet permessi ta’ l-użu ta’ dawn is-sustanzi, għalhekk ir-rakkomandazzjonijiet jew l-awto-regolamenti m’għandhomx jiggarantixxu l-protezzjoni ta’ saħħet il-konsumatur. Din il-proposta tikkombina id-Direttiva ta’ qafas attwali u Direttivi speċifiċi fi strument uniku biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-UE.

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

Il-Komunità tista’ tiffinanzja l-istabbiliment ta’ sistema u politika armonizzata fil-kamp ta' l-addittivi ta' l-ikel, inklużi:

- l-iżvilupp ta’ database adatt għall-ġbir u l-ħażna ta’ l-informazzjoni kollha konnessa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-addittivi ta’ l-ikel,

- l-organizzazzjoni ta’ l-istudji neċessarji għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel,

- l-organizzazzjoni ta’ l-istudji neċessarji sabiex jiġu armonizzati l-proċeduri, il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-rekwiżiti dwar id-dejta, sabiex tiġi ffaċilitata l-mod kif jitqassam ix-xogħol bejn l-Istati Membri u tiġi żviluppata gwida f’dawn l-oqsma.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

( Is-simulazzjoni, il-fażi pilota u l-perjodu tranżitorju

Kien hemm jew se jkun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta.

( Is-semplifikazzjoni

Il-proposta tipprevedi s-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

Se jkun hemm biss Regolament ta’ ko-deċiżjoni wieħed x’jiġi mmaniġġjat minflok l-erbgħa attwali. Il-lista pożittiva tista’ tinħoloq u tiġi aġġornata permezz tal-proċedura tal-komitoloġija. Barra minn hekk, peress li l-miżura hija Regolament, dan se jaċċellera sew il-proċedura ta’ approvazzjoni għall-addittivi ta’ l-ikel.

Il-proposta hija inkluża fil-Programm ta’ Xogħol u Leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni taħt ir-referenza 2005/SANCO/034.

( Ir-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

( Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

( Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Kapitolu I – Is-suġġett, l-ambitu u d-definizzjonijiet

L-addittivi ta’ l-ikel użati fl-ikel, fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tas-sigurtà u għal approvazzjoni permezz tal-listi pożittivi Komunitarji.

Kapitolu II – Il-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati

L-addittivi ta’ l-ikel kollha u l-użu tagħhom fl-ikel se jiġu evalwati għall-kriterji li ġejjin: is-sigurtà, il-ħtieġa teknoloġika, il-benefiċċju għall-konsumatur u li l-konsumatur ma jiġix żgwidat bl-użu tagħhom.

Skond id-deċiżjoni biex jiġu separati l-ġestjoni tar-riskju u l-valutazzjoni tar-riskju, l-applikazzjonijiet kollha għall-approvazzjoni ta’ addittivi ta’ l-ikel ġodda se jiġu diretti lill-EFSA, li se tagħmel l-evalwazzjonijiet tas-sigurtà. L-inklużjoni ta’ addittiv ta’ l-ikel fil-lista pożittiva Komunitarja se titqies mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-EFSA. Barra mis-sigurtà tas-sustanza, il-kriterji ġenerali l-oħra (il-ħtieġa teknoloġika, l-aspetti relatati mal-konsumatur) iridu jkunu eżaminati qabel ma addittiv ta’ l-ikel jista’ jiġi inkluż fil-lista pożittiva Komunitarja. Dan se jsir mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali (SCFCAH).

L-inklużjoni finali fil-lista pożittiva se ssir mill-Kummissjoni billi tinkludi l-addittiv ta’ l-ikel u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tiegħu fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament.

Addittiv ta’ l-ikel li jikkonsisti, ikun fih jew ikun prodott minn organiżmu modifikat ġenetikament, għandu jkun awtorizzat, fejn għandha x’taqsam il-modifikazzjoni ġenetika, skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, qabel l-inklużjoni tiegħu fil-lista pożittiva taħt dan ir-Regolament.

Għal kull addittiv ta’ l-ikel awtorizzat li jiġi inkluż fil-lista pożittiva trid tkun stabbilita speċifikazzjoni. Din ikun fiha l-kriterji dwar il-purità u tiddefinixxi l-oriġini ta’ addittiv ta’ l-ikel.

Kapitolu III – L-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-ikel

Jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ikel li fih l-addittivi ta’ l-ikel.

Kapitolu IV – L-ittikkettar

L-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel mibjugħa lill-manifattur jew direttament lill-konsumatur huwa rregolat bid-Direttiva 89/107/KE. Din il-proposta taġġorna dawn ir-regoli.

Kapitolu V – Id-dispożizzjonijiet proċedurali u l-implimentazzjoni

Biex ikun żgurat li l-addittivi ta’ l-ikel ladarba jkunu awtorizzati jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u jkunu evalwati mill-ġdid kulmeta jkun meħtieġ, il-produtturi jew l-utenti ta’ l-addittivi ta’ l-ikel se jkunu obbligati jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni ġdida li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ l-addittiv ta’ l-ikel. Barra minn hekk, għandhom jipprovdu data dwar l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel biex ikunu jistgħu jsiru l-valutazzjonijiet tal-konsum fid-dieta.

L-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fir-Regolament se jkunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. Din tikkonsisti f’li jkun inkluż l-użu ta’ l-addittiv ta’ l-ikel u jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta’ l-użu fil-lista pożittiva kif ukoll ikunu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet, inklużi l-kriterji dwar l-oriġini u l-kriterji tal-purità u l-verifikazzjoni ta’ kriterji bħal dawn. Peress li dawn huma kwistjonijiet ta’ teknikalità kbira li jiġu adottati fuq il-bażi ta’ prinċipji miftiehma b’mod komuni, għandhom ikunu fdati lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ effiċjenza u semplifikazzjoni.

Kapitolu VI – Id-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

L-addittivi ta’ l-ikel li bħalissa huma inklużi fid-Direttivi 94/35/KE, 94/36/KE u 95/2/KE se jiġu inklużi fl-Anness II għal din il-proposta wara reviżjoni li titwettaq mis-SCFCAH. Il-Kumitat Permanenti se jivvaluta l-konformità ta’ l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-addittivi ta’ l-ikel u tal-kondizzjonijiet tagħhom ta’ l-użu mal-kriterji ġenerali li ġew stabbiliti fir-Regolament, waqt li titqies l-opinjoni aħħarija dwar is-sigurtà ta’ l-addittiv ta’ l-ikel. Sakemm il-Kumitat ikun lesta r-reviżjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, id-Direttivi li ssemmew aktar ’il fuq għandhom jibqgħu japplikaw.

L-Awtorità għandha tagħmel valutazzjoni tar-riskju fuq l-addittivi ta’ l-ikel kollha li bħalissa huma approvati. F’konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ evalwazzjoni biex ikunu definiti l-ħtieġa u l-ordni tal-prijoritajiet għall-valutazzjoni tar-riskju. Fil-programm għandhom jiġu stabbiliti l-limiti taż-żmien għall-evalwazzjoni .

Id-dispożizzjonijiet dwar l-addittivi fl-addittivi ta’ l-ikel (għajr għall-ġarriera) u fl-enzimi ta’ l-ikel se japplikaw wara intervall xieraq biex jingħata ż-żmien ħalli jitwettqu l-valutazzjonijiet tas-sigurtà.

2006/0145 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-addittivi ta’ l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

1. Il-moviment liberu ta’ ikel mhux perikoluż u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

2. Livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem għandu jiġi żgurat biex titwettaq il-politika tal-Komunità.

3. Dan ir-Regolament jieħu post id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet preċedenti li jikkonċernaw l-addittivi ta’ l-ikel permessi għall-użu fl-ikel, bil-ħsieb li jkunu żgurati l-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-interessi tal-konsumaturi permezz ta’ proċeduri komprensivi u semplifikati.

4. Dan ir-Regolament jarmonizza l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’ikel fil-Komunità. Dan jinkludi l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’ikel li huwa koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari[3] u l-użu ta’ ċerti kuluri ta’ l-ikel għall-immarkar tas-saħħa tal-laħam u għat-tiżjin u għall-istampar tal-bajd. Dan jarmonizza wkoll l-użu ta’ addittivi ta’ l-ikel fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel, biex b’hekk ikunu żgurati s-sigurtà u l-kwalità tagħhom u jiġu ffaċilitati l-ħażna u l-użu tagħhom. L-aħħar kategorija qabel ma kinitx regolata fuq livell Komunitarju.

5. L-addittivi ta’ l-ikel huma sustanzi li normalment ma jkunux ikkonsmati bħala ikel fihom infushom iżda jiġu miżjuda ma’ l-ikel apposta għal raġuni teknoloġika, bħall-preservazzjoni ta’ l-ikel. Madankollu, sustanzi m’għandhomx jitqiesu bħala addittivi ta’ l-ikel meta jintużaw biex jagħtu aroma u/jew togħma. Barra minn hekk, sustanzi meqjusa bħala ikel li jistgħu jintużaw għal funzjoni teknoloġika, bħall-klorur tas-sodju jew iż-żagħfran għall-kulur u l-enzimi ta’ l-ikel, ukoll m’għandhomx jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Fl-aħħarnett, fejn jikkonċerna l-enzimi ta’ l-ikel, dawn huma koperti bir-Regolament (Nru) …[dwar l-enzimi ta’ l-ikel][4], li jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

6. Is-sustanzi li ma jiġux ikkonsmati bħala ikel fihom infushom iżda jintużaw apposta fl-ipproċessar ta’ l-ikel, li jibqgħu biss bħala residwi fl-ikel finali u li ma jkollhomx effett teknoloġiku fil-prodott finali (għajnuniet għall-ipproċessar), m’għandhomx ikunu koperti b’dan ir-Regolament.

7. L-addittivi ta’ l-ikel għandhom jiġu approvati u użati biss jekk jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-addittivi ta’ l-ikel iridu jkunu mingħajr periklu meta jintużaw, irid ikun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, l-użu tagħhom ma jridx jiżgwida lill-konsumatur, u l-użu tagħhom irid ikun ta’ benefiċċju għall-konsumatur.

8. L-addittivi ta’ l-ikel jridu dejjem jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet approvati. L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni biex ikun identifikat b’mod adegwat l-addittiv ta’ l-ikel, inkluża l-oriġini, u li jkunu deskritti l-kriterji aċċettabbli tal-purità. L-ispeċifikazzjonijiet żviluppati qabel għall-addittivi ta’ l-ikel fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta' sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel[5], fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tistabbillixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità li jikkonċernaw il-kuluri li jintużaw fl-oġġetti ta’ l-ikel[6] u fid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE tat-2 ta’ Diċembru 1996 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa,[7] għandhom jinżammu sakemm l-addittivi korrispondenti jiġu inklużi fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Meta jsir dan, l-ispeċifikazzjonijiet li huma relatati ma’ addittivi bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti f’Regolament. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrelataw direttament ma’ l-addittivi li jiġu inklużi fil-listi Komunitarji fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Madankollu, meta jitqiesu l-karattru u s-sustanza komplessi ta’ speċifikazzjonijiet bħal dawn għal skop ta’ ċarezza, m’għandhomx jiġu integrati bħala tali f’dawk il-listi Komunitarji, iżda għandhom jiġu stabbiliti f’Regolament jew f’Regolamenti separati.

9. Uħud mill-addittivi ta’ l-ikel huma permessi għal użi speċifiċi għal ċerta prattika u ċerti proċessi enoloġiċi. L-użu ta’ addittivi ta’ l-ikel bħal dawn għandu jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

10. Biex tkun żgurata l-uniformità, il-valutazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandhom isiru skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel[8].

11. Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel,[9] l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’), għandha tkun ikkonsultata dwar kwistjonijiet li huwa probabbli li jaffettwaw is-saħħa pubblika.

12. Addittiv ta’ l-ikel li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament[10] għandu jkun awtorizzat taħt dak ir-Regolament qabel ma jiġi approvat taħt dan ir-Regolament.

13. Addittiv ta’ l-ikel li diġà kien approvat taħt dan ir-Regolament li jitħejja b’metodi ta’ produzzjoni jew b’materjali tal-bidu li huma differenti b’mod sinifikanti minn dawk li huma inklużi fl-evalwazzjoni tar-riskju ta’ l-Awtorità, jew li huma differenti minn dawk koperti mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti, għandu jiġu sottomess għall-evalwazzjoni mill-Awtorità għal evalwazzjoni b’enfażi fuq l-ispeċifikazzjonijiet. Metodi ta’ produzzjoni jew materjali tal-bidu li huma differenti b’mod sinifikanti jistgħu jfissru bidla fil-metodu tal-produzzjoni, mill-estrazzjoni minn pjanta sal-produzzjoni bil-fermentazzjoni billi jintuża mikroorganiżmu jew modifikazzjoni ġenetika tal-mikroorganiżmu oriġinali.

14. L-addittivi ta’ l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u jridu jkunu evalwati mill-ġdid kulmeta jkun meħtieġ fid-dawl tal-kondizzjonijiet ta’ l-użu li jinbidlu u fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida.

15. L-Istati Membri li żammew il-projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti addittivi f’ċerta ikel speċifiku li jitqies bħala tradizzjonali u li jiġi prodott fit-territorju tagħhom għandhom jingħataw il-permess li jkomplu japplikaw dawk il-projbizzjonijiet. Madankollu, dwar prodotti bħall-‘Feta’ jew bħas-‘Salame cacciatore’, ir-Regolament preżenti huwa mingħajr preġudizzju għal regoli aktar restrittivi li huma marbuta ma’ l-użu ta’ ċerti denominazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel[11] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel[12].

16. L-addittivi ta’ l-ikel jibqgħu soġġetti għall-obbligi ġenerali ta’ l-ittikkettar kif provdut fid-Direttiva 2000/13/KE u, skond kif ikun il-każ, fir-Regolamenti (KE) Nri 1829/2003 u 1830/2003. Barra minn hekk, f’dan ir-Regolament għandu jkunu inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel mibjugħa bħala tali lill-manifattur jew lill-konsumatur finali.

17. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[13]

18. Biex tkun żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-addittivi ta’ l-ikel b’mod proporzjonat u effettiv, huwa neċessarju li tinġabar id-data, tinqasam l-informazzjoni u jkun koordinat ix-xogħol bejn l-Istati Membri. Għal dak l-iskop, jista’ jkun utli li jsiru studji li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi biex jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Ikun xieraq li bħala parti mill-proċedura baġitarja tagħha l-Komunità tkun tista’ tiffinanzja studji bħal dawn. Il-finanzjament ta’ miżuri bħal dawn huwa kopert mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali[14] u għalhekk il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ hawn fuq se tkun ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

19. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

20. Minħabba li l-għan ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jkunu stabbiliti r-regoli Komunitarji dwar l-addittivi ta’ l-ikel, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-unità tas-suq u minħabba l-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, jista’ jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

21. Wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, għandha tirrevedi l-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-kriterji, għajr is-sigurtà, bħalma huma l-konsum, il-ħtieġa teknoloġika u l-potenzjal li jiġi żgwidat il-konsumatur. L-addittivi ta’ l-ikel kollha li jkunu se jkomplu jiġu awtorizzati fil-Komunità għandhom jiġu trasferiti għal-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament. L-Anness III għal dan ir-Regolament għandu jkun ikkompletat bl-addittivi ta’ l-ikel l-oħra li jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel flimkien mal-kondizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom skond ir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel. Biex ikun hemm perjodu tranżitorju xieraq, id-dispożizzjonijiet fl-Anness III, għajr għad-dispożizzjonijiet dwar il-ġarriera għall-addittivi ta’ l-ikel, m’għandhomx japplikaw sa [l-1.1.2011].

22. Mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni, fi żmien sena wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ evalwazzjoni għall-Awtorità biex tkun ivvalutata mill-ġdid is-sigurtà ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li kienu approvati diġà fil-Komunità. Dak il-programm għandu jiddefinixxi l-ħtiġiet u l-ordni tal-prijoritajiet li għab-bażi tagħhom ser ikunu eżaminati l-addittivi ta’ l-ikel approvati.

23. Dan ir-Regolament jirrevoka u jieħu post l-atti li ġejjin: id-Direttiva tal-Kunsill 62/2645/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta' l-Istati Membri dwar materja koloranti awtorizzata għall-użu ta' affarijiet ta' l-ikel maħsuba għal konsum mill-bniedem[15], id-Direttiva tal-Kunsill 65/66/KEE tas-26 ta’ Jannar 1965 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi dwar il-purità għall-preservattivi awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem[16], id-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ta’ purità għall-emulsjonanti, stabilizzaturi, aġenti li jħaxxnu u ta’ gelling għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel[17], id-Direttiva tal-Kunsill 78/664/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi dwar il-purità għall-antiossidanti li jistgħu jintużaw fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem[18], l-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 81/712/KEE tat-28 ta’ Lulju 1981 li tistabbilixxi metodi fil-Komunità ta’ analiżi biex jiġi verifikat li ċerti additivi użati fl-ikel jissodisfaw kriterji ta’ purità[19], id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem[20], id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel[21], id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel[22], id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa[23] u d-Deċiżjoni 292/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar iż-żamma tal-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti addittivi fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel speċifiċi[24] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/247/KE tas-27 ta’ Marzu 2002 li tissospendi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-ħelu tal- jelly li jkun fih l-additiv E 425 konjac[25]. Madankollu, huwa xieraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ matul perjodu tranżitorju biex iħallu żmien għat-tħejjija tal-listi Komunitarji fl-Annessi għar-Regolament preżenti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I IS-SUĠĠETT, L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1 Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-addittivi ta’ l-ikel li jintużaw fl-ikel sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta’ protezzjoni għall-konsumatur.

Għal dawn l-iskopijiet, dan ir-Regolament jipprovdi għal:

(a) il-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati;

(b) il-kondizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f‘ikel, f’addittivi ta’ l-ikel u f’enzimi ta’ l-ikel;

(c) ir-regoli dwar l-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel mibjugħa bħala tali.

Artikolu 2 L-ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-addittivi ta’ l-ikel.

2. Dan ir-Regolament m’għandu japplikax għas-sustanzi li ġejjin sakemm ma jintużawx bħala addittivi ta’ l-ikel:

(a) għajnuniet għall-ipproċessar;

(b) sustanzi li jintużaw għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-prodotti tal-pjanti skond ir-regoli Komunitarji li jirrelataw mas-saħħa tal-pjanti;

(c) sustanzi miżjuda ma’ l-ikel bħala nutrijenti;

(d) sustanzi li jintużaw għat-trattament ta’ l-ilma għall-konsum mill-bniedem li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE[26].

3. Dan ir-Regolament m’għandux japplikax għall-enzimi ta’ l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru […/..] [dwar l-enzimi ta’ l-ikel].

4. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola Komunitarja speċifika li tikkonċerna l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel:

(a) f’ikel speċifiku;

(b) għal skopijiet oħra għajr dawk li huma koperti b’dan ir-Regolament.

5. Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 28(2) jista’ jiġi deċiż jekk sustanza taqa’ jew le fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġew stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nri 178/2002 u 1829/2003 għandhom japplikaw.

2. Id-definizzjonijiet li ġejjin ukoll għandhom japplikaw:

(a) ‘addittiv ta’ l-ikel’ għandha tfisser kwalunkwe sustanza li normalment ma tkunx ikkonsmata bħala ikel fiha nfisha u li normalment ma tintużax bħala ingredjent karatteristiku ta’ l-ikel, kemm jekk ikollha valur nutrittiv u kemm jekk le, li ż-żjieda maħsuba tagħha ma’ l-ikel għal għan teknoloġiku fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ ikel bħal dan tirriżulta, jew wieħed raġonevolment jistenna li tista’ tirriżulta, li huwa jew il-prodotti sekondarji tiegħu jsiru direttament jew indirettament komponent ta’ ikel bħal dan;

madankollu, dawn li ġejjin ma jitqiesux bħala addittivi ta’ l-ikel:

(i) l-ikel li fih monosaccharides, disaccharides jew oligosaccharides użati għall-proprjetajiet li jagħtu l-ħlewwa tagħhom;

(ii) l-ikel, kemm jekk niexef jew f’forma kkonċentrata, li jinkudi sustanzi li jagħtu t-togħma inkorporati waqt il-manifattura ta’ ikel kompost, minħabba l-proprjetajiet aromatiċi, bnini jew nutrittivi flimkien ma’ l-effett sekondarju li jagħti l-kulur;

(iii) is-sustanzi li jintużaw biex jgħattu jew jiksu materjali, li ma jifformawx parti mill-ikel u mhumiex maħsuba biex ikunu kkonsmati ma’ dak l-ikel;

(iv) il-prodotti li għandhom il-pektin u li huma derivati mill-ilbieba tat-tuffieħ niexef jew mill-qoxra tal-frott taċ-ċitru, jew minn taħlita tat-tnejn, permezz ta’ l-azzjoni ta’ aċidu dilwit segwit min-newtralizzazzjoni parzjali bil-melħ tas-sodju jew potassju ('pektin likwida');

(v) il-bażijiet taċ-ċjuwing-gamm;

(vi) id-destrina bajda jew safra, il-lamtu nkaljat jew destrinat, il-lamtu modifikat bl-aċidu jew bi trattament alkalin, il-lamtu bbliċjat, il-lamtu fiżikament modifikat u l-lamtu trattat b’enzimi amilolitiċi;

(vii) il-klorur ta’ l-ammonja;

(viii) il-plasma tad-demm, il-ġelatina li tittiekel, il-proteini idrolisati u l-melħ tagħhom, il-proteina u l-glutina tal-ħalib;

(ix) l-aċidi amminiċi u l-melħ tagħhom għajr għall-aċidu glutamiku, għall-gliċina, għas- cysteine u għaċ-ċistin u l-melħ tagħhom li m’għandhom l-ebda funzjoni teknoloġika;

(x) il-kaseinati u l-kaseina;

(xi) l-inulina;

(b) ‘għajnuna għall-ipproċessar’ tfisser kwalunkwe sustanza li:

(i) ma tiġix ikkonsmata bħala ikel waħidha;

(ii) tintuża intenzjonalment fl-ipproċessar ta’ materjali, ta’ ikel jew ta’ l-ingredjenti tagħhom li mhumiex ipproċessati, biex jiġi sodisfatt ċertu skop teknoloġiku matul it-trattament jew l-ipproċessar; u

(iii) tista’ tirriżulta fil-preżenza mhux maħsuba, iżda li teknikament ma tistax tkun evitata fil-prodott finali, ta’ residwi tas-sustanza jew tad-derivati tagħha, sakemm ma jippreżentawx kwalunkwe riskju għas-saħħa u ma jkollhom l-ebda effett teknoloġiku fuq il-prodott finali;

(c) ‘klassi funzjonali’ għandha tfisser waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Anness I li hija bbażata fuq il-funzjoni teknoloġika li jeżerċita addittiv ta’ l-ikel fl-oġġett ta’ l-ikel;

(d) ‘ikel mhux ipproċessat’ għandha tfisser ikel li ma jkunx għadda minn kwalunkwe trattament li jirriżulta f’bidla sostanzjali fl-istat oriġinali ta’ l-ikel, għal liema skop, dawn li ġejjin b’mod partikolari ma jitqisux bħala li jirriżultaw f’bidla sostanzjali: il-qsim, il-ferqien, il-qtugħ, it-tneħħija ta’ l-għadam, l-ikkapuljar, it-tqaxxir tal-ġilda, il-qtugħ tat-truf, it-tqaxxir tal-frott u l-ħxejjex bil-qoxra, it-tifrik, il-qtugħ, it-tindif, it-tirqim, id- deep-freezing , l-iffriżar, it-tkessiħ, it-tħin, it-tneħħija tal-ħliefa, l-ippakkjar jew il-ħruġ mill-pakketti;

(e) ‘ikel bla zokkor miżjud’ għandha tfisser ikel mingħajr dawn li ġejjin:

(i) kwalunkwe monosaccharide, disaccharide jew oligosaccharide miżjud; jew

(ii) ikel li fih monosaccharides, disaccharides jew oligosaccharides li jintuża għall-proprjetajiet ta’ ħlewwa tiegħu;

(f) ‘ikel b’enerġija mnaqqsa’ għandha tfisser ikel b’valur ta’ enerġija mnaqqas b’mill-inqas 30% meta mqabbel ma’ l-ikel oriġinali jew ma’ prodotti simili;

(g) ‘sustanzi li jagħtu ħlewwa ta’ fuq il-mejda’ għandha tfisser preparazzjonijiet ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa permessi, li jista’ jkollhom addittivi ta’ l-ikel oħra u/jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra u li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali bħala sostituti għaz-zokkor.

KAPITOLU II IL-LISTI KOMUNITARJI TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL APPROVATI

Artikolu 4 Il-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. L-addittivi ta’ l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness II biss jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel, inklużi l-oġġetti ta’ l-ikel għal użi nutrizzjonali partikolari li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 89/398/KEE.

2. L-addittivi ta’ l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness III biss jistgħu jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel.

3. L-elenkar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-Anness II għandu jsir fuq il-bażi tal-kategoriji ta’ l-ikel li magħhom jistgħu jiġu miżjuda.

4. L-elenkar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-Anness III għandu jsir fuq il-bażi ta’ l-addittivi ta’ l-ikel jew ta’ l-enzimi ta’ l-ikel jew tal-kategoriji tagħhom li magħhom jistgħu jiġu miżjuda.

5. L-addittivi ta’ l-ikel għandhom ikunu dejjem konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet kif jissemma taħt l-Artikolu 12.

Artikolu 5 Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-inklużjoni u għall-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fil-listi Komunitarji

1. Addittiv ta’ l-ikel jista’ jkun inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III biss jekk jilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) fuq il-bażi ta’ l-evidenza xjentifika disponibbli, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta’ l-użu propost;

(b) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli li ma tistax tintlaħaq b’mezzi oħra li huma ekonomikament u teknoloġikament prattikabbli;

(c) l-użu tiegħu ma jiżgwidax lill-konsumatur.

2. Biex jiġi inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III, addittiv ta’ l-ikel irid ikollu vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur, u għalhekk jaqdi wieħed mill-iskopijiet li ġejjin jew aktar:

(a) jippreserva l-kwalità nutrizzjonali ta’ l-ikel;

(b) jipprovdi l-ingredjenti jew il-kostitwenti meħtieġa għall-ikel li jkun manifatturat għal gruppi ta’ konsumaturi bi bżonnijiet ta’ dieta speċjali;

(c) ikabbar il-kwalità jew l-istabbiltà taż-żamma ta’ ikel jew itejjeb il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, sakemm in-natura, is-sustanza jew il-kwalità ta’ l-ikel ma tinbidilx b’tali mod li tiżgwida lill-konsumatur;

(d) jgħin fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ l-ikel, sakemm l-addittiv ta’ l-ikel ma jintużax biex jaħbi l-effetti ta’ l-użu ta’ materjali mhux ipproċessati li jkunu difettużi jew ta’ kwalunkwe prattika jew teknika mhux mixtieqa, inkluża prattika jew teknika mhux iġjenika, matul kwalunkwe attività bħal din.

3. Bħala deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, addittiv ta’ l-ikel li jnaqqas il-kwalità nutrizzjonali ta’ ikel jista’ jiġi inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II sakemm:

(a) l-ikel ma jikkostitwixxix komponent sinifikanti ta’ dieta normali; jew

(b) l-addittiv ta’ l-ikel huwa meħtieġ għall-produzzjoni ta’ l-ikel għal gruppi ta’ konsumaturi bi bżonnijiet ta’ dieta speċjali.

Artikolu 6 Il-kondizzjonijiet speċifiċi għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa

Addittiv ta’ l-ikel jista’ jkun inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II għall-klassi funzjonali ta’ sustanza li tagħti ħlewwa biss jekk, barra milli jintuża għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2), jaqdi wkoll wieħed jew aktar mill-iskopijiet li ġejjin:

(a) jissostitwixxi z-zokkor għall-produzzjoni ta’ ikel b’enerġija mnaqqsa, ta’ ikel mhux karjoġeniku jew ta’ ikel bla zokkor miżjud;

(b) jestendi t-tul ta’ l-iskadenza permezz tas-sostituzzjoni taz-zokkor;

(c) jipproduċi ikel maħsub għal użi nutrizzjonali partikolari kif iddefinit fl-Artikolu 1 (2)(a) tad-Direttiva 89/398/KEE.

Artikolu 7 Il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-kuluri

Addittiv ta’ l-ikel jista’ jkun inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II għall-klassi funzjonali ta’ kulur biss jekk, barra milli jintuża għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2), jaqdi wkoll wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:

(a) jerġa’ jagħti d-dehra oriġinali ta’ l-ikel li l-kulur tiegħu ġie affettwat bl-ipproċessar, bil-ħażna, bl-ippakkjar u bid-distribuzzjoni, li fejn setgħet tgħarrqet l-aċċettabilità viżwali;

(b) jagħmel l-ikel aktar attraenti għall-għajn;

(c) jagħti l-kulur lill-ikel li kieku jkun bla kulur.

Artikolu 8 Il-klassijiet funzjonali ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. L-addittivi ta’ l-ikel jistgħu jiġu assenjati lil waħda mill-klassijiet funzjonali fl-Anness I fuq il-bażi tal-funzjoni teknoloġika prinċipali ta’ l-addittiv ta’ l-ikel.

L-allokazzjoni ta’ addittiv ta’ l-ikel fi klassi funzjonali m’għandhiex tipprekludih milli jintuża għal diversi funzjonijiet.

2. Fejn ikun meħtieġ, bħala riżultat tal-progress xjentifiku jew ta’ l-iżvilupp teknoloġiku, jistgħu jiġu miżjuda klassijiet funzjonali addizzjonali għall-Anness I skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 9 Il-kontenut tal-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. Skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru [il-proċeduri komuni], addittiv ta’ l-ikel li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7, jista’jiġi inkluż fi:

(a) il-lista Komunitarja fl-Anness II għar-Regolament preżenti; u/jew

(b) il-lista Komunitarja fl-Anness III għar-Regolament preżenti.

2. L-inklużjoni ta’ addittiv ta’ l-ikel fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għandha tispeċifika:

(a) l-isem ta’ l-addittiv ta’ l-ikel u l-kodiċi E tiegħu jekk ikun ġie assenjat wieħed;

(b) l-ikel li miegħu jista’ jiġi miżjud l-addittiv ta’ l-ikel;

(c) il-kondizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-addittiv ta’ l-ikel;

(d) jekk ikun xieraq, jekk hemmx kwalunkwe restrizzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-addittiv ta’ l-ikel direttament lill-konsumaturi jew le.

3. Il-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għandhom jiġu emendati skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel.

Artikolu 10 Il-livelli ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. Meta jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta’ l-użu li jissemmew fl-Artikolu 9(2)(c):

(a) il-livell ta’ l-użu għandu jiġi ffissat fl-iktar livell baxx meħtieġ biex jinkiseb l-effett mixtieq;

(b) il-livell għandu jqis:

(i) kwalunkwe konsum aċċettabbli ta’ kuljum , jew valutazzjoni ekwivalenti, li ġiet stabbilita għall-addittiv ta’ l-ikel u l-konsum probabbli ta’ kuljum tiegħu mis-sorsi kollha;

(ii) fejn l-addittiv ta’ l-ikel se jintuża fl-ikel li jittiekel minn gruppi speċjali ta’ konsumaturi, il-konsum possibbli ta’ kuljum ta’ l-addittiv ta’ l-ikel mill-konsumaturi f’dawk il-gruppi.

2. Fejn ikun xieraq, m’għandu jiġi ffissat l-ebda livell massimu għal addittiv ta’ l-ikel ( quantum satis ). F’dak il-każ, l-addittiv ta’ l-ikel għandu jintuża skond il-prattika ta’ manifattura tajba, f’livell li ma jkunx ogħla minn dak meħtieġ biex jinkiseb l-iskop maħsub u sakemm il-konsumatur ma jiġix żgwidat.

3. Il-livelli massimi ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-ikel li huwa lest biex jittiekel li jitħejja skond l-istruzzjonijiet għall-użu, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

4. Il-livelli massimi għall-kuluri stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-kwantitajiet ta’ kostitwenti koloranti li hemm fil-preparazzjoni tas-sustanza koloranti, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Artikolu 11 L-addittivi ta’ l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

Addittiv ta’ l-ikel li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jista’ jiġi inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għar-Regolament preżenti biss wara li jkun ġie awtorizzat skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 12 L-ispecifikazzjonijiet ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li jirrelataw, b’mod partikolari, ma’ l-oriġini, il-kriterji tal-purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra, għandhom jiġu adottati meta l-addittiv ta’ l-ikel ikun inkluż għall-ewwel darba fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III, skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament KE […li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel].

KAPITOLU III L-UŻU TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL FL-IKEL

Artikolu 13 L-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-ikel mhux ipproċessat

L-addittivi ta’ l-ikel m’għandhomx jintużaw fl-ikel li mhux ipproċessat, ħlief fejn użu bħal dan ikun provdut speċifikament fl-Anness II.

Artikolu 14 L-uzu ta’ kuluri u ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

Kif jissemma fid-Direttiva 89/398/KEE, il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa m’għandhomx jintużaw f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, inkluż ikel tad-dieta għat-trabi u għat-tfal żgħar għal skopijiet mediċi speċjali, ħlief fejn ikun provdut speċifikament fl-Anness II għar-Regolament preżenti.

Artikolu 15 L-uzu ta’ kuluri għall-immarkar

Il-kuluri ta’ l-ikel li huma elenkati fl-Anness II għar-Regolament preżenti biss jistgħu jintużaw għall-iskop ta’ mmarkar tas-saħħa kif provdut fid-Direttiva tal-Kunsill 91/497/KEE [27] u għal immarkar ieħor meħtieġa fuq il-prodotti tal-laħam, għall-kuluri li jingħataw bħala tiżjin tal-qxur tal-bajd, u għall-istampar tal-qxur tal-bajd kif provdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91[28].

Artikolu 16 Il-principju tat-trasferiment

1. Il-preżenza ta’ addittiv ta’ l-ikel għandha tkun permezz:

(a) f’ikel kompost għajr minn kif jissemma fl-Anness II, fejn l-addittiv ta’ l-ikel ikun permess f’wieħed mill-ingredjenti ta’ l-ikel kompost;

(b) f’ikel li ġiet miżjuda miegħu sustanza li tagħti togħma, fejn l-addittiv ta’ l-ikel:

(i) huwa permess fis-sustanza li tagħti t-togħma skond dan ir-Regolament;

(ii) ġie trasferit fl-ikel permezz tas-sustanza li tagħti t-togħma;

(iii) m’għandu l-ebda funzjoni teknoloġika fl-ikel finali;

(c) f’ikel li se jintuża biss fil-preparazzjoni ta’ ikel kompost u sakemm l-ikel kompost ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.

2. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għanxu japplikax għall-formulae tat-trabi, għal formulae tal-prosegwiment, għal ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għal ikel għat-trabi u għal ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif jissemma fid-Direttiva 89/398/KEE, ħlief fejn ikun provdut speċifikament.

3. Fejn addittiv ta’ l-ikel f’sustanza li tagħti t-togħma, f’addittiv ta’ l-ikel jew f’enzima ta’ l-ikel jiġi miżjud ma’ l-ikel u għandu funzjoni teknoloġika f’dak l-ikel, allura għandu jitqies bħala addittiv ta’ l-ikel ta’ dak l-ikel u mhux bħala addittiv ta’ l-ikel tas-sustanza li tagħti t-togħma, ta’ l-addittiv ta’ l-ikel jew ta’ l-enzima ta’ l-ikel miżjuda.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-preżenza ta’ sustanza qawwija li tagħti ħlewwa għandha tkun permessa f’ikel kompost bla zokkor miżjud, f’ikel kompost b’enerġija mnaqqsa, f’ikel kompost tad-dieta maħsub għal dieti b’ammont baxx ta’ kaloriji, u f’ikel kompost li għandu perjodu twil qabel l-iskadenza, sakemm dik is-sustanza qawwija li tagħti ħlewwa tiġi permessa f’wieħed mill-ingredjenti ta’ l-ikel kompost.

Artikolu 17 Deċiżjonijiet ta’ interpretazzjoni

Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 28(2), jista’ jiġi deċiż jekk:

(a) ikel partikolari jappartjenix lil kategorija ta’ ikel li tissemma fl-Anness II jew le; jew

(b) jintużax addittiv ta’ l-ikel li huwa elenkat fl-Annessi II u III u li huwa permess fi “ quantum satis ” skond il-kriterji ta’ l-Artikolu 10(2) jew le.

Artikolu 18 L-ikel tradizzjonali

L-Istati Membri li huma elenkati fl-Anness IV jistgħu jkomplu jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti kategoriji ta’ addittivi ta’ l-ikel f’ikel tradizzjonali li jiġi prodott fit-territorju tagħhom, kif elenkat f’dak l-Anness.

KAPITOLU IV L-ITTIKKETTAR

TAQSIMA 1 L-ITTIKKETTAR TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL LI MHUMIEX MAħSUBA GħALL-BEJGħ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 19 L-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

L-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba biex jinbiegħu lill-konsumatur finali, kemm jekk jinbiegħu wieħed wieħed u kemm jekk imħalltin flimkien u/jew ma’ ingredjenti kif iddefinit fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom jew il-kontenituri tagħhom għandhom fuqhom l-informazzjoni provduta fl-Artikoli 20 sa 23 ta’ dan ir-Regolament, li trid tkun tidher faċilment, li tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx.

Artikolu 20 Ir-rekwiziti ta’ l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. Fejn l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jinbiegħu wieħed wieħed jew imħalltin ma’ xulxin, l-ippakkjar jew il-kontenituri tagħhom għandu jkollhom fuqhom l-informazzjoni li ġejja fejn għandu x’jaqsam kull addittiv ta’ l-ikel:

(a) l-isem u/jew il-kodiċi E tiegħu stabbiliti f’dan ir-Regolament; jew

(b) fin-nuqqas ta’ isem u/jew ta’ kodiċi E, kif jissemma fil-punt (a), deskrizzjoni ta’ l-addittiv ta’ l-ikel li hija preċiża biżżejjed biex tiddistingwih minn prodotti oħra li wieħed jista’ jfixkilhom miegħu.

2. Fejn l-addittivi ta’ l-ikel jinbiegħu mħalltin ma’ xulxin, għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 fejn għandu x’jaqsam kull addittiv ta’ l-ikel, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

Artikolu 21 Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra jkunu inkorporati fl-addittivi ta’ l-ikel

Fejn sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel għajr għall-addittivi ta’ l-ikel ikunu inkorporati f’addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali biex jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom, l-ippakkjar, il-kontenituri jew id-dokumenti mehmuża ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqhom l-informazzjoni provduta fl-Artikolu 20 kif ukoll indikazzjoni ta’ kull komponent, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

Artikolu 22 Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn l-addittivi ta’ l-ikel jiġu mħallta ma’ ingredjenti oħra ta’ l-ikel

Fejn l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jiġu mħallta ma’ ingredjenti ta’ l-ikel oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqu lista tal-komponenti kollha f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħhom skond il-piż tat-total.

Artikolu 23 Ir-rekwiżiti ġenerali ta’ l-informazzjoni għall-addittivi ta’ l-ikel

1. L-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali għandu jkollu fuqu l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dikjarazzjoni jew ‘għall-użu fl-ikel' jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett fl-ikel' jew referenza aktar speċifika dwar l-użu maħsub tagħhom fl-ikel;

(b) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali tal-ħażna u ta’ l-użu;

(c) l-istruzzjonijiet għall-użu, jekk l-ommissjoni tagħhom għandha tipprekludi l-użu xieraq ta’ l-addittiv ta’ l-ikel;

(d) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;

(e) l-isem jew l-isem u l-indirizz kummerċjali tal-manifattur, ta’ minn jippakkja jew tal-bejjiegħ;

(f) fejn komponent ta’ l-addittiv ta’ l-ikel ikun soġġett għal limitu fuq il-kwantità fl-ikel, indikazzjoni tal-persentaġġ ta’ dak il-komponent ta’ l-addittiv ta’ l-ikel jew informazzjoni biżżejjed dwar il-kompożizzjoni ta’ l-addittiv ta’ l-ikel biex ix-xerrej ikun jista’ jiżgura l-konformità mal-limitu fuq il-kwantità fl-ikel; fejn l-istess limitu fuq il-kwantità japplika għal grupp ta’ komponenti li jintużaw wieħed wieħed jew f’taħlita, il-persentaġġ kombinat jista’ jingħata bħala figura waħda; il-limitu fuq il-kwantità għandu jkun espress jew numerikament jew skond il-prinċipju quantum satis ;

(g) il-kwantità netta;

(h) fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni dwar l-addittiv ta’ l-ikel jew sustanzi oħra li jissemmew fl-Artikoli 20, 21 u 22 tar-Regolament preżenti u li huma elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE, fejn jikkonċerna l-indikazzjoni ta’ l-ingredjenti li huma preżenti fl-oġġetti ta’ l-ikel.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (f) u l-punt (h) ta’ dak il-paragrafu tista’ tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-kunsinna li għandhom jiġu provduti ma’ jew qabel il-kunsinna, sakemm l-indikazzjoni “maħsub għall-manifattura ta’ l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut” tidher fuq parti li tidher faċilment tal-pakkett jew tal-kontenitur tal-prodott konċernat.

TAQSIMA 2 L-ITTIKKETTAR TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL MAħSUBA GħALL-BEJGħ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 24 L-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, l-addittivi ta’ l-ikel li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom fih l-informazzjoni li ġejja, li trid tkun tidher faċilment, tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx:

(a) l-isem li taħtu jinbiegħ l-addittiv ta’ l-ikel; dak l-isem għandu jkun magħmul mill-isem stabbilit minn kwalunkwe dispożizzjoni Komunitarja li tapplika għall-addittiv ta’ l-ikel konċernat u għall-kodiċi E tiegħu;

(b) l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 20, 21 u 22 u l-punti (a) sa (e), (g) u (h) ta’ l-Artikolu 23(1).

2. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda għandha tinkludi t-terminu ‘sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda bbażata fuq…’, fejn jintuża l-isem(ismijiet) tas-sustanza(i) li tagħti(jagħtu) ħlewwa użata(i) fil-kompożizzjoni tagħha.

3. L-ittikkettar ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda li fiha l-polioli u/jew l-aspartame u/jew il-melż ta’ l-aspartame-acesulfame għandu jkollu fuqu t-twissijiet li ġejjin:

(a) polioli: 'konsum żejjed jista’ jwassal għal effetti lassattivi;

(b) aspartame/melħ ta’ l-aspartame-acesulfame: ‘fih sors ta’ fenilalanin’.

TAQSIMA 3 REKWIżITI OħRAJN TA’ L-ITTIKKETTAR

Artikolu 25 Rekwiżiti oħrajn ta’ l-ittikkettar

1. L-Artikoli 19 sa 24 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi aktar dettaljati jew aktar estensivi dwar il-piżijiet u l-qisien jew li japplikaw għall-preżentazzjoni, għall-klassifikazzjoni, għall-ippakkjar u għall-ittikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, jew li japplikaw għat-trasport ta’ sustanzi bħal dawn.

2. L-informazzjoni provduta fl-Artikoli 19 sa 24 għandha tkun f’lingwa li tiftiehem faċilment mix-xerrejja.

Skond it-Trattat, l-Istat Membru fejn il-prodott jiġi mmarkitjat jista’, fit-territorju tiegħu stess, jistipula li din l-informazzjoni tiġi pprovduta b’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, li għandha tiġi ddeterminata minn dak l-Istat Membru. L-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jipprekludu li informazzjoni bħal din tiġi indikata f’diversi lingwi.

KAPITOLU V ID-DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 26 L-obbligu ta’ l-informazzjoni

1. Produttur jew utent ta’ addittiv ta’ l-ikel għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ l-addittiv ta’ l-ikel.

2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, produttur jew utent ta’ addittiv ta’ l-ikel għandu jinformaha dwar l-użu effettiv ta’ l-addittiv ta’ l-ikel.

Artikolu 27 Il-monitoragg tal-konsum ta’ l-addittiv ta’ l-ikel

1. L-Istati Membri għandhom iżommu sistemi biex jimmonitorjaw il-konsum u l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel u għandhom jirrapportaw is-sejbiet tagħhom kull sena lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ ‘l-Awtorità’).

2. Skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 28(2), wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata tista’ tiġi adottata metodoloġija komuni biex tinġabar informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-konsum fid-dieta ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fil-Komunuità.

Artikolu 28 Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Kumitat’).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fejn jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 29 Il-finanzjament Komunitarju tal-politika armonizzata

Il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament hija l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

KAPITOLU VI ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 30 It-twaqqif tal-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. L-addittivi ta’ l-ikel li kienu permessi biex jintużaw fl-ikel taħt id-Direttivi 94/35/KE, 94/36/KE u 95/2/KE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom għandhom jiġu inklużi fl-Anness II għar-Regolament preżenti, wara reviżjoni tal-konformità tagħhom ma’ l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament preżenti skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 28(2). Din ir-reviżjoni m’għandiex tinkludi valutazzjoni tar-riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità. Ir-reviżjoni għandha titlesta sa […].

2. L-addittivi ta’ l-ikel li huma awtorizzati biex jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel bħala ġarriera permessi fl-Anness V għad-Direttiva 95/2/KE u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom għandhom ikunu inklużi fil-Parti 1 ta’ l-Anness III għal dan ir-Regolament, wara reviżjoni tal-konformità tagħhom ma’ l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2). Din ir-reviżjoni m’għandiex tinkludi valutazzjoni tar-riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità. Ir-reviżjoni għandha titlesta sa […..].

3. Skond ir-Regolament KE [… li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], għandhom ikunu adottati l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li huma koperti taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, fil-waqt li dawk l-addittivi ta’ l-ikel jiġu inklużi fl-Annessi skond dawk il-paragrafi.

4. Tista’ tiġi adottata kwalunkwe miżura transitorja xierqa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 31 L-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati

1. L-addittivi ta’ l-ikel li kienu permessi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni ta’ riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità.

2. Wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, għandu jiġi adottat programm ta’ evalwazzjoni għal dawk l-addittivi fi żmien sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skond il-proċedura li ġiet stabbilita fl-Artikolu 28(2). Il-programm ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 32 Ir-revoki

1. L-atti li ġejjin qed jiġu revokati:

(a) Id-Direttiva 62/2645/KEE;

(b) Id-Direttiva 65/66/KEE;

(c) Id-Direttiva 78/663/KEE;

(d) Id-Direttiva 78/664/KEE;

(e) Id-Direttiva 81/712/KEE;

(f) Id-Direttiva 89/107/KEE;

(g) Id-Direttiva 94/35/KE;

(h) Id-Direttiva 94/36/KE;

(i) Id-Direttiva 95/2/KE;

(j) Id-Deċiżjoni 292/97/KE;

(k) Id-Deċiżjoni 2002/247/KE.

2. Ir-referenzi għall-atti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 33 Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

Bħala deroga mill-Artikolu 32, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw sa […]:

(a) l-Artikolu 2 (1), (2) u (4) tad-Direttiva 94/35/KE u l-Anness għaliha;

(b) l-Artikolu 2(1) sa (6), (8), (9) u (10) tad-Direttiva 94/36/KE u l-Annessi I sa V għaliha;

(c) l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 95/2/KE u l-Annessi I sa VI għaliha.

Minkejja l-punt (c), l-awtorizzazzjonijiet għall-Invertase E 1103 u għal-Lysozyme E 1105, li ġew stabbiliti fid-Direttiva 95/2/KE, ġew revokati b’seħħ mid-data ta’ l-applikazzjoni tal-lista Komunitarja dwar l-enzimi ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 18 tar-[Regolament dwar l-enzimi ta’ l-ikel].

Artikolu 34 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika minn [sena wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Madankollu, l-Artikolu 4(2) għandu japplika għall-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness III mill-[1 ta’ Jannar 2011]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

L-ANNESS I

Il-klassijiet funzjonali ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’l-ikel u ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel

1. "sustanzi li jagħtu ħlewwa" huma sustanzi (sustanzi li jagħtu ħlewwa bil-kwantità u sustanzi qawwija li jagħtu ħlewwa) li jintużaw biex jagħtu togħma ħelwa lill-ikel jew f’sustanzi li jagħtu ħlewwa ta’ fuq il-mejda.

2. "kuluri" huma sustanzi li jżidu jew jerġgħu jagħtu l-kulur fl-ikel, u jinkludu kostitwenti naturali ta’ l-ikel u sorsi naturali li normalment ma jkunux ikkonsmati bħala ikel u li normalment ma jintużawx bħala ingredjenti karatteristiċi ta’ l-ikel.Il-preparazzjonijiet li jinkisbu mill-ikel u minn materjali ta’ sorsi naturali oħra li jinkisbu mill-estrazzjoni fiżika u/jew kimika li tirriżulta f’estrazzjoni selettiva tal-pigmenti b’mod relattiv għal mal-kostitwenti nutrittivi jew aromatiċi, huma kuluri fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament.

3. "preservattivi" huma sustanzi li jtawlu l-perjodu ta’ qabel l-iskadenza ta’ l-ikel billi jipproteġuh kontra d-deterjorazzjoni kkawżata mill-mikroorganiżmi;

4. 'antiossidanti' huma sustanzi li jtawlu l-perjodu ta’ qabel l-iskadenza ta’ l-ikel billi jipproteġuh mid-deterjorazzjoni kkawżata mill-ossidazzjoni, bħal snuħija tax-xaħam u tibdiliet fil-kulur;

5. 'ġarriera', huma sustanzi li jintużaw biex idewbu, jiddilwaw, iferrxu jew inkella jimmodifikaw fiżikament b’xi mod ieħor addittiv ta’ l-ikel jew sustanza li tagħti togħma jew enzima ta’ l-ikel mingħajr ma jbiddlu l-funzjoni tiegħu (u mingħajr ma jeżerċitaw l-ebda effett teknoloġiku huma nfushom) biex jiffaċilitaw l-immaniġġjar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu;

6. 'aċidi' huma sustanzi li jżidu l-aċidità ta’ oġġett ta’ l-ikel u/jew jagħtuh togħma qarsa;

7. 'regolaturi ta’ l-aċidità' huma sustanzi li jbiddlu jew jikkontrollaw l-aċidità jew l-alkalinità ta’ oġġett ta’ l-ikel;

8. 'aġenti ta’ kontra t-tgħaqid’ huma sustanzi li jnaqqsu t-tendenza tal-partiċelli individwali ta’ oġġett ta’ l-ikel milli jeħlu ma’ xulxin;

9. 'aġenti għal kontra r-ragħwa' huma sustanzi li jipprevjenu jew inaqqsu r-ragħwa;

10. 'aġenti li jagħtu l-massa' huma sustanzi li jikkontribwixxu għall-volum ta’ oġġett ta’ l-ikel mingħajr ma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-valur ta’ l-enerġija disponibbli tiegħu;

11. 'emulsjonanti' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li tkun ifformata jew li tinżamm taħlita omoġenja ta’ żewġ fażijiet jew iktar li ma jitħalltux bħaż-żejt u l-ilma f’oġġett ta’ l-ikel;

12. 'melħ emulsifikat' huma sustanzi li jaqilbu l-proteini fil-ġobon f’forma mxerrda, u b’hekk ikun hemm distribuzzjoni omoġenja ta’ xaħam u komponenti oħra;

13. 'aġenti li jissodaw’ huma sustanzi li jagħmlu jew iżommu t-tessuti tal-frott jew tal-ħaxix sod jew iqarmeċ, jew jinteraġixxu ma’ aġenti li jgħaqqdu biex jipproduċu jew isaħħu ġel;

14. 'sustanzi li jtejbu t-togħma' huma sustanzi li jtejbu t-togħma u/jew ir-riħa eżistenti ta’ oġġett ta’ l-ikel;

15. 'aġenti li jagħmlu r-ragħwa' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jkun ifformat tixrid omoġenju ta’ fażi gassuża f’oġġett ta’ l-ikel likwidu jew solidu;

16. 'aġenti li jgħaqqdu' huma sustanzi li jagħtu lill-oġġett ta’ l-ikel konsistenza bil-formazzjoni ta’ ġel;

17. 'aġenti għall-igglejżjar' (inkluż lubrikanti) huma sustanzi li, meta jkunu applikati fuq is-superfiċje ta’ barra ta’ oġġett ta’ l-ikel, jagħtu dehra tleqq jew jipprovdu kisja ta’ protezzjoni;

18. 'humectants' huma sustanzi li ma jħallux l-ikel jinxef billi jopponu l-effett ta’ atmosfera li għandha grad baxx ta’ umdità, jew jippromwovu t-taħlil ta’ trab f’mezz milwiem;

19. 'lamti modifikati' huma sustanzi li jinkisbu permezz ta’ trattament kimiku wieħed jew iktar ta’ lamti li jittieklu, li setgħu għaddew minn trattament fiżiku jew enzimatiku, u li jista’ jkun imraqqa jew ibbliċjati b’aċidu jew b’alkali;

20. 'gassijiet ta’ l-ippakkjar' huma gassijiet għajr l-arja, li jiġu introdotti f’kontenitur qabel, matul jew wara t-tqegħid ta’ oġġett ta’ l-ikel f’dak il-kontenitur;

21. 'propellanti' huma gassijiet għajr l-arja li jixħtu ’il barra oġġett ta’ l-ikel minn kontenitur;

22. 'aġenti li jgħollu’ huma sustanzi jew taħlit ta’ sustanzi li jilliberaw gass u b’hekk iżidu l-volum ta’ għaġina jew ta’ taħlita ta’ dqiq, bajd eċċ.;

23. 'sekwestranti' huma sustanzi li jifformaw komplessi kimiċi b’jonji metalliċi;

24. 'stabilizzaturi’ huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jinżamm l-istat fiżiku-kimiku ta’ oġġett ta’ l-ikel; l-istabbilizzaturi jinkludu sustanzi li jippermettu li jinżamm tixrid omoġenju ta’ żewġ sustanzi jew aktar li ma jitħalltux f’oġġett ta’ l-ikel, sustanzi li jistabbilizzaw, iżommu jew jintensifikaw kulur eżistenti ta’ oġġett ta’ l-ikel, u sustanzi li jżidu l-kapaċità ta’ taqħqid ta’ l-ikel, inkluża l-formazzjoni ta’ rabtiet bejn il-proteini li jippermettu t-tagħqid ta’ biċċiet ta’ l-ikel f’ikel rikostitwit.

25. ‘sustanzi li jħaxxnu’ huma sustanzi li jkabbru l-viskożità ta’ oġġett ta’ l-ikel;

26. ‘sustanzi li jittrattaw id-dqiq’ huma sustanzi, għajr għall-emulsjonanti, li jiġu miżjuda mad-dqiq jew ma’ l-għaġina sabiex itejbu l-kwalità tal-ħami tiegħu.

L-ANNESS II

Il-lista Komunitarja ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel, u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu.

L-ANNESS III

Il-lista Komunitarja ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati biex jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel, u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu.

Parti 1 Il-ġarriera fl-addittivi ta’ l-ikel

Parti 2 L-addittivi għajr għall-ġarriera fl-addittivi ta’ l-ikel

Parti 3 L-addittivi fl-enzimi ta’ l-ikel

L-ANNESS IV

L-ikel tradizzjonali li għalih ċerti Stati Membri jistgħu jkomplu jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti kategoriji ta’ addittivi ta’ l-ikel

L-Istat Membru | L-ikel | Il-kategoriji ta’ l-addittivi li jistgħu jkomplu jiġu pprojbiti b’mod uffiċjali |

Il-Ġermanja | Il-birra tradizzjonali Ġermaniża (“Bier nach deutschem Reinheitsgebot gebraut”) | Kollha għajr il-gassijiet propellanti |

Franza | Il-ħobż tradizzjonali Franċiż | Kollha |

Franza | It-tartuf tradizzjonali Franċiż ippreservat | Kollha |

Franza | Il-bebbux tradizzjonali Franċiż ippreservat | Kollha |

Franza | Il-priservijiet tradizzjonali Franċiżi tal-wiżż u tal-papri (“confit”) | Kollha |

L-Awstrija | Il-“Bergkäse” tradizzjonali Awstrijak | Kollha ħlief il-preservattivi |

Il-Finlandja | Il-“Mämmi” tradizzjonali Finlandiż | Kollha ħlief il-preservattivi |

L-Iżvezja Il-Finlandja | Il-ġuleppijiet tal-frott tradizzjonali Svediżi u Finlandiżi | Il-kuluri |

Id-Danimarka | Il-“Kødboller” tradizzjonali Daniż | Il-preservattivi u l-kuluri |

Id-Danimarka | Il-“Leverpostej” tradizzjonali Daniż | Il-preservattivi (għajr l-aċidu żorbiku) u l-kuluri |

Spanja | Il-“Lomo embuchado” tradizzjonali Spanjol | Kollha ħlief il-preservattivi u l-antiossidanti |

L-Italja | Il-“Mortadella” tradizzjonali Taljana | Kollha ħlief il-preservattivi, l-antiossidanti, l-aġenti li jaġġustaw il-pH, is-sustanzi li jtejbu t-togħma, l-istabilizzaturi u l-gass ta’ l-ippakkjar |

L-Italja | Il-“Cotechino e zampone” tradizzjonali Taljan | Kollha ħlief il-preservattivi, l-antiossidanti, l-aġenti li jaġġustaw il-pH, is-sustanzi li jtejbu t-togħma, l-istabilizzaturi u l-gass ta’ l-ippakkjar |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta’ l-ikel.

2. IL-QAFAS ABM / EBA

Il-qasam/oqsma ta' politika in kwistjoni: Is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

L-attività/attivitajiet: Is-Sikurezza Alimentari, Saħħet l-Annimali, il-Benessri ta’ l-Annimali u Saħħet il-Pjanti

3. IL-LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji Baġitarji (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi :

17.01.04.05: Is-sikurezza ta’ l-għalf u l-ikel u attivitajiet relatati — In-nefqa għall-ġestjoni amministrattiva.

3.2. Tul ta’ zmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Terminu miftuħ

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ):

Il-linja baġitarja | It-Tip ta' nefqa | Ġdid | Il-kontribut ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

17.01.04.05 | Obblig./ | Diff[29] | LE | LE | LE | Nru 1a |

Jista’ jkun utli li jitwettqu studji biex tinġabar id-data, ikun hemm qsim ta’ informazzjoni u jkun ikkoordinat ix-xogħol bejn l-Istati Membri sabiex tiġi żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-additivi ta’ l-ikel b’mod proporzjonat u effettiv. Din it-tip ta’ nefqa ta' appoġġ, kif indikat taħt il-punti 4.1 u 8.1, hija koperta bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’l-għalf u l-ikel, fi ħdan l-ammonti previsti għall-implimentazzjoni tagħha matul l-2007/2013.

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

It-tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru. | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

In-nefqa ta’ l-operat[30] |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

In-nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[31] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

In-nefqa amministrattiva mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[32] |

Ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d |

L-ispejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e |

In-nefqa finanzjarja totali indikattiva ta’ l-intervenzjoni |

TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

TOTAL ta’ l-AĦ li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

Id-dettalji dwar il-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jkunu miżjuda linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Il-korp ta’ kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanzjarja

( Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[33] (i.e. strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu tal-kalkolu ta’ l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat

Miljuni ta’ EUR (sa l-ewwel punt deċimali)

Qabell-azzjoni[Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

In-numru totali ta’ riżorsi umani | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Id-dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni speċifika komplementari li ġejja:

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq f'qasir żmien jew fit-tul

Il-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta' l-ikel hija armonizzat fi ħdan l-UE. Bħalissa hemm madwar 330 addittiv ta’ l-ikel permissibbli skond il-leġiżlazzjoni u r-rikjesti sabiex jiġu permessi addittivi addizzjonali jew użi ġodda għall-addittivi qegħdin jitressqu kontinwament. Meta jiġu assessjati l-addittivi l-ġodda u l-użi addizzjonali ta' l-addittivi, id-dejta dwar l-użu hija meħtieġa għad-deċiżjonijiet li jimmaniġġjaw ir-riskju.

Sabiex tiġi assigurata l-proporzjonalità tal-miżuri implimentattivi li se jittieħdu fil-qafas tar-regolament propost u sabiex jiġu ssodisfati l-għanijiet tar-Regolament (KE) 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali ta’ l-għalf u l-ikel, ikunu għaldaqstant meħtieġa l-istrumenti li ġejjin:

• Database adattata għall-ġbir u l-ħażna ta’ l-informazzjoni kollha konnessa mal-leġiżlazzjoni Kommunitarja dwar l-addittivi ta’ l-ikel,

• l-organizzazzjoni ta’ l-istudji neċessarji għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel,

• l-organizzazzjoni ta’ l-istudji neċessarji sabiex jiġu armonizzati l-proċeduri, il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ dejta, sabiex jiġi ffaċiltat il-mod kif il-ħidma tinqasam bejn l-Istati Membri u sabiex tiġi żviluppata gwida f'dawn l-oqsma

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Id-dejta u l-informazzjoni miksuba se jgħinu sabiex jiżguraw l-aħjar protezzjoni ta' saħħet il-konsumatur filwaqt li jippermettu lill-industrija tkompli tiżviluppa u tuża l-addittivi ta’ l-ikel.

Fis-suq armonizzat dan jista' jinkiseb biss permezz ta' strateġija koordinata li tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni komparabbli bejn l-Istati Membri.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan 1: Il-ħolqien u l-manteniment ta’ database u l-organizzazzjoni ta’ l-istudji relatati b'kollaborazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet esterni li għandhom jintgħażlu permezz ta' proċeduri adatti.

L-għan 2: Li jiġi żgurat li l-użu ta' l-addittivi ta' l-ikel ma jwassalx għal riskji mhux aċċettabbli għall-konsumatur u li fl-istess waqt l- industrija ma tittaqqalx b’piżijiet bla bżonn.

L-għan 3: Li jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riskji msejsa fuq estimi xierqa tal-konsum permezz ta’ database ċentralizzata li jkun fiha informazzjoni aġġornata dwar il-kompożizzjoni u l- użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel.

5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn taħt uri l-metodu(i)[35] magħżul/a għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korp/i nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta u deċentralizzata

( ma’ l-Istati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (speċifika liema)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' sorveljanza

Il-kontenut tad- database u l-konklużjonijiet tar-riżultati ta' l-istudji jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta' l-uża tagħhom għall-proponiment ta’ miżuri implimentattivi tajbin. Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali se jservi ta’ strument bażiku.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

In-nefqa antiċipata mhijiex sinifikanti u għalhekk id-dejta għal evalwazzjoni ex ante mhijiex preżentement disponibbli.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Jinsabu għaddejjin bħalissa fir-rigward tal-ħtieġa li jsiru proposti għall-miżuri implimentattivi.

7. IL-MIżURI TA’ KONTRA L-FRODI

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew staff temporanju[39] (17 01 01) | A*/AD | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

B*, C*/AST | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

Staff iffinanzjat[40] taħt l-Artikolu XX 01 02 |

Staff ieħor iffinanzjat[41] taħt l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

L-eżaminazzjoni tar-rapporti tekniċi u finanzjarji, il-preparazzjoni ta' l-impenji u l-passaġġ għall-ħlas

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

Meta jissemma’ iktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li joriġinaw minn kull wieħed minnhom

X Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 –Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Il-linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra: |

intra muros |

extra muros |

It-total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

L-uffiċjali u l-istaff temporanju (XX 01 01) |

L-istaff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli |

Kalkolu - Staff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[43] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informatika |

2. Total tan-Nefqa ta’ Ġestjoni Oħra(XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika filwaqt li tindika l-linja baġitarja) |

Nefqa Amministrattiva totali, ħlief tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza |

[1] ĠU C [x], [x], p. [x]

[2] ĠU C [x], [x], p. [x]

[3] ĠU L 186, tat-30.6.1989. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[4] ĠU L […], jj/xx/ssss, p. […].

[5] ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/46/KE (ĠU L 114, tal-21.4.2004, p. 15).

[6] ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/47/KE (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 24).

[7] ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/45/KE (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 19).

[8] ĠU L [x], [x], p. [x]

[9] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

[10] ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1.

[11] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[12] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[13] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[14] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

[15] ĠU L 115, tal-11.11.1962 p. 2645/62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 95/45/KE (ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1).

[16] ĠU 22, tad-9.2.1965, p. 373. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE (ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1).

[17] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 7. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/4/KE (ĠU L 55, tad-29.2.1992, p. 96).

[18] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 30. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE.

[19] ĠU L 257, ta’ l-10.9.1981. p 1.

[20] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[21] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) 1882/2003.

[22] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) 1882/2003.

[23] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) 1882/2003.

[24] ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 13.

[25] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 69.

[26] ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 32.

[27] ĠU L 268. ta’ l-24.9.1991, p. 69.

[28] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p.11.

[29] Approprijazzjonijiet differenzjati.

[30] In-nefqa ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[31] Nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[32] Nefqa skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[33] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[34] Kolonni addizzjonali għandhom jiżdiedu jekk meħtieġa i.e. jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin.

[35] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti Rilevanti" ta' dan il-punt.

[36] Kif deskritt fis-Sezzjoni 5.3.

[37] Il-ħolqien tad- database .

[38] L-aġġornament u l-manteniment tad- database , u l-organizzazzjoni ta' l-istudji relatati.

[39] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[40] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[41] Spiża li hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[42] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[43] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.