52006DC0085

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Finanzjament għall-Iżvilupp u l-Effettività ta’ l-Għajnuna - L-isfidi biex tiġi miżjuda l-għajnuna ta’ l-UE 2006-2010 {SEG (2006) 294} /* KUMM/2006/0085 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 2.3.2006

KUMM(2006) 85 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Finanzjament g ħall-Iżvilupp u l-Effettività ta’ l-Għajnuna – L-isfidi biex tiġi miżjuda l-għajnuna ta’ l-UE 2006 – 2010 {SEG (2006) 294}

1. L-i SFOND

Fil-preparazzjoni għas-Samit ta’ Reviżjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2005 l-UE daħlet għal impenji storiċi ġodda sabiex taċċellera l-progress biex tikseb l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDG)[1], billi tibni fuq l-Impenji ta’ qabel ta’ Barċellona li ttieħdu qabel il-Konferenza ta’ Monterrey dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp fl-2002. Dawn id-deċiżjonijiet kienu essenzjali biex jagħtu bidu għall-impenji li daħlu għalihom l-oħrajn; kienu akklamati ħafna mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw imsieħba tagħna, b’mod partikolari peress li r-riżulati tas-Samit innifsu baqgħu ma laħqux l-ambizzjonijiet ta’ l-UE, b’mod partikolari rigward is-segement tal-finanzjament għall-iżvilupp. Sussegwentement l-Assemblea Ġenerali tan-NU qablet li għandha ssir konferenza ta’ segwitu bejn l-2008 u l-2009 biex ikun eżaminat il-progress addizzjonali li jkun sar dwar il-kunsens ta’ Monterrey.

L-impenji l-ġodda se jkomplu jsaħħu l-pożizzjoni ta’ l-UE bħala l-ikbar donatriċi ta’ għajnuna fid-dinja u l-elementi fundamentali kostitwiti tal-‘Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp’[2] – u l-Istrateġija ta’ l-UE għall-Afrika[3] miftiehma iktar tard fl-2005. Jinkludu

- miri ġodda għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA ): permezz ta’ żjidiet progressivi fl-ODA, l-UE se tipprovdi kollettivament 0.56% tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) tagħha sa l-2010, bħala pass intermedju biex tinkiseb il-mira tan-NU ta’ 0.7% sa l-2015. Dan l-impenn huwa kkombinat mal-wegħda li jiġu pprovduti ħamsin fil-mija tal-volumi miżjuda ta’ għajnuna lill-Afrika;

- impenji addizzjonali li jirrigwardaw sorsi innovattivi ta’ finanzjament għall-iżvilupp ta’ aktar għajnuna sabiex jittaffa d-dejn u l- Ġid Pubbliku Internazzjonali ;

- għajnuna kkoordinata aħjar u iktar effettiva fuq il-livell ta’ l-UE kif ukoll l-implimentazzoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effettività ta’ l-Għajnuna, inklużi mekkaniżmi għall-għajnuna iktar prevedibbli , b’mod partikolari appoġġ għall-baġit, il-mitigazzjoni ta’ impatti esterni , jinħall l-irbit ta’ l-għajnuna u riforma ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

- għajnuna marbuta mal-kummerċ (TRA), li għaliha l-Kunsill kompla jispeċifika l-impenji qabel il-Laqgħa Ministerjali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) f'Ħong Kong[4].

Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dawn l-impenji u biex kull sena tirrapporta dwar il-progress tal-finanzjament u ta’ l-effettività ta’ l-għajnuna, inkluż għall-Afrika. Din il-Komunikazzjoni tipprovdi l-ewwel valutazzjoni ta’ din ix-xorta ta’ l-implimentazzjoni tas-sett estiż ta’ l-impenji ta’ l-UE u hija bbażata fuq il-kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri (SM) fis-servej tal-monitoraġġ annwali tard fl-2005. Id-Dokument ta’ Ħidma komplementari ta’ l-Istaff[5] fih evalwazzjoni dettaljata tal-progress.

2. L-IMPENN BIEX JIżDIEDU R-RIżORSI FINANZJARJI GħALL-GħAJNUNA UFFIċJALI GħALL-IżVILUPP (ODA)

Fl-2005 l-UE żiedet il-miri inizjali ta’ l-ODA, li kienu ffissati għall-2006, minn dawk l-SM li ħadu sehem fl-“impenji ta’ Barċellona” (UE15: livell ta’ bażi individwali pre-stabbilit ta’ ODA/DGN ta’ 0.33% biex tkun żgurata medja kollettiva għall-UE ta’ 0.39%). Biex tinkiseb il-mira ta’ 0.7% tan-NU sa l-2015, il-25 SM kollha, inklużi l-pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004 (UE10) daħlu għall -impenji l-ġodda : l-UE15 wegħdu li, sa l-2010, jintlaħaq livell ta’ bażi individwali ta’ 0.51% - l-UE10 ta’ 0.17% - l-ODA bħala persentaġġ tad-DGN; li jikkorrispondi għal riżultat kollettiv ta’ 0.56% ta’ ODA/DGN. Il-pajjiżi li se jaderixxu, il- Bulgarija u r- Rumanija allinjaw irwieħhom ma’ dawn l-impenji.

2.1. Lejn il-kisba tal-mira ta’ l-ODA ta’ l-2006

L-UE tibqa’ miexja skond il-kalendarju stabbilit biex tinkiseb il-mira kollettiva inizjali ta’ l-ODA ta’ 0.39% sa l-2006. Jekk kollox imur skond kif inhu mbassar l-UE xorta waħda tista’ tilħaq medja approssimattiva ta’ 0.42%. Ir- rendiment ta’ l-UE fl-2004 huwa sodisfaċenti minħabba li billi tipprovdi kollettivament 0.34% tad-DGN għall-ODA, l-UE tiżgura livelli sostanzjalment ogħla minn dawk ta’ donaturi ta’ l-OECD/tad-DAC li m’humiex ta’ l-UE (ħlief in-Norveġja u l-Iżvizzera) u tibqa’ ’l fuq sewwa mill-medja tad-DAC ta’ 0.26%. Dan jikkorrispondi għal flussi ta’ għajnuna addizzjonali ta’ €2.3 biljun meta mqabbla ma’ l-2003, imma ma wassalx għal żjieda reali f’termini ta’ persentaġġ meta mqabbla ma’ l-2003.

Tabella 1: Il-livelli ta’ l-UE ta’ l-ODA 2004 – 2005 – 2006

Il-livelli ta’ l-ODA | 2004 | 2005 | 2006 |

Mil. € | bħala % tal-DGN | Mil. € | bħala % tal-DGN | Mil. € | bħala % tal-DGN |

Il-Belġju | 1195 | 0.41 | 1358 | 0.45 | 1577 | 0.5 |

Ċipru | 4 | 0.04 | 4 | 0.04 | 5 | 0.04 |

Ir-Repubblika Ċeka | 88 | 0.11 | 102 | 0.11 | 110 | 0.11 |

Id-Danimarka | 1664 | 0.85 | 1675 | 0.81 | 1715 | 0.80 |

L-Estonja | 4 | 0.05 | 5 | 0.06 | 6 | 0.06 |

Il-Finlandja | 535 | 0.35 | 600 | 0.39 | 671 | 0.416 |

Franza | 6921 | 0.41 | 8093 | 0.47 | 8213 | 0.47 |

Il-Ġermanja | 6155 | 0.28 | 6204 | 0.28 | 7505 | 0.33 |

Il-Greċja | 380 | 0.23 | 484 | 0.28 | 589 | 0.33 |

L-Ungerija | 45 | 0.06 | 68 | 0.085 | 89 | 0.1 |

L-Irlanda | 496 | 0.39 | 546 | 0.40 | 675 | 0.47 |

L-Italja | 2011 | 0.15 | 3279 | 0.24 | 4577 | 0.33 |

Il-Latvja | 7 | 0.06 | 7 | 0.06 | 8 | 0.06 |

Il-Litwanja | 8 | 0.042 | 12 | 0.06 | 14 | 0.064 |

Il-Lussemburgu | 192 | 0.83 | 204 | 0.85 | 216 | 0.86 |

Malta | 8 | 0.18 | 7 | 0.18 | 9 | 0.2 |

L-Olanda | 3434 | 0.73 | 4104 | 0.83 | 4221 | 0.82 |

Il-Polonja | 96 | 0.05 | 200 | 0.09 | 250 | 0.1 |

Il-Portugall | 842 | 0.63 | 454 | 0.33 | 450 | 0.33 |

Ir-Repubblika Slovakka | 23 | 0.072 | 29 | 0.09 | 30 | 0.085 |

Is-Slovenja | 25 | 0.1 | 30 | 0.12 | 35 | 0.127 |

Spanja | 1991 | 0.24 | 2600 | 0.30 | 3234 | 0.35 |

L-Iżvezja | 2224 | 0.78 | 2587 | 0.88 | 3070 | 1 |

Ir-Renju Unit | 6439 | 0.36 | 7138 | 0.39 | 8061 | 0.42 |

Mil. € | bħala % tal-DGN | Mil. € | bħala % tal-DGN | Mil. € | bħala % tal-DGN |

Il-Belġju | 1577 | 0.5 | 2561 | 0.70 | 2561 | 0.7 |

Ċipru | 5 | 0.04 | 10 | 0.06 | 28 | 0.17 |

Ir-Repubblika Ċeka | 110 | 0.11 | 137 | 0.11 | 212 | 0.17 |

Id-Danimarka | 1715 | 0.80 | 1997 | 0.80 | 1997 | 0.80 |

L-Estonja | 6 | 0.06 | 8 | 0.06 | 21 | 0.17 |

Il-Finlandja | 671 | 0.416 | 1287 | 0.7 | 1287 | 0.7 |

Franza | 8213 | 0.47 | 11483 | 0.6 | 11483 | 0.6 |

Il-Ġermanja | 7505 | 0.33 | 12359 | 0.51 | 12359 | 0.51 |

Il-Greċja | 589 | 0.33 | 1041 | 0.51 | 1041 | 0.51 |

L-Ungerija | 89 | 0.1 | 176 | 0.17 | 176 | 0.17 |

L-Irlanda | 675 | 0.47 | 1227 | 0.62 | 1227 | 0.62 |

L-Italja | 4577 | 0.33 | 3519 | 0.24 | 7478 | 0.51 |

Il-Latvja | 8 | 0.06 | 13 | 0.07 | 31 | 0.17 |

Il-Litwanja | 14 | 0.064 | 20 | 0.07 | 48 | 0.17 |

Il-Lussemburgu | 216 | 0.86 | 250 | 0.83 | 258 | 0.86 |

Malta | 9 | 0.2 | 7 | 0.17 | 7 | 0.17 |

L-Olanda | 4221 | 0.82 | 4848 | 0.8 | 4848 | 0.8 |

Il-Polonja | 250 | 0.1 | 570 | 0.17 | 570 | 0.17 |

Il-Portugall | 450 | 0.33 | 768 | 0.51 | 768 | 0.51 |

Ir-Repubblika Slovakka | 30 | 0.085 | 77 | 0.17 | 77 | 0.17 |

Is-Slovenja | 35 | 0.127 | 58 | 0.18 | 58 | 0.18 |

Spanja | 3234 | 0.35 | 7136 | 0.60 | 7136 | 0.60 |

L-Iżvezja | 3070 | 1 | 3783 | 1.00 | 3783 | 1 |

Ir-Renju Unit | 8061 | 0.42 | 12863 | 0.59 | 12863 | 0.59 |

UE 15 | 45854 |0.44 |66519 |0.56 |70486 |0.60 | | UE 10 | 556 |0.10 |1076 |0.15 |1228 |0.17 | | EU 25 | 46410 |0.42 |67595 |0.54 |71714 |0.57 | |

Sors: It-tweġibiet ta’ l-SM ta’ l-UE għas-servej ta’ Monterrey

Filwaqt li l-flussi ta’ l-ODA mistennija jikbru b’mod konsistenti, proporzjon sinifikanti taż-żjieda tidher li hija relatata ma’ operazzjonijiet biex jittaffa d-dejn (b’mod partikolari l-Iraq, in-Niġerja matul l-2005 u l-2007). Filwaqt li tfakkar il-Kunsens ta’ Monterrey il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li r-riżorsi provduti biex jittaffa d-dejn ma jnaqqsux mir-riżorsi ta’ l-ODA li huma maħsuba biex ikunu disponibbli għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. L-isfida futura tikkonsisti filli tiġi introdotta d-dinamika meħtieġa fl-ippjanar tal-baġit ta’ l-SM sabiex jintlaħqu livelli ogħla u sostnuti ta’ l-ODA fid-dawl tal-miri ta’ l-2010, b’mod speċjali f’pajjiżi li għadhom’il bogħod milli jiksbu l-livell ta’ bażi pre-stabbilit ta’ l-2006. Wieħed ma jistax ma jinnotax tendenza fost l-SM li jaħsbu minn qabel għat-tkabbir meħtieġ tal-baġits ta’ l-għajnuna.

2.4 Il-kontribuzzjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda

L-għaxar pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004 (l-UE10) qablu dwar il-livelli ta’ bażi individwali li ġew adattati għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom. Huma impenjaw irwieħhom li jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu l- ‘acquis’ ta’ l-UE fl-2002 sa l-2015 (0.33% ta’ ODA/DGN) permezz ta’ żjidiet gradwali ta’ l-ODA tagħhom u ta’ mira intermedja ta’ 0.17% sa l-2010.

Djiagramma 2: Iż-żjidiet ippjanati ta’ l-ODA fl-UE10 matul l-2003-2010 imqabbla ma’ l-Istati Uniti u mal-Ġappun [pic]

Sorsi: Ir-rapport annwali ta’ l-OECD/ DAC ta’ l-2005 u t-tweġibiet ta’ l-SM għas-servej ta’ Monterrey

Ir-rendiment ġenerali tagħhom huwa impressjonanti, b’mod speċjali meta mqabbel ma’ donaturi kbar oħra ta’ l-OECD/tad-DAC. Jekk jiġu kkonfermati t-tendenzi korrenti, il-volum ikkombinat ta’ l-ODA għandu jiżdied għal aktar minn sitt darbiet bejn l-2003, is-sena qabel l-adeżjoni ma’ l-UE, u l-2010 u jilħaq il-livell ta’ bażi pre-stabbilit ta’ 0.17%. Filwaqt li wħud mill-pajjiżi ppjanaw għal żjidiet progressivi ta’ għajnuna, oħrajn jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom u jadattaw il-baġits tagħhom ta’ l-ODA, speċjalment permezz ta’ allokazzjonijiet li mhumiex il-kontribuzzjoni tagħhom għall-baġit tal-KE u l-Għaxar EDF. Sa l-2010, il-livelli kombinati ta’ l-għajnuna ta’ l-UE10 għandhom ikunu daqs il-proporzjon ipproġettat ta’ ODA/DGN ta’ l-Istati Uniti.

2.5 L-impenn speċjali dwar l-Afrika

L-UE aċċettat li tiġbor l-għajnuna għall-Afrika Sub-Saħarjana u li tiżgura li mill-2006 nofs iż-żjidiet previsti fl-għajnuna kollettiva se jiġu allokati lill-Afrika. Filwaqt l-G8 – billi l-biċċa l-kbira bnew fuq l-isforzi finanzjarji ta’ l-UE – anki wegħdu żjidiet fl-għajnuna għall-Afrika lejn l-2010, il-wegħda ta’ l-UE s’issa għadha ma ġietx imqabbla bl-impenji ta’ l-oħrajn, la fl-ambitu u lanqas fit-termini ta’ indikaturi verifikabbli. Il-wegħda dwar l-Afrika hija relatata ma’ l-isforz kollettiv ta’ l-UE li jkun evitat indħil fil-prijoritajiet ta’ l-għajnuna nazzjonali ta’ l-SM individwali. Aktar ħidma dwar it-tqassim tax-xogħol jeħtieġ li tiżgura l-qsim ġust tal-piżijiet fost id-donaturi ta’ l-UE u ma’ l-imsieħba internazzjonali.

Dijagramma 3: Is-sehem mill-allokazzjonijiet lill-Afrika fit-total ta’ l-ODA ta’ l-UE– medja għall-2000 - 2004

[pic]

Termini użati fid-Dijagramma 3:

Percentage = persentaġġ; Austria = L-Awstrija; Belgium = Il-Belġju; Denmark = Id-Danimarka; Finland = Il-Finlandja; France = Franza; Germany = Il-Ġermanja; Ireland = L-Irlanda; Italy = L-Italja; Luxembourg = Il-Lussemburgu; Netherlands = L-Olanda; Portugal = Il-Portugall; Spain = Spanja; Sweden = L-Iżvezja; United Kingdom = Ir-Renju Unit; EC = KE.

Sors: Ir-rapport Annwali ta’ l-OECD/tad-DAC ta’ l-2005

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex:

- jagħmel sejħa lid-donaturi l-oħrajn biex jimpenjaw irwieħhom b’mod aktar sostanzjali biex ikun żgurat finanzjament xieraq għall-MDGs, b’mod partikolari fl-Afrika, tul perjodu medju u twil ta’ żmien;

- fid-dawl ta’ l-effett negattiv fuq l-għajnuna tal-KE tal-Konklużjonijiet tal-Perspettivi Finanzjarji li ġew adottati mill-Kunsill ta’ l-Ewropa, jagħmel sejħa lill-SM biex jikkontribwixxu, b’mod speċjali għall-Afrika, għal strumenti ta’ għajnuna komuni ta’ l-UE u oħrajn sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva taż-żjidiet fl-għajnuna tal-ġejjieni qrib;

- iħeġġeġ lill-SM, li l-livelli ta’ l-ODA tagħhom għadhom taħt il-livell ta’ bażi individwali, biex jagħmlu kull sforz biex jilħqu l-miri fl-2006 u fl-2010 rispettivament

- jiżgura li aktar żviluppi biex jittaffa d-dejn jibqgħu jaqblu ma’ l-ispirtu tal-kunsens ta’ Monterrey u ta’ l-impenji ta’ l-UE;

- jinkoraġġixxi lill-SM li ssieħbu fl-UE wara l-2002 biex isostnu u jżidu l-isforzi tagħhom biex jiksbu 0.17% ta’ ODA/ DGN b’mod individwali sa l-2010.

3. L-I MPENN DWAR SORSI INNOVATTIVI TA’ FINANZJAMENT

Fl-2005, il-Kunsill qies l-iktar għażliet promettenti għal sorsi innovattivi ta’ finanzjament għall-iżvilupp fuq il-bażi ta’ analiżijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni.[7] Bħala riżultat ta’ dan il-proċess, żewġ proposti ngħataw l-appoġġ ta’ wħud mill-SM:

- Il- Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament (IFF) għall-Immunizzazzjoni (IFF-Im ), li ġiet imnedija f’Settembru 2005 minn Franza, mill-Italja, minn Spanja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit bħala mekkaniżmu biex imexxi ’l quddiem fiż-żmien riżorsi li jkunu diġà ġew imwiegħda lill-pajjiżi msieħba għall-programmi ta’ immunizzazzjoni, tinvolvi impenn ta’ €3.3 biljun tul għaxar snin; l-ewwel ħlasijiet huma mistennija għall-2006;

- Levy ta’ solidarjetà fuq il-biljetti ta’ l-ajru biex ikun iffaċilitat il-finanzjament ta’ l-impenji eżistenti ta’ l-ODA, b’mod partikolari għal proġetti fis-settur tas-saħħa: Ir-Renju Unit indika li parti mid-Dazju fuq il-Passiġġier ta’ l-Ajru għandha tkun indirizzata għall-finanzjament ta’ l-iżvilupp. Franza ddeċidiet li tintroduċi taxxa fuq il-biljetti ta’ l-ajru minn Lulju 2006 u tistma li se tiġbor madwar €210 miljun fis-sena.

Fi Frar 2006, grupp ta’ ħidma tekniku tad-dipartimenti tal-Kummissjoni u ta’ l-SM dwar il-finanzjament innovattiv żvela li l-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi li qegħdin jitħejjew jista’ jkollha effett pożittiv fuq kemm l-SM huma lesti li jissieħbu fi, jew imexxu ’l quddiem, proposti ta’ finanzjament innovattiv għall-iżvilupp.

L-irbit ta’ sorsi ġodda ta’ finanzi ma’ kwistjonijiet u miri speċifiċi jista’ jwassal għal aktar fondi u programmi vertikali u bbażati fuq il-kwistjonijiet li jeħtieġu ukoll is-sjieda tal-pajjiż.

L-għan li jiġu mmobilizzati sorsi ta’ finanzjament addizzjonali u aktar stabbli jrid jiggwida d-diskussjoni ġenerali dwar il-finanzjament innovattiv u dwar il-modalitijiet ta’ l-għajnuna u, tul perjodu medju ta’ żmien, għandu jwassal biex ikun provdut finanzjament aktar prevedibbli.

F’dan l-isfond il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill għandu jkompli jqis sorsi innovattivi ta’ finanzi, inkluż permezz tal-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi korrenti.

4. L-I MPENN BIEX JITTAFFA D-DEJN

L-avveniment prinċipali dwar id-dejn fl-2005 kienet il-proposta tal-G8 biex jitħassar id-dejn tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), tal-Bank Dinji (WB) u tal-Bank ta’ l-Iżvilupp Afrikan li għad baqa’ f’pajjiżi li jkunu laħqu l-Punt ta’ l-Ikkompletar ta’ l-HIPC. Din l-Inizjattiva Multilaterali biex Jittaffa d-Dejn (MDRI) kienet approvata uffiċjalment mil-Laqgħat Annwali ta’ l-Istituzzjonijiet Internazzjonali tal-Finanzi f’Settembru 2005 u issa qiegħda titħaddem mit-tliet istituzzjonijiet ikkonċernati. Il-pajjiżi li jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis addizzjonali tad-dejn għalhekk probabbilment se jilħqu s-sostenibilità tad-dejn ta’ perjodu twil ta’ żmien.

5. L-impenn dwar l-effettività ta’ l-g ħAJNUNA

MILL-2004 KEMM L-UE KIF UKOLL IL-KOMUNITÀ TAD-DONATURI B’MOD ġENERALI – FLIMKIEN MAL-PAJJIżI BENEFIċJARJI – QABLU DWAR TWETTIQ KONKRET TA’ L-EFFETTIVITÀ TA’ L-G ħajnuna. Din is-sena, kemm irnexxilna nonoraw dawn l-impenji se jiġi ġġudikat skond il-grad ta’ implimentazzjoni ġenwina.

Il-Kummissjoni għandha rwol attiv fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ b’saħħtu għall-għanijiet u għall-indikaturi tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi. Meta wieħed iqis id-dewmien biex dik l-għodda ta’ kontroll tiġi ffinalizzata, huwa essenzjali li dan il-proċess isib il-livell ta’ ħidma tiegħu fl-2006, mingħajr ma jittaffew l-impenji, sabiex jinżamm ir-ritmu tar-riformi meħtieġa.

Fil-futur dan ir-rapport dwar il-progress se jivvaluta l-istatus ta’ l-impenji ta’ l-UE stess, li ġew irreġistrati waqt il-Forum ta’ Livell Għoli ta’ Pariġi. Pjan ta’ Azzjoni komprensiv dwar l-effettività ta’ l-għajnuna ta’ l-UE jiġbor flimkien disa’ miri li jistgħu jintlaħqu li l-UE se jkollha tiżviluppa aktar fl-2006 u li se timplimenta fil-qasam sa l-2010.[8]

Il-Kunsill ripetutament enfasizza l-ħtieġa biex tittejjeb il-komplementarjetà ta’ l-attivitajiet tagħna billi jittejjeb it-tqassim tax-xogħol tagħna, bħala komponent prinċipali biex tittejjeb l-effettività ta’ l-għajnuna ta’ l-UE. Għalkemm ir-riorganizzazzjoni ta’ attivitajiet kontinwi hija diffiċli, hija kruċjali minħabba ż-żjieda ta’ l-għajnuna ppjanata u teħtieġ sforz miftiehem. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE jirrispondi għal dawn l-isfidi.

Effettività ta’ l-għajnuna mtejba teħtieġ sforzi kemm mill-pajjiżi msieħba kif ukoll mid-donaturi: Il-pajjiżi msieħba jeħtieġ li jkollhom sistemi ta’ xiri u ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li jissodisfaw l-istandards internazzjonali. Id-donaturi jeħtieġ li jesploraw modi li bihom, fin-nuqqas ta’ sistemi armonizzati, ikunu jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet. Il-Kummissjoni, billi tirrikorri dejjem aktar għall-appoġġ tal-baġit u tas-settur, permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali semplifikati għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u permezz ta’ proposti biex jiġi ssemplifikat il-qafas regolatorju leġiżlattiv tagħha, qiegħda tagħmel progress skond l-obbligi tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi. Barra dan, limiti proċedurali u legali korrenti għall-għajnuna tal-KE f’relazzjoni mal-finanzjament ta’ pjan sħiħ aktar milli ta’ attivitajiet individwali (basket funding) u mal-ko-finanzjament m’għandhomx jippersistu aktar lil hinn mill-2006 għall-istrumenti l-ġodda taħt il-perspettiva finanzjarja 2007-2013 u lil hinn mill-2007 għall-EDF.

Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex:

- jappoġġja t-twaqqif ta’ proċessi ta’ monitoraġġ b’saħħithom sa l-aħħar ta’ l-2006, kemm fi ħdan il-kuntest tad-DAC kif ukoll fuq il-livell ta’ l-UE;

- jappoġġja t-twaqqif ta’ regoli dwar l-għajnuna tal-KE li jiffavorixxu l-ko-finanzjament ma’ Stati Membri u ma’ donaturi oħrajn, taħt l-istrumenti ta’ kooperazzjoni l-ġodda tal-baġit tal-KE għall-perjodu 2007 – 2013 u taħt l-Għaxar EDF;

- jaqbel li jfannad iktar il-metodu tiegħu lejn komplementarjetà operattiva, permezz ta’ l-adozzjoni tal-prinċipji għal tqassim tax-xogħol imtejjeb;

- jaqbel dwar strateġija miftiehma ta’ l-UE, imfassla f’kuntest iktar wiesa’, biex tiġi indirizzata ż-żjieda ta’ l-għajnuna ta’ l-UE, imdaħħla fl-effettività ta’ l-għajnuna u fit-tqassim tax-xogħol;

- japprova uffiċjalment, fl-2006, it-twettiq li jinsab fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effettività ta’ l-Għajnuna ta’ l-UE u l-għanijiet tiegħu għall-implimentazzjoni progressiva ta’ dak it-twettiq fil-qasam sa l-2010.

6. L-impenn biex jin ħOLQU MEKKANIżMI TA’ GħAJNUNA IKTAR PREVIDIBBLI U INQAS INSTABBLI

G ħall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li għandhom l-aħjar rendiment, qafas ta’ rotazzjoni fuq numru ta’ snin u verifika inqas frekwenti tal-kondizjonalità huma elementi essenzjali biex tinkiseb aktar prevedibbiltà fil-ħlasijiet għall-appoġġ tal-baġit. Madankollu, filwaqt li numru ta’ SM semmew l-appoġġ tal-baġit bħala l-istrument ta’ l-għajnuna li jippreferu, il-Portugall u r-Renju Unit biss jidhru li li huma lesti li jmorru għal appoġġ multiannwali tal-baġit b’reviżjoni tal-kondizjonalità ta’ inqas minn darba fis-sena fis-sens indikat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Mejju, 2005. Grupp ta’ ħidma tekniku organizzat mill-Kummissjoni fi Frar 2006 b’rispons għall-istedina tal-Kunsill biex jiġu elaborati proposti għal mekkaniżmu ġdid ta’ appoġġ tal-baġit għal perjodu twil ta’ żmien[9] li għandu fil-mira l-pajjiżi bl-aħjar rendiment, żvela wkoll fehmiet diverġenti fost l-SM. Madankollu, l-SM qablu dwar l-importanza li tiġi żgurata għajnuna iktar prevedibbli u esprimew interess fl-ideat imressqa mill-Kummissjoni għal “kuntratt ta’ l-MDG” multiannwali li għandu jiffoka fuq il-pajjiżi b’rendiment tajjeb u li joffri garanziji ikbar ta’ finanzjament previdibbli bħala skambju ma’ ppjanar, monitoraġġ u rendiment imtejjeb minn benefiċjarji fir-rigward ta’ l-MDG. Il-Kummissjoni se tanalizza iktar fil-fond din il-kwistjoni, inkluż permezz ta’ gruppi ta’ ħidma informali ma’ esperti minn SM interessati, donaturi li jaħsbuha l-istess u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

7. IT-TNAQQIS TA’ L-EFFETTI TA’ L-IMPATTI ESTERNI

L-UE miexja sew u skond il-kalendarju pre-stabbilit fl-impenn tagħha biex tappoġġja l-operazzjonalizzazzjoni ta’ skemi ta’ assigurazzjoni bbażati fuq is-suq biex itaffu l-effetti negattivi ta’ l-impatti esterni fuq l-ekonomiji ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. Permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), il-Kummissjoni assenjat € 25 miljun b’appoġġ għall- Faċilità ta’ l-Assigurazzjoni ta’ l-Indiċi Globali (GIIF), li kienet qed titħejja mill-WB matul l-2005. Il-GIIF se tinkludi faċilità ta’ riassigurazzjoni li tippermetti kopertura ta’ l-assigurazzjoni fuq riskji ta’ prezzijiet indiċjabbli li huma relatati mat-temp, mad-diżastri u mal-prodotti bażiċi f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u mistennija li tkun operattiva sa nofs l-2006. Minbarra l-interessi strettament kummerċjali, il-pussess ta’ ishma fil-GIIF x’aktarx se jinkludi banek ta’ żvilupp bħall-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) u l-Kumpanija Ġermaniża għall-Investiment u l-Iżvilupp (DEG). Il-parteċipazzjoni attiva mill-SM fit- Task Force Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tar-Riskji tal-Prodotti Bażiċi se tkun essenzjali biex jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-metodi ta’ ġestjoni tar-riskji.

Wara diskussjonijiet mal-grupp ta’ l-ACP dwar Faċilità tad-Diżastri Naturali ta’ l-UE u ta’ l-ACP il-Kummissjoni issa wkoll qiegħda tipproċessa proposta ta’ finanzjament għall-bini ta’ kapaċitajiet fil-prevenzjoni tad-diżastri/fl-istat ta’ tħejjija għalihom fir-reġjuni ta’ l-ACP, b’baġit ta’ €12 miljun mid-disa’ EDF. Se tiġi diskussa t-tieni fażi ma’ l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fil-kuntest tat-tħejjija ta’ l-għaxar EDF, sabiex din il-kwistjoni tiġi inkluża fid-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiż u tar-Reġjun, b’mod partikolari għall-pajjiżi u għar-reġjuni li għandhom it-tendenza li jintlaqtu mid-diżastri.

Fid-dawl ta’ inizjattivi oħrajn li saru fl-2005 biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi ta’ l-impatti esterni (inkluż l -iskedar mill-ġdid tad-djun wara t-tsunami mill-Klabb ta’ Pariġi u l- Faċilità ta’ l-Impatti Esterni mill-IMF ) u l-kontinwazzjoni ta’ mekkaniżmi eżistenti (il- FLEX għall-pajjiżi ta’ l-ACP), huwa dejjem iktar importanti li d-diversi strumenti għandhom ikunu koordinati sew u għandhom jipprovdu risponsi komplementari għall-impatti. Barra dan, il-komunità internazzjonali għandha tiżgura li r-risponsi jkunu rapidi, ta’ min joqgħod fuqhom u jkollhom l-għeruq tagħhom fi strateġija li tagħti attenzjoni adegwata lill-ippjanar għall-prevenzjoni tar-riskji u biex ir-riskji jittaffew. Il-vulnerabbiltà għall-impatti esterni tista’ tiġi inkluża bħala kriterju għall-allokazzjoni ta’ għajnuna għall-iżvilupp mill-KE u mill-SM filwaqt li l-ġestjoni ta’ l-impatti għandha tiżgura li kwalunkwe għajnuna addizzjonali tkun anti-ċiklika.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex jikkontribwixxi għas-sostenn tal-Faċilità ta’ l-Assigurazzjoni ta’ l-Indiċi Globali (GIIF) sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-istrumenti ta’ l-assigurazzjoni li huma bbażati fuq is-suq.

8. L-impenn biex jinħall l-irbit TA’ L-GħAJNUNA

IL-MAġġORANZA TA’ L-SM LI HUMA MEMBRI TAD-DAC ħALLEW GħALKOLLOX L-IRBIT TA’ l-għajnuna bilaterali tagħhom u 40% ta’ l-oħrajn qed iqisu jekk jiftħux aktar l-aċċess għall-għajnuna għall-iżvilupp tagħhom lil hinn mil-livell korrenti biex jinħall l-irbit.

Barra dan, iktar min-nofs l-SM neħħew kwalunkwe kondizzjoni li hija marbuta mat-tqassim tal-fondi tagħhom permezz tal-korpi tan-NU jew permezz ta’ l-NGOs, inklużi diversi SM ġodda. Barra dan, terz mill-SM stabbilew sistema ta’ preferenzi lokali mmirata biex jinħolqu kapaċitajiet lokali u jiġu rinforzati s-swieq lokali.

F’Diċembru 2005, il- KE adottat żewġ regolamenti li jiftħu l-aċċess għall-għajnuniet esterni kollha mill-KE. Iktar minn żewġ terzi ta’ l-għajnuna tal-KE li ngħatat permezz ta’ srtrumenti ġeografiċi jew tematiċi fil-biċċa l-kbira issa hija maħlula. Il-parti ta’ l-għajnuna li baqa’ se tinħall lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u lid-donaturi kollha hekk u meta huma jħollu l-għajnuna tagħhom.

L-SM kollha ta’ l-UE qablu li jestendu iktar l-ambitu tar-rakkomandazzjoni ta’ l-OECD/tad-DAC dwar li jinħall l-irbit ta’ l-għajnuna lill-pajjiżi inqas żviluppati (LDCs) u għamlu sejħa biex l-irbit ta’ l-għajnuna għall-ikel u t-trasport ta’ għajnuna għall-ikel jinħallu għalkollox. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni jiddispjaciha li l-progress għadu qed jiġi mfixkel minn metodi kummerċjali negattivi sponsorjati minn donaturi oħrajn.

Il-Kummissjoni ttenni d-dmir tagħha li tiżgura l-konsistenza tas-Suq Uniku u r-rieda tagħha li timmonitorja, skond it-Trattat, l-aċċess ta’ l-SM kollha għal-ksib pubbliku f’SM oħrajn, inkluż fil-qasam ta’ l-iżvilupp.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jippromwovi l-proċess li jinħall aktar l-irbit ta’ l-għajnuna ta’ l-ikel u tat-trasport ta’ l-għajnuna ta’ l-ikel, skond il-mandat ta’ negozjar li kien adottat fid-dawl tar-reviżjoni tal-Konvenzjoni ta’ Londra.

9. Il-Ġid Pubbliku Internazzjonali (IPG)

L-impenn dwar l-IPG huwa marbut mad-disponibilità u mal-kontenut tar-rapport finali tat-Task Force dwar il-Ġid Pubbliku Globali. Ħafna SM u l-Kummissjoni jqisu li t-Task Force tat kontribut siewi biex jitkabbar id-dibattitu u jitqajjem għarfien dwar il-Ġid Pubbliku Internazzjonali, jiddispjaċihom għad-dewmien fil-ħruġ tar-rapport finali u jistennew bil-ħerqa d-disponibilità finali tiegħu. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-impenji ambizzjużi l-ġodda għall-iżvilupp, b’mod partikolari dawk li saru mill-UE (speċjalment il-volumi miżjuda ta’ l-ODA u l-“Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp”) kienu akkumpanjati minn interess li qed jonqos fil-metodu ta’ l-IPG, b’mod speċjali fid-dimensjoni finanzjarja tiegħu. F’dan l-isfond il- Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex isejjaħ lit- Task Force Internazzjonali dwar il-Ġid Pubbliku Globali biex minnufih toħroġ ir-rapport finali tagħha .

10. Ir-riforma ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali

Il-maġġoranza vasta ta’ l-SM huma favur dikjarazzjonijiet konġunti iktar sistematiċi mir-rappreżentanti ta’ l-SM ta’ l-UE fuq il-Bordijiet li Jirregolaw l-IFIs u ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni iktar formali fost l-SM ta’ l-UE għall-kwistjonijiet tal-WB li jkunu ta’ importanza strateġika għall-UE.

Billi tippreżenta dikjarazzjonijiet konġunti kemm jista’ jkun ta’ spiss, l-UE se żżid il-viżibilità u l-influwenza tagħha fl-IFIs, b’konformità mal-‘Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp’ u ma’ l-istrateġija ta’ l-UE għall-Afrika. Il-Kummissjoni ħolqot netwerk bejn is-servizzi biex issostni dan il-proċess.

L-SM urew ukoll sodisfazzjoni ġenerali għall- koordinazzjoni informali mtejba ta’ l- UE bejn id-Diretturi Eżekuttivi ta’ l-UE ta’ l-IMF u tal-WB f’Washington; din ħadet l-għamla ta’ laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni fejn il-Kummissjoni tipparteċipa b’mod attiv. Billi l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC) stabbilixxa sottokumitat biex jikkoordina l-pożizzjoni ta’ l-UE dwar kwistjonijiet ta’ l-IMF u dawk kwistjonijiet relatati (SCIMF), m’hemm l-ebda mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni formali bħal din għall-kwistjonijiet tal-WB. Iż-żjarat annwali tad-Diretturi Eżekuttivi ta’ l-UE mill-WB fl-istituzzjonijiet ta’ l-UE għandhom effett katalitiku fuq il-kooperazzjoni. Għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi simili sabiex tittejjeb il-koerenza ta’ l-UE fost id-Diretturi Eżekuttivi mill-Banek ta’ l-Iżvilupp Reġjonali , fejn is-sehem kollettiv ta’ l-UE huwa sinifikanti, bħall-Bank ta’ l-Iżvilupp Afrikan, Il-Bank ta’ l-Iżvilupp Asjatiku u l-Bank ta’ l-Iżvilupp Inter-Amerikan. Il-Kummissjoni dalwaqt se torganizza żjara tad-Diretturi Eżekuttivi tal-Banek ta’ l-Iżvilupp Reġjonali lill-istituzzjonijiet Ewropej.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex:

- jappoġġja l-ħolqien ta’ mekkaniżmu informali ta’ koordinazzjoni bejn id-Diretturi Eżekuttivi Ewropej mill-Banek ta’ l-Iżvilupp Reġjonali, f’assoċjazzjoni mal-Kummissjoni, fejn is-sehem kollettiv ta’ l-UE huwa sinifikanti, b’mod simili għall-prattika eżistenti fil-Bank Dinji;

- jiżgura li l-laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ l-UE, bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti mill-Kummissjoni, isiru b’mod sistematiku qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet importanti mill-Bordijiet ta’ l-IFIs, fejn is-sehem ta’ l-UE huwa sinifikanti.

- jippromwovi iktar trasparenza bejn id-Diretturi Eżekuttivi u l-Kummissjoni, billi, bħala l-ewwel pass, jittrażmetti lill-Kummissjoni d-dokumenti tal-Bord ta’ l-IMF, tal-WB u tal-banek ta’ l-iżvilupp reġjonali fil-ħin u b’mod regolari.

11. Il-kummerċ u l-iżvilupp

Wara l-Kunsill ta’ Mejju 2005 l-UE kompliet tfannad l-impenji tagħha dwar l-Għajnuna Marbuta mal-Kummerċ (TRA). Fis-Samit tal-G8 il-President tal-Kummissjoni Barroso wiegħed li se jżid l-għajnuna tal-KE għall-kummerċ għal €1 biljun fis-sena. F’Diċembru 2005 il-Kunsill[10] qabel li l-SM se jagħmlu ħilithom biex b’mod kollettiv iżidu t-TRA tagħhom għal €1 biljun fis-sena sa l-2010. Il-kontribuzzjoni kombinata ta’ l-UE għalhekk għandha tilħaq €2 biljun. L-SM u l-KE wiegħdu wkoll li jipprovdu finanzjament adegwat u prevedibbli ta’ Qafas Integrat (IF) imtejjeb u msaħħaħ, b’€10 miljun jiġu assenjati bħala l-kontribuzzjoni tal-KE għall-IF imtejjeb. Il-Kummissjoni hija lesta li teżamina l-possibbiltajiet biex ikun hemm ippuljar tal-fondi ta’ l-SM u tal-KE sabiex tittejjeb l-effettività tat-TRA, u se tirrivedi, f’edizzjonijiet futuri ta’ dan ir-rapport, ir-rendiment tal-Kummissjoni u ta’ l-SM dwar dawn l-impenji.

Wara d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-WTO f'Ħong Kong se titwaqqaf Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, fejn il-Kummissjoni biħsiebha taħdem biex issostni b’mod deċiż l-aġenda ta’ “l-għajnuna għall-kummerċ”, f’koordinazzjoni ma’ l-SM u bl-użu ta’ kanali stabbiliti.

L-evalwazzjoni tal-koordinazzjoni ta’ l-UE dwar it-TRA ta’ l-2005-06 tikkonkludi li l-Grupp Informali ta' Esperti ta' l-UE dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp jibqa’ l-għodda prinċipali fuq il-livell tal-kwartieri ġenerali għall-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-SM. Sejbiet prinċipali oħrajn jinkludu: l-iskambju ta’ informazzjoni tal-kwartieri ġenerali jsir l-aktar mill-Kummissjoni għall-SM u mhux bil-kontra; il-koordinazzjoni fi ħdan il-pajjiż hija proċess ferm ad hoc , li rnexxielu jevita li jkun hemm duplikazzjoni, imma għad irid jimmatura f’rispons strateġiku komuni għall-ħtiġijiet tat-TRA; uħud mill-SM jikkontribwixu biex isawru inizjattivi multilaterali, imma m’hemm l-ebda strateġija konġunta ta’ l-UE dwar inizjattivi bħal dawn.

F’dan l-isfond il- Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex :

- jimplimenta l-konklużjonijiet dwar l-“Għajnuna għall-Kummerċ” , b’mod partikolari billi l-SM jimxu b’mod effettiv u fil-ħin mal-miri tal-volumi ta’ għajnuna tat-TRA sa l-2010; jaħdem biex ikun hemm attività ta’ infrastruttura li hija relatata mal-kummerċ li tkun iktar effettiva u mkabbra; jappoġġja IF imtejjeb; u jipprovdi għajnuna kredibbli biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament tal-kummerċ;

- jikkontribwixxi għall- inklużjoni mtejba tal-kummerċ fi strateġiji għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp ; juża valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet kummerċjali b’mod sistematiku u, safejn ikun possibbli, b’mod konġunt għall-ipprogrammar tat-TRA;

- ikompli jtejjeb l-isforzi ta’ koordinazzjoni ta’ l-UE fuq il-livell tal-kwartieri ġenerali u fuq dak lokali; fuq il-livell ta’ kwartieri ġenerali, il-Grupp Informali ta’ Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp għandu jintuża b’mod aktar sistematiku sabiex ikun hemm qsim ta’ informazzjoni u ta’ l-aħjar prattika; fuq il-livell lokali l-IF imtejjeb jew, fejn ikun applikabbli, il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet kummerċjali għandu jinkludi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni b’saħħtu; u jipprovdi informazzjoni fil-ħin u b’mod sħiħ dwar l-impenji tat-TRA lill-Bażi tad-Data ta’ Doha.

12. Konklużjonijiet

Wara l-isforzi straordinarji li daħlet għalihom l-UE fl-2005 biex tikkontribwixxu għal riżultat pożittiv tas-Samit tan-NU billi tistabbilixxi impenji ġodda u ambizzjużi u billi ssaħħaħ il-qafas ta’ l-UE permezz tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-istrateġija ta’ l-UE u ta’ l-Afrika, issa ingħata bidu għat-twettiq ta’ dawn il-wegħdiet. L-UE, għalkemm b’xi diffikultajiet, qiegħda turi sinjali li hija lesta biex tilħaq il-miri intermedji ta’ l-ODA tagħha ta’ l-2006. Biex taħdem għall-miri ta’ l-2010 se jkunu meħtieġa sforzi supplementari u azzjoni kredibbli sostnuta mill-opinjoni pubblika. Għandha tissaħħaħ il-komunikazzjoni dwar l-attività ta’ żvilupp ta’ l-UE. Uħud mill-SM qegħdin jintroduċu sorsi innovattivi ta’ finanzjament, filwaqt li l-Inizjattiva Multilaterali biex Jittaffa d-Dejn tirrispondi għat-tħassib ta’ l-UE dwar is-sostenibilità tad-dejn tal-pajjiżi l-fqar. Issa jrid ikun hemm ftehim dwar miri konkreti li jistgħu jintlaħqu li jikkonċernaw l-effettività ta’ l-għajnuna, bħal ngħidu aħna l-qafas konġunt ta’ l-UE għall-istrateġiji tal-pajjiżi[11] u l-Pjan ta’ Azzjoni.

L-ANNESS

SOMMARJU TA’ L-IMPENJI RIVEDUTI TA’ L-UE

dwar il-Finanzjament g ħALL-IżVILUPP U L-EFFETTIVITÀ TA’ L-GħAJNUNA TA’ L-2005

Silta mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp ta’ l-24 ta’ Mejju 2005, li tinkludi referenzi għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp ta’ l-14 ta’ Marzu 2002, ikkomplimentati mill-Konklużjonijiet tal-Kunsilli tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ

1. L-ODA

1.1 Żjieda fil-volumi ta’ l-ODA lil hinn mill-2006: “Hemm ħtieġa urġenti għal żjieda fl-ODA biex jinkisbu l-MDGs. Fil-kuntest ta’ li jintlaħaq l-impenn eżistenti li tinkiseb il-mira ta’ l-ODA miftiehma b’mod internazzjonali ta’ 0.7% ta’ ODA/DGN, l-UE tinnota b’sodisfazzjoni li l-SM tagħha mexjin skond il-kalendarju stabbilit biex tinkiseb il-mira ta’ 0.39% fl-2006 għall-volumi ta’ l-ODA li huma inklużi fl-impenji ta’ Barċellona. Bħalissa, erbgħa mill-ħames pajjiżi, li jeċċedu l-mira tan-NU għall-ODA ta’ 0.7%, tad-DGN huma Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Ħamsa oħra ntrabtu bi programm biex jilħqu din il-mira. Waqt li terġa’ tafferma d-determinazzjoni tagħha biex jintlaħqu dawn il-miri, l-UE taqbel dwar mira kollettiva ġdida ta’ l-UE ta’ 0.56 % ta’ ODA/DGN sa l-2010, li għandha tirriżulta f’€ 20 biljun addizzjonali fis-sena ta’ ODA sa dak iż-żmien.

i. L-Istati Membri, li għadhom ma laħqux livell ta’ 0.51% ta’ ODA/DGN, jimpenjaw irwieħhom li jilħqu, fi ħdan il-proċessi ta’ allokazzjoni tal-baġit rispettivi tagħhom, dak il-livell sa l-2010, filwaqt li dawk li diġà qegħdin ’il fuq minn dak il-livell jimpenjaw irwieħhom li jkomplu jsostnu l-isforzi tagħhom;

ii. L-Istati Membri, li ssieħbu fl-UE wara l-2002, u li ma laħqux livell ta’ 0.17 % ta’ l-ODA/GDN, iridu jagħmlu ħilithom biex iżidu l-ODA tagħhom ħalli jilħqu, fi ħdan il-proċessi ta’ allokazzjoni tal-baġit rispettivi tagħhom, dak il-livell sa l-2010, filwaqt li dawk li diġà qegħdin ’il fuq minn dak il-livell jimpenjaw irwieħhom li jkomplu jsostnu l-isforzi tagħhom;

iii. L-Istati Membri jintrabtu li jiksbu l-mira ta’ 0.7% ta’ ODA/DGN sa l-2015 filwaqt li dawk li kisbu dik il-mira jimpenjaw irwieħhom li jibqgħu ’il fuq minn dik il-mira; l-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara l-2002 se jagħmlu ħilithom biex sa l-2015 iżidu l-ODA/DGN tagħhom għal 0.33%.”

1.2 L-attenzjoni ffokata fuq l-Afrika: “L-UE se żżid l-għajnuna finanzjarja tagħha għall-Afrika Sub-Saħarjana u se tipprovdi b’mod kollettiv għall-inqas 50% taż-żjieda miftiehma fir-riżorsi ta’ l-ODA lill-kontinent filwaqt li tirrispetta b’mod sħiħ il-prijoritajiet individwali ta’ l-Istati Membri fl-għajnuna għall-iżvilupp.”

1.3 Il-mira ta’ l-ODA ta’ l-2006 (Il-Konklużjoniiet tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 2002): “…dawk l-Istati Membri li għadhom ma laħqux il-mira ta’ 0.7% jimpenjaw irwieħhom – bħala l-ewwel pass sinifikanti - li b’mod individwali jżidu l-volum ta’ l-ODA tagħhom … fi ħdan il-proċessi ta’ allokazzjoni tal-baġit rispettivi tagħhom, …., sabiex tintlaħaq b’mod kollettiv medja ta’ l-UE ta’ 0.39% sa l-2006. Minħabba dan il-għan, l-Istati Membri ta’ l-UE kollha fi kwalunkwe każ se jagħmlu ħilithom biex jilħqu, fi ħdan il-proċessi tal-baġit rispettivi tagħhom, għall-inqas 0.33% ta’ ODA/DGN sa l-2006.”

2. IS-SORSI INOVATTIVI TA’ FINANZJAMENT

“Il-Kunsill se jkompli jqis l-iktar għażliet promettenti għal sorsi innovattivi ta’ finanzjament għall-iżvilupp, sabiex jiżdiedu r-riżorsi li huma disponibbli b’mod sostenibbli u previdibbli. Jinnota l-intenzjoni ta’ wħud mill-Istati Membri li jintroduċu levy ta’ solidarjetà fuq il-biljetti ta’ l-ajru”.

3. ID-DEJN

“L-UE tibqa’ impenjata li ssib soluzzjonijiet, f’kooperazzjoni ma’ l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, għal piżijiet ta’ djun li mhumiex sostenibbli, u hija impenjata li timplimenta b’mod sħiħ l-inizjattiva mtejba tal-HIPC. Se jkun vitali li jkun hemm ftehim dwar l-ambitu u l-modalitajiet biex jittaffa aktar id-dejn b’mod multilaterali sabiex tkun żgurata sostenibilità tad-dejn għal perjodu twil ta’ żmien b’metodu ta’ każ b’każ.

L-UE se tkompli u se ttejjeb l-isforzi tagħha biex terġa’ tintroduċi u żżomm is-sostenibilità tad-dejn, ibbażati fuq metodu ta’ każ b’każ, inkluż

(a) li tesplora l-possibbiltajiet ta’ mekkaniżmi għal sospensjoni temporanja tal-manutenzjoni tad-djun għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkunu affettwati minn impatti esterni;

(b) miżuri speċifiċi għal pajjiżi li jkunu għadhom kemm ħarġu minn xi konflitt b’arretrati esterni li, għalhekk, għadhom ma ssodisfawx il-kriterji ta’ l-inizjattiva tal- HIPC.”

4. L-EFFETTIVITÀ TA’ L-GħAJNUNA

“L-UE se tkompli u se ttejjeb l-isforzi tagħha biex terġa’ tintroduċi u żżomm is-sostenibilità tad-dejn, ibbażati fuq metodu ta’ każ b’każ, inkluż

(a) li tesplora l-possibbiltajiet ta’ mekkaniżmi għas-sospensjoni temporanja tal-manutenzjoni tad-djun għal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkunu affettwati minn impatti esterni;

(b) miżuri speċifiċi għal pajjiżi li jkunu għadhom kemm ħarġu minn xi konflitt b’arretrati esterni li, għalhekk, għadhom ma ssodisfawx il-kriterji ta’ l-inizjattiva tal-HIPC.

Bi tħejjija għall-Forum ta’ Livell Għoli ta’ Pariġi, fit-22 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill adotta rispons komprensiv ta’ l-UE bir-rapport dwar ‘Advancing coordination, harmonisation and alignment’ (‘Progress fil-koordinazzjoni, fl-armonizzazzjoni u fl-allinjament’). L-UE se tiżgura l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet konkreti li huma inklużi fih, inkluż qafas iktar effettiv għall-għajnuna għall-iżvilupp fuq il-livell ta’ l-UE u tqassim tax-xogħol u komplementarjetà fuq il-livell ta’ pajjiż fil-kuntest ta’ pprogrammar multiannwali u konġunt ibbażat fuq l-istrateġiji tal-pajjiż imsieħeb għat-tnaqqis tal-faqar.

L-UE hija impenjata bis-sħiħ għal implimentazzjoni f’waqtha u għal monitoraġġ tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effettività ta’ l-Għajnuna li jinkludi l-iffissar ta’ miri li jistgħu jiġu monitorati għall-2010 u l-impenji speċifiċi ta’ l-UE li kienu adottati fil-Forum ta’ Pariġi.”

5. MEKKANIżMI IKTAR PREVEDIBBLI U INQAS INSTABBLI

“Sabiex ikun hemm rispons aħjar għall-ħtieġa ta’ riżorsi stabbli u minħabba ż-żjidiet mistennija fil-flussi ta’ l-ODA, l-UE għandha tiżviluppa mekkaniżmi ta’ għajnuna ġodda, li jkunu iktar prevedibbli u inqas instabbli. Mekkaniżmi bħal dawn jistgħu jikkonsistu fil-provvista ta’ livell minimu ta’ għajnuna baġitarja żgurata f’perspettiva għal perjodu medju ta’ żmien u marbuta mar-rendiment tal-politika fil-pajjiżi imsieħba b’mod partikolari f’relazzjoni ma’ l-impenn lejn il-kisba ta’ l-MDGs fl-istrateġiji nazzjonali tat-tnaqqis tal-faqar..”

6. L-IMPATTI ESTERNI

“Sabiex jittaffa l-effett ta’ l-impatti esterni, inklużi l-vulnerabilità tal-prezzijiet, fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-UE se ssostni l-operazzjonalizzazzjoni ta’ skemi ta’ assigurazzjoni bbażati fuq is-suq u se tesplora l-possibbiltajiet għal sospensjoni temporanja tal-manutenzjoni tad-djun fuq bażi ta’ każ b’każ. Barra dan, l-UE se ssaħħaħ u se ttejjeb l-aċċess għall-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti bħal dawk provduti fil-Ftehim ta’ Cotonou (FLEX) biex tingħata kopertura għal perjodu qasir ta’ żmien kontra l-effett ta’ impatti bħal dawn fuq id-dħul tal-pajjiżi. ”

7. JINħALL L-IRBIT TA’ L-GħAJNUNA

“Li tkun indirizzata l-isfida li jinħall l-irbit ta’ l-għajnuna billi jkun adottat, malajr kemm jista’ jkun, fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni, regolament dwar l-aċċess għal għajnuna esterna ta’ l-UE; l-UE se tappoġġja dibattiti kontinwi fuq il-livell internazzjonali dwar li jinħall aktar l-irbit ta’ l-għajnuna lil hinn mir-rakkomandazzjonijiet eżistenti ta’ l-OECD/tad-DAC.”

8. IL-ĠID PUBBLIKU INTERNAZZJONALI (IPGS)

“L-eżami, fuq il-bażi tar-rapport tat-Task Force dwar il-Ġid Pubbliku Globali, tal-possibbiltajiet li, sa l-2006, jiġi stabbilit Pjan ta’ Azzjoni fuq il-livell ta’ l-UE dwar il-provvista ta’ Ġid Pubbliku Internazzjonali (IPGs) u l-ftehim biex ikunu eżaminati l-modalitajiet ta’ finanzjament ta’ l-IPGs.”

9. IR-RIFORMA TAS-SISTEMA FINANZJARJA INTERNAZZJONALI

9.1 Il-Konklużjonijiet ta’ l-24 ta’ Mejju 2005: “Li tiġi promossa pożizzjoni konġunta Ewropea biex titkabbar il-vuċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk li qegħdin fi tranżizzjoni u li tittejjeb aktar il-kwalità tal-koordinazzjoni eżistenti ta’ l-UE fl-IFIs.“

9.2 Il-Konklużjonijiet ta’ l-14 ta’ Marzu, 2002: “Li tkun influwenzata r-riforma tas-Sistema Finanzjarja Internazzjonali billi jkunu miġġielda l-abbużi tal-globalizzazzjoni finanzjarja, tiġi msaħħa l-vuċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi internazzjonali, u, filwaqt li jkunu rispettati r-rwoli rispettivi tagħhom, titkabbar il-koerenza bejn in-NU, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u l- WTO”.

10. IL-KUMMERċ U L-IżVILUPP

10.1 Il-Konklużjonijiet ta’ l-24 ta’ Mejju, 2005: “…l-UE timpenja ruħha li ttejjeb aktar u tikkoordina aħjar il-programi ta’ għajnuna li huma relatati mal-kummerċ u – minħabba l-ispejjeż possibbli ta’ l-integrazzjoni fil-kummerċ li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw – tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-aġġustament tal-kummerċ u għall-integrazzjoni fl-ekonomija globali. Għalhekk taqbel li l-għażliet differenti stabbiliti fil-Komunikazzjoni għal għajnuna mtejba u miżjuda, inkluża dik ta’ mekkaniżmu internazzjonali għall-aġġustament tal-kummerċ u l-bini ta’ kapaċitajiet, jiġu segwiti iktar fi ħdan l-UE u mal-komunità internazzjonali.”

“L-UE se tkompli tipprovdi appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tagħtihom il-possibbiltà jaħtfu l-opportunitajiet kummerċjali, b’mod partikolari billi tgħinhom jintegraw il-kummerċ fl-istrateġiji nazzjonali ta’ żvilupp tagħhom u jiżguraw ir-riforma domestika meħtieġa.”

10.2 Il-Konklużjonijiet tad-9 ta’ Diċembru 2005: Il-Qafas Integrat (IF) : “Bil-ħsieb li t-titjib ta’ l-IF jeħtieġ jindirizza bis-sħiħ in-nuqqasijiet eżistenti tiegħu, l-UE tiddeċiedi li, fi ħdan il-baġits disponibbli u ma’ donaturi oħrajn, se tipprovdi riżorsi biex tagħti l-possibbiltà lill-IF imtejjeb li jiġi ffinanzjata b’mod adegwat u prevedibbli. Alternattivament, uħud mill-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu għajnuna għall-istess skop permezz ta’ kanali oħrajn.”

L-Għajnuna Relatata mal-Kummerċ: “Fi ħdan l-impenji tagħhom għal żjidiet futuri fl-għajnuna għall-iżvilupp, l-Istati Membri se jagħmlu ħilithom biex iżidu l-infiq kollettiv ta’ l-UE fuq għajnuna relatata mal-kummerċ (kif inhi ddefinita), b’rispons għall-ħtiġijiet li ngħataw prijorità fi strateġiji ta’ tnaqqis tal-faqar jew fi pjanijiet ta’ żvilupp ta’ pajjiżi msieħba, sabiex tintlaħaq figura ta’ € 1 biljun fis-sena sa l-2010, li tinkludi l-infiq fuq il-Qafas Integrat imtejjeb. Dan għandu jġib il-kontribuzzjoni ta’ l-UE kollha, inkluża l-kontribuzzjoni tal-Komunità, għal € 2 biljun fis-sena sa l-2010.”

[1] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2005. ‘Millenium Development Goals: EU Contribution to the Review of the MDGs at the UN 2005 High Level Event’ (‘L-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp: Il-Kontribut ta’ l-UE għar-Reviżjoni ta’ l-MDGs fl-Avveniment ta’ Livell Għoli tan-NU 2005’).

[2] Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni; Id-Dokument tal-Kunsill 14820/05.

[3] Il-Kunsill Ewropew tal-15-16.12.2005 ‘The EU and Africa: Towards a strategic partnership’ (‘L-UE u l-Afrika: Lejn sħubija strateġika’) (id-dokument 15961/05 tad-19.12.2005).

[4] “Aid for Trade” ( “L-Għajnuna għall-Kummerċ”) Id-Dokument tal-Kunsill 15579/05 DEVGEN 250 RELEX 748 tad-09.12.2005.

[5] The EU monitoring of Financing for Development and Aid Effectiveness: Starting to deliver on the new commitments’ (‘Il-Monitoraġġ ta’ l-UE tal-Finanzjament għall-Iżvilupp u l-Effettività ta’ l-Għajnuna: Nibdew inwettqu l-impenji l-ġodda’) SEC(2006) 294.

[6] “ Financial Perspective 2007 – 2013 ” (“ Il-Perspettiva Finanzjarja 2007 – 2013 ”) – Id-Dokument tal-Kunsill 15915/05 CADREFIN 268 tad- 9.12.2005.

[7] “New Sources of Financing for Development: A Review of Options” ( “Sorsi Ġodda ta’ Finanzjament għall-Iżvilupp: Reviżjoni ta’ l-Għażliet”) SEC(2005) 467 tal-05.04.2005; "An analysis of a possible contribution based on airline tickets as a new source of financing development" ("Analiżi ta’ kontribuzzjoni possibbli bbażata fuq il-biljetti ta’ l-ajru bħala sors ġdid ta’ finanzjament għall-iżvilupp") SEC(2005) 733 tal-15.06.2005; "A possible contribution based on airline tickets as a new source of financing development: technical reflections in the run up to the UN High Level Event” ("Kontribuzzjoni possibbli bbażata fuq il-biljetti ta’ l-ajru bħala sors ġdid ta’ finanzjament għall-iżvilupp: riflessjonijiet tekniċi fit-tħejjija għall-Avveniment ta’ Livell Għoli tan-NU”) SEC(2005) 1067 ta’ l-01.09.2005 .

[8] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “EU aid: delivering more, better and faster” (“Għajnuna ta’ l-UE: inwettqu iktar, aħjar u iktar malajr”) COM(2006) 87.

[9] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22.11.2005 “Orientation Debate on the Effectiveness of EU External Action” (“Dibattitu ta’ Orjentazzjoni dwar l-Effettività ta’ l-Azzjoni Esterna ta’ l-UE”) (dok. 14821/05 DEVGEN230 RELEX 679).

[10] “ Aid for Trade” (“ Għajnuna għall-Kummerċ”) Dokument tal-Kunsill 15579/05 DEVGEN 250 RELEX 748 tad-09.12.2005.

[11] “Increasing the impact of EU aid: a common framework for drafting country strategy papers and joint multiannual programming” (“Iż-żjieda ta’ l-impatt ta’ l-għajnuna ta’ l-UE: qafas komuni għall-abbozzar ta’ dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż u għal ipprogrammar multiannwali konġunt”) COM(2006) 88; “EU Aid: Delivering more, better and faster” (“ L-Għajnuna ta’ l-UE: Inwettqu iktar, aħjar u iktar malajr ”) COM(2006) 87.