52005DC0324

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Azzjonijiet Esterni permezz ta’ Programmi Tematiċi taħt il-Perspettivi Finanzjarji tal-Futur ta’ l-2007-2013 /* KUMM/2005/0324 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.8.2005

KUMM(2005) 324 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Azzjonijiet Esterni permezz ta’ Programmi Tematiċi taħt il-Perspettivi Finanzjarji tal-Futur ta’ l-2007-2013

1. DAħLA

Fil-kuntest tal-Perspettivi Finanzjarji ta’ l-2007 – 2013 li jmiss, il-Kummissjoni pproponiet struttura ssemplifikata biex titwassal l-għajnuna esterna tal-Komunità li hija addattata biex jitħaffu l-koerenza u l-konsistenza, kif ukoll biex jinkiseb aħjar u iżjed bir-riżorsi disponibbli. Minflok il-firxa eżistenti ta’ strumenti ġeografiċi u tematiċi, li tul iż-żmien żviluppaw b’mod ad hoc , għall-futur ġew proposti sitt strumenti oħra. Tlieta minnhom huma mfassla bħala strumenti orizzontali bħala rispons għal ħtiġiet partikolari (l-istrument ta’ l-għajnuna umanitarja, l-istrument ta’ l-istabbiltà, l-istrument għall-għajnuna makro-finanzjarja) u tlieta huma mfassla b’mod li jkopru erja ġeografika definita biex jimplimentaw politika partikolari (l-istrument għall-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA), l-istrument tal-viċinat u s-sħubija Ewropea (ENPI) u l-istrument tal-kooperazzjoni ta’ l-iżvilupp u tal-kooperazzjoni ekonomika (DCECI)). Għal erbgħa minn dawn is-sitt strumenti, fid-29 ta’ Settembru 2004 il-Kummissjoni adottat proposti leġiżlattivi ġodda; għat-tnejn l-oħra (l-għajnuna makro-finanzjarja u l-għajnuna umanitarja), il-bażijiet legali eżistenti, fil-forma attwali tagħhom, jitqiesu bħala xierqa. Fit-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, dawn is-sitt regolamenti se jipprovdu l-‘atti bażiċi’ għall-approprjazzjonijiet tal-baġit rilevanti taħt l-Intestatura 4 ‘L-UE bħala Attur Globali’ tal-Perspettivi Finanzjarji tal-futur.

Il-futur tal-programmi tematiċi li jkopru erja ġeografika globali kien ta’ tħassib konsiderevoli mhux biss għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill, iżda wkoll għal diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej, li tradizzjonalment jimplimentaw parti sinfikanti minn dawn il-programmi taħt ‘ftehimiet ta’ għotja’ mal-Kummissjoni. B’rispons għal dan it-tħassib, fit-12 ta’ April il-President Barroso ħabbar lill-Parlament li l-Kummissjoni se tippreżenta l-proposti tagħha għal dan il-għan fil-forma tal-Komunikazzjoni preżenti. Fit-tfassil tal-proposti tagħha, il-Kummissjoni kkonsultat lis-soċjetà ċivili u, sa fejn kien possibbli, diġà qieset l-opinjonijiet u t-tħassib tagħha.

Tabilħaqq, is-semplifikazzjoni proposta għandha impatt sostanzjali fuq il-mod kif il-programmi tematiċi se jiġu definiti u amministrati fil-futur. In-numru sostanzjali ta’ regolamenti tematiċi speċifiċi eżistenti, bħal dawk għall-“Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet Umani”[1] jew dwar “l-għajnuna biex ikun miġġieled il-mard tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw”,[2] se jkunu integrati f’dawn ir-regolamenti l-ġodda li jagħtu s-setgħa li ssir azzjoni, li għalhekk se jipprovdu l-bażijiet legali għall-programmi tematiċi tal-futur. Il-Kummissjoni se tiddefinixxi programmi tematiċi, li se jinteressaw il-koperturaġeografika tat-tliet strumenti mmexxija mill-politika (id-DCECI, l-IPA, l-ENPI), u se tadotta dokumenti ta’ strateġija, li fihom allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi multi-annwali. Barra minn hekk, id-DCECI jagħmel dispożizzjonijiet espliċiti għal inizjattivi globali u għall-appoġġ għall-provvista tal-ġid pubbliku globali, biex ikun hemm bażi legali ċara u unika għall-kontribuzzjonijiet tal-Komunità. Dan jista’ jfisser li, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, minn dawn il-programmi se jgawdu l-pajjiżi mhux żviluppati. It-tliet strumenti orizzontali jipprovdu mekkaniżmi biex ikun hemm rispons għal sitwazzjonijiet speċifiċi, u għalhekk huma implimentati permezz ta’ strateġiji speċifiċi u, fil-każijiet ta’ kooperazzjoni fit-tul, permezz ta’ programmazzjoni multi-annwali.

B’mod ġenerali, waqt li tagħraf il-valur miżjud tal-programmi tematiċi, l-arkitettura l-ġdida ta’ l-istrumenti għal azzjonijiet esterni tipprovdi opportunità biex wieħed jaħseb mill-ġdid dwar l-ambitu u l-kontenut tal-programmi tematiċi, inklużi l-approprjazzjonjiet tal-baġit rispettivi, u biex ikun estiż għalihom il-kunċett tas-semplifikazzjoni billi jiġu konsolidati u razzjonalizzati bil-ħsieb li titjieb kemm l-effikaċja kif ukoll l-effiċjenza tagħhom. Id-dokument preżenti jistabbilixxi l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kriterji għal programmi tematiċi, l-ambitu u l-prinċipji ġustifikattivi għall-programmi maħsuba, u l-aspetti kritiċi tal-proċeduri amministrattivi previsti għall-programmazzjoni, l-ibaġitjar u l-adozzjoni tagħhom. Dan iqis ukoll l-esperjenza li nkisbet mill-evalwazzjonijiet (ara l-anness). Il-kontenut kollu ta’ kull programm tematiku, inklużi l-istrateġiji rispettivi u d-deskrizzjoni preċiża, se jkun suġġett għal proposti dettaljati oħra mill-Kummissjoni.

2. PROPOSTA GħAL PROGRAMMI TEMATIċI TAħT IL-PERSPETTIVI FINANZJARJI LI JMISS

2.1. Il-Kunċetti u l-ambitu

Gћall-gћan ta’ din il-Komunikazzjoni, gћandha tintuża d-definizzjoni li ġejja:

Programm tematiku jinkludi qasam ta’ attività speċifiku li huwa ta’ interess gћal grupp ta’ pajjiżi sħab li mhux iddeterminat mill-ġeografija, jew mill-attivitajiet ta’ kooperazzjoni indirizzati lil diversi reġjuni jew gruppi ta’ pajjiżi sћab, jew ћidma internazzjonali li mhix speċifika ġeografikament, inklużi inizjattivi multilaterali jew globali[3] biex titmexxa ’l quddiem il-politika interna ta’ l-Unjoni barra mill-fruntieri ta’ l-UE.

Prinċipju importanti li jsaћћaћ il-kunċett gћal programmi tematiċi huwa is-“sussidjarjetà”. Il-programmi ġeografiċi huma l-istrument privileġġjat gћall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-programmi ta’ natura ġeografika (ta’ pajjiż, ta’ ћafna pajjiżi u reġjonali) mhumiex l-aћjar strument gћal interventi f’qasam partikolari. Hawn jidħlu l-programmi tematiċi, li jeћtieġ ikunu koerenti mal-programmi ġeografiċi u jipprovdulhom valur miżjud..

Il-Qafas gћad-Dokumenti ta’ Strateġija Nazzjonali, miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill f’Novembru 2000, jenfasizza li l-programmazzjoni ġeografika gћandha tkun ‘komprensiva’ u li d-dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż u tar-reġjun huma tabilħaqq l-aћjar gћodda biex tkun żgurata taħlita xierqa ta’ politika u strument fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, b’hekk jingħata kontribut gћall-koerenza tal-politika tal-Komunità. Dan ifisser li l-istrateġiji tal-pajjiżi u tar-reġjuni gћandhom iqisu l-implikazzjonijiet tal-politika interna rilevanti ta’ l-UE. Barra minn hekk, kwistjonijiet li jinvolvu setturi differenti bћalma huma s-sess u l-ambjent gћandhom ikunu indirizzati kemm permezz ta’ programmi ġeografiċi u kif ukoll permezz ta’ programmi tematiċi b’mod integrat. Fil-kuntest tas-semplifikazzjoni ta’ l-istrumenti gћall-azzjonijiet esterni, il-Kummissjoni tenniet l-impenn tagћha gћal dawn il-prinċipji”.[4]

Fil-prinċipju, l-istrateġiji tal-pajjiżi u tar-reġjuni qed ikunu implimentati bir-riżorsi finanzjarji allokati lil programmi nazzjonali u reġjonali. Dawn ta’ l-aћћar gћandhom jirriflettu l-prijoritajiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew reġjonali fid-dawl ta’ strateġiji ta’ żvilupp tal-pajjiżi sћab u l-interventi komplementari ta’ donaturi oћra. Bћala parti mit-taħlita ta’ politika u strument, il-programmi ta’ kooperazzjoni li jingħataw fondi taћt il-programmi nazzjonali u reġjonali huma supplimentati minn programmi tematiċi.

Il-programmi li jimplimentaw il-politika tal-Komunità, li għandha fil-mira tagћha reġjun speċifiku taћt tema komuni, se jitqiesu bћala ‘programmi reġjonali’. Gћalhekk, ċerti programmi eżistenti se jitkomplew taћt qafas ġeografiku aktar milli taћt wieћed tematiku, u gћalhekk mhux se jitqiesu f’din il-Komunikazzjoni.[5]

2.2. Il-Kriterji tad-definizzjonijiet

Ibbażati fuq il-kunċetti t’aktar ’il fuq, il-programmi tematiċi se jiġu definiti fuq il-bażi tal- valur miżjud ta’ distinzjoni tagћhom u l-konformità tagћhom mal-prinċipju tas- sussidjarjetà stabbilit aktar ’il fuq . Il-kriterji li ġejjin, li ma jeskludux lil xulxin, se jgћinu biex jiddefinixxu l-programmi tematiċi u t-tip ta’ attivitajiet li jistgħu ikopru. Il-programmi tematiċi jistgћu jiġu stabbiliti, jekk

1. L-gћanijiet tal-politika ta’ l-UE ma jistgћux jinkisbu permezz tal-programmi tal-pajjiżi u tar-reġjuni u l-programm huwa implimentat minn jew permezz ta’ organizzazzjoni intermedjarja, bћalma huma l-organizzazzjonijiet mhux governattivi jew tipi oћrajn ta’ atturi mhux statali u organizzazzjonijiet internazzjonali jew mekkaniżmi multilaterali, jiġifieri

2. Inizjattivi globali fil-qasam ta’ l-iżvilupp sostenibbli jew b’appoġġ tal-ġid pubbliku globali (jew fil-ġlieda kontra l- “ћażin” pubbliku globali)

3. L-azzjonijiet fl-Istati Membri ta’ l-UE u fil-pajjiżi kandidati (eż. il-ko-finanzjament ta’ l-gћarfien pubbliku mill-NGOs)

u/jew

4. Il-programm iwassal gћal azzjonijiet f’pajjiżi sћab u f’reġjuni, li huma addizzjonali gћal u koerenti ma’ l-azzjonijiet iffinanzjati taћt il-programmi tal-pajjiżi u tar-reġjuni, kulfejn dawn jeżistu. F’dawn il-każijiet, huwa aktar effettiv (jiġifieri r-riżultati mistennija ta’ l-azzjonijiet tematiċi huma superjuri għal dawk li nkisbu permezz tal-programmi tal-pajjiżi u tar-reġjuni) jew aktar effiċjenti (in-nefqa ta’ l-amministrazzjoni hija inqas) li jintużaw programmi tematiċi, jiġifieri

5. L-azzjoni hija multi-reġjonali u/jew li tinkludi setturi differenti (inklużi azzjonijiet pilota u innovazzjonijiet);

6. M’hemm l-ebda ftehim dwar l-azzjoni mal-gvern(ijiet) sieħeb(sħab);

7. L-azzjoni hija bћala rispons gћall-prijorità ta’ politika unilaterali jew għal obbligu internazzjonali jew inkella għal impenn tal-KE, u

8. M’hemm l-ebda CSP u NIP jew dawn ġew sospiżi.

2.3. Il-Programmi tematiċi proposti

Fit-tfassil ta’ programmi tematiċi taћt il-Perspettivi Finanzjarji li jmiss, il-Kummissjoni qed tipproponi qafas aktar effiċjenti u razzjonali biex, jinħolqu u jkunu amministrati ħalli jkun evitat tfarrik mhux meћtieġ u jittejjeb ukoll l-iffissar tal-prijorità fi ћdanhom. Dan jitlob li l-programmi proposti jeħtieġ li jkunu koerenti u komprensivi internament.

Flimkien ma’ l-azzjonijiet biex tkun implimentata l-politika esterna, gћandhom ikunu koperti wkoll l-aspetti esterni tal-politika interna, permezz tar-Regolamenti l-ġodda[6]. Fejn kien rilevanti, tqiesu f’dan il-qafas.[7]

Il-programmi tematiċi huma proposti fl-oqsma stabbiliti aktar ’l isfel. Il-punti prinċipali ġenerali tagћhom huma deskritti, iżda l-Komunikazzjonijiet dettaljati li gћandhom ikunu ppreżentati dwar kull programm tematiku se jiddeterminaw il-proposti finali tal-Kummissjoni.

9. Id-demokrazija u id-drittijiet tal-bniedem

Il-Kummissjoni biћsiebha tipproponi programm tematiku biex ikunu inkoraġġiti d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, li jieћu post l-Inizjattiva Ewropea gћad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem li hemm bħalissa. Wara l-gћanijiet speċifiċi tat-Trattati[8], il-programm tematiku gћandu jinkoraġġixxi l-valuri bażiċi ta’ l-Unjoni Ewropea fir-relazzjonijiet esterni tagћha billi tidderieġi l-appoġġ finanzjarju gћall-attivitajiet li għandhom l-għan li jinkoraġġixxu u jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll lejn l-avvanz tad-demokrazija u tal-proċessi demokratiċi. Għandu jkopri appoġġ finanzjarju globali, reġjonali u speċifiku gћall-pajjiż gћal azzjonijiet li huma implimentati primarjament minn atturi mhux statali, ibbażati fis-soċjetà ċivili, u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali. Il-programm għandu jappoġġja l-viżibilità politika gћolja ta’ l-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni, l-aktar fi kwistjonijiet globali bћalma huma s-sistema tal-ġustizzja tal-kriminalità internazzjonali u l-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-abolizzjoni tal-piena kapitali, il-ġlieda kontra t-tortura u r-razziżmu, id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi u l-popli indiġeni, u d-demokratizzazzjoni u l-osservazzjoni ta’ l-elezzjonijiet. L-gћoti ta’ l-appoġġ finanzjarju permezz tal-programm tematiku għandu jkun indipendenti mill-approvazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż benefiċjarju u mill-eżistenza ta’ strateġija jew ta’ programm nazzjonali tal-pajjiż..

10. L-Iżvilupp uman u soċjali

Il-Kummissjoni biћsiebha tipproponi programm tematiku wieћed gћall-iżvilupp uman u soċjali li gћandu jkun ibbażat fuq strateġija koerenti u komprensiva biex tkun appoġġjata l-kisba tal-għanijiet tal-politika ta’ l-iżvilupp li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp uman u soċjali u biex jiġu sodisfatti wkoll l-impenji internazzjonali tal-KE f’dan il-qasam.

Il-programm tematiku jista’ jindirizza aspetti xierqa tas-saћћa, ta’ l-AIDS, tal-popolazzjoni, ta’ l-edukazzjoni u t-taћriġ, ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tax-xogћol deċenti[9], tal-koeżjoni soċjali u tal-kultura, u jippromwovi l-aġendi internazzjonali relatati, ibbażati fuq id-Dikjarazzjoni tal-Millennju, l-aġendi tal-Kajr, ta’ Beijing u ta’ Kopenћagen, l-inizjattiva Edukazzjoni gћal Kulћadd, eċċ. Gћandu jkopri l-metodu tal-KE gћal sћubiji strateġiċi ma’ l-aġenziji u l-istituzzjonijiet relatati tan-NU, gћal sћubiji internazzjonali u għal fondi u inizjattivi globali maħsuba apposta biex jippromwovu u jimplimentaw dawn l-aġendi kif ukoll ix-xogћol man-netwerks internazzjonali u reġjonali tas-soċjetà ċivili li huma attivi fl-oqsma koperti.

11. L-Ambjent u l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali inkluża l-enerġija

Il-Kummissjoni biћsiebha tipproponi programm tematiku wieћed fil-qasam ta’ l-ambjent u tar-riżorsi naturali. Gћandu jindirizza d-dimensjoni ambjentali ta’ l-iżvilupp u jgћin biex jippromwovi l-politika ambjentali u ta’ l-enerġija tal-Komunità Ewropea lil hinn mill-fruntieri tal-Komunità.

L-istrateġja tematika tista’:

- Tipprovdi appoġġ gћall-inizjattivi globali u ta’ l-UE kif ukoll gћall-organizzazzjonijiet internazzjonali (inklużi l-NGOs) li għandhom fil-mira tagћhom id-dimensjoni ambjentali ta’ l-iżvilupp sostenibbli, il-ġid pubbliku globali ta’ l-ambjent u l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, li inter alia jistgћu jinkludu aspetti xierqa tal-bdil fil-klima, ta’ l-isfidi ambjentali gћas-saћћa, tal-kimiċi u ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskart, tal-bijodiversità, tal-foresti, ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-art, tar-riżorsi tal-baћar, ta’ l-ilma ћelu u tal-metodi sostenibbli tal-konsum u tal-produzzjoni, kif ukoll it-tisħiħ tal-kontroll, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni internazzjonali ta’ l-ambjent;

- Tappoġġja sforzi u ssaћћaћ il-kapaċità tal-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tas-soċjetà ċivili biex jintegraw id-dimensjoni ambjentali fil-kooperazzjoni ta’ l-iżvilupp u biex jilћqu l-obbligi u l-impenji tagћhom skond il-konvenzjonijiet, inizjattivi jew proċessi globali jew reġjonali ta’ l-ambjent u jsaћћu l-parteċipazzjoni tagћhom fihom;; tappoġġja t-tisћiћ ta’ l-amministrazzjoni tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

- Tipprovdi appoġġ operattiv – permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji – gћall-Ftehimiet Multilaterali ta’ l-Ambjent u gћal inizjattivi, proċessi u organizzazzjonijiet ambjentali internazzjonali (inklużi l-NGOs);

- Tippromwovi l-politika ambjentali tal-KE lil hinn mill-fruntieri tal-KE, inkluż, inter alia , billi tappoġġja u tikkontribwixxi gћal inizjattivi pubbliċi u/jew privati.

L- “enerġija gћal żvilupp sostenibbli” qed titqies bħala qasam ta’ żvilupp distint, li gћandha tipprovdi rabta xierqa ma’ l-Enerġija bil-Gћaqal – il-Programm Ewropa II tal-futur, gћandha tikkomplementa azzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli fil-komponenti t’aktar ’il fuq, u gћandha tkun ukoll koerenti ma’ l-elementi l-oћra tal-programm tematiku. L-gћan ġenerali ta’ din il-linja ta’ żvilupp gћandu jkun li jittaffa’ l-faqar. Tista’ tappoġġja aċċess, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, gћal servizzi ta’ l-enerġija li huma sostenibbli, ta’ kwalità gћolja, kredibbli u li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jakkwistawhom, billi tagħti għajnuna biex tkun integrata l-enerġija sostenibbli fl-istrateġji ta’ l-iżvilupp, tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u regolatorja, jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa ta’ finanzjament biex ikun attirat l-investiment, u biex tkun inkoraġġita l-kooperazzjoni reġjonali ћalli tkun stabbilita infrastruttura li tgħaqqad.

12. L-Atturi mhux statali fl-iżvilupp

Il-Kummissjoni biћsiebha tipproponi programm tematiku li gћandu l-gћan li jipprovdi appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għal atturi oћra mhux statali li huma attivi fl-iżvilupp u li ġejjin mill-UE u mill-pajjiżi sћab. L-appoġġ lill-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi sћab ukoll jista’ jitqies f’dan il-qafas. B’mod aktar speċifiku, dan il-programm jista’ jkollu t-tliet gћanijiet li jfittex li jappoġġja (i) il-kontribuzzjonijiet ta’ l-atturi mhux statali fil-proċess ta’ l-iżvilupp, kemm fuq livell ta’ pajjiż sieħeb kif ukoll fuq livell reġjonali, inkluż permezz ta’ miżuri li jibnu l-fiduċja, irawmu ħilit għad-difiża tal-prinċipji, ta’ netwerking u ta’ djalogu, jiffaċilitaw parteċipazzjoni akbar fost in-nies komuni, kif ukoll li jiġu inkoraġġiti sinerġiji ta’ żvilupp bejn l-atturi statali u dawk li mhumiex statali; (ii) fehim, sћubija u solidarjetà aħjar bejn iċ-ċittadini Ewropej u s-soċjetajiet ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi tingħata promozzjoni lit-tkattir ta’ l-gћarfien u lill-informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp fost iċ-ċittadini ta’ l-UE u tal-pajjiżi kandidati (iii) il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn in-netwerks tas-soċjetà ċivili u bejn dawn in-netwerks u l-istituzzjonijiet ta’ l-UE.

13. Is-sikurezza ta’ l-ikel

Il-Kummissjoni qed tikkunsidra programm tematiku li jista’ i) jappoġġja t-twassil tal-ġid pubbliku internazzjonali li jikkontribwixxi direttament gћas-sikurezza ta’ l-ikel (eż. ir-riċerka agrikola) u għall-finanzjament ta’ programmi globali (eż. sistemi ta’ twissija bikrija), ii) jindirizza n-nuqqas ta’ sikurezza ta’ l-ikel fil-pajjiżi jew fir-reġjuni fejn jew il-gvernijiet mhumiex f’posthom, jew mhux qed jikkontrollaw partijiet mill-pajjiż, jew fejn m’hemm l-ebda qafas strateġiku nazzjonali operattiv, u iii) jinkoraġġixxi politika u strateġiji li jintroduċu innovazzjonijiet fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-ikel.

14. Il-Kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati

Dan il-programm tematiku gћandu jkopri l-kooperazzjoni ma’ numru magћżul ta’ dawk il-pajjiżi li gћall-gћan tad-DCECI huma ddefiniti bћala pajjiżi gћajr dawk li qed jiżviluppaw u gћandu l-gћan li jipprovdi rispons speċifiku u razzjonali gћall-ћtieġa li jkun hemm kooperazzjoni u involviment iżjed ma’ sħab politiċi u kummerċjali bħal dawn li bosta drabi huma ferm importanti, kemm f’ambjenti bilaterali kif ukoll f’ambjenti multilaterali. L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu intenzjonati biex jappoġġjaw l-gћanijiet stabbiliti fl-istrumenti bilaterali differenti (ftehimiet, dikjarazzjonijiet politiċi, pjanijiet ta’ azzjoni) li jikkontrollaw ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi sћab, bl-gћan ġenerali li jinћoloq ambjent aktar favorevoli biex jitmexxew u jkunu żviluppati iżjed dawn ir-relazzjonijiet. Gћanijiet ta’ kooperazzjoni aktar speċifiċi gћandhom jinkludu b’mod speċjali: ir-rinforz tar-rabtiet bejn l-atturi soċjo-ekonomiċi fl-UE u fil-pajjiżi sћab; it-tisћiћ tal-fehim u ta’ l-influwenza ta’ l-UE fil-pajjiżi sћab; u t-twessigћ u t-tkabbir tas-sћubiji u tal-proġetti ta’ kollaborazzjoni f’għadd ta’ oqsma diversifikati.

15. L-emigrazzjoni u l-kenn politiku

Issa gћal bosta snin, l-Unjoni Ewropea żviluppat il-kunċett ta’ sћubija ma’ pajjiżi terzi fil-qasam ta’ l-emigrazzjoni, waqt li enfasizzat il-ћtieġa li jkun adottat metodu komprensiv dwar l-emigrazzjoni flimkien mal-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati. Biex tingħata espressjoni konkreta lil dan il-kunċett, fl-2004 inћoloq il-programm Aeneas gћall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma ta’ l-emigrazzjoni u tal-kenn politiku. Gћandu l-gћan li jipprovdi gћajnuna finanzjarja u teknika speċifika u komplementari lil pajjiżi terzi biex ikunu appoġġjati l-isforzi tagћhom biex jindirizzaw l-aspetti kollha tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-emigrazzjoni.

Il-programm Aeneas huwa maħsub sabiex ikompli bћala programm tematiku, imfassal biex isaħħaħ l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ta’ l-emigrazzjoni u tal-kenn politiku fir-relazzjonijiet barranin tal-Komunità bћala prijoritajiet interni li jinvolvu setturi differenti ta’ l-UE. L-istrument gћandu jipprovdi wkoll qafas orizzontali tal-Komunità li jgћin biex tissaћћaћ il-kooperazzjoni bejn l-atturi ta’ l-UE, il-pajjiżi terzi u l-atturi internazzjonali li huma kkonċernati mill-fenomenu ta’ l-emigrazzjoni, bil-ћsieb li jkun inkoraġġit fehim akbar dwar l-isfidi u biex jingħata kontribut għat-tiftixa diffiċli ta’ soluzzjonijiet ibbilanċjati u sodisfaċenti b’mod reċiproku.

3. L-INVOLVIMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAS-SOċJETÀ ċIVILI

Il-Kummissjoni tagћraf li hemm ћtieġa gћal dibattitu politiku u gћal gwida mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar id-direzzjoni strateġika tal-programmi tematiċi li jiġu qabel il-proċess tal-baġit annwali. Gћalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li qabel ma tћejji u tadotta strateġiji tematiċi, se tidћol f’diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill dwar l-ambitu, l-għanijiet, u l-prijoritajiet politiċi gћal kull progamm tematiku, ibbażat fuq komunikazzjoni formali lill-istituzzjonijiet. Fit-tfassil ta’ strateġiji tematiċi, se tqis ir-rieda politika tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imfisser fil-konklużjonijiet u fir-riżoluzzjonijiet rispettivi tagћhom.

Il-Kummissjoni se tipprovdi indikazzjoni dwar l-ammont ġenerali tal-fondi li huwa previst li jingħataw gћal kull programm tematiku fi ћdan l-istrumenti kkonċernati taћt l-intestatura 4 (azzjonijiet esterni) tal-Perspettivi Finanzjarji, fuq il-bażi ta’ qafas multi-annwali indikattiv, ippreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fis-sena n-2, qabel il-bidu tal-proċess tal-baġit gћas-sena n. Dan għandu jagħti opportunità lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jagħmlu dikjarazzjoni uffiċjali dwar l-gћażliet u l-prijoritajiet strateġiċi qabel ma l-Kummissjoni tћejji l-Abbozz Preliminari tal-Baġit. Bћala regola ġenerali, il-Kummissjoni se tikkonsulta lis-soċjetà ċivili u, fejn ikun xieraq, lill-atturi internazzjonali qabel ma tfassal il-proposti li se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. L-ASPETTI AMMINISTRATTIVI

4.1. Il-programmazzjoni

Il-programmi tematiċi identifikati fil-kapitolu ta’ qabel huma koerenti internament fis-sens li dawn jiddefinixxu oqsma b’denominaturi komuni wesgћin li jwieġbu gћal politika u objettivi speċifiċi tal-Komunità. Gћalhekk, f’linja parallela gћall-programmazzjoni tar-riżorsi ġeografiċi, ir-riżorsi finanzjarji allokati gћal kull programm tematiku se jkunu programmati fuq il-bażi ta’ dokument ta’ strateġija.

Wara l-kriterji ta’ l-ambitu u tad-definizzjoni stabbiliti fil-kapitolu 3, il-programmi tematiċi ma jridux jieћdu post iżda gћandhom iżidu l-azzjonijiet taћt programmi ġeografiċi. Gћalhekk, il-valur miżjud speċifiku tagћhom jeћtieġ ikun identifikat fl-istrateġji. Fejn il-programmi tematiċi jwasslu gћal azzjonijiet f’pajjiżi terzi, hemm sfida importanti dwar l-irbit tal-proġetti u l-istrateġiji tematiċi bbażati fil-pajjiż u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji tal-Pajjiżi u tar-Reġjuni, fejn jeżistu. L-Istrateġiji tal-Pajjiżi u tar-Reġjuni, waqt li jistabbilixxu t-taћlita tal-politika, gћandhom jidentifikaw l-opportunitajiet biex iżidu l-valur mal-programmi tal-pajjiżi u tar-reġjuni[10] billi jużaw programmi tematiċi. Mill-banda l-oћra, l-istrateġji tematiċi – fejn iwasslu gћal azzjonijiet supplimentari gћall-programmi nazzjonali u reġjonali – gћandhom jidentifikaw pajjiżi u reġjuni ta’ importanza speċjali biex jinkisbu l-għanijiet ippjanati u se jqisu wkoll l-istrateġiji tal-pajjiżi u tar-reġjuni, fejn jeżistu.

L-istrateġiji tematiċi gћandhom jistabbilixxu l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi ta’ rendiment, u l-oqsma ta’ prijorità gћall-interventi tal-Komunità, kif ukoll il-komplementarjetajiet tagћhom, il-valur miżjud u s-sinerġija ma’ l-azzjonijiet ta’ atturi internazzjonali oћra. Il-Kummissjoni se tapplika qafas standardizzat gћal strateġiji tematiċi li huwa simili gћal dak dwar id-dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż kif ukoll proċedura ta’ adozzjoni armonizzata wara t-tliet stadji ewlenin ta’ l-abbozzar, il-kontroll tal-kwalità u l-approvazzjoni formali.

4.2. L-Implimentazzjoni permezz ta’ l-istrumenti l-ġodda gћal azzjonijiet esterni

Il-programmi tematiċi identifikati aktar ’il fuq jinteressaw il-kopertura ġeografika tat-tliet strumenti b’ambitu ġeografiku definit. Madankollu, safejn huwa kkonċernat l-Istrument gћall-Gћajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), azzjonijiet supplimentari taћt programmi tematiċi normalment mhumiex meћtieġa, ladarba l-istrateġiji ta’ qabel l-adeżjoni diġà jkopru, permezz ta’ programmi nazzjonali u/jew ta’ bosta pajjiżi, l-aspetti kollha ta’ l- acquis communautaire (is-36 kapitolu tal-proċess tan-negozjati) u l-politika kollha tal-Komunità, inkluża l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji fil-programmi tal-Komunità.

Każ speċifiku huwa l-programm tematiku gћad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem, li għandu jkun implimentat permezz tat-tliet strumenti kollha mmexxija mill-politika u l-istrument ta’ l-istabbiltà. Il-programm tematiku “Il-Kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati” se jiġi implimentat biss permezz tad-DCECI. Il-programmi tematiċi l-oћra kollha għandhom jiġu implimentati biss permezz ta’ l-Istrument tal-Viċinat u s-Sћubija Ewropea (ENPI) u l-Istrument tal-Kooperazzjoni ta’ l-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika (DCECI).

Jeћtieġ li jkunu enfasizzati żewġ aspetti:

- L-allokazzjoni ta’ fondi mill-pakketti b’deċiżjoni konġunta ta’ l-awtorità tal-baġit għall-istrumenti differenti

Kull wieћed miż-żewġ strumenti, id-DCECI u l-ENPI, se jingћata pakkett finanzjarjudeċiż b’mod konġunt bejn iż-żewġ organi leġiżlattivi. Dan jimplika li r-riżorsi finanzjarji mqassma lill-programmi tematiċi jeћtieġ li jkunu assenjati b’mod ċar liż-żewġ strumenti. Madankollu, l-inizjattivi u l-programmi globali biex ikun provdut il-Ġid Pubbliku Globali se jkunu assenjati biss lid-DCECI.

Gћall-programmi tematiċi, li jinkludu strumenti differenti, il-fondi għandhom ikunu assenjati u għandhom ikunu identifikati b’mod speċifiku mill-pakketti rispettivi bћala parti mill-qafas indikattiv multi-annwali.

- L-implimentazzjoni fuq il-bażi tar-regolamenti differenti (l-ENPI, id-DCECI, u l-IPA u l-istrument ta’ l-istabbiltà gћall-kwistjonijiet tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem).

Ir-regolament li jirregola l-kooperazzjoni ma’ reġjun speċifiku jrid jirregola wkoll l-azzjonijiet taћt il-programmi tematiċi f’dan ir-reġjun. L-azzjonijiet fl-oqsma tal-ġid pubbliku globali u ta’ l-inizjattivi globali gћandhom ikunu rregolati mid-DCECI. Id-dispożizzjoni li timplimenta proposta mill-Kummissjoni taћt l-ENPI u d-DCECI hija kważi identika jew konsistenti fejn jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-programmi tematiċi.

5. KONKLUżJONIJIET

Il-Kummissjoni tagћraf il-ћtieġa kontinwa u l-utilità tal-programmi tematiċi fil-qasam tal-kooperazzjoni esterna. Bit-tisħiħ u r-razzjonalizzazzjoni tal-programmi tematiċi, li jwassal biex jitnaqqas in-numru tagћhom kważi bin-nofs, għandha l-għan li tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi ta’ kooperazzjoni tal-futur skond il-politika u l-prijoritajiet tal-Komunità. Fit-tfassil tal-programmi tematiċi, il-Kummissjoni se tinvolvi b’mod sћiћ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u se tikkonsulta lis-soċjetà ċivili.

ANNEX: LESSONS LEARNED FROM EVALUATIONS

The Commission has evaluated most of the thematic regulations under the current Financial Perspectives. Moreover, a significant number of country strategy evaluations have been undertaken in recent years, which throw light upon the link between country programmes and thematic programmes. Certain general findings and lessons to be drawn from these studies need to be taken into account in the concept and definition of future thematic programmes, particularly where they are implemented at country level. On one hand, the evaluations show that thematic programmes have had a positive impact:

- Thematic programmes have proven useful for implementing Community actions in cases when the government of the partner countries blocks them under the geographic programmes, which is notably the case in sensitive areas such as human rights, democracy or support to civil society.

- They have been assessed as useful to initiate actions, often with innovative approaches, with pre-selected partners.

- Actions are often more easily accepted by partner countries when funding is “additional”.

- Thematic programmes have proven useful to intervene in fragile states and difficult partnerships, particularly in supporting programmes implemented by non-state actors.

On the other hand, the thematic programmes and budget lines have demonstrated certain weaknesses. They are currently large in numbers and fragmented. The narrowly defined thematic focus, once determined by legislative act, limits the flexibility to adapt to new needs. The parallel implementation of numerous thematic programmes and the country programme poses managerial challenges and loss of efficiency[11]. Interventions in third countries funded under thematic programmes create by their nature problems of coherence with country and regional strategies[12]. Thematic interventions need to be consistent with the country analysis and should respond or relate to country strategies[13]. Consequently, they should also be part of the complementarity assessment made in the context of country strategies. The substance of thematic programmes should be integrated into the policy dialogue with partner governments.

Correspondence list of current and future thematic programmes

(The content and substance of thematic programmes may not necessarily correspond exactly to current programmes.)

Heading 4 in 2000 – 2006 | Heading 4 in 2007 – 2013 |

Democracy and the rule of law and respecting human rights and fundamental freedoms (Reg. No. 975/1999 and 976/1999) Poverty diseases (Reg No. 1568/2003 plus 550/97 on AIDS/HIV) Reproductive and sexual health and rights in developing countries (Reg. No. 1567/2003 plus 1484/97 population policies and programmes in developing countries) Gender equality in development cooperation (Reg. 806/2004) Integration of environmental dimension in development process (Reg. No. 2493/2000) Conservation and sustainable management of tropical forests and other forests in developing countries (Reg. No 2494/2000) Some international funding currently included in DG ENV budget Intelligent Energy (COOPENER) Decentralised cooperation (Reg. No. 1659/98 plus amendments) Co-financing operations with NGOs (Reg. No 1658/1998) Food aid policy and food aid management, special operations in support of food security (Reg. No. 1292/1996) Cooperation and commercial relations between the EU and the industrialised countries (Reg. No. 382/2001) Rehabilitation and reconstruction operations in developing countries (Reg. No. 2258/1996) Aid to up-rooted people in Asia and Latin America (Reg. No. 2130/2001) Assistance to third countries in the area of migration and asylum (Reg. 491/2004) | [pic] [pic] [pic] [pic] [pic] [pic] [pic] [pic] | 1. Democracy and human rights 2. Human and social development 3. Environment and sustainable management of natural resources 4. Civil society and decentralised cooperation 5. Food security 6. Cooperation with industrialised countries 7. Programmes transferred to geographic programmes (regional programmes) 8. Migration and asylum |

[1] KE Nru. 975/1999 tad-29 ta’ April 1999

[2] KE Nru 1568/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003

[3] Gћall-gћan ta’ din il-Komunikazzjoni, “Inizjattivi Globali” huma definiti bћal inizjattivi politiċi fil-qasam ta’ l-iżvilupp sostenibbli jew il-provvista tal-Ġid Pubbliku Globali approvata u appoġġjata mill-komunità internazzjonali u implimentata permezz ta’ mekkaniżmi multilaterali, inklużi fondi globali.

[4] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-Perspettivi Finanzjarji ta’ l-14 ta’ Lulju 2004, COM(2004)487 finali.

[5] Dan huwa speċjalment il-każ gћall-programm ta’ gћajnuna gћall-fornituri tal-banana ta’ l-ACP, li se jiskadi fl-2008; kwalunkwe gћajnuna gћall-futur gћall-pajjiżi li jipproduċu z-zokkor ta’ l-ACP; gћajnuna lil persuni tturufnati fl-Asja; et. al.

[6] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrumenti gћall-Gћajnuna Barranija tad-29.09.2004, COM(2004) 626 finali. Ara wkoll SEC(2004) 1203/2 tad-29 ta’ Settembru 2004.

[7] Il-programmi fl-oqsma tat-tassazzjoni u d-dwana (il-Programm Dwana/Fiscalis), l-edukazzjoni u t-taћriġ (TEMPUS Plus) se jkunu koperti taћt il-programmi ġeografiċi. Fil-każ tat-TEMPUS Plus, il-ENPI u l-ECDCI se jistabbilixxu allokazzjoni waћda multi-annwali gћal kull strument fi ћdan il-programmi multi-nazzjonali jew reġjonali xierqa. Mekkaniżmu fuq bażi ta’ pajjiż pajjiż li jiżgura qafas finanzjarju li jista’ jitbassar minn qabel se jkun implimentat gћall-pajjiżi ta’ l-IPA sakemm dawn jieћdu sehem fit-TEMPUS Plus

[8] L-Artikoli 11(1) TEU, 177(2), 181a(1) TEC

[9] Il-kunċett ta’ “xogћol deċenti” huwa definit mill-ILO. Dan ikopri x-xogћol, il-ћarsien soċjali, id-drittijiet fundamentali fuq ix-xogћol inklużi l-istandards tax-xogћol ewlenin, id-djalogu soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

[10] Taћt il-ENPI u d-DCECI, dawn huma “Programmi Nazzjonali u Reġjonali Indikattivi ”.

[11] Example: “About fifty budget lines, of which around thirty that function and are regulated differently were mobilised to finance almost 400 identified projects”. Evaluation of the EC Country Strategy for Honduras, February 2004.

[12] Breakdown of the legal bases: if the European initiative for democracy and human rights is excluded, these various thematic regulations concern crisis situations (refugees, humanitarian aid) or post-crisis situations (rehabilitation) within the framework of which actions in favour of human rights are one component of the aid. However, if this falls exactly within the objective of mainstreaming, it is particularly difficult within these circumstances to precisely identify which projects – and which budgets – are implemented in favour of human rights.

[13] Example: “Secure further coherence between all the EC instruments and budget lines deployed in Bangladesh. …develop procedures to ensure that…deployment of the budget lines concerned is coherent with the Country Strategy, and pursues country specific objectives. ”. Recommendation 5 of the Evaluation of the EC Country Strategy for Bangladesh, November 2003