52006DC0314




[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.6.2006

KUMM(2006) 314 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna Reviżjoni ta’ nofs it-term tal- White Paper tat-Trasport ta’ l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea {SEC(2006) 768 }

WERREJ

1. Kuntest ġdid għall-politika ewropea dwar it-trasport 3

1.1. L-għanijiet tal-politika dwar it-trasport 3

1.2. Il-kuntest li qed jevolvi 4

1.3. Il-politika Ewropea dwar it-trasport 2001-2006 6

2. Is-sitwazzjoni fis-settur tat-trasport 7

2.1. It-tkabbir tat-trasport 7

2.2. L-impatti tat-trasport 8

3. Il-mobilità sostenibbli fis-suq intern – ngħaqqdu lill-Ewropej 10

3.1. It-trasport fuq l-art 10

3.2. L-avjazzjoni 11

3.3. It-trasport fuq l-ilma 12

4. Il-mobilità sostenibbli għaċ-ċittadin – trasport ta’ min jorbit fuqu, bla periklu u fiż-żgur 14

4.1. Il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg u tax-xogħol 14

4.2. Id-drittijiet tal-passiġġier 14

4.3. Is-sikurezza 15

4.4. Is-sigurtà 15

4.5. It-trasport urban 16

5. It-trasport u l-enerġija 17

6. L-aħjar użu possibbli ta’ l-infrastruttura 18

6.1. Żewġ sfidi: it-tnaqqis tal-konġestjoni u ż-żieda fl-aċċessibilità 18

6.2. Il-mobilizzazzjoni tas-sorsi kollha ta’ finanzjament 19

6.3. L-iċċarġjar intelliġenti 20

7. Il-mobilità intelliġenti 21

7.1. Il-loġistika tat-trasport 21

7.2. Sistemi intelliġenti ta’ trasport 21

8. Id-dimensjoni globali 22

9. Konklużjoni: aġenda mġedda 24

ANNESS 1 26

ANNESS 2 29

KUNTEST ġDID GħALL-POLITIKA EWROPEA DWAR IT-TRASPORT

L-għanijiet tal-politika dwar it-trasport

L-għan ta’ politika sostenibbli ta’ l-UE dwar it-trasport huwa li s-sistemi tat-trasport tagħna jissodisfaw il-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-soċjetà. Sistemi effettivi ta’ trasport, li jkollhom impatti sinifikanti fuq it-tkabbir ekonomiku, fuq l-iżvilupp soċjali u fuq l-ambjent, huma essenzjali għall-prosperità ta’ l-Ewropa. L-industrija tat-trasport hija responsabbli għal madwar 7% tal-PGD Ewropew u għal madwar 5% ta’ l-impjiegi fl-UE. Huwa industrija importanti fih innifsu u jagħti kontribut kbir għall-funzjonament ta’ l-ekonomija Ewropea kollha. Il-mobilità tal-merkanzija u tal-persuni hija komponent essenzjali tal-kompetittività ta’ l-industrija u tas-servizzi Ewropej. Finalment, il-mobilità hija wkoll dritt essenzjali taċ-ċittadin.

Minn bidu bil-mod, il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar it-trasport żviluppat b’mod mgħaġġel matul l-aħħar 15-il sena. L- għanijiet tal-politika ta’ l-UE dwar it-trasport, mill- White Paper tat-trasport ta’ l-1992[1] għall- White Paper ta’ l-2001[2] sal-Komunikazzjoni preżenti, jibqgħu validi: sabiex jgħinu ħalli l-Ewropej ikunu provduti b’sistemi ta’ trasport effiċjenti u effettivi li:

- joffru livell għoli ta’ mobilità lill-persuni u lin-negozji ma’ l-Unjoni kollha . Id-disponibilità ta’ soluzzjonijiet ta’ trasport li wieħed jiflaħ għalihom u ta’ kwalità għolja tagħti kontribut ħaj sabiex jinkiseb il-fluss ħieles ta’ persuni, ta’ merkanzija u ta’ servizzi, sabiex tittejjeb il-koeżjoni soċjali u ekonomika, u sabiex tiġi żgurata l-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea.

- jipproteġu lill-ambjent, jiżguraw is-sigurtà ta’ l-enerġija, jippromwovu l-istandards minimi tax-xogħol għas-settur u jipproteġu lill-passiġġier u liċ-ċittadin.

- Il-pressjonijiet ambjentali żdiedu b’mod sostanzjali u problemi sinifikanti tas-saħħa u ta’ l-ambjent se jippersistu fil-futur, per eżempju, fil-qasam tat-tniġġis ta’ l-arja[3]. Għalhekk hija meħtieġa l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent.

- Bl-istess mod, bħala wieħed mill-konsumaturi ewlenin ta’ l-enerġija, it-trasport irid jagħti kontribut sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ l-enerġija.

- Fil-qasam soċjali, il-politika ta’ l-UE tippromwovi t-titjib fil-kwalità ta’ l-impjiegi u kwalifiki aħjar għall-ħaddiema fis-settur tat-trasport Ewropew.

- Il-politika ta’ l-UE tipproteġi wkoll liċ-ċittadini Ewropej bħala utenti u fornituri ta’ servizzi ta’ trasport, kemm bħala konsumaturi kif ukoll f’termini tas-sikurezza tagħhom, u b’mod aktar reċenti, tas-sigurtà tagħhom.

- ikunu innovattivi b’appoġġ għall-ewwel żewġ għanijiet tal-mobilità u tal-protezzjoni billi jżidu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-settur tat-trasport li qed jikber. Il-politiki ta’ l-UE jiżviluppaw u jġibu lejn is-suq is-soluzzjonijiet innovattivi ta’ għada li huma effiċjenti fl-enerġija jew jużaw sorsi alternattivi ta’ enerġija jew jappoġġjaw proġetti ta’ trasport intelliġenti, maturi u kbar bħalma huwa l-Galileo;

- jgħaqqdu internazzjonalment , waqt li jipprojettaw il-politiki ta’ l-Unjoni sabiex isaħħu l-mobilità sostenibbli, il-protezzjoni u l-innovazzjoni, billi jipparteċipaw fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Ir-rwol ta’ l-UE bħala mexxejja dinjija fis-soluzzjonijiet sostenibbli tat-trasport, fl-industriji, fit-tagħmir u fis-servizzi irid jiġi rrikonoxxut ferm aħjar.

Dawn l-għanijiet ipoġġu lill-politika dwar it-trasport ta’ l-Unjoni fiċ-ċentru ta’ l- aġenda ta’ Liżbona għat-tkabbir u għall-impjiegi. Kif turi din il-Komunikazzjoni, fin-natura tagħhom dawn ukoll għandhom medda itwal ta’ żmien, jibbilanċjaw l-imperattivi tat-tkabbir ekonomiku, tal-benesseri soċjali u tal-protezzjoni ambjentali fl-għażliet kollha tal-politika.[4]

Is-suq intern diġà ġab benefiċċji għas-setturi tat-toroq u ta’ l-avjazzjoni u dan huwa mistenni li jkun il-każ ukoll għat-trasport bil-ferroviji u fuq l-ilma fil-futur. Iż-żidiet fl-effiċjenza, appoġġjati mill-politiki ta’ l-UE, se jagħmlu, b’mod partikolari, it-trasport bil-ferrovija u t-trasport fuq l-ilma aktar kompetittivi, partikolarment fuq rotot itwal. Il-mobilità ma tridx tibqa’ marbuta ma’ l-effetti sekondarji negattivi tagħha billi tintuża firxa wiesgħa ta’ għodod tal-politika. Għalhekk, il-politika futura se jkollha tagħmel l-aħjar użu mill-potenzjal ta’ kull mod ta’ trasport biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ sistemi tat-trasport nodfa u effiċjenti. Il-potenzjal għat-teknoloġija biex it-trasport isir jiffavorixxi aktar l-ambjent għadu ma ġiex imtejjeb, b’mod partikolari f’relazzjoni ma’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Numru ta’ proġetti infrastrutturali ewlenin se jgħinu biex tittaffa l-pressjoni ambjentali f’kurituri speċifiċi. Fejn ikun xieraq, irid jinkiseb ċaqliq għal modi tat-trasport li jiffavorixxu aktar l-ambjent, speċjalment fuq distanzi twal, f’żoni urbani u f’kurituri bi problema ta’ konġestjoni. Fl-istess ħin għandu jsir l-aħjar użu minn kull metodu ta’ trasport. Kull metodu għandu jiffavorixxi aktar l-ambjent, ikun sikur u effiċjenti f’termini ta’ enerġija. Fl-aħħarnett, il- ko-modalità, jiġifieri l-użu effiċjenti ta’ modi tat-trasport differenti waħidhom u f’kombinazzjoni, se tirriżulta f’utilizzazzjoni ottima u sostenibbli tar-riżorsi. Dan l-approċċ huwa konformi għalkollox mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16/06/2006 u l-istrateġija mġedda għal Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari, il-kapitolu dwar it-trasport tagħha.

Il-kuntest li qed jevolvi

Waqt li l-għanijiet jibqgħu stabbli matul iż-żmien, il-kuntest ġenerali tal-politika dwar it-trasport ta’ l-UE evolva:

- It-tkabbir ta lill-UE dimensjoni kontinentali. L-estensjoni ta’ l-assi ewlenin tan-netwerk trans-Ewropew toħloq aktar kurituri li huma partikolarment adattati għat-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma. Il-peniżola Ewropea hija aktar minn qatt qabel qawwa marittima: il-Baħar Baltiku huwa prinċipalment imdawwar mill-Istati Membri ta’ l-UE u x-xmajjar ewlenin, inkluż l-assi tar-Renu ( Rhine ) u tad-Danubju, joffru interkonnessjonijiet maż-żoni marittimi. L-Unjoni ta’ 25, dalwaqt ta’ 27, hija aktar differenti. Waqt li t-tniġġis, l-użu ta’ l-art u l-konġestjoni huma ta’ tħassib kbir fil-“punent nofsani” b’densità għolja ta’ popolazzjoni u ta’ industrijalizzazzjoni, għal Stati Membri oħra l-aċċessibilità għadha t-tħassib ewlieni. F’ċerti oqsma ta’ politika, id-diversità tista’ teħtieġ soluzzjonijiet aktar divrenzjati, li jħallu spazju għal soluzzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali waqt li jiġi żgurat suq ta’ trasport intern mifrux ma’ l-Ewropa kollha.

- L- industrija tat-trasport inbidlet. Il-konsolidament qed iseħħ fuq livell Ewropew, speċjalment fl-avjazzjoni u fit-trasport marittimu. Is-suq intern ta kontribut biex jinħoloq trasport tal-merkanzija bit-triq internazzjonali li jkun kompetittiv u b’mod dejjem akbar anki operazzjonijiet bil-ferrovija. Barra minn hekk, l-aħħar ħames snin raw l-effetti tal-globalizzazzjoni li wasslu għall-ħolqien ta’ kumpanji ta’ loġistika kbar b’operazzjonijiet mad-dinja kollha. Il-politika Ewropea dwar it-trasport se jkollha tiffoka ħafna aktar fuq it-tisħiħ tal-kompetittività internazzjonali ta’ l-industriji tat-trasport multimodali tagħha u biex toffri soluzzjonijiet integrati transmodali, li jkunu ffokati fuq li jiġu trattati d-diffikultajiet u l-konnessjonijiet dgħajfa fil-katina tal-loġistika. Fl-istess ħin, is-suq intern irid ikompli jipprovdu naqra nifs għall-intrapriżi l-ġodda u għall-SMEs.

- It-trasport malajr qed isir industrija ta’ teknoloġija għolja, waqt li jagħmel lir-riċerka u lill- innovazzjoni kruċjali għall-iżvilupp ulterjuri tiegħu. Fil-baġit miżjud għar-riċerka tas-Seba’ Programm ta’ Qafas Ewropew għar-Riċerka u l-Iżvilupp (2007-2013), l-innovazzjoni teknoloġika fit-trasport tikkontribwixxi direttament għall-kompetittività, kif ukoll għall-aġendi ambjentali u soċjali Ewropej. Ibbażati fuq l-Aġendi Strateġiċi ta’ Riċerka żviluppati mill-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija fit-Trasport, l-attivitajiet jinkludu t-tħaddir tal-wiċċ u t-trasport bl-ajru, il-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru, id-dekonġestjoni tal-kurituri tat-trasport Ewropej, il-mobilità urbana, l-intermodalità u l-interoperabilità, is-sikurezza u s-sigurtà fit-trasport u bażi industrijali kompetittiva. Fost l-aktar oqsma ta’ prijorità li jippromettu hemm, is-sistemi ta’ trasport intelliġenti li jinvolvu l-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-awtomtizzazzjoni, it-teknoloġija tal-magni li tipprovdi aktar effiċjenza tal-karburant u l-promozzjoni ta’ l-użu tal-karburanti alternattivi.

- L- impenji ambjentali internazzjonali, li jinkludu dawk taħt il-Protokoll ta’ Kjoto, iridu jiġu integrati fil-politika dwar it-trasport. L-emissjonijiet tas-CO2 huma sfida, u l-kwalità ta’ l-arja, it-tniġġis akustiku u l-użu ta’ l-art jeћtieġu attenzjoni kontinwa minkejja l-avvanzi konsiderevoli matul l-aħħar għaxar snin, per eżempju fit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet li jagħmlu ħsara.

- Il-politika dwar it-trasport trid tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika Ewropea dwar l-enerġija kif ġiet stabbilita fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2006, b’mod partikolari rigward is-sigurtà tal-provvista u tas-sostenibbiltà. It-trasport huwa responsabbli għal 30% tal- konsum totali ta’ l-enerġija fl-UE. B’dipendenza ta’ 98% fuq iż-żejt, il-prezzijiet għolja taż-żejt jinfluwenzaw is-settur tat-trasport u jistimolaw effiċjenza ta’ l-enerġija mtejba, soluzzjonijiet ta’ forniment diversifikati u politiki li jaffetwaw id-domanda, ilkoll appoġġjati minn teknoloġiji ġodda u innovattivi.

- Il- kuntest internazzjonali wkoll inbidel f’modi oħra. It-theddida sostnuta mit-terroriżmu kellha impatt bl-istess mod fuq it-trasport aktar minn fuq kwalunkwe settur ieħor. Il-globalizzazzjoni ekonomika affettwat il-flussi kummerċjali u żiedet id-domanda għas-servizzi tat-trasport internazzjonali lejn u minn ekonomiji emerġenti. Bil-ħidma tagħhom flimkien, l-UE u l-Istati Membri tagħha jinsabu f’pożizzjoni tajba biex isawru stampa globali li tirrifletti aħjar l-interessi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħna. Il-politika esterna dwar it-trasport ta’ l-UE hija divrenzjata skond il-pajjiż, ir-reġjun u l-mod tat-trasport. Il-politika għall-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni u anki għall-imsieħba tagħha fil-viċinat Ewropew issa qed tenfasizza l-estensjoni gradwali tas-suq intern tat-trasport għal dawk il-pajjiżi.

- Fl-aħħarnett, il- governanza Ewropea qed tevolvi. Il-qafas legali bażiku tas-suq intern jinsab f’postu kważi kollu. Issa ħafna jiddependi mill-implimentazzjoni effettiva fil-prattika. Jingħata bidu, fejn ikun meħtieġ, għall-proċeduri ta’ ksur minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni. Fl-istess ħin, it-tagħlim li nkiseb mill-osservazzjoni tas-suq intern u mill-konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati jgħin lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-iskambju ta’ l-aħjar prattika u biex tipprovdi regolamentazzjoni aħjar, inkluża s-semplifikazzjoni kulmeta jkun possibbli. Ir-regolamentazzjoni jeħtieġ li tmur id f’id ma’ l-innovazzjoni. Ġew stabbiliti aġenziji Ewropej f’erba’ oqsma tal-politika tat-trasport: dan it-tieni livell ta’ amministrazzjoni Ewropea jipprovdi kontribut tekniku speċjalizzat u jgħin fl-implimentazzjoni ta’ l- acquis .

Il-politika Ewropea dwar it-trasport 2001-2006

Il- White Paper ta’ l-2001 identifikat bħala sfidi ewlenija l-iżbilanċ fl-iżvilupp tal-modi tat-trasport differenti, il-konġestjoni fir-rotot u fl-ibliet, kif ukoll fl-ispazju ta’ l-ajru, u l-impatt fuq l-ambjent. Għaldaqstant, il- White Paper ipproponiet politiki biex jiġi aġġustat il-bilanċ bejn il-modi tat-trasport, enfasizzat il-ħtieġa li jitneħħew id-diffikultajiet fin-netwerks trans-Ewropej (TEN) u jitnaqqas in-numru ta’ l-aċċidenti fit-toroq, talbet għal politika effettiva dwar l-iċċarġjar ta’ l-infrastruttura u argumentat li l-Komunità għandha ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Jeħtieġ li jitqies li l- White Paper stenniet tkabbir ekonomiku qawwi li bħala tali ma mmaterjalizzax ruħu.

Sa mill-2001, ġew approvati u qed jiġu prattikati proposti leġiżlattivi ewlenin bħall-ftuħ tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija għall-kompetizzjoni, il-kondizzjonijiet soċjali aġġornati tat-trasport bit-triq, id-definizzjoni ta’ 30 proġett prijoritarju tat-TEN, il-ħolqien ta’ l-Ajru Uniku Ewropew, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri ta’ l-avjazzjoni, id-direttiva l-ġdida dwar l-iċċarġjar tat-toroq li l-ħlasijiet ta’ l-utenti bbażati fuq id-distanza tagħha f’uħud mill-każi jistgħu jiġu ggwidati lejn il-finanzjament ta’ l-infrastruttura, il-promozzjoni tat-trasport intermodali bil-programm Marco Polo u r-rinforz tal-qafas legali fis-sikurezza marittima. L-UE wriet ukoll il-kapaċità tagħha biex tiżviluppa programmi ta’ innovazzjoni industrijali bħall-Galileo, l-ERTMS u s-SESAR. Il-parti l-kbira tal-miżuri tal- White Paper ġew proposti jew adottati. Deskrizzjoni sħiħa ta’ dawn u l-valutazzjoni ta’ l-impatti previsti huma inklużi fl-Anness 3, “Il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt”.

Matul l-aħħar sena saret konsultazzjoni wiesgħa. Din il-konsultazzjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tat-trasport fit-tkabbir ekonomiku kif ukoll fuq il-ħtieġa biex jiġu aġġustati mill-ġdid il-miżuri tal-politika. Bi tweġiba għad-domandi u għall-kontributi multipli li saru matul il-konsultazzjoni, il-Komunikazzjoni, “Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna”, tibni fuq l-għanijiet tal-politika dwar it-trasport ta’ l-UE minn mindu ġiet imnedija mill-ġdid bil-kbir fl-1992 u fuq il-miżuri identifkati fil- White Paper ta’ l-2001, li l-parti l-kbira minnhom kienu implimentati kif kien previst.[5]

L-esperjenza mill-2001 kif ukoll studji u projezzjonijiet oħra jissuġġerixxu li l-miżuri previsti mill-Kummissjoni fl-2001 waħidhom mhux se jkunu biżżejjed biex ikomplu jinkisbu l-għanijiet fundamentali tal-politika ta’ l-UE, b’mod partikolari biex ikunu kkontrollati l-effetti ambjentali negattivi u l-effetti negativi l-oħra tat-tkabbir tat-trasport waqt li tiġi ffaċilitata l-mobilità bħala l-iskop kwintessenzjali tal-politika dwar it-trasport. Fl-UE mkabbra, li tinstab f’dinja globalizzata u li qed tinbidel malajr, huwa meħtieġ sett ta’ għodod tal-politika dwar it-trasport li jkun usa’ u aktar flessibbli . Is-soluzzjonijiet jistgħu jvarjaw minn regolamenti Ewropej u l-applikazzjoni uniformi tagħhom, strumenti ekonomiċi, strumenti moderati, u integrazzjoni teknoloġika għal metodu divrenzjat ġeografikament, billi jintużaw metodi ta’ leġiżlazzjoni mfassla apposta jew ta’ kooperazzjoni mtejba. Skond il-politika tal-Kummissjoni dwar regolamentazzjoni aħjar, f’kull qasam speċifiku l-Kummissjoni se tistrieħ fuq il-konsultazzjonijiet maċ-ċittadini u ma’ partijiet interessati oħra kif ukoll fuq l-analiżi ta’ l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali qabel ma tgħaddi għall-proposti konkreti. L-Anness 3 jispjega l-għażliet ta’ politika differenti li ġew evalwati biex tkun proposta l-linja tal-politika ppreżentata hawnhekk.

IS-SITWAZZJONI FIS-SETTUR TAT-TRASPORT

It-tkabbir tat-trasport

It- tkabbir tat-trasport tal-merkanzija fl-UE, b’rata ta’ 2.8% fis-sena, kien b’mod wiesa’ skond t-tkabbir ekonomiku, li fil-perjodu 1995-2004 kellu medja ta’ 2.3%. It-trasport tal-passiġġieri kiber b’rata aktar baxxa ta’ 1.9%.[6] B’mod ġenerali, matul il-perjodu 1995-2004 it-trasport tal-merkanzija kiber bi 28% u t-trasport tal-passiġġieri bi 18%, bit-trasport bit-triq jiżdied b’35% u bi 17%, rispettivament. It-trasport marittimu fuq distanzi qosra kiber kważi bl-istess rata. Il-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija f’dawk l-Istati Membri li fetħu s-suq tal-ferroviji kmieni wera tkabbir akbar meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra. B’mod ġenerali, bejn l-1995-2004, il-ġarr ta’ merkanzija bil-ferrovija żdied b’6%. It-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija żdied b’mod konsiderevoli (għalkemm mhux b’rata daqshekk mgħaġġla daqs il-modi tat-trasport l-oħra) u kważi kwart minn dan issa jista’ jiġi attribwit lill-ferroviji b’veloċità għolja. L-ivvjaġġar bl-ajru fi ħdan l-UE kiber b’aktar minn 50% fl-istess perjodu, minkejja t-tnaqqis wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru, fejn ġew integrati l-effetti tal-liberalizzazzjoni li kienet inbdiet diġà tard fis-snin 1980. Fl-aħħar għaxar snin it-trasport fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni wera tkabbir qawwi f’ċerti Stati Membri (50% fil-Belġju; 30% fi Franza).

L-akbar sehem tat-trasport fi ħdan l-UE jinġarr bit-triq, li jammonta għal 44% tat-trasport tal-merkanzija u għal madwar 85% tat-trasport tal-passiġġieri. Il-fatturi tad-domanda, bħalma huma tnaqqis fit-trasport tal-merkanzija fi kwantità kbira f’daqqa u l-importanza li qed tiżdied ta’ servizz bieb bieb u f’waqtu, mingħajr dubju kkontribwew għat-tkabbir sostnut u b’saħħtu tat-trasport bit-triq. Is-sehem tal-ferrovija huwa ta’ 10% u 6%, rispettivament. Fost it-tendenzi strutturali ewlenin huwa l-fatt li t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija waqqaf in-niżla relattiva tiegħu sa mill-2001 u qiegħed fi triq ta’ tkabbir f’numru ta’ Stati Membri. Tendenza ferm importanti oħra huwa d-dinamiżmu b’saħħtu u sostnut tat-trasport bl-ajru u fuq l-ilma. It-trasport bl-ajru jiddomina s-suq tat-trasport tal-passiġġieri fuq distanzi twal; l-operaturi bi prezzijiet baxxi llum huma responsabbli għal 25% tat-traffiku bl-ajru skedat kollu fi ħdan l-UE, u stimolaw it-tkabbir ta’ l-ajruporti reġjonali. It-trasport marittimu jammonta għal 39% tat-trasport intern tal-merkanzija u kważi 90% tal-volum tal-kummerċ estern. Kwart tal-bastimenti fid-dinja jtajru bandiera Ewropea; 40% huma ta’ sidien Ewropej. Minħabba li l-passaġġi ta’ l-ilma ewlenin jeżistu biss f’ċerti Stati Membri, it-trasport fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni jammonta għal 3% biss tat-trasport ġenerali tal-merkanzija; dan il-mod ta’ trasport għadu jaħbi potenzjal konsiderevoli li mhux esplojtat.

Waqt li l- White Paper ta’ l-2001 assumiet rata medja ta’ tkabbir ekonomiku ta’ 3%, fil-perjodu 2000-2005 r-riżultat effettiv kien ta’ 1.8%. Għall-perjodu bejn l-2000 u l-2020, il-previżjonijiet jistabbilixxu r-rata ta’ tkabbir medja annwali tal-PGD ta’ 2.1% (52% għall-perjodu kollu). It-trasport tal-merkanzija huwa mistenni li jikber b’rati simili bejn wieħed u ieħor (50% għall-perjodu kollu) filwaqt illi t-tkabbir tat-trasport tal-passiġġieri mistenni jkun inqas u viċin il-1.5% bħala medja annwali (35% għall-perjodu kollu)[7]. L-immodellar[8] jikkonferma li d-differenza modali se tistabbilixxi ruħha kemmxejn fuq perjodu ta’ żmien twil.

L-impatti tat-trasport

Għalkemm huwa kontributur ewlieni għat-tkabbir, it-trasport jinvolvi wkoll spiża għas-soċjetà. L- ispiża ambjentali tiegħu hija stmata li tlaħħaq il-1.1% tal-PGD.[9] L-isforzi biex jinkisbu l-għanijiet ħalli jintlaħqu l-ħtiġiet tal-mobilità li qed jikbru u standards ambjentali stretti qed jibdew juru sinjali ta’ twegħir. Per eżempju, l-istandards tal-kwalità ta’ l-arja mhux qed jintlaħqu f’ħafna bliet, u l-iżvilupp ta’ l-infrastruttura jeħtieġ li jitfassal b’rispett xieraq għall-protezzjoni tan-natura u għar-restrizzjonijiet ta’ l-ippjanar. Il-konġestjoni tat-toroq żdiedet u qed tneffaq lill-UE madwar 1% tal-PGD. Filwaqt li l-emissjonijiet ta’ ħsara mit-trasport bit-triq naqsu b’mod sinifikanti, l-introduzzjoni ta’ katalisti, filtri tal-partikuli u teknoloġiji oħra mmuntati fuq il-vetturi għenet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan- NOx u l-partikulati bi 30 sa 40% tul l-aħħar 15-il sena minkejja l-volumi li qed jiżdiedu tat-traffiku. Madankollu, l-istrateġija tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja[10] wriet il-ħtieġa li jkun hemm żvilupp akbar rigward il-vetturi tat-triq, prinċipalment permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ l-istandards Euro 5 għall-vetturi li ma jifilħux għall-istrapazz (li aktar tard għandhom ikunu segwiti mill-Euro 6 u mill-Euro VI għall-vetturi li jifilħu għall-istrapazz). L-immudellar juri li din it-tendenza se tkompli, iżda fuq in-naħa l-oħra l-emissjonijiet tas-CO2 u dawk akustiċi se jmorru għall-agħar. It-trasport tal-merkanzija bil-baħar jitfa’ ħafna kontaminanti ta’ l-arja. Għalkemm il-linji ta’ l-ajru naqqsu l-konsum tal-karburanti b’1-2% għal kull passiġġier-kilometru fl-aħħar għaxar snin u l-emissjoni akustika mill-ajruplani naqset b’mod sinifikanti, imma l-impatt ambjentali ġenerali ta’ l-avjazzjoni ċivili żdied minħabba t-tkabbir b’suċċess fit-traffiku. Per eżempju, fl-aħħar għaxar snin l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport bl-ajru kibru b’aktar minn 4% fis-sena. B’mod ġenerali, it-trasport domestiku huwa responsabbli għal 21% ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; dawn l-emissjonijiet żdiedu b’madwar 23% mill-1990 lil hawn, fejn qed jheddu l-progress lejn il-miri ta’ Kjoto. Il-miżuri tal- White Paper ta’ l-2001, madankollu, se jkollhom biss effetti minuri fuq dawn it-tendenzi ambjentali, b’mod partikolari safejn huma kkonċernati l-emissjonijiet tas-CO2.[11] Fl-aħħarnett, għandha tingħata attenzjoni lit-tniġġis akustiku mill-modi differenti ta’ trasport.

Is-sikurezza tjiebet b’mod konsiderevoli. L-inċidenti fatali fit-toroq naqsu b’aktar minn 17% mill-2001, għalkemm mhux fl-Istati Membri kollha. Madankollu, b’madwar 41 600 mewt u b’aktar minn 1.7 miljuni midruba fl-2005, it-triq tibqa’ l-inqas mod ta’ trasport sikur[12]. Dan mhux aċċettabbli u l-parteċipanti kollha jridu jżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu s-sikurezza fit-toroq. F’dan il-qasam, huwa mistenni li tul perjodu medju ta’ żmien kontinwazzjoni tal-miżuri tal- White Paper ta’ l-2001 u l-Inizjattiva Sikurezza elettronika[13] jipproduċu benefiċċji sinifikanti lejn l-gћan ewlieni li jitnaqqsu bin-nofs l-inċidenti fatali.

Il-projezzjonijiet, bћal dawk li ġew ippreżentati aktar ’il fuq huma kruċjali biex titfassal u tiġi evalwata politika dwar it-trasport, b’mod partikolari meta jitqiesu ż-żmien twil meħtieġ gћal dawk il-politiki kif ukoll l-investimenti relatati biex tiġi affetwata r-realtà fost in-nies. Dawn ix-xenarji jeћtieġ iqisu firxa ta’ livelli ta’ limiti fuq il-gassijiet serra u l-enerġija fossili.

( Azzjoni: biex jitfasslu u jiġu evalwati l-politiki ta’ gћada, jiġi stimolat dibattitu wiesa’ dwar ix-xenarji tat-trasport b’orizzont ta’ żmien li jvarja minn 20 sa 40 sena biex jiġu żviluppati għodod għal approċċ ġenerali għal trasport sostenibbli.

IL-MOBILITÀ SOSTENIBBLI FIS-SUQ INTERN – NGħAQQDU LILL-EWROPEJ

Is-suq intern ta’ l-UE huwa l-istrument ewlieni biex tinkiseb industrija tat-trasport b’saћћitha li ġġib it-tkabbir u l-impjiegi. Bћalma wrew is-settur ta’ l-avjazzjoni u setturi oћra bћal dak tal-mezzi ta’ telekomunikazzjoni, il-proċess ta’ liberalizzazzjoni tas-suq intern jistimola l-innovazzjoni u l-investiment biex jingħata servizz aћjar bi spiża irћas. L-istess suċċess jista’ jinkiseb fis-settur tat-trasport kollu. L-gћan mhuwiex biss li jinћoloq suq intern f’termini legali, iżda wkoll biex issir ħidma flimkien ma’ l-utenti u mal-fornituri billi tingħata għajnuna ħalli ssir realtà industrijali. Dan jinvolvi l-infurzar tar-regoli komuni kif ukoll li jiġu supplementati, aġġustati jew issemplifikati għall-modi kollha tat-trasport, fejn ikun meћtieġ, fuq il-bażi ta’ l-osservazzjoni u ta’ l-esperjenza. Il-qafas tas-suq intern jeħtieġ li joffri l-possibbiltà li jkun hemm integrazzjoni bejn il-modi tat-trasport sabiex ikun imtejjeb kemm jista’ jkun il-funzjonament tan-netwerk tat-trasport.

It-trasport fuq l-art

Il-qafas tas-suq intern tat- toroq huwa stabbilit sew. Waqt li t-trasport tal-merkanzija nazzjonali bit-triq huwa fil-parti l-kbira protett, it-trasport internazzjonali bit-triq huwa liberalizzat. Il-kabotaġġ, il-ġarr tal-merkanzija f’pajjiż wieћed minn trasportatur tal-merkanzija ( haulier ) ta’ pajjiż ieћor, jammonta gћal 1.2% tas-swieq nazzjonali tat-trasport bit-triq. Sa mhux aktar tard mill-2009 se jinfetaћ il-kabotaġġ fejn għandhom x’jaqsmu l-Istati Membri l-ġodda kollha. Ir-regoli komuni dwar il-livell ta’ kwalifiki professjonali u ta’ kondizzjonijiet tax-xogћol jikkontribwixxu gћal standards gћolja ta’ sikurezza u għal standards soċjali għolja. Il-predominanza ta’ kumpaniji żgћar u l-impatt tad-differenzi konsiderevoli fil-livelli fiskali fuq il-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri huma fatturi importanti li se jinfluwenzaw l-iżvilupp futur. Il-Kummissjoni se teżamina kif id-differenzi eċċessivi fil-livelli fiskali tal-karburanti jistgħu jidjiequ.

Il-qafas legali gћat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija se jkun ikkompletat sa l-2007. It-tielet pakkett leġiżlattiv dwar il-ferroviji se jiftaħ ukoll it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri. Se jkun hemm il-ħtieġa li l-korpi regolatorji nazzjonali jiżguraw l-infurzar sħiħ ta’ l- acquis . Dan se jippermetti t-tiġdid ta’ l-industrija tal-ferroviji, li diġà ġie osservat f’dawk l-Istati Membri li fetћu s-suq tagћhom, biex jinfirex lejn is-suq intern kollu ta’ l-UE. Il-Kummissjoni se tuża l-‘Iskema ta’ Monitoraġġ tas-Suq tal-Ferroviji’ biex tipprovdi tabella ta’ valutazzjoni għall-ftuħ effettiv tas-suq tal-ferroviji fl-UE kollha. L-UE jeћtieġ tegħleb l-ostakli strutturali li baqa’ gћall-kompetittività ta’ l-industrija tal-ferroviji, b’mod partikolari l-barrieri tekniċi bћalma huma l-livelli baxxi ta’ interoperabilità, in-nuqqas ta’ gћarfien reċiproku ta’ kwalunkwe apparat li jista’ jiċċaqlaq malajr u tal-prodotti, il-koordinazzjoni dgћajfa ta’ l-infrastruttura u ta’ l-interkonnessjoni tas-sistemi ta’ l-IT, u l-problema ta’ tagћbijiet ta’ vaguni singoli.[14] Barra minn hekk, il-Kummissjoni se teżamina kif tiżviluppa ċċarġjar ta’ l-infrastruttura aħjar u intelliġenti li jinkludi l-internalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż esterni wara l-adozzjoni reċenti tad-direttiva ta’ l-iċċarġjar tat-toroq (ara 6.3 aktar ’l isfel). L-UE se tgћin ukoll billi tappoġġja finanzjarjament l-implimentazzjoni ta’ proġetti prijoritarji fi ћdan in-netwerks trans-Ewropej, li l-parti l-kbira minnhom huma proġetti tal-ferroviji, inkluża s-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku ERTMS, u billi jiġu żviluppati linji ta’ gwida xierqa gћall-gћajnuna Statali għas-settur.

Fis-settur tal-ferroviji, is-sehem tas-suq u l-impjiegi stabbilizzaw ruħhom f’bosta pajjiżi. Ir-ristrutturar u l-adattamenti ħtieġu numru ta’ deċiżjonijiet soċjalment diffiċli u wasslu għal tnaqqis immarkat fl-impjiegi fis-settur. L-operaturi tal-ferroviji issa jistgћu jroddu l-vijabilità tagћhom gћal perjodu twil ta’ żmien billi jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom u jiffokaw fuq il-ћtiġiet ta’ l-ekonomija u tas-soċjetà. Il-ferrovija wriet il-punti tajba tagħha fit-trasport tal-passiġġieri, l-aktar fil-konnessjonijiet ta’ veloċità gћolja bejn iċ-ċentri ta’ l-ibliet. It-tkabbir jiftaħ aktar konnessjonijiet tal-ferrovija fuq distanzi twal (aktar minn 500 km) li flimkien ma’ operazzjonijiet ta’ loġistika effiċjenti jistgћu jikkompetu mat-trasport bit-triq billi jipprovdu servizz bieb bieb li jiffavorixxi l-ambjent. Il-Kummissjoni se teżamina programm possibbli biex tippromwovi netwerk tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fil-kuntest usa’ ta’ politika ġdida ta’ loġisitika tat-trasport tal-merkanzija (ara l-punt 7.1 aktar ’l isfel). Il-ftuћ ta’ dawn l-opportunitajiet se jeћtieġ l-adattament tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija u tal-ġestjoni ta’ l-infrastruttura f’termini ta’ kwalità, ta’ kredibilità, ta’ flessibilità u ta’ orjentament tal-konsumatur.

( Azzjoni: eżamina l-esperjenza fis-suq intern tat-toroq u pproponi titjib fir-regoli ta’ l-aċċess gћas-suq u fir-regoli dwar l-aċċess gћall-professjoni fejn ikun meћtieġ; indirizza l-kwistjoni ta’ differenzi eċċessivi fil-livelli tat-taxxa tas-sisa; implimenta l- acquis dwar it-trasport bil-ferrovija bl-gћajnuna ta’ korpi regolatorji b’saћћithom fl-Istati Membri; aċċellera l-isforzi biex jitneћћew il-barrieri tekniċi u operattivi gћall-attivitajiet internazzjonali bil-ferrovija bl-gћajnuna ta’ l-industrija tal-ferrovija u ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji; eżamina programm possibbli biex tippromwovi netwerk orjentat fuq it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fi ћdan politika usa’ ta’ loġistika tat-trasport; il-monitoraġġ tas-suq tal-ferroviji inkluża tabella ta’ valutazzjoni.

L-avjazzjoni

Is-suq intern tat-trasport bl-ajru sar realtà industrijali u huwa magna gћat-tkabbir. Ir-ristrutturar u l-integrazzjoni huma avvanzati sew, u s-suq twessa’ bil-multiplikazzjoni tar-rotot li jservu fl-Ewropa, bid-dħul tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi u bl-iżvilupp ta’ l-ajruporti reġjonali. Is-suq intern ġab benefiċċji konsiderevoli gћall-konsumaturi. L-UE hija parteċipant dinji ewlieni kemm fit-tagћmir tat-trasport bl-ajru kif ukoll fis-servizzi ta’ l-avjazzjoni.

Madankollu, m’hemmx ћin gћall-kompjaċenza biex jiġu ffaċċati l-isfidi ta’ tkabbir kontinwu u tal-kompetizzjoni globali. Is-suq intern jeħtieġ li jitwessa’ sabiex itejjeb ir-rendiment tas-segmenti kollha ta’ l-industrija ta’ l-avjazzjoni bħas-servizzi ta’ l-ajruport u dawk tan-navigazzjoni fl-ajru. Il-benefiċċji mis-suq intern għandhom ukoll jiġu estiżi għar-relazzjonijiet esterni ta’ l-avjazzjoni. It-trasport bl-ajru jeħtieġ infrastrutturi b’saħħithom kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art. Il-ћolqien li gћaddej ta’ l-ajru uniku gћandu jżid aktar l-effiċjenza tat-trasport bl-ajru ta’ l-UE; hemm il-ћtieġa ta’ tmexxija f’termini ta’ l-istruttura futura tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku bl-ajru. Jeћtieġ li jsiru wkoll l-investimenti meћtieġa fil-kapaċità ta’ l-ajruporti, akkumpanjati minn regoli aktar ċari dwar l-iċċarġjar ta’ l-ajruporti. Hemm il-ħtieġa ta’ miżuri li jnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi li huma kkawżati minn tkabbir mgћaġġel tat-traffiku, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tas-settur u jitqiesu d-diskussjonijiet fil-kuntest ta’ l-ICAO. Dawn il-miżuri għandhom jiġu mfittxija f’firxa ta’ oqsma bħat-titjib u l-aħjar użu possibbli tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru, l-iżvilupp tat-teknoloġija u ta’ l-innovazzjoni ta’ l-inġenji ta’ l-ajru u tal-magni, eċċ, filwaqt li l-operazzjonijiet isiru aktar effiċjenti fl-enerġija u jużaw inċentivi u/jew strumenti ekonomiċi, per eżempju l-inklużjoni ta’ l-impatt fuq il-klima tas-settur tat-trasport bl-ajru fl-iskema tal-kummerċ ta’ l-emissjonijiet fl-UE[15].

( Azzjoni: kompli mmonitorja l-aspetti ta’ l-gћajnuna Statali u tal-kompetizzjoni tar-ristrutturar u ta’ l-integrazzjoni; irrevedi l-funzjonament tas-suq intern u pproponi l-aġġustamenti fejn ikun meћtieġ; ikkompleta l-qafas regolatorju ta’ l-ajru uniku u implimenta l-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru; żviluppa miżuri ta’ politika sabiex trażżan l-emissjonijiet mis-servizzi tat-trasport bl-ajru.

It-trasport fuq l-ilma

B’żewġ terzi tal-konfini tagħha li jiffaċċaw il-baћar, il-peniżola Ewropea hija ekonomija marittima per eċċellenza, speċjalment wara t-tkabbir. It-trasport fuq l-ilma, speċjalment it-trasport marittimu fuq distanzi qosra, matul is-snin kiber b’mod qawwi bħat-trasport tal-merkanzija bit-triq u jidher biċ-ċar li għandu potenzjal saħanistra aktar qawwi. Jista’ jgћin biex itaffi l-konġestjoni u l-pressjoni ambjentali fuq modi ta’ trasport oћrajn, sakemm jintaqqsu l-emissjonijiet tal-kontaminanti mit-trasport tal-merkanzija bil-baћar.

Minћabba l-linja kostali twila ta’ l-Ewropa u minћabba n-numru kbir ta’ portijiet, is-settur marittimu qed juri li huwa alternattiva ta’ siwi gћat-trasport fuq l-art kif intwera mill-kunċett tat-“toroq tal-baћar”.[16] It-trasport tal-merkanzija bil-baħar fil-kontejners ikkontribwixxa b’mod konsidervoli għat-tkabbir; għandu potenzjal futur qawwi għall-operazzjonijiet loġistiċi li jużaw sinerġiji bejn il-baħar u l-ferrovija u/jew ix-xmara.

L-iżvilupp tat-trasport marittimu u kostali qed jiffaċċja żewġ sfidi ewlenin. L-ewwelnett, s’issa gћad m’hemmx suq intern tat-trasport tal-merkanzija bil-baћar li huwa mingħajr problemi: minћabba r-regolamentazzjoni internazzjonali, il-vjaġġi bil-baћar minn Stat Membru gћall-ieћor jitqiesu bћala esterni. Dan ma jħallix lill-UE tagħmel l-aħjar użu mir-regolamentazzjoni tat-traffiku intern tagћha u tissemplifika l-kummerċ intern. Ma jħallix ukoll li t-trasport tal-merkanzija kostali jkun integrat b’mod sћiћ fil-katini tal-loġistika interna. L-opportunitajiet fil-liġi internazzjonali gћandhom jiġu utilizzati b’mod sћiћ sabiex tiġi indirizzata din il-problema.

It-tieni, hemm il-ħtieġa li t-tkabbir mistenni tat-trasport bil-baħar jiġi assorbit permezz ta’ l-infrastruttura tal-portijiet ta’ l-UE. L-investiment miżjud fil-portijiet u lejn l-intern tal-pajjiż huwa meħtieġ biex jitjiebu u jiġu estiżi s-servizzi sabiex il-portijiet isiru poli għat-tkabbir minflok magħlaq potenzjali tat-trasbord. In-nuqqas tal-kapaċità tal-portijiet jista’ jiġi indirizzat ukoll permezz ta’ aktar kooperazzjoni u speċjalizzazzjoni bejn il-portijiet Ewropej. Barra minn hekk, politika dwar il-portijiet li tirnexxi se jeħtiġilha tikkombina kompetizzjoni b’saħħtiha kemm fi ħdan il-portijiet kif ukoll bejniethom; regoli ċari għall-kontribuzzjonijiet pubbliċi għall-investiment u aċċess trasparenti għas-servizzi portwali; limiti ambjentali u ħtiġiet ta’ l-iżvilupp; disponibilità tas-servizzi kompetittivi u żieda f’impjiegi ta’ kwalità.

Il-Kummissjoni se tibni fuq id-dibattitu li ngħata spinta mill- Green Paper dwar politika marittima futura ta’ l-UE[17] biex tiżviluppa strateġija integrata għat-trasport marittimu madwar “spazju marittimu Ewropew”. Din il-politika se jkollha l-għan li tneħħi l-ostakli għall-kummerċ intern, li tippermetti lill-UE tiffissa standards soċjali, ambjentali, ta’ sikurezza u ta’ sigurtà għoljin, u li tippromwovi infrastruttura kompetittiva u żvilupp ta’ l-industrija waqt li żżomm f’moħħha l-kuntest globali li fih jopera t-trasport tal-merkanzija bil-baħar. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tikseb standards ta’ l-emissjoni tal-kontaminanti aktar stretti fuq it-trasport tal-merkanzija bil-baħar.

Waqt li x-xmajjar jgħoddu għal biss 3% tat-trasport tal-merkanzija totali, f’ċerti kurituri s-sehem tagħhom jaqbeż l-40%. Il-kapaċità żejda fil-kurituri bħalma huma d-Danubju tista’ tiġi esplojtata billi t-trasport fuq ix-xmajjar jiġi modernizzat u integrat f’katini effiċjenti ta’ loġistika multimodali. Il-programm NAIADES jistabbilxxi pjan ta’ azzjoni sabiex jiġi promoss it-trasport fuq ix-xmajjar.[18]

( Azzjoni: ibni fuq konsultazzjoni pubblika wiesgħa mal-partijiet interessati sabiex tiżviluppa strateġija komprensiva għal “spazju marittimu komuni Ewropew”; żviluppa politika komprensiva dwar il-portijiet Ewropej; azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-kontaminanti mit-trasport ta’ fuq l-ilma; kompli ppromwovi t-trasport marittimu fuq distanzi qosra kif ukoll it-toroq tal-baħar, b’enfasi partikolari fuq il-konnessjonijiet lejn l-art; implimenta l-pjan ta’ azzjoni NAIADES għat-trasport fuq ix-xmajjar.

IL-MOBILITÀ SOSTENIBBLI GħAċ-ċITTADIN – TRASPORT TA’ MIN JORBIT FUQU, BLA PERIKLU U FIż-żGUR

Il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg u tax-xogħol

It-trasport huwa settur ewlieni li jipprovdi x-xogħol, b’aktar minn 10 miljun impjieg fis-setturi ta’ l-ekonomija relatati mat-trasport (servizzi, tagħmir, infrastruttura) l-aktar fis-settur tat-toroq. Iż-żamma u t-tisħiħ tal-kompetittività ta’ l-operaturi tat-trasport huma l-aħjar garanzija għal rata għolja ta’ impjiegi li ddum għal żmien twil. Wara perjodu twil ta’ ristrutturazzjoni, il-livelli ta’ l-impjiegi issa qed jistabbilizzaw ruħhom. F’uħud mis-setturi bħal fit-trasport bil-ferrovija u fit-trasport bit-triq, beda jidher in-nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat; fis-settur marittimu, nuqqas ta’ kandidati ta’ l-UE kkontribwixxa għal żieda fil-ħaddiema barranin[19]. Hemm il-ħtieġa ta’ aktar sforzi biex jittejjeb it-taħriġ u biex iż-żgħażagħ jiġu mmotivati ħalli jsegwu professjonijiet fit-trasport fl-Istat Membru tagħhom stess jew fi Stati Membri oħra.

Kemm f’ambitu internazzjonali kif ukoll fl-UE, hemm varjazzjonijiet kbar fl-ispiża tax-xogħol li tiġi mill-pagi, mill-ħlasijiet tax-xogħol u mill-effett tal-kondizzjonijiet tax-xogħol. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom impatt importanti fuq il-modi tat-trasport fil-kompetizzjoni internazzjonali, speċjalment fit-trasport marittimu, imma wkoll f’dak bit-toroq. Fis-settur tat-toroq, il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-kwalifiki u l-kondizzjonijiet tax-xogħol għenet biex tinħoloq sitwazzjoni ta’ kondizzjonijiet indaqs li żżomm f’moħħha l-ħtiġiet ta’ l-SMEs. L-implimentazzjoni effettiva ta’ din il-leġiżlazzjoni hija ta’ l-ikbar importanza.[20] Dawn ir-regoli se jiġu promossi internazzjonalment. F’oqsma oħra, bħalma huma l-pagi, hemm spazju biex l-imsieħba soċjali jinvolvu ruħhom bi djalogu transkonfinali. Fil-qasam marittimu, il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-imsieħba soċjali biex jikkonkludu ftehim fuq il-bażi tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar ix-Xogħol Marittimu ta’ l-ILO.

( Azzjoni: ħeġġeġ it-taħriġ u l-issoktar miż-żgħażagħ ta’ professjonijiet fit-trasport; eżamina f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati r-regoli dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol fit-trasport tal-merkanzija bit-triq u pproponi l-aġġustamenti fejn ikun meħtieġ; ħeġġeġ id-djalogu transkonfinali bejn l-imsieħba soċjali, l-aktar billi tapplika l-Konvenzjoni ta’ l-ILO fil-qasam marittimu.

Id-drittijiet tal-passiġġier

Id-drittijiet tal-passiġġier ġew imsaħħa b’mod konsiderevoli għall-ivvjaġġar bl-ajru, fejn l-Ewropej qed iħossuhom aktar żguri meta jiġu biex igawdu mil-libertà li jaħdmu u jivvjaġġaw ma’ l-Unjoni kollha. L-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġ li jintensifikaw is-segwitu ta’ l-ilmenti. Taħt il-leġiżlazzjoni li ġejja dalwaqt, il-passiġġieri li jużaw it-trasport internazzjonali bil-ferrovija u bil-baħar se jibbenefikaw minn drittijiet simili. L-ivvjaġġar bil-kowċ ukoll għandu jibbenefika minn attenzjoni akbar rigward il-kwalità tas-servizz. Il-kwalità tas-servizz huwa valur kompetittiv importanti fil-modi kollha tat-trasport. Għandha tingħata attenzjoni biex jiżdied l-aċċess effettiv tat-trasport għall-passiġġiera b’mobilità mnaqqsa.

( Azzjoni: eżamina, flimkien mal-partijiet interessati, kif il-kwalità miżjuda tas-servizz u l-assigurazzjoni tad-drittijiet bażiċi tal-passiġġier jistgħu jiġu promossi fil-modi kollha tat-trasport, b’mod partikolari fir-rigward tal-passiġġieri b’mobilità limitata.

Is-sikurezza

Sar progress kbir biex tittejjeb is-sikurezza marittima u dik ta’ l-avjazzjoni, inkluż l-aktar reċenti bl-introduzzjoni ta’ blacklist tal-linji ta’ l-ajru perikolużi. Sett wiesa’ ta’ standards komuni tas-sikurezza qed jiġi infurzat bl-għajnuna ta’ l-aġenziji marittimi, ta’ l-avjazzjoni u tal-ferrovija Ewropej, l-EMSA, l-EASA u l-ERA, li qegħdin hemm apposta. Dawn l-aġenziji jeħtieġ li jiġu ffinanzjati biżżejjed skond il-funzjonijiet fdati lilhom. Ir-reġim tas-sikurezza se jkun ikkompletat aktar bit-tielet pakkett leġiżlattiv marittimu u bit-titjib fir-reġimi internazzjonali f’kull settur. Maż-żmien, għandha titqies il-koordinazzjoni ta’ l-UE ta’ wħud mill-funzjonijiet essenzjali tal-gwardja kostali.

Il-livell relattivament baxx ta’ mwiet fl-aċċidenti tat-trasport bil-ferrovija, bil-baħar u bl-ajru jikkuntrasta sew man-numru kbir ta’ inċidenti fatali fit-toroq. Il-mira li jitnaqqas bin-nofs in-numru ta’ mwiet fil-perjodu 2001 sa l-2010 tibqa’ valida. Se teħtieġ azzjoni miftiehma biex jittejbu aktar id-disinn u t-teknoloġija tal-vetturi (inklużi t-teknoloġiji biex jiġu evitati l-aċċidenti u l-kooperazzjoni ta’ l-infrastruttura tal-vetturi s-“Sikurezza elettronika”), l-infrastruttura tat-toroq u l-imġiba tas-sewwieq, kif inhu rifless fil-konklużjonijiet tal-grupp CARS 21. Il-mira se tintlaħaq biss bi sforz konġunt li jinvolvi l-gvernijiet fil-livelli kollha, l-industriji tal-kostruzzjoni tal-karozzi u tat-toroq, il-maniġers ta’ l-infrastruttura kif ukoll l-utenti tat-toroq infushom. Ġurnata tas-sikurezza fit-toroq ta’ darba fis-sena, appoġġjata mill-pubblikazzjoni tal-figuri annwali tas-sikurezza fit-toroq f’kull Stat Membru, għandha żżid l-kuxjenza u tħeġġeġ l-iskambju ta’ l-aħjar prattika.

( Azzjoni: implimenta metodu integrat għas-sikurezza fit-toroq li jkollu fil-mira d-disinn u t-teknoloġija tal-vettura, l-infrastruttura u l-imġiba, inkluża r-regolamentazzjoni fejn ikun meħtieġ; organizza sforzi ta’ kuxjenza, il-ġurnata tas-sikurezza fit-toroq ta’ darba fis-sena; irrivedi kontinwament u kkompleta r-regoli tas-sikurezza fil-modi tat-trasport l-oħra kollha; saħħaħ il-funzjonament ta’ l-aġenziji tas-sikurezza Ewropej u estendi gradwalment il-kompiti tagħhom li huma relatati mas-sikurezza.

Is-sigurtà

It-theddida sostnuta tat-terroriżmu żżommna konxji li t-trasport huwa kemm mira kif ukoll strument tat-terroriżmu. Wara dak li ġara fil-11 ta’ Settembru 2001, l-UE rreaġiet malajr b’leġiżlazzjoni u b’reġimi ta’ spezzjoni tal-kontroll tal-kwalità biex titkabbar is-sigurtà fl-avjazzjoni u fit-trasport marittimu. Dan l- acquis se jiġi rfinut fuq il-bażi ta’ l-esperjenza. Jeħtieġ jiġu stimolati kondizzjonijiet indaqs fejn huwa probabbli li l-ispiża tal-miżuri tas-sigurtà se tfixkel il-kompetizzjoni. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li r-regoli tas-sigurtà jiġu estiżi għat-trasport fuq l-art, inklużi t-trasport urban u l-istazzjonijiet tal-ferrovija u l-katina tal-loġistika intermodali. Barra minn hekk, għandha titwettaq analiżi approfondita dwar l-infrastruttura kritika tat-trasport fil-qafas tal-Programm Ewropew għall-Protezzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika (EPCIP). Fuq il-bażi ta’ l-EPCIP, ix-xogħol li għaddej dwar l-infrastruttura kritika tat-trasport jista’ jirriżulta filli jiġu proposti miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni billi jitqiesu r-riskji kollha u b’mod partikolari, it-terroriżmu. Jeħtieġ li tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni għall-kooperazzjoni internazzjonali biex jittejbu l-istandards dinjija u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ kontrolli mhux meħtieġa u li jqumu ħafna flus.

( Azzjoni: eżamina l-funzjonament u l-ispejjeż tar-regoli tas-sigurtà korrenti fit-trasport bl-ajru u fit-trasport marittimu, ipproponi aġġustamenti fejn ikun meħtieġ fuq il-bażi ta’ l-esperjenza, u sabiex tevita t-tfixkil tal-kompetizzjoni; irrifletti fuq il-ħtieġa li testendi r-regoli tas-sigurtà għat-trasport fuq l-art u għal dak intermodali kif ukoll għall-infrastruttura kritika.

It-trasport urban

80% ta’ l-Ewropej jgħixu f’ambjent urban. It-trasport pubbliku, il-karozzi, il-loris, iċ-ċiklisti u l-persuni li jmorru bil-mixi kollha jaqsmu l-istess infrastruttura. It-trasport urban huwa responsabbli għal 40% ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bit-triq u sa 70% ta’ kontaminanti oħra mit-trasport. Inċident fatali fit-toroq minn kull tlieta jseħħ fl-ibliet. Il-problemi tal-konġestjoni, ukoll, huma kkonċentrati fi jew madwar l-ibliet. Kif tiġi miżjuda l-mobilità waqt li fl-istess ħin jitnaqqsu l-konġestjoni, l-aċċidenti u t-tniġġis huma l-isfida komuni għall-ibliet kbar kollha. Aktar minn ħaddieħor, dawk li jgħixu fil-belt direttament iħossu l-effetti negattivi tal-mobilità tagħhom stess u jistgħu jkunu miftuħin għal soluzzjonijiet innovattivi biex tinħoloq mobilità sostenibbili.

L-ibliet stess, aktar mill-UE, jinsabu f’pożizzjoni li jmexxu. Londra, Stokkolma, Ateni, Kawnas, Gdinja u bliet oħrajn għandhom fis-seħħ politiki attivi ta’ mobilità sostenibbli bħala alternattiva għall-karozzi. L-UE tista’ tippromwovi l-istudju u l-iskambju ta’ l-aħjar prattika min-naħa għall-oħra ta’ l-UE f’oqsma bħalma huma l-infrastruttura tat-trasport, l-iffissar tan-normi, il-ġestjoni tal-konġestjoni u tat-traffiku, is-servizzi tat-trasport pubbliku, l-iċċarġjar ta’ l-infrastruttura, l-ippjanar urban, is-sikurezza, is-sigurtà u l-kooperazzjoni mar-reġjun tal-madwar. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi li twettqu mill-Kummissjoni żvelaw interess kbir f’kontribut possibbli mill-UE. Il-Kummissjoni se tibni fuq l-esperjenza li nkisbet mill-Inizjattiva CIVITAS u fuq l-istrateġija tematika tagħha dwar it-trasport urban,[21] u se tkompli tippromwovi r-riċerka dwar mobilità ekoloġika urbana. Il-leġiżlazzjoni li ġejja dalwaqt dwar is-servizzi tat-trasport pubbliku se tipprovdi qafas legali ċar u stabbli li jipprovdi investiment ta’ kwalità fi trasport pubbliku nadif u effiċjenti. Barra minn hekk, l-UE għandha teżamina jekk hemmx ostakli għall-politika dwar it-trasport urban fuq il-livell ta’ l-UE u fejn, filwaqt li tirrispetta b’mod sħiħ is-sussidjarjetà, hemm kunsens li jiġu żviluppati soluzzjonijiet konġunti.

( Azzjoni: ippubblika Green Paper dwar it-trasport urban biex tidentifika l-valur Ewropew miżjud potenzjali ma’ azzjoni fuq livell lokali.

IT-TRASPORT U L-ENERġIJA

Il-politika tat-trasport hija marbuta mill-qrib mal-politika dwar l-enerġija, fuq il-bażi ta’ għanijiet komuni: it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tnaqqis tad-dipendenza ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-UE fuq il-karburanti fossili[22].

Utent ewlieni ta’ l-enerġija, it-trasport huwa responsabbli għal xi 71% tal-konsum taż-żejt kollu fl-UE. It-trasport bit-triq juża 60% taż-żejt kollu; it-trasport bl-ajru huwa responsabbli għal xi 9% tal-konsum totali taż-żejt. It-trasport bil-ferrovija juża madwar 75% ta’ l-elettriku u 25% tal-karburanti fossili.

L-ispiża għolja tal-karburanti fossili u l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza strateġika tagħna għandha tfisser għandu jsir l-aħhar użu tal-potenzjal ta’ kull mod ta’ trasport.

Dawn l-isfidi jirrinforzaw il-prijorità ambjentali li nikkontrollaw l-użu ta’ l-enerġija. Inizjattivi bħal dawk imħabbra fil- Green Paper dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija[23] jeħtieġ li jiġu segwiti b’urġenza; fil-Ħarifa ta’ l-2006, il-Kummissjoni se tressaq Pjan ta’ Azzjoni dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija. Politika Ewropea dwar l-enerġija li għandha l-għan li tiżgura l-kompetittività, is-sigurtà tal-provvista u l-protezzjoni ambjentali għandha tiffoka, inter alia , fuq aktar politiki dwar it-trasport li jnaqqsu l-konsum ta’ l-enerġija billi jtejbu l-effiċjenza tal-karburant mil-lat tal-vettura u b’mod gradwali jissostitwixxu ż-żejt b’karburanti oħra li jistgħu jkunu bijokarburanti[24], gass naturali, idroġenu, elettriku jew oħrajn.

F’dan il-qasam huma meħtieġa sforzi u investimenti ewlenin ta’ l-RTD, inklużi l-kombinazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka ta’ l-enerġija u tat-trasport, ir-riċerka f’vetturi aktar intelliġenti u aktar nodfa u l-użu tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) għall-effiċjenza tal-karburant u l-ħolqien ta’ sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat. Diġà ġew imnedija numru ta’ inizjattivi fil-qasam tal-bijokarburanti (inkluża t-tieni ġenerazzjoni tal-bijokarburanti) u ta’ l-idroġenu għat-trasport, li għandhom ikunu segwiti. Proġett biex ikunu żviluppati trakkijiet ‘ħodor’ għandu jgħin biex wieħed jibni fuq dawn l-avvanzi. Għandhom jiġu użati sforzi simili biex ikunu żviluppati inġenji ta’ l-ajru u bastimenti ‘ħodor’ kif ġie identifikat fl-istrateġija tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja.[25] Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi fl-IMO biex tikseb standards għall-emissjoni tal-kontaminanti aktar stretti dwar it-trasport tal-merkanzija bil-baħar. L-effiċjenza ta’ l-enerġija u l-karburanti alternattivi huma fost l-oqsma l-aktar promettenti u l-aktar li jgħafsu għal aktar innovazzjoni.

’Il bogħod mill-istadji ta’ riċerka u ta’ dimostrazzjoni, l-UE se tagħti stimolu b’mod li jiffavorixxi l-ambjent billi toħloq il-kondizzjonijiet sabiex iġġib fis-suq teknoloġiji ġodda maturi, permezz ta’ l-iffissar u tar-regolamentazzjoni ta’ l-istandards (eż. normi suċċessivi EURO għal vetturi tat-toroq, tajers imtejba), il-promozzjoni ta’ vetturi nodfa fuq il-bażi ta’ akkwist pubbliku (eż. tal-karozzi tal-linja), strumenti fiskali[26] (eż. petrol bla ċomb) u għajnuniet Statali, miri miftiehma (eż. il-mira 5.75% ta’ bijokarburanti għall-2010, il-ftehim volontarju ma’ l-industrija awtomotiva biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 għal 140g/km sa l-2008 u għal 120g/km sa l-2012 skond l-Istrateġija ta’ l-UE dwar l-Emissjonijiet tas-CO2), jew miri internazzjonali għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra), il-kuxjenza ta’ l-utent (eż. l-ittikkettar ta’ l-enerġija, kampanji ta’ mġiba tal-konsumatur u ta’ l-utent), u azzjoni koordinata f’oqsma ta’ politika oħra biex ikunu rilaxxati s-sinerġiji (eż. politika agro-industrijali dwar il-bijokarburanti), l-istimolu ta’ l-investiment fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni għall-karburanti alternattivi.

( Azzjoni: ippromwovi l-effiċjenza ta’ l-enerġija fuq livell ta’ UE fuq il-bażi tal-pjan ta’ azzjoni li dalwaqt jasal, ħeġġeġ l-azzjonijiet ta’ l-UE, inklużi l-ftehimiet volontarji; appoġġa r-riċerka, id-dimostrazzjoni u l-introduzzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji ġodda bħall-ottmizzazzjoni tal-magni, is-sistemi intelliġenti tal-ġestjoni ta’ l-enerġija tal-vettura jew il-karburanti alternattivi, bħall-bijokarburanti avvanzati u ċ-ċelluli ta’ l-idroġenu jew tal-karburanti jew il-propulsjoni ibrida; niedi azzjonijiet għall-kuxjenza ta’ l-utent dwar vetturi aktar intelliġenti u aktar nodfa u programm ewlieni orjentat lejn il-futur għall-propulsjoni ħadra u għall-effiċjenza fl-enerġija fit-trasport.

L-AħJAR UżU POSSIBBLI TA’ L-INFRASTRUTTURA

Żewġ sfidi: it-tnaqqis tal-konġestjoni u ż-żieda fl-aċċessibilità

In-netwerks tat-trasport trans-Ewropej (TENs) jipprovdu l-infrastruttura fiżika għas-suq intern. L-Ewropa hija mgħammra b’netwerk ta’ trasport sfiq u infrastruttura ġeneralment ta’ kwalità għolja. Minkejja dan, iż-żoni fil-“punent nofsani” ta’ l-Ewropa u madwar il-katina ta’ muntanji li jaqtgħu l-kontinent, kif ukoll ħafna bliet, ibatu mill- konġestjoni u mit-tniġġis. Sa l-2020, 60 ajruport ewlieni huma mistennija li jsiru ferm ikkonġestjonati; hija viżibbli tendenza simili fil-portijiet. Il-konġestjoni u t-tniġġis jheddu t-tkabbir ekonomiku, il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent. Soluzzjonijiet ta’ mobilità intelliġenti (ara l-punt 7 aktar ’l isfel) u l-ġestjoni tad-domanda tat-trasport (ara l-punt 6.3 aktar ’l isfel) se jtaffu l-konġestjoni, iżda se tkun meħtieġa wkoll infrastruttura ġdida jew imtejba. L-investiment f’alternattivi vijabbli għal kurituri ta’ toroq ikkonġestjonati jista’ jappoġġja soluzzjonijiet intelliġenti li jinvolvu katini ta’ loġistika ko-modali li jagħmlu l-aħjar użu ta’ l-infrastruttura tat-trasport fi ħdan il-modi tat-trasport u minn mod ta’ trasport għal ieħor. Dan jinkludi l-mini transalpini, il-kurituri tal-ferrovija, kif ukoll punti intermodali għat-trasport bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru. Hemm il-ħtieġa li jinstab il-bilanċ ġust bejn l-iżvilupp ta’ infrastruttura ekonomikament essenzjali u r-rekwiżiti fuq l-ippjanar li huma ugwalment leġittimi, ibbażat fuq għanijiet ambjentali u ta’ politiki oħra. Dawk li jissejħu Sistemi Kooperattivi bbażati fuq mezzi ta’ komunikazzjoni minn vettura għal vettura u minn vettura għal infrastruttura tul perjodu itwal ta’ żmien jistgħu jtejbu b’mod konsiderevoli l-effiċjenza tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-konġestjoni. L-infrastruttura tat-toroq trid issir intelliġenti u trid tibgħat u tirċievi informazzjoni lejn u mill-vetturi, u tiġbor informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tat-toroq bħall-perikli tat-temp u l-aċċidenti biex isir l-aħjar użu ta’ l-operazzjoni tas-Sistemi Kooperattivi.

F’partijiet oħra ta’ l-Ewropa, l-aċċessibilità hija l-ikbar problema għar-reġjuni u għall-Istati Membri fil-periferija. Billi tiġi kkofinanzjata l-infrastruttura tat-trasport, il-fondi strutturali u dawk ta’ koeżjoni se jkomplu jgħinu lir-reġjuni li qegħdin lura f’termini ta’ integrazzjoni ekonomika jew li jbatu minn żvantaġġi. Waqt li ħafna mill-Istati Membri l-ġodda se jlaħħqu mas-sottoinvestiment tal-passat fl-infrastruttura tat-toroq u fl-infrastruttura urbana, se jkun hemm il-ħtieġa li r-reġjuni insulari u dawk li qegħdin l-aktar ’il barra jesplojtaw il-potenzjal ta’ l-ajruporti reġjonali u tal-konnessjonijiet marittimi. Ir-reġjuni l-aktar ’il barra jbatu minn nuqqas kbir ta’ aċċessibilità mhux biss f’relazzjoni mas-suq intern kontinentali, iżda wkoll ma’ l-intern tagħhom stess. L-istrumenti tal-politika dwar it-trasport u l-għajnuniet Statali jistgħu jintużaw sabiex inaqqsu l-effetti tal-bogħod fuq il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom u sabiex itejbu l-konnessjonijiet mal-bqija ta’ l-UE u mal-pajjiżi terzi ġirien.

( Azzjoni: ħeġġeġ u kkoordina fejn ikun meħtieġ l-investiment f’infrastruttura intelliġenti ġdida jew imtejba biex jiġu eliminati d-diffikultajiet u pprepara għall-introduzzjoni tas-sistemi kooperattivi, biex jista’ jkun hemm soluzzjonijiet ta’ trasport ko-modali u biex ir-reġjuni periferali u r-reġjuni l-aktar in-naħa ta’ barra jkunu kollegati ma’ l-art ewlenija; żgura metodu bilanċjat għall-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art.

Il-mobilizzazzjoni tas-sorsi kollha ta’ finanzjament

L-ispiża sħiħa tat-30 proġett prijoritarju TEN li ġew identifikati fl-2004 waħidha hija stmata madwar € 250 biljun. Madankollu, il-kapaċitajiet tal-finanzjament pubbliku ta’ l-Istati Membri jibqgħu limitati; il-livell ta’ investiment fl-infrastruttura tat-trasport waqa’ fl-Istati Membri kollha u llum dan jammonta għal inqas minn 1 % tal-PGD. Bl-istess mod, il-perspettivi finanzjarji l-ġodda ta’ l-Unjoni għall-perjodu 2007-2013 jipprovdu biss żieda limitata fil-baġit disponibbli għat-TENs.

Meta wieħed iqis ir-riżorsi disponibbli limitati, l-UE se jkollha tiffoka l-ko-finanzjament tagħha mill-baġit tat-TENs fuq is-sezzjonijiet kritiċi tal-qsim tal-fruntiera u fuq id-diffikultajiet ewlenin l-oħra fil-proġetti prijoritarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu tal-Fondi Strutturali u dawk ta’ Koeżjoni ta’ l-UE biex jappoġġjaw il-finanzjament ta’ l-infrastruttura tat-trasport. Il-fondi ta’ l-UE se jkunu kkonċentrati fuq dawk il-proġetti li joffru l-akbar valur miżjud għall-Ewropa u fejn hija garantita l-kollaborazzjoni attiva ma’ l-organizzazzjonijiet ta’ finanzjament nazzjonali u ma’ l-organizzazzjonijiet ta’ finanzjament l-oħra. L-azzjonijiet ta’ interoperabilità u l-istudji ewlenin ta’ vijabilità għandhom jiġu ffinanzjati ma’ l-Unjoni kollha. Il-programm Marco Polo, b’baġit ta’ € 450 miljun sas-sena 2013, se jikkontribwixxi direttament biex joffri lill-operaturi f’toroq ikkonġestjonati b’alternattivi f’modi oħra ta’ trasport.

Għandhom jiġu żviluppati tipi ġodda ta’ inġinerija finanzjarja. Il-ħlasijiet ta’ l-utent għandhom jikkontribwixxu aktar għall-finanzjament tal-partijiet tan-netwerks tat-trasport li huma l-aktar vijabbli kummerċjalment. Strument ta’ garanzija, li għandu jiġi pprovdut b’riżervi ta’ likwidità sa € 1 biljun, li huwa maqsum bejn il-Bank ta’ l-Investiment Ewropew u l-baġit ta’ l-UE għall-2007-2013, huwa mistenni li jagħmel tajjeb għal € 20 biljun f’self mill-banek għall-infrastruttura tat-trasport. Użu aktar attiv tas-sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat jista’ jaċċellera l-implimentazzjoni tal-proġetti, iżid il-valur għall-flus u jtaffi l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi. L-inizjattivi ta’ politika konġunta bħall-JASPERS (Għajnuna Konġunta biex Ikunu Appoġġjati Proġetti fir-Reġjuni Ewropej) se jiffaċilitaw it-tnedija tal-proġetti.

( Azzjoni: immassimizza l-investiment fl-infrastruttura trans-Ewropea ta’ interess Ewropew billi timmobilizza s-sorsi ta’ finanzjament kollha disponibbli inkluż il-baġit tat-TEN, il-Fondi Strutturali u dawk ta’ Koeżjoni, kif ukoll is-self mis-suq kapitali (inkluż mill-Bank ta’ l-Investiment Ewropew, mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, u mis-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat); u billi tuża l-inizjattivi komuni ta’ implimentazzjoni.

L-iċċarġjar intelliġenti

L-iċċarġjar għall-użu ta’ l-infrastruttura qed isir iżjed komuni fl-UE. Per eżempju, Londra introduċiet ħlas minħabba konġestjoni u reċentement il-Ġermanja segwiet l-eżempju ta’ Stati Membri oħra billi introduċiet il-ħlas għall-awtostrada Maut għall-vetturi kummerċjali. L-UE għadha kif adottat direttiva ġdida dwar l-iċċarġjar tat-toroq bħala qafas għall-introduzzjoni ta’ ħlas modulat ta’ nollijiet għal-loris fuq i-netwerk trans-Ewropew. Fit-trasport bil-ferrovija, il-maniġers ta’ l-infrastruttura jiċċarġjaw lill-operaturi għall-użu tal-linji.

L-iskop ta’ dawn l-iskemi ta’ iċċarġjar huwa li tiġi ffinanzjata l-infrastruttura; minbarra dan, fejn mhix possibbli żieda fil-kapaċità ta’ l-infrastruttura, l-iċċarġjar jista’ jgħin biex isir l-aħjar użu mit-traffiku. Il-ħlasijiet jistgħu jiġu mmodulati biex iqisu l-impatt ambjentali jew ir-riskji ta’ konġestjoni, b’mod partikolari f’żoni ambjentalment sensittivi u f’żoni urbani. F’żoni bħal dawn, jistgħu jintużaw forom oħrajn ta’ allokazzjoni ta’ kapaċità bħalma huma l-iskambji tas-suq tad-drittijiet ta’ tranżitu.

Skond id-direttiva dwar l-iċċarġjar tat-toroq, il-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-10 ta’ Ġunju 2008, se tippreżenta mudell ġeneralment applikabbli, trasparenti u li jinftiehem għall-valutazzjoni ta’ l-ispejjeż esterni kollha biex iservi bħala l-bażi għall-kalkulazzjonijiet futuri tal-ħlasijiet infrastrutturali akkumpanjat minn analiżi ta’ l-impatt ta’ l-internalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż esterni għall-modi kollha ta’ trasport. Huwa meħtieġ proċess ta’ riflessjoni b’bażi wiesgħa li jinkludi wkoll it-trasport bil-ferrovija, bl-ajru, fuq l-ilma kif ukoll dak urban peress li l-iċċarġjar jaffettwa l-flussi tat-traffiku bejn il-modi tat-trasport u min-naħa għall-oħra tas-suq intern kollu. Din ir-riflessjoni jeħtieġ li teżamina kif forom intelliġenti ta’ ċċarġjar jistgħu jgħinu jitjiebu x-xejriet tat-trasport u b’hekk jinħolqu sitwazzjonijiet fejn is-sidien ta’ l-infrastruttura (b’ġestjoni u b’allokazzjoni tar-riżorsi aħjar), l-utenti (permezz ta’ ħinijiet ta’ vjaġġi iqsar), u s-soċjetà aktar ġenerali (bit-tnaqqis ta’ l-effetti negattivi bħalma huwa t-tniġġis ta’ l-arja) jirbħu lkoll. L-iċċarġjar intelliġenti għandu jiżgura prezzijiet ġusti u mhux diskriminatorji għall-utenti, dħul għall-investiment futur fl-infrastruttura, modi biex tiġi miġġielda l-konġestjoni, kif ukoll skontijiet sabiex jiġu ppremjati vetturi u sewqan ambjentalment aktar effiċjenti. Fl-aħħarnett, l-iċċarġjar intelliġenti għandu jqis il-piż ġenerali fuq iċ-ċittadini u fuq il-kumpaniji; għal dan il-iskop, l-analiżi ta’ l-iċċarġjar jeħtieġ li tintegra politiki fiskali relatati mat-trasport li ma jistimolawx mobilità sostenibbli.

( Azzjoni: niedi proċess ta’ riflessjoni u ta’ konsultazzjoni wiesa’ dwar iċċarġjar intelliġenti għall-infrastruttura u pproponi metodoloġija ta’ l-UE għall-iċċarġjar ta’ l-infrastruttura li tibni fuq id-direttiva dwar l-iċċarġjar tat-toroq.

IL-MOBILITÀ INTELLIġENTI

Infrastruttura ġdida ma tistax issolvi l-problemi kollha tal-konġestjoni u ta’ l-aċċessibilità minħabba l-ispejjeż għolja u ż-żmien twil li jdumu għaddejjin il-proċeduri ta’ l-ippjanar, u f’ċerti oqsma oħra minħabba l-pressjoni ambjentali u n-nuqqas ta’ spazju. Waqt li jsir attentat biex isir l-aħjar użu mill-kapaċità tat-trasport eżistenti, l-interess ta’ l-industrija li jinqatgħu l-ispejjeż huwa konsonanti ma’ l-interess pubbliku li tiġi żgurata s-sostenibilità finanzjarja u ambjentali. Li jitjieb il-fattur tat-tagħbija, biex b’hekk ikun jista’ jsir u jiġi stimolat it-trasbord għat-trasport bil-ferrovija u bil-baħar għal distanzi twal, l-aħjar użu tar-rotot u taż-żmien magħżul, kollha jikkontribwixxu biex iżidu l-mobilità filwaqt li jnaqqsu l-impatt ambjentali għal kull unità ta’ merkanzija trasportata.

Il-loġistika tat-trasport

L-industrija laqgħet l-isfida li tuża l-infrastruttura eżistenti u l-vetturi b’mod aktar effiċjenti billi żviluppat katini ta’ loġistika sofistikati. Informazzjoni avvanzata u teknoloġiji tal-komunikazzjoni jagħmlu possibbli l-implimentazzjoni tagħhom u jwasslu s-servizzi meħtieġa biex il-loġistika intelliġenti ssir realtà. It-tendenza lejn kumpaniji ta’ loġistika integrata jeħtieġ li tkun allinjata ma’ politiki pubbliċi li jippermettu l-aħjar użu u l-kombinazzjoni (“il-ko-modalità”) ta’ modi differenti ta’ trasport. Din jista’ jinkludi azzjoni biex jitneħħew l-ostakli regolatorji għall-ko-modalità, li jingħata stimolu lit-tagħlim u lill-iskambju ta’ l-aħjar prattika ma’ l-UE kollha, li tingħata promozzjoni lill-istandardizzazzjoni u lill-interoperabilità transmodali u biex isir investiment fiċ-ċentri tat-trasbord. L-adattament tad-dimensjonijiet tal-kontejners u tal-vetturi biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ loġistika intelliġenti se jkun parti minn dawn il-konsiderazzjonijiet.

( Azzjoni: żviluppa strateġija ta’ qafas għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa, segwit minn konsultazzjoni wiesgħa u li twassal għal pjan ta’ azzjoni.

Sistemi intelliġenti ta’ trasport

Fl-aħħar mill-aħħar, mhemm l-ebda raġuni għaliex l-inġenji ta’ l-ajru għandu jkollhom komunikazzjoni, navigazzjoni u awtomatizzazzjoni sofistikati, waqt li l-vapuri, il-ferroviji jew il-karozzi ma jkollhomx. Teknoloġiji ġodda li se jiġu fis-suq fil-futur qrib gradwalment se jipprovdu servizzi ġodda għaċ-ċittadini u se jippermettu ġestjoni fil-ħin reali tal-movimenti tat-traffiku u ta’ l-użu tal-kapaċità mtejba, kif ukoll li jiġu intraċċati u segwiti l-flussi għal skopijiet ambjentali u ta’ sigurtà. Barra mill-benefiċċji ovvji għall-operaturi u għall-klijenti tat-trasport, is-sistemi l-ġodda se jipprovdu lill-amministrazzjoni pubblika b’informazzjoni rapida u dettaljata dwar il-ħtiġiet ta’ l-infrastruttura u tal-manutenzjoni. Dawn mhux biss se jtejbu l-kumdità fis-sewqan, iżda se jgħinu wkoll biex jiżdiedu s-sikurezza u s-sigurtà u se jegħlbu xejriet ta’ trasport li huma ta’ ħela fl-interess tas-sostenbilità ambjentali. Qed tiġi stabbilita l-Awtorità ta’ Sorveljanza Galileo; is-sistema satellitari Galileo se tkun operattiva mill-2010 u se tipprovdi sinjali ta’ navigazzjoni li għandhom jiġu kkombinati ma’ komunikazzjoni fuq l-art jew ibbażata fl-ispazju. L-iżvilupp ta’ arkitettura Ewropea miftuħa se jiżgura l-interoperabilità u l-iżvilupp flessibbli ta’ l-applikazzjonijiet futuri għall-modi kollha tat-trasport.

Diġà għaddejjin numru ta’ inizjattivi, bħalma huma l-Inizjattiva tal-Karozza Intelliġenti[27] biex ikunu promossi teknoloġiji ġodda fil-vetturi permezz ta’ koordinazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-partijiet interessati (il-Forum tas-Sikurezza Elettronika), ir-riċerka f’Sistemi ta’ Vetturi Intelliġenti u kuxjenza ta’ l-utenti, u l-programm SESAR biex ikunu introdotti l-iktar teknoloġiji moderni għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew. Il-programm SESAR se jnaqqas l-impatt tat-traffiku ta’ l-ajru fuq l-ambjent u se jżid is-sikurezza, se jikkontribwixxi għall-impjiegi u se jiftaħ is-swieq ta’ l-esportazzjoni għat-teknoloġija tat-traffiku ta’ l-ajru Ewropea. Is-sistema ERTMS se ġġib vantaġġi simili għas-settur tal-ferroviji. Dan se jtejjeb l-interoperabilità bejn in-netwerks nazzjonali li hija kundizzjoni meħtieġa għall-operazzjonijiet effettivi bil-ferrovija fuq distanzi twal. Is-sistema tas-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) diġà qed titħaddem fil-kurituri Ewropej ewlenin. L-UE qed tinvesti fondi pubbliċi konsiderevoli f’dawn is-sistemi u takkumpanja l-implimentazzjoni tagħhom bil-qafas regolatorju meħtieġ.

L-azzjonijiet futuri se jesplojtaw opportunitajiet sabiex jiġu stabbiliti sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat ħalli jiġu appoġġjati l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji l-ġodda wkoll, li jinkludu t-Tħaddir tat-Trasport bl-Ajru (JTI Ajru Nadif) u t-Tħaddir tat-Trasport tal-Wiċċ (JTI H2 u ċelluli tal-Karburant)

( Azzjoni: kompli l-programmi ta’ mobilità intelliġenti fit-trasport bit-triq (l-Inizjattiva tal-Karozza Intelliġenti u s-Sikurezza elettronika), fl-avjazzjoni (SESAR), fit-trasport bil-ferrovija (ERTMS), u fit-trasport fuq l-ilma (ir-RIS u s-SafeSeaNet); agħmel l-aħjar użu mis-sinjali ta’ navigazzjoni Galileo, żviluppa aktar inizjattivi simili fil-qasam marittimu (“il-marittimu elettroniku” [ e-maritime ]) u niedi programm kbir biex tiġi implimentata infrastruttura intelliġenti għat-trasport bit-triq.

ID-DIMENSJONI GLOBALI

Is-settur tat-trasport huwa internazzjonali b’mod inerenti. Min-naħa waħda, id-dimensjoni esterna jeħtieġ li tiġi integrata sew fil-politika ġenerali dwar it-trasport ta’ l-UE; min-naħa l-oħra, il-politika dwar it-trasport jeħtieġ li tkun parti mir-relazzjoni usa’ ma’ pajjiżi u ma’ organizzazzjonijiet terzi.

L-Istati Membri ta’ l-UE għandhom interess komuni li jiżviluppaw reġimi internazzjonali li jiggarantixxu livelli għoljin ta’ sikurezza u ta’ sigurtà kif ukoll standards għoljin ta’ servizz u ta’ protezzjoni ambjentali u soċjali. L-UE hija mexxejja dinjija fir-regolamentazzjoni tas-settur tat-trasport u hija kapaċi tipproġetta l-għarfien u l-aħjar prattika tagħha barra mill-UE. Eżempji reċenti li kellhom suċċess huma l-ftehim fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) biex jiġu pprojbiti b’mod uffiċjali t-tankers taż-żejt b’buq wieħed u l-ftehim fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-istandards tax-xogħol fis-settur marittimu. Eżempju ieħor huwa l-applikazzjoni potenzjali mad-dinja kollha ta’ regoli ta’ l-emissjonijiet, li possibbilment jinvolvu l-kummerċ fl-emissjonijiet, għat-trasport bl-ajru, fejn l-UE se jkollha rwol ewlieni fid-diskussjonijiet li ġejjin fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

L-UE hija wkoll fornitur ewlieni tas-servizzi, tat-tagħmir u tat-teknoloġija tat-trasport. Il-kumpaniji ta’ l-UE jikkontrollaw 30% mit-trasport bl-ajru dinji u 40% tal-flotta tal-baħar. It-tagħmir tat-trasport jammonta għal 16% ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-UE. Ħafna attivitajiet ta’ trasport joperaw taħt kompetizzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Il-konverġenza tan-normi ta’ l-UE u dawk internazzjonali tiftaħ swieq ta’ l-esportazzjoni għat-teknoloġija ta’ l-UE fl-inġenji ta’ l-ajru u fil-ferroviji, fin-navigazzjoni (inkluż il-Galileo, is-SESAR u l-ERTMS), fil-propulsjoni nadifa, u f’ħafna oqsma oħra. L-aċċess għas-swieq tas-servizzi u għall-akkwist pubbliku barra mill-UE huwa kruċjali għall-industrija tat-trasport ta’ l-UE.

Il-kumpaniji tat-trasport Ewropej ta’ spiss huma mfixkla miż-żamma tal-barrieri għall-importazzjoni jew għall-investment fil-pajjiżi terzi. It-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dawn il-barrieri għall-aċċess għas-suq hija ferm importanti sabiex l-operaturi tagħna jkunu jistgħu jikkompetu b’mod ġust u effettiv barra mill-UE. In-negozjati li għaddejjin bejn imsieħba ndaqs ta’ Doha tal-WTO jipprovdu opportunità multilaterali sabiex ikunu indirizzati wħud minn dawn ir-restrizzjonijiet, u bħalissa għaddejjin ukoll diversi negozjati bilaterali.

Il-parti l-kbira tal-kooperazzjoni internazzjonali bdiet qabel il-ħolqien tas-suq intern u l-UE għadha mhix rappreżentata jew hija rappreżentata b’mod dgħajjef f’numru ta’ organizzazzjonijiet u fora internazzjonali. F’numru ta’ każijiet, is-sħubija ta’ l-UE f’mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u r-relazzjonijiet bilaterali ta’ l-UE ma’ l-imsieħba kummerċjali ewlenin huma l-aktar mezzi effettivi biex jirrappreżentaw l-interess ikkoordinat ta’ l-UE u ta’ l-Istati Membri tagħha. Sabiex ma jitħalliex li l-politiki komuni tagħna jitqiegħdu f’riskju, is-suq intern tat-trasport jeħtieġ metodu konsistenti vis-à-vis d-dinja ta’ barra. Flimkien l-Istati Membri għandhom piż ikbar.

It-tkabbir kellu inċidenzi kbar fuq it-trasport. Numru ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali, eż. fit-trasport bit-triq u fuq ix-xmajjar, illum jikkonsistu l-aktar jew b’mod esklussiv minn Stati Membri ta’ l-UE u minn pajjiżi ġirien li magħhom l-UE diġà għandha relazzjoni speċjali li tmur ferm lil hinn mill-kooperazzjoni internazzjonali tradizzjonali. Barra minn hekk, it-trasport tal-merkanzija kostali qed isir mezz ewlieni għat-traffiku fi ħdan l-UE, iżda xorta jibqa’ soġġett għall-iffissar ta’ regoli dinjija. F’dawk l-oqsma, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-mekkaniżmi internazzjonali korrenti jiġu riveduti biex jirriflettu aħjar ir-realtà korrenti dwar il-kontinent Ewropew sabiex jiġi ppreservat u żviluppat aktar l- acquis ta’ valur tal-kooperazzjoni reġjonali u kontinentali.

Ir-relazzjonijiet ta’ l-UE mal-pajjiżi kandidati għas-sħubija, mal-pajjiżi fil-proċess ta’ stabilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni, l-imsieħba taħt il-politika tal-viċinat Ewropew (ENP) u r-Russja huma ta’ importanza strateġika partikolari. Il-kooperazzjoni tat-trasport u l-konverġenza tal-leġiżlazzjoni, ibbażati inter alia fuq il-Pjanijiet ta’ Azzjoni skond l-ENP, se jgħinu biex tiġi stabbilita l-interkonnessjoni meħtieġa ta’ l-assi ewlenin tat-trasport billi jitqiesu d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali. L-UE qed tappoġġja wkoll numru ta’ inizjattivi reġjonali li jilħqu lil hinn miż-żona ENP, partikolarment f’oqfsa bħat-TRACECA jew l-Inizjattiva Baku. Ix-xogħol prattiku li sar fis-settur ta’ l-avjazzjoni se jitkompla u se jiġi estiż għall-modi l-oħra tat-trasport. Jekk wieħed iħares lil hinn mill-ġirien ta’ l-UE, il-politika dwar it-trasport estern hija divrenzjata u ffokata fuq l-imsieħba kummerċjali ewlenin ta’ l-UE. F’ċerti żoni, inkluż fl-Asja, fl-Afrika u fl-Amerika Latina, l-UE tgħin lir-raggruppamenti reġjonali sabiex jikkooperaw.

( Azzjoni: kompli żviluppa kooperazzjoni divrenzjata għat-trasport ta’ l-UE kif ukoll djalogi ta’ politika u industrijali ma’ l-imsieħba kummerċjali ewlenin u mar-raggruppamenti reġjonali, inkluż billi tikkonkludi ftehimiet; kompli żviluppa r-relazzjonijiet esterni fil-qasam ta’ l-avjazzjoni, billi tibni fuq il-ftehim dwar l-avjazzjoni li ġej dalwaqt bejn l-UE u l-Istati Uniti; ippromwovi proġetti industrijali kbar tat-trasport ta’ l-UE; żviluppa aktar il-kooperazzjoni; irrivedi fuq bażi ta’ każ b’każ l-interazzjoni ta’ l-UE ma’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali, li jvarjaw minn koordinazzjoni aħjar tal-politika għal status imtejjeb ta’ osservatur għal sħubija ta’ l-UE f’organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti jew saħansitra relazzjonijiet speċjali bejn l-UE u organizzazzjonijiet bħal dawn; żviluppa qafas strateġiku sabiex jiġu estiżi l-assi ewlenija tas-suq intern tat-trasport u n-netwerk għall-pajjiżi ġirien li jixtiequ dan.

KONKLUżJONI: AġENDA MġEDDA

L-1992 kienet id-data li fiha ġie kkompletat is-Suq Intern; għat-trasport din kienet pjuttost id-data tal-bidu. Madwar 15-il sena wara, is-suq intern liberalizzat tat-trasport u l-mobilità ma’ l-Ewropa kollha qed isiru realtà. Barra minn hekk, l-industrija tat-trasport f’dan il-perjodu ssaħħet, u l-Unjoni kienet kapaċi żżomm jew tiżviluppa l-pożizzjoni tagħha bħala mexxejja dinjija f’ħafna setturi. It-tkabbir suċċessiv għen biex din il-pożizzjoni tissaħħaħ u tiġi kkonsolidata.

L-għanijiet ġenerali tal-politika dwar it-trasport jibqgħu l-istess: mobilità kompetittiva, żgura, bla periklu, u li tiffavorixxi l-ambjent, li hija għalkollox skond l-aġenda riveduta ta’ Liżbona għall-impjiegi u t-tkabbir u skond l-Istrateġija riveduta għal Żvilupp Sostenibbli. Is-sett ta’ għodod għall-politika dwar it-trasport jeħtieġ li jevolvi sabiex iqis l-esperjenza miksuba u jirrifletti l-ambjent industrijali, politiku u internazzjonali li qed jevolvi. Kompetizzjoni internazzjonali aktar b’saħħitha, iżda wkoll aktar dgħajfa mit-tkabbir ekonomiku previst, għamlu mill-kompitu li tiġi żgurata mobilità sostenibbli ferm aktar ta’ sfida.

Din ir-reviżjoni ta’ nofs it-term targumenta favur metodu komprensiv u ħolistiku għall-politika dwar it-trasport. Waqt li l-politiki futuri se jkomplu jiġu bbażati fuq il- White Papers ta’ l-1992 u ta’ l-2001, f’ħafna oqsma l-intervent Ewropew mhuwiex se jkun biżżejjed. Azzjoni komplementari b’mod reċiproku se tkun meħtieġa fuq livelli ta’ gvern nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll miċ-ċittadini u mill-industrija nfushom. Dan huwa għaliex djalogu permanenti huwa essenzjali. L-azzjonijiet futuri, inkluża l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet imħabbra diġà fil- White Paper ta’ l-2001 u li għadhom ma ġewx segwiti, se jkunu bbażati fuq djalogu wiesa’ mal-partijiet interessati kollha konċernati.

Politika Ewropea dwar il-mobilità sostenibbli għalhekk jeħtieġ li tibni fuq firxa usa’ ta’ għodod tal-politika sabiex tikseb ċaqliq għal modi tat-trasport li fejn ikun xieraq jiffavorixxu aktar l-ambjent, speċjalment fuq distanzi twal, f’żoni urbani u f’kurituri bi problema ta’ konġestjoni. Fl-istess ħin, għandu jsir l-aħjar użu tal-modi kollha tat-trasport. Fl-aħħarnett, il-ko-modalità jiġifieri l-użu effiċjenti ta’ modi tat-trasport differenti waħidhom u f’kombinazzjoni, se tirriżulta f’utilizzazzjoni ottima u sostenibbli tar-riżorsi.

L-għażla indikattiva taż-żmien għall-azzjonijiet ewlenija li għandhom jittieħdu fis-snin li ġejjin tintwera fl-Anness 1. Dawn l-azzjonijiet ifittxu li jintegraw viżjoni komprensiva ta’ ħtiġiet ta’ investiment, ta’ regolamentazzjoni, ta’ soluzzjonijiet divrenzjati inklużi metodi volontarji, ta’ innovazzjoni teknoloġika, ta’ żvilupp ta’ l-infrastruttura u ta’ reġimi internazzjonali sabiex jiġi identifikat il-valur miżjud Ewropew biex jissolvew il-problemi tal-mobilità. Se jesplojtaw opportuntajiet sabiex jiġu stabbiliti sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat fis-setturi tat-trasport sabiex ikunu appoġġjati l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni tat-teknoloġiji u ta’ l-infrastruttura l-ġodda. Il-problemi jistgħu jinqalgħu minħabba diffikultajiet ta’ infrastruttura, ta’ periferalità, ta’ konġestjoni, ta’ provvista ta’ l-enerġija, ta’ konsiderazzjonijiet soċjali jew ta’ sigurtà jew jekk huma rilevanti biex it-trasport isir jiffavorixxi aktar lill-ambjent. Qafas ta’ l-UE imtejjeb li jikkombina l-politiki reġjonali u ta’ koeżjoni, qafas adattat għal iċċarġjar aħjar u aktar intelliġenti għall-użu ta’ l-infrastruttura u s-soluzzjonijiet differenzjati sabiex jiġu trattati l-problemi partikolari f’ċerti bliet, reġjuni jew tul ċerti kurituri jista’ jkun il-mod biex isir progress. F’dan il-kuntest, il-qafas ġenerali ta’ l-UE jista’ jgħin sabiex ikunu jistgħu jitwettqu soluzzjonijiet differenzjati u reġjonalment aktar ambizzjużi filwaqt li jinżamm il-qafas ta’ l-UE tal-mobilità li bilfors huwa akbar f’suq uniku, u tkun ikkonfermata l-preżenza ta’ l-UE bħala attur fix-xena globali.

Id-direzzjonijiet tal-politika li ġew deskritti fil-qosor f’din il-Komunikazzjoni se jiġu rfinuti fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni pubblika u ta’ valutazzjonjiet approfonditi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar miżuri speċifiċi. Dawn se jiġu aġġustati wkoll maż-żmien sabiex jitqies il-kuntest li qed jinbidel kif ukoll l-esperjenza miksuba.

ANNESS 1

Ktieb ta’ ħidma - għażla ta’ azzjonijiet ewlenin

2006

- It-trasport bit-triq: reviżjoni tas-suq intern

- It-trasport bil-ferrovija: azzjoni biex jitneħħew il-barrieri tekniċi għall-interoperabilità u l-għarfien reċiproku tat-tagħmir; programm li jipprowovi l-kurituri tal-ferroviji fi ħdan il-loġistika tat-trasport

- L-avjazzjoni: reviżjoni tal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru; jiġu indirizzati l-ħlasijiet u l-kapaċità ta’ l-ajruporti

- Il-loġistika: l-istrateġija tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija u dibattitu wiesa’ dwar azzjoni possibbli fuq livell ta’ UE

- Galileo: l-identifikazzjoni ta’ applikazzjonijiet futuri possibbli

- Is-sigurta: strateġija għal infrastruttura kritika

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-bijokarburanti ta’ l-2003

- L-użu ta’ l-enerġija fit-trasport: pjan ta’ azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija u pjan għat-tiġdid ta' l-enerġija

- L-organizzazzjonijiet internazzjonali: riflessjoni dwar rappreżentazzjoni aħjar ta’ l-interessi ta’ l-UE f’organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-IMO, l-ICAO billi tintuża firxa ta’ għażliet ta’ politika

2007

- It-trasport urban: Green Paper

- Il-loġistika: definizzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni

- L-iċċarġjar intelliġenti għall-infrastruttura: riċerka u konsultazzjonijiet ta’ preparazzjoni, jinstemgħu l-partijiet interessati

- Rapport dwar ix-xenarji tat-trasport b’orrizont ta’ 20 u 40 sena

- It-trasport bit-triq: irrivedi l-leġiżlazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol

- It-trasport bil-ferrovija: il-monitoraġġ tas-suq tal-ferroviji inkluża tabella ta’ valutazzjoni

- It-trasport fuq ix-xmajjar: ibda l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni NAIADES

- It-trasport marittimu: il-politika dwar il-portijiet Ewropej

- L-avjazzjoni: irrivedi u kkompleta qafas ta’ ajru uniku u oħloq intrapriża SESAR

- In-netwerks trans-Ewropej: l-identifikazzjoni ta’ programm ta’ investiment multiannwali sa l-2013

- Id-drittijiet tal-passiġġier: eżamina azzjoni dwar l-istandards minimi għat-trasport bil-kowċijiet

- Is-sikurezza: l-ewwel jum Ewropew tas-sikurezza fit-toroq

- Id-dimensjoni globali: strateġija għall-integrazzjoni tal-pajjiżi ġirien ta’ l-UE fis-suq intern tat-trasport

- Is-sigurtà: strateġija għat-trasport fuq l-art u dak pubbliku

- L-użu ta’ l-enerġija fit-trasport: il-pjan strateġiku tat-teknoloġija għall-enerġija

- It-tnedija ta’ l-ewwel sejħa tas-Seba’ Programm ta’ Qafas RTD

2008

- It-trasport marittimu: White Paper dwar żona marittima Ewropea komuni

- L-iċċarġjar intelliġenti għall-infrastruttura: il-metodoloġija għall-iċċarġjar ta’ l-infrastruttra ta’ l-UE

- It-trasport urban: azzjoni ta’ segwitu għall- Green Paper

- It-tnedija ta’ programm kbir biex sistemi intelliġenti ta’ trasport bit-triq jinġiebu fis-suq u tiġi ppreparata l-infrastruttra għas-Sistemi Kooperattivi

- Is-sigurtà: irrivedi r-regoli tat-trasport ta’ l-ajru u dak marittimu; eżamina r-reġim tas-sigurtà għat-trasport fuq l-art

2009

- It-tnedija ta’ programm kbir għall-propulsjoni ħadra

- Id-dimensjoni globali: ikseb sħubija f’organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti

- It-trasport marittimu: ħaddem sistemi tal-marittimu elettroniku ( e-maritime )

- Galileo: il-bidu tal-konċessjoni

- L-ERTMS: l-implimentazzjoni f’ċerti kurituri

Fuq bażi kontinwa

- Is-suq intern: jiġi żgurat il-funzjonament tar-regoli ta’ l-UE fil-modi kollha tat-trasport

- L-użu tat-trasport fl-enerġija: biex tittejjeb l-effiċjenza ta’ l-enerġija u jiġu aċċellerati l-iżvilupp u l-użu tal-karburanti alternattivi

- L-impjiegi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol: ippromwovi djalogi soċjali; ippromovi l-professjonijiet u t-taħriġ fit-trasport

- Is-sikurezza: ippromwovi s-sikurezza fit-toroq permezz tad-disinn, tar-riċerka u tat-teknoloġija tal-vettura, ta’ l-infrastruttura u ta’ l-imġiba, u kompli l-inizjattivi tal-Karozza Intelliġenti u tas-Sikurezza Elettronika

- L-infrastruttura: żgura ruħek minn metodu bilanċjat għall-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art; immobilizza s-sorsi kollha ta’ finanzjament

- It-teknoloġija : RTD u appoġġ għat-tixrid, għall-esplojtazzjoni u għall-penetrazzjoni tas-suq

- Galileo : l-istabbiliment ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza Galileo

- Id-dimensjoni globali: żviluppa r-relazzjonijiet esterni permezz ta’ ftehimiet bilaterali u f’fora multilaterali; għamel użu minn żona ta’ avjazzjoni komuni fl-Ewropa

- Il-governanza: ikkonsolida l-aġenziji Ewropej għas-sikurezza tat-trasport u żviluppa l-kompiti tagħhom

- ANNESS 2

Is-sitwazzjoni fis-settur tat-trasport – fatti u projezzjonijiet

Parti 1: Il-fatti bażiċi u l-evoluzzjoni reċenti skond il-mod tat-trasport – tagħrif ġenerali

It-trasport bit-triq - l-impjiegi diretti: madwar 1.7 miljun fit-trasport tal-passiġġieri (operazzjonijiet ta’ karozzi tal-linja, kowċijiet u taxis); 2.6 miljuni fit-trasport tal-merkanzija - is-sehem fit-trasport totali tal-merkanzija: 44% (qed jiżdied ftit) - is-sehem fit-trasport totali tal-passiġġieri: madwar 84% (76% karozzi privati, 8% karozzi tal-linja u kowċijiet) - it-tkabbir bejn l-1995 u l-2004: + 35% fit-trasport tal-merkanzija; + 19% għall-karozzi tal-passiġġieri u + 5% għall-karozzi tal-linja u għall-kowċijiet fit-trasport tal-passiġġieri - tkabbir partikolarment b’saħħtu fl-UE-10: [pic] Road freight transport growth 2000-2004 = It-tkabbir fit-trasport tal-merkanzija bit-triq 2000-2004(%), EU-15 = UE-15, EU-10 = UE-10 , EU-25 = UE-25, national = nazzjonali, international = internazzjonali, total = total - is-sehem mill-konsum totali ta’ l-enerġija: 25.2% - l-effiċjenza tal-vetturi espressa bħala toe/Mtkm jew toe/Mpkm: trakkijiet 72.4, karozzzi 37.8, trasport pubbliku tat-triq 14.5 | It-trasport bil-ferrovija - l-impjiegi diretti: madwar 1.2 miljuni - is-sehem fit-trasport totali tal-merkanzija: 10% (qed jonqos ftit) - is-sehem fit-trasport totali tal-passiġġieri: madwar 7% (6% għall-ferroviji interurbani, 1% għat-trams urbani u għall-metro) - it-tkabbir bejn l-1995 u l-2004: + 6% fit-trasport tal-merkanzija (+ 15% fl-UE-15, - 9% fl-UE-10); + 9% fit-trasport tal-passiġġieri (+ 8% għall-ferroviji interurbani, + 14% għall-ferroviji urbani (tram u metro)) - is-sehem tal-kumpaniji l-ġodda li daħlu fis-suq tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija laħaq madwar l-10% (f’termini ta’ tkm mwettqa) - il-ferroviji ta’ veloċità għolja fl-2004 jammontaw għal 21.5% tal-pkm totali tat-trasport interurban bil-ferrovija - is-sehem mill-konsum totali ta’ l-enerġija: 0.8% - l-effiċjenza tal-vetturi espressa bħala toe/Mtkm jew toe/Mpkm: passiġġieri 16.0; merkanzija 5.5 |

It-trasport fuq l-ilma - l-impjiegi diretti: madwar 200 000, bejn wieħed u ieħor 80% minnhom huma fit-trasport marittimu u 20% fit-trasport fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni - is-sehem fit-trasport totali tal-merkanzija: 42% (39% għat-trasport marittimu fi ħdan l-UE, 3% għat-trasport fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni; it-tnejn li huma pjuttost stabbli) -is-sehem fit-trasport totali tal-passiġġieri: inqas minn 1% fit-trasport tal-passiġġieri fi ħdan l-UE, naqas ftit - it-tkabbir bejn l-1995 u l-2004: + 29% fit-trasport tal-merkanzija (+ 31% fit-trasport marittimu fi ħdan l-UE, + 9% fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni) - tkabbir annwali medju tat-traffiku tal-kontejners madwar id-dinja bejn l-2001 u l-2004: 13.5% - is-sehem (ta’ navigazzjoni interna) fil-konsum totali ta’ l-enerġija: 0.5% - l-effiċjenza tal-vetturi (ta' navigazzjoni interna) espressa bħala toe/Mtkm: 17.5 | It-trasport bl-ajru - l-impjiegi diretti: madwar 400,000 - is-sehem fit-trasport totali tal-merkanzija: 0.1% f’termini ta’ tkm fi traffiku fi ħdan l-UE -is-sehem fit-trasport totali tal-passiġġieri: 8% (inklużi t-titjiriet fi ħdan l-UE biss; qed jiżdied sew) - tkabbir bejn l-1995 u l-2004: + 55% fit-trasport tal-passiġġieri fi ħdan l-UE - is-sehem mis-suq tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi fit-traffiku skedat fi ħdan l-UE (f’termini ta’ sits disponibbli): 25% fl-2005 - it-tkabbir fin-numru ta’ rotot fi ħdan l-UE: +100% bejn l-1992 u l-2004 - is-sehem fil-konsum totali ta’ l-enerġija : 4.0% |

- Sors: L-Enerġija u t-Trasport ta’ l-UE f’Ċifri( EU Energy and Transport in Figures ); l-Eurostat; OAG; ECSA, PRIMES.

Parti 2: Il-projezzjonijiet tal-volumi tat-trasport u l-ishma modali

(ibbażat fuq studju ASSESS)

Tabella 2-1: It-tendenzi ewlenin previsti bħala linja ta’ bażi

It-tkabbir l-aktar probabbli fl-attività tat-trasport bejn l-2000 u l-2020 fl-UE-25 |

- il-PGD - It-trasport ġenerali tal-merkanzija - It-trasport ġenerali tal-passiġġieri - It-trasport tal-merkanzija bit-triq - It-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija - It-tbaħħir fuq distanzi qosra - In-navigazzjoni interna - Il-karozzi privati - It-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija - It-trasport bl-ajru | 52% 50% 35% 55% 13% 59% 28% 36% 19% 108% |

Grafika 2-1: It-tkabbir mistenni fl-attività tat-trasport tal-merkanzija skond il-mod tat-trasport (2000=100)

[pic][pic]

Termini li jidhru fil-grafika ta’ hawn fuq:

Freight transport EU-25 = It-trasport tal-merkanzija fl-UE-25, billion tkm = biljun tkm, years = snin, SSS (short sea shipping) = SSS (tbaħħir fuq distanzi qosra), pipelines = kondutturi, iww (inland water ways) = iww (passaġġi ta’ l-ilmijiet interni), rail = ferrovija, road = triq, sea = baħar, inl. waterw. = passaġġi ta’ l-ilma interni

Grafika 2-2: It-tkabbir mistenni fl-attività tat-trasport tal-passiġġieri skond il-mod tat-trasport (2000=100)

[pic][pic]

Termini li jidhru fil-grafika ta’ hawn fuq:

Passenger transport EU-25 = It-trasport tal-passiġġieri fl-UE-25, billion tkm = biljun tkm, years = snin, air = ajru, rail = ferrovija, pub. transport = trasport pubbliku, car = karozzi, aircraft = inġenji ta’ l-ajru, passenger car = karozzi tal-passiġġieri, tram & metro = tram u metro, railway = ferrovija, bus & coach = karozzi tal-linja u kowċijiet.

Grafika 2-3: L-evoluzzjoni tat-tqassim modali fit-trasport tal-merkanzija 2000-2020:

[pic]

It-termini li jidhru fil-grafika ta’ hawn fuq:

Sea = baħar; road = triq; pipelines = kondutturi; Inl. Waterways = passaġġi interni ta’ l-ilma rail = ferrovija.

Grafika 2-4: L-evoluzzjoni tal-qasma modali fit-trasport tal-passiġġieri 2000-2020:

[pic]

It-termini li jidhru fil-grafika ta’ hawn fuq:

Passenger cars = karozzi tal-passiġġieri, bus & coach = karozzi tal-linja u kowċijiet, railway = ferroviji, tram & metro = tram u metro, air = ajru.

Parti 3: It-trasport u l-ambjent

Grafika 3-1: L-evoluzzjoni ta’ l-emissjonijiet tal-kontaminanti ta’ l-arja mit-trasport, 1990-2003

[pic]

It-termini li jidhru fil-grafika ta’ hawn fuq:

Index = indiċi, particulate matter = materja partikulata, acidifying substances = sustanzi aċidifikanti, ozone precursors = prekursuri ta’ l-ożonu.

Nota: Materja partikulata: PM10;

Sustanzi aċidifikanti: NOx NMVOCs;

Prekursuri ta’ l-ożonu: SOx, NOx, NH3.

Sors: l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: ir-Rapport TERM 2005

Grafika 3-2: L-evoluzzjoni mistennija ta’ l-emissjonijiet tas-CO 2 mit-trasport skond il-mod tat-trasport (1990 = 100)

[pic] [pic]

It-termini li jidhru fil-grafika ta’ hawn fuq:

CO 2 emissions = emissjonijiet tas-CO2, moi tonnes = mil tunnellati metriċi, years = snin, iww (inland waterways) = iww (passaġġi ta’ l-ilma interni), air = ajru, rail = ferrovija, road = triq, aviation = avjazzjoni, transport : TOTAL trasport : TOTALI, road = triq, inland navigation = navigazzjoni interna, rail = ferrovija

Sors: il-mudell PRIMES.

Parti 4: Is-sikurezza tat-toroq

Grafika 4-1: L-għadd ta’ inċidenti fatali fit-toroq fl-UE: qed jonqos, iżda għadu għoli ħafna

[pic]

It-termini li jidhru fil-grafika ta’ hawn fuq:

EU-25 = UE-25; EU-25 target = il-mira ta’ l-UE-25; EU-15 = UE-15; EU-15 target = il-mira ta’ l-UE-15

Sors: id- database CARE; il-miri mill- White Paper tat-trasport ta’ l-2001.

Anness 3: Evalwazzjoni ta' l-impatt

[1] (COM (92) 494) tat-2 ta’ Diċembru 1992: “The future development of the Common Transport Policy.” (L-iżvilupp futur tal-Politika Komuni dwar it-Trasport)

[2] (COM (2001) 370) tat-12/09/2001: “European transport policy for 2010: time to decide.” (Il-Politika Ewropea dwar it-Trasport għall-2010: żmien li tittieħed deċiżjoni).

[3] (COM(2005) 446 finali ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta’ l-Arja.

[4] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2005) 658 finali tat-13/12/2005 dwar ir-reviżjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli - Pjattaforma għall-azzjoni.

[5] Ara t-tabella mehmuża mal-valutazzjoni ta’ l-impatt annessa għal lista ta’ dawk il-miżuri u ta’ l-istat ta’ implimentazzjoni tagħhom.

[6] Il-figuri huma ċċitati għall-UE 25

[7] Il-previżjonijiet huma bbażati fuq l-istudju ASSESS : "Assessment of the contribution of the TEN and other transport policy measures to the mid-term implementation of the White Paper on the European Transport Policy for 2010" (V alutazzjoni tal-kontribut tat-TEN u ta’ miżuri oħra tal-politika dwar it-trasport għall-implimentazzjoni ta’ nofs it-term tal- White Paper dwar il-Politika Ewropea dwar it-Trasport għall-2010) (2005) http://ec.europa.eu/transport/white_paper/mid_term_revision/assess_en.htm

[8] Dawn il-previżjonijiet huma bbażati fuq xenarju ta’ politika kostanti bbażata fuq il- White Paper ta’ l-2001 (ara l-istudju ASSESS). Aktar figuri jidhru fil-Graffs 3 u 4 ta’ l-Anness 2.

[9] Ara UNITE project – Final report. Environmental costs cover air pollution, noise and global warming costs. UNIfication of accounts and marginal costs for Transport Efficiency. 5 th Framework – Transport RTD. November 2003 (il-proġett UNITE – Ir-rapport finali. L-ispejjeż ambjentali jkopru t-tniġġis ta’ l-arja, l-ispejjeż minħabba l-ћsejjes u t-tisћin globali. L-unifikazzjoni tal-kontijiet u l-ispejjeż marġinali gћall-Effiċjenza tat-Trasport. Il-Ħames Qafas – It-Trasport RTD. Novembru 2003). www.its.leeds.ac.uk/UNITE

[10] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja – COM(2005)446 tal-21 ta’ Settembru 2005.

[11] Ara l-istudju ASSESS. Gћal aktar tagћrif ara wkoll EEA (European Environmental Agency) report n°3/2006 – TERM 2005 (Transport and Environment Reporting Mechanism) (ir-rapport ta’ l-EEA (l-Aġenzija Ewropea gћall-Ambjent) nru 3/2006 – TERM 2005 (Il-Mekkaniżmu tar-Rappurtaġġ dwar it-Trasport u l-Ambjent).

[12] Ara Commission Communication COM (2006) 74 Final on European road safety action programme – Mid term review (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2006) 74 finali dwar il-programm ta’ azzjoni Ewropew dwar is-sikurezza fit-toroq – Ir-reviżjoni ta’ nofs it-term).

[13] COM(2003) 542 Finali: Information and Communications Technologies for Safe and Intelligent Vehicles (It-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni għal Vetturi Sikuri u Intelliġenti); COM (2005) 431 Finali: It-twassil ta’ eCall liċ-Ċittadini

[14] Ara Commission Communication COM (2006) 189 Final of 03/05/2006 : “Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the implementation of the first railway package” (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2006) 189 finali tat-03/05/2006: “Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ l-ewwel pakkett dwar il-ferroviji”).

[15] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar It-Tnaqqis ta' l-Impatt ta’ l-Avjazzjoni fuq il-Bidla fil-Klima tas-27 ta’ Settembru 2005

[16] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2004) 453 finali tat-02/07/2004 dwar it-Trasport bil-Baћar fuq Distanza Qasira.

[17] Ara l- Green Paper tal-Kummissjoni: “ Towards a future maritime policy for the Union : A European vision for the oceans and seas ” (Lejn politika marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u għall-ibħra)-. COM (2006) 275 finali tas-07/06/2006. .

[18] Ara Commission Communication COM(2006) 6 final of 17/01/2006 on the Promotion of Inland Waterway Transport “Naiades” (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2006) 6 finali tas-17/01/2006 dwar il-Promozzjoni tat-Trasport fuq il-Passaġġi ta’ l-Ilma Interni “Naiades”.

[19] Ara wkoll il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg u tax-xogħol marittimi: is-Sottokapitolu 2.5 li jġib l-isem “Developing Europe’s maritime skills and expanding sustainable maritime employment” (Niżviluppaw il-ħiliet marittimi ta’ l-Ewropa u nespandu l-impjiegi marittimi) tal-Green Paper dwar politika marittimu futura għall-Unjoni – COM (2006) 275 finali tas-07/06/2006

[20] Ara Report from the Commission on the implementation in 2001-2002 of Regulation (EEC) 3820/85 on the harmonisation of certain social legislation relating to road transport 22nd report from the Commission (ir-Rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni fl-2001-2002 tar-Regolament (KEE) 3820/85 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq, it-22 rapport mill-Kummissjoni). Il-leġiżlazzjoni l-ġdida hija r-Regolament 561/2006 tal-15.03.2006 u d-Direttiva 2006/22/KE tal-15.03.2006.

[21] Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward strateġija tematika dwar l-ambjent urban – COM(2005)718 tal-11 ta’ Jannar 2006.

[22] Il-Kunsill Ewropew, it-23-l-24 ta’ Marzu 2006.

[23] COM(2005) 265 tat-22 ta’ Ġunju 2005 (http://europa.eu.int/comm/energy/efficiency/index_en.htm).

[24] Commission’s biomass action plan (Il-pjan ta’ azzjoni għall-bijomassa tal-Kummissjoni) – COM (2005) 628, l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-Bijofjuwils – COM (2006) 34.

[25] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Strateġija Tematika dwar it-tniġġis ta’l-arja - COM(2005)446 tal-21 ta’ Settembru 2005.

[26] B’mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku.

[27] COM (2006) 59 finali, Communication on the Intelligent Car Initiative “Raising the Awareness of ICT for Smarter, Safer and Cleaner Vehicles” (Komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva tal-Karozza Intelliġenti “Inqajmu l-Kuxjenza dwar l-ICT għal Vetturi Aktar Intelliġenti, Aktar Sikuri u Aktar Nodfa”)