52005DC0473

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew u lill-Kunsill dwar il-proprjetà li jkunu stabbiliti regoli fuq bażi mifruxa ma’ l-Ewropa kollha għal aktar livelli ddettaljati fil-Klassifikazzjoni ta’ l-NUTS /* KUMM/2005/0473 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.10.2005

KUMM(2005)473 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar il-proprjetà li jkunu stabbiliti regoli fuq bażi mifruxa ma’ l-Ewropa kollha għal aktar livelli ddettaljati fil-Klassifikazzjoni ta’ l-NUTS

L-Isfond

Fil-bidu tas-snin 1970, il-Kummissjoni stabbiliet in-“Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Territorjali ta’ l-Istatistika” (l-NUTS) bħala sistema waħdanija u koerenti biex ikun diviż it-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex ikunu prodotti statistiki reġjonali għall-Komunità. Għal madwar tletin sena, l-implimentazzjoni u l-aġġornar tal-klassifikazzjoni ta’ l-NUTS kienu mmaniġġjati permezz ta’ sensiela ta’ “ftehim bil-kelma” bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, xi drabi wara negozjati twal u diffiċli. Il-ħidma fuq Regolament biex jingħata status legali lill-NUTS bdiet fir-rebbiegħa tas-sena 2000. Dan ir-Regolament ta’ l-NUTS kien imbagħad adottat f’Mejju 2003 u daħal fis-seħħ f’Lulju 2003[1].

L-analiżi attwali ta’ l-NUTS tissuddividi lil kull Stat Membru f’numru sħiħ ta’ reġjuni fil-livell 1 ta’ l-NUTS. Kull wieħed minnhom hu mbagħad suddiviż f’reġjuni fil-livell 2 ta’ l-NUTS, u dawn wieħed wara l-ieħor f’reġjuni fil-livell 3 ta’ l-NUTS.

Sal-bidu tas-snin 1990, il-klassifikazzjoni ta’ l-NUTS kienet tikkonsisti f’dawn it-tliet livelli reġjonali biss. Sabiex tagħmel tajjeb għal ħtieġa ġenerali li dejjem qed tiżdied għal informazzjoni f’livell lokali, il-Kummissjoni ħolqot sistema ta’ informazzjoni infra-reġjonali, l-ewwel pass hu li tkun miġbura klassifikazzjoni Komunitarja ta’ l-unitajiet amministrattivi lokali (l-“LAU”) kompatibbli ma’ l-NUTS. Żewġ livelli oħra (imsemmija l-LAU) kienu definiti skond il-prinċipji ta’ l-NUTS, iżda l-aħħar u l-iżgħar biss (il-livell 2 ta’ l-LAU) kien iffissat għall-Istati Membri kollha. Is-soltu dan jikkorrispondi mal-kunċett ta’ “muniċipalità” jew “komun”.

Matul id-diskussjonijiet fil-Kunsill dwar ir-Regolament ta’ l-NUTS, kien hemm opinjonijiet diverġenti dwar kemm fost il-livelli ta’ l-NUTS għandhom ikunu koperti bit-test legali. Ħafna pajjiżi riedu jżommu t-tliet livelli ta’ l-NUTS biss, filwaqt li xi ftit pajjiżi (li l-opinjoni tagħhom kienet appoġġata mill-Parlament Ewropew) riedu li jinkludu l-livelli 4 u 5, jiġifieri il-livelli 1 u 2 ta’ l-LAU attwali. Sabiex ikunu rrikonċiljati l-opinjonijiet, il-Kummissjoni aċċettat proposta li hi għandha tingħata sentejn biex tistudja l-proprjetà li jkunu koperti aktar livelli ta’ l-NUTS fir-Regolament. Ir-Regolament ta’ l-NUTS għalhekk għandu d-dispożizzjonijiet li ġejjin fl-Artikolu 2(5):

“F’kull Stat Membru, jista’ jkun hemm aktar livelli ta’ ġerarkija ta’ dettalji, deċiżi mill-Istat Membru, fejn il-livell 3 ta’ l-NUTS hu suddiviż. F’sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, wara li tikkunsulta lill-Istati Membri, għandha tippreżenta Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proprjetà li jkunu stabbiliti regoli fuq bażi mifruxa ma’ l-Ewropea kollha għal livelli aktar dettaljati fil-klassifikazzjoni ta’ l-NUTS.”

Xi jkun ifisser livell ta’ NUTS addizzjonali fir-Regolament, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-diversi prinċipji tar-Regolament?

- Il-livell 4 ta’ l-NUTS għandu jkun suddiviżjoni tar-reġjuni tal-livell 3 ta’ l-NUTS,

- Ir-reġjuni tal-livell 4 ta’ l-NUTS għandhom ikopru t-territorju ta’ kull pajjiż b’mod sħiħ,

- L-analiżi reġjonali għandha tinżamm stabbli għall-anqas tliet snin qabel l-emendi possibbli li jmiss,

- Livelli minimi u massimi bażiċi tal-popolazzjoni għandhom ikunu applikati,

- Provvediment ta’ listi ta’ l-ismijiet/identitajiet għar-reġjuni tal-livell 4,

- Żvilupp ta’ regoli speċifiċi biex ikunu koperti l-emendi tal-livell 4 ta’ l-NUTS fl-Artikolu 5.

Fi kliem ieħor, l-introduzzjoni ta’ livell reġjonali addizzjonali fir-Regolament ta’ l-NUTS għandu jimplika ammont ta’ xogħol addizzjonali kemm għall-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni investigat dawn l-aħħar xhur, jekk il-vantaġġi li jġib livell reġjonali addizzjonali fl-NUTS humiex akbar mill-piż addizzjonali.

Din il-Komunikazzjoni tirrifletti r-riżultati ta’ l-istudju tal-Kummissjoni.

Il-konsultazzjoni ta’ l-Istati Membri

Qabel xejn, il-Kummissjoni kkunsultat l-uffiċċji ta’ l-istatistika ta’ l-Istati Membri. Kwestjonarju bil-miktub kien mibgħut lill-Uffiċċji Nazzjonali ta’ l-Istatistika fil-15 ta’ Ġunju 2004. Il-25 Stat Membru wieġbu għal dan il-proċess ta’ konsultazzjoni[2]. It-tweġibiet varjaw b’mod wiesa’, kemm fit-tul kif ukoll fil-kontenut. Il-konklużjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu miġbuda:

- Il-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi għandhom analiżi reġjonali bejn il-livelli 3 ta’ l-NUTS u l-livell 2 ta’ l-LAU, jiġifieri l-livell 1 ta’ l-LAU.

- Dan il-livell 1 ta’ l-LAU hu wkoll użat għall-ġbir u l-promulgazzjoni ta’ l-istatistiki reġjonali fi ħdan il-pajjiż.

- Minoranza żgħira ta’ pajjiżi biss għandhom aktar minn analiżi reġjonali waħda bejn il-livell 3 tan-NUTS u l-livell 2 ta’ l-LAU. Għalhekk għandna nikkonċentraw il-proposta tal-Kummissjoni fuq l-LAU1.

- Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi l-konfini tal-livell 1 ta’ l-LAU ma jinbidlu qatt jew darba fil. L-istabbiltà hi għalhekk prattikament iggarantita.

- Ftit ħafna mit-tweġibiet jispeċifikaw il-livelli bażiċi tal-popolazzjoni għar-reġjuni tal-livell 4 ta’ l-NUTS. Din hi meqjusa bħala mistoqsija diffiċli.

- L-opinjonijiet jidhru maqsuma dwar il-kwistjoni jekk il-livell 4 ta’ l-NUTS fil-livell Ewropew għandux ikun integrat fir-Regolament. Jekk jingħaddu Franza u l-Finlandja (li jagħżlu reġjuni funzjonali li mhumiex suddiviżjonijiet tar-reġjuni tal-livell 3 ta’ l-NUTS) bħala voti “kontra”, hemm 14-il Stat Membru minn 25 li jopponu livell ieħor ta’ l-NUTS fir-Regolament.

F’laqgћa tal-Grupp ta’ Ħidma ma’ l-Istati Membri, li saret fil-Lussemburgu fit-3 u l-5 ta’ Novembru 2004, din il-kwistjoni kienet diskussa b’mod iddettaljat. Bi ftit eċċezzjonijiet, kien hemm kunsens li l-livell 1 ta’ l-LAU gћandu jkun armonizzat minn naћa gћall-oћra ta’ l-Ewropa u l-Kummissjoni gћandha taћdem il-parti tagћha ta’ komunikatur u koordinatur, iżda hi ma gћandhiex tkun integrata bћala livell 4 ta’ l-NUTS fir-Regolament ta’ l-NUTS. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istatistiki fil-livell 1 ta’ l-LAU se jkunu apprezzati ћafna (fuq bażi volontarja) u se jitpoġġew fil-bank adatt tad- data .

Evalwazzjoni

Wara l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar kif dan jista’ jkun attwat mil-lat ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni ffinalizzat l-evalwazzjoni tagћha skond il-qafas analitiku li ġej:

1. REKWIżITI TAL-POLITIKA TA’ L-UE LI JIġġUSTIFIKAW IL-ħOLQIEN TA’ LIVELL ADDIZZJONALI TA’ L-NUTS

L-istatistiki fil-livell reġjonali huma primarjament użati gћall-iskopijiet tal-Politika ta’ Koeżjoni. Fil-preżent u fil-futur li wieћed jista’ jobsru, l-aktar livell baxx biex tkun ipprovduta din id- data huwa l-livell 3 ta’ l-NUTS. Filwaqt li rekwiżiti gћal aktar informazzjoni statistikament aktar iddettaljata jistgћu jkunu meћtieġa f’ċerti oqsma tal-politika (pereżempju l-iżvulupp rurali) gћad mhux ċar jekk dawn jistgћux l-aћjar jintlaћqu bl-użu ta’ unitajiet amministrattivi. L-ebda ћtiġijiet immedjati oћra gћall-ġbir sistematiku ta’ l-istatistiki reġjonali f’livell aktar baxx amministrattiv (jiġifieri l-NUTS) ma setgћu jkunu identifikati.

Filwaqt li l-Unjoni tinfirex, l-applikazzjoni tal-politika probabbilment se titwessa’ aktar f’termini ġeografiċi milli minn aspetti oћra. Is-sussidjarjetà tista’ tirrikjedi lill-Istati Membri biex jidћlu aktar fid-dettall f’ċerti inizjattivi ta’ politika (pereżempju l-programmi urbani) iżda l-Kummissjoni ma tistax u ma gћandhiex timmaniġġja dan il-livell ta’ dettall fuq skala ta’ l-Unjoni iżda f’perspettiva mmirata ta’ politika.

Gћal din ir-raġuni, mil-lat tal-politika Ewropea, il-ћolqien u l-immaniġġjar ta’ livell addizzjonali ta’ l-NUTS fir-Regolament ta’ l-NUTS mhux iġġustifikat.

2. IL-PROBABBILTÀ LI JKUN INKLUż IL-LIVELL 4 TA’ L-NUTS SKOND IL-PRINċIPJI TAT-TEST LEGALI FIR-REGOLAMENT GħALL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

Minħabba r-reżistenza qawwija tal-maġġoranza ta’ l-uffiċċji ta’ l-istatistika ta’ l-Istati Membri, jidher aktarx problematiku li l-Istati Membri jkunu sforzati biex joħolqu l-livell 4 ta’ l-NUTS, li għandu jkopri l-pajjiż kollu, ikun stabbli maż-żmien u jirrispetta ċerti livelli bażiċi ta’ daqs eċċ.

Ħafna uffiċċji ta’ l-istatistika kellhom raġunamenti tajba biex ma jkunx introdott livell addizzjonali formali ta’ l-NUTS: iż-żieda tar-raba’ livell ta’ analiżi reġjonali mhux se żżid il-kwalità u l-komparabilità ta’ l-istatistiki Ewropej. Id-diviżjonijiet territorjali bbażati fuq reġjuni amministrattivi jikkonsistu f’oqsma ta’ tipi differenti ħafna, li huma aktar u aktar differenti meta wieħed jinżel ’l isfel fil-ġerarkija. Il-livelli bażiċi tal-popolazzjoni, fihom infushom, mhumiex se jarmonizzaw l-oqsma u lanqas ma huma se jagħmluhom aktar użabbli, meta jkunu applikati għal “reġjuni” pjuttost żgħar. Madankollu użu flessibbli (każ b’każ) ta’ diviżjonijiet territorjali oħra ħlief il-livelli 1 sa 3 ta’ l-NUTS huma appoġġati, jekk il-ħtiġijiet tal-politika jitolbu dan.

3. DISPOżIZZJONI TAD- DATA LI TIRRIżULTA MINħABBA LIVELL ADDIZZJONALI TA’ L-NUTS FIR-REKWIżITI FORMALI TAR-REGOLAMENT

L-ewwel kandidat għall-istatistiki regulari fil-livell 4 ta’ l-NUTS se tkun id- data tal-popolazzjoni. F’dak il-waqt, il-Kummissjoni tirċievi kull għaxar snin data ddettaljata tal-popolazzjoni miċ-ċensiment fil-livell 2 ta’ l-LAU (il-muniċipalitajiet). L-akkwist ta’ data aġġornata b’mod armonizzat fil-livell 1 ta’ l-LAU (rispettivament il-livell 4 ta’ l-NUTS) jippermetti analiżi profonda ta’ l-evoluzzjoni reġjonali fuq skala Ewropea.

4. ĠUSTIFIKAZZJONI TAR-RIżORSI NEċESSARJI BIEX IKUNU PPROVDUTI STATISTIKI FIL-LIVELL 4 POSSIBBLI TA’ L-NUTS

Hawnhekk jeħtieġ li jkunu identifikati żewġ tipi differenti ta’ spejjeż : ir-riżorsi meħtieġa biex l-istruttura ta’ livell addizzjonali ta’ l-NUTS (l-amministrazzjoni tal-kodiċijiet, l-ismijiet tar-reġjuni, il-livelli bażiċi rispettivi, l-immaniġġjar tat-tibdil eċċ.) tinżamm aġġornata u r-riżorsi meħtieġa għas-sett tad- data ta’ l-istatistika. Ir-regolament ta’ l-NUTS għandu x’jaqsam biss mal-klassifikazzjoni fis-sens strett tal-kelma u MHUX mad- data ta’ l-istatistika, li hi regolata f’atti legali oħra ta’ l-istatistika. Attwalment mhemmx qafas leġiżlattiv biex tinġabar id- data b’mod aktar iddettaljat minn dak tal-livell 3 ta’ l-NUTS, u mhemmx pjanijiet attwali għal aktar ġbir iddettaljat ta’ data . Għalhekk jidher inadatt li jintefqu riżorsi skarsi għaż-żamma ta’ klassifikazzjoni li għaliha mhemm maħsub l-ebda data ta’ l-istatistika.

Konklużjoni

Il-Kummissjoni tikkonkludi li attwalment l-ebda livell addizzjonali ta’ analiżi reġjonali ma għandu jkun previst fil-qafas tar-Regolament ta’ l-NUTS. L-isforzi tas-servizzi għandhom jikkonċentraw fuq l-informazzjoni ta’ l-istatistika disponibbli fil-livelli eżistenti ta’ l-NUTS f’termini ta’ konsolidazzjoni fl-UE mkabbra, tat-titjib tal-kwalità u ta’ l-akkwist ta’ data addizzjonali reġjonali fejn meħtieġ għall-finijiet tal-politika.

Ukoll, fuq livell informali, l-armonizzazzjoni tal-livell 1 ta’ l-LAU għandha tkun appoġġata b’mod attiv mill-Kummissjoni fuq skala Ewropea. Din tinkludi skambju interattiv ta’ opinjonijiet bejn l-uffiċċji ta’ l-istatistika, inkuraġġuti u appoġġati mill-Kummissjoni, u l-iżvilupp ta’ linji gwida biex ikunu armonizzati l-kunċetti fir-rigward tad-definizzjoni tar-reġjuni tal-livell 1 ta’ l-LAU.

Hu propost li s-sitwazzjoni għandha tkun evalwata mill-ġdid f’xi ħin fil-futur. L-aktar mument adatt jista’ jidher li hu fl-2008, li jsegwi l-bidu tal-perjodu li jmiss tal-Politika ta’ Koeżjoni.

ANNESS

4.1. Kwestjonarju lill-Istati Membri

Mistoqsija 1:

Għall-finijiet ta’ statistika f’pajjiżek qed tintuża analiżi territorjali aktar baxxa mil-livell 3 ta’ l-NUTS (u ’l fuq mil-livell 2 ta’ l-LAU, jiġifieri l-unitajiet amministrattivi lokali)? Jekk jogħġbok iddeskrivi dan il-livell tal-klassifikazzjoni tat-territorju tiegħek (in-numru tar-reġjuni, id-daqs medju, jekk hemmx funzjoni amministrattiva jew le, il-pożizzjoni fil-ġerarkija tar-reġjuni).

Mistoqsija 2:

Għall-finijiet ta’ l-istatistika għandek aktar minn analiżi territorjali waħda f’pajjiżek bejn il-livell 3 ta’ l-NUTS u l-livell 2 ta’ l-LAU? Jekk dan hu l-każ, iddeskrivihom kollha u indika d-differenzi. F’dan il-każ jekk jogħġbok wieġeb il-mistoqsijiet li jinstabu hawn taħt għal dawn l-analiżijiet.

Mistoqsija 3:

Qed jintużaw, jinġabru jew ikunu promulgati statistiki reġjonali f’pajjiżek għal dan il-livell iddettaljat li huma taħt il-livell 3 ta’ l-NUTS? Jekk jogħġbok agħti xi ftit eżempji ta’ oqsma ta’ l-istatistika li għalihom id- data qed tkun prodotta u/jew promulgata fl-analiżi ddettaljata.

Mistoqsija 4:

Kemm-il darba jinbidlu l-konfini ta’ l-unitajiet ta’ dan il-livell tal-klassifikazzjoni reġjonali tiegħek? Tista’ tispeċifika kemm il-frekwenza kif ukoll in-numru ta’ l-unitajiet affettwati mit-tibdiliet territorjali.

Mistoqsija 5:

Irrispettivament mis-sitwazzjoni f’pajjiżek, tasal biex taċċetta livell ta’ l-NUTS aktar iddettaljat mill-livell 3 ta’ l-NUTS għall-Unjoni Ewropea? Tasal biex taċċetta livell addizzjonali (il-livell 4 ta’ l-NUTS) jew aktar minn livell addizzjonali wieħed ta’ l-NUTS (il-livelli 4, 5... ta’ l-NUTS)? Jekk jogħġbok spjega l-opinjonijiet tiegħek dwar dan.

Mistoqsija 6:

Fl-opinjoni tiegħek, x’għandhom ikunu l-livelli bażiċi tal-popolazzjoni tiegħek għall-livell(i) addizzjonali ta’ l-NUTS?

Mistoqsija 7:

Jekk jogħġbok ibgħatilna aktar kummenti dwar il-kwistjoni ta’ aktar livelli ta’ l-NUTS.

4.2. Anness 2: Sommarju tat-tweġibiet ta’ l-Istat Membru

Analizi reġjonali taħt l-NUTS 3? | Aktar minn livell wieħed? | Ġbir u pubblikazzjoni tad-data? | Frekwenza ta’ tibdiliet tal-konfini | L-Uffiċċju ta’ l-Istatistika Nazzjonali jrid livelli ta’ l-NUTS taħt il-livell 3? | Livelli bażiċi tal-popolazzjoni? |

Il-Belġju | le | ▬ | ▬ | ▬ | le | ▬ |

Ir-Rep. Ċeka | iva | parzjalment | iva | rari | le | ▬ |

Id-Danimarka | le | ▬ | ▬ | ▬ | le | ▬ |

Il-Ġermanja | parzjalment | le | iva | spiss | le | ▬ |

L-Estonja | iva | le | iva | rari | iva | 30 000 - 500 000 |

Il-Greċja | iva | le | iva | rari | iva | diffiċli |

Spanja | iva | għal xi oqsma | le | rari | iva | diffiċli |

Franza | mhux għall-istatistiki | le | le | rari | reġjuni funzjonali | 50 000 - 150 000 |

L-Irlanda | iva | le | iva | rari | le | ▬ |

L-Italja | iva | le | fil-futur | kull 10 snin | iva | s’issa ebda tweġiba |

Ċipru | iva | le | iva | qatt | iva | 40 000 - 150 000 |

Il-Latvja | iva, iżda se titneħħa | le | iva | rari | le | ▬ |

Il-Litwanja | iva | le | iva | rari | le | ▬ |

Il-Lussemburgu: | iva | għal xi oqsma | iva | rari | iva | diffiċli |

L-Ungerija | iva | le | iva | spiss | le | ▬ |

Malta | iva | le | iva | rari | forsi | 30 000 - 130 000 |

L-Olanda | le | ▬ | ▬ | ▬ | le | ▬ |

L-Awstrija | iva | le | iva | qatt | le | ▬ |

Il-Polonja | iva | le | iva | spiss | iva | il-medja tal-pajjiżi |

Il-Portugall | iva | le | iva | rari | iva (riżervi) | ▬ |

Is-Slovenja | iva | le | iva | spiss | forsi | diffiċli |

Ir-Rep. Slovakka | iva | le | iva | rari | le | diffiċli |

Il-Finlandja | iva | le | iva | spiss | reġjuni funzjonali | ma tagħmilx sens |

L-Iżvezja | iva | le | le | qatt | le | ▬ |

Ir-Renju Unit | iva | iva | iva | rari | iva | 25 000 - 150 000 |

[1] Ir-Regolament (1059/2003) tal-Parlament u l-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħolqien ta’ klassifikazzjoni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistiki (l-NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1)

[2] Il-kwestjonarju u ħarsa ġenerali għat-tweġibiet ta’ l-Istati Membri jinstabu fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.