52005DC0152

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Mobilizzazzjoni ta' l-intelliġenza ta' l-Ewropa: li tippermetti lill-universitajiet sabiex jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall-Istrateġija ta' Lisbona. SEC(2005) 518 /* KUMM/2005/0152 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.4.2005

KUMM(2005) 152 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Mobilizzazzjoni ta' l-intelliġenza ta' l-Ewropa: li tippermetti lill-universitajiet sabiex jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall-Istrateġija ta' Lisbona. SEC(2005) 518

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Mobilizzazzjoni ta' l-intelliġenza ta' l-Ewropa: li tippermetti lill-universitajiet sabiex jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall-Istrateġija ta' Lisbona.

“It-tfittxija għall-għarfien minn dejjem kienet fil-qalba ta’ l-avventura Ewropea. Din it-tfittxija għenet sabiex tiddefinixxi l-identità u l-valuri tagħna, u hija l-forza wara il-kompetitivà tagħna fil-ġejjieni”[1].

1. l-universitajiet huma kruċjali biex JINTLAħQU L-GħANIJIET TA’ LISBONA

Fl-20 sena li ġejjin, il-paradigma ekonomika Ewropea ser tinbidel fundamentalment. Il-bażi ta’ manifattura tagħha ser ikompli jiċkien, tkabbir fil-ġejjieni u servizzi soċjali ser iserrħu dejjem aktar fuq industriji u servizzi ta' għarfien intensiv, u dejjem aktar xogħlijiet ser jitolbu kwalifiki ta’ edukazzjoni aktar għolja. Madankollu, universitajiet Ewropej[2], il-muturi tal-paradigma l-ġdida bbażata fuq l-għarfien, mhumiex f’pożizzjoni li jwasslu b’mod sħiħ il-kontribut potenzjali tagħhom għall-istrateġija ta' Lisbona mnedija mill-ġdid.

L-Ewropa għandha ssaħħaħ it-tliet pilastri tat-trijangolu ta’ l-għarfien tagħha: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. L-Universitajiet huma essenzjali fit-tlieta li huma. Li wieħed jinvesti aktar u aħjar fil-modernizzazzjoni u l-kwalità ta’ l-universitajiet huwa investiment dirett fil-futur ta’ l-Ewropa u l-Ewropej.

Dan id-dokument jistipula l-modi kif dan jista’ jintlaħaq. Għandu l-għeruq tiegħu fil-konsultazzjoni tal-partijiet interessati mnedija mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-2003 “Ir-rwol ta’ l-universitajiet fl- Ewropa ta’ l-għarfien"[3], li wasslet għal żewġ ħidmiet konsegwenti.

- riżultati tal-konsultazzjoni dwar l-aspetti tar-riċerka ġew analizzati[4] fid-dawl ta’ żewġ rapporti li jitrattaw ir-relazzjonijiet ma’ riċerka edukattiva ogħla[5] u ġew indirizzati f’konferenza kbira f'Liege, f'April 2004[6]; Il-Pjan ta’ Azzjoni li ġej dwar ir-Riċerka bbażata l-Università (dokument tewmi mal-Komunikazzjoni attwali) ser jitratta d-dimensjoni ta’ riċerka ta’ l-universitajiet;

- riżultati fuq aspetti ta’ edukazzjoni ogħla ġew analizzati[7] fil-qafas tal-programm ta’ xogħol l-"Edukazzjoni u Taħriġ 2010"[8] u diskussi fil-konferenza “Nippermettu lill-universitajiet Ewropej sabiex jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall-Istrateġija ta' Lisbona” fi Frar 2005[9];

Din il-Komunikazzjoni hija bbażata l-aktar fuq messaġġi ta’ konverġenza mill-proċess ta’ konsultazzjoni, li identifikaw tliet sfidi priniċipali għall-Edukazzjoni Ewropea ogħla: l-ilħuq ta’ kwalità ta’ livell dinji; it-tijib fit-tmexxija; u ż-żieda u d-diversifikazzjoni fil-finanzjament. L-azzjoni ssuġġerita f’dawn l-oqsma tieħu f’kunsiderazzjoni sħiħa l-prinċipju tas-sussidjarjetà fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni ogħla tagħhom.

2. żied A FL-ISFIDI

DIN I l-parti għandha tinqara flimkien mad- Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni “L-Edukazzjoni Ogħla Ewropea f'perspettiva dinjija ” li tikkumplimentaha billi tipprovdi, tispjega u tanalizza data statistika u indikaturi addizzjonali (l-aktar fis-Sezzjonijiet III u l-Anness Statistiku, tabelli 3, 4, 5, u 8).

2.1. Kapital Uman u vojt fl-innovazzjoni

Tintlaħaq l-edukazzjoni terzjarja

Filwaqt li l-Ewropa hija ċertament soċjeta b’edukazzjoni għolja, 21% biss tal-popolazzjoni ta' l-UE f'età tax-xogħol kisbet edukazzjoni terzjarja, li huwa persentaġġ konsiderevolment aktar baxx minn dak ta' l-Istati Uniti (38%), tal-Kanada (43%) jew tal-Ġappun (36%), kif ukoll tal-Korea ta’ Isfel (26%).

Aċċess għal edukazzjoni ogħla

Filwaqt li l-biċċa l-kbira ta’ l-Ewropa tħares lejn l-edukazzjoni bħala “ġid pubbliku”, reġistrazzjoni fi studju terzjarju f’partijiet oħra tad-dinja qiegħed jikber b'rata aktar qawwija u mgħaġġla - l-aktar minħabba ffinanzjar privat ogħla. B’reġistrazzjoni ta' gross medju ta' 52%, l-UE hija naqra aktar ’il quddiem mill-Ġappun (49%) iżda tiġi wara l-Kanada (59%) u sew wara l-Istati Uniti (81%) u l-Koreja t’Isfel (82%).

Eżekuzzjoni ta’ Riċerka

Filwaqt li l-UE teduka aktar gradwati fix-xjenza u t-teknoloġija u b’kollox tipproduċi aktar dotorati (PhDs), hija timpjega biss 5.5 riċerkaturi għal kull 1,000 impjegat, li huwa naqra inqas mill-Kanda u l-Korea ta’ Isfel, iżda ferm inqas mill-Istati Uniti (9.0) u l-Jappun (9.7). Żewġ stħarriġiet riċenti li enfasizzaw fuq ir-riċerka, sabu li apparti minn numru żgħir fl-Ingilterra, ma hemmx Universitajiet Ewropej fl-aqwa 20 tad-dinja u relattivament ftit, fl-aqwa 50[10]. It-tkabbir ta’ malajr ta’ l-universitajiet Ażjatiċi, kemm pubbliċi kif ukoll privati, hija ta’ sfida għall-Ewropa – u l-Istati Uniti – f’termini ta’ kanditati għad-dottorat fix-xjenza u l-inġinerija[11].

2.2. Il-Punti Dgħajfa

L-uniformità

Tendenza għall-uniformità u għall-ugwalitarjaniżmu f’bosta sistemi nazzjonali żgurat li l-kwalità medja ta’ l-universitajiet, filwaqt li hija ġeneralment l-istess, meta mqabbla, hija waħda tajba - ta' l-inqas akkademikament. Iżda hemm ukoll nuqqasijiet li joħorġu minn divrenzjar li mhux biżżejjed. Bosta universitajiet għandhom ħabta joffru l-istess programmi f’suġġett wieħed u metodi tradizzjonali mmirati lejn l-istess grupp ta’ l-aktar studenti kkwalifikati akademikament - li jwassal għall-esklużjoni ta' dawk li ma jimxux mal-mudell standard. Konsegwenzi oħra huma li l-Ewropa għandha numeu żgħir wisq ta’ ċentri ta’ eċċellenza ta’ livell dinji, u l-universitajiet mhumiex imħeġġa li jispjegaw – f’pajjiżhom u barra minn pajjiżhom – il-valur speċifiku ta’ dak li jipproduċu għall-istudenti u s-soċjetà.

Insularità

L-Edukazjoni Ogħla Ewropea għadha mfakkra – bejn pajjiżi u saħansitra fi ħdanhom – fi gruppi żgħar jew medji b’regolamenti differenti u naturalment lingwi differenti. Hemm bżonn li tkun "leġġibbli" fid-dinja jekk trid li terġa’ tilħaq il-pożizzjoni tagħha bħala l-aqwa destinazzjoni ta' studenti mobbli – privileġġ li ħaditu l-Istati Uniti fid-disgħinijiet. Għadha wkoll maqtgħuha ħafna mill-industrija, b'mobilità u taqsim ta' l-għarfien limitat. B’riżultat ta’ dan, wisq gradwati – anke fil-livell l-aktar għoli – m’għandhomx sens ta’ intraprża u l-ħiliet imfittxija mis-suq tax-xogħol. Bosta universitajiet huma dipendenti ħafna fuq l-istat u mhumiex ipreparati għal kompetizzjoni ta’ talent, prestiġju u riżorsi fuq livell dinji.

Regolamentazzjoni Żejda

Ir-regolamentazzjoni żejda tal-ħajja unversitarja tfixkel l-effiċjenza u l-modernizzazzjoni. Korsijiet definiti nazzjonalment u regoli ta’ impjieg għall-istaff akkademiku għandu ħabta jfixkel r-riforma kurrikulari u l-interdixxiplinità. Dħul inflessibbli u regoli ta’ rikonoxximent ifixklu tagħlim u mobblitia tul tal-ħajja. Kundizzjonijiet li mhux attrajenti jħeġġu lit-talent żagħżugħ biex ifittex band’ oħra għal aċċess aktar malajr ta’ indipendenza u salarji aktar sodisfaċenti. Kontroll prudenti ex ante jifixkel il-kapaċità ta’ l-unversitajiet biex jirreaġixxu b’mod mgħaġġell għall-bidliet fl-ambjent tagħhom. Meta l-bidla hija dejjem kwistjoni ta' leġiżlazzjoni, ir-riformi hemm tendenza, li jkunu ftit, ta' sfrattu u uniformi.

Nuqqas ta’ fondi

L-Universitajiet huma f'salib it-toroq ta' żewġ defiċit kbar ta' investiment fis-settur ta' l-għarfien:

- dwar ir-riċerka, il-pajjiżi ta’ l-UE jonfqu 1.9% tal-GDP filwaqt li l-Istati Uniti, l-Ġappun u l-Koreja t’Isfel huma qrib it-3% minħabba investiment ogħla fir-riċerka mill-industrija;

- dwar l-edukazzjoni ogħla, il-pajjiżi ta’ l-UE jonfqu medja ta’ 1.1% ta’ GDP, pariġġ il-Ġappun iżda ħafna inqas mill-Kanada (2.5%), l-Istati Uniti (2.7%) u l-Koreja t’Isfel (2.7%). Dan fil-biċċa l-kbira minħabba livelli ta' investiment ħafna anqas mill-industrija u d-djar privati fl-Ewropa. Li kieku l-Ewropa tlaħħaq maċ-ċifra totali ta' l-Istati Uniti, ikollha bżonn tonfoq 150 biljun euro aktar fis-sena fuq l-edukazzjoni ogħla[12].

F’termini politiċi, nuqqas ta’ fondi u dipendenza fuq finanzjament mill-istat ma jwasslux biss għal faqar relattiv tas-settur edukattiv ogħla. Il-konsegwenzi jvarjaw bejn il-pajjiżi, iżda jestendu minn rati baxxi ta’ reġistrazzjoni sa talba li ma tintlaqax, falliment biex l-istudenti jiġu ppreparati għas-suq tax-xogħol Ewropew, ftit wisq xogħlijiet ta’ għalliema/ riċerkaturi jew diffikultajiet li jiġbdu u jżommu l-aqwa talenti.

3. l-aġenda tal-modernizzazzjoni tal-qalba: ġIBDA, TMEXXIJA, GħOTI TA’ FONDI

Il-punti dgħajjfa msemmijja hawn fuq jiddependu bejn wieħed u ieħor fuq l-Istat Membru iżda għall-UE huwa kruċjali li jingħelbu kullimkien fl-Unjoni. Il-proċess ta’ konsultazzjoni wera li soluzzjonijiet jeżistu u jeħtieġu azzjoni fi tliet direzzjonijiet.

3.1. Ġibda: l-urġenza ta’ kwalità u eċċelenza

Biex wieħed ittalla’ l-kwalità u l-ġibda hemm bżonn ta’ tibdil kbir fl-universitajiet. Dawk li jmexxu dan it-tibdil fi ħdan l-universitajiet għandhom bżonn ta’ appoġġ speċifiku (inklużi l-fondi) mill-ambjent tagħhom. Universitajiet li ma jirnexxilhomx jagħmlu dawn il-bidliet – minħabba nuqqas ta’ entużjażmu, setgħa li jaġixxu jew riżorsi disponibbli – joħolqu nuqqas għalihom infushom, għall-iggradwati tagħhom u l-pajjiżi tagħhom.

3.1.1. Id- divrenzja fil-kwalità u fl-eċċellenza

Biex wieħed jimmobilizza l-intelliġenza Ewropea u jużha għall-ekonomija u s-soċjetà hemm bżonn ħafna aktar diversità milli kien hemm s’issa fir-rigward ta' gruppi fil-mira, metodi ta' tagħlim, punti ta' dħul u ħruġ, it-taħlita ta' suġġetti u kompetenzi fil-kurrikula, eċċ.

Kwalità eċċellenti tista’ toħroġ biss minn żona fejn kullimkien hemm “kultura ta’ eċċellenza”. L-eċċellenza qatt ma hija suċċess permanenti: dejjem trid tkun sfidata. Tista’ teżisti fi ftit universitajiet bħala entitjiet sħaħ, iżda teżisti b’mod aktar mifrux f’fakultajiet jew timijiet individwali fi ħdan l-istituzzjonijiet jew in-netwerks. In-natura u l-intensità tar-riċerka (bħal attivitajiet oħrajn) tvarja b’mod konsiderevoli bejn il-pajjiżi, it-tipi ta’ istituzzjonijiet u l-universitajiet individwali. Kull università għandha tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha fid-dawl tas-saħħa u tal-prijoritajiet tagħha nnifisha, u għalhekk trid tkun kapaċi tidentifika u tiffoka fuq dawn.

Dan jitlob xi konċentrazzjoni ta' l-għoti ta’ fondi, mhux biss fuq ċentri u netwerks li huma diġà eċċellenti ( b'mod partikolari it-tip/qasam ta' riċerka, tagħlim/taħriġ jew servizz komunitarju) - iżda anke fuq dawk li għandhom il- potenzjal li jsiru eċċellenti u jisfidaw lil dawk li diġà huma stabbiliti bħala entitajiet li huma minn ta’ quddiem.

3.1.2. Fatturi li jkabbru l- ġibda għall-istudenti

Aktar flessibilità u ftuħ għad-dinja fit-tagħlim

Jekk l-universitajiet għandhom isiru aktar attraenti lokalment u globalment, tinħtieġ reviżjoni kurrikulari profonda - mhux biss biex tiżgura l-ogħla livell ta' kontenut akkademiku, iżda wkoll biex twieġeb għall-bżonnijet dejjem jinbidlu tas-suq tax-xogħol. L-integrazzjoni tal-gradwati fil-ħajja professjonali, u fis-soċjetà, hija responsabilità soċjali kbira ta’ l-edukazzjoni ogħla. Bżonnijiet ta’ tagħlim biex jinkludu ħiliet transversali (bħal pereżempju xogħol f’tim u intrapriża) flimkien ma’ għarfien speċjalizzat. Hemm bżonn li aspetti Ewropej u interdixxiplinarji jissaħħu. Il-potenzjal ta’ l-ICT għandu jkun sfruttat kollu kemm hu fejn jidħol it-tagħlim, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja kollha. Il-qasma bejn il-baċellerat u il-masters tħalli post għal diversi profili ta’ programmi u metodi ta’ tagħlim (pereżempju tagħlim ibbażat fuq riċerka u l-kompetenza ta’ l-ICT).

Aċċess aktar wiesa’

B’tipi ġodda ta’ studenti, diversità akbar ta’ programmi u aktar mobilità fl-Ewropa, tħarriġ mtejjeb u konsulenza (qabel u waqt l-edukazzjoni ogħla), politika ta’ dħul flessibbli u toroq ta’ tagħlim addattat huma ta’ importanza li dejjem qiegħda tikber. Dawn huma fatturi determinanti aktar wiesa', li jappoġġjaw l-impenn ta' l-istudent u suċċess u effiċjenza dejjem akbar - sew jekk id-dħul huwa kompettitiv u sew jekk le. Sistemi ta’ għotjiet u self, akkomodazzjoni għall-but ta’ kulħadd, u xogħol part-time jew assisstentati huma wkoll importanti biex l-universitajiet jiġbdu aktar nies lejhom u jkunu aċċessibli għal studenti ta' firxa wiesgħa - u b’hekk tinkiser ir-rabta bejn in-nisel soċjali u l-ksib fl-edukazzjoni.

Komunikazzjoni aħjar

Filwaqt li l-d-dinja ta’ l-akkademiċi għandha t-tendenza li tassumi li kwalità tajba hija l-aqwa riklam għaliha nnifisha, dak li jiġbed il-bniedem jiddependi fuq perċezzjonijiet. L-iżvilupp ta’ struttura koerenti ta’ lawrei, kredits ta’ l-ECTS, is-Suppliment tad-Diploma u marki tas-siġill li huma ta’ kwalità affidabbli se jsaħħu r-rikonoxxenza tal-lawrei Ewropej. Iżda dan mhuwiex biżżejjed: l-universitajiet jeħtieġu li jikkomunikaw aħjar mas-soċjetà dwar il-valur ta’ dak li jipproduċu, u jinvestu aktar fil-viżibilità u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom kemm f’pajjiżhom u kif ukoll barra l-pajjiż. Mhux l-universitajiet kollha huma ppreparati tajjeb għal dan.

3.1.3. Fatturi għat-tisħiħ tar-riżorsi umani

Ir-riżorsi umani huma fattur tal-qofol determinanti tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u r-riċerka. Għalhekk l-univeristajiet jeħtieġu jaħdmu sabiex ikabbru l-potenzjal uman li għandhom, kemm b’ mod kwalitattiv kif ukoll b’mod kwantitattiv, billi jħajru, jiżviluppaw u jżommu t-talent fil-karriera tat-tagħlim jew ir-riċerka. L-eċċellenza tista’ toħroġ biss minn ambjent professjonali favorevoli bbażat b’mod partikolari fuq proċeduri li jseħħu fil-miftuħ, u li huma trasparenti u kompetittivi. Pożizzjonijiet battala tax-xogħol, għall-anqas għar-retturi, d-dekani, il-professuri u r-riċerkaturi għandhom ikunu rreklamati pubblikament, u fejn possibbli internazzjonalment. Ir-riċerkaturi għandhom ikunu ttrattati bħala professjonisti mill-istadji bikrija tal-karriera tagħhom[13]. Mobilità fiżika u virtwali (kemm jekk taqsam il-fruntieri kif ukoll bejn l-università u l-industrija) u l-innovazzjoni li twassal għal pereżempju żbokk li jseħħ permezz tar-riċerka universitarja għandhom ikunu mħeġġa u ppremjati[14]. Il-kumpens għandu jippremja l-kwalità u r-riżultat fir-rendiment tad-doveri kollha, inkluż sehem ta' l-introjtu minn kuntratti ta’ riċerka, konsultazzjonijiet, brevetti, eċċ. Aktar ma jgħaddi ż-żmien dawn il-miżuri għandhom iservu ta’ tisħiħ ta’ l-eċċellenza ta’ klassi dinjija fl-universitajiet Ewropej, u b’hekk inaqqsu l-qabża fl-attrazzjoni li hemm ma’ reġjuni oħra fid-dinja u jibbenefikaw lill-Ewropa kollha – permezz ta’ gradwati kkwalifikati ferm li jispostaw jew jerġgħu lura spiss għal universitajiet aktar reġjonali, kemm jekk immedjatament jew inkella aktar tard fil-karrieri tagħhom.

3.1.4. Id-Diversità teħtieġ organizzazzjoni f'livell Ewropew

L-edukazzjoni ogħla Ewropea hija u teħtieġ li tibqa’ varjata fir-rigward ta’ lingwi, sistemi ta’ kultura u tradizzjonijiet. Fl-istess waqt, kompatibilità suffiċjenti bejn ir-regolamenti nazzjonali differenti hija indispensabbli sabiex tevita li tnissel konfużjoni minflok iżżid l-opportunitajiet għall-għażla taċ-ċittadin u għall-mobilità. Ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-kompetenzi jitlob livell minimu ta’ organizzazzjoni fuq livell Ewropew fil-forma ta' riferenzi u standards li għandhom bażi komuni.

Il-ħolqien ta’ qafas Ewropew għall-kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla kien għan ewlieni tal-proċess ta’ Bolonja[15]. Jekk tiġi adottata, il-proposta ppreżentata lill-Ministri fil-laqgħa tagħhom li jmiss f’Bergen se tipprovdi riferenza komuni mhux biss għat-tipi kollha ta’ lawrei tal-baċellerat, tal-masters u d-dottorat, iżda wkoll għall-kwalifiki post-sekondarji li huma "iqsar” ibbażati fuq livell nazzjonali ta’ 120 punt ta’ l-ECTS. B’ dan il-mod tintegra fil-Qafas komprensiv ta’ Kwalifiki Ewropej (EQF) previst fl-Istrateġija ta’ Lisbona sabiex ikopri t-tipi u l-livelli kollha tal-kwalifiki[16].

Il-kwalità tiddependi primarjament minn “kultura ta’ kwalità” u garanzija interna ta’ kwalità ( quality assurance- QA) fi ħdan l-universitajiet kollha – aktar u aktar meta l-università tinsab qrib tal-fruntiera ta’ l-għarfien. Iżda r-responsabilità ta’ l-universitajiet lejn is-soċjetà titlob ukoll il-kondizzjoni ta’ sistema esterna ta’ QA. Fl-Ewropa din għandha titwettaq permezz ta’ netwerk ta’ aġenziji ta’ QA – li kull waħda minnhom għandha assenjat għaliha pajjiż/reġjun jew dixxiplina/professjoni – li jaqbel fuq xi ftit kriterji bażiċi sabiex jiħfief ir-rikonoxximent reċiproku tal-marki tas-siġill ta’ kwalità madwar l-Unjoni kollha[17]. Minbarra dawk il-ftit universitajiet li bnew l-ismijiet tal-marka tagħhom, l-universitajiet Ewropej jeħtieġu marki tas-siġill tal-kwalità bi kredibilità internazzjonali. Jekk ma jirnexxilhomx jiżviluppaw dawn it-tipi ta’ marki tas-siġill, se jkattrilhom żvantaġġ kompetittiv.

3.2. Governanza: il-ħtieġa għal sistema u ġestjoni istituzzjonali aħjar

Is-sejħa ta’ l-universitajiet għal aktar awtonomija mhijex sejħa sabiex l-istat jirtira lura: għall-kuntrarju, jeżisti kunsens kważi totali fl-Ewropa li l-istat għandu jżomm jew saħansitra jżid ir-responsabilità tiegħu għall-edukazzjoni ogħla.

L-universitajiet qegħdin isejħu għal arranġament (jew "kuntratt”) fundamentalment ġdid mas-soċjetà, li bih jidħlu responsabbli għall-programmi, l-istaff u r-riżorsi tagħhom, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jiffukaw fuq ix-xejra strateġika tas-sistema bħala entità sħiħa.

3.2.1. Tisħiħ tar-responsabilità pubblika għall-edukazzjoni ogħla bħala sistema

L-enfasi fuq ix-xejra strateġika tas-sistema bħala entità sħiħa tippermetti li l-istat iwettaq tisħiħ tar-responabilità pubblika għall-edukazzjoni ogħla fl-era ta’ l-għarfien – l-aktar billi tiddefinixxi qafas regolatorju li fi ħdanu x-xejra strateġika magħquda ma’ l-awtonomija u d-diversità twassal għal aċċess usa’ u kwalità ogħla.

F’bosta pajjiżi dan it-tisħiħ ifisser strateġija ġdida fil-Ministeri, b’inqas kontrolli ex-ante u kontabilità ex post aqwa ta’ l-universitajiet għall-kwalità, effiċjenza u l-kisba ta’ għanijiet miftiehma. L-ebda waħda minnhom ma’ tista tinkiseb mingħajr taħriġ li huwa wiesa’ fil-firxa tiegħu, sabiex jippermetti lill-mexxejja ta’ l-universitajiet sabiex ifasslu l-bidla u jimplimentaw il-ġestjoni tagħha b’mod strateġiku u f’perspettiva Ewropea/internazzjonali.

3.2.2. Qagħda li tippermetti strateġiji ta’ modernizzazzjoni istituzzjonali

Il-biċċa l-kbira ta' l-universitajiet iħossu li r-regolamenti nazzjonali tagħhom attwalment ma jippermettulhomx li jwettqu l-bidliet meħtieġa għall-ġejjieni tagħhom. F’ambjent miftuħ, kompetittiv u dinamiku, l-awtonomija hija pre-kondizzjoni għall-universitajiet sabiex ikunu kapaċi jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tas-soċjetà li qegħdin jinbidlu u sabiex jassumu responsabilità sħiħa ta’ dawn ir-reazzjonijiet.

L-universitajiet għandhom ikunu responsabbli għal:

- tfassil ta’ prioritajiet speċifiċi li jifirxu fuq medda medja ta’ żmien (li jinkludi li jiddefinixxu tipi/oqsma ta’ riċerka, tagħlim u servizzi li fihom se jiksbu kwalità eċċellenti) u l-mira ta’ l-isforz kollettiv ta’ l-istaff tagħhom lejn il-kisba ta’ dawn il-prijoritajiet;

- ġestjoni u żvilupp tar-riżorsi umani (cf Taqsima 3.1.3);

- definizzjoni tal-kurrikuli tagħhom – soġġetti għall-QA intern u skond il-prinċipji komuni tal-Qasam ta’ l-Edukazzjoni Ogħla Ewropea;

- twettiq ta’ ġestjoni professjonali tal-faċilitajiet tagħhom (il-pussess, it-tmexxija, u l-iżvilupp tagħhom), tar-riżorsi finanzjarji (inklużi baġits, investiment u self) u komunikazzjoni esterna (jibnu d-dehra tal-marka).

3.3. Għoti ta’ Fondi: il-ħtieġa ta’ investiment akbar u aktar effiċjenti fl-investiment

Meta wieħed iqis it-tul ta’ żmien ta’ l-istudju, ir-rati għolja ta' waqfien mill-istudju u/jew il-qgħad tal-persuni ggradwati, li tinvesti aktar fis-sistema attwali tista’ tidher bħala azzjoni li mhijex produttiva, jew saħansitra li taħdem kontra l-produttività. Minkejja dan, nuqqas ta’ fondi magħquda flimkien mar-riġiditajiet tas-sistema huma tant gravi f’ċerti pajjiżi, li jxekklu l-proċess ta’ riforma fl-universitajiet, li b’hekk jinqabdu f'ċirku vizzjuż.

Sabiex jattiraw aktar għoti ta’ fondi, l-universitajiet l-ewwel jeħtiġu li jikkonvinċu l-partijiet interessati – il-gvernijiet, il-kumpaniji, l-unitajiet tad-djar – li r-riżorsi li għandhom bħalissa qegħdin jintużaw b’ mod effiċjenti u li riżorsi ġodda se jipproduċu valur miżjud għalihom. Għoti akbar ta’ fondi ma jistax ikun iġġustifikat mingħajr bidla profonda: il-ġustifikazzjoni ewlenija u l-ewwel għan għal investiment ġdid huma li jipprovdu għal bidla ta' dan it-tip.

3.3.1. Prijoritajiet ta' investiment għall-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjooni ogħla

Messaġġ akbar mill-universitajiet huwa li riformi tal-firxa ta’ dawk meħtieġa fl-Ewropa ma jistgħux jiddaħħlu b’mod sostenibbli mingħajr riżorsi ġodda (li huma mmirati)[18]. Dawn ir-riformi jeħtieġu l-kondizzjoni ta’ ħin speċifiku ta’ l-istaff, taħriġ, żvilupp ta’ l-ICT (Teknoloġiji ta’ l-Informatika u l-Komunikazzjoni), eċċ. u għalhekk fondi speċifiċi – li jiżdiedu ma’ dawk li diġà jeżistu għall-attivitajiet li għaddejja.

Għoti ta’ fondi ulterjuri għandu primarjament jipprovdi inċentivi u mezzi lil dawk l-universitajiet (jinsabu f’kull sistema) u dawk il-gruppi/individwi (jinsabu f’ kull università) li għandhom ir-rieda u huma kapaċi li jwettqu innovazzjoni, jirriformaw u jrendu kwalità għolja fit-tagħlim, ir-riċerka u s-servizzi. Dan jitlob kondizzjoni ta’ aktar għoti ta’ fondi fir-riċerka li huwa bbażat fuq kompetizzjoni u aktar għoti ta’ fondi fl-edukazzjoni li huwa relatat mar-riżultat.

3.3.2. Kontribuzzjonijiet mill-istudenti u mill-industrija

Id-dibattitu fuq ir-redditi soċjali u privati mill-edukazzjoni ogħla enfasizza r-rwol tiegħu ta’ investiment li jibbenefika kemm lill-individwu (permezz ta’ status u introjtu akbar) u kif ukoll lis-soċjetà bħala entità sħiħa (permezz ta’ rati ogħla ta’ impjieg, anqas spejjeż soċjali u rtirar aktar tard[19]. Ġie ppruvat li waħidha, edukazzjoni ogħla mingħajr ħlas mhijiex biżżejjed biex tagħti garanzija għal aċċess ugwali u għal numru massimu ta’ reġistrar. Dan jitfa’ f’dawl ġdid il-kwistjoni diskussa ta’ spiss ta’ tagħlim bla ħlas. Fil-konsultazzjoni, dawk l-universitajiet li jsostnu fuq miżati ogħla ssuġġerew li benefiċċju akbar se jkun kwalità ogħla ta’ edukazzjoni. Xi analisti jenfasizzaw ukoll li l-miżati tat-tagħlim jistgħu fil-fatt jipprovdu aċċess aħjar għall-istudenti li ġejjin minn gruppi li għandhom introjtu baxx jekk il-fondi inkrimentali jkollhom jiġu rriċiklati f'sistema tajba ta' għajnuna għall-istudent[20]. Meta wieħed iqis id-differenzi bejn sistemi nazzjonali, ma jistax ikun hemm reazzjoni uniformi għal din il-lwistjoni: kull Stat Membru jeħtieġ li jagħżel l-aktar strateġija adatta għaċ-ċirkostanzi tiegħu.

L-universitajiet Ewropej jeħtieġu wkoll isiru msieħba aktar attraenti għall-industrija. Sħubija li ddum fiż-żmien hija kondizzjoni għal skambji strutturati ta’ staff u għal żvilupp tal-kurrikulu li jirreaġixxi għall-ħtieġa ta’ l-industrija għall gradwati u riċerkaturi li huma mħarrġa tajjeb. Iżda l-iżvilupp ta’ taħriġ/taħriġ mill-ġdid rilevanti kummerċjali, ir-riċerka u s-servizzi ta’ konsultazzjoni jeħtieġu investiment mifrux fuq numru ta’ snin qabel ma dawn l-attivitajiet ikunu kapaċi jiffinanzjaw lilhom innifishom – aktar u aktar jekk is-sussidji pubbliċi jitnaqqsu b' mod korrispondenti. Dan ifisser li l-iżvilupp ta’ sħubija sostenibbli ma’ l-industrija jista’ kwazi jorbot (għall-anqas, fil-bidu) fuq id-disponibilità ta’ inċentivi tat-taxxa.

4. prijoritajiet għall-azzjoni

Id-direzzjonijiet ewlenin għall-modernizzazzjoni ta’ l-universitajiet fl-Ewropa ġew identifikati. Il-ministri se jirfinawhom fil-laqgħa li jmiss f’Bergen fi ħdan il-proċess ta’ Bolonja. Fi ħdan l-Istrateġija ta’ Lisbona, il-priorità issa għandha tkun azzjoni immedjata magħmula minn tiżwiqa ta' inizjattiva ta' l-università, azzjonijiet nazzjonali li jippermettu lill-università tadatta ruħha u appoġġ Ewropew.

4.1. Liberazzjoni tal-potenzjal ta’ l-universitajiet fi ħdan il-kuntest nazzjonali

Ir-riformi ta’ l-istatus ta’ universitajiet, organizzazzjoni jew għoti ta' fondi interni diġà twettqu minn bosta Stati Membri. Minkejja dan, l-Istrateġija ta' Lisbona, tqiegħed sfidi quddiem il-gvernijiet biex iwettqu aktar minn hekk billi jistabbilixu sħubija ġdida ma' l-universitajiet , jitilqu minn kontroll ta' l-istat sabiex jersqu lejn responsabilità tas-soċjetà, u jinvestu fil-modernizzazzjoni tal-qasam ta’ l-għarfien.

4.1.1. Iħeġġu l-kapaċita' fl-universitajiet biex dawn jinbidlu

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni ħalli jiżguraw li l-oqfsa regolatorji jippermettu u jħeġġu kpaċità ta’ tmexxija mill-università sabiex twettaq bidla ġenwina u tfittex il-kisba ta’ prioritajiet strateġiċi.

Oqfsa ta’ dan it-tip għandhom ikopru tliet aspetti essenzjali:

- Regolamenti u inċentivi għal modernizzazzjoni ta’ sistema fi ħdan il-kuntest Ewropew, bħal pereżempju ir-riformi konġuniti ta’ Bolonja u l-aġġustament għal riferenzi komuni definiti fil-livell ta’ UE, pereżempju għall—QF, il-validazzjoni ta’ tagħlim li mhuwiex formali, il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-reklutaġġ jew il-kostruzzjoni ta’ akkreditazzjoni QA b’kredibilità Ewropea;

- Ftehimiet multiannwali bejn l-istat/ir-reġjun u kull università, li jistipulaw għanijiet strateġiċi miftiehma, l-impenn tat-tmexxija ta’ l-università sabiex jilħquhom, u l-ammont ta’ għoti ta’ fondi pubbliku fiss jew kontinġenti li se jkun ipprovdut.

- Il-ħila li titħeġġeġ is-setgħa fl-universitajiet b’mod effettiv sabiex jieħdu u jimplimentaw deċiżjonijiet permezz ta’ tim ta’ tmexxija b’awtorità u kapaċità ta’ ġestjoni suffiċjenti, li ilu żmien biżżejjed imexxi u b’esperjenza Ewropea/internazzjonali vasta. Dan huwa aktar u aktar importanti meta wieħed iqis ir-rabta bejn il-kwalità ta' tmexxija ta' l-universitajiet u r-riżultati li jiksbu[21].

4.1.2. Żgurat livell suffiċjenti fl- għoti ta' fond totali.

Responsabilità pubblika ewlenija hija dik li tiżgura li l-ebda sistema ta’ edukazzjoni Ewropea ogħla fl-Ewropa ma titħalla lura minħabba nuqqas ta’ riżorsi totali suffiċjenti. L-UE ma għandhiex il-ħtieġa li tirreplika s-sistema ta’ l-Istati Uniti, fejn il-kompetizzjoni għal protagonisti akademiċi wasslet għal inflazzjoni tas-salarju. Iżda l-Kummissjoni tistima li anki f’sistema modernizzata ta’ università, investiment totali ta’ xi 2% tal-PGD (cf. L-Istati Uniti: 2.7%) huwa l-minimu bħala kondizzjoni mitluba minn ekonomiji li huma intensivi fl-għarfien.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi fuq livell nazzjonali fil-ministeri kollha sabiex jagħrfu l-fatt li d-defiċit aħrax fl-għoti ta' fondi fl-edukazzjoni ogħla huwa l-kondizzjoni li tinsab fil-qalba sabiex tintlaħaq l-Istrateġija ta' Lisbona. Minkejja dan, it-taħlita ta’ pubbliku u privat, u ta’ għoti ta' fondi kompetittiv u relatat mar-riżultat, se jibqa’ differenti minn pajjiż għall-ieħor, meta wieħed iqis id-diversità kbira ta’ kulturi, ekonomiji u tradizzjonijiet ta' l-universitajiet.

Li jidher ċar hu li l-universitajiet Ewropej jeħtieġu jattiraw sehem ħafna akbar ta’ għoti ta’ fondi mill-industrija; iżda jridu jagħrfu li dan se jseħħ biss fi sħubija fejn iż-żewġ naħat isibu interess, u jibdew iħejju lilhom innifishom għal aktar minn dawn it-tipi ta’ sħubija.

Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li r-regoli fiskali jippermettu u jħeġġu sħubija bejn negozji u universitajiet, u li l-universitajiet kapaċi jużaw dawn il-fondi b'tali mod li jipprovdu saħħa kontinwa.

Teżisti firxa wiesgħa ta’ possibilitajiet bejn iż-żewġ poli ta’ edukazzjoni b’xejn appoġġata mill-għoti ta’ fondi u tagħlim b’miżata mħalssha sħiħa. Fi kwalunkwe każ il-prinċipju ta’ opportunità ugwali jrid ikun żgurat. Fil-każi fejn miżati tat-tagħlim huma introdotti, parti sostanzjali tal-fondi għandha terġa’ titqassam mill-ġdid bħala għotja/self kontinġenti fuq id-dħul mmirata/mmirat sabiex jagħti garanzija ta' aċċess għall-kulħadd, u bħala boroż ta' studju relatati mal-prestazzjoni li għandhom l-għan li jħeġġu l-eċċellenza. Miżati u sistemi ta’ għoti ta’ flus differenzjali jistgħu jintużaw sabiex jiżguraw l-attrattività ta’ korsijiet bl-akbar valur soċjali, pereżempju sabiex jipprevjenu nuqqasijiet ta’ sengħa f’ċerti oqsma u qgħad ta’ l-iggradwati f’oqsma oħra. Din is-sistema trid tasal sal-punt li tikkompensa ċerti kategoriji billi tittrattahom bħala professjonisti fit-taħriġ, pereżempju riċerkaturi li għadhom jibdew il-karriera li qegħdin ilestu PhD.

Il-Kummissjoni tistieden l-Istati membri sabiex jikkonsidraw jekk il-mudell attwali tagħhom ta’ għoti ta’ fondi (Kemm b’miżati sostanzjali tat-tagħlim, għoti ta’ flus u/jew self, kif ukoll mingħajrhom) effettivament jagħtix garanzija ta’ aċċess ġust lill-istudenti kkwalifikati kollha għall-massimu tal-kapaċitajiet tagħhom.

4.2. Inwieġbu għas-sejħa ta’ l-universitajiet għall-aktar appoġġ mill-Ewropa

Riformi u għoti ta’ fondi huma primarjament ir-responsabilità ta’ l-istat, ir-reġjuni u l-univesitajiet f’ kuntest nazzjonali. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha l-għan li tirreaġixxi għas-sejħa min-naħa ta’ l-universitajiet għall-aktar appoġġ mill-Ewropa fi tliet modi ewlenin.

4.2.1. L-immobilizzar tas-sorsi kollha ta’ għoti ta’ fondi ta’ l-UE għall-modernizazzjoni ta’ l-universitajiet

L-edukazzjoni ogħla mhijiex biss it-total ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-attivitajiet ta’ riċerka li għandha. Hija wkoll qasam ekonomiku u soċjali fundamentali fiha nnifisha, fil-ħtieġa ta’ riżorsi sabiex jitqassmu mill-ġdid. L-UE appoġġat il-proċess ta’ konverżjoni ta’ oqsma bħall-industrija ta’ l-azzar jew l-agrikoltura; issa qiegħda tħabbat wiċċha mad-dmir fundamentali li timmodernizza l-“industrija ta’ għarfien” tagħha u b’mod partikolari l-universitajiet tagħha.

Iżda l-edukazzjoni ogħla mhijiex attwalment fost il-benefiċarji ewlenija tal-fondi strutturali Ewropej u s-self tal-Bank Ewropew għall-Investiment. Iżda, għoti ta' fondi b’ mod konġunt jew self mifrux fuq medda twila ta’ żmien jistgħu jagħmluha ħaġa possibbli li titnaqqas jew tinfirex fuq tul ta’ żmien l-ispiża ta’ investiment fl-edukazzjoni ogħla, kemm jekk għal infrastrutturi, programmi ta’ taħriġ jew poli xjentifiċi reġjonali tanġibbli kif ukoll għal dawk li mhumiex tanġibbli.

Għalhekk il-Kummissjoni tistieden l-Istati Membri sabiex jagħmlu l-aktar użu sħiħ possibbli mill-istrumenti finanzjarji ta' l-UE sabiex jiżviluppaw il-qasam ta' għarfien tagħhom. Fondi ta' żvilupp strutturali u rurali joffru possibilitajiet sabiex iħeġġu l-modernizzazzjoni ta' l-edukazzjoni ogħla permezz ta' miżuri settorjali. Edukazzjoni ogħla hija wkoll qasam ta’ priorità għall-Bank Ewropew għall-Investiment u espansjoni ulterjuri tas-self tiegħu hija mixtieqa.

4.2.2. Tisħiħ tal-kooperazzjoni fi ħdan "Edukazzjoni u Taħriġ 2010”

Il-programm ta’ ħidma "Edukazzjoni u Taħriġ” jagħraf l-importanza estrema tal-modernizzazzjoni fl-edukazzjoni ogħla[22] – minbarra r-riformi li intalbu fil-proċess ta’ Bolonja li. a fortiori, huma importanti wkoll għall-kisba ta’ l-Għanijiet ta’ Lisbona.

Il-Kummissjoni se tagħmel użu sħiħ mill-għodod kollha disponibbli fil-programm ta’ ħidma sabiex l-isforzi ta’ l-Istati Membri sabiex jimmodernizzaw l-universitajiet tagħhom, tabilħaqq jitwettqu, pereżempju billi tappoġġa skambju ta’ l-aqwa prassi, stħarriġ u studji, tagħlim reċiproku bejn dawk li jfasslu l-politika, eċċ. Analiżi ta’ indikazzjoni tista’ tgħin ukoll sabiex tkejjel ir-rendiment f’termini ta’ għoti ta’ fondi u riżultati[23], iżda l-Kummissjoni ma tipproponix parametri speċifiċi ta’ indikazzjoni fl-edukazzjoni ogħla.

Il-Programm Integrat għat-Tagħlim li jissokta matul il-Ħajja[24] propost għall-2007-2013 se jkun marbut ukoll aktar mill-qrib mal-prioritajiet ta’ politika ta’ l-Unjoni, b’ mod partikolari billi jħeġġeġ il-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-università u l-industrija.

Żewġ għanijiet ewlenija għall-2006 huma li jiġi adottat il-Qafas Ewropew ta’ Kwalifiki (EQF) ippjanat u li tibda l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni fuq l-garanzija tal-kwalità (ladarba din tiġi adottata) li tintroduċi għodod ġodda importanti, bħal pereżempju reġistru Ewropew ta’ aġenziji li jilħqu l-istandards definiti f’livell Ewropew[25]. Il-Kummissjoni qiegħda tippjana wkoll li tappoġġa numru ta’ inizjattivi ta’ akkreditazzjoni mifruxin madwar l-UE f’dixxipplini speċifiċi fl-2005.

4.2.3. Investiment fil-kwalità/fl-eċċellenza li tispikka

Il-Kummissjoni timmira li tirreaġixxi għas-sejħa li tinvesti aktar sforzi u flus fil-kwalità li tispikka, u fl-istess waqt tiżgura li l-isfond li minnu titnissel l-eċċellenza jibqa' miftuħ u fertili madwar l-Unjoni kollha. Żewġ kondizzjonijiet ewlenin għas-suċċess huma li tingħeleb l-insularità u li jingħata appoġġ lil reġjunijiet anqas avvanzati sabiex jibnu kwalità għolja f’tipi/oqsma speċifiċi ta’ attivitajiet.

Priorità ewlenija se tkun skejjel u netwerks postgraduate /għad-dottorat ta’ kalibru Ewropew u dinji, fil-funzjoni doppja tagħhom bħala l-quċċata ta' l-edukazzjoni ogħla u l-ewwel stadju fil-karriera għar-riċerkaturi. Il-Kummissjoni se teżamina l-possibilità li tipprovdi aktar appoġġ lil dawn it-tip ta’ skejjel u lill-istudenti/lir-riċerkaturi tagħhom, sakemm jilħqu ċerti kriterji bħal: massa kritika; kapaċità ta’ interdixxpilina; dimensjoni Ewropea b’saħħitha; sostenn minn awtoritajiet reġjonali/nazzjonali u involviment dirett mill-industrija; oqsma ddikjarati ta’ eċċellenza li huma identifikati. Appoġġ speċifiku jista’ jkun previst għal dottorati konġunti jew “Ewropej” u għall-garanzija ta’ kwalità jew akkreditazzjoni fil-livell ta’ dottorat.

Il-programm Marie-Curie għall-iżvilupp tal-karriera u l-mobilità tar-riċerkaturi[26] jew l-Istitut Ewropew ta’ l-Università ġo Firenze (fejn il-Kummissjoni se tappoġġa programm pilota tal-post-dottorat) diġà jipprovdu appoġġ sinifikanti f’dan il-livell.

Il-Kummissjoni qiegħda tesplora triqat sabiex tmexxi ’l quddiem il-proposta tagħha għal Istitut Ewropew tat-Teknoloġija. Teħtieġ li tgħaqqad flimkien reputazzjoni ta’ klassi dinjija ċara b’identità Ewropea u li għandha tabilħaqq l-għarfien bħala l-qofol għal tkabbir u għal xogħlijiet. Għandha tkun ibbażata fuq netwerk li jgħaqqad flimkien l-aqwa mħuħ u kumpaniji u li jxandar l-innovazzjoni madwar l-Ewropa kollha.

4.3. Sostenn meħtieġ għal azzjoni urġenti

Din il-Komunikazzjoni se tkun ikkomplementata mill- Pjan ta’ Azzjoni fuq ir-Riċerka bbażata fl-Università[27] tal-Kummissjoni li se jseħħ dalwaqt. Flimkien, dawn iż-żewġ dokumenti se joħolqu opportunità f’waqtha li tiżgura li l-modernizzazzjoni ta’ l-universitajiet tirċievi priorità adattata fl-istrumenti finanzjarji u politiċi ta’ l-UE għall-perjodu 2007-2013.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill sabiex jadotta Riżoluzzjoni li tagħti sostenn għas-sejħa tagħha ta’ tip ġdid ta’ sħubija bejn l-istat u l-universitajiet u għal investiment suffiċjenti sabiex iħeġġeġ il-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni ogħla. Il-Kummissjoni tispera wkoll li l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew se jappoġġaw b’mod espiċitu l-aġenda għall-bidla deskritta fil-qosor f’din il-Komunikazzjoni.

[1] L-Analiżi f’Nofs it-Terminu ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, COM(2005) 24 tat-2 ta’ Frar 2005 (§ 3.3.2).

[2] It-terminu “universitajiet” huwa wżat biex ifisser l-istituzzjonijiet kollha ta' edukazzjoni ogħla.

[3] COM (2003) 58 tal-5 ta' Frar 2003.

[4] http://europe.eu.int/comm/research/conferences/2004/univ/pdf/univ_outcome_consult_en.pdf

[5] Mill-grupp espert STRATA-ETAN, Ottubru 2002 u Novembru 2003.

[6] http://europa.eu.int/comm/research/conferences/2004/univ/index_en.html

[7] http://europa.eu.int/comm/education/policies/2010/consultation_en.html

[8] Id-Dokument tal-Kunsill 6365/02 ta’ l-20 ta’ Frar 2002.

[9] http://europa.eu.int/comm/education/policies/2010/lisbon_en.html

[10] Stħarriġ mill-Università ta' Shanghai Jiao Tong, http://ed.sjtu.edu.cn/ranking.htm u mis-“Suppliment ta’ Edukazzjoni Ogħla” tat-Times tal-5 ta’ Novembru 2004.

[11] Stħarriġ ta’ dħul ta’ gradwati internazzjonali, il-Kunsill ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Iskejjel tal-Gradwati, Diċembru 2004.

[12] Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, § 44.

[13] Cf. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Karta għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, COM(2005)576 tal-11 ta’ Marzu 2005

[14] Cf. idem.

[15] Cf. Komunika tal-Ministri, Berlin, tad-19 ta’ Settembru 2003, http://www.bologna-bergen2005.no

[16] Rapport Interim Konġunt, dokument tal-Kunsill 7905/04 tat-3 ta’ Marzu 2004, § 231.

[17] L-abbozz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-QA fl-Edukazzjoni Ogħla, COM (2004)642 tat-12 ta’ Ottubru 2004, jibni preċiżament fuq dan il-prinċipju.

[18] Cf. Konsultazzjoni tal-Partijiet Interessati u stħarriġ Xejriet IV tar-riformi ta’ Bolonja, EUA, ta’ Marzu 2005.

[19] Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff, it-Taqsima II.

[20] Konferenza ta’ l-10 ta’ Frar 2005, sessjonijiet fuq l-għoti ta’ fondi.

[21] Konferenza ta’ l-10 ta’ Frar 2005, sessjonijiet fuq l-għoti ta’ fondi.

[22] Rapport Interim Konġunt, § 1.1.2.

[23] Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff, it-Taqsima IV.

[24] Cf. COM (2004) 474 ta’ l-14 ta' Lulju 2004.

[25] Cf. COM (2004) 642 tat-12 ta' Ottubru 2004.

[26] http://europa.eu.int/comm/research/fp6/mariecurie-actions/action/fellow_en.html

[27] Pjan ta’ Azzjoni fuq ir-Riċerka bbażata fl-Università, l-aktar bbażata fuq ir-Rapport mill-Forum dwar ir-Riċerka bbażata fl-Università