52006DC0519




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.9.2006

KUMM(2006) 519 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Taħriġ aħjar għal ikel iktar sikur {SEC(2006) 1163}{SEC(2006) 1164}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Taħriġ aħjar għal ikel iktar sikur (Test b’relevanza għall–EEA)

1. SOMMARJU

Flimkien ma’ l-iżvilupp tas-suq intern, tfassal gradwalment sett ta’ regoli Ewropej li jkopru l-liġi ta’ l-ikel, dik ta’ l-għalf, is-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri tagħhom u dwar is-saħħa tal-pjanti. Dawn ir-regoli kkontribwixxew għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern filwaqt li żammew livell għoli ta’ protezzjoni. Dawn isegwu l-iżviluppi internazzjonali f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), fil- Codex Alimentairius , fl-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-annimali (OIE) u fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC).

L-għanijiet tas-suq intern għal dawn l-oqsma ntlaħqu. Il-Kummissjoni temmen li iktar milli jiġu żviluppati inizjattivi leġiżlattivi ġodda u kbar jeħtieġ li jiġi żgurat li l-liġi eżistenti tiġi applikata kif suppost. Għalhekk, it-taħriġ ta’ dawk li għandhom jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja huwa essenzjali.

Il-liġi Ewropea tħalli f’idejn il-Kummissjoni biex torganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-impjegati ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri inkarigati biex jivverifikaw il-ħarsien tal-liġi Ewropea dwar l-ikel u l-għalf, tar-rekwiżiti għas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u dawk għas-saħħa tal-pjanti. Taħriġ bħal dan huwa wkoll miftuħ għal parteċipanti minn pajjiżi terzi u b’mod partikolari mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Id-dimensjoni Ewropea fit-taħriġ għandha l-għan li tistabbilixxi livell tajjeb ta’ uniformità fil-kontrolli mwettqa u fid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorità li tkun qed tagħmel il-kontrolli skond dawn it-tali kontrolli. B’hekk, permezz ta’ trattament ugwali, tingħata iktar ċertezza lin-negozji ta’ l-ikel kull fejn isiru l-kontrolli.

L-involviment ta’ parteċipanti minn pajjiżi terzi għandu jwassal biex jinftiehmu aħjar ta’ l-istandards ta’ l-ikel ta’ l-UE u tal-proċeduri ta’ l-importazzjoni u b’hekk titnaqqas id-diffikultà għall-pajjiżi terzi, u b’mod partikolari għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, fit-tpoġġija tal-prodotti tagħhom fuq is-suq Ewropew. Dan għandu jwassal ukoll għal iktar konformità ma’ l-istandards ta’ l-ikel ta’ l-UE u għalhekk għal inqas kontrolli u għal kontrolli iktar ssimplifikati waqt l-importazzjoni.

F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tagħti stampa ġenerali ta’ għażliet possibbli li jistgħu jintużaw għall-organizzazzjoni tat-taħriġ mid- Direttorat Ġenerali tagħha għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur ; tagħti l-opinjoni tagħha dwar it-triq ’il quddiem; u tissuġġerixxi metodu li għandu l-għan li joffri taħriġ effiċjenti billi juża, bl-iktar mod ekonomiku possibbli, ir-riżorsi disponibbli.

2. L-ISFOND

Il-liġi ta’ l-ikel, dik ta’ l-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali , ir-rekwiżiti għall-benessri ta’ l-annimali u dawk għas-saħħa tal-pjanti huma bbażati kważi b’mod sħiħ fil-Komunità (ara l-istampa ġenerali fl-Anness I). L-iżvilupp ta’ dawn ir-regoli ppermetta l-ħolqien tas-suq intern ta’ l-ikel, l-għalf, l-annimali ħajjin u l-pjanti fi ħdan il-Komunità filwaqt li żgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u ta’ protezzjoni ta’ l-annimali u tal-pjanti. Fuq livell internazzjonali, il-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija hawn fuq tippermetti konformità ma’ l-obbligi internazzjonali stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali bħal dawk żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-Codex Alimentairius, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-annimali (OIE) u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC).

Flimkien ma’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali[1], il-verifika tal-ħarsien ta’ dawn ir-rekwiżiti hija wkoll ibbażata fuq il-liġi Komunitarja. Dak ir-Regolament jistabbilixxi strateġija integrata u globali għall-verifika min-naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

Strateġija b’saħħitha, integrata u globali bħal din b’orjentazzjoni Komunitarja teħtieġ livell għoli ta’ kompetenza u ta’ għarfien espert mill-awtoritajiet li jkunu qed jagħmlu l-kontrolli u timponi livelli għoljin fuq l-uffiċjali tal-kontroll fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali jkunu effiċjenti, oġġettivi u xierqa. L-impjegati ta’ l-awtoritajiet li jagħmlu l-kontrolli jeħtieġ li jkollhom għarfien vast ta’ perikli differenti (kimiċi, bijoloġiċi u fiżiċi) li jistgħu jinqalgħu tul il-katina alimentari u dik ta’ l-għalf. Huma għandhom ukoll jifhmu l-mekkaniżmi tas-suq li fih l-ikel u l-ingredjenti tiegħu jistgħu jinkisbu minn ħafna sorsi differenti. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jiġu informati dwar problemi speċifiċi ħafna li huma inerenti għall-produzzjoni, l-ipproċessar, il-konservazzjoni u l-metodi tad-distribuzzjoni speċifiċi. Huma għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza għall-għalf u għall-ikel, mar-rekwiżiti għas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u mar-rekwiżiti għas-saħħa tal-pjanti. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jiskopru xi prattika qarrieqa. Għalhekk, il-kontroll tal-produzzjoni u tat-tpoġġija fis-suq ta’ l-għalf u ta’ l-ikel kif ukoll dak tal-produzzjoni u l-kummerċ ta’ l-annimali u l-pjanti jeħtieġ strateġija multi-dixxiplinarja.

Meta l-pajjiżi terzi jkunu qed jesportaw ikel, għalf, bhejjem ħajjin u pjanti lejn il-Komunità għandhom jipprovdu garanziji relatati mal-ħarsien tar-regoli Komunitarji fir-rigward tas-sikurezza ta’ l-ikel, dik ta’ l-għalf, tas-saħħa ta’ l-annimali , tar-regoli għas-saħħa tal-pjanti u, fejn ikun meħtieġ, tar-regoli tal-benessri ta’ l-annimali . Ir-reġim ta’ l-importazzjoni tal-Komunità għall-bhejjem ħajjin u għall-ikel u l-għalf li ġejjin mill-bhejjem huwa bbażat fuq garanziji mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi li jesportaw. Huma għandhom jiċċertifikaw li l-konsenji maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-UE jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ l-UE sabiex jiżguraw li l-livelli xierqa ta’ protezzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti għas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika ikunu sodisfatti. F’każijiet oħra, u b’mod partikolari għall-għalf u l-ikel li joriġinaw mill-pjanti, il-Komunità sserraħ fuq garanziji mogħtija mill-importatur tal-prodotti li hu wkoll għandu jkun kiseb garanziji fuq il-post tal-produzzjoni li r-rekwiżiti ta’ l-UE ġew sodisfatti. Huwa għalhekk essenzjali li dawk kollha involuti fl-importazzjoni ta’ l-annimali ħajjin, ta’ l-għalf, l-ikel jew tal-pjanti jkunu familjari mar-rekwiżiti għall-importazzjoni fl-UE.

Fil-kuntest ta’ hawn fuq, l-impjegati ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-kontrolli u/jew tal-korpi li jagħmlu l-kontrolli fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi jkollhom bżonn taħriġ u aġġornament regolari ta’ l-għarfien tagħhom tar-regoli tal-Komunità fir-rigward tal-liġi ta’ l-ikel, dik ta’ l-għalf, tas-saħħa ta’ l-annimali , tal-benessri ta’ l-annimali u tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-pjanti u tat-tekniċi użati biex jivverifikaw il-ħarsien ta’ dawn. Din il-ħtieġa ġiet rikonoxxuta fir-Regolament (KE) Nru. 882/2004: l-Artikolu 6 tiegħu jimponi l-obbligu fuq l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jiżguraw li l-impjegati li jkunu qed jagħmlu l-kontrolli uffiċjali jirċievu taħriġ xieraq; u l-Artikolu 51 tiegħu jipprovdi l-istrument legali biex jiġi organizzat taħriġ bħal dan fuq il-livell Komunitarju bħala kumplament tat-taħriġ nazzjonali.

3. IL-ħTIEġA GħAL TAħRIġ AħJAR

3.1. Taħriġ aħjar għal ikel iktar sikur u għal bhejjem u pjanti iktar b’saħħithom

Il-ħila li jinkixfu l-qerq u n-nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli hija kruċjali fil-proċess biex jiġi żgurat li jinżamm il-livell ta’ protezzjoni li huwa stabbilit fil-liġi ta’ l-ikel, f’dik ta’ l-għalf, fir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali , f’dawk tal-benessri ta’ l-annimali u fir-rekwiżiti għas-saħħa tal-pjanti. Iż-żieda ta’ ħiliet biex jinkixfu l-qerq u n-nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli għalhekk għandhom iwasslu għal protezzjoni aħjar tas-saħħa umana, għal dik ta’ l-annimali , għall-benessri ta’ dawn u għas-saħħa tal-pjanti. It-taħriġ għalhekk m’għandux jiffoka biss fuq li wieħed jiffamiljarizza ruħu mar-rekwiżiti legali imma wkoll fuq li jikseb ħiliet fir-rigward tat-tekniċi tal-kontroll li għandhom jippermettu, b’mod effiċjenti, li jinkixfu l-prattiċi qarrieqa u n-nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli li jista’ jkollhom effetti ħżiena fuq il-livell ta’ protezzjoni tagħna.

3.2. L-impatt fuq il-kompetittività, is-swieq u l-kummerċ

Id-dimensjoni Ewropea fit-taħriġ għandha rwol importanti biex ixxerred l-għarfien u tqajjem kuxjenza fir-rigward tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u biex tippromwovi l-armonizzazzjoni u l-uniformità ta’ l-attivitajiet u l-proċeduri tal-kontroll fl-UE. In-negozji kollha ta’ l-ikel għandhom jibbenefikaw minn din l-armonizzazzjoni li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ sitwazzjoni ekwa għalihom billi tiżgura livell ġust ta’ uniformità tal-kontrolli mwettqa u tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità li tkun qed tagħmilhom skond dawn il-kontrolli. Dan għandu joffri ċertezza ikbar lin-negozji ta’ l-ikel f’dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ugwali kulfejn jitwettqu l-kontrolli u għalhekk għandu jiffaċilita l-kummerċ ġust.

3.3. L-impatt fuq il-pajjiżi terzi u r-relazzjonijiet internazzjonali

It-taħriġ huwa importanti għall-promozzjoni ta’ proċeduri uniformi għall-kontroll ta’ l-annimali , ta’ l-ikel u ta’ l-għalf importati minn pajjiżi terzi. Huwa għalhekk essenzjali li jiġi ggarantit li l-prodotti importati jħarsu l-liġi Komunitarja u li n-negozji ta’ l-UE jkunu f’pożizzjoni kompetittiva parallela ma’ dik tal-kontropartijiet tagħhom li m’humiex fl-UE.

Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programmi ta’ taħriġ tal-Komunità se jkollha rwol importanti fil-promozzjoni ta’ l-istandards tal-Komunità fuq livell internazzjonali u b’hekk se tkabbar il-kummerċ internazzjonali ta’ ikel sikur u tagħti aċċess iktar faċli lin-negozji ta’ l-UE għal prodotti sikuri mill-pajjiżi terzi.

It-taħriġ huwa strument b’saħħtu biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu mgħejuna biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Komunità u b’hekk jakwistaw aċċess għall-prodotti tagħhom fis-suq ta’ l-UE. Minbarra l-effett ekonomiku pożittiv fuq il-kummerċ, din l-azzjoni għandu jkollha wkoll impatt politiku kemm fl-appoġġ tagħha tal-wegħdiet magħmula mill-UE fuq livell internazzjonali (eż. taħt il-Ftehim WTO SPS f’termini ta’ għajnuna teknika) kif ukoll fit-tkabbir tar-relazzjoni ta’ l-UE mal-pajjiżi li jfornixxu.

It-taħriġ tar-rappreżentanti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jista’ jkun mistenni li jgħolli l-istandards ta’ l-ikel f’dawn il-pajjiżi. Minbarra pożizzjoni kompetittiva aħjar u aċċess iktar faċli għas-suq ta’ l-UE, dan jista’ jikkontribwixxi għal iktar sigurtà u sikurezza fl-ikel għall-konsumaturi f’dawn il-pajjiżi.

3.4. L-impatt fuq l-awtoritajiet pubbliċi

Minkejja li ħafna mir-responsabbiltà għall-informazzjoni u t-taħriġ ta’ l-impjegati li jwettqu l-kontrolli uffiċjali taqa’ f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (l-Artikolu 6 tar-Regolament 882/2004), l-iżvilupp ta’ strateġija Komunitarja ta’ taħriġ għandha l-għan li tikseb iktar uniformità fil-proċeduri, fil-metodi u fir-riżultati tal-kontroll. B’riżultat ta’ uniformità ikbar, il-kontrolli uffiċjali għandhom ikunu iktar effiċjenti u oġġettivi.

L-implimentazzjoni ta’ strateġija Komunitarja ta’ taħriġ għandha tkun strument effettiv biex isir l-aħjar użu tar-riżorsi u biex jiġi determinat l-ammont ta’ flus iffrankati mill-użu ta’ kwantitajiet kbar għall-benefiċċju kemm tal-Komunità kif ukoll ta’ l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali.

3.5. L-impatt fuq il-leġiżlazzjoni

Taħriġ aħjar għandu jiffamiljarizza iktar lill-impjegati li jagħmlu l-kontrolli mar-regoli ta’ l-UE u jwassal biex jinftiehem aħjar l-isfond u l-għanijiet ta’ dawn ir-regoli u r-raġunijiet għalihom. Għalhekk, it-taħriġ huwa mistenni li jnaqqas il-ħtieġa ta’ inizjattivi leġiżlattivi ġodda, kemm jekk dawn ikunu f’għamla ta’ testi li jorbtu legalment u kemm jekk ikunu noti ta’ spjegazzjoni u dokumenti ta’ interpretazzjoni. It-taħriġ għalhekk jista’ jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ġenerali tal-Kummissjoni li jkun hemm inqas leġiżlazzjoni imma li tkun aħjar.

4. IT-TAħRIġ FL-ISTATI MEMBRI

Ħafna Stati Membri għandhom it-tradizzjoni li jorganizzaw korsijiet ta’ taħriġ għall-impjegati tagħhom li jagħmlu l-kontrolli. Bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 882/2004, taħriġ bħal dan sar obbligatorju għall-Istati Membri kollha.

Il-programmi ta’ taħriġ normalment ikunu żviluppati u organizzati mill-awtoritajiet kompetenti li ħafna drabi jkunu mgħejuna minn impjegati akkademiċi. It-taħriġ ikun ipprovdut f’modi differenti u prinċipalment: direttament mill-awtoritajiet kompetenti (jew fuq livell ċentrali u/jew reġjonali/lokali), minn diversi provdituri ta’ taħriġ bħal istituzzjonijiet akkademiċi, laboratorji, entitajiet professjonali, entitajiet privati, minn aġenzija nazzjonali, jew minn taħlita ta’ dawn.

It-taħriġ jinkludi taħriġ fil-klassi, taħriġ ibbażat fuq il-post u tagħlim mill-bogħod. Il-materjal għat-taħriġ jinkludi CD-ROMs , DVDs , vidjows eċċ.

Fost l-għalliema jista’ jkun hemm esperti mid-dipartimenti ta’ l-awtorità kompetenti kif ukoll esperti mid-dinja akkademika, mil-laboratorji, minn organizzazzjonijiet professjonali, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, minn entitajiet privati, eċċ.

Uħud mill-Istati Membri għandhom ċentru wieħed jew iżjed ta’ taħriġ b’għalliema bi kwalifiki għolja ħafna. Dawn iċ-ċentri jkunu ħafna drabi speċjalizzati f’qasam partikolari (eż. fil-benessri ta’ l-annimali , fil-kontrolli veterinarji) b’għalliema professjonali, ikollhom aċċess għal infrastrutturi mgħammra b’mod sħiħ u jkollhom materjal għat-tagħlim żviluppat għal skopijiet ta’ taħriġ.

Il-kapaċità għat-taħriġ fl-Istati Membri għandha tissodisfa domandi għoljin. Huwa stmat li n-numru totali ta’ impjegati li jagħmlu l-kontrolli fl-UE huwa qrib il-50,000 persuna. It-taħriġ f’ċerti każijiet ikopri 100% ta’ l-impjegati fuq bażi annwali għal suġġett partikolari. It-tul medju tat-taħriġ għal kull impjegat ivarja bejn 30 u 80 siegħa fis-sena. In-numru ta’ għalliema involuti fit-taħriġ ivarja minn wieħed għal kull erbgħa sa wieħed għal kull għoxrin impjegat li jkun qed jiċievi t-taħriġ[2]. Mill-informazzjoni disponibbli, jidher li l-grad ta’ l-iżvilupp tat-taħriġ ivarja b’mod importanti minn pajjiż għall-ieħor ta’ l-UE. Fid-dawl tal-ħidma kbira li għandha titwettaq, l-Istati Membri esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li l-Kummissjoni se tkopri numru ta’ ħtiġiet fit-taħriġ u b’hekk tippermettilhom li jirrevedu l-prijoritajiet nazzjonali tat-taħriġ.

5. IT-TAħRIġ U L-PAJJIżI TERZI/IL-PAJJIżI LI QED JIżVILUPPAW

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom responsabbiltà li dejjem qed tikber iżjed li jiżguraw li r-rekwiżiti tal-Komunità jintlaħqu fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet kollha ta’ l-ikel, l-għalf, il-bhejjem, il-pjanti u l-prodotti li ġejjin minnhom mill-pajjiżi terzi. L-UE issa timporta tali prodotti minn iktar minn 200 pajjiż minn madwar id-dinja. Dawn il-pajjiżi jvarjaw minn dawk l-iktar żviluppati għall-ifqar pajjiżi fid-dinja.

L-esperjenza wriet li l-konsenji ta’ l-ikel mill-pajjiżi terzi mhux dejjem iħarsu l-Liġi Ewropea ta’ l-Ikel. Is-Sistema Rapida ta’ Allarm għall-Ikel u għall-Għalf, ibbażata fuq l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru. 178/2002[3], turi li fl-2005 46% tan-notifiki kollha rriżultaw minn kontrolli fuq l-ikel importat li saru fil-Postijiet ta’ Spezzjoni fuq il-Fruntiera. Dan irriżulta f’1 453 konsenja ta’ importazzjoni li ġiet irrifjutata. Barra minn hekk, 5% oħra tal-konsenji minn pajjiżi terzi li diġà kienu ġew rilaxxati ġew suġġetti għal notifika.

L-ilħuq ta’ l-istandards ta’ l-UE huwa kondizzjoni għall-importazzjoni ta’ ikel, għalf, bhejjem u pjanti minn pajjiżi terzi. Il-ħarsien ta’ dawn l-istandards huwa meħtieġ biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ mard ta’ l-annimali u tal-pjanti fil-KE u biex jiġu ggarantiti kemm livell għoli ta’ sikurezza fl-ikel kif ukoll provvista ta’ għalf sikur għall-bhejjem. Huwa essenzjali li l-pajjiżi terzi jiġu informati dwar dawn l-istandards sabiex tkun permessa iktar konformità u b’hekk jonqos in-numru ta’ konsenji rrifjutati fuq il-fruntieri ta’ l-UE.

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-organizzazzjoni tal-kontrolli fuq il-prodotti tagħhom għall-esportazzjoni u, konsegwentement, f’li dawn ikunu konformi/ekwivalenti ma’ l-istandards stabbiliti mill-UE. Il-kummerċ ta’ l-ikel huwa estremament importanti għal ħafna minn dawn il-pajjiżi fejn il-livell ta’ l-għajxien u l-iżvilupp soċjali-ekonomiku huwa marbut direttament mal-possibbiltà li jpoġġu l-prodotti tagħhom fuq is-suq globali.

L-UE hija sensittiva ħafna għal dawn l-aspetti u, filwaqt li m’għandhiex l-intenzjoni li tikkomprometti l-livell tal-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza fl-ikel, toqgħod attenta ħafna sabiex tiżgura li l-prodotti minn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, ma jiġux esklużi mis-suq ta’ l-UE. Għalhekk, l-UE żviluppat numru ta’ strumenti li għandhom l-għan li jgħinu lill-pajjiżi terzi jassimilaw standards u rekwiżiti Ewropej eżistenti dwar is-sikurezza ta’ l-ikel u l-għalf, is-saħħa ta’ l-annimali , il-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Ir-Regolament (KE) Nru. 882/2004 jinkludi dispożizzjonijiet għall-għajnuna teknika, proġetti konġunti, l-iżvilupp ta’ linji ta’ gwida u programmi ta’ taħriġ biex jgħinu lill-pajjiżi terzi jissodisfaw l-istandards u r-rekwiżiti ta’ l-UE u jorganizzaw kontrolli uffiċjali fuq prodotti esportati lejn l-UE.

It-taħriġ għall-pajjiżi terzi huwa konformi wkoll b’mod sħiħ mal-Politika Ewropea ta’ Viċinat (ENP – European Neighbourhood Policy ). L-ENP attwalment hija element prinċipali tal-politika esterna ta’ l-UE. Din il-prijorità ta’ l-ENP tista’ tiġi riflessa fl-inizjattiva tat-taħriġ.

L-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ Komunitarju jeħtieġ li jagħmel enfasi fuq id-dimensjoni internazzjonali ta’ l-istandards tas-sikurezza ta’ l-ikel u l-għalf u fuq il-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-pjanti . F’din il-perspettiva, se jiġu organizzati attivitajiet ta’ taħriġ għall-parteċipanti minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li jkun promoss il-kummerċ sikur ta’ l-annimali , tal-pjanti, ta’ l-ikel u ta’ l-għalf u li b’hekk se jippermettu lill-Kummissjoni li tonora l-obbligi politiċi li saru fuq livell internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex ulterjorment jippreparaw il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi petenzjalment kandidati waqt li tqis strateġiji politiċi oħra bħall-ENP.

6. INIZJATTIVI KOMUNITARJI GħAT-TAħRIġ FIL-PASSAT U FIL-PREżENT

Il-Kummissjoni organizzat jew għadha torganizza numru ta’ attivitajiet ta’ taħriġ fl-oqsma ta’ interess. Dawn jinkludu:

6.1. It-taħriġ skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE

L-iskambju ta’ l-impjegati ta’ l-awtoritajiet li jagħmlu l-kontrolli fl-Istati Membri huwa metodu ta’ taħriġ li ġie applikat fil-passat fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju[4]. Ħafna minn dawn l-iskambji kienu jikkonsistu f’soġġorn estiż ta’ l-impjegati li jagħmlu l-kontrolli ta’ Stat Membru fuq Post ta’ Spezzjoni fuq il-Fruntiera ta’ Stat Membru ieħor. L-esperjenza ta’ l-organizzazzjoni ta’ skambju bħal dan kienet pożittiva. Hija ppermettiet lil ħafna uffiċjali nazzjonali tal-kontroll li jsiru iktar familjari ma’ l-organizzazzjoni tal-kontrolli fuq l-importazzjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-bhejjem.

Għalkemm mhux eskluż li l-attivitajiet ta’ taħriġ fil-futur jistgħu jinkludu l-iskambju ta’ impjegati, wieħed għandu jinnota li metodu ta’ taħriġ bħal dan ikollu valur miżjud Ewropew biss meta jkun imdaħħal fi programm ta’ taħriġ ibbażat fuq materjal għat-taħriġ li jkollu għan komuni u li jkun ġie żviluppat apposta għall-iskop tat-taħriġ fir-rigward ta’ suġġett partikolari, bħall-proċeduri għall-importazzjoni.

Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, ġew ukoll organizzati korsijiet ta’ taħriġ ta’ ġimgħa fuq diversi suġġetti (eż. l-iġjene tal-laħam, il-prodotti tal-ħut, eċċ.) f’istituti fl-Istati Membri (eż. f’Lyon, Berlin, Londra, Bremen) li għalihom attendew esperti minn diversi Stati Membri. Dawn il-korsijiet ikkonċentraw prinċipalment fuq l-aspetti differenti tal-leġiżlazzjoni veterinarja u ppermettew lill-parteċipanti jifhmu aħjar ir-regoli tal-Komunità fil-qasam konċernat.

6.2. Il-proġetti ta’ taħriġ ad-hoc

Qed jingħata taħriġ ad hoc għal proġetti ta’ taħriġ organizzati fl-2006. Għalhekk, il-Kummissjoni ħarġet numru ta’ sejħiet għall-offerta (ara l-Anness II)

Proġetti bħal dawn jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi ħafna u t-taħriġ jingħata minn entitajiet ferm ikkwalifikati. Uħud minn dawn l-attivitajiet huma indirizzati speċifikament għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u jkopru nazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

Fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni, għadu kmieni wisq biex jingħata rapport dettaljat dwar il-kwalità ta’ rendiment f’dan il-qasam. B’mod ġenerali, ir-rispons mill-parteċipanti kien pożittiv ħafna u juri li hemm ħtieġa kbira biex it-taħriġ jidħol fis-seħħ.

6.3. It-taħriġ mil-Laboratorji ta’ Referenza tal-Komunità

Skond il-liġi ta’ l-UE fuq l-ikel, l-għalf, is-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali , twaqqfu 39 Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità (CRLs). Kull wieħed minn dawn is-CRLs jifforma netwerk mal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali (NRLs) fl-Istati Membri. Is-CRLs għalhekk jipprovdu lill-NRLs bl-informazzjoni u l-istruzzjonijiet dwar il-metodi ta’ l-analiżi u tad-djanjosi, jagħmlu arranġamenti prattiċi biex japplikaw metodi ġodda, jgħinu fid-djanjosi meta jfaqqa’ l-mard eċċ. Il-kompitu tagħhom huwa wkoll li jmexxu korsijiet ta’ taħriġ tal-bidu u korsijiet iktar avvanzati għall-benefiċċju ta’ l-impjegati tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u ta’ l-esperti mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. F’dan il-kuntest, is-CRLs jorganizzaw mill-inqas kors ta’ taħriġ wieħed kull sena. Dawn il-korsijiet ta’ taħriġ jippruvaw jiżguraw li l-metodi ta’ l-analiżi u tad-djanjosi jitwettqu bil-kompetenza meħtieġa u b’mod uniformi biex b’hekk jiggarantixxu riżultati li wieħed jista’ jserraħ fuqhom.

Huwa utli li wieħed jibni fuq l-esperjenza eċċellenti miksuba f’dan il-qasam u li jesplora l-possibbiltajiet għall-kollaborazzjoni futura bejn is-CRLs u l-inizjattiva ġdida tat-taħriġ b’enfasi partikolari fuq il-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati tal-laboratorji mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

6.4. It-taħriġ minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni

Direttorati Ġenerali oħra tal-Kummissjoni jorganizzaw taħriġ bil-għan li jippreparaw lill-Istati Membri kandidati għall-adeżjoni tagħhom fl-UE (id-DĠ tat-Tkabbir), biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-applikazzjoni ta’ miżuri Sanitarji u Fitosanitarji ta’ l-UE (id-DĠ tal-Kummerċ), jew permezz tal-programmi esterni ta’ għajnuna tal-KE (EuropeAid). Il-JRC jagħti korsijiet ta’ taħriġ fuq is-sigurtà ta’ diversi ikel u għalf u fuq kwistjonijiet ta’ kwalità. B’mod partikolari, fuq aspetti speċifiċi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandard ta' kwalità ISO/IEC 17025 kif meħtieġ għal-laboratorji uffiċjali ta' kontroll ta' l-ikel u l-għalf. Dawn il-korsijiet jinkludu taħriġ prattiku u turija ta' metodi analitiċi fil-laboratorji tal-JRC. Enfasi speċjali tpoġġiet fil-preparazzjoni ta' esperti mill-Istati Membri ġodda, mill-pajjiżi li qed jaderixxu, mill-pajjiżi kandidati u mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Ġeneralment dawn il-proġetti ma jidħlux fuq l-inizjattivi tad-DĠ tal-Ħarsien tas-Saħħa u l-Konsumatur jew ma jikkompetux magħhom. Fejn jista’ jkun hemm riskju ta’ interferenza, il-kwistjonijiet jiġu diskussi u kkoordinati fi grupp ta’ tmexxija tal-Kummissjoni għas-servizzi reċiproċi maħluq għal dak il-għan.

7. IT-TAħRIġ KOMUNITARJU FUTUR

7.1. L-isfond legali

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru. 882/2004 jippermetti lill-Kummissjoni li torganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-impjegati ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u għall-parteċipanti mill-pajjiżi terzi. L-enfasi ssir fuq il-parteċipanti mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. L-oqsma koperti minn taħriġ bħal dan huma l-liġi ta’ l-ikel u dik ta’ l-għalf u r-rekwiżiti għas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali .

Is-saħħa tal-pjanti hija biss parzjalment koperta mill-bażi legali tar-Regolament (KE) Nru. 882/2004. Madankollu, l-Artikolu 2(1)(i) tad-Direttiva 2000/29/KE[5] joffri bażi legali għat-taħriġ fis-settur tas-saħħa tal-pjanti sabiex l-attivitajiet ta’ taħriġ organizzati mill-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu b’mod sħiħ dak is-settur.

7.2. Il-parteċipazzjoni fit-taħriġ ta’ persuni li ma jaħdmux mal-Gvern

Minn perspettiva ġenerali, wieħed jista’ jistenna li t-taħriġ ta’ l-operaturi tan-negozju se jwassal għal iktar effiċjenza mill-ħaddiema tas-sengħa, għal rendiment aħjar permezz ta’ programmi li jtejbu l-kapaċità, għal implimentazzjoni aħjar ta’ l-istandards ta’ l-UE u għalhekk għal livell ogħla ta’ protezzjoni.

Parteċipazzjoni bħal din tippermetti lin-negozji ta’ l-ikel li jadattaw il-proċeduri tal-ġestjoni tagħhom sabiex jiżguraw l-effiċjenza fil-ħarsien tar-regoli. Hija tista’ twassal għal vantaġġi fis-sens li jitnaqqas ir-riskju li jitneħħew prodotti mis-suq. Il-ħarsien aħjar tar-regoli, jista’ wkoll inaqqas il-ħtieġa ta’ kontrolli uffiċjali u possibilment ta’ l-ispejjeż marbuta ma’ kontrolli bħal dawn.

Madankollu, il-bażi legali taħseb sabiex it-taħriġ ikun organizzat u ffinanzjat mill-baġit tal-Komunità għall-impjegati ta’ l-awtoritajiet kompetenti biss u b’hekk teskludi l-parteċipazzjoni ta’ dawk li qegħdin jitħarrġu min-negozji ta’ l-ikel u li jkunu qed jirċievu t-taħriġ. Il-parteċipazzjoni ta’ dawn li qegħdin jitħarrġu ma għandhiex tirriżulta f’nefqa għall-baġit ta’ l-UE. F’kull eventwalità, l-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill-aġenziji ta’ taħriġ nazzjonali tagħhom biex jiżviluppaw taħriġ xieraq għal min iwettaq it-taħriġ.

7.3. Il-volum ta’ taħriġ tal-Komunità

L-attivitajiet ta’ taħriġ li huma organizzati fl-2006 jikkonċernaw kważi 1500 parteċipant. Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-attivitajiet għall-2006 huma kkunsidrati bħala fażi tal-bidu, għandu jkun possibbli li gradwalment jiżdied in-numru ta’ parteċipanti sabiex tintlaħaq medja ta’ 6000 parteċipant.

Il-Kummissjoni temmen li huwa importanti li l-ewwelnett jitħarrġu dawk responsabbli mit-taħriġ fl-Istati Membri jkunu mħarrġa sabiex jgħaddu messaġġ tajjeb lil dawk li jkunu se jirċievu t-taħriġ fl-Istati Membri. It-taħriġ ta’ dawn il-persuni għandu jkun kontinwu minħabba li l-liġi Komunitarja dejjem tiżviluppa. Barra minn hekk, it-taħriġ Komunitarju għandu jindirizza lill-impjegati tal-kontrolli li jaħdmu kuljum dwar diversi aspetti tal-liġi Komunitarja, skond għażla li għandha ssir mill-Istati Membri, u lill-parteċipanti mill-pajjiżi terzi.

It-tul tas-sessjonijiet tat-taħriġ ivarja bejn jumejn u għaxart ijiem. Meta wieħed iqis in-numru previst ta’ parteċipanti, dan jammonta għal volum ta’ taħriġ konsiderevoli ta’ madwar 960 jum ta’ taħriġ fis-sena u b’hekk jitlob riżorsi sinifikanti.

7.4. Il-ġestjoni tat-taħriġ Komunitarju

Tkun liema tkun is-sistema ta’ taħriġ magħżula, għandu jkun hemm ġestjoni kontinwa li tippermetti li jiġu stabbiliti l- prijoritajiet u li jiġu identifikati l-proġetti ta’ taħriġ, li jiġi stabbilit programm ta’ taħriġ (annwali jew multi-annwali), li tiġi vverifikata l-kwalità tat-taħriġ , li tiġi vverifikata l-kwalità tal-materjal tat-taħriġ, u li jiġu stabbiliti l- proċeduri meħtieġa għall-funzjonament bla problemi ta’ sistema ta’ taħriġ.

Dawn l-attivitajiet huma parti mill- attivitajiet ċentrali tal-Kummissjoni. Għall-ġestjoni ta’ kuljum ta’ sistema Komunitarja ta’ taħriġ, huwa neċessarju li s-servizzi tal-Kummissjoni jiġu mgħejjuna minn persuni jew korpi oħrajn sabiex iwettqu l-kompiti msemmija hawn fuq. Dawn jinkludu l-ewwelnett lill-Istati Membri, imma possibilment ukoll lil organizzazzjonijiet mhux governattivi. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tikkonsulta lil dawn il-partijiet interessati fil-kwistjonijiet tat-taħriġ.

7.5. Kriterji għal sistema Komunitarja futura ta’ taħriġ

Jeżistu diversi possibbiltajiet biex jiġi organizzat programm Ewropew ta’ taħriġ. L-għażla għandha ssir billi jitqiesu parametri differenti, u b’mod partikolari:

( It-taħriġ ta’ l-UE għandu jkun komplementarju : it-taħriġ organizzat fuq il-livell Komunitarju m’għandux jikkompeti mat-taħriġ organizzat mill-Istati Membri imma għandu jkun komplementarju miegħu billi jżid dimensjoni Ewropea fit-taħriġ.

( Ibbażat fuq il-prijoritajiet : fid-dawl ta’ l-ambitu wiesa’ li t-taħriġ għandu jkopri, jeħtieġ li jiġu stabbiliti prijoritajiet ċari. La huwa possibbli u lanqas neċessarju li jingħata taħriġ fuq il-kwistjonijiet kollha koperti mil-liġi Komunitarja ta’ l-għalf u l-ikel, mir-rekwiżiti għas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u mir-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti. Il-programm Ewropew ta’ taħriġ għandu jagħmel enfasi fuq id-dimensjoni Ewropea tal-kontrolli uffiċjali, filwaqt li l-Istati Membri jinsabu f’qagħda aħjar biex jorganizzaw taħriġ fuq kwistjonijiet ta’ kontroll li jaqgħu fi ħdan il-qafas legali nazzjonali.

( Il-flessibilità : għandu jkun possibbli li wieħed jirreaġixxi malajr għall-emerġenzi sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri involuti kollha jġibu ruħhom bl-istess mod quddiem theddida possibbli. Dan jirrikjedi l-possibbiltà li s-sistema tiġi adattata malajr u li jkun hemm aċċess faċli għall-għarfien espert disponibbli.

( L-eċċellenza : kull sistema għandha tkun ta’ l-ogħla livell possibbli. Dan ikun jirrikjedi l-użu ta’ materjal għat-tagħlim ta’ kwalità għolja u tagħlim minn għalliema ferm ikkwalifikati.

( It-trasparenza : għandu jkun hemm komunikazzjoni sħiħa u ċara mal-partijiet kollha interessati fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ u tal-possibbiltajiet għall-parteċipazzjoni.

( Strateġija globali u komprensiva : inizjattiva ta’ taħriġ għandha tkopri l-oqsma wiesa’ ħafna tal-liġi ta’ l-ikel, dik ta’ l-għalf, tar-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali , tar-regoli dwar il-benessri ta’ l-annimali u tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-pjanti. Dan jeħtieġ strateġija globali b’kontribut ta’ għarfien espert speċjalizzat f’dawn l-oqsma.

( Il-kontinwità : it-taħriġ għandu jingħata fuq perjodu estiż minn tim stabbilit tajjeb li jkun familjari mal-politika ta’ l-UE fl-oqsma ta’ interess sabiex tiġi żgurata kwalità għolja u uniformi ta’ taħriġ.

( Il-Kummissjoni m’għandhiex tabbanduna l-kontrolli fuq it-taħriġ: il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tkun kapaċi tmexxi l-programm ta’ taħriġ, tivverifika l-kwalità ta’ l-attivitajiet ta’ taħriġ u tal-materjal għat-tagħlim u tkun kapaċi timponi azzjoni korrettiva meta din tkun meħtieġa.

7.6. Il-kooperazzjoni ma’ l-entitajiet nazzjonali ta’ taħriġ

Ma tkunx ġestjoni tajba jekk wieħed jinjora l-isforzi għat-taħriġ li ħafna drabi jkunu eċċellenti, il-faċilitajiet u l-għodda għat-taħriġ li huma stabbiliti f’ċerti Stati Membri. Għalhekk, huwa tajjeb li wieħed juża l-esperjenza u l-eżistenza tagħhom għall-iskopijiet tal-Komunità.

L-entitajiet nazzjonali jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-UE fejn jidħol it-tixrid tal-politika Ewropea dwar kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza ta’ l-ikel u l-għalf, mas-saħħa ta’ l-annimali , mal-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Huma jistgħu jsiru ċentru ta’ referenza li jgħin fl-attivitajiet tat-taħriġ fl-Istati Membri l-oħra l-ewwelnett billi “jħarrġu lil dawk li se jagħtu t-taħriġ”, imma wkoll billi jorganizzaw sessjonijiet ta’ taħriġ regolari għall-impjegati ta’ l-awtoritajiet tal-kontrolli fl-Istati Membri u għal dawk mill-pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni temmen li s-sistema ta’ kooperazzjoni ma’ l-entitajiet nazzjonali ġġib magħha numru ta’ vantaġġi li jagħmluha sistema importanti għall-ġestjoni ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ:

( Din tkun flessibbli. Hi tkun tista’ tippermetti li jingħataw kompiti speċjali lil xi aġenzija partikolari f’perjodu relattivament qasir u l-programm ta’ ħidma ta’ l-entitajiet jkun jista’ jiġi adattat skond il-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni.

( Hi tkun tista’ tagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri.

( Hi tkun tista’ tibbenefika mill-esperjenza u mid-disponibbiltà ta’ l-infrastrutturi li huma diġà disponibbli fl-Istati Membri.

( Hi tkun tista’ ssaħħaħ il-viżibilità tar-rwol vitali Ewropew f’dan il-qasam politiku li huwa ta' importanza kruċjali għaċ-ċittadini.

Il-Kummissjoni se tkompli teżamina kif din il-kooperazzjoni tista’ tiġi organizzata fil-prattika.

8. GħAżLIET POSSIBBLI GħALL-ORGANIZZAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET TA’ TAħRIġ MID-DIRETTORAT-ġENERALI TAS-SAħħA U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR

8.1. Kuntratti għall-organizzazzjoni tat-taħriġ

Il-ħruġ ta’ kuntratt jew kuntratti mill-Kummissjoni li jistabbilixxi/u t-termini ta’ referenza għall-organizzazzjoni ta’ l-elementi differenti tat-taħriġ (eż. l-għoti ta’ taħriġ, it-tfassil ta’ materjal għat-tagħlim, il-ġestjoni tal-programm, l-aspetti loġistiċi, l-iżvilupp ta’ programm ta’ tagħlim permezz ta’ l-Internet) jista’ jitqies bħala għażla ta’ siwi kbir għall-organizzazzjoni tat-taħriġ Komunitarju. Metodu bħal dan huwa flessibbli: huwa jippermetti li jiġu deskritti l-karatteristiċi tal-ħtiġiet għat-taħriġ skond il-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-kuntratti jistgħu wkoll ikopru perjodu partikolari li matulu jista’ jkun mistenni li jitlesta proġett ta’ taħriġ partikolari. Skond it-tip ta’ kuntratt, huwa wkoll possibbli li wieħed jittratta ħtiġiet iktar urġenti għat-twettiq ta’ proġett ta’ taħriġ partikolari.

Minħabba li l-kuntratti jistgħu jinfirxu fuq numru ta’ snin, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kontinwità fl-aħħar ta’ kuntratt jista’ jitnaqqas imma mhux jitneħħa. L-esperjenza li tkun inġabret fuq numru ta’ snin tista’ tintilef fl-aħħar ta’ kuntratt.

8.2. Servizz speċjalizzat tal-Kummissjoni

Tista’ tkun prevista l-possibbiltà li jinħoloq ċentru ta’ taħriġ b’faċilitajiet, infrastrutturi u impjegati permanenti bħala servizz speċjalizzat tal-Kummissjoni. Il-konsegwenzi prattiċi ta’ dan ikunu importanti għall-Kummissjoni: infrastrutturi mgħammra b’mod sħiħ, il-ħtieġa ta’ biżżejjed impjegati li jkunu disponibbli b’mod permanenti fosthom għalliema, impjegati għall-ġestjoni ta’ kuljum, il-ġestjoni tal-programm ta’ taħriġ, l-iżvilupp ta’ materjal għat-taħriġ, l-istedina ta’ persuni li jirċievu t-taħriġ, arranġamenti loġistiċi, eċċ. Anke jekk xi wħud minn dawn il-kompiti jistgħu jingħataw barra, sistema bħal din tkun teħtieġ riżorsi importanti ħafna, kemm umani kif ukoll finanzjarji, u m’huwiex probabbli li riżorsi bħal dawn jistgħu ikunu disponibbli. Il-vantaġġ huwa li l-messaġġ Ewropew jista’ jixxerred permezz ta’ sistema li tkun qrib ta’ l-iżvilupp tal-politika.

8.3. Aġenzija eżekuttiva

Ir-Regolament (KE) Nru. 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[6] jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva u li tiġi fdata b’ċerti kompiti tal-ġestjoni marbuta ma’ programm tal-Komunità. Dan ikun jista’ jippermetti lill-Kummissjoni li tiffoka fuq l-attivitajiet u x-xogħol ċentrali tagħha li ma jistax jingħata barra, mingħajr ma din tabbanduna l-kontroll jew ir-responsabbiltà aħħarija fuq l-attivitajiet ġestiti minn aġenzija eżekuttiva bħal din.

Il-ġestjoni ta’ programm bħal dan tinkludi kompiti tekniċi li ma jinvolvux it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u li jeħtieġu livell għoli ta’ kompetenza teknika u finanzjarja. F’dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ, dawn il-kompiti jistgħu jkunu jinkludu l-ġestjoni tal-proċeduri fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni ta’ programm tat-taħriġ. Li wieħed jafda kompiti bħal dawn lil xi aġenzija eżekuttiva jista’ jkun mod li bih jinkiseb taħriġ b’mod effiċjenti. Aġenzija bħal din tkun tista’ wkoll tagħti profil u viżibbiltà għolja tal-proġett ta’ taħriġ.

Madankollu, qabel ma jiġu ffinalizzati r-riflessjonijiet fuq għażla bħal din iridu jittieħdu numru ta’ passi proċedurali. Wieħed minn dawn huwa li ssir analiżi tan-nefqa u l-benefiċċju billi jitqiesu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 58/2003. Barra minn hekk, qabel ma l-Kummissjoni tkun tista’ toħloq Aġenzija Eżekuttiva ġdida jew testendi l-posponiment ta’ waħda eżistenti, il-Kumitat Regolatorju ta’ l-Aġenziji Eżekuttivi għandu jagħti opinjoni pożittiva u l-Parlament Ewropew jeħtieġ li jkun involut fuq il-bażi ta’ arranġamenti ta’ ħidma miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja.

Idea interessanti li teħtieġ iżjed riflessjoni hija li l-attivitajiet tat-taħriġ ikunu jistgħu jingħaqdu ma’ l-attivitajiet ta’ l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika” maħluqa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE[7]. Il-kompiti ta’ dik l-Aġenzija għalhekk jiġu estiżi b’pakkett ġdid ta’ responsabbiltajiet. Imbagħad din tkun tista’ tgħaqqad programmi differenti ġestiti mid-Direttorat-Ġenerali tal-Ħarsien tas-Saħħa u l-Konsumatur fi struttura waħda. Il-vantaġġ ta’ strateġija bħal din ikun li l-istrutturi ġenerali eżistenti meħtieġa għall-ġestjoni ta’ aġenzija huma diġà fis-seħħ u b’hekk jippermettu l-implimentazzjoni tal-programm ta’ taħriġ bla ma jkun hemm il-ħtieġa li tinħoloq struttura ta’ organizzazzjoni ġdida (il-Kumitat ta’ Tmexxija u d-Direttur). It-twaħħid tal-programmi differenti jżid ukoll l-effiċjenza ta’ l-Aġenzija eżistenti.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Alimentari (EFSA) mhijiex waħda mill-għażliet biex torganizza dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ. L-EFSA għandha ħidma speċifika biex twettaq valutazzjoni tar-riskju. Li torganizza t-taħriġ, li huwa marbut mal-ġestjoni tar-riskju, inkun f’kunflitt mal-mandat attwali tagħha. Apparti dan, l-EFSA hija aġenzija regolatorja li għaliha japplikaw ir-riflessjonijiet li jaqgħu taħt punt 8.4.

8.4. Aġenzija Regolatorja

Entità Ewropea ta’ taħriġ li twettaq il-kompiti kollha, jew parti minnhom, marbuta ma’ l-organizzazzjoni u t-twettiq tat-taħriġ tista’ wkoll titqies bħala organizzazzjoni indipendenti mill-Kummissjoni, li taħdem skond ir-Regolament li jwaqqafha biex tkun adottata mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, taħt il-forma ta’ aġenzija regolatorja. Il-kompiti tagħha jistgħu jkunu jinkludu t-twettiq tat-taħriġ, it-taħriġ u r-reklutaġġ ta’ l-għalliema, l-iżvilupp ta’ materjal għat-taħriġ, il-komunikazzjoni u r-reklamar biex tiġbed bl-iktar mod effiċjenti lill-gruppi interessati fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi, u n-netwerking ma’ aġenziji nazzjonali.

Fir-rigward ta’ aġenzija eżekuttiva, aġenzija regolatorja tkun tista’ tagħti profil ogħla lit-taħriġ tal-Komunità billi tidentifika t-taħriġ miegħu. B’hekk tnaqqas il-piż amministrattiv għall-Kummissjoni peress li l-aġenzija timpjega lin-nies tagħha u tieħu ħsieb il-ġestjoni tal-baġit tagħha hi stess.

Madankollu, min-natura tagħha, aġenzija regolatorja hija entità distinta mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità li għandha l-personalità legali tagħha u li taħdem indipendentement mill-Kummissjoni. Għalhekk ikun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ koordinazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni. Minn dak l-aspett, l-għażla li tinħoloq aġenzija ġdida jew li jiġi estiż il-posponiment ta’ waħda eżistenti ma jkunx l-aktar mod xieraq biex jiġi pprovdut it-taħriġ ta’ l-UE.

9. PASSI ULTERJURI LI GħANDHOM JITTIEħDU MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni se tkompli tirrifletti fuq il-possibbiltà ta’ programm ta’ taħriġ li jiġi eżegwit minn aġenzija eżekuttiva (l-għażla 8.3). Madankollu, se jkun hemm eżaminazzjoni attenta tal-possibiltà legali taħt id-dispożizzjonijiet tal-qafas legali u ta’ arranġamenti prattiċi sabiex ikun possibbli l-użu ta’ riżorsi finanzjarji min-naħa tal-baġit tal-Komunità qabel din id-Deċiżjoni. Din is-soluzzjoni hija meqjusa li tiggarantixxi li l-għanijiet ewlenin tal-Kummissjoni se jintlaħqu u b’mod partikolari li l-attivitajiet ċentrali jibqgħu f’idejn il-Kummissjoni (ara r-Regolament Nru. 58/2003). Għalhekk, il-Kummissjoni se tagħmel malajr kemm jista’ jkun l-analiżi msemmija hawn fuq tan-nefqa u l-benefiċċji.

10. L-EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT

L-impatt ta’ l-organizzazzjoni tal-programmi tat-taħriġ fuq aspetti differenti tal-ħajja soċjo-ekonomika ġie evalwat u ppubblikat flimkien ma’ din il-komunikazzjoni. Dan jinkludi analiżi tan-nefqiet ibbażata fuq l-esperjenza miksuba matul il-fażi tal-bidu ta’ numru ta’ attivitajiet ta’ taħriġ organizzati fl-2006.

Fuq dik il-bażi, tista’ tiġi stmata n-nefqa totali ta’ programm annwali ta’ taħriġ, billi jitqiesu ċerti parametri bħan-numru ta’ parteċipanti kull sena, it-tul medju ta’ kors, in-numru ta’ parteċipanti f’kull kors u l-għażla tal-ġestjoni, li tkun inkluża fi ħdan l-iskala ta’ bejn € 13.2 M u € 19.8 M matul l-2007-2011: din l-attività hija prevista li tkun finanzjata taħt il-baġit ta’ l-EAGGF.

Nefqa ogħla hija mistennija fil-bidu ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ. Dan minħabba n-numru ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni, li probabbilment ikunu għoljin matul dak il-perjodu, b’mod partikolari mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, fejn in-numru ta’ persuni li jirċievu t-taħriġ jista’ jvarja bejn 6 000 u 9 000. Wara l-ewwel sentejn, huwa previst li jkun hemm tnaqqis fin-numru ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni.

11. KONKLUżJONIJIET

Il-Kummissjoni se taħdem biex ikollha struttura permanenti disponibbli li għandha tippermetti li l-attivitajiet ta’ taħriġ fl-oqsma tal-liġi ta’ l-ikel, tal-liġi ta’ l-għalf u tas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali jiġu organizzati b’mod effiċjenti u effettiv.

Permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni se tkompli teżamina l-għażliet differenti għall-ġestjoni ta’ programm ta’ taħriġ. Ikun x’ikun ir-riżultat ta’ dawn ir-riflessjonijiet, ikun jeħtieġ li jittieħdu numru ta’ passi proċedurali. Dawn jinkludu l-ordni ta’ analiżi tal-valur tal-benefiċċji li jirriżultaw min-nefqiet fil-każ ta’ aġenzija eżekuttiva, u l-adozzjoni tar-regoli ta’ l-implimentazzjoni għall-organizzazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ kif mitlub fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru. 882/2004. Dawn ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni jistgħu jinkludu kwistjonijiet ta’ ġestjoni bħal proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex jiġu stabbiliti programm ta’ taħriġ annwali, il-konsultazzjoni ta’ dawk interessati u possibilment il-kuntatt ma’ l-entità tat-taħriġ.

Wieħed għandu jqis li ċerti għażliet, bħal aġenzija regolatorja jew servizz speċjalizzat tal-Kummissjoni, huma meqjusa bħala li ma joffrux l-aħjar soluzzjonijiet alternattivi għal taħriġ effiċjenti. Fil-każ ta’ aġenzija regolatorja, il-Kummissjoni tkun qed tissogra li tabbanduna l-kontroll fuq il-programm ta’ taħriġ tagħha u ż-żewġ għażliet probabbilment ikunu jitolbu riżorsi importanti.

ANNEX I: Overview of Community measures

The requirements of food law, feed law, animal health rules, animal welfare requirements and plant health have been established gradually over a period covering almost 40 years. The situation at present can be summarised as follows:

Food and feed law

( The general food law

( Labelling and nutrition

( Biotechnology

( Chemical safety of food

( Biological safety of food

( Animal nutrition

( Food and feed controls

See http://europa.eu.int/comm/food/food/index_en.htm

Animal health rules

( Preventive health measures on intra-community trade and imports of:

( live animals

( semen, ova and embryos

( animal products

( Community legislation on animal diseases:

( new Animal Health Strategy to improve the prevention and control of animal disease in the EU

( control measures, to be taken as soon as the presence of a disease is suspected

( eradication and monitoring programmes, for the diseases that are already within the Community

( EU financial contribution

( Other activities: identification measures to guarantee the traceability of the animals

See http://europa.eu.int/comm/food/animal/index_en.htm

Animal welfare rules

( The protection of animals on the farm and in particular laying hens, calves and pigs

( The protection of animals during transport

( The protection of animals at time of slaughter or killing

See http://europa.eu.int/comm/food/animal/index_en.htm

Plant health rules

( Plant protection

( Harmful organisms

( Property rights

( Genetic resources

( Seeds and plant propagating material

( GM plants and seeds

See http://europa.eu.int/comm/food/plant/index_en.htm

ANNEX II: Training for developing countries in 2006

Following courses were developed in 2006:

( HACCP implementation and assessment

( Highly Pathogenic Avian Influenza

( European Standards for the importation of fruit and vegetables, and fishery products

( Import control procedures at border inspection posts

( Standards for animal by-products

( Animal welfare at the time of slaughter of meat producing animals

Of those, the following were addressed to developing countries selected on the basis of their trade records or their potential trade with the EU:

( Imports of fruit and vegetables: El Salvador, 30 May-1 June 2006, Malaysia, scheduled for September 2006, Tanzania, scheduled for October 2006

( Fishery products: Indonesia, 25-27 April 2006, Colombia 20-22 June 2006, Senegal, scheduled for October 2006

With representatives from:

( Africa (including among other countries: Tanzania, Kenya, Uganda, Malawi, Ethiopia, Eritrea, Botswana, Namibia, Zimbabwe Zambia, Lesotho, Swaziland, Southafrica, Senegal, Mauritania, Guinea Conakry, Ivory Coast, Cameroon, Benin, Togo, Gambia, Ghana).

( Asia (including among other countries: Malaysia, Philippines, Indonesia, Laos, Thailand, Vietnam, Cambodia, Myanmar, China, Taiwan, Singapore, South Korea, Papua New Guinea, Maldives, Bangladesh).

( Latin America (including among other countries: El Salvador, Belize, Bolivia, Dominican Republic, Guatemala, Colombia, Honduras, Nicaragua, Costa Rica, Panama, Cuba, Venezuela, Ecuador, Chile, Argentina, Brazil, Paraguay, Uruguay, Mexico).

A further course on Avian Influenza covered Laos, Vietnam, Cambodia and Indonesia and took place from February to May 2006. In view of the epidemiological situation of the disease, it is the intention to extend this activity to African countries as soon as possible. Representatives from developing countries were also invited to the other courses.

ANNESS II: It-taħriġ fl-2006 għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Il-korsijiet li ġejjin ġew żviluppati fl-2006:

( L-implimentazzjoni u l-istima HACCP,

( L-Influwenza Avjarja ta’ Patoġenija Għolja,

( L-Istandards Ewropej għall-importazzjoni tal-frott u l-ħaxix u l-prodotti tas-sajd

( Il-proċeduri tal-kontroll fuq l-importazzjoni fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera,

( L-istandards għall-prodotti sekondarji li ġejjin mill-bhejjem, u

( Il-benessri ta’ l-annimali maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam meta dawn ikunu se jinqatlu.

Minn dawk, dawn li ġejjin kienu indirizzati lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li ġew magħżula skond ir-rekords tal-kummerċ tagħhom jew skond il-kummerċ potenzjali tagħhom ma’ l-UE:

( L-importazzjoni tal-frott u l-ħaxix: El Salvador, 30 ta’ Mejju-1 ta’ Ġunju 2006, il-Malażja, skedat għal Settembru 2006, it-Tanzanja, skedat għal Ottubru 2006, u

( Il-prodotti tas-sajd: l-Indonesja, 25-27 ta’ April 2006, il-Kolombja 20-22 ta’ Ġunju 2006, is-Senegal, skedat għal Ottubru 2006,

B’rappreżentanti:

( mill-Afrika (inklużi fost pajjiżi oħrajn: it-Tanzanja, il-Kenja, l-Uganda, il-Malawi, l-Etjopja, l-Eritrea, il-Botswana, in-Namibja, iż-Żimbabwe, iż-Żambja, il-Lesoto, is-Sważiland, l-Afrika ta’ Isfel, is-Senegal, il-Mawritanja, il-Ginea Conakry, il-Kosta ta’ l-Avorju, il-Kamerun, il-Benin, it-Togo, il-Gambja, il-Gana).

( mill-Ażja (inklużi fost pajjiżi oħrajn: il-Malażja, il-Filippini, l-Indonesja, il-Laos, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Kambodja, il-Myanmar, iċ-Ċina, it-Tajwan, Singapor, il-Korea ta’ Isfel, il-Papwa-Ginea Ġdida, il-Maldive, il-Bangladexx).

( L-Amerika Latina (inklużi fost pajjiżi oħrajn: El Salvador, il-Beliż, il-Bolivja, ir-Repubblika Dominikana, il-Gwatemala, il-Kolombja, il-Ħonduras, in-Nikaragwa, il-Kosta Rika, il-Panama, Kuba, il-Venezwela, l-Ekwador, iċ-Ċili, l-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj, l-Urugwaj, il-Messiku) kienu mistiedna.

Kors ieħor dwar l-Influwenza Avjarja kopra l-Laos, il-Vjetnam, il-Kambodja u l-Indoneżja u sar bejn Frar u Mejju 2006. Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda, hemm l-intenzjoni li din l-attività tiġi estiża għall-pajjiżi Afrikani malajr kemm jista’ jkun. Fil-korsijiet l-oħra kollha, ġew mistiedna wkoll rappreżentanti mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

[1] ĠU L 165, 30.4.2004 (ara l- corrigenda fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

[2] Id-data hija bbażata fuq figuri riċevuti mill-Kummissjoni mingħand l-Istati Membri.

[3] Ir-Regolament (KE) Nru. 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fil-kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

[4] Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/53/KE tat-23 ta’ Jannar 2006 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

[5] Id-Direttiva tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti li ġejjin mill-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

[6] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

[7] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-‘Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika’ għall-ġestjoni ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika – skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 58/2003 (ĠU L 369 tas-16.12.2004, p. 73).