52006PC0011

Proposta ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) /* KUMM/2006/0011 finali - COD 2006/0004 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.1.2006

KUMM(2006) 11 finali

2006/0004 (COD)

Proposta ta’

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Il-bażi għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat-23 u 24 ta’ Marzu 2000 ta impetu lil proċess ta’ skambju tal-politika bejn l-Istati Membri ta’ l-UE dwar il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-ħarsien soċjali. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2003) 261 ta’ Mejju 2003 intitolata "Insaħħu d-dimensjoni soċjali ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona: Riorganizzazzjoni tal-koordinazzjoni miftuħa fil-qasam tal-ħarsien soċjali" tinkludi dikjarazzjoni dwar il-bżonn ta’ indikaturi. L-ESSPROS tissemma bħala strument importanti. Il-proposta ta’ qafas legali għall-ESSPROS (Sistema Ewropea ta' l-Istatistika Integrata tal-Ħarsien Soċjali) ittejjeb l-utilità tal-ġbir attwali ta’ informazzjoni f’dak li huwa ħin, kopertura u paragunar. |

Il-Kuntest Ġenerali Kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2003 fil-kuntest tar-riorganizzazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (OMC), l-istrument l-aktar importanti ta' rappurtaġġ ser ikun Rapport Konġunt annwali fuq l-Inklużjoni Soċjali u l-Ħarsien Soċjali. Fl-oqsma kemm ta’ l-Inklużjoni Soċjali kif ukoll tal-Pensjonijiet, l-OMC jitlob informazzjoni mingħand l-ESSPROS, u hekk jirrifletti l-bżonn ta’ statistika f’waqtha, li tista’ tiġi pparagunata u ta’ min joqgħod fuqha fil-qasam tal-politika soċjali. L-informazzjoni attwali mill-ESSPROS hija rrikonoxxuta bħala l-iżgħar denominatur komuni ta’ l-istatistika safejn jistgħu jitnaqqsu l-varjazzjonijiet numerużi fis-sistemi ta’ assistenza soċjali nazzjonali. Il-ġbir annwali attwali ta’ l-informazzjoni dwar il-ħarsien soċjali titwettaq fuq bażi volontarja (gentlemen’s agreement) u issa hija bbażata fuq metodoloġija komprensiva komuni (Manwal ta’ l-ESSPROS 1996). Qabel, il-ġbir kien ibbażat fuq metodoloġija ta’ l-1981, li ħadet post ir-Rapporti Soċjali mibdijin fl-1963 għal sitt Stati Membri. Hemm il-bżonn li jitjieb il-ġbir f’waqtu ta’ l-informazzjoni, u dan jista’ jiġi solvut biss bin-netwerking bejn il-fornituri nazzjonali ta’ l-informazzjoni li jiġbru l-informazzjoni minn varjetà wiesgħa ta’ sorsi. L-estensjoni tal-kopertura biex tinkludi informazzjoni kwalitattiva li tikkompleta u ttejjeb l-informazzjoni kwantitattiva dwar l-infiq u d-dħul għal kull skema tipprovdi għarfien komprensiv tas-sistemi differenti u għalhekk tagħmilha possibbli li ssir analiżi komparattiva. L-estensjoni tal-kopertura biż-żieda tal-benefiċċji grossi ma’ dawk netti u bl-identifikazzjoni ta’ l-impatt tas-sistema fiskali fuq il-ħarsien soċjali tippermetti iktar informazzjoni li tista’ tiġi pparagunata bejn l-Istati Membri, partikolarment dwar l-ammont ta’ benefiċċji soċjali li jirċievu tassew il-benefiċjarji. L-OMC dwar il-pensjonijiet jirrikjedi informazzjoni fuq dawn il-benefiċjarji.Il-produzzjoni tal-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet, bħala sors uniku ta’ informazzjoni, jagħmilha possibbli li jiġi stmat kif qegħdin jevolvu s-sistemi tal-pensjonijiet |

Id-Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert bil-proposta Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-konverġenza ta’ l-għanijiet u tal-politika tal-ħarsien soċjali (92/442/KEE) |

Il-Konsistenza mal-politika u l-għanijiet l-oħrajn ta' l-Unjoni Ma tapplikax |

KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

Il-Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

Mhix rilevanti |

Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert |

L-oqsma xjentifiċi/ta’ l-għarfien espert ikkonċernati L-esperti kkonsultati kienu ġejjin mis-Sistemi ta’ l-Istatistika Nazzjonali, li jirrappreżentaw l-Istituti ta’ l-Istatistika Nazzjonali, il-Ministeri ta’ l-Affarijiet Soċjali u korpi oħrajn involuti fil-produzzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ l-ESSPROS |

Il-metodoloġija użata Konsultazzjoni bil-miktub u diskussjoni f’laqgħat ta’ Gruppi ta’ Ħidma. |

L-organizzazzjonijiet/l-esperti prinċipali kkonsultati L-ewwel abbozz tat-test propost kien ippreżentat fil-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istatistika tal-Ħarsien Soċjali li sar fit-12 u t-13 ta’ April 2005. L-Istati Membri kienu mistiedna jibagħtu kummenti dettaljati fuq l-abbozz ta' proposta lil Eurostat. Imbagħad kien ippreparat it-tieni abbozz u dan kien mibgħut għat-tieni darba għall-kummenti bil-miktub fl-20 ta’ Ġunju 2005. Proposta riveduta kienet ippreżentata għall-opinjoni fil-laqgħa tad-Diretturi ta' l-Istatistika Soċjali fit-28 u d-29 ta' Settembru 2005. |

Sommarju tal-pariri li ngħataw u ntużaw L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irreversibbli ma semmietx. |

Il-maġġoranza tal-kummenti riċevuti waqt dan il-proċess ġew ikkunsidrati u għenu biex it-test propost jiġi kkjarifikat, irfinat u ssimplifikat. |

Il-mezzi użati biex il-parir espert ikun disponibbli għall-pubbliku Ir-riżultati ta’ l-ewwel diskussjonijiet ta’ l-esperti ġew inklużi fil-minuti tal-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma fuq “l-Istatistika tal-Ħarsien Soċjali” u fil-minuti tal-laqgħa tad-Diretturi ta' l-Istatistika Soċjali. |

Il-valutazzjoni ta’ l-impatt L-alternattiva tkun li x-xogħol għall-produzzjoni ta’ l-istatistika tal-ħarsien soċjali jitkompla skond gentlemen's agreement.Madankollu, dan ma jiggarantix id-disponibilità ta’ l-istatistika u l-indikaturi kollha meħtieġa għall-formulazzjoni tal-politika fil-livell ta’ l-UE. It-tieni alternattiva hija li l-proposta ma tkunx tinkludi moduli.Dan ikun ifisser li kull modulu jkollu jiġi ppreżentat bħala Regolament jew Regolamenti separati tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew. |

ELEMENTILEGALI TAL-PROPOSTA |

Sommarju ta' l-azzjoni proposta L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit qafas għall-attivitajiet kurrenti u dawk mistennija fil-qasam ta’ l-istatistika tal-ħarsien soċjali. Il-ġbir annwali kurrenti ta’ l-informazzjoni dwar il-ħarsien soċjali (gentlemen's agreement) ikopri l-informazzjoni fuq l-infiq u d-dħul, ta’ l-iskema tal-ħarsien soċjali (dik li tissejjaħ is-sistema prinċipali ta’ l-ESSPROS) u, mill-2004 ’l quddiem, informazzjoni fuq il-benefiċjarji tal-pensjoni. Ser jitħejja ġbir ta’ informazzjoni pilota dwar il-benefiċċji soċjali netti. Ir-Regolament propost ser jiżdied bir-Regolamenti tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni:l-ewwel nett, is-sistema prinċipali tinkludi kemm informazzjoni kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva; it-tieni jkun il-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni.Il-modulu dwar il-benefiċċji netti ta’ ħarsien soċjali se jkun is-suġġett ta’ Regolament tal-Kummissjoni jekk ir-riżultati ta’ l-istudji ta’ fattibilità u l-kollezzjonijiet bi prova ta' l-informazzjoni jkunu pożittivi . |

Bażi legali L-Artikolu 285 jipprovdi l-bażi legali għall-istatistika tal-Komunità.Il-Kunsill, li jaġixxi f’konformità mal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet mal-Parlament Ewropew, għandu jaddotta miżuri għall-produzzjoni ta’ l-istatistika fejn hemm bżonn għall-effiċjenza ta’ l-attivitajiet tal-Komunità. Dan l-Artikolu jispeċifika l-ħtiġijiet relatati mal-produzzjoni ta' l-istatistika tal-Komunità u jitlob konformità ma’ l-istandards ta’ imparzjalità, kredibilità, newtralità, indipendenza xjentifika, effikaċja fir-rigward ta' l-ispejjeż u kunfidenzjalità ta' l-istatistikà. |

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod addattat mill-Istati Membri waħedhom għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin: |

F’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE, l-għan ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri s-sottomissjoni sistematika ta’ informazzjoni armonjuża dwar l-Istatistika tal-Ħarsien Soċjali tal-Komunità, ma jistax jintlaħaq b’mod addattat mill-Istati Membri li jaġixxu b’mod individwali u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar mill-Komunità. |

L-esperjenza uriet li l-Istati Membri jiġbru informazzjoni dwar il-Ħarsien Soċjali imma jużaw varjetà ta’ kunċetti u definizzjonijiet u dan iwassal biex dawn ma jkunux jistgħu jiġu pparagunati fil-livell ta' l-UE u għalhekk l-utilità tagħhom għall-iskopijiet ta' analiżi tas-sistemi tal-ħarsien soċjali fl-UE hija serjament imnaqqsa. |

Azzjoni komunitarja tissodisfa aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: |

Ir-Regolament jaħseb għal koordinazzjoni u armonizzazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-ħarsien soċjali fuq il-livell ta’ l-UE. Għalkemm il-Kummissjoni hija l-aktar waħda kompetenti biex torganizza l-ġbir ta’ l-istatistika tal-Komunità, l-Istati Membri huma responsabbli biex jorganizzaw u joperaw is-sistemi ta' l-istatistika nazzjonali.L-istatistika koperta hija fil-maġġoranza tagħha bbażata fuq il-ġbir eżistenti annwali ta’ informazzjoni dwar il-ħarsien soċjali tal-Eurostat kif ukoll fuq il-ġbir riċenti dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni. Madanakollu, ir-Regolament jipprovdi l-possibilità li jintużaw sorsi oħrajn u li jiġu żviluppati għodda ta’ l-istatistika addizzjonali jekk ikun hemm bżonn biex jiġu koperti l-bżonnijiet ġodda ta’ informazzjoni identifikati b’mod ċar. |

Huwa importanti li tkun disponibbli informazzjoni dwar l-UE kollha biex tgħin fil-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fl-oqsma ta’ l-Inklużjoni Soċjali u tal-Pensjonijiet. |

L-analiżi ta’ l-Istatistika tal-Ħarsien Soċjali tal-Komunità għandha titwettaq fil-livell ta’ l-UE bl-użu ta’ informazzjoni armonjuża u li tista’ tiġi pparagunata. |

Il-proposta hija għalhekk konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet: |

Huwa rikonoxxut li jeżistu varjazzjonijiet kbar fl-istrutturi tas-Sistemi tal-Ħarsien Soċjali fl-Istati Membri u, għalhekk, li jeżistu differenzi fix-xogħlijiet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-ġbir u tal-kumpilazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-Ħarsien Soċjali. Għal din ir-raġuni, għall-ġbir ta’ l-informazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw il-metodi li huma addattati għall-mod kif is-sistemi huma organizzati. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jillimita lilu nniffsu għall-minimu mitlub biex jilħaq dan l-għan u ma jmurx oltri dak li hu neċessarju għal dak l-għan. |

Ir-Regolament jistabbilixxi qafas definit b’mod xieraq għall-produzzjoni ta' l-istatistika tal-ħarsien soċjali tal-komunità u b’dan il-mod jiffaċilita d-disponibilità, l-ippjanar u l-użu iktar effiċjenti ta’ riżorsi kemm fuq il-livell tal-Komunità kif ukoll fuq livelli oħrajn involuti (nazzjonali, reġjonali, lokali). |

Għażla ta’ strumenti |

Strument propost: 0{<regolament. |

Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: L-għażla tal-kategorija xierqa għal att tal-Parlament Ewropew/Kunsill tiddependi fuq l-għan leġislattiv. Minħabba l-bżonnijiet ta’ informazzjoni fuq livell Ewropew, it-tendenza għall-istatistika tal-Komunità kienet li jintużaw regolamenti u mhux direttivi għal atti bażiċi Regolament huwa ppreferut għax jistabbilixxi l-istess liġi fil-Komunità kollha, u għalhekk l-Istati Membri ma jistgħux japplikawhom b’mod inkomplut jew selettiv; huwa jiġi applikat direttament, li jfisser li m'għandux għalfejn jiġi mibdul f'liġi nazzjonali. Għall-kuntrarju, id-direttivi, li l-għan tagħhom hu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, jorbtu lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-għanijiet tagħhom, imma jħallu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jagħżlu l-forma u l-metodi li ser jużaw biex jilħqu l-għanijiet miftehmin fuq livell Komunitarju; huma għandhom jiġu mibdulin f'liġi nazzjonali. |

KONSEGWENZI FUQ IL-BAġIT |

Il-proposta m’għandhiex konsegwenzi li jolqtu l-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

1. 2006/0004 (COD)

Proposta ta’

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2]

Jaġixxu f’konformità mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[3]

Billi:

(1) L-Artikolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jniżżel il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ ħarsien soċjali bħala waħda mix-xogħlijiet tal-Komunità Ewropea.

(2) Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona ta’ Marzu 2000 ta impetu lil proċess ta’ skambju bejn l-Istati Membri tal-politika dwar il-modernizzar tas-sistemi tal-ħarsien soċjali.

(3) Kumitat ta’ Ħarsien Soċjali kien stabbilit bid-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29.06.00 (2000/436/KE) sabiex iservi bħala strument għal skambju kooperattiv bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-modernizzar u t-titjib tas-sistemi tal-ħarsien soċjali.

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2003)261 ta’ Mejju 2003 tiddiskrivi strateġija għar-riorganizzazzjoni tal-proċessi ta’ koordinazzjoni miftuħa fil-qasam tal-politika soċjali bil-għan li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ħarsien u ta’ l-inklużjoni soċjali ġewwa l-istrateġija ta’ Liżbona. Ir-riorganizzazzjoni ser isseħħ mill-2006 'l quddiem, kif miftiehem mill-Kunsill f’Ottubru 2003. F’dan il-kuntest, Rapport Konġunt annwali jsir l-istrument l-aktar importanti ta' rappurtaġġ, bil-missjoni li jġib flimkien l-iskoperti analitiċi importanti u l-messaġġi politiċi relatati kemm ma’ l-OMC fl-aspetti differenti fejn dan huwa applikat kif ukoll ma’ kwistjonijiet trasversali fil-ħarsien soċjali.

(5) Il-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni (OMC) poġġa fokus ġdid fuq il-bżonn ta’ statistika fil-qasam tal-ħarsien soċjali li tkun fil-ħin, ta’ min joqgħod fuqha u li tista’ tiġi pparagunata. B’mod partikolari, statistika fuq ħarsien soċjali li tista’ tiġi pparagunata ser tkun użata fir-Rapporti Konġunti annwali.

(6) Il-Kummissjoni (Eurostat) diġà qiegħda tiġbor informazzjoni dwar il-ħarsien soċjali mingħand l-Istati Membri fuq bażi annwali u volontarja. Din l-azzjoni saret prattika kkonsolidata fl-Istati Membri u hija bbażata fuq prinċipji ta' metodoloġija komuni mfasslin biex jiżguraw li l-informazzjoni tista’ tiġi pparagunata.

(7) Il-produzzjoni ta' statistika speċifika tal-Komunità hija kkontrollata bir-regoli speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17.02.97 dwar l-Istatistika tal-Komunità.

(8) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu addottati f'konformità mad-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28.06.99 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtijin lill-Kummissjoni.

(9) Wara li kkonsultaw il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwistjoni tas-suġġett

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistika integrata tal-Ħarsien Soċjali, minn hawn ’il quddiem imsejħa “ESSPROS”, billi jipprovdi:

2. qafas ta’ metodoloġija (ibbażat fuq standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli taż-żamma tal-kotba) li għandu jintuża għall-ġbir ta’ l-istatistika li tista' tiġi pparagunata għall-benefiċċju tal-Komunità.

3. limiti fil-ħin għat-trażmissjoni ta’ statistika miġbura f’konformità ma’ ESSPROS.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

4. L-istatistika tal-Komunità” għandu jkollha t-tifsira assenjata lilha fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

5. “Ħarsien soċjali” jkopri l-interventi kollha minn korpi pubbliċi jew privati, intenzjonati biex inaqqsu l-piż ta’ sett definit ta’ riskji jew bżonnijiet minn fuq il-familji u l-individwi, sakemm ma hemmx involuti la arranġament simultanju reċiproku u lanqas individwaliIl-lista ta’ riskji jew bżonnijiet li jistgħu iwasslu għal ħarsien soċjali hija ddeterminata fil-konvenzjoni kif ġej: Mard/Kura tas-saħħa; Diżabilità; xjuħija, Dawk li jibqgħu ħajjin wara li jmutu l-familjari, Familja / tfal; Qagħad, Akkomodazzjoni, Esklużjoni soċjali li mhix klassifikata x’imkien ieħor

6. “Skema ta’ ħarsien soċjali”:ġabra distinta ta’ regoli, megħjuna minn unità istituzzjonali jew aktar, li tikkontrolla l-provvediment ta' benefiċċji tal-ħarsien soċjali u l-finanzjament tagħhom.

7. “Benefiċċji ta' ħarsien soċjali”: trasferimenti, f’forma ta’ flus jew oġġetti, minn skemi ta’ ħarsien soċjali biex inaqqsu l-piż tas-sett definit ta’ riskji jew bżonnijiet minn fuq il-familji u l-individwi

Artikolu 3

Il-firxa tas-sistema

1. L-istatistika relatata mas-sistema prinċipali ESSPROS għandha tkopri l-flussi finanzjarji fir-rigward ta’ l-infiq u d-dħul tal-ħarsien soċjali.

Dawn l-informazzjonijiet għandhom ikunu trażmessi fuq livell ta’ skemi ta’ ħarsien soċjali; għal kull skema għandhom ikunu pprovduti l-infiq u d-dħul skond il-klassifikazzjoni ta’ ESSPROS.

L-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa b’referenza għall-klassifikazzjoni komprensiva, il-provvediment ta’ informazzjoni u d-distribuzzjoni għal informazzjoni kwantitattiva kif ukoll is-suġġett kopert, l-aġġornar u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni kwalitattiva fi skemi u l-benefiċċji dettaljati huma mniżżlin fl-Anness I.

2. Mas-sistema prinċipali, għandhom jiġu miżjudin moduli li jkopru informazzjoni supplimentari ta’ statistika dwar aspetti partikolari tal-ħarsien soċjali.

Artikolu 4

Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni

Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni għandu jiġi miżjud kull sena mill-ewwel sena ta’ ġbir ta’ informazzjoni taħt dan ir-Regolament.

Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti, il-provvediment u d-distribuzzjoni ta’ l-informazzjoni huma mniżżlin fl-Anness II.

Artikolu 5

Moduli addizzjonali

1. Għall-għanijiet ta’ modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali, kollezzjonijiet bi prova ta' informazzjoni għas-sena 2005 għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha sa l-aħħar ta' l-2008. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti, il-provvediment u d- distribuzzjoni ta’ l-informazzjoni huma mniżżlin fl-Anness III.

2. Id-deċiżjoni biex jiġi introdott dan il-modulu u biex tinbeda l-ġbir sħiħa ta' informazzjoni mhux qabel l-2010, ibbażata fuq sintesi ta’ dawn il-kollezzjonijiet ta’ informazzjoni nazzjonali bi prova, għandha tkun f'konformità mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 8.

Artikolu 6

Sorsi ta’ informazzjoni

L-istatistika għandha tkun ibbażata fuq is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin, skond id-disponibilità tagħhom fl-Istati Membri u f’konformità mal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali:

8. reġistri u sorsi amministrattivi oħrajn;

9. stħarriġ;

10. stimi.

Artikolu 7

Arranġamenti għall-implimentazzjoni

L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni dettaljata ta’ l-informazzjoni koperta, id-definizzjonijiet li għandhom jiġu użati, il-formati għat-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi, il-kriterji għall-kejl tal-kwalità, l-aġġornar tar-regoli ta' distribuzzjoni għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċedura regolatorja speċifikata fl-Artikolu 8, b’mod partikolari għal:

11. is-sistema prinċipali ta’ ESSPROS,

12. il-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni

13. il-modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali.

Artikolu 8

Proċedura

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika (SPC) stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

3. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Is-sistema prinċipali ta’ ESSPROS

1. Informazzjoni kwantitattiv

1.1. Informazzjoni trażmessa

B’referenza għall-klassifikazzjoni komprensiva, l-informazzjoni trażmessa għandha tkopri:

1.1.1. L-infiq

1.1.1.1. Il-benefiċċji ta’ ħarsien soċjali kklassifikati bi:

14. il-funzjonijiet (li jikkorrispondu għal kull riskju jew bżonn), u

15. skomposizzjoni doppja għal kull funzjoni: dawk li sarilhom stħarriġ tal-mezzi finanzjarji kontra dawk li ma sarilhomx dan, benefiċċji fi flus (skomposizzjoni f’benefiċċji perjodiċi u ta' somma f'daqqa) kontra benefiċċji f’oġġetti.

1.1.1.2. Spejjeż amministrattivi

1.1.1.3. Trasferimenti għal skemi oħrajn

1.1.1.4. Spejjeż oħrajn

1.1.2. Dħul

1.1.2.1. Kontribuzzjonijiet soċjali

1.1.2.2. Kontribuzzjonijiet ġenerali tal-gvern

1.1.2.3. Trasferimenti minn skemi oħrajn

1.1.2.4. Dħul ieħor

L-informazzjoni koperta (b’referenza għall-klassifikazzjoni dettaljata) għandha tkun ipprovduta f’konformità mal proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

1.2. Provvediment ta’ informazzjoni

L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. L-informazzjoni tirreferi għas-sena kalendarja skond il-prattiċi nazzjonali. It-terminu perentorju għat-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni huwa N+18-il xahar, jiġifieri l-informazzjoni għas-sena kalendarja N flimkien ma kwalunkwe reviżjoni tas-snin ta’ qabel għandhom jiġu trażmessi sa mhux aktar tard minn Ġunju N+2.

1.3. Distribuzzjoni

Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika informazzjoni dwar l-infiq għall-ħarsien soċjali fuq il-livell ta’ l-iskemi totali sa l-aħħar ta’ N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq l-informazzjoni li tirreferi għas-sena finanzjarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam informazzjoni dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru l-informazzjoni ta’ ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali). Dawn l-utenti speċifiċi ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi.

2. Informazzjoni kwalitattiva fi skemi u benefiċċji dettaljati

2.1. Is-suġġetti koperti

Għal kull skema, l-informazzjoni kwalitattiva tinkludi deskrizzjoni ġenerali ta’ l-iskema, deskrizzjoni dettaljata tal-benefiċċji u informazzjoni dwar bdil u riformi riċenti.

2.2. Provvediment ta’ informazzjoni u aġġornar ta’ informazzjoni kwalitattiva

Aġġornar ta’ kull sena ta’ sett komplut ta’ informazzjoni kwalitattiva diġà pprovduta għandu jkun limitat għal bdil fis-sistema ta' ħarsien soċjali u għandu jiġi trażmess flimkien ma' l-informazzjoni kwantitattiva.

2.3. Distribuzzjoni

Il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam l-informazzjoni kwalitattiva fuq livell ta’ skemi sa l-aħħar ta’ N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2).

ANNESS II

Modulu dwar il-Benefiċjarji tal-Pensjoni

1. Is-suġġetti koperti

Dan il-modulu jkopri informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni, li huma definiti bħala dawk li jirċievu wieħed jew aktar mill-benefiċċji perjodiċi li ġejjin ta’ skema ta’ ħarsien soċjali, fi flus:

16. Pensjoni tad-diżabilità

17. Benefiċċju ta’ l-irtirar bikri minħabba kapaċità inqas għax-xogħol

18. Pensjoni tax-xjuħija

19. Pensjoni tax-xjuħija antiċipata

20. Pensjoni parzjali

21. Pensjoni tas-superstiti

22. Benefiċċju ta’ l-irtirar bikri minħabba raġunijiet li jikkonċernaw is-suq tax-xogħol.

2. Provvediment ta’ informazzjoni

L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. L-informazzjoni għandha tikkonċerna l-ħażniet u tirreferi għall-aħħar tas-sena (31.12/1.1) It-terminu perentorju għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni għas-sena N huwa l-aħħar ta’ Mejju tas-sena N+2. L-informazzjoni tkun maqsuma kif ġej:

23. skond l-iskema ta’ ħarsien soċjali

24. skond is-sess għall-iskemi kollha

25. skond it-tip ta' ġestjoni ta' l-iskema (suġġetta għar-riżultati pożittivi ta’ l-istudju ta’ vijabilità)

3. Distribuzzjoni

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika informazzjoni għall-iskemi kollha sa l-aħħar ta’ N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq l-informazzjoni li tirreferi għas-sena finanzjarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tqassam informazzjoni dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru l-informazzjoni ta’ ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali. Dawn l-utenti speċifiċi għandhom ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi.

ANNESS III

Ġbir bi prova ta’ informazzjoni dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali

1. Is-suġġetti koperti

Din il-ġbir tkopri l-kalkolu tal-“Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali.Il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali huma definiti bħala l-valur tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali, esklużi t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsin minn min jirċievi l-benefiċċji, miżjudin bil-valur ta’ “Benefiċċji fiskali”.

“Benefiċċji fiskali” huma definiti bħala ħarsien soċjali pprovdut fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa u jekk ikunu pprovduti f’forma ta’ flus, ikunu definiti bħala benefiċċji tal-ħarsien soċjali.Tnaqqis fit-taxxa li jinkoraġġixxi l-provvediment ta’ ħarsien soċjali jew pjanijiet ta’ assigurazzjoni privata huma esklużi.

2. Provvediment ta’ informazzjoni

Il-frazzjoni xierqa tat-taxxa fuq id-dħul personali u tal-kontribuzzjonijiet soċjali miġburin għall-benefiċċji tal-ħarsien soċjali għas-sena 2005 għandhom ikunu indikati skond it-tipi differenti ta' benefiċċji tal-ħarsien soċjali f’forma ta’ flus, preferibilment maqsumin għal darba oħra skond gruppi partikolari ta’ skemi b’taxxa omoġenea. F’każi diffiċli, ir-riżultati jistgħu jiġu rrappurtati fi gruppi ta’ benefiċċji addattati, eż. it-total tas-seba’ kategoriji ta’ pensjoni mniżżlin fl-Anness II jew it-total ta’ benefiċċji fi flus ta’ funzjoni partikolari. Il-benefiċċji fiskali għandhom jiġu pprovduti separatament għal kull punt permezz tal-metodu fejn wieħed iċedi d-dħul tiegħu.

[1] ĠU K , , pġ .

[2] ĠU K , , pġ .

[3] ĠU K , , pġ .