52005DC0675




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.12.2005

KUMM(2005) 675 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

It-tieni rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Kuntest ġenerali 3

3. L-ewwel rapport ta' evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE (1993-1998) 4

3.1. Konklużjonijiet ta' l-ewwel rapport 4

3.2. Tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet 4

4. Żviluppi mill-ewwel rapport 5

4.1. Emenda leġiżlattiva: id-Direttiva 2001/38/KE 5

4.2. It-tħejjija ta' l-10 Stati Membri għall-adeżjoni 5

4.3. Kontribut għat-titjib tal-protezzjoni tal-patrimonju kulturali Ewropew: studju dwar it-traċċabilità ta' l-oġġetti kulturali 5

4.4. Titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva: adozzjoni tal-linji ta' gwida 6

5. Applikazzjoni tad-direttiva matul il-perjodu 1999-2003 6

5.1. Kontenut tar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni 6

5.2. Evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 7

5.2.1. Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet 8

5.2.2. Proċeduri ta' ritorn 8

5.2.3. Il-protezzjoni ta' l-oġġetti kulturali 8

6. Konklużjonijiet 9

6.1. It-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-Istati Membri 9

6.2. Estensjoni tal-limitu ta' żmien għall-ftuħ tal-proċeduri ta' ritorn 9

6.3. Żamma tal-limiti finanzjarji 10

6.4. Frekwenza tar-rapport ta' evalwazzjoni 10

6.5. Riferiment lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-oġġetti kulturali 10

1. INTRODUZZJONI

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE, adottata fil-15 ta' Marzu 1993,[1] waqqfet mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll proċedura ġudizzjarja ta' ritorn ta' l-oġġetti kulturali fejn dawn ikunu ttieħdu b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru.

L-Artikolu 16(2) tad-direttiva jistipula li l-Kummissjoni tindirizza rapport ta' evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħha, kull tliet snin, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Dan id-dokument huwa t-tieni rapport ta' evalwazzjoni li jkopri l-perjodu 1999-2003; jevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva fil-15-il Stat Membru. L-ewwel rapport kien ikopri l-perjodu 1993-1998[2].

2. KUNTEST ġENERALI

Fuq il-livell Komunitarju, l-oġġetti kulturali jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem "It-Trattat KE"), u b'mod partikolari dawk marbuta mal-moviment ħieles ta' l-oġġetti. Partikolarment, l-Artikoli 28 u 29 tat-Trattat KE jipprojbixxu miżuri li għandhom l-istess effett bħal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

Madankollu, l-Artikolu 30 jistipula li l-Artikoli 28 u 29 tat-Trattat KE m'għandhomx jippreġudikaw projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew fuq it-tranżitu ġustifikat, partikolarment "meta dawn ikunu ġustifikati abbażi tal-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku". Biex ikunu ammissibbli, dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dejjem iridu jkunu meħtieġa u proporzjonati ma' l-għan li huma maħsuba li jilħqu u, b'konsegwenza, la għandhom ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja, u lanqas restrizzjoni moħbija bejn l-Istati Membri.

Fid-dawl ta' dan, id-Direttiva 93/7/KEE hija miżura sekondarja tas-suq intern maħsuba li twaħħad il-ħidma tas-suq intern mal-garanzija li l-Istati Membri jkunu jistgħu iħarsu l-oġġetti kulturali tagħhom li għandhom l-istatus ta' patrimonju nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku skond l-Artikolu 30 KE.

Id-Direttiva mhix maħsuba biex tiġġieled it-traffiku illegali fl-oġġetti kulturali. Lanqas ma tirregola l-użu li jistgħu jagħmlu l-Istati Membri mill-Artikolu 30 KE. Barra minn hekk, skond dan l-Artikolu, l-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddefinixxu l-patrimonju nazzjonali tagħhom u l-fakultà li jieħdu l-miżuri nazzjonali meħtieġa sabiex jiżguraw il-ħarsien tagħhom.

3. L-EWWEL RAPPORT TA' EVALWAZZJONI TA' L-APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA 93/7/KEE (1993-1998)

3.1. Konklużjonijiet ta' l-ewwel rapport

L-ewwel rapport[3] innota l-pass bil-mod tat-traspożizzjoni tad-Direttiva għal-liġi nazzjonali u, b'konsegwenza, it-tardjar fl-applikazzjoni tagħha. Il-perjodu ta' applikazzjoni effettiva tad-Direttiva għalhekk ma jitqiesx biżżejjed biex jittieħed kejl ta' kemm hi effikaċi.

Ir-rapport enfasizza li l-Istati Membri jqisu li d-Direttiva hija meħtieġa u utli għall-protezzjoni tal-patrimonju kulturali. Il-parti l-kbira ta' dawn l-Istati qiesu li l-qafas legali Komunitarju li nħoloq permezz tad-Direttiva kien biżżejjed, ukoll jekk xi uħud fosthom setgħu xtaqu li jiżviluppawh aktar. Eżempju ta' dan huwa kif l-Italja kienet tal-fehma li l-limitu ta' żmien ta' sena għandu jiżdied għal tliet snin; min-naħa tagħha, l-Olanda pproponiet li d-dritt li jinfetħu proċeduri għar-ritorn jiġi estiż għall-individwi.

Madankollu, r-rapport wera li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet fuq il-livell nazzjonali u dak Komunitarju ma kenitx għadha bdiet isseħħ. Għalhekk, il-maġġoranza ta' l-Istati Membri argumentaw favur titjib ta' din il-kooperazzjoni. Barra minn hekk, ir-rapport innota li jkun mixtieq li tittejjeb it-traċċabilità ta' l-oġġetti kulturali fid-dawl tan-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-oġġetti kulturali li jinħarġu illegalment mit-territorju ta' l-Istati Membri.

3.2. Tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet

It-tweġibiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jissuġġerixxu li d-Direttiva tittejjeb.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu[4], il-Parlament Ewropew qies li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti aktar importanza, fil-qafas tal-kompetenzi tagħha, lill-ġlieda kontra t-traffiku illegali ta' l-oġġetti kulturali, u li l-Kummissjoni għandha rwol ċentrali f'dan il-qafas. Għalhekk, il-Parlament partikolarment talab għal:

- bidla fil-perjodu ta' limitu ta' sena li hu stabbilit fid-Direttiva 93/7/KEE;

- l-organizzazzjoni ta' kampanja, fil-15-il Stat Membru, kif ukoll fl-10 pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, mmirata lejn it-titjib ta' l-għarfien pubbliku fir-rigward ta' l-effetti negattivi tal-kummerċ illegali fl-oġġetti kulturali;

- il-ġbir ta' listi komprensivi u pubbliċi ta' l-oġġetti kulturali li huma proprjetà ta' l-istituzzjonijiet, il-fondazzjonijiet, l-entitajiet pubbliċi u privati; u

- l-istabbiliment ta' Green Paper dwar il-kummerċ illegali fl-oġġetti kulturali u ta' proposti konkreti fil-livell Komunitarju sabiex jiġi miġġieled dan it-tip ta' kummerċ.

L-azzjonijiet ta' segwitu li rriżultaw minn dawn it-tliet talbiet mhumiex inklużi fir-rapport, li jittratta esklussivament l-applikazzjoni tad-Direttiva.

Min-naħa tiegħu, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri, fir-Riżoluzzjoni[5] tiegħu, sabiex jisfruttaw kemm jista' jkun il-possibilitajiet ta' protezzjoni li toffri d-Direttiva, notevolment permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni amministrattiva. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex:

- tieħu passi fuq l-inizjattivi proposti u, jekk meħtieġ, li tiżviluppa oħrajn bil-ħsieb ta' kontribuzzjoni aħjar għall-protezzjoni tal-patrimonju kulturali ta' l-Istati Membri u għat-tħaddim tad-Direttiva; kif ukoll

- li tagħti attenzjoni partikolari għall-istabbiliment ta' strutturi u ta' kapaċitajiet amministrattivi fl-Istati Membri l-ġodda li għandhom ir-responsabbiltà li jipproteġu l-fruntieri esterni l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea.

4. ŻVILUPPI MILL-EWWEL RAPPORT

4.1. Emenda leġiżlattiva: id-Direttiva 2001/38/KE

Hekk kif previst fl-ewwel rapport, id-Direttiva 2001/38/KE [6] temenda l-anness tad-Direttiva 93/7/KEE bil-għan li tadatta, mill-1 ta' Jannar 2002, l-ammonti ta' valuti nazzjonali għall-euro u li tibdel ir-referenza għall-valur 0 (żero) tal-limiti finanzjarji bit-termini "Hu x'inhu l-valur". Id-Direttiva ġiet trasposta mill-Istati Membri kollha.

4.2. It-tħejjija ta' l-10 Stati Membri għall-adeżjoni

Il-Kummissjoni eżaminat il-proġetti tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tad-Direttiva li ħadu l-10 Stati Membri l-ġodda. Barra minn hekk il-Kummissjoni tat l-għajnuna teknika meħtieġa sabiex tiffaċilita traspożizzjoni korretta fil-limitu ta' żmien stipulat. Madankollu, fl-2004 l-Kummissjoni fetħet proċeduri ta' ksur kontra xi Stati Membri minħabba nuqqasijiet ta' notifikazzjoni tal-miżuri nazzjonali tat-traspożizzjoni.

4.3. Kontribut għat-titjib tal-protezzjoni tal-patrimonju kulturali Ewropew: studju dwar it-traċċabilità ta' l-oġġetti kulturali

L-għan prinċipali ta' dan l-istudju, li ġie ffinalizzat fl-aħħar ta' l-2004, kien li jiġu eżaminati l-istrutturi u l-mekkaniżmi ta' tixrid ta' informazzjoni li ġew stabbiliti fl-Istati Membri sabiex tinġabar, tiġi mgħoddija u tinqasam l-informazzjoni dwar l-oġġetti kulturali elenkati fl-Anness tad-Direttiva[7].

Fit-tmiem ta' dan l-istudju, deher li s-sistema ta' protezzjoni tal-patrimonju kulturali ta' kull Stat Membru hija magħmula minn qalba ċentrali ta' teżori nazzjonali li definittivament ma jistgħux jinħarġu mit-territorju nazzjonali, minn taqsima sekondarja magħmula minn oġġetti kulturali li jeħtieġu awtorizzazzjoni nazzjonali sabiex jiġu trasferiti, u ta' taqsima sekondarja magħmula minn dawk l-oġġetti kulturali li jistgħu jiċċirkolaw liberament u mingħajr kontroll, minħabba min-nuqqas ta' importanza li relattivament għandhom fuq il-livell kulturali. L-istudju kkonkluda li t-traċċabilità mhix assigurata għal dawk l-oġġetti li ġejjin mill-qalba ċentrali u, sa ċertu punt, għall-oġġetti kulturali tat-tieni taqsima li jiċċirkolaw abbażi ta' awtorizzazzjoni għall-ħruġ.

Bil-għan li tittejjeb it-traċċabilità ta' l-oġġetti kulturali fl-Ewropa fil-każ li dawn jiġu trasferiti minn Stat Membru għall-ieħor, l-istudju jirrakkomanda dawn il-miżuri:

- l-adozzjoni ta' mudell uniku ta' awtorizzizzjoni tat-trasferiment ta' l-oġġetti kulturali fit-territorju tal-Komunità;

- il-ħolqien ta' database fuq il-livell Ewropew għal-liċenzji ta' trasferiment u dawk ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

- l-istabbiliment ta' sistemi effiċjenti ta' mmarkar ta' l-oġġetti kulturali u l-istabbiliment ta' xibka bbażata fuq laqgħat regoli u fuq l-użu ta' l-għodod tekniċi komuni bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri[8].

4.4. Titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva: adozzjoni tal-linji ta' gwida

Il-Kumitat konsultattiv għall-oġġetti kulturali li ġie stabbilit mill-Artikolu 17 tad-Direttiva adotta linji ta' gwida sabiex tittejjeb u tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-ħolqien ta' xibka ta' kuntatti u ta' qsim ta' informazzjoni[9]. Dawn iwieġbu kull mistoqsija rilevanti marbuta ma' strumenti Komunitarji li jirregolaw l-esportazzjoni ta' l-oġġetti kulturali għal pajjiżi terzi, kif ukoll ir-ritorn ta' oġġetti li tneħħew illegalment mit-territorju ta' Stat Membru li jista' jkollhom l-istituzzjonijiet konċernati u l-persuni interessati.

5. APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA MATUL IL-PERJODU 1999-2003

5.1. Kontenut tar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni

Fin-nuqqas ta' rapport dwar l-applikazzjoni li l-Istati Membri jridu jikkomunikaw skond l-Art. 16 tad-Direttiva, fi Frar 2004, il-Kummissjoni indirizzat kwestjonarju lill-Istati Membri bil-għan li tiġi faċilitata l-komparabbiltà tad-dettalji mogħtija mill-Istati Membri. L-Istati kollha taw kontribut minkejja li kienu meħtieġa aktar minn avviż ta' tfakkir wieħed sabiex jasal l-aħħar kontribut, f'Marzu 2005. Wara dan, f'Marzu 2005 ġie indirizzat kwestjonarju komplementarju lill-awtoritajiet ċentrali inkarigati mill-applikazzjoni tad-Direttiva: sa tmiem Settembru 2005, erba' Stati ma wiġbux għal dan it-tieni kwestjonarju (Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Awstrija).

L-Istati Membri jqisu li d-Direttiva hija strument effettiv għar-ritorn tat-teżori nazzjonali li jkunu tneħħew illegalment mit-territorju ta' Stat Membru mill-1993 'l quddiem. Madankollu, fil-kontributi tagħhom jindikaw li:

- id-Direttiva ftit li xejn tiġi applikata,

- kooperazzjoni insuffiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti fuq il-livell Komunitarju,

- l-awtoritajiet ċentrali jħabbtu wiċċhom ma' nuqqasijiet ta' informazzjoni dwar l-applikazzjoni konkreta tad-Direttiva.

Id-dettalji statistiċi dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 93/7/KEE li l-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni huma mehmużin. Fi ftit kliem, kien hemm ħames każijiet fejn fil-fatt l-oġġetti kulturali ġew irritornati b'riżultat tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali mingħajr ma kien hemm għalfejn tinfetaħ il-proċedura legali prevista fid-Direttiva 93/7/KEE. Żewġ proċeduri ta' ritorn mibdija matul il-perjodu kkonċernati għadhom għaddejjin bħalissa.

Barra minn hekk, saru 12-il talba għat-tiftix ta' oġġetti kulturali u ġew komunikati disa' notifiki ta' sejbien ta' oġġetti kulturali fit-territorju ta' l-Istati Membri. F'dak li hu marbut mat-talbiet ta' verifika, l-Olanda rrapurtat tmien każijiet minn sitt Stati Membri. L-Awstrija semmiet każ wieħed biss.

Finalment, il-Ġermanja u l-Portugall indikaw li ħadu l-miżuri meħtieġa għall-preżervazzjoni fiżika ta' l-oġġetti kulturali. Min-naħa tagħha, l-Italja qalet li Franza u l-Ġermanja ħadu miżuri provviżorji favur tagħha sabiex jevitaw azzjonijiet sabiex tiġi evitata l-proċedura ta' ritorn. Din l-informazzjoni għadha ma ġietx sostanzjata minn dawn l-Istati Membri.

Barra minn hekk, l-Istati Membri rrappurtaw ukoll tliet proċeduri ta' ritorn skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva: tnejn infetħu mill-Greċja u waħda minn Franza.

Ċerti Stati Membri, bħall-Ġermanja u l-Olanda, jiġġustifikaw in-nuqqas ta' applikazzjoni tad-Direttiva bin-nuqqas ta' għarfien min-naħa ta' l-avukat ġenerali u l-awtoritajiet tal-pulizija dwar ir-regolamentazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva; oħrajn, fosthom Spanja, iqisu li l-limitu ta' żmien għall-ftuħ tal-proċeduri tar-ritorn huwa qasir wisq, u għalhekk jippreferu l-ftuħ ta' proċeduri legali ta' natura ċivili.

Finalment, xi Stati Membri jixtiequ tibdil fil-frekwenza li biha joħroġ ir-rapport; għalhekk l-Irlanda tiffavorixxi rapporti annwali, filwaqt li d-Danimarka u l-Belġju jissuġġerixxu li l-perjodu ta' rappurtar jittawwal għal 5 jew saħansitra 10 snin.

5.2. Evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva

Fid-dawl ta' l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti nazzjonali, il-Kummissjoni sabet numru baxx ħafna ta' każijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikoli 4 u 5. Madankollu, huwa diffiċli li wieħed ikun jaf jekk dan jikkorrispondix għan-numru attwali ta' każijiet ta' applikazzjoni, għaliex il-Kummissjoni sabet quddiemha problemi ta' komparabbiltà tad- data li ngħatat mill-Istati Membri[10]. Fil-fatt jirriżulta li Stat Membru wieħed innotifika li qatt ma rċieva talba għat-tiftix jew notifika ta' sejbien ta' oġġett filwaqt li Stat Membru ieħor jistqarr li għall-kuntrarju ta' dan, hu stess bagħtlu waħda. Barra minn hekk, dan in-numru baxx ta' każijiet ta' applikazzjoni jista' wkoll ikun marbut mal-fatt li:

- l-oġġetti kulturali li jinħarġu illegalment minn pajjiż ma jerġgħux jitfaċċaw jekk mhux wara medja ta' bejn 20 u 30 sena,

- id-Direttiva tapplika biss għat-teżori nazzjonali elenkati fl-anness tagħha.

5.2.1. Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet

Mill-kontributi nazzjonali jidher li l-kooperazzjoni amministrattiva u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali ma kinux frekwenti, fid-dawl tan-numru żgħir ta' każijiet ta' applikazzjoni li ġew rappurtati.

F'dan ir-rigward, ċerti Stati Membri, bħall-Belġju u l-Ġermanja rrappurtaw l-eżistenza ta' nuqqasijiet fil-ġbir u fit-trasferiment ta' l-informazzjoni, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll fi ħdanhom.

Ikun xi jkun il-każ, jidher li l-informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva ma tiġix mgħoddija kif jixraq mill-awtoritajiet konċernati lill-awtoritajiet ċentrali li huma inkarigati bl-applikazzjoni tad-Direttiva. Għalhekk, l-awtoritajiet ċentrali jitolbu titjib fl-iskambju ta' l-informazzjoni kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll bejn l-Istati Membri sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-applikazzjoni effikaċi tad-Direttiva.

F'dan ir-rigward, id-Danimarka, Franza, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit jiġbdu l-attenzjoni għar-riżultati li nkisbu permezz ta' l-għarfien mill-qrib li jeżisti bejn l-awtoritajiet rispettivi tagħhom li huma responsabbli għad-Direttiva, filwaqt li jilmentaw dwar l-attitudni ftit li xejn kooperattiva fil-konfront tagħhom min-naħa ta' awtoritajiet ċentrali oħra.

F'dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet konċernati differenti fuq il-livell nazzjonali fil-qasam ta' l-oġġetti kulturali (kultura, dwana, pulizija u ġustizzja), l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri turi diversità fis-sitwazzjonijiet nazzjonali. Għalhekk, mill-esperjenza tal-Portugall, ta' l-Irlanda, ta' Franza, tal-Belġju, ta' l-Italja u tar-Renju Unit, l-eżistenza ta' grupp ta' ħidma li jgħaqqad is-servizzi konċernati għall-iskambju ta' l-informazzjoni u ta' l-aħjar prassi tidher li tagħti riżultati tajba.

5.2.2. Proċeduri ta' ritorn

Matul il-perjodu 1999-2003 nfetħu tliet proċeduri għar-ritorn mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5 . Tnejn infetħu mill-Greċja kontra l-Ġermanja u oħra minn Franza kontra l-Belġju.

In-numru żgħir ta' proċeduri bħal dawn jista' jiġi spjegat bil-fatt li s-sempliċi eżistenza ta' azzjoni legali għandha influwenza pożittiva fuq it-tiftix għal soluzzjonijiet amikevoli barra l-qrati. Madankollu, il-kontributi ta' l-Istati Membri mhumiex biżżejjed biex wieħed ikun jaf in-numru preċiż ta' ritorni fuq bażi amikevoli minħabba l-applikazzjoni tad-Direttiva. Fil-fatt, ċerti Stati Membri (il-Greċja, Spanja, Franza, l-Olanda) ġeneralment jippreferu jużaw mezzi legali oħra biex jirkupraw oġġetti kulturali minħabba l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ta' ritorn li jqisuhom restrittivi wisq (tneħħija illegali wara l-1993 u/jew il-limitu ta' żmien ta' sena).

Barra minn hekk, fid-dawl ta' l-informazzjoni trażmessa, wieħed għandu jasal għall-konklużjoni li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri matul proċeduri ta' ritorn, ma ġewx applikati.

5.2.3. Il-protezzjoni ta' l-oġġetti kulturali

Is-sistema għar-ritorn ta' l-oġġetti kulturali stabbilita mid-Direttiva hija maħsuba sabiex tassigura l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali ta' l-Istati Membri.

L-Istati Membri jaqblu dwar il-fatt li, ukoll jekk id-Direttiva għandha ċertu karattru preventiv għall-ħarsien tal-patrimonju, fiha nfisha mhix strument immirat kontra t-traffiku illegali ta' l-oġġetti kulturali. Barra minn hekk, id-Direttiva mhix maħsuba sabiex tirregola l-moviment ħieles ta' l-oġġetti kulturali. Għalhekk, wieħed m'għandux iqis kemm hi effikaċi jew le f'termini tal-kontribut tagħha għall-ġlieda kontra t-traffiku illegali ta' l-oġġetti kulturali.

Madankollu, minħabba l-interess ta' l-Istati Membri u ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji fil-ġlieda kontra t-traffiku illegali ta' l-oġġetti kulturali, il-Kummissjoni temmen li jkun xieraq li jiġu eżaminati mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-istudju dwar it-traċċabilità ta' l-oġġetti kulturali. Ukoll jekk il-konklużjonijet ta' l-istudju jiskorru l-ambitu tad-Direttiva, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Kumitat konsultattiv dwar l-oġġetti kulturali għandu l-għarfien meħtieġ sabiex tinfetaħ diskussjoni bħal din.

Skond it-talba tal-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu[11], il-Kummissjoni tirrifletti dwar l-opportunità li tippreżenta Komunikazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-oġġetti kulturali fi ħdan l-Unjoni, li tinkludi b'mod partikolari evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri.

6. KONKLUżJONIJIET

6.1. It-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-Istati Membri

L-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE matul il-perjodu 1999-2003 titfa' dawl fuq l-eżistenza ta' nuqqasijiet fil-kooperazzjoni amministrattiva u l-konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, kundizzjonijiet fundamentali għall-protezzjoni u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali ta' l-Istati Membri.

Biex ittaffi dawn in-nuqqasijiet, il-Kummissjoni biħsiebha teżamina l-azzjoni ta' segwitu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-linji ta' gwida għat-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva. Dan l-eżami jippermetti l-evalwazzjoni tat-twettiq tal-linji ta' gwida u jekk humiex adegwati fil-konfront tal-ħtiġijiet li jeżistu. Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li jiġu promossi b'mod immirat tajjeb, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Komunitarju, proċeduri maħsuba sabiex inaqqsu d-dgħufiji fil-kooperazzjoni sabiex jiġi garantit it-tħaddim tajjeb tas-sistema Komunitarja ta' protezzjoni ta' l-oġġetti kulturali u sabiex jiġi aġevolat it-tħaddim tad-Direttiva 93/7/KEE. F'dan ir-rigward, ċerti Stati Membri bħal Spanja u l-Ġermanja, jkunu favur l-istabbiliment ta' proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva jekk din il-proċedura tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri mingħajr ma tintroduċi komplikazzjonijiet burokratiċi. Id-Danimarka, pereżempju tqis li hu importanti jiġu ffissati dati ta' skadenza għat-tweġib ta' talbiet għall-kooperazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri l-oħra ma jidhrux li huma favur proċedura komuni. Il-Kummissjoni hi tal-fehma li huwa kmieni wisq li wieħed jasal għall-konklużjonijiet f'dan l-istadju.

6.2. Estensjoni tal-limitu ta' żmien għall-ftuħ tal-proċeduri ta' ritorn

L-Istati Membri iqisu l-perjodu ta' sena sabiex tinfetaħ proċedura għar-ritorn bħala qasir wisq. Huma favur li dan il-perjodu jiġi mtawwal għal tliet snin. Din it-talba diġà kienet saret fl-ewwel rapport ta' evalwazzjoni.

Skond ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li għandhom isiru fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għall-oġġetti kulturali, l-Artikolu 7.1 tad-Direttiva jkun jista' jiġi emendat sabiex il-perjodu ta' limitu jittawwal għal tliet snin mid-data li fiha l-Istat Membru applikant ikun sar jaf dwar il-post fejn jinsab l-oġġett kif ukoll l-identità tal-possessur jew id-detentur tiegħu.

6.3. Żamma tal-limiti finanzjarji

Id-Direttiva tipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, kull tliet snin jeżamina u, fejn meħtieġ, jaġġorna l-ammonti tal-limiti finanzjarji stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva, abbażi ta' l-indikaturi ekonomiċi u monetarji fil-Komunità.

It-tweġibiet li ngħataw mill-Istati Membri għat-tħejjija ta' dan ir-rapport mhumiex unanimi. Ċerti Stati Membri bħal Spanja, l-Awstrija u l-Iżvezja, iqisu li l-limiti huma għoljin wisq u ma jippermettux protezzjoni xierqa. Stati Membri oħra, bħar-Renju Unit, jippreferu jgħollu dawn il-limiti sabiex titqassar il-lista ta' oġġetti kulturali koperti mid-Direttiva 93/7/KEE. Peress li d-differenzi fl-approċċ li diġà ntwerew fl-ewwel rapport għadhom jippersistu, il-Kummissjoni mhix biħsiebha tipproponi aġġornament tal-limiti f'dan l-istadju.

6.4. Frekwenza tar-rapport ta' evalwazzjoni

Minħabba d-diffikultà li biha tinkiseb l-informazzjoni min-naħa ta' l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva, kif ukoll in-numru limitat ta' każijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikoli 4 u 5, il-Kummissjoni tqis li mhux meħtieġ li jinżamm l-obbligu stipulat fl-Artikolu 16 li jitħejja rapport kull tliet snin.

6.5. Riferiment lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-oġġetti kulturali

Il-Kummissjoni biħsieba tressaq il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq quddiem il-Kumitat.

***

- Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali Ewropew sabiex jikkunsidraw dan ir-rapport.

- Fid-dawl ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni se tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-oġġetti kulturali dwar il-proposti għall-emendi tad-Direttiva 93/7/KEE dwar il-limitu ta' żmien għall-ftuħ ta' proċeduri ta' ritorn u l-frekwenza li biha joħroġ ir-rapport.

ANNEXE

Tableaux des restitutions, des actions en restitution et des actions de coopération administrative entre les Etats membres de 1999 à 2003[12]

- Récapitulatif des restitutions (toutes à l’amiable en dehors de la procédure de restitution juridictionnelle)

Année | Etat restituant | Etat requérant | Objet |

2003 | Royaume uni | Portugal | Manuscrits d’archives du XVIII siècle |

? | Royaume uni | Suède | Livres |

2001 | Portugal | Espagne | Peinture « Romany» de Frederico Madrazo Kuntz |

2000 | Pays-Bas | Autriche | Tableau |

2003 | Pays-Bas | Royaume uni | Manuscrits |

- Récapitulatif des négociations en vue de la restitution à l’amiable

Année | Etat restituant | Etat requérant | Résultat |

? | Allemagne | Italie | En cours |

2002 | Pays-Bas | Italie | En cours (cuirasse) |

- Récapitulatif des demandes de restitution introduites (article 5 de la directive 93/7/CEE)

Année | Requérant | Requis | Objet |

2002 | Grèce | Allemagne | 438 antiquités d’origine grecque |

2003 | Grèce | Allemagne | 13 antiquités d’origine grecque |

2003 | France | Belgique | Archives publiques (33.000 documents) |

- Demande de recherche d’objet (article 4, 1 de la directive 93/7/CEE)

Année | Requérant | Requis | Résultat |

2003 | Pays-Bas | Royaume Uni | Suite un accord entre les parties, les objets ont été renvoyés aux Pays-Bas sans besoin d’appliquer la directive |

2003 | Allemagne | Royaume uni | La sortie d’Allemagne n’était pas illicite |

2003 | Allemagne (Peinture de Degas) | Autriche | Aucun résultat. Le tableau n’est pas connu en Autriche |

2001 | Autriche (Diplôme militaire romain) | Allemagne | Aucun résultat, faute d’intervention des autorités |

1999 2000 | Italie (2) | Pays-Bas | Réglé en dehors du cadre de la directive |

? | Italie | Allemagne | En cours |

? | Portugal | Espagne | En cours |

? | Espagne | Allemagne | Sans succès (Tableau de Bernardo Belotto) |

? | Grèce (2) | Allemagne | Saisie des objets |

? | Italie | Pays-Bas | ? |

- Notifications de découverte d’objet (article 4, 2 de la directive 93/7/CEE)

Année | Etat notifiant | Etat notifié | Résultat |

2003 | Royaume uni | France | Les autorités françaises ont accordé une autorisation avec effet rétroactif et les autorités britanniques ont pu accorder la licence d’exportation |

2001 (1) 2003 (2) | Royaume-Uni (3) | Portugal | Dans deux cas, les autorités portugaises ont accordé une autorisation avec effet rétroactif et les autorités britanniques ont pu accorder la licence d’exportation. Dans l’autre cas, le bien culturel a été renvoyé au Portugal sur une base volontaire, suite à l’intermédiation des autorités britanniques entre le possesseur et les autorités portugaises. |

2003 | Allemagne (objets grecs) | Autriche | Sans résultat : Renonciation à la restitution faute des conditions |

1999 | Italie (Reliefs gotiques) | Autriche | Sans résultat : l’origine n’a pas pu être déterminé |

1999 | Autriche | Italie | ? |

? | Espagne | Italie | En cours |

2002 | France | Grèce | Interdiction de la vente |

ANNEX

Tables showing returns and instances of administrative cooperation

between Member States 1999-2003 [13]

- List of returns (all amicable settlements outside the legal return procedure)

Year | Returning State | Requesting State | Object |

2003 | UK | Portugal | Archive of Manuscripts from the 18th century |

? | UK | Sweden | Books |

2001 | Portugal | Spain | Painting “Romany” of Frederico Madrazo Kuntz |

2000 | Netherlands | Austria | Painting |

2003 | UK | Netherlands | Manuscripts |

- Summary of ongoing requests for return

Year | Returning State | Requesting State | Result |

? | Germany | Italy | ongoing |

2002 | Netherlands | Italy | ongoing (armour) |

- List of legal return procedures (article 5 of directive 93/7/EEC)

Year | Requesting State | Requested State | Object |

2002 | Greece | Germany | 438 antiquities of Greek origin |

2003 | Greece | Germany | 13 antiquities of Greek origin |

2003 | France | Belgium | Public archives (33.000 documents) |

- List of requests for search (article 4, 1 of Directive 93/7/EEC)

Year | Requesting State | Requested State | Result |

2003 | Netherlands | UK | Due to an agreement between the parties, the objects were returned to the Netherlands without the need to apply the Directive. |

2003 | Germany | UK | Removal from Germany was not unlawful. |

2003 | Germany (painting of Degas) | Austria | No result. The painting is not known in Austria. |

2001 | Austria (Latin military diploma) | Germany | No result for lack of intervention by the authorities. |

1999 2000 | Italy (2) | Netherlands | Resolved outside the ambit of the Directive. |

? | Italy | Germany | Ongoing |

? | Portugal | Spain | ongoing |

? | Spain | Germany | Without success (Painting of Bernardo Belotto) |

? | Greece (2) | Germany | Securing of the objects |

? | Italy | Netherlands | ? |

- Notifications of discoveries (Article 4, 2 of Directive 93/7/EEC)

Year | Notifying State | Notified State | Result |

2003 | UK | France | The French authorities have granted retroactive authorisation and the British authorities have issued an export licence. |

2001 (1) 2003 (2) | UK (3) | Portugal | In two cases the Portuguese authorities granted retroactive authorisation and the British authorities issued export licences. In the other case, the article has been sent back to Portugal on a voluntary basis following mediation by the British authorities between the holder and the Portuguese authorities. |

2003 | Germany (objects of Greek origin) | Austria | No result. Restitution abandoned for lack of conditions. |

1999 | Italy (gothic reliefs) | Austria | No result. Origin could not be determined. Item returned to owner. |

1999 | Austria | Italy | ? |

? | Spain | Italy | ongoing |

2002 | France | Greece | Prohibition of the sale |

ANHANG

Tabellarische Übersicht über Rückgaben, Rückgabemaßnahmen und Zusammenarbeit im Verwaltungsbereich zwischen Mitgliedsstaaten 1999-2003[14]

- Rückgaben (Einigung außerhalb des Rückgabeverfahrens )

Jahr | Ersuchter Mitgliedstaat | Ersuchender Mitgliedstaat | Objekt |

2003 | Vereinigtes Königreich | Portugal | Archiv von Manuskripten aus dem 18. Jahrhundert. |

? | Vereinigtes Königreich | Schweden | Bücher |

2001 | Portugal | Spanien | Gemälde mit dem Titel “Romany” von Frederico Madrazo Kuntz |

2000 | Niederlande | Österreich | Gemälde |

2003 | Vereinigtes Königreich | Niederlande | Manuskripte |

- Liste der laufenden Verhandlungen, die auf eine Einigung außerhalb des Rückgabeverfahrens gerichtet sind

Jahr | Ersuchter Mitgliedstaat | Ersuchender Mitgliedstaat | Ergebnis |

? | Deutschland | Italien | laufend |

2002 | Niederlande | Italien | laufend (Harnisch) |

- Liste der eingeleiteten Rückgabeverfahren (Artikel 5 der Richtlinie 93/7/EWG)

Jahr | Ersuchender Mitgliedstaat | Ersuchter Mitgliedstaat | Objekt |

2002 | Griechenland | Deutschland | 438 Antiquitäten griechischer Herkunft |

2003 | Griechenland | Deutschland | 13 Antiquitäten griechischer Herkunft |

2003 | Frankreich | Belgien | Öffentliches Archiv (33.000 Dokumente) |

- Anträge auf Nachforschung nach Kulturgütern (Artikel 4 Absatz 1 der Richtlinie 93/7/EWG)

Jahr | Ersuchender Mitgliedstaat | Ersuchter Mitgliedstaat | Ergebnis |

2003 | Niederlande | Vereinigtes Königreich | Dank eines Abkommens zwischen den Parteien wurden die Kulturgüter in die Niederlande zurückgebracht, ohne die Richtlinie anwenden zu müssen. |

2003 | Deutschland | Vereinigtes Königreich | Verbringung aus Deutschland war nicht unrechtmäßig. |

2003 | Deutschland (Degas-Gemälde) | Österreich | Kein Ergebnis. Das Gemälde ist in Österreich unbekannt. |

2001 | Österreich (Römisches Militärzeugnis) | Deutschland | Kein Ergebnis, weil die Behörden nicht eingegriffen haben. |

1999 2000 | Italien (2) | Niederlande | Der Fall wurde außerhalb der Richtlinie gelöst. |

? | Italien | Deutschland | laufend |

? | Portugal | Spanien | laufend |

? | Spanien | Deutschland | Ohne Erfolg (Gemälde von Bernardo Belotto) |

? | Griechenland (2) | Deutschland | Sicherstellung der Kulturgüter |

? | Italien | Niederlande | ? |

- Notifizierung über das Auffinden von Kulturgütern (Artikel 4 Absatz 2 der Richtlinie 93/7/EWG)

Jahr | Notifizierender Mitgliedstaat | Notifizierter Mitgliedstaat | Ergebnis |

2003 | Vereinigtes Königreich | Frankreich | Die französischen Behörden haben eine rückwirkende Genehmigung erteilt und die britischen Behörden haben eine Ausfuhrgenehmigung ausgestellt. |

2001 (1) 2003 (2) | Vereinigtes Königreich (3) | Portugal | In zwei Fällen haben die portugiesischen Behörden eine rückwirkende Genehmigung erteilt und die britischen Behörden haben Ausfuhrgenehmigungen ausgestellt. Im dritten Fall wurde das Kulturgut auf freiwilliger Basis nach Portugal zurückgeschickt, nachdem die britischen Behörden zwischen dem Besitzer und den portugiesischen Behörden vermittelt haben. |

2003 | Deutschland (Kulturgüter griechischer Herkunft) | Österreich | Kein Ergebnis. Rückgabeverfahren wurde abgebrochen wegen mangelnder Bedingungen. |

1999 | Italien (gotische Reliefs) | Österreich | Kein Ergebnis. Die Herkunft der Gegenstände konnte nicht bestimmt werden. |

1999 | Österreich | Italien | ? |

? | Spanien | Italien | laufend |

2002 | Frankreich | Griechenland | Verkauf des Gegenstandes wurde verboten. |

[1] Id-Direttiva dwar ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru, ĠU L 74 tas-27.03.1993, p. 74, emendata mid-Direttiva 96/100/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 1997, ĠU L 60 ta' l-1 ta' Marzu 1997, p.59, u mid-Direttiva 2001/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001, ĠU L 187 ta' l-10 ta' Lulju 2001, p.43.

[2] Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92 tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali u tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru, COM (2000)325 finali tal-25 ta' Mejju 2000.

[3] Ara n-nota tal-qiegħ nru. 2

[4] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2001 dwar "Report from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee on the implementation of Council Regulation (EEC) n° 3911/92 on the export of cultural goods and Council Directive 93/7/EEC on the return of cultural objects unlawfully removed from the territory of a Member State" ĠU C 53 E tat-28 ta' Frar 2002, paġna 125, p.7

[5] Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 dwar "Report from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee on the implementation of Council Regulation (EEC) n° 3911/92 on the export of cultural goods and Council Directive 93/7/EEC on the return of cultural objects unlawfully removed from the territory of a Member State" ĠU C32 tal-5 ta' Frar 2002, paġna 3.

[6] Id-Direttiva 2001/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-05.06.2001 ĠU L 187, ta' l-10.07.01, p.43

[7] http://europa.eu.int/comm/enterprise/regulation/inst_sp/dir937_en.htm

[8] Din ir-rakkomandazzjoni diġà wasslet għall-approvazzjoni ta' l-ewwel proġett ta' riċerka fi ħdan is-sitt Programm ta' Qafas għar-riċerka (2002-2006). Matul it-tlestija ta' dan ir-rapport, kienet qed titħejja sejħa ġdida għall-proposti ta' riċerka, li kienet tinkludi proċeduri marbuta mal-faċilitazzjoni ta' l-awtentikazzjoni u t-titjib tat-traċċabilità u ta' l-immarkar ta' l-oġġetti kulturali.

[9] http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/customs/customs_controls/cultural_goods/index_en.htm. Waqt it-tlestija ta' dan ir-rapport, dawn il-linji ta' gwida kienu qed jiġu aġġornati.

[10] Minħabba dawn id-diffikultajiet, il-Kummissjoni ressqet it-tabelli mehmużin għall-approvazzjoni, quddiem l-awtoritajiet ċentrali tal-15-il Stat Membru.

[11] Ara n-nota tal-qiegħ nru. 4

[12] Source / Mesures communiquées par les autorités centrales chargées de l’application de la Directive 93/7/CEE à la Commission européenne

[13] Source / Mesures notified by the central authorities charged with the application of Directive 93/7/EEC to the European Commission.

[14] Quelle: Maßnahmen, über die die für die Anwendung der Richtlinie 93/7/EWG zuständigen Behörden die Europäische Kommission benachrichtigt haben.