52005DC0206




[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 30.5.2005

COM (2005) 206 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar politika Ewropea dwar iż- żgħażagħ Li tindirizza l-problemi taż-żgħażagħ fl-Ewropa - l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ u t-tmexxija ‘l quddiem ta’ ċittadinanza attiva {SEC(2005) 693}

Komunikazzjoni mis-Sur Figel’flimkien mas-Sur Špidla

1. DAħLA

Id-destin ta’ l-Ewropa kull ma jmur jiddependi fuq l-abilità tagħha li trawwem soċjetajiet li huma aktar favur it-tfal u ż-żgħażagħ. L-adozzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ sal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2005[1], bħala parti mill-Istrateġija riveduta ta’ Liżbona li tiffoka fuq it-tkabbir u l-impjiegi, hija rikonoxximent li l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà u fil-ħajja tax-xogħol u l-użu aħjar tal-potenzjal tagħhom, huma essenzjali biex l-Ewropa tmur lura lejn tkabbir sostenut u sostenibbli.

Din l-inizjattiva tagħti importanza liż-żgħażagħ f'żoni tal-qalba tas-sħubija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi permezz ta' l-Istrateġiji Ewropej ta' l-Impjieg u l-Inklużjoni Soċjali kif ukoll il-Programm ta’ Ħidma ta’ l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010, u t-talbiet għal konsistenza matul l-inizjattivi li hemm fihom.

L-adozzjoni tal-Patt taħbat mat-tmiem ta’ l-ewwel ċiklu ta' implimentazzjoni tal- White Paper fuq l-impetus il-ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej[2] tal-2001, li tressqet 'il quddiem mir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Ġunju 2002[3]. Dan jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għat-titjib taċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ, permezz ta’ metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (OMC), u jinkludi dimensjoni żagħżugħa f’oqsma politiċi oħrajn.

Aktar minn qatt qabel, l-Ewropa għandha bżonn l-impenn kontinwu taż-żgħażagħ li jgħin fil-bini ta’ Ewropa inklussiva. Bl-istess mod, is-suċċess ta' din l-inizjattiva jiddependi mill-involviment tal-partijiet kollha kkonċernati, u l-ewwel u l-aktar importanti, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll awtoritajiet reġjunali u lokali u l-imsieħba soċjali.

Il-Komunikazzjoni:

- tistipula kif il-Patt jista’ jibda jopera

- tiddefinixxi l-prijoritajiet ta’ l-OMC taż-Żgħażagħ,

- tindirizza d-dimensjoni żagħżugħa f’oqsma politiċi oħrajn,

- telenka programmi relevanti Ewropej u

- teżamina kif tista’ tinvolvi aktar liż-żgħażagħ fil-proċess politiku.

2. ŻGħAżAGħ FIS-SħUBIJA TA' LIżBONA GħAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI

2.1. IL-KUNTEST:

Bil-proposta ta’ Patt Ewropew għaż-żgħażagħ, il-Kapijiet ta’ l-Istat u l-Gvern ta’ Franza, tal-Ġermanja, ta’ Spanja u ta’ l-Iżvezja identifikaw erba’ kwistjonijiet prinċipali:

- il-vulnerabilità taż-żgħażagħ

- il-bżonn li tiġi żviluppata solidarjetà fil-ġenerazzjonijiet kollha, f’soċjetà li dejjem qiegħda tikber

- il-bżonn li tarma liż-żgħażagħ permezz ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom

- il-bżonn ta’ koerenza aħjar fl-oqsma tal-politka kollha li jikkonċernaw liż-żgħażagħ.

Din l-analiżi taħbat ma’ l-analiżi li saret fil- White Paper . Taħt pressjoni mill-fatturi ekonomiċi u soċjo-kulturali, in-natura żagħżugħa qiegħda tinbidel. Iż-żgħażagħ qegħdin jaslu fi stadji differenti tal-ħajja aktar tard mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabel, u qegħdin jimxu f’trejqat anqas linejari minn qabel.

Il-Kunsill Ewropew, meta beda jiprepara għall-analiżi ta’ nofs it-terminu ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, ħa nota ta' l-importanza tal-fatturi demografiċi li qegħdin jiffurmaw il-futur ta' l-Ewropa.

Kif stipulat fil- Green Paper tal-Kummissjoni dwar kif se tiġi kkonfrontata l-bidla demografika[4], rati ta' twelid li dejjem neżlin u n-nies dejjem qegħdin jgħixu aktar fit-tul, wasslu għal bidliet drammatiċi fl-istruttura tad-daqs u l-età tal-popolazzjoni Ewropea. In-numru ta’ żgħażagħ ta' età minn 15 sa 24 sena mistenni jonqos bi kwart, minn 12.6 għal 9.7%, bejn 2005 u 2050, filwaqt li l-grupp ta' 65+ ser jikber minn 16.4 għal 29.9%[5]. Il- Green paper tiġbed l-attenzjoni lejn l-implikazzjonijiet ta’ dawn il-bidliet għal Ewropa, b’enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ. L-Aġenda Soċjali l-ġdida 2002-2010[6] ukoll tqis l-importanza ta’ l-istrateġija interġenerazzjonali.

It-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ hija diffiċli, bil-qgħad fost iż-żgħażagħ b’aktar mid-doppju tar-rata totali fi ħdan l-Ewropa (17.9% taħt il-25, imqabbla ma’ 7.7% minn 25 'il fuq)[7]. Iż-żgħażagħ huma partikolarment f’ riskju ta’ faqar (19% ta’ 16-24, meta mqabbla ma’ 12% ta’ dawk li għandhom minn 25-64 sena).[8]

Iż-żgħażagħ għandhom kontribut sinjifikanti x’jagħmlu lil għanijiet ta’ Liżbona biex itejbu l-qagħda tax-xogħlijiet u l-iżvilupp sostenibbli, peress li huma l-ħaddiema tal-ġejjieni, u huma s-sors fil-futur ta' kapaċitajiet bżonnjużi immens ta' riċerka, innovazzjoni u intrapriża. Dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu biss jekk iż-żgħażagħ huma mgħammra b’mod xieraq bit-tagħrif, ħiliet u kompetenza permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ rilevanti, ta’ kwalità għolja. Dan ma jistax jiġi żgurat qabel ma jitneħħew barrieri bħalma huma trobbija fil-faqar u esklużjoni soċjali. Nuqqas ta’ ugwaljanza bejn is-sessi wkoll trid tiġi indirizzata, minħabba li żgħażagħ nisa għandhom iktar riskju ta' qgħad u faqar milli żgħażagħ irġiel, filwaqt li aktar żgħażagħ irġiel jitilqu mill-iskola kmieni.

2.2. Il-Patt Ewropew għaż- Żgħażagħ

F’dan l-isfond u f’konformità ma’ l-Għanijiet Strateġiċi tal-Kummissjoni għal-2005-2009 [9], il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li ż-żgħażagħ għandhom jibbenefikaw minn politika u miżuri li huma integrati kompletatment fl-Istrateġija riveduta ta' Liżbona, u adotta Patt li fih tliet linji ta’ strateġija (ara l-Anness 1):

- impjieg, integrazzjoni u avvanz soċjali

- edukazzjoni, taħriġ u mobilità

- rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol.

L-azzjonijiet relevanti f’dawn l-oqsma se jitfasslu b'mod partikolari fl-Istrateġija Ewropea ta' Impjieg, l-Istrateġija ta' l-Inklużjoni Soċjali kif ukoll il-Programm ta' Ħidma 2010 ta' l-Edukazzjoni u t-Tagħmir. L-inklużjoni ta’ żgħażagħ fis-sħubija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi mhux se jirrikjedi strutturi ġodda. Ir-rrinfurzar tal-miżuri għaż-żgħażagħ, se jgħin biex l-impatt ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona jkun sfruttat kemm jista’ jkun.

L-Istati Membri se jirreferu għal “Linji ta’ Gwida għat-Tkabbir u l-Impjiegi’ (jgħaqqdu l-linji ta’ gwida ekonomiċi u ta’ impjieg) li l-Kummissjoni pproponiet f’April 2005[10] meta ppreżentaw il-programmi nazzjonali ta' riforma ta’ Liżbona fil-ħarifa ta' l-2005 (l-Anness 2).

L-immonitorjar ta’ l-implimentazzjoni tal-Patt se jkun integrat fil-mekkaniżmi rrappurtati ta’ l-Istreġija ta’ Liżbona. Ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Progress ta’ Liżbona se jirreferi għal rapporti mill-Istati Membri kull ħarifa dwar il-progress li sar fil-programmi nazzjonali ta’ riforma ta’ Liżbona. Dan ir-rapport se jkun eżaminat fil-formazzjonijiet relevanti tal-Kunsill u diskuss fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa.

Fuq livell Komunitarju, il-Kummissjoni ħabbret Programm Komunitarju ta' Liżbona bil-għanijiet ta' prijoritajiet ta’ l-analiżi f’nofs it-terminu ta’ Liżbona approvat mill-Kunsill tar-Rebbiegħa ta’ l-2005.

Dawn taqsimiet li ġejjin jenfasizzaw l-aspetti tal-linji ta’ gwida integrati u l-Programm Komunitarju ta’ Liżbona li ġej, li huwa relevanti għal Patt.

2.2.1. Miżuri għall-impjieg, l-integrazzjoni u l-avvanz soċjali taż-żgħażagħ

Il-Linji ta’ Gwida ta’ l-Impjieg proposti għal 2005-2008, issa parti mill-Linji ta’ Gwida Integrati, jinsabu fil-qalba ta' l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impjieg, u jagħmlu parti mir-rwol ċentrali ta' koordinazzjoni għal politika ta' impjieg ta' l-Istati Membri. Il-miżuri jikkonċentraw fuq il-kontribut ta’ politika ta’ impjieg sabiex joħolqu aktar xogħlijiet u ta’ kwalità aħjar, jidentifikaw dawn it-tliet prijoritajiet prinċipali:

- jiġbdu u jżommu aktar nies fl-impjieg u jimmodernizzaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali

- itejbu l-adattabilità tal-ħaddiema u l-intrapriżi u l-flessibilità tas-swieq tax-xogħol

- iżidu l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ħiliet aħjar.

Dawn il-Linji ta' Gwida li ġejjin b'mod partikolari huma relevanti għaż-żgħażagħ:

- tmexxija ‘ l quddiem ta’ strateġija ta' xogħol li tqis iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ( li tinkludi inter alia, attentat mill-ġdid biex jinbnew toroq ta’ impjieg għaż-żgħażagħ u jitnaqqas l-qagħd taż-żgħażagħ, kif ukoll azzjoni riżoluta biex jiġi elemintat il-vojt fl-impjieg, il-qgħad u l-ħlas)

- jiġu żgurati swieq ta’ xogħol inklużiv għal min qiegħed ifittex xogħol u għan nies żvantaġġati

- titjib tal-bżonnijiet tas-swieq tax-xogħol

- Espansjoni u titijib ta' l-investiment tal-kapital uman

- adozzjoni ta’ sistemi ta’ l-edukazzjoni u ta’ taħriġ biex ilaħħqu ma’ talbiet ta’ kompetenzi ġodda.

L-Istati Membri li jirċievu appoġġ finanzjarju għal implimentazzjoni tal-miżuri relevanti permezzz tal-Fondi Ewropej Strutturali, b’mod partikolari tal-Fond Ewropew Soċjali. L-iStati Membri huma wkoll mħeġġa jagħmlu użu mill-faċilitijiet ipprovduti mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

Il-programm ta’ tagħlim reċiproku dwar l-impjieg li jippromwovi skambju ta’ prattika tajba fost l-Istati Membri jinkludi enfażi fuq l-impjieg taż-żgħażagħ fl-2005. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll l-isforzi tagħha biex tiżgura transpożizzjoni u implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-KE li tipprojbixxi diskriminazzjoni fl-impjieg fuq bażi ta’ età[11].

L-Istrateġija ta’ l-Inklużjoni Soċjali tinkorpora dimensjoni żagħżugħa, kif imħabbra fil-Komunikazzjoni fl-Aġenda Soċjali[12] u ser tieħu f’kunsiderazzjoni r-Resoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni soċjali taż-żgħażagħ[13]. X’aktarx li ser tingħata prijorità għolja biex tittejjeb is-sitwazzjoni ta' bosta miż-żgħażagħ l-aktar vulnerabbli, biex jiġi eradikat il-faqar tat-tfal, u tingħata wkoll prijorità lil inizjattivi li jimpedixxu falliment fl-edukazzjoni. Studju fuq l-integrazzjoni soċjali ta’ żgħażagħ li huma żvantaġġati sew se jiffukaw fuq l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, awtonomija u parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà.

Il-Kummissjoni tilqa’ u tħeġġeġ l-impenn tas-sieħba soċjali biex jikkontribwixxu għal din l-inizjattiva permezz ta’ azzjonijiet konġunti fi ħdan id-djalogu soċjali[14].

Azzjonijiet fl-impjieg u inklużjoni soċjali

( Stati Membri jieħdu azzjoni biex jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ pereżempju sabiex:

Jitnaqqas il-qgħad taż-żgħażagħ

jinbnew trejqiet ta’ impjieg

jiġu żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni personalizzati, b’għajnuna fit-tfttxija għax-xogħol, gwida u taħriġ

( Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu ż-żgħażagħ prijorità fil-programm ta’ tagħlim reċiproku dwar l-impjieg fl-2005

( Bl-użu ta’ l-Istrateġija ta’ l-Inklużjoni Soċjali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jtejbu s-sitwazzjoni ta’ l-aktar żgħażagħ vulnerabbli

( Il-Kummissjoni se tniedi studju dwar l-integrazzjoni soċjali ta’ żgħażagħ li huma żvantaġġati sew fl-2005

2.2.2. Miżuri għall-edukazzjoni, taħriġ u mobilità

Il-Linji ta’ Gwida Integrati proposti jisħqu fuq il-bżonn ta' l-Ewropa li tespandi u ttejjeb l-investiment fil-kapital uman, u tadatta l-edukazzjoni u s-sistemi ta' taħriġ għal ħtiġijiet ta' kompetenzi ġodda. Prijorità hija mogħtija inter alia, biex jintaqqas in-numru ta' żgħażagħ li jħallu l-iskola kmieni; jitwassa’ l-aċċess għal edukazzjoni vokazzjonali, sekondarja u dik għolja, inklużi l-apprentistati u t-taħriġ fl-intrapriża; u ħidma lejn qafas komuni li se jagħmel is-sistemi ta’ kwalifiki aktar trasparenti u jagħmel it-tagħlim mhux formali u informali aktar validu.

Dawn huma kollha prijoritajiet tal-Programm ta’ Edukazzjoni u Taħriġ 2010 li jikkontribwixxi għal implimentazzjoni ta’ l-edukazzjoni u l-aspetti ta’ taħriġ tas-sħubija ta’ Liżbona għat-tkabbir u xogħlijiet u li se jidħlu fiċ-ċiklu l-ġdid ta' tmexxija ta' Lisobna. Il-Linji ta’ Gwida jenfasizzaw l-importanza ta’ l-użu ta' l-istrumenti Ewropej miftiehma u r-referenzi biex jappoġġaw riformi ta' sistemi ta' edukazzjoni nazzjonali u taħriġ.

Bħala parti mill-programm ta’ xogħol 2010, attivitajiet ta’ tagħlim minn dawk ta’ mpar xulxin fl-2005 jinkludu oqsma relevanti għaż-żgħażagħ:

- jintlaħqu l-punti ta’ riferiment dwar żgħażagħ li jitliqu mill-iskola kmieni, rati ta’ tmiem u illitteriżmu;

- jiġi implimentat il-qafas ta’ kompetenza prinċipali fuq livell nazzjonali;

- jintlaħaq il-punt ta’ riferiment fuq in-numru dejjem jiżdid ta’ gradwati f’ matematika, xjenza u tekonoloġija, b’mod partikolari jitnaqqas l-iżbilanċ ta' bejn is-sessi, tittieħed f'kunsiderazzjoni r-rabta ma' l-edukazzjoni ta’ livell primarju u dak sekondarju.

Proposta tal-Kummissjoni fl-2005 għal Rakomandazzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar kompetenzi prinċipali se jenfassizaw l-importanza taż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet.

Il-Kummissjoni se tipproponi skema ġenerali għal Qafas Ewropew ta’ Kwalifiki fl-2006 bil-għan li jkun hemm referenza komuni għas-sistemi ta’ kwalifiki fl-Ewropa. Se tkun marbuta ma’ u appoġġjata bi trasferiment ta’ kreditu u ftehim ta’ kwalita ta’ assigurazzjoni, lill-prinċipji komuni Ewropej għal identifikazzjoni u validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u dak informali u għal Europoass (il-qafas Ewropew waħdieni għat-trasparenza tad-diplomi, ċertifikati u kompetenzi).

Se tiġi żviluppata għodda speċifika għar-rikonoxximent tax-xogħol taż-żgħażagħ bil-ħsieb li jiġi inkluż ‘ Youthpass’ fl-Europass. Il-fasi ta’ l-ittestjar għandha tibda fl-2006.

Element prinċipali ieħor tal-programm huwa li tittejjeb il-kompetenza ta' lingwa barranija, li hija kemm essenzjali kif ukoll riżultat ta’ aktar żgħażagħ Ewropej jieħdu sehem fis-soċjeta’ ta’ għarfien u f’mobilità Ewropea u globali.

Peress li l-attività ekonomika kull ma tmur qiegħda tiġbed lejn proċess li għandu livelli għolja ta’ xjenza u teknoloġija minsuġin fih, aċċess għax-xjenza u edukazzjoni ta’ l-ICT huma speċjalment relevanti għaż-żgħażagħ.

Il-Kummissjoni se tadotta Komunikazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim ta’ l-intrapriża fl-2005, li tisħaq fuq ir-rabta bejn il-ħila ta’ l-intrapriża u ħiliet tal-ħajja baiċi għaż-żgħażagħ. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Intrapriża jippromwovi “Tkattir ta’ mħuħ impreditorjali” fost iż-żgħażagħ.

Azzjonijiet fl-edukazzjoni u taħriġ

( L-iStati Membru jieħdu azzjoni għaż-żgħażagħ, pereżempju

jnaqqsu n-numru ta' zgħażagħ li jħallu l-iskola kmieni

jitwassa’ l-aċċess għal edukazzjoni vokazzjonali, sekondarja u dik għolja, inkluż it- taħriġ ta’ l-apprentistati fl-intrapriża;

- jiżviluppaw oqsfa li jappoġġjaw it-trasparenza u l-għarfien ta’ kwalifiki u kompetenzi, u biex jivvalidaw it-tagħlim mhux formali u informali

( L-iStati Membri biex jimplimentaw id-deċiżjoni ta’ l-Europass

( Il-Kummissjoni se tadotta Komunikazzjoni dwar l-edukazzjoni ta’ l-intrapriża fl-2005.

( Il-Kummissjoni se tipproponi Qafas Ewropew ta’ Kwalifiki fl-2006

( Il-Kummissjoni se tadotta Rakkomonadazzjoni dwar kompetenzi priniċipali fl-2006.

( Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jiżviluppaw ‘Youthpass’ mill-2006

Il-Linji ta’ Gwida Integrati jistiednu lill-Istati Membri biex jipprovdu aktar trasparenza u informazzjoni dwar opportunitajiet ta' impjieg u taħriġ, sabiex jagħmlu l-mobilità aktar faċli, bħala parti mill-immodernizzazzjoni tas-servizzi ta' impjieg. Is-Sena Ewropea tal-Mobilità tal-Ħaddiem fl-2006 se tikludi inizjattivi speċjali għaż-żgħażagħ li se jidħlu fis-suq tax-xogħol. Mill-2007 dak li se jiġi wara l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-ħiliet u l-mobilità 2002-2005 se jiffoka aktar fuq it-titjib tal-possibilitajiet taż-żgħażagħ fuq is-suq tax-xogħol permezz ta’ żieda fil-mobilità. L-Istati Membri fejn meħtieġ għandhom jinfurzaw l-istrateġiji tagħhom biex ineħħu ostakli għal mobilità, kif innutat mir-Rapport tal-Kummissjoni[15] dwar il- follow-up tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-mobilità fi ħdan il-Komuntià ta’ studenti, persuni li għaddejin bit-taħriġ, voluntieri u għalliema u edukaturi[16].

Biex aktar titħeġġeġ il-mobilità taż-żgħażagħ fi ħdan l-Ewropa, il-Kummissjoni pproponiet programmi ta' rinfurzar li jolqtu liż-żgħażagħ, studenti u voluntiera, bil-forom ġodda ta' attivitajiet voluntarji, biex iwessgħu u jiffaċilitaw aċċess għas-Servizz Ewropew Voluntarju (EVS). Il-portals ta’ informazzjoni EURES (Il-portal Ewropew tal-mobilità tax-xogħol), u PLOTEUS (il-portal għal opportunitajiet ta’ tagħlim fl-Ewropa), se jieħdu f'kunsiderazzjoni l-bżonnijiet taż-żgħażagħ, u studju tal-Kommissjoni se jipproduċi rakkomandazzjonijiet biex tiġi estiża l-karta tal-mobilità għaż-żgħażagħ fl-Ewropa. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-iskambju ta’ prattika tajba fil-mobilità, pereżempju, l-inizjattiva Franċiża ‘Xogħlijiet tas-sajf’), li tista’ tkun estiża matul l-Ewropa kollha wara evalwazzjoni tar-riżultati tal-bidu.

Azzjonijiet li jippromwovu l-mobilità

( L-Istati Membri huma mistiedna biex jipprovdu aktar trasparenza u informazzjoni biex jagħmluha aktar faċli li taħdem u tistudja barra

( Is-Sena Ewropea tal-Mobilità tal-Ħaddiem 2006 se tinkludi azzjoni speċjali għaż-żgħażagħ.

( Il-Kummissjoni se tiżviluppa għodda bħal EURES u PLOTEUS biex itejbu l-possibilitajiet għaż-żgħażagħ biex jaħdmu u jistudjaw barra.

( Il-Kummissjoni se tipproduċi fl-2005 rakkomandazzjonijiet dwar il-karta tal-mobilità għaż-żgħażagħ fl-Ewropa.

( Fl-2006, il-Kummissjoni se tistudja estensjoni ta’ l-inizjattiva ‘Xogħlijiet għas-sajf’

( Fl-2007, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jimplimentaw forom ġodda ta’ EVS

( Mill-2007, l-azzjonijiet biex itejbu l-mobilità ġeografika u ta’ ħidma tal-mobilità taż-żgħażagħ fis-segwitu tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-ħiliet u l-mobilità

2.2.3. Miżuri ta’ r ikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol.

Il-Liji ta’ Gwida Integrati jistiednu lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni biex tintlaħaq rikonċiljazzjoni aħjar tal-familja u l-ħajja tax-xogħol. Bilanċ aħjar ta’ familja u xogħol jista’ wkoll jgħin biex jissolvu problemi assoċjati mal-bildiet demografiċi fejn tidħol età, u b’mod partikolari l-isfida ta’ rata ta’ twelid baxxa. Dan jinkludi d-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet ta’ childcare , kif ukoll attenzjoni għal dipendenti oħra. Attenzjoni partikolari se tingħata biex jiġu żviluppati innovazzjonijiet, forom favur il-familji ta’ ftehim ta’ xogħol. Rikonċiljazzjoni ta’ xogħol u ħajja privata hija prinċipali fil-promozzjoni ta’ ugwaljanza ta’ sessi għal nisa u rġiel żgħażagħ.

Wara l-Green Paper dwar il-bdil fid-demografija ta’ l-Ewropa, il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni bil-għan li tiġi identifikata politika li trid issir jew tiġi rinfurzata, fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Azzjonijiet għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol.

( L-Istati Membri jipprovdu aktar faċilitajiet ta’ kwalità, aċċessibbli u għall-but ta' kulħadd u attenzjoni għal dipendenti oħra.

( L-Istati Membri, se jkunu appoġati mill-Kummissjoni, biex jiżviluppaw forom ġodda ta’ organizzazzjoni ta’ xogħol, pereżempju ħin flessibbli, tele-xogħol, maternità, leave tal-ġenituri eċċ.

( Il-konsultazzjoni tal-Kummissjoni fl-2005 dwar l-impatt tal-bidliet deomografiċi u tweġibiet possibbli tal-politika.

3. Iċ-ċittadinanza attiva taż-żgħ AżAGħ

Il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (OMC) jiffoka fuq iċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ. Il-White Paper fuq iż-żgħażagħ innutat il-vojt li dejjem qiegħed jikber bejn iż-żgħażagħ u l-affarijiet pubbliċi. Biex itejjeb il-parteċipazzjoni, l-informazzjoni, attivitajiet volontarji u l-għarfien dwar kwistjonijiet taż-żgħażagħ, il-Kunisll adotta 14-il għanijiet komuni fl-2003 u l-2004 (ara l-Anness 3)[17].

Fil-Komunikazzjoni tagħha f’Ottubru 2004[18], il-Kummissjoni evalwat b'mod pożittiv l-attivitajiet imwettqa fuq livell Ewropew, filwaqt li saħqet fuq il-ħtieġa għal miżuri xierqa fuq livell nazzjonali biex jiġu implimentati għanijiet komuni.

L-Istati Membri waslu biex jirrappurtaw dwar l-għanijiet komuni għal parteċipazzjoni u l-informazzjoni sa' l-aħħar ta' l-2005. Rapporti dwar attivitajiet volontarji u għarfien aħjar tal-qasam taż-żgħażagħ se jkompli fl-2006. F’kull każ, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport ta’ progress lill-Kunsill.

Il-paretċipazzjoni u l-informazzjoni taż-żgħażagħ, attivitajiet volontarji u aktar ftehim u għarfien taż-żgħażagħ jibqgħu fatturi prinċipali fil-binja ta’ soċjetajiet b’saħħithom. Peress li l-għanijiet komuni għandhom kemm ġew adottati mill-Kunsill dan l-aħħar, l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet mill-Istati Membri għandha kemm bdiet u għandha tkun fiċ-ċentru ta' l-attenzjoni ta' l-azzjoni ta’ l-Istati Membri taħt l-OMC taż-Żgħażagħ. Il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li dawn il-prijoritajiet eżistenti għandhom jinżammu u jiġu kkonsolidati.

Dwar il-parteċipazzjoni, l-enfażi għandu jkompli jkun fuq iż-żieda fil-parteċipazzjoni fuq livell lokali, fi ħdan demokraziji rapreżentattivi, u jipprovdu appoġġ akbar biex wieħed jitgħallem jipparteċipa. Hemm bżonn li jiġi infurzat it-titjib ta' l-aċċess għall informazzjoni, tiġi pprovduta aktar informazzjoni ta' kwalità u tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-preparazzjoni u tixrid ta’ l-informazzjoni.

L-għan politiku għat-tisħiħ tal-volontarjat taż-żgħażagħ fl-UE bħal mezz ta’ parteċipazzjoni u żvilupp personali ta’ żgħażagħ jibqa’ validu. Il-kontribut li jagħmlu l-voluntieri għas-soċjetà ikompli jkun enfasizzat, kif uwrew diżastri naturali riċenti, u l-bżonn ta' riabilitazzjoni fuq medda twila ta’ żmien fl-oqsma affetwati.

Bħala riżultat tal-Patt u s-segwitu tiegħu fi ħdan iċ-ċiklu ta’ tmexxija ta’ Liżbona, aktar ftehim u għarfien ta’ żgħażagħ f' oqsma mmirati, bħal ngħidu aħna, impjieg taż-żgħażagħ, l-inklużjoni taż-żgħażagħ, l-intrapriża taż-żgħażagħ, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-għarfien tax-xogħol taż-żgħażagħ għandhom jintlaħqu permezz tal-mekkaniżmi ta' Liżbona. Użu aħjar tar-riżultati ta’ riċerka f'dawn l-oqsma għandhom itejbu l-politka bbażata fuq l-evidenza.

Azzjonijiet biex isaħħu ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ

( Il-Kummisjoni tikkonferma prijoritajiet ta' ċittadinanza attiva ta' żgħażagħ (paretċipazzjoni, informazzjoni, attivitajiet volontarji)

( Għarfien aħjar f’oqsma ta’ impjieg taż-żgħażagħ, inklużjoni, intrapriża, mobilità u għarfien tax-xogħol taż-żgħażagħ, li jirriżulta mill-inklużjoni tal-Patt fiċ-ċiklu ta’ tmexxija ta’ Liżbona.

4. L-inklu żJONI TAD-DIMENSJONI żAGħżUGħA F’OQSMA POLITIċI OħRAJN

Filwaqt li kwistjonijiet relatati maż-żgħażagħ huma relevanti għal maġġoranza tal-politika żviluppata fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni tirrakomandha li tingħata attenzjoni lil oqsma politiċi tal-Patt Ewropew taż-Żgħażagħ.

Politka oħra b’relevanza għaż-żgħażagħ tinkludi dan li ġej:

Il-Kummissjoni se tkompli wkoll fl-azzjoni kontra r-razziżmu u l-ksenofobija fuq livell taż-żgħażagħ. Il-kampanja madwar l-UE ‘Għal Diversità – Kontra d-Diskriminazzjoni’[19] ġiet estiża għaż-żgħażagħ mill-2005, biex tippromwovi l-involviment attiv ta’ żgħażagħ u tkabbar l-għarfien dwar il-leġiżlazzjoni tal-KE u l-politika biex tiġi solvuta d-diskriminazzjoni.

Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni wkoll għas-saħħa taż-żgħażagħ, pereżempju, fl-oqsma tan-nutrizzjoni u l-obeżità, alkaħol u użu tad-droga, u strateġiji biex tippromwovi s-saħħa. Inizjattiva Ewropea dwar is-saħħa tat-tfal u taż-żgħażagħ hija maħsuba għall-2006.

Riċerka speċifika dwar iż-żgħażagħ se sseħħ skond is-Sitt Programm ta' Qafas ta' Riċerka, dwar l-atitudnijiet, stili ta’ ħajja u forom ta’ parteċipazzjoni adottati miż-żgħażagħ Ewropej. Skond is-Seba’ Programm ta’ Qafas ta’ Riċerka, ir-riċerka taż-żgħażagħ tista’ tiffoka fuq l-impatt tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’demokrazija rappreżentattiva u f’attivitajiet volontarji.

Il-Kummissjoni se tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-azzjonijiet li tista’ tieħu l-Unjoni fl-oqsma ta’ sport, dwar il-valur edukattiv u soċjali ta’ l-isport u l-istil ta’ ħajja taż-żgħażagħ.

Azzjonijiet li jenfasizzaw iż-żgħażagħ f’oqsma politiċi oħra

( Il-Kummissjoni se tippromwovi l-involviment taż-żgħażagħ fil-kampanja ‘Għad-diversità – kontra d-diskriminazzjoni’ fl-2005

( Il-Kummissjoni se tniedi inizjattiva Ewropea fl-2006 biex tippromwovi s-saħħa għaż-żgħażagħ u tfal

( Il-Kummissjoni se tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-isport fl-2005, bil-ħsieb li tinfurza l-valuri soċjali u edukattivi taż-żgħażagħ

5. APPOġġ TAL-POLITIKA PERMEZZ TAL-PROGRAMMI

Azzjonijiet tal-politika li huma mmirati lejn iż-żgħażagħ għandhom ikunu akkumpanjati bi programmi ta’ proġetti ta’ appoġġ li jħeġġu liż-żgħażagħ beix isiru ċittadini attivi u li jinvolvu ruħhom u huma mmirati biex jgħinuhom jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom. Dawn il-proġetti għandhom jiġu żviluppati fuq livell lokali, reġjunali, nazzjonali u Ewropew.

Numru ta’ prgrammi Ewropej jippromwovu dawn il-proġetti (ara l-Anness 4):

- Fond Ewropew Soċjali

- Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjunali.

- Fond ta’ Żvilupp Rurali

- Żgħażagħ u Żgħażagħ fl-Azzjoni

- Tagħlim Integrat matul il-ħajja

- Ċittadini għall-Ewropa

- Il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni

- Il-Programm Marie Curie

- Inizjattiva Ewropea ta’ Xjenza u Edukazzjoni

6. Ivolviment ta ż-żGħAżAGħ

Il-White Paper dwar iż-żgħażagħ tistipula metodi ta' kif issir il-konsultazzjoni maż-żgħażagħ, bil-għan li tappoġġa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

Il-Kunsill Ewropew saħaq li, biex ikun ta’ suċċess, il-Patt jitlob l-involviment tal-parteċipanti kollha, l-ewwel u l-aktar importanti, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll awtoritajiet reġjunali u lokali u s-sieħba soċjali. Iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu kkonsultati dwar l-iżvilupp ta’ miżuri għal din l-inizjattiva fi ħdan il-programmi nazzjonali ta' riforma ta' Liżbona, u dwar l-implimentazzjoni ta' wara. Filwaqt li hija f' idejn kull Stat Membru biex jiddefinixxi kif se jinvolvi liż-żgħażagħ, il-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ għandhom ikunu fost dawk ikkonsultati.

Il-Kummissjoni wkoll bi ħsieba torganizza konsultazzjoni taż-żgħażagħ u tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ dwar il-politika taż-żgħażagħ. Il-Konsultazzjoni tilħaq il-quċċata fl-‘Etats généraux’ taż-Żgħażagħ, li se ssir fl-2005. Bi preparazzjoni għal dan il-Kummissjoni se torganizza konsultazzjoni vasta fuq l-Internet ta’ żgħażagħ u tistieden lill-Istati membri jagħmlu dibattiti fuq livell nazzjonali. Il-Kummissjoni bi ħsieba ssegwi l-Etats généraux billi tagħmel ‘laqgħa annwali’ bejn iż-żgħażagħ u l-Kummissarji.

Dan id-djalogu dirett bejn iż-żgħażagħ mhuwiex sostituzzjoni tad-djalogu soċjali, iżda jikkumplementah. Ikun artikolat ma’ konsultazzjonijiet oħrajn ta' inizjattivi tal-Kummissjoni mmirati partikolarment lejn l-iżvillupp ta' ‘pussess’ ta' l-għanijiet ta' Liżbona mis-soċjetà ċivili.

Azzjonijet biex jiġu kkonsultati ż-żgħażagħ

( L-Istati Membri li se jikkonsultaw ż-żgħażagħ fuq miżuri dwar il-Patt sal-ħarifa 2005

( Il-Kummissjoni se torganizza konsultazzjoni bl-internet għaż-żgħażagħ fl-2005.

( Il-Kummissjoni se tagħmel l-‘Etats généraux’ taż-Żgħażagħ fl-2005 u ssegwi b’laqgħat annwali maż-żgħażagħ

7. Konklużjonijiet

L-adozzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ ikkumplementat l-iżvilupp ta’ ċittadinanza attiva ta’ żgħażagħ permezz ta’ OMC fil-qasam taż-żgħażagħ, billi jitqiesu l-problemi taż-żgħażagħ fi ħdan il-politka li tappoġġa s-sħubija ta’ Liżbona għat-tkabbir u x-xogħlijiet. Għall-ewwel darba, l-Unjoni Ewropea tista’ timpjega strateġija ta’ politika tassew integrata għaż-żgħażagħ. Sabiex din l-istrateġija politika tiġi implimentata:

- Fuq livell nazzjonali, l-Istati Membri, f’konsultazzjoni maż-żgħażagħ, għandhom jiżviluppaw miżuri għall-Patt fi ħdan il-programmi nazzjonali ta’ riforma ta’ Liżbona.

- Fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni f'konformità mal-Programm Komunitarju ta' Liżbona, se tieħu azzjoni fl-oqsma speċifikati f' din il-Komunikazzjoni.

- Il-Kummissjoni tqis li l-prijoritajiet ta’ l-OMC fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom ikunu kkonfermati u kkonsolidati.

- Il-Kummissjoni se tkompli tinkludi dimensjoni taż-żgħażagħ f’politika relevanti oħra.

- Il-Kummissjoni tisħaq fuq l-importanza tal-programmi li jiffaċilitaw tagħlim, mobilità, intrapriża u ċittadinanza matul il-ħajja kollha taż-żgħażagħ, fi ħdan il-qafas tal-prespettivi finanzjarji.

- Il-konsultazzjoni u l-involviment taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ huma essenzjali biex jiġu implimentati l-miżuri kollha ppreżentati f’ din il-Komunikazzjoni.

Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex jaċċetta dawn il-konklużjonijiet. Se titrażmetti din il-Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

ANNESSI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill

dwar politika Ewropea dwar iż- żgħażagħ

Li tindirizza l-problemi taż-żgħażagħ fl-Ewropa - l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew taż-Żgħażagħ u t-tmexxija ’l quddiem ta’ ċittadinanza attiva

Anness 1

Il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ

Anness 2

Ġabriet mill-proposta tal-Kummissjoni għal linji ta’ gwida integrati 2005-2008 li jirriflettu l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għall-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ

Anness 3

Għanijiet komuni fil-qafas tal-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ.

Anness 4

Programmi komunitarji rilevanti għal politka taż-żgħażagħ

ANNESS 1

Il-Patt Ewropew għaż-Żgħ ażagħ

(Anness 1 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, Brussell, tat-22 u t-23.3.2005 (7619/05))

Fl-isfond tal-popolazzjoni dejjem tikber fl-età ta’ l-Ewropa, il-Kunsill Ewropew jara l-ħtieġa li ż-żgħażagħ Ewropej jibbenefikaw minn ġabra ta’ strateġiji politiċi u miżuri li jiffurmaw parti sħiħa integrata mill-Istrateġija ta’ Liżbona. Il-Patt taż-Żgħażagħ għandu l-għan li jtejjeb l-edukazzjoni, t-taħriġ u l-mobilità, integrazzjoni vokazzjonali u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ Ewropej, filwaqt li jiffaċilita r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja. Il-Patt għandu jiżgura l-konsistenza totali ta’ l-inizjattivi f’ dawn l-oqsma u jipprovdi l-bidu għal mobilizazzjoni dejjem għaddejja f’isem iż-żgħażagħ. Bl-istess mod, is-suċċess ta' din l-inizjattiva jiddependi mill-involviment tal-partijiet kollha kkonċernati, u l-ewwel u l-aktar importanti, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ nazzjonali, reġunali u lokali kif ukoll il-Forum taż-Żgħażagħ, u awtorijtajiet reġjunali u lokali u s-sieħba soċjali.

Il-Kunsill Ewropew jitlob lill-Unjoni u l-Istati Membri, kollha fil-limit tas-setgħa tagħhom u b’mod partikolari skond l-istrateġija Ewropea ta' impjieg u skond l-istrateġija ta' inklużjoni soċjali, biex timxi fuq dawn il-linji ta' azzjoni li ġejjin:

Impjieg, integrazzjoni u avvanz soċjali

- strateġija ta’ politika li timmonitorja speċifikament l-integrazzjoni sostenuta ta’ żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, fil-kuntest ta’ programm reċiproku ta’ tagħlim dwra l-impjieg;

- tipprova żżid l-impjieg taż-żgħażagħ;

- tingħata prijorità skond l-inklużjoni nazzjonali soċjali biex tittejjeb is-sitwazzjoni ta' bosta miż-żgħażagħ l-aktar vulnderabbli, partikolarment dawk fqar, u tingħata wkoll prijorità lil inizjattivi biex jimpedixxu falliment fl-edukazzjoni.

- tistieden lil min iħaddem u n-negozjanti biex juru responsabilità soċjali fil-qasam ta’ l-integrazzjoni vokazzjonali taż-żgħażagħ;

- tħeġġeġ żgħażagħ biex jiżviluppaw l-intrapriża u jmexxu ’l quddiem l-intraprendituri żgħażagħ ġodda.

Edukazzjoni, taħriġ u mobilità

- tiżgura li l-għarfien jaqbel mal-bżonnijiet ta’ ekonomija li hija bbażata fuq it-tagħrif u għalhekk, tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ ġabra komui ta' ħiliet; f’dan il-kuntest, tikkonċentra primarjament fuq il-problema ta’ tfal li jitilqu mis-sistema ta’ l-iskola;

- tespandi l-firxa għall-istudenti biex jagħmlu perjodu ta’ studju fi Stat Membru ieħor;

- tħeġġeġ il-mobilità ta’ żgħażagħ billi tneħħi l-ostakli lil min jagħmel it-taħriġ, lill-voluntiera u lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom; għar-riċerkaturi, jżidu l-inizjattivi taħt il-programm Marie Curie;

- L-iżvilupp, bejn l-Istati Membri, ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar it-trasparenza, komparabilità u kwalifiki ta’ ħidma u għarfien ta’ edukazzjoni mhux formali u informali.

Rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol.

- tippromwovi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja billi taqsam ir-responsabilità bejn is-sħab, partikolarment billi tespandi n-netwerk ta’ childcare u tiżviluppa forom innovattivi ta’ l-organizzazzjoni tax-xogħol;

- jiġu kkunsidrati strateġiji ta’ politika li huma favur it-tfal, fid-dawl tad-diskussjonijiet tal-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-bidliet demografiċi.

ANNESS 2

Ġabriet mill-proposta tal-Kummissjoni għal linji ta’ gwida integrati 2005-2008 li jirriflettu l-l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għall-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ

(Mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Linji ta’ Gwida Integrati għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet(2005-2008), COM(2005) 141, 12.4.2005)

Riformi Mikroekonomiċi

Linja ta’ Gwida - titmexxa ’l quddiem aktar kultura ta’ intrapriża u jinħoloq ambjent ta’ appoġġ għal SMEs

- Stati Membri għandhom jinfurzaw edukazzjoni u taħriġ ta’ intrapriża

Linja ta’ Gwida – Żieda u titjib fl-investiment fl-R&D

- L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw aktar it-taħlit ta’ miżuri biex irawmu negozju R&D fost l-oħrajn billi jiġi żgurat forniment ta' riċerkaturi kkwalifikati billi jiġbdu aktar studenti fid-dixxiplini ta' xjenza, tekninka u inġinerija u jitijieb l-iżvilupp tal-karriera u l-mobilità transnazzjonali u intersettorali tar-riċerkaturi

Linja ta’ Gwida ta’ Impjieg

1 Jiġbdu u jżommu aktar nies fl-impjieg u jimmodernizzaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali

Linja ta’ Gwida – Titmexxa ’l quddiem strateġija ta’ xogħol li tqis iċ-ċiklu kollu tal-ħajja

- tipprova mill-ġdid tibni trejqiet ta’ impjieg għaż-żgħażagħ

- Jitnaqqas il-qgħad taż-żgħażagħ

- Jiġi eliminat il-vojt fl-impjieg, il-qgħad u l-ħlas

- rikonċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol.

- Forniment ta' faċilitajiet ta’ childcare

Linji ta’ Gwida - jiġu żgurati swieq ta’ xogħol inklużiv għal min qiegħed ifittex xogħol u għan nies żvantaġġati

- Identifikazzjoni tal-bżonnijiet minn kmieni

- Għajnuna fit-tfittxija tax-xogħol, gwida u taħriġ bħala parti mill-azzjonijiet personalizzati

- Ikunu pprovduti s-servizzi soċjali meħtieġa biex jappoġjaw l-inklużjoni tan-nies żvantaġġati fis-suq tax-xogħol

Linja ta’Gwida - titjib tal-bżonnijiet tas-swieq tax-xogħol permezz ta’

- Modernizzazzjoni u tisħiħ ta’ istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, partikolarment ta’ servizzi ta’ impjieg

- trasparenza akbar ta’ opportunitajiet ta' impjieg u taħriġ fuq livell nazzjonali u Ewropew biex tiġi ffaċilitata l-mobilità fl-Ewropa

2. titjib ta’ l-adattabilità tal-ħaddiema u l-intrapriżi u l-flessibilità tas-swieq tax-xogħol

Linji ta’ Gwida – Tiġi żgurata paga li hija favur l-impjieg u żviluppi ta’ l-ispejjeż tax-xogħol

- Tiġi analizzata l-istruttura u l-livell ta’ l-ispejjeż tax-xogħol li mhux fuq salarju u l-impatt tagħhom fuq l-impjieg, speċjalment għal dawk li huma anqas imħallsa u dawk li se jidħlu għall-ewwel darba fis-suq tax-xogħol

3. Żieda ta’ l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ħiliet aħjar

Linja ta' Gwida - Espansjoni u titijib ta' l-investiment tal-kapital uman

- jitnaqqas b’mod sinjifikanti n-numru ta' zagħżagħ li jħallu l-iskola kmieni

- jitwassa’ l-aċċess għal edukazzjoni vokazzjonali, sekondarja u dik għolja, inklużi l-apprentistati u t-taħriġ fl-intrapriża;

Linja ta’ Gwida - adozzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ b’risposta għal talbiet ta’ kompetenza ġodda.

- Identifikazzjoni aħjar ta’ bżonnijiet ta’ xogħol u kompetenzi prinċipali, u anitiċipazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet fil-ġejjieni

- Jitwassa’ l-forniment ta' l-għodda għal edukazzjoni u taħriġ

- jiżviluppaw oqsfa li jappoġġaw it-trasparenza tal-kwalifiki, l-għarfien effettiv tagħhom u li jivvalidaw it-tagħlim mhux formali u informali

- Jiġu żgurati standards ta' sitemi ta’ edukazzjoni li huma ta’ kwalità għolja, miftuħa u jiġbdu lin-nies.

ANNESS 3

14-il GĦAN GĦAL IMPENN TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

(Reżoluzzjonijiet mill-Kunsill tal-25.11.2003 u tal-15.11.2004)

Parteċipazzjoni[20]

Tiġi żviluppata l-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ, bl-introduzzjoni u l-appoġġ ta’ azzjoni li tinkuraġġihom jħaddmu ċ-ċittadinanza tagħhom b'mod attiv u billi ttejjeb il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-ħajja demokratika:

1. Iżżid il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja ċivili tal-komunità tagħhom

2. Iżżid il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-sistema tad-demokrazija rappreżentattiva

3. Appoġġ akbar għal diversi forom ta’ tagħlim biex ikun hemm parteċipazzjoni

Tagħrif[21]

Tiġi żviluppata informazzjoni għaż-żgħażagħ, billi jittejjeb l-aċċess ta’ l-informazzjoni għaż-żgħażagħ sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika u tħaffef ir-realizzazzjoni tal-potenzjal tagħhom bħala ċittadini attivi u responsabbli:

4. jittejjeb l-aċċess għas-servizzi ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ

5. jiżdied il-forniment tal-kwalità ta’ informazzjoni

6. tiżdied il-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ fl-informazzjoni dwar iż-żgħażagħ, pereżempju, fil-preparazzjoni ta’ tixrid ta’ l-informazzjoni

Attivitajiet volontraji taż-żgħażagħ[22]

Bil-ħsieb li ntejbu ċ-ċittadinanza attiva u s-solidarjetà taż-żgħażagħ, attivitajiet volontarji għandhom ikun żviluppati, iffaċilitati, immexxija ’l quddiem u mgħarrfa fuq kull livell:

7. Iħeġġu l-iżvilupp ta’ attivitajiet volontarji għaż-żgħażagħ bil-għan li jkabbru l-għarfien tal-possibilitajiet eżistenti, ikabbru l-firxa tagħhom u jtejbu l-kwalità

8. Jagħmluha aktar faċli għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet volontarji billi jneħħu l-ostakli eżistenti

9. Jippromwovu attivitajiet volontarji bil-ħsieb li jinfurzaw is-solidarjetà taż-żgħażagħ u l-impenn tagħhom bħala ċittadini responsabbli

10. Jiġu mgħarrfa attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ bil-ħsieb li jagħrfu l-valur tal-ħliet personali tagħhom li akkwistaw u l-impenn tagħhom għas-soċjetà u r-rwol li l-attivitajiet volontarji lagħbu fejn jidħol l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol u l-ħajja adulta

Aktar fehim u għarfien taż-żgħażagħ[23]

Huwa importanti li jiġi mħeġġeġ żvilupp ta’ qasam koerenti, rilevanti u kwalitattiv fil-qasam taż-żgħażagħ fl-Ewropa u li jiġu antiċipati l-bzonnijiet tal-ġejjieni permezzz ta’ skambju ta’ djalogu u netwerks, biex b’hekk issir politika li hija f' waqtha, effiċjenti u sostenibbli:

11. Jiġi identifikat – inkluż fuq livell lokali u reġjunali – għarfien eżistenti f’oqsma ta’ prijorità taż-żgħażagħ partikolarment, parteċipazzjoni, informazzjoni u attivitajiet volontarji u miżuri li jiġu implimentati biex jissuplimentaw, jaġġornaw u jiffaċilitaw l-aċċess għal għarfien.

12. Fit-tieni stadju jiġi identifikat – inkluż fuq livell lokali u reġjunali – għarfien eżistenti f’oqsma ta’ prijorità taż-żgħażagħ bħal awtonomija, tagħlim mhux formali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, edukazzjoni u taħriġ, impjieg, intrapriża, kreattività, tranżizzjoni mill-edukazzjoni għal impjieg, inklużjoni soċjali u saħħa, u jiġu implimentati miżuri biex jissuplimentaw, jaġġornaw u jiffaċilitaw l-aċċess għal għarfien.

13. Tiġi żgurata l-kwalità, il-komparabilità u r-rilevanza ta' l-għarfien fil-qasam taż-żgħażagħ billi jintużaw metodi u għodda xierqa

14. Jiġi ffaċilitat u mmexxij ’l quddiem l-iskambju, id-djalogu u n-netwerks biex tiżgura l-viżibilità ta’ l-għarfien fil-qasam taż-żgħażagħ u jiġu antiċipati bżonnijiet fil-ġejjieni.

ANNESS 4

PROGRAMMI KOMUNITARJI RELEVANTI GĦAL POLITKA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

- Il-Fond Ewropej Soċjali jappoġġa proġetti li jimmiraw għaż-żgħażagħ, fl-oqsma ta’ impjiegi, taħriġ u inklużjoni soċjali.

- Il-programmi komunitarji ffinanzjati mill-Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp Reġjunali jkopri l-oqsma ta’ żvilupp li fihom proġetti intiżi għaż-żgħażagħ jistgħu jkunu appoġġati pereżempju mill-edukazzjoni u taħriġ, riċerka ta’ l-università, entrepreneurship, saħħa, kultura u ġenerazzjoni mill-ġdid urbana.

- Skond ir-Regolament Rurali ta’ l-Iżvilupp (KE) Nru 1257/1999 bdiewa żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minn diversi miżuri: appoġġ sakemm jibdew in-negozju tagħhom, żieda fir-rati ta’ l-għajnuna għal aktar inestimenti fil-farms agrikulturali tagħhom u l-kisba tal-ħiliet meħtieġa u t-tagħlim permezz ta’ miżura ta’ taħriġ. Dawn l-għodda huma wkoll inklużi fil-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-iżvilupp rurali għal perjodu ta’ programmar li jmiss (COM (2004) 490 finali).

- Iż-Żgħażagħ u l-programm propost taż-Żgħażagħ fl-Azzjoni se jikkontribwixxi għal Patt, b’mod partikolari dwar il-mobilità, tagħlim mhux formali u intrapriża taż-żgħażagħ, u liċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ.

- Il-Programm Integrat ta’ tagħlim matul il-ħajja kollha poġġa għanijiet ambizzjużi ġodda għal paretċipazzjoni fil-programmi Ewropej ta’ edukazzjoni u taħriġ (Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci), u għalhekk huwa strument prinċipali fl-implimentazzjoni tal-Patt.

- Il-programm iċ-Ċittadini fl-Ewropa se jagħti liċ-ċittadini, inkluż żgħażagħ, l-opportunità li jitħalltu u jesperjenzaw diversità tal-kultura, jieħdu identità Ewropea u jitjieb il-fethim reċiproku.

- Il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni se jmexxi ’l quddiem l-intrapriża.

- Il-Programm Marie Curie u l-politika integrata reali biex l-Ewropa tiġbed aktar riċerkaturi biex jappoġġaw l-inizjattivi għat-taħriġ, mobilità u żvilupp ta' karriera tar-riċerkaturi, inkluż fil-bidu tal-karriera tagħhom, u jħeġġeġ l-interess fost iż-żgħażagħ fix-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll karriera fir-riċerka.

- L-Inizjattiva Ewropea ta' l-Edukazzjoni Xjentifika tfittex li tistimula l-interess taż-żgħażagħ fix-xjenza fuq livell primarju u sekondarju billi tgħin lill-għalliema jaċċessaw u jużaw l-aqwa prattika, demonstrazzjonijiet tax-xjenza u oġġetti ta' tagħlim.

- Il-Kummissjoni tappoġġa l-attivitajiet immirati speċifikament għal inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġati – inklużi nies b’xi diżabilità, gruppi etniċi differenti, żgħażagħ nisa, u żgħażagħ minn reġjuni żvantaġġati, 'il barra jew 'il bogħod - fil-proċess li jwassal għal karriera fix-xjenza.

- Din l-Istrateġija Sostenibbli ta’ Żvilupp riveduta se tagħti attenzjoni lil edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli.

[1] Anness 1 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, Brussell, tat-22-23.3.2005 (7619/05).

[2] COM(2001) 681.

[3] ĠU C168, tat-13.7.2002

[4] COM (2005) 94.

[5] tbassir tal-popolazzjoni bbazata fuq l-2004 mill-Eurostat, b’varjant ta’ linja bażi

[6] COM (2005) 33.

[7] COM (2005) 94.

[8] do.

[9] COM(2005)12

[10] COM(2005)141

[11] Direttiva 2000/78/KE tas-27.11.2004, ĠU L303, tat-2.12.2000.

[12] COM(2005) 33.

[13] Reżoluzzjoni tal-Kunsill 9601/04 tat-28.5.2004.

[14] Kontribuzzjoni mill-ETUC, CEEP, UNICE/UEAPME tat-22.3.2005.

[15] COM(2004) 21.

[16] ĠU L 215, tad-9.8.2001.

[17] ĠU C 295, tal-5.12.2003

Reżoluzzjoni tal-Kunsill 13996/04 u 13997/04 tal-15.11.2004.

[18] COM(2004) 694.

[19] Kampanja ta’ informazzjoni li damet ħames snin madwar l-Ewropa kollha appoġġata mill-Programm ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni. www.stop-discrimination.info

[20] Reżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25.11.2003 dwar l-għanijiet komuni għal parteċipazzjoni minn u informazzjoni għaż-żagħżagħ (ĠU C 295, tal-5.12.2003).

[21] Ditto.

[22] Reżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15.11.2003 dwar l-għanijiet komuni għal attivitajiet volontarji għaż-żagħżagħ (13996/04 JEUN 89).

[23] Reżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15.11.2003 dwar l-għanijiet komuni għal attivitajiet volontarji għaż-żagħżagħ (13997/04 JEUN 90).