52005DC0097

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew - Regolamentazzjoni aħjar għat-Tkabbir u għall-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea {SEC(2005) 175} /* KUMM/2005/0097 finali */


Brussel 16.3.2005

KUMM(2005) 97 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW

Regolamentazzjoni aħjar għat-Tkabbir u għall-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea

{SEC(2005) 175}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW

Regolamentazzjoni aħjar għat-Tkabbir u għall-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea

L-isfidi quddiem l-Unjoni Ewropea u li ġew identifikati fit-tieni tnedija ta' l-Istrateġija ta' Liżbona issa saru magħrufa ferm. Huwa ħafna aktar diffiċli li l-UE tilqa' dawn l-isfidi minħabba l-ħidma ekonomika diżappuntanti tagħha, u dan wassal lill-Kummissjoni sabiex tipproponi li t-tkabbir u l-impjiegi jsiru l-punt fokali ta' l-istrateġija aġġornata ta' Liżbona. It-tkabbir u l-impjiegi mhumiex ser jitħarrku jekk wieħed jibqa' għaddej kif kien qabel. L-UE u l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżviluppaw aktar l-istrateġija tagħhom lejn ir-regolamentazzjoni sabiex jiżguraw li l-ħarsien ta' l-interessi pubbliċi jinkiseb b'mod li jappoġġa u li ma jfixkilx l-iżvilupp ta' l-attività ekonomika.

L-Unjoni Ewropea, matul is-snin, żviluppat korp sofistikat ta' leġiżlazzjoni li jkompli jwassal għal żvilupp ekonomiku, ħarsien ambjentali u titjib ta' l-istandards soċjali, notevolment permezz tat-tlestija tas-suq intern. Mal-progress li qed isir fil-kisba ta' dawn l-għanijiet, sar ukoll ċar li l-mod li bih nirregolaw għandu impatt konsiderevoli fuq jekk inwettqux dawn l-għanijiet b'mod effiċjenti. Il-politika għal regolamentazzjoni aħjar ta' l-UE hija mmirata lejn it-titjib tar-regolamentazzjoni, it-tfassil aħjar tar-regolamentazzjoni sabiex jiżdiedu l-benefiċċji għaċ-ċittadini, u sabiex jissaħħu r-rispett u l-effettività tar-regoli, u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ekonomiċi – bi qbil mal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' sussidjarjetà ta' l-UE.

Fil-kuntest ta' Strateġija ta' Liżbona mġedda, iffokata din id-darba fuq it-tkabbir u l-impjiegi, il-Kummissjoni stqarret il-ħsieb tagħha li tagħti bidu għal inizjattiva komprensiva sabiex tiżgura li l-qafas regolatorju fl-UE jlaħħaq mal-ħtiġijiet tas-seklu wieħed u għoxrin. Din l-inizjattiva tibni fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni ta' l-2002 għal regolamentazzjoni aħjar u ssaħħaħ il-mod li biħ ir-regolamentazzjoni aħjar tikkontribwixxi għall-kisba tat-tkabbir u għall-impjiegi filwaqt li jibqgħu jitqiesu l-għanijiet soċjali u ambjentali u l-benefiċċji għaċ-ċittadini u amministrazzjonijiet nazzjonali f'termini ta' ggvernar imtejjeb.[1] Dan ifisser ukoll li, kemm għal-leġiżlazzjoni eżistenti, kif ukoll għal inizjattivi ġodda ta' politika, l-intervent tal-leġiżlatur għandu jibqa' fi proporzjon ma' l-għanijiet politiċi li jrid jilħaq. Il-Komunikazzjoni preżenti tagħti bidu għall-inizjattiva mħabbra fl-evalwazzjoni tat-terminu medju u, filwaqt li tiżgura l-koerenza ma' l-azzjoni kurrenti għal regolamentazzjoni aħjar, tipproponi tliet toroq ta' azzjoni ewlenin:

- Permezz ta' promozzjoni aħjar ta' l-għodod ta' tfassil u applikazzjoni ta' regolamentazzjoni aħjar fuq il-livell ta' l-UE, notevolment fejn huma involuti l-valutazzjonijiet ta' impatt u s-simplifikazzjoni.

- Permezz ta' ħidma aktar mill-qrib ma' l-Istati Membri sabiex ikun żgurat li l-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar ikunu applikati b'mod konsistenti ma' l-UE mir-regolaturi kollha. L-azzjoni fuq il-livell ta' l-UE biss mhix se tkun biżżejjed: it-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE mill-Istati Membri u l-inizjattivi nazzjonali regolatorji għandhom effett dirett ukoll, mhux biss fuq amministrazzjonijiet nazzjonali u fuq iċ-ċittadini, iżda wkoll fuq l-impriżi, partikolarment dawk żgħar u ta' daqs medju, mill-UE kollha.

- Permezz tat- tisħiħ tad-djalogu pożittiv bejn ir-regolaturi kollha fuq il-livelli ta' l-UE u tal-pajjiżi membri u ma' min għandu interess partikolari.

1. INTRODUZZJONI

A. Regolamentazzjoni aħjar hija kruċjali għall-promozzjoni tal-kompetittività, kemm fuq livell ta' l-UE kif ukoll fl-Istati Membri

Matul l-aħħar ftit snin, mexxejja Ewropej u l-Kummissjoni enfasizzaw aktar bil-qawwi t-titjib fl- ergonomija ta' l-ambjent regolatorju ta' l-UE sabiex dan isir aktar effettiv. Firxa ta' inizjattivi ngħataw bidu mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sabiex il-leġiżlazzjoni eżistenti tkun kodifikata, kkonsolidata u ssimplifikata u sabiex ikunu evalwati b'mod aħjar l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' proposti regolatorji ġodda.

Din il-Komunikazzjoni hija azzjoni diretta ta' segwitu għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu[2], u għandha bħala punt fokali t-titjib tal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali b'inkoraġġiment għall-kompetittività Ewropea sabiex b'hekk jiġu stimolati t-tkabbir u l-impjiegi. Fil-fatt, regolamentazzjoni aħjar, li tinvolvi l-assikurazzjoni tal-kwalità tal-qafas regolatorju, toffri opportunitajiet fejn jaqbillu kulħadd. Regolamentazzjoni aħjar se tgħin sabiex l-Unjoni Ewropea ssir post aktar attraenti mhux biss għall-investiment iżda wkoll għaċ-ċittadini li jaħdmu fiha minħabba li għandha impatt pożittiv sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet ta' qafas għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-produttività permezz tat-titjib tal-leġiżlazzjoni. Din toħloq l-inċentivi meħtieġa għall-kummerċ, tnaqqas l-ispejjeż mhux meħtieġa u tneħħi x-xkiel għall-adattabilità u l-innovazzjoni. Tiżgura wkoll iċ-ċertezza legali, u b'din, l-applikazzjoni u l-infurzar effiċjenti ma' l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Ukoll, tippermetti li l-għanijiet soċjali u ambjentali jinkisbu mingħajr spejjeż amministrattivi sproporzjonati. Flimkien ma' l-azzjoni ta' l-UE, l-Istati Membri għandhom ukoll isegwu l-inizjattivi tagħhom għal regolamentazzjoni aħjar.

Din il-Komunikazzjoni hija maħsuba sabiex tqanqal u ttejjeb l-għarfien politiku dwar l-importanza ta' l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-2002 tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar[3] minħabba li huwa meħtieġ impenn kollettiv, mhux biss mill-Kummissjoni u/jew mill-leġiżlaturi ta' l-UE, li huma diġà kkonfermati minn Ftehim Interistituzzjonali (ara hawn taħt), iżda wkoll, b'mod speċjali, mill-Istati Membri nfushom, li se jkollhom juru l-impenn ċar tagħhom għal prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar permezz tal-Programmi Nazzjonali ta' Liżbona (pjanijiet ta' azzjoni).

Dan l-impenn fuq il-livelli kollha huwa assolutament essenzjali. Il-kwalità ta' l-ambjent regolatorju Ewropew ma jiddependix biss fuq dak li jsir fuq livell ta' l-UE. Ftehimiet internazzjonali jinfluwenzaw il-leġiżlazzjoni ta' l-UE, u fil-fatt, ġewwa suq intern kull regola - ta' l-UE jew nazzjonali - għandha l-potenzjal li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi ta' kwalunkwe impriża jew ċittadin ta' l-UE. Jeħtieġ rispons komprensiv.

Għalhekk, sabiex ikun garantit li l-leġiżlazzjoni titfassal u titwettaq b'mod effiċjenti, taħt strateġija komuni, l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom fil-promozzjoni ta' regolamentazzjoni aħjar, filwaqt li jissegwew azzjonijiet eżistenti fuq livell ta' l-UE, sabiex il-kwistjoni tkun indirizzata b'mod komprensiv.

B. L-Istituzzjonijiet kollha għarfu l-importanza

Ftehim Interistituzzjonali (IIA) dwar Leġiżlazzjoni Aħjar[4], li dwaru sar qbil f'Diċembru 2003 minn tliet istituzzjonijiet ta' l-UE (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni), jistabbilixxi strateġija komuni għal leġiżlazzjoni aħjar fil-proċess kollu leġiżlattiv ta' l-UE. Filwaqt li tfakkar l-impenji meħuda mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, l-IIE jelenka l-impenji tal-Parlament u tal-Kunsill lejn leġiżlazzjoni aħjar. L-elementi ewlenin jinkludu t-titjib tal-koordinazzjoni u t-transparenza interistituzzjonali, il-provvista ta' qafas sod għal strumenti ta' 'liġi flessibbli'[5] li għandhom jiffaċiltaw l-użu tagħhom fil-ġejjieni, iż-żieda ta’ l-użu tal-valutazzjonijiet ta' l-impatt fit-teħid Komunitarju tad-Deċiżjonijiet, u l-modifika mill-Parlament u l-Kunsill tal-metodi ta' ħidma tagħhom sabiex jgħaġġlu l-adozzjoni ta' proposti ta' simplifikazzjoni.

Minbarra dan, f'Diċembru 2004, il-Ministri tal-Finanzi u ta' l-Affarijiet Ekonomiċi ta' sitt Stati Membri[6], rappeżentanti ta' pajjiżhom fil-Kunsilli ta' l-ECOFIN u tal-Kompetittività, iffirmaw ittra mmirata li tagħti ħajja ġdida lill-proċess ta' regolamentazzjoni aħjar. Din l-inizjattiva segwiet l-Iniżjattiva Konġunta ta' l-Erba' Presidenzi ta' qabel ta' Jannar 2004. Il-Kummissjoni tilqa' dawn l-inizjattivi, kif ukoll seħjiet simili għall-azzjoni, li jipprovdu appoġġ politiku b'saħħtu għat-titjib tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni fl-Ewropa, u temmen li jipprovdu sies ewlieni fl-iżvilupp aktar fil-fond ta' aġenda samma għal regolamentazzjoni aħjar ma' l-Ewropa kollha.

2. TISħIħ TAL-MEZZI GħALL-KISBA TA' REGOLAMENTAZZJONI AħJAR FUQ IL-LIVELL TA' L-UE

Ambjent regolatorju aktar sempliċi u aħjar ser jieħu l-ħin sabiex jieħu s-sura. Minkejja li l-UE mxiet ħafna f' perjodu relattivament qasir, dawn huma biss l-ewwel passi f' dak li għandu jkun sforz permanenti. Madankollu, minħabba l-ħtieġa li jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' l-impjiegi identifikata fl-Evalwazzjoni tat-Terminu Medju ta' Liżbona tal-Kummissjoni, din il-Komunikazzjoni timmira lejn il-wasla għal bidla fil-pass f' dak li jirrigwarda l-intensità li bih qed tissegwa din l-istrateġija. L-għanijiet tal-politika li nsegwu jeħtieġu qafas legali komprensiv sabiex jitrawmu t-tkabbir u l-impjiegi billi jiġi żgurat iċ-ċaqliq ħieles f'suq intern integrat filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ punti ta' tħassib ambjentali u soċjali. Il-Kummissjoni temmen li dan jista' jinkiseb billi wieħed jibni fuq il-qafas eżistenti għal regolamentazzjoni aħjar u billi jkunu injettati livelli ogħla ta' impenn u urġenza fit-tiftixa għall-bilanċ bejn l-aġenda politika u l-ispejjeż ekonomiċi tar-regolamentazzjoni. Dan jinkludi analiżi bir-reqqa ta' l-istrateġija regolatorja xierqa, partikolarment jekk il-leġiżlazzjoni hija preferibbli għas-settur u l-problema rilevanti, jew jekk alternattivi bħalma huma r-regolamentazzjoni konġunta jew l-awtoregolamentazzjoni għandhomx jitqiesu. Għar-regolamentazzjoni konġunta u l-awtoregolamentazzjoni, il-Ftehim Interistituzzjoni dwar leġiżlazzjoni aħjar jipprovdi definizzjonijiet, kriterji u proċeduri li hemm qbil dwarhom. Kollox ma' kollox, dan ser isaħħaħ l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji ta' proporzjonalità u sussidjarjetà.

A. Evalwazzjoni ta' l-Impatt

L-impenn tal-Kummissjoni għal valutazzjoni integrata ta' l-impatt huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u huwa mfassal b'tali mod li jippermetti li r-responsabbli għall-politika jagħmlu għażliet fuq il-bażi ta' analiżi bir-reqqa ta' l- impatti potenzjali ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' leġiżlazzjoni ġdida. Din l-istrateġija integrata hija bbażata fuq il-prinċipju ta' evalwazzjoni rigoruża u bbilanċjata ta' l-impatti kollha u tippermetti l-preżentazzjoni ta' analiżi komprensiva u l-identifikazzjoni tal-kompromessi, fejn hu rilevanti. Idea ewlenija hija li l-estent u l-ambitu tal-valutazzjoni ta' l-impatt, u għalhekk ir-riżorsi allokati għaliha, huma proporzjonati man-natura mistennija tal-proposta u l-impatti li x'aktarx ikollha. Fl-aħħar mill-aħħar, Valutazzjonijiet ta' l-Impatt għandhom jimxu id f'id ma' konsultazzjoni fil-wisa' li tippermetti biżżejjed żmien sabiex jaslu l-opinjonijiet ta' kull min hu interessat u jixtieq jagħti kontribut għall-formazzjoni ta' regoli ġodda.

Filwaqt li l-għodda ezistenti tal-valutazzjoni ta' l-impatt tipprovdi sies samm, il-Kummissjoni temmen li l-valutazzjoni ta' l-impatti ekonomiċi għandha tissaħħaħ sabiex tkun tista' tagħti kontribut għall-għanijiet ta' l-istrateġija mġedda ta' Liżbona. Id-dħul aktar fil-fond tal-kolonna ekonomika li hija l-valutazzjoni ta' l-impatt ma jikkompromettix l-importanza ta' l-'iżvilupp sostenibbli' u l-istrateġija integrata, li tibqa' l-bażi ta' l-istrateġija tal-Kummissjoni. Id-dħul aktar fil-fond ta' l-analiżi ekonomika, li tinkludi wkoll aspetti ta' kompetizzjoni, għandu jtejjeb il-kwalità tal-valutazzjoni ta' l-impatt veru tal-proposti kollha. Dan sejjer, għalhekk, jagħmel kontribut sinifikanti għat-tisħiħ tal-kompetittività, inkluża l-kompetizzjoni effettiva filwaqt li jibqgħu jkunu evalwati sewwa l-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-miżuri proposti. Din l-istrateġija se tkun ikkonfermata u tradotta fil-kuntest ta' l-aġġornament ġenerali tal- Linji ta’ gwida għall-Valutazzjonijiet ta' l-Impatt , li għandhom jiġu applikati minn April 2005. Minbarra dan, jitqies li huma meħtieġa l-azzjonijiet li ġejjin:

- Il-Kummissjoni ddeċidiet li, b' regola, inizjattivi li jidhru fil-Programm Leġiżlattiv u ta' Xogħol 2005 tagħha - proposti leġiżlattivi ewlenin kif ukoll l-aktar proposti importanti mhux leġiżlattivi mifruxa li jiddefinixxu l-politika - għandhom ikunu s-suġġett ta' valutazzjoni integrata ta' l-impatt[7]. It-trasparenza ser tittejjeb bil-pubblikazzjoni ta' Mappi tar-Rotot għall-Valutazzjonijiet ta' l-Impatt, li jagħtu l-ewwel ħjiel ta' l-oqsma ewlenin li għandhom jiġu evalwati u l-ippjanar ta' analiżi sussegwenti. Il-Mappi tar-rotot għall-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma 2005 diġà huma pubblikament disponibbli[8] Il-Kummissjoni biħsieba tesplora toroq għal użu aktar kmieni u strateġiku tal-Mappi tar-rotot fl-ippjanar u l-programmazzjoni ta' l-inizjattivi tal-Kummissjoni, speċjalment f'termini ta' konsultazzjoni pubblika. Il-Kummissjoni b'hekk se tiżgura li proposti leġiżlattivi huma evalwati bis-sħiħ għall-impatti kollha potenzjali tagħhom.

- Il-Kummissjoni se tesplora kif jista' jkun integrat b'mod aħjar il-kejl ta' l- ispejjeż amministrattivi fil-valutazzjonijiet ta' l-impatt integrati, kif ukoll il-possibilità għall-iżvilupp ta' strateġija komuni lejn l-evalwazzjoni ta' l-ispejjeż amministrattivi bejn l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri. L-importanza tal-kejl ta' l-ispejjeż amministrattivi kienet enfasizzata mill-ECOFIN u l-Kunsill Ewropew[9]. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qed tagħti bidu għal fażi pilota[10], immirata lejn l-ittestjar ta' metodi għall-valutazzjoni kwantitattiva ta' piżijiet bħal dawn assoċjati mal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti u dik proposta. Riżultati tal-bidu ser ikunu disponibbli fil-ħarifa ta' l-2005. Wara t-tlestija tax-xogħol esploratorju, il-Kummissjoni ser tiddetermina jekk għandiex u kif għandha tintegra dan l-aspett b'mod aktar sħiħ fil-metodoloġija standard tagħha.

- Il-Kummissjoni ser issaħħaħ il-validazzjoni esterna li ssir kmieni tal-metodoloġija għall-valutazzjonijiet ta' l-impatt tagħha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tniedi, kmieni fl-2006, evalwazzjoni komprensiva u indipendenti tas-sistema tal-Valutazzjonijiet ta' l-Impatt kif evolviet u ġiet implimentata mill-2002 u, f'dak il-kuntest, tuża l-għarfien estern b'konsultazzjoni dwar il-metodoloġija tal-valutazzjonijiet ta' impatt tagħha (ara t-taqsima 4). Fl-istess waqt, huwa importanti li jissaħħaħ il-kontroll tal-kwalità mid-dipartimenti tal-Kummissjoni tal-valutazzjonijiet ta' l-impatt qabel ma' dawn jirrilaxxawhom għall-iskrutinju interdipartimentali.

- Valutazzjonijiet ta' l-impatt, fuq livell Ewropew, mhumiex biss ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Il- Ftehim Interistituzzjonali dwar Leġislazzjoni Aħjar jagħraf l-importanza tal-valutazzjonijiet ta' l-impatt fit-titjib tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u jistabbilixxi wkoll[11] li, fejn tapplika l-proċedura tal-kodeċiżjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jagħmlu valutazzjonijiet ta' l-impatt qabel l-adozzjoni ta' kull emenda sostantiva li jagħmlu[12]. Il-Kummissjoni temmen li huwa vitali li dan isir u tittama li taqbel ma ddumx mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-elementi ewlenin ta' l-istrateġija komuni lejn il-valutazzjonijiet eżegwiti fi stadji differenti fil-proċess leġiżlattiv.

B. «Screening» ta' proposti leġiżlattivi pendenti

Il-Kummissjoni biħsieba twettaq mill-2005 evalwazzjoni tal-proposti pendenti aktar bir-reqqa milli kien il-każ qabel. Għal dak il-għan, il-Kummisjoni biħsieba tgħaddi l-proposti pendenti minn screening quddiem il-Kunsill/Parlament fir-rigward tar-rilevanza ġenerali tagħhom, l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività u effetti oħra. Dan jista' jwassal biex il-Kummisjoni tqis il-modifika, l-bidla u wkoll l-irtirar possibbli ta' proposti pendenti bħal dawn. Din l-azzjoni ser tqis ukoll l-opinjonijiet ta' min jinforza u ta’ l-utenti tal-leġiżlazzjoni u ta' min għandu interess ġenerali kull fejn hu possibbli. L-iscreening ser jiffoka fuq proposti adottati qabel l-1 ta’ Jannar, u b'mod partikolari dawk

- Li m'għamlux progress sostanzjali fil-proċess leġiżlattiv għal perjodu ta' żmien sinifikanti;

- Li għalihom ma twettqux valutazzjonijiet ta' l-impatt , jew li l-valutazzjonijiet ta' l-impatt tagħhom kixfu dgħufijiet sostanzjali fid-dawl tan-numru sinifikanti ta' kontribuzzjonijiet konverġenti mill-ko-leġiżlaturi, min għandu interess partikolari u/jew l-esperti;

- Fejn provi xjentifiċi ġodda sostanzjali, żviluppi fis-suq jew bidliet fis-soċjetà jiġġustifikaw reviżjoni ta' l-istrateġija li ntagħżlet għall-bidu.

C. Simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-UE

Fi Frar 2003, il-Kummissjoni tat bidu għal qafas ta' azzjonijiet sabiex jitnaqqas il-volum ta' l- acquis Komunitarju, sabiex tittejjeb l-aċċessibilità tal-leġiżlazzjoni u sabiex tkun issimplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti. Fuq din il-bażi, l-Kummissjoni żviluppat programm kontinwu għas-simplifikazzjoni[13] u ppreżentat madwar 30 inizjattiva li għandhom impatti ta' simplifikazzjoni għal operaturi ekonomiċi, ċittadini u amministrazzjonijiet nazzjonali. Fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Leġiżlazzjoni Aħjar, l-istituzzjonijiet qablu dwar l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-UE filwaqt li jinżamm il-kontenut essenzjali tal-politika Komunitarja.

B'risposta għas-suġġerimenti mill-Istati Membri sabiex tkun identifikata l-leġiżlazzjoni ta' l-UE li tista' tibbenefika mis-simplifikazzjoni, lista ta' prijorità tal-Kunsill ta' madwar 20 biċċa leġiżlazzjoni (mqassma fi 15-il prijorità) inqablet fil-Kunsill għall-Kompetittività ta' Novembru 2004. Il-Kummissjoni diġà ressqet proposti għal tlieta mill-prijoritajiet u biħsiebha twieġeb għall-oħrajn malajr kemm jista' jkun. Il-Kummissjoni ser tfittex li teżamina jekk miżuri leġiżlattivi addizzjonali li wasal żmienhom għas-simplifikazzjoni jistgħux jiġu identifikati minn fost il-proposti magħmula mill-Istati Membri u aċċettati mill-Kunsill iżda li ma kinux inklużi fil-lista ta' prijoritajiet.

It-titjib tal-kontribut tar-regolamentazzjoni aħjar għat-tkabbir u l-kompetittività ukoll jitlob evalwazzjoni tar-rilevanza u l-proporzjonalità kostanti tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE u, b'mod partikolari, il-konsiderazzjoni ta' l-impatt reali u kumulattiv fl-Istati Membri, ladarba jimplimentaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni ta' l-UE. Il-Kummissjoni tipproponi li tittieħed l-azzjoni li ġejja:

- It-tisħiħ tal-mekkaniżmi għall-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li teħtieġ is-simplifikazzjoni; jiġifieri leġiżlazzjoni li minn evalwazzjoni bir-reqqa jirriżulta li hija sproporzjonatament ta' piż u kumplessa għaċ-ċittadini u l-impriżi fir-rigward ta' l-interessi pubbliċi li l-leġiżlazzjoni hija maħsuba li tħares. Evidenza mill-proċeduri ta' ksur ser jitqiesu wkoll f'dan il-kuntest. L-evalwazzjoni ser tinvolvi konsultazzjoni mal-leġiżlaturi, l-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar regolatorju, l-impriżi, iċ-ċittadini u kull min għandu interess in ġenerali fir-rigward ta' liema biċċiet ta' leġiżlazzjoni għandhom ikunu l-punti fokali ewlenin għas-simplifikazzjoni. Fejn evalwazzjoni bħal din tikkonferma biċ-ċar li l-interessi pubbliċi jistgħu jinqdew bl-istess mod permezz ta' mezzi aktar sempliċi, il-modifika jew ir-revoka tal-leġiżlazzjoni għandha titqies. Din l-azzjoni ser tkun immirata lejn l-identifikazzjoni ta' titjib sinifikanti f'firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika ewlenin u s-suċċess tagħha ser jiddependi fuq impenn politiku b'saħħtu mir-regolaturi kollha għall-kisba ta' riżultati konkreti.

- Il-Kummissjoni ser tiżviluppa pjanijiet integrati ta' azzjoni settorjali għas-simplifikazzjoni fejn dan huwa xieraq. F'ċerti setturi, bħalma huma s-sajd, il-biedja u r-regolamenti tekniċi għall-prodotti, il-Kummissjoni diġà bdiet tiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni bħal dawn, li jippermettu aktar flessibilità, koerenza u kontinwità fl-isforzi tagħna lejn is-simplifikazzjoni. Wieħed diġà jista' jara r-riżultati f'dawn l-oqsma fl-2005. Komunikazzjoni li tirrifletti dwar dawn il-kwistjonijiet ser titressaq f'Ottubru 2005, segwita bit-tnedija ta' fażi ġdida tal-programm tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni fl-2006/2007[14]

- Il-promozzjoni ta' l-użu ta' standards Ewropej bħala appoġġ tekniku għal-leġiżlazzjoni Ewropea jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni.

3. IT-TISħIħ TA' REGOLAMENTAZZJONI AħJAR FUQ IL-LIVELL TA' L-ISTATI MEMBRI

A. Regolamentazzjoni Aħjar fl-Istati Membri

Bl-għarfien tar-rabta bejn regolamentazzjoni aħjar u l-kisba ta' tkabbir aktar b'saħħtu, aktar impjiegi u impjiegi aħjar, il-Kummissjoni diġà pproponiet li «Regolamentazzjoni Aħjar» ssir parti mill-programmi nazzjonali ta' «Liżbona» u tirrakkomanda li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar l-attivitajiet kurrenti tagħhom, u dawk l-azzjonijiet li biħsiebhom jieħdu. Il-Kummissjoni ser torbot importanza għolja mal-progress f'dan il-qasam bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha ta' riformi ekonomiċi fl-Unjoni u ser tirrapporta dwar din il-kwistjoni fir-Rapport Annwali ta' Progress taħt l-istruttura l-ġdida proposta għall-iggvernar ta' l-Istrateġija ta' Liżbona.

Regolamentazzjoni aħjar mhix kwistjoni għall-Unjoni Ewropea biss. Ma tistax tinkiseb biss permezz ta' Azzjoni fuq il-livell ta' l-UE. F'xi wħud mill-Istati Membri, il-proposti leġiżlattivi diġà huma soġġetti għal valutazzjonijiet ta' l-impatt, iżda mhux l-Istati Membri kollha għandhom sistema bħal din stabbilita. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu strateġiji nazzjonali għal Regolamentazzjoni Aħjar u, b'mod partikolari, sistemi ta' valutazzjoni ta' l-impatt għall-evalwazzjoni integrata ta' l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, flimkien ma' l-istrutturi ta' appoġġ adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom. Sistemi nazzjonali bħal dawn jippermettu li jitqies kif mistħoqq l-impatt sħiħ ta' proposti leġiżlattivi ġodda, inkluż l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività kif mitlub fil-Pjan ta' Azzjoni ta' Liżbona[15] Ukoll, investigazzjonijiet nazzjonali skond is-settur huma għodod utli għat-titjib tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti bil-ħsieb li tingħata orjentazzjoni aktar kompetittiva, filwaqt li żżomm għan tal-politika ta' bażi li kienet issegwi qabel[16] Il-Kummissjoni ser tinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jimmiraw għal firxa ta' l-applikazzjoni għall-valutazzjonijiet ta' impatt li hija simili għal dik tal-valutazzjonijiet ta' impatt integrati tal-Kummissjoni. Fl-abbozz ta' leġiżlazzjoni ġdida, l-Istati Membri huma mistiedna jqisu, kemm jista' jkun, il-konsegwenzi ta' leġiżlazzjoni bħal din fuq is-suq intern u għall-Istati Membri l-oħra.

B. Simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali

Is-simplifikazzjoni tal-miżuri nazzjonali hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jwaqqfu programmi ta' simlifikazzjoni u strutturi ta' appoġġ adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom. L-iskambju ta' l-aħjar prassi u l-evalwazzjonijiet ta' l-oħrajn dwar din il-kwistjoni hija inkoraġġata ferm. Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi wkoll simplifikazzjoni bħal din meta tkun qed tanalizza l-miżuri nazzjonali fir-rigward ta' l-aderenza mal-liġi Komunitarja, notevolment fil-kuntesti ta' l-implimentazzjoni tad-Direttivi Komunitarji, proċeduri ta' ksur taħt l-Artikolu 226 KE u n-notifika tar-regolamenti tekniċi ġodda taħt id-Direttiva 98/34/KE.[17]

F'oqsma armonizzati, sabiex tittejjeb it-trażpożizzjoni fil-ħin u korretta tad-direttivi u sabiex jiġi evitat il- 'gold-plating' (l-introduzzjoni ta' proċeduri li mhumiex awtomatikament meħtieġa minn direttiva), il-proċess ta' djalogu preventiv bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri[18] qed jiġi żviluppat aktar fil-fond sabiex jiġi diskuss kif inhu l-aħjar mod li jiġu implimentati miżuri meta problemi bħal dawn x'aktarx jirriżultaw.

F'oqsma mhux armonizzati, filwaqt li jiġu eliminati dispożizzjonijiet li huma jew li jistgħu jkunu kontra l-liġi Komunitarja, proċeduri ta' ksur u l-kontrolli preventivi tad-Direttiva 98/34/KE jistgħu jgħinu sabiex tittejjeb il-kwalità tar-regolamentazzjoni nazzjonali, f'termini tat-trasparenza mtejba tagħhom, il-ħeffa li biha jinqraw u l-effiċjenza tagħhom. Fir-rigward tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti, jippermettu lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jaħsdu l-benefiċċji ta' rikonoxximent reċiproku[19].

It-trasparenza tal-proċedura ta’ notifika tad-Direttiva 98/34/KE[20] tippermetti mhux biss lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jintervjenu, iżda wkoll lil dawk li għandhom interess partikolari. Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jaqsmu l-opinjonijiet dwar ir-regolamenti li diġà adottaw u dwar l-aħjar prassi u strateġiji regolatorji. F'setturi rregolati dan l-aħħar (marbuta mill-qrib ma' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi), il-Kummissjoni ser tespandi l-użu ta' din id-Direttivi sabiex ikun influwenzat l-iżvilupp tar-regoli nazzjonali. Dan isaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jgħin fit-titjib tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u jipprovdi aktar evidenza għall-ħtieġa għall-armonizzazzjoni.

4. PARIRI MILL-ESPERTI REGOLATORJI U TA' MIN GħANDU INTERESS

SABIEX JITħAFFEF L-IżVILUPP TAL-MIżURI GħAR-REGOLAMENTAZZJONI AħJAR KEMM FUQ LIVELL NAZZJONALI KIF UKOLL DAK TA' L-UE, IL-KUMMISSJONI ser twaqqaf, matul l-2005, grupp ta' esperti regolatorji nazzjonali. Il-mandat ta' dan il-grupp ser ikun li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' regolamentazzjoni aħjar b'mod ġenerali, partikolarment is-simplifikazzjoni u l-valutazzjonijiet ta' l-impatt, filwaqt li jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, inklużi l-kwistjonijiet ta' implimentazzjoni u infurzar (minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni ssoltu tkun eżegwita fuq livell ta' Stati Membri). Il-grupp għandu jagħti ħarsa kemm lejn il-leġiżlazzjoni ta' l-UE kif ukoll dik nazzjonali, biex b'hekk jipprovdi interazzjoni effiċjenti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-gvern ewlenin. Ser jimmira li jtejjeb l-ambjent regolatorju għall-impriżi, l-industrija, l-konsumaturi, l-imsieħba soċjali u ċ-ċittadini b'mod ġenerali, filwaqt li jippermetti li jitwasslu l-għanijiet soċjali u ambjentali b'mod effiċjenti u li jingħata kontribut għat-tixrid ta' l-aħjar prassi u l-għarfien fi ħdan l-UE dwar kwistjonijiet ta' regolamentazzjoni aħjar.

Permezz ta' dan il-grupp ta' livell għoli, il-Kummissjoni ser issaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Istati Membri billi tgħinhom fl-inizjattivi tagħhom sabiex irawmu l-implimentazzjoni nazzjonali tar-regolamentazzjoni aħjar (b'mod partikolari, indikaturi tal-kwalità regolatorja u evalwazzjonijiet ta' l-oħrajn dwar il-kapaċitajiet ta' ġestjoni fil-qasam regolatorju fl-Istati Membri). B'hekk, il-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE fuq livell ta' Stati Membri ser tittejjeb, per eżempju permezz ta' eżami konġunt tal-punt sa fejn il-leġiżlazzjoni ta' l-UE hija soġġetta għall-hekk imsejjaħ "gold-plating" mill-Istati Membri (i.e. l-introduzzjoni ta' kriterji jew proċeduri matul it-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE li mhumiex meħtieġa minn dik il-leġiżlazzjoni). Il-grupp ser jippermetti wkoll lill-Kummissjoni li tuża l-esperjenza prattika fl-implimentazzjoni għat-tfassil ta' leġiżlazzjoni ġejjiena.

Il-Kummissjoni biħsieba tiddiskuti f'dan il-grupp l-iżvilupp ta' ġabra koerenti ta' indikaturi komuni sabiex jiġi ssorveljat il-progress fir-rigward tal- kwalità ta' l-ambjent regolatorju , kemm fuq livell ta' l-UE kif ukoll fl-Istati Membri nfushom, bħala l-bażi ta' l-istabbiliment ta' punti ta' referenza. Il-Kummissjoni ser tinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jadottaw indikaturi bħal dawn sabiex jiddefinixxu l-punti fokali u l-prijoritajiet għall-programmi tagħhom ta' regolamentazzjoni aħjar għas-snin li ġejjin fil-programmi nazzjonali tagħhom ta' Liżbona. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni biħsiebha wkoll taħdem ma' l-Istati Membri sabiex ittejjeb il-komparabbiltà u l-kompatibbiltà bejn il-programmi nazzjonali.

Netwerk ieħor, indipendenti minn dak preċedenti, ser jitwaqqaf sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni, magħmul minn esperti dwar kwistjonijiet ta' regolamentazzjoni aħjar, inklużi akkademiċi u professjonisti mill-qasam ekonomiku, dak soċjali u dak ambjentali. Ser jippermetti lill-Kummissjoni sabiex titlob l-għarfien u l-pariri esterni dwar kwistjonijiet tekniċi. Jista' jkun mistieden skond il-każ sabiex jagħti pariri dwar ir-rigorożità xjentifika tal-metodoloġija magħżula għal valutazzjonijiet speċifiċi ta' l-impatt. Dan ser jippermetti lill-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni aktar infurmata dwar is-sura u l-ambitu ta' l-applikazzjoni tal-valutazzjoni ta' l-impatt tagħha.

Isegwi minn dak li ntqal li dawn il-gruppi ser jikkonsultaw dwar kwistjonijiet ġenerali u metodoloġiċi, iżda li mhumiex ser iżidu livell addizzjonali ta' screening sistematiku tal-proposti leġiżlattivi abbozz individwali.

Kull kummissarju ser j/toħloq tieqa dwar ir-regolamentazzjoni aħjar fil-websajts tas-servizzi taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha, Dan jagħti lill-Impriżi, l-NGOs u liċ-ċittadini l-opportunità li jidentifikaw piżijiet amminstrattivi jew burokratiċi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni taħt l-oqsma rispettivi ta' responsabbiltà tagħhom sabiex dawn l-opinjonijiet jistgħu jitqiesu. Dawn it-twieqi ser ikun irriklamati permezz ta' links fuq il-websajt ċentrali tal-Kummissjoni.

5. KONKLUżJONI

Il-ħidma effiċjenti tas-swieq u l-impriżi hija fl-interess ta' l-awtoritajiet pubbliċi, l-intrapriżi, iċ-ċittadini u l-imsieħba soċjali. Kull ma jmur dan huwa aktar determinat mill-oqfsa regolatorji li joperaw fihom. Il-leġiżlazzjoni Ewropea ssir f'oqsma fejn il-kompetenzi jinqasmu ma' l-Istati Membri (bħalma huma s-suq intern, il-politika soċjali u dik ambjentali, il-ħarsien tal-konsumatur) jew f'oqsma fejn ir-rwol tagħha x'aktarx ikun ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ għall-azzjonijiet nazzjonali (bħalma hu l-każ fil-politika tas-saħħa u ta' l-industrija). Għalhekk, inizjattivi ta' regolamentazzjoni aħjar għandhom jittejbu fuq il-livelli amministrattivi kollha, u l-Istati Membri għandhom responsabbiltà importanti li jrawmu regolamentazzjoni aħjar f'oqsma fejn hi mdaħħla l-kompettitività Ewropea.

B'dan ċar f'moħħha, l-Kummisjoni sejra:

- Tiżgura li proposti leġiżlattivi huma evalwati bis-sħiħ għall-impatti kollha potenzjali tagħhom.

- Tgħaddi minn proċess ta' «screening» il-proposti pendenti quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward ta' l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività u impatti oħra u tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa;

- Tipproponi aktar simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-UE, filwaqt li tqis l-opinjonijiet ta' min għandu interess fuq il-bażi tal-komunikazzjoni li hija ppjanata għal Ottubru 2005;

- Tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jiżviluppaw regolamentazzjoni aħjar fuq il-livell tagħhom stess, fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni nazzjonali l-ġdida (valutazzjoni ta' l-impatt), permezz tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti u permezz ta' implimentazzjoni mtejba tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE fuq livell nazzjonali.

- Tinvolvi lill-Istati Membri, billi twaqqaf grupp ta' esperti nazzjonali ta' livell għoli, sabiex jagħtu pariri lill-Kummissjoni u sabiex jiżviluppa aġenda komuni għar-regolamentazzjoni aħjar;

- Toħloq websajts dwar ir-regolamentazzjoni aħjar sabiex min għandu interess ikun jista' jagħti kontribut.

- Ittejjeb il-kwalità intrinsika tal-valutazzjoni ta' l-impatt tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE billi tiżgura skond il-każ, il-validazzjoni ex ante minn esperti xjentifiċi esterni tal-metodoloġija użata għal ċerti valutazzjonijiet ta' l-impatt;

- Tevalwa r-riżultati tal-miżuri stabbiliti f'din il-Komunikazzzjoni sa mhux aktar tard mill-2007.

ANNEXES

ANNEX 1 Overview of Better Regulation measures implemented at EU level

Over the last four years, the EU has launched a broad strategy to improve the regulatory environment and thus provide a more effective, efficient and transparent regulatory system for the benefit of citizens and reinforce competitiveness, growth and sustainable development.

First, the institutions have taken the steps necessary to comply with Declaration 39 adopted by the Heads of State and Government at the Intergovernmental Conference in Amsterdam in 1997. They adopted drafting guidance in the Inter-institutional Agreement of 22 December 1998 on common guidelines for the quality of drafting of Community legislation. They have ensured that those guidelines are applied by taking the necessary internal organisation measures as required by Declaration 39. A practical guide on drafting has been made widely available in official languages to all those within and outside the institutions who are involved in the drafting process. Internal procedures in the Commission in particular have been reorganised to enable the staff of the Legal Service to improve the quality of proposed legislation at an early stage by checking its lawfulness and compliance with all the formal rules, by structuring the rules clearly and correctly and by revising the drafting. The Legal Service offers training in legislative drafting to the staff of other Commission departments and organises seminars to promote awareness of the need for good-quality legislation. Translation services also play a role in drafting original legislative texts, so as to ensure clear, unambiguous texts and coherent terminology.

On a broader point of view, guided by the reactions to the Commission’s White paper on European Governance[21], while bearing in mind the recommendations of the intergovernmental “Mandelkern Group”[22], the Commission proposed in June 2002 a comprehensive Action Plan for ‘simplifying and improving the regulatory environment’[23]. This Action Plan was in line with the aim set out at the Gothenburg European Council that “policy-makers must identify likely spill-over – good and bad – onto other policy areas and take them into account. Careful assessment of the full effects of a policy proposal must include estimates of its economic, environmental and social impacts inside and outside the EU”[24]. This Action Plan represents the most comprehensive and ambitious efforts yet in pursuit of these objectives.

To ensure high-quality new legislation, a new Impact Assessment system was introduced to integrate and replace all previous single-sector assessments, as un-integrated analyses had been found to have little effect on the quality of policy-making. It requires the Commission to systematically assess, on an equal basis, the likely economic (including competitiveness), environmental and social implications of its proposals and to highlight the potential trade-offs. This new impact assessment system aims at helping the Commission to improve the quality and transparency of its proposals and to identify balanced solutions consistent with Community policy objectives. The depth and scope of the assessment respects the principle of proportionate analysis , i.e. more Impact Assessment resources will be allocated to those proposals that can be expected to have the most significant impacts. Transparency is ensured by the publication of the Impact Assessment Roadmaps , giving a preliminary indication of the main areas to be assessed and the planning of subsequent analyses. Instruments which provide an alternative approach to legislation , such as co-regulation and self-regulation, have to be considered when assessing options.

Since the system’s introduction in early 2003, more than 50 extended Impact Assessments of proposals have been completed. In 2005, all initiatives in the Commission’s Legislative and Work Programme[25] (around 100) will be accompanied by an impact assessment.

As an integral part of the impact assessment procedure, the Commission has also adopted[26] a set of “Minimum standards for consultation of interested parties”. These minimum standards are intended to enhance transparency, to widen consultation practices and to ensure better information, participation and dialogue. The Commission has also adopted guidelines for collecting and using expert advice to provide effective expertise in developing policies and to ensure transparency as to how the Commission uses external advice[27].

The Commission took the initiative in early 2005 to launch a pilot phase with a view to developing a common approach to measure administrative costs . The results of the pilot phase are expected by the end of 2005. Once the results of the pilot phase have been assessed, the Commission will decide on whether and how to best integrate the approach into the impact assessment method and examine how it could help in process of simplification of existing legislation.

To streamline and simplify the regulatory environment, the Commission launched in 2003 an ambitious programme[28] to up-date and simplify existing EU legislation . This aims to reduce the substance of EU legislation as well as to reduce its volume (through consolidation, codification and removal of obsolete legislation) and to provide more reliable and user-friendly organisation and presentation of the acquis . Since February 2003, the Commission has presented 30 proposals with simplification impacts, 10 of which have been adopted, the remainder being still pending before the European Parliament and Council. The Prodi Commission’s target of a 25% reduction in the volume of the Community acquis by 2005 has not been achieved, mainly because the codification programme has been delayed owing to translation bottlenecks in the new Member States. In recent years, the Commission carried out several rounds of withdrawals of pending proposals that were no longer topical (in 2004, about 100 pending proposals were withdrawn). During 2005-2009, the Commission intends to carry out such withdrawal exercises each year.

The Commission has also given priority to improving transposition and application of EU law by the Member States. In a Communication of 2002, it set out an action plan on working more proactively with the Member States to reduce the number and seriousness of cases.

Recognising that better regulation requires an effort throughout the regulatory cycle, in December 2003 the European Parliament, the Council and the Commission concluded an Inter-institutional Agreement on Better Law-making. Its main elements are the improvement of inter-institutional coordination and transparency[29]; common definitions[30] and agreed conditions of use for alternative instruments such as co-regulation and self-regulation; increased use of impact assessment in Community decision-making; and the commitment to set a binding time limit for the transposition of directives into national law[31].

ANNEX 2 Broad assessment of Better Regulation implementation in Member States

Many Member States have launched various initiatives on regulatory reforms. Information available on these matters is mainly based on Member States’ self-assessment and is somewhat partial; it therefore needs, to be complemented by independent and/or peer review evaluations. The table below comes from the Report on the implementation of the European Charter for Small Enterprises in the Member States of the European Union [32] and shows that a large majority of Member States (20) have already developed some type of better regulation programme, which very often includes obligatory impact analysis of new legislation (14) and consultation of stakeholders (14). However, it is not clear to what extent these exercises are integrated assessments of economic, social and environmental impacts nor the extent to which they are pursued in practice rather than being ‘paper’ exercises. Moreover, there may be further initiatives taken by Member States not yet contemplated in the table.

In the ten new Member States, a joint EU-OECD project is currently under way: it is the SIGMA project (Support for Improvement in Governance and Management). The objective of the project is to promote and improve the development and implementation of better regulation practices in these countries. The project consists in a general peer review exercise designed to examine the institutional framework of the new Member States, to establish the state of introduction, development and practical use of better regulation practices and to identify potential problems and gaps. The peer reviews should be finished by the end of 2005.

Overview of measures in the area of Better Regulation and impact assessment [33]

|Better regulation programme |Specific RIA policy |Obligatory RIA |Alternative instru-ments considered |Guidelines on RIA |Coordinating body for RIA |Consultation part of RIA |Formal consul-tation procedures |Direct stakeholder consultation |Tests of impact on small enterprises |Exemptions for SMEs |Total Y+(Y) | |Belgium |(Y) |N.A. |(Y) |N.A. |(Y) |(Y) |N |(Y) |(Y) |(Y) |N |7 | |Czech Republic |Y |N.A. |N |Y |N.A. |N.A. |N.A. |N.A. |N.A. |(Y) |N |3 | |Denmark |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |N |10 | |Germany |Y |N.A. |N.A. |N.A. |Y |Y |Y |Y |N.A. |N.A. |N.A. |5 | |Estonia |N |N |Y |Y |Y |N.A. |N.A. |N |N |N.A. |Y |4 | |Greece |(Y) |(Y) |N |N |N |N |Y |N |N |N |N.A. |3 | |Spain |Y |(Y) |Y |Y |(Y) |(Y) |N |N |N |N |N.A. |6 | |France |N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. |N.A. | N.A. | 0 | |Ireland |Y |N |N |(Y) |(Y) |N |(Y) |(Y) |N |N |N |5 | |Italy |(Y) |Y |N |(Y) |Y |(Y) |(Y) |N |Y |(Y) |N |8 | |Cyprus |N |N |N |N |N |N |N |N |N |N |N.A. |0 | |Latvia |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |N |Y |N |9 | |Lithuania |N.A. |Y |Y |Y |Y |N.A. |N.A. |N.A. |N |N.A. |N.A. |4 | |Luxembourg |Y |N.A. |Y |Y |N.A. |Y |Y |Y |N |N |Y |7 | |Hungary |Y |(Y) |Y |N |N |Y |(Y) |(Y) |N |N |N |6 | |Malta |Y |N.A. |N.A. |N |N.A. |(Y) |N |N |Y |N |Y |4 | |Netherlands |Y |Y |N.A. | Y |Y |Y |N |N |Y |(Y) | Y |8 | |Austria |Y | Y |Y |Y |Y |N |Y |Y |Y |N.A. | N | 8 | |Poland |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |(Y) |N |Y |10 | |Portugal |N |N | N | N | N | N | N | N | N | N | N | 0 | |Slovenia |Y |N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | 1 | |Slovakia |N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | N.A. | (Y) |N.A. | N | 1 | |Finland |Y |Y |Y |Y |Y |(Y) |Y |Y |Y |N.A. |N.A. |9 | |Sweden |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |N |N |9 | |United Kingdom |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |Y |N |10 | |Total Y+(Y) |19 |13 |12 |15 |15 |14 |12 |12 |11 |7 |5 | | |Legend

Y | Measures exist | (Y) | Measures planned/ Available partially | N | No measures exist | N.A. | Information not available | |

[1] Il-Kummissjoni ser tippreżenta dalwaqt Komunikazzjoni dwar il-progress li nkiseb fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-2002 - KUMM(2002) 278, tal-5.6.2002.

[2] KUMM(2005) 24, it-2.2.2005.

[3] KUMM(2002) 278, tal-5.6.2002.

[4] ĠU C 321, ta' l-31.12.2003, p. 1.

[5] Strumenti ta’ ‘Liġi flessibbli’ jirreferu għar-regolamentazzjoni konġunta u l-awto-regolazzjoni.

[6] L-Awstrija u l-Finlandja li ser ikollhom il-presidenza fl-2006, ingħaqdu ma' l-erbgħa tal-bidu (l-Irlanda, l-Olanda, il-Lussemburgu u r-Renju Unit.

[7] Atti li jaqgħu taħt is-setgħat eżekuttivi tal-Kummissjoni (per eżempju deċiżjonijiet dwar il-kompetizzjoni jew atti li l-ambitu ta' l-applikazzjoni tagħhom huwa limitat għall-qasam intern tal-Kummissjoni) is-soltu m'humiex suġġetti għal valutazzjoni ta' l-impatt.

[8] http://europa.eu.int/comm/secretariat_general/impact/practice.htm

[9] Il-Kunsill ECOFIN tal-21 ta' Ottubru 2004 u l-Kunsill Ewropew ta' l-4-5 ta' Novembru 2004.

[10] Ara SEK(2005)175. Il-proġetti pilota ser jinkludu oqsma bħalma huma l-istatistika u prodotti ta' kostruzzjoni.

[11] ĠU C 321, tal-31.12.2003, p. 4, punt 30.

[12] L-ewwel valutazzjoni ta' l-impatt bħal din saret fl-2004 dwar emenda tal-Kunsill għad-Direttiva dwar il-Batteriji proposta mill-Kummissjoni. Kollox ma' kollox, l-Istati Membri laqgħu dan il-proċess pilota, li ser ikun evalwat formalment fl-2005 mill-presidenza Lussemburgiża.

[13] “Aġġornament u simplifikazzjoni ta' l-Acquis Komunitarju” - KUMM(2003) 71, tal-11.2.2003.

[14] Il-Qafas għall-Azzjoni mniedi mill-Kummissjoni fi Frar 2003 skada sa l-aħħar ta' l-2004 u l-orjentazzjonijiet għax-xogħol ġejjieni ta' simplifikazzjoni tal-Kummissjoni għalhekk jeħtieġu li jiġu ddefiniti.

[15] Ara l-paġna 14 ta’ SEK(2005) 192 li kien mehmuż ma' l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, ara n-nota 2 hawn fuq.

[16] Idem.

[17] Id-Direttiva 98/34/KE tobbliga lill-Istati Membri jinnotifikaw f'abbozz kull regolament tekniku ġdid marbut mal-prodotti u s-servizzi tas-soċjetà ta' tagħrif fil-qasam mhux armonizzat. L-għan huwa li xkiel ġdid ma jitħalliex jidħol fis-suq intern f'dawn is-setturi. Huwa ppjanat li l-ambitu tad-Direttiva jkun estiż għal servizzi oħra.

[18] “Sorveljanza Aħjar ta' l-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja” - KUMM(2002) 725 tas-16.5.2003.

[19] Sa punt konsiderevoli, il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku – li taħtu hemm il-presuppożizzjoni li prodott li huwa mmanifatturat u kkumerċjalizzat skond il-liġi fi Stat Membru jista' jiġi kkumerċjalizzat fl-Istati Membri l-oħra kollha - jista' jlaħħaq max-xkiel għall-moviment ħieles ta' l-oġġetti li jirriżulta minn differenzi fil-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri. Dan japplika għar-regoli nazzjonali fil-qasam mhux armonizzat u wkoll fil-qasam armonizzat, fejn regoli ta' implimentazzjoni jmorru 'lil hinn mill-ħtiġijiet minimi tad-direttivi Komunitarji mingħajr ma jikkostitwixxu nuqqas ta' aderenza.

[20] Din il-leġiżlazzjoni tipprovdi «mekkaniżmu trasparenti» li jippermetti l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeżaminaw regoli tekniċi fl-istadju ta' abbozz, notifikati minn Stat Membru qabel ma jidħlu fis-seħħ sabiex ikun identifikat ksur possibbli tar-regoli tat-Trattati jew il-ħolqien ta' xkiel ġdid fis-suq intern.

[21] COM(2001) 727, 5.12.2001.

[22] Adopted in November 2001. See http://ue.eu.int/pressData/en/misc/DOC.68853.pdf

[23] COM(2002) 278, 5.6.2002.

[24] A sustainable Europe for a better world, A European Union Strategy for Sustainable Development.

[25] Acts that fall under the executive powers of the Commission (for instance competition decisions or acts whose scope is limited to the internal sphere of the Commission) are normally not subject to impact assessment.

[26] COM(2002) 704, 11.12.2002.

[27] COM(2002) 713, 11.12.2002: Communication on the collection and use of expertise; Principles and guidelines: “Improving the knowledge base for better policies”.

[28] ‘Updating and simplifying the Community acquis’ – COM(2003) 71, 11.2.2003.

[29] The three institutions will reinforce their coordination through their respective annual legislative timetables with a view to reaching agreement on joint annual programming.

[30] The Interinstitutional Agreement on better lawmaking provides the following definitions: Co-regulation: “… the mechanism whereby a Community legislative act entrusts the attainment of the objectives defined by the legislative authority to parties which are recognised in the field (such as economic operators, the social partners, NGOs or associations)”; Self-regulation: “the possibility for economic operators, the social partners, NGOs or associations to adopt amongst themselves and for themselves common guidelines at European level (particularly codes of practices or sectoral agreements)”. The rules on the functioning of the social dialogue (Articles 138 and 139 TEC) and standardisation according to the “New Approach” are not affected by this agreement.

[31] Each directive should indicate a time limit which should be as short as possible and generally not exceed two years.

[32] Commission Staff Working Paper: Report on the implementation of the European Charter for Small Enterprises in the Member States of the European Union - SEC(2005) 167, 8.2.2005, p. 36.

[33] Commission Staff Working Paper: Report on the implementation of the European Charter for Small Enterprises in the Member States of the European Union - SEC(2005) 167, 8.2.2005, p. 36.