52006DC0674

Rapport mill-Kummissjoni - Rapport Annwali ta’ l-Istrument ta’ Politika Strutturali għal qabel l-Adeżjoni (ISPA) 2005 SEK(2006)1430 /* KUMM/2006/0674 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 10.11.2006

KOM(2006)674 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

Rapport Annwali ta’ l-Istrument ta’ Politika Strutturali għal qabel l-Adeżjoni (ISPA) 2005

SEK(2006)1430

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Il-baġit ta’ l-ISPA 3

3. Finanzjament tal-proġetti 3

3.1. Proġetti ġodda ta’ l-ISPA 3

3.2. Proġetti ffinanzjati matul l-2000-2005 4

3.3. Ħlasijiet 5

4. Għajnuna Teknika 5

4.1. Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju 5

4.2. Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 6

5. Ġestjoni u implimentazzjoni 7

5.1. Sorveljanza tal-Proġett 7

5.2. Ġestjoni u kontroll finanzjarju – inkl. l-EDIS 8

5.3. Studju tar-riskju 9

5.4. Is-sejbiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri 9

5.5. Sħab ko-finanzjarji - L-EIB, l-EBRD u l-KfW. 9

6. Kontribut għall-politika Komunitarja 9

6.1. Xiri pubbliku 9

6.2. Politika Ambjentali 10

6.3. Politika tat-trasport 10

7. Koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni 10

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

Rapport Annwali ta’ l-Istrument ta’ Politika Strutturali għal qabel l-Adeżjoni (ISPA) 2005

Dan ir-rapport huwa ppreżentat skond l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ l-ISPA. Dan huwa s-sitt Rapport Annwali li jkopri l-attivitajiet ta’ l-ISPA matul l-2005.

It-tagħrif imnizżel f’dan ir-rapport huwa ppreżentat f’aktar detall fid-dokument ta’ ħidma ta’ l-istaff tal-Kummissjoni (anness ma’ dan ir-rapport).

Introduzzjoni

Bħala riżultat tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2004 li aċċetta lill-Kroazja bħala pajjiż kandidat, ir-rapport issa jinkludi lill-Kroazja, flimkien mal-Bulgarija u r-Rumanija, li hija intitolata għall-għajnuna ta’ l-ISPA mill-1 ta’ Jannar 2005.

Il-baġit ta’ l-ISPA

Fil-baġit tal-Kummissjoni għall-2005, €525.7 miljun ġew allokati għall-istrument ta’ l-ISPA. L-approprjazzjonijiet koprew l-ispejjeż kollha għall-kofinanzjament ta’ proġetti (miżuri) fil-pajjiżi benefiċjarji, fl-oqsma ta’ l-ambjent u tat-trasport, kif ukoll biex tiġi pprovduta għajnuna teknika ( Technical Assistance -TA), irrispettivament minn jekk il-miżuri tat-TA inbdewx mill-pajjiżi benefiċjarji jew mill-Kummissjoni.

Tabella 1 : Il-baġit ta’ l-ISPA għall-2005 – f’Euro

Linja tal-baġit | Approprjazzjonijiet ta’ l-impenji | Impenji implimentati | Ħlasijiet implimentati |

Linja tal-baġit għall-ħidma B13.01.04.02 | 3 763 290 | 3 251 762 | 1 414 187 |

Linja operattiva tal-baġit B13.05.01.01 | 521 950 000 | 521 950 000 | 231 243 551 |

Total | 525 713 290 | 525 201 762 | 232 656 738 |

FINANZJAMENT TAL-PROġETTI

Proġetti ġodda ta’ l-ISPA

Fl-2005, il-Kummissjoni approvat 24 miżura ġdida ta’ l-ISPA li jikkonċernaw 11-il investiment fil-qasam ta’ l-ambjent u 4 fis-settur tat-trasport, kif ukoll 8 proġetti tat-TA – 7 fis-settur tat-trasport u 1 fis-settur ta' l-ambjent, u miżura waħda orizzontali tat-TA. It-total tal-kontribuzzjoni ta' l-ISPA dik is-sena laħaq l-€493 miljun, li jirrappreżentaw medja tar-rata ta’ l-għotjiet ta’ 70% ta' l-ispiża totali eliġibbli għall-proġetti ta' €705 miljun. Impenji li jlaħqu l-€521.9 miljun intużaw għal proġetti ġodda (€312 miljun) kif ukoll għal proġetti li għadhom għaddejjin adottati fis-snin li għaddew.

Fis-settur ta’ l-ambjent, l-ISPA għenet qabel kollox proġetti tal-ġbir u tat-trattament tad-drenaġġ, iżda wkoll żewġ proġetti ta’ l-iskart solidu. Fis-settur tat-trasport, il-proġett l-aktar importanti kien proġett konġunt tat-toroq/tal-binarji.

Tabella 2 : Proġetti ġodda approvati fl-2005 – f’Euro

Trasport | 11 | 279.886.500 | 193.850.755 | 69.3 | 116.681.100 |

TA Orizzontali | 1 | 20.000 | 20.000 | 100.0 | 10.000 |

Trasport | 28 | 2.306.715.498 | 1.457.115.989 | 63.2 | 1.189.043.388 |

TA Orizzontali | 3 | 1.633.308 | 1.633.308 | 100.0 | 1.492.308 |

Ambjent | 145.549.014 | 109.694.489 | 255.243.503 |

Trasport | 183.364.692 | 119.346.710 | 302.711.402 |

TA | 924.524 | 58.800 | 983.324 |

Total | 329.838.230 | 229.100.000 | 558.938.230 |

GħAJNUNA TEKNIKA

Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju

Il-miżuri TA għat-tħejjija tal-proġett għandhom jiżguraw li l-pajjiżi benefiċjarji jippreżentaw għadd suffiċjenti ta’ proġetti ta’ kwalità fil-ħin għall-finanzjament, inkluż għall-finanzjament fil-ġejjieni mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-IPA. Bl-istess mod, miżuri ta' TA għat- tisħiħ istituzzjonali għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċità ta' l-amministrazzjoni tal-benefiċjarji biex tmexxi u tissorvelja l-implimentazzjoni ta' investimenti infrastrutturali fuq skala kbira.

FL-2005, ġew approvati 7 applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tħejjija ta’ proġetti u/jew ma’ twaqqif ta' istituzzjonijiet fis-settur tat-trasport u applikazzjoni waħda li għandha x'taqsam mat-tħejjija ta' proġetti fil-qasam ta' l-ambjent

Tabella 5 : Proġetti ġodda TA approvati fl-2005 – f’Euro

Trasport | 7 | 74.675.500 | 62.199.075 | 83.3 | 46.141.710 |

TA Orizzontali | 1 | 20.000 | 20.000 | 100.0 | 10.000 |

Ambjent | 7 | 67.481.000 | 47.448.500 |

Trasport | 11 | 84.461.560 | 70.126.620 |

TA Orizzontali | 3 | 1.633.308 | 1.633.308 |

Total | 21 | 153.575.868 | 119.208.428 |

Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni twettaq dawn l-attivitajiet tat-TA jew permezz ta' azzjonijiet ad hoc imnedija fis-snin ta’ qabel, jew fil-qafas tal- Programmi ta’ Azzjoni tat-TA .

L-attivitajiet ta’ għajnuna teknika mwettqa barra mill-Programmi ta’ Azzjoni tat-TA jinkludu kuntratti ta’ servizzi li jipprovdu l-għarfien espert tekniku u finanzjarju għad-DĠ tal-Politika Reġjonali li jgħin fl-evalwazzjoni tal-proġetti u fl-iżvilupp tal-politika. L-għajnuna għall-attivitajiet ta’ dekonċentrazzjoni intra muros mad-Delegazzjonijiet tal-KE għalqet fl-2004.

L-attivitajiet ta’ għajnuna teknika ffinanzjati mill-“Programm ta’ Azzjoni TA 2001 ” jinkludu l-organizzazzjoni tal-kumitati statutorji ta’ sorveljanza ta’ l-ISPA, l-analiżi strateġika tal-Via Baltica, il-promozzjoni ta’ kwalità ogħla ta’ utilitajiet pubbliċi ffinanzjati mill-ISPA fis-setturi ta’ l-ilma u ta' l-iskart, u parir dwar sħubiji bejn entitajiet pubbliċi u dawk privati.

L-attivitajiet ta’ għajnuna teknikaiffinanzjati milll-“Programm ta’ Azzjoni TA 2004-2006” huma segwitu tal-Programm ta’ Azzjoni TA 2001, għalkemm jiffoka biss fuq il-Bulgarija u r-Rumanija, u jiġbor kuntratti ġodda ta’ qafas għall-evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti ta’ l-ISPA li qabel kienu ffinanzjati barra mill-Programmi ta’ Azzjoni. Flimkien ma’ dawn il-kuntratti, l-attivitajiet jinkludu appoġġ extra muros għall-ħidmiet ta’ sorveljanza tad-Delegazzjonijiet tal-KE, titjib fil-kwalità tal-proġetti ta’ l-ambjent u t-trasport tul iċ-ċiklu tal-proġett, u evalwazzjoni tal-proġett u kontroll ta’ kwalità mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment - BEI.

- L-attivitajiet ta’ għanjuna teknika ffinanzjati mill-Programm ta’ Azzjoni TA 2005-2006 għall-Kroazja” jipprovdu riżorsi għad-Delegazzjoni tal-KE f’Zagreb biex iwettqu ħidmiet ta’ sorveljanza (intra u extra muros ) relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-ISPA fi ħdan il-qafas tat-tmexxija dekonċentrata.

Tabella 7 : Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 2000-2005 - f’Euro

Attività | Allokazzjonijiet indikattivi | Impenji | Ħlasijiet |

Attivitajiet barra mill-Programmi ta’ Azzjoni | 4.210.000 | 4.210.000 | 2.885.726 |

Programm ta' Azzjoni 2001 (*) | 12.000.000 | 11.860 864 | 7.594.070 |

Programm ta' Azzjoni 2004-2006 | 10.067.680 | 6.419.950 | 3.650.397 |

Programm ta’ Azzjoni 2005-2006 għall-Kroazja | 1.200.000 | 400.000 | - |

Total | 27.477.680 | 22.890.814 | 14.130.193 |

(*) Inklużi xi attivitajiet relatati ma’ pajjiżi benefiċjarji ta’ l-ISPA li saru Stati Membri fl-2004.

ĠESTJONI U IMPLIMENTAZZJONI

Sorveljanza tal-Proġett

Filwaqt li l-ewwel proġetti ta’ l-ISPA kienu approvati mill-Kummissjoni fl-2000, l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti bdew fl-2001 l-aktar kmieni, ġeneralment, permezz ta' l-offerti tal-kuntratti tas-servizz għas-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni. Minħabba fid-dewmien regolari fis-sejħiet għall-offerti u l-għoti ta’ kuntratti, l-ewwel kuntratti attwali tax-xogħlijiet ma ġewx iffirmati qabel l-2002. Sar progress stabbli in situ minn dak iż-żmien, kif jixhed il-progress fil-ħlasijiet li saru mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali.

Iżda fiż-żewġ pajjiżi li se jsiru Membri, il-Bulgarija u r-Rumanija, id-dgħjufija amministrattiva baqgħet l-isfida ewlenija li taffaċċja l-implimentazzjoni ta' l-ISPA fl-2005. Minkejja li missjonijiet ta’ verifika li twettqu mill-Kummissjoni fl-2005 wrew xi progress ma’ l-Aġenziji ta’ Implimentazzjoni ta’ l-ISPA, ir-riżultati miksuba fl-oqsma ewlenin ta’ l-istaff, il-prokura u t-tmexxija finanzjarja kienu jitolbu sorveljanza kontinwa u l-ħtieġa li jissaħħu aktar. F’bosta każijiet, dewmien fl-eżekuzzjoni tal-proġetti kien akkumula għal aktar minn sentejn mill-pjanijiet inizjali. F'bosta okkażżjonijiet, il-Kummissjoni insistiet ma’ l-awtoritajiet nazzjonali li l-awtoritajiet kontraenti u, fis-settur ta’ l-ambjent, il-benefiċjarji finali jadottaw strateġija proattiva, jieħdu kontroll effettiv ta’ l-istadji differenti taċ-ċiklu tal-proġett, u jtejbu l-koordinazzjoni bejn il-partijiet interessati tal-proġett.

Fil-Kroazja, bl-ewwel żewġ proġetti approvati biss f’Diċembru 2005, l-implimentazzjoni s’issa għadha ma bdietx.

Ġestjoni u kontroll finanzjarju – inkl. l-EDIS

Ir-rekwiżiti prinċipali taħt l-ISPA kemm għall-ġestjoni finanzjarja kif ukoll għall-kontroll finanzjarju, inkl. it-trattament ta’ l-irregolaritajiet, huma viċin ta’ dawk applikabbli għall-Fondi ta’ Koeżjoni u dawk Strutturali. Huma għandhom x’jaqsmu ma’ l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ kontroll finanzjarju intern u ta’ proċeduri li jistgħu jiżguraw proċeduri ta’ prokura trasparenti u mhux diskriminatorji, mal-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, mal-kapaċità ta’ verifika interna adegwata, mas-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet suffiċjenti u mat-trattament xieraq ta’ l-irregolaritajiet.

Matul l-2005, ix-xogħol ta’ verifika f’dak li għandu x’jaqsam mal- Bulgarija u r-Rumanija kien jinkludi 8 missjonijiet ta’ verifika li ffukaw fil-biċċa l-kbira tagħhom fuq is-sorveljanza mill-qrib, fuq il-post, ta' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u ta’ l-għeluq ta' dati li kienu miftiehma ma' l-awtoritajiet nazzjonali fl-2004 u tal-progress miksub lejn id-deċentralizzazzjoni estiża ( EDIS) li, meta miksuba, tippermetti r-rinunzja tal-kontroll ex ante tas-sejħiet għall-offerti u l-għoti ta’ kuntratti mill-Kummissjoni.

Għar- Rumanija, il-livell ta’ assigurazzjoni fuq is-sistemi stabbiliti avvanza pjuttost radikalment meta mqabbel ma’ l-2004. Intlaqgħet talba ta' l-EDIS mill-Kummissjoni fil-bidu ta' l-2006 għall-akkreditazzjoni ta’ l-aġenzijii ta’ implimentazzjoni kollha ta’ l-ISPA. Wara verifika finali tas-sistemi ta’ awditjar, il-konferiment ta’ l-EDIS għall-ISPA għall-aġenziji kollha ngħata f' Ġunju 2006.

Għall- Bulgarija , waqt li saru sforzi sinifikanti fl-2005 biex jitnaqqsu d-differenzi identifikati fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, il-proċess ta’ l-EDIS eventwalment reġa’ tnieda. Tressqet talba ta’ l-EDIS quddiem il-Kummissjoni lejn l-aħħar ta’ April 2006 għall-akkreditazzjoni ta’ l-entitajiet kollha ta’ implimentazzjoni ta’ l-ISPA li qed tiġi attwalment evalwata mis-servizzi tal-Kummissjoni. Iżda jibqgħu żewġ punti ta’ tħassib: il-kwistjoni tal-prokura pubblika u n-nuqqas ta’ staff ikkwalifikat u ta’ esperjenza. Minkejja s-sorveljanza mill-qrib tal-prokura mid-Delegazzjoni tal-KE, l-esperjenza ta’ l-ISPA f’dan il-qasam hija tabilħaqq waħda kkaratterizzata minn ilmenti frekwenti, allegazzjonijiet, eċċ.

Għadd ta’ verifiki ta’ proġetti twettqu wkoll f’dawn il-pajjiżi, li minnhom is-sejbiet kienu ġeneralment jirriflettu n-nuqqasijiet identifikati matul il-verifiki tas-sistema, prinċiplament il-kwalità mhux suffiċjenti tad- dossiers tas-sejħiet għall-offerti u l-għoti ta’ kuntratti, il-proċeduri irregolari tul il-proċess ta’ prokura, il-ħtieġa għat-titjib fil-verifika tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa mhux eliġibbli, in-nuqqas ta’ dokumenti (xierqa) mehmuża, u l-aderenza mhux kompluta mar-rekwiżiti ta’ pubbliċità u ta’ tagħrif. Ukoll kif imsemmi qabel, problema rikurrenti hija dik tan-nuqqas ta’ staff ikkwalifikat u ta’ esperjenza, inkluż ir-rata għolja ta’ nies li jirriżenjaw mill-kariga tagħhom. Billi din il-qagħda se tkun x’aktarx waħda ta’ tfixkil ewlieni għall-użu effettiv tal-Fondi ta' Koeżjoni kif ukoll tal-Fondi Strutturali fil-ġejjieni, is-sorveljanza mill-qrib tal-progress f'dan il-każ se tkun għalhekk żgurata.

Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet Kroati mmobilizzaw l-isforzi fit-tħejjija għall-introduzzjoni tas-Sistema ta’ Implimentazzjoni Deċentralizzata (DIS) għall-PHARE u l-ISPA. Din ippermettiet lill-Kummissjoni li toħloq tmexxija deċentralizzata ta’ l-għajnuna ta’ l-ISPA fi Frar 2006 (li biha d-Delegazzjoni tal-KE għadha twettaq il-kontrolli ex-ante ).

Studju tar-riskju

Taħt is-sistema ta’ approvazzjoni ex ante , l-istrateġija ta’ evalwazzjoni għall-pajjiżi benefiċjarji tiffoka primarjament fuq il-prevenzjoni, l-iżgurar li kull pajjiż ikun daħħal proċeduri ta’ kontroll suffiċjenti rigward l-implimentazzjoni u l-ħlasijiet tal-proġetti. Rawnds ta’ evalwazzjoni suċċessivi, inklużi f’kull stadju ta’ l-EDIS, għandhom l-għan li jidentifikaw in-nuqqasijiet fit-twaqqif tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll, u li jivverifikaw jekk ġewx implimentati r-rakkomandazzjonijiet u jekk issolvewx in-nuqqasijiet.

Is-sejbiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Fir-rapport Annwali tagħha li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2004, l-opinjoni ġenerali tal-Qorti dwar l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni kienet li s-sistemi ta' sorveljanza u ta’ kontroll kienu bazikament b’saħħithom u ħadmu fil-prattika, għalkemm ir-riskji ikomplu jissuktaw fil-livell ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Din l-opinjoni kienet ikkonfermata fil-qafas ta’ reviżjoni limitata ta' l-attivitajiet ta’ l-ISPA fl-2005, li permezz tagħhom il-Qorti rrakkomandat li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib is-sistemi in kwistjoni.

Sħab ko-finanzjarji - L-EIB, l-EBRD u l-KfW.

Il-Kummissjoni ltaqgħet regolarment ma dawn l-istituzzjonijiet, billi dawn għandhom l-għarfien espert fit-tħejjija tal-proġetti u fl-implimentazzjoni, u, fejn possibbli, organiżzat l-identifikazzjoni ta’ proġetti konġunti u missjonijiet ta’ evalwazzjoni għal proġetti li għalihom intalab l-iffinanzjar tas-self. Fl-2005, ġie pprovdut self għal żewġ proġetti mill-BEI, għal 6 proġetti mill-Bank Ewropew għar-Riċerka u l-Iżvilupp (EBRD), u għal darb’oħra għal żewġ proġetti mill-KfW.

Kontribut għall-politika Komunitarja

Xiri pubbliku

It-twettiq tar-rekwiżiti legali għal xiri pubbliku li jkun sod, ġust u trasparenti kif minqux fil-PRAG instab li kien sfida ewlenija għall-pajjiżi benefiċjarji li se jissieħbu. Dan jirriżulta mill-fatt li l-kwalifiki ta’ l-istaff f’dawn il-pajjiżi ma jilħqux dejjem il-livell ta' ħiliet meħtieġa għall-ġestjoni ta' proġetti kumplessi ta' infrastruttura, b'mod partikolari, fejn jidħlu s-sejħiet għall-offerti u l-għoti ta’ kuntratti. Minħabba d-diffikultajiet li nqalgħu f’dan il-qasam, il-Kummissjoni għamlet ħafna sforzi biex tiżviluppa l-attivitajiet għall-għajnuna teknika li ffukaw fuq it-tisħiħ tal-ħiliet ta’ xiri tar-riċevituri, tas-sistemi u tal-proċeduri. Fost affarijiet oħrajn, hija kompliet torganizza diversi seminars u sezzjonijiet ta’ taħriġ, inkluż it-tixrid ta’ manwali u gwidi prattiċi.

Politika Ambjentali

Bil-provvista ta’ għajnuna diretta lill-proġetti għall-ambjent li għandhom prijorità, l-ISPA tħaffef l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u l-adeżjoni ma' l-istandards ta' l-UE fil-pajjiżi benefiċjarji. B’mod partikolari, il-kapaċità amministrattiva tqawwiet fejn jidħol l-ippjanar u l-għoti ta' prijorità għall-investiment fis-settur ta’ l-ambjent, u sar ukoll progress kontinwu fl-implimentazzjoni xierqa tad-direttiva ta’ l-EIA, inklużi aspetti li għandhom x’jaqsmu ma’ konsultazzjoni pubblika. Minkejja dan, problemi li għandhom x’jaqsmu mad-diffikultajiet ta’ l-awtoritajiet dwar l-ambjent biex jinkisbu finanzjamenti u staff adegwati kif ukoll in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-oqsma politiċi u ta' ppjanar strateġiku jridu jiġu indirizzati aktar minn dawn il-pajjiżi.

Politika tat-trasport

In-netwerks tat-trasport fil-pajjiżi benefiċjarji, fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, miftiehma bi qbil ma' TINA ( Evalwazzjoni tal-Ħtiġijiet ta’ l-Infrastruttura tat-Trasport ), inbnew madwar qafas ta’ kurituri pan-Ewropej. Dawn in-netwerks jintużaw bħala l-bażi ta’ l-ippjanar għall-istrateġiji nazzjonali tat-trasport għall-għanijiet ta’ l-ISPA, jiġifieri jikkonċernaw il-kostruzzjoni jew ir-rijabilitazzjoni ta’ sezzjoni, ta’ punt nodali, jew ta’ aċċess li għandu x’jaqsam man-netwerks. Sitta mill-kurituri msemmija qabel jgħaddu minn nofs it-territorju tal-Bulgarija, tal-Kroazja u tar-Rumanija. Taħt il-linjigwida Komunitarji l-ġodda dwar l-iżvilupp ta’ netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T), tlieta mill-proġetti prijoritarji tan-netwerk (l-assi tal-motorway Igoumenitsa/Patra-Athina-Sofia-Budapest, l-assi tal-kanali interni Rhine/Meuse-Main-Danube u l-assi tal-ferrovija Athina-Sofia-Budapest-Wien-Praha-Nürnberg/Dresden) jikkonċernaw assi li jinkludu l-Bulgarija u r-Rumaniija, u wieħed li jinkludi l-Koazja ( l-assi tal-ferrovija Lyon-Trieste-Divaca/Koper-Divaca-Ljubljana-Budapest-il-fruntiera Ukraina )..

Koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni

Kif mitlub mir-Regolament ta’ Koordinazzjoni, il-Kummissjoni tiżgura koordinazzjoni mill-qrib bejn it-tliet strument ta’ qabel l-adeżjoni il-PHARE, is-SAPARD u l-ISPA. Ir-Regolament jispeċifika b’attenzjoni l-oqsma li għalihom kull strument jipprovdi l-għajnuna, biex b’hekk titnaqqas kemm jista’ jkun il-possibilità li l-istrumenti differenti jintużaw b'tali mod li jidħlu fil-qasam ta' xulxin.

Il-Kumitat tat-Tmexxija tal-PHARE jiżġura koordinazzjoni bejn dawn it-tliet strumenti, filwaqt li aktar koordinazzjoni hija implimentata permezz tal-Kumitat Konġunt ta’ Sorveljanza (PHARE), il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni ta’ l-inter-servizzi u laqgħat perjodiċi mad-Delegazzjonijiet tal-KE fil-pajjiżi benefiċjarji.