52004DC0668

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill, il-Parlament ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - L-industriji tat-tessuti u l-ilbies wara l-2005 – Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-industriji tat-tessuti u l-ilbies { SEK(2004) 1240 } /* KUMM/2004/0668 finali */


Brussel 13.10.2004

KUMM(2004) 668 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI GĦALL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-industriji tat-tessuti u l-ilbies wara l-2005 –Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-industriji tat-tessuti u l-ilbies

{ SEK(2004) 1240 }

WERREJ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI GĦALL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI INDUSTRIJI TAT-TESSUTI U L-ILBIES wara l-2005–Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-industriji tat-tessuti u l-ilbies 1

1. Introduzzjoni 3

2. Is-sitwazzjoni ekonomika tas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies ta’ l-UE 4

3. Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-industriji tat-tessuti u l-ilbies 4

3.1. Riċerka u innovazzjoni 5

3.2. Edukazzjoni, taħriġ u impjieg 5

3.3. Kwistjonijiet oħra relatati mall-kompetittività 6

3.4. Aspetti Reġjonali 7

3.5. Kwistjonijiet tal-politika tal-kummerċ 8

4. Konklużjonijiet 9

1. INTRODUZZJONI

Fid-29 ta’ Ottubru 2003 il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “Il-futur tas-settur tat-tessuti u l-ilbies fl-Unjoni Ewropea mkabbra”[1], li rrappreżentat applikazzjoni settorjali tal-politiki industrijali u kummerċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, u ħadet kont tal-fatturi partikolari ta’ dan is-settur. Minħabba l-isfidi li s-settur qiegħed jiffaċċja u se jibqa’ jiffaċċja fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni għamlet reviżjoni tal-politiki u l-istrumenti tagħha, bl-għan li tiddentifika miżuri jew azzjonijiet li jkunu jistgħu jtejbu il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur.

Fis-27 ta’ Novembru 2003 il-Kunsill tal-Kompetittività laqa’ il-Komunikazzjoni u enfasizza l-importanza li tkun assigurata l-interazzjoni effettiva tal-politiki fuq livell ta’ l-UE. Fil-konklużjonijet tiegħu, enfasizza l-importanza strateġika għas-settur li jtejjeb il-kompetittività, l-aktar permezz tar-riċerka, innovazzjoni, miżuri ta’ taħriġ u protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjeta’ intellettwali. Innota wkoll ir-rwol importanti ta’ aċċess aħjar għas-swieq u l-kompletar taż-Żona Euro-Mediterranja tal-Kummerċ Ħieles. Il-Kunsill laqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Grupp ta’ Livell Għoli għall-industrija tat-tessuti u ta’ l-ilbies.

Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2004 talab lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kalendarju preċiż u qafas finanzjarju li jwassal għall- implimentazzjoni veloċi ta’ l-ideat żviluppati fil-Komunikazzjoni. Fost punti oħrajn, talab għal programm mimli riżorsi b’mod adegwat ta’ livell ta’ l-UE għas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies, l-aktar f’reġjuni li jiddependu b’mod partikulari fuq dan is-settur, li jkopri għajnuna għar-riċerka, innovazzjoni, taħriġ vokazzjonali u SMEs, jgħaġġel kemm it-tneħħija ta’ barrieri għall-kummerċ bla tariffi u l-kreazjoni taż-żona tal-kummerċ ħieles Pan-Ewro-Mediterranja, kif ukoll osservazzjoni mill-qrib ta’ l-importazzjoni miċ-Ċina fl-UE.

Sabiex tkompli mall-proposti magħmula fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Livell Għoli (HLG) għat-tessuti u l-ilbies fil-bidu ta’ l-2004, bl-obbligu li jifformula rakkomandazzjonijiet fuq set integrat ta’ inizjattivi konkreti li jkunu jistgħu jittieħdu fuq livell reġjonali, nazzjonali u ta’ l-UE biex jiffaċilita l-aġġustament tas-settur għal rikużi kbar, u biex jissuġġerixxi azzjonijiet biex itejjeb l-kompettività tiegħu.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli jressaq lejn xulxin persuni li jagħmlu d-deċiżjonijiet f’livelli għoljin ta’ l-UE fis-settur. Jinkludi membri tal-Kummissjoni, rappreżentanti tal-Gvern minn erba’ Stati Membri ta’ l-UE bi preżenza b’saħħitha fl-industrija tat-tessuti u ta’ l-ilbies, Membru tal-Parlament Ewropew, industrijalisti, bejjiegħa bl-imnut u importaturi, assoċjazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ, trade unions u rappreżentanti ta’ l-assoċjazzjonijiet lokali tat-tessuti u ta’ l-ilbies. Matul l-ewwel nofs tas-sena 2004, il-Grupp ta’ Livell Għoli iltaqa’ tliet darbiet.

Fil-livell tax-‘xerpa’, gruppi ta’ ħidma ġew stabbiliti biex ikopru żoni ta’ kwistjonijiet kummerċjali; drittijiet ta’ proprjeta’ intelletwali (IPR); riċerka u innovazzjoni; edukazzjoni, taħriġ u impjieg; kwistjonijiet reġjonali, u kompetittività. Aktar minn għoxrin laqgħa saru f’dan il-livell biex jelaboraw rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet.

Minħabba il-perjodu ta’ żmien qasir ħafna għad-dispożizzjoni ta’ l-ewwel eżerċizzju tal-Grupp ta’ Livell Għoli, ħafna – imma mhux kollha – mill-kwistjonijiet imtella’ mill-Kommunikazzjoni ġew kopruti fid-diskussjonijiet. Bbażat fuq il-konklużjonijiet tal-gruppi ta’ ħidma, il-HLG ppreżenta l-ewwel rakkomandazzjonijiet tiegħu f’forma ta’ rapport imsejjaħ ‘Ir-rikuża ta’ l-2005 – tessuti u ilbies Ewropej f’ambjent bla kwota” fit-30 ta’ Ġunju 2004[2].

Il-Kunsill tal-Kompetittività tas-27 ta’ Novembru 2003 stieden ukoll lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura fuq il-progress sa Lulju 2004. Din il-Komunikazzjoni hi intiża biex tirrispondi dik id-domanda, biex tippreżenta deskrizzjoni fil-qosor tat-tkomplija tax-xogħol mibdi lill-Kommunikazzjoni f’Ottubru 2003, u biex tenfasizza diversi proposti konkreti għall-azzjoni, li huma deskritti f’aktar detall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli għat-tessuti u l-ilbies [3].

2. IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TAS-SETTUR TAT-TESSUTI U TA’ L-ILBIES FL-UE

Is-sitwazzjoni ekonomika tas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies fl-UE qiegħed ikompli jkun diffiċli. Wara telf sostanzjali fil-produzzjoni u fl-impjiegi fl-aħħar tliet snin, huwa stmat li fl-2003 il-produzzjoni waqgħet b’4.4% oħra u l-impjiegi b’7.1% (UE-25, sors: Eurostat). Dan minħabba il-kombinazzjoni kumplessa tal-fatturi. L-ewwel, is-settur ħass l-impatt sħiħ tat-tnaqqis fl-attività ekonomika fl-UE u fis-swieq il-kbar ta’ l-esportazzjoni tagħha. It-tieni, l-iżvilupp tad-dollaru Amerikan u r-rata tal-kambju tal-Euro komplew ikollhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-prezz tad-diversi tipi ta’ prodotti. U, fl-aħħar, l-iżvilupp taż-Żona Euro-Med u l-preparazzjonijiet għal realtajiet ekonomiċi ġodda wara l-2005 bħala konsegwenza ta’ l-eliminazzjoni tal-kwota, wasslu għal rilokazzjoni tal-produzzjoni fi ħdan u barra l-UE-25.

3. RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-GRUPP TA’ LIVELL GħOLI GħALL-INDUSTRIJA TAT-TESSUTI U TA’ L-ILBIES

Ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli[4] jikkonferma li l-aktar viżjoni strateġika xierqa għall-futur tas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies għandha tiffoka fuq il-vantaġġi kompetittivi kurrenti ta’ l-industrija Ewropea. Dawn huma assoċjati mall-progress kontinwu fl-oqsma tar-riċerka, innovazzjoni u taħriġ, flimkien mall-bini progressiv taż-żona tal-kummerċ ħieles Pan-Euro-Mediterranja, u l-akkwist ta’ kondizzjonijiet ugwali fi kwistjonijiet tal-kummerċ, b’mod partikolari dwar l-aċċess tas-swieq u l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-propjeta’ intelletwali.

Barra dan, iridu jkunu assigurati kundizzjonijiet kwadru appropjati, b’attenzjoni partikolari lejn SMEs, sabiex iħallu lis-settur jisfrutta kompletament il-potenzjal kompetittiv tiegħu. F’dan ir-rigward, id-diffikultajiet tal-SMEs ta’ l-aċċess għall-kreditu ġew iddentifikati mill-Grupp ta’ Livell Għoli bħala qasam wieħed li għandu bżonn eżaminazzjoni aktar dettaljata u attenzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-persuni li għandhom interess infushom.

Mir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli joħroġ ċar li, waqt li fuq naħa waħda azzjonijiet differenti jistgħu jittieħdu b’mod utli mill-Kummissjoni sabiex ikomplu jtejbu il-qafas biex jieħu ħsieb il-kompetittività għas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies, fuq in-naħa l-oħra, is-suċċess tas-settur se jkun jiddependi wkoll fuq l-inizjattivi li jittieħdu mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali u reġjonali, u fuq l-azzjonijiet tal-persuni li għandhom interess.

Fil-livelli kollha ta’ azzjoni differenti, ħafna inizjattivi konkreti diġà bdew, skond ftit mir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli. Oħrajn se jkunu ndirizzati fil-futur qrib, kif propost f’din il-Kommunikazzjoni.

Madankollu, ftit rakkomandazzjonijiet jipprevedu strateġija speċifika biex jitrattaw il-problemi tas-settur Ewropew tat-tessuti u ta’ l-ilbies. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn m’għandhomx ikunu segwiti. Dan b’mod partikolari fil-każ li jikkonċerna is-sejħa għal programm settorjali tal-Komunità għat-tessuti u l-ilbies, u s-sejħa għal inizjattiva settorjali u reġjonali speċifika.

3.1. Riċerka u innovazzjoni

Fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, il-Kummissjoni għandha tirreaġixxi pożittivament għall-proposta li tikkunsidra l-istabbiliment ta’ Pjattaforma tat-Teknoloġija Ewropea, biex tqarreb u timplementa aġenda ta’ riċerka strateġika, waqt li tenfasizza il-bżonn għal impenn ċar li l-persuni li għandhom interess għandhom ikollhom u jsegwu waqt inizjattiva bħal din. Kif ukoll, il-proposti tal-proġett tal-persuni li għandhom interess taħt il-Programm tas-sitt Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp intlaqgħu mill-Programm NMP[5]. Dawn se jħallu żvilupp teknoloġiku għall-manifattura ta’ l-ilbies u l-iżvilupp ta’ proċessi eco-effiċjenti, prodotti b’valur miżjud għoli u swieq assoċjati b’potenzjal li jikbru għall-industrija tat-tessuti. Barra dan, biex jikkumplementaw proġetti relatati mat-tessuti li diġà bdew, sejħa speċifika hi mistennija fl-2005 taħt dan il-programm tal-NMP biex jippromovi riċerka applikata fil-fibri multi-funzjonali u prodotti tekniċi bbażati fuq id-drapp u proċessi relatati. Se jkun hemm ukoll opportunitajiet għas-settur li jippreżenta proposti biex itejjeb l-amministrazzjoni tal-katina tal-provvisti taħt l-objettiv strateġiku ta’ l-IST “ICT għal kummerċ f’network”. Fis-seba’ Qafas tal-Programm, li wħud mid-dettalji tiegħu għadhom qed ikunu diskussi, il-Kummissjoni se tipproponi approċċ aktar ta’ taħt fuq u orjentat skond il-problemi għall-SMEs, waqt li tenfasizza il-piżijiet amministrattivi u regolamentari kull meta jkun possibbli u appropjat.

3.2. Edukazzjoni, taħriġ u impjieg

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tad-djalogu soċjali bħala forza li tiddetermina s-suċċess tar-riformi ekonomiċi u soċjali u se jibqgħu jippromovuh. Id-djalogu soċjali Ewropew fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ għandu rwol maġġuri f’li jindirizza rikużi prinċipali tas-settur, bħat-tkabbir tal-kapaċitajiet u kwalifiki, l-immodernizzar ta’ l-organizazzjoni tax-xogħol, jippromovi opportunitajiet ugwali u jiżviluppa politiki ta’ kobor attiv. Djalogu soċjali u assoċjazzjonijiet soċjali huma element fundamentali ukoll għal ristrutturar effiċjenti u responsabbli. F’dan il-kuntest, negozjati bejn l-imsieħba soċjali huma l-iktar triq ‘il quddiem adattata fuq mistoqsijiet relattati ma’ l-immodernizzar u l-amministrazzjoni tal-bidla.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-edukazzjoni u mat-taħriġ vokazzjonali, il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ l-analiżi tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-bżonn ta’ strateġija għal taħriġ tul il-ħajja madwar l-Ewropa għas-settur u biex tassigura qbil aħjar bejn il-provvista u d-domanda għat-taħriġ. Fuq il-livell ta’ l-UE, il-programm Leonardo da Vinci u il-miżuri ta’ “Artikolu 6” taħt l-ESF jipprovdu il-kwadru għal proġetti ta’ fondi settorjali b’valur miżjud Ewropew u azzjonijiet innovattivi f’qasam ta’ l-impjieg u adattament tal-bidla industrijali.

3.3. Kwistjonijiet oħra relatati mall-kompetittività

REACH

L-industrija tat-tessuti u ta’ l-ilbies hi utent aħħari intensiv ħafna ta’ l-industrija tal-kimiċi. L-impatt tal-politika ġdida tal-kimiċi proposta (REACH) fuq dan is-settur qed tkun eżaminata mill-qrib mill-Kummissjoni u, b’kooperazzjoni ma’ l-industrija tat-tessuti u ta’ l-ilbies, qed jorganizzaw studju ta’ impatt ta’ stima fuq l-impatti potenzjali ta’ REACH fuq l-industrija tat-tessuti u l-fornituri tal-kimiċi tagħha. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma mistennija li jkunu disponibbli sa nofs l-2005.

Drittijiet tal-propjetà Intelletwali

Fil-qasam tad-drittijiet tal-propjetà intelletwali (IPR), il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet u l-infurzar tagħhom f’pajjiżi terzi, u li tgħolli l-għarfien ta’ min għandu d-dritt mill-falsifikazzjoni u r-riskji nvoluti. Il-Grupp ta’ Livell Għoli talab għal informazzjoni effettiva li żżid l-attivitajiet, l-edukazzjoni ta’ min għandu d-dritt u għall-provvediment ta’ għodda appropjata biex tikkumbatti l-iffalsifikar u l-piraterija. Il-Kummissjoni se teżamina l-probabilità li tikkreja website Ewropea li kemm jista’ jkun tkun faċli għal min jużaha fuq l-IPR u se tippromovi t-tixrid ta’ l-informazzjoni b’serje ta’ taħditiet u laqgħat f’forma ta’ network.

Tikketti ta’ “Magħmul fil-”

Il-Grupp ta’ Livell Għoli ma kienx f’pożizzjoni li jressaq l-ebda rakkomandazzjoni fuq l-immarkar tal-post fejn sar minħabba l-ideat diverġenti fuq dan is-suġġett. Waqt li wħud mill-Membri tal-Grupp indikaw li dan kien qasam importanti fejn il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet, oħrajn kienu ta’ l-idea opposta għax ikkunsidraw li l-istatus quo f’dan is-suġġett m’għandux jinbidel. Il-Kummissjoni hi lesta biex tistudja jekk l-inizjattivi f’dan ir-rigward jistgħux, jew le, itejbu l-pożizzjoni kompetittivà ta’ l-industrija ta’ l-UE fuq is-suq lokali tagħha.

Aċċess għall-finanzi

Is-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies hu dominat mill-SMEs li qed jiffaċċjaw diffikultajiet akbar biex jottjenu l-kreditu. Fl-istess ħin, ħafna mill-istrumenti finanzjarji mhumiex neċessarjament imfasslin għat-tip ta’ SME fis-settur tat-tessuti u l-ilbies. Skond ir-Raba’ Rapport fuq l-Implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Impriżi ż-Żgħar[6], l-aċċess għall-finanzi jibqa’ piż importanti għall-impriża madwar l-UE kollha minkejja ftit progress f’dan il-qasam. Żviluppi f’din l-aħħar sena juru li ħafna miżuri ittieħdu biex itejbu s-sitwazzjoni. L-esperjenzi mill-azzjonijiet tas-settur pubbliku mmirati biex itejbu l-aċċess għall-finanzi tal-kummerċi ż-żgħar urew li l-aħjar riżultati jintlaħqu meta s-settur pubbliku jaħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mas-swieq finanzjarji u jinkoraġġixxi l-iżvilupp tagħhom. Il-Kummissjoni hi nvoluta f’diversi inizjattivi biex itejjeb l-aċċess għall-finanzi. L-istrumenti finanzjarji tal-Komunità jippreskrivu spekulazzjoni Ewropea u għajnuna fil-finanzjar tal-SME. Il-kompletar tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kapital Riskjuż[7] hu bravura kbira, u t-tkomplija tal-Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji[8] se jwassal għal disponibilità aħjar tas-self mill-banek u tal-ekwità finanzjarja.

3.4. Aspetti Reġjonali

Il-Grupp ta’ Livell Għoli jirrikkmanda ħafna azzjonijiet dwar il-politika reġjonali. L-ewwel, jargumenta favur parteċipazzjoni akbar tas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies fil-programmi nazzjonali reġjonali ta’ l-Istati Membri u jitlob lill-awtoritajiet reġjonali biex jistabbilixxu pjanijiet lokali u strateġiċi mall-persuni tal-lokal li għandhom interess biex itejbu l-lokazzjoni tar-riżorsi pubbliċi. Fl-istess ħin, il-Grupp ta’ Livell Għoli jsejjaħ għal programm tal-Komunità għat-tessuti u l-ilbies u inizjattiva reġjonali speċifika. Ibbażata fuq esperjenza preċedenti, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li dan hu xieraq u ma tirrakkomandax dawn il-programmi tal-komunità speċifikament settorjali, li jistgħu jwasslu għall-frammentazzjoni tal-politiki industrijali u reġjonali tal-UE, b’impatt ftit li xejn sinifikanti fuq is-settur sħiħ. Minflok, il-parteċipazzjoni tas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies fi programm multi settorjali u, fl-istess ħin, jippermetti d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni bejn setturi differenti u fl-aħħar isservi aħjar is-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun(i) imsemmija.

Madankollu, hemm il-bżonn reali li jiġu antiċipati l-iżviluppi fis-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies fis-snin li ġejjin. Waqt li ż-Żona Euro-Mediterranja tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji biex tħalli lis-settur jibqa’ kontributur importanti għall-produzzjoni industrijali Ewropea, il-persuni li jagħmlu l-politiki ma jistgħux jinjoraw il-fatt li proċess permanenti ta’ ristrutturar u modernizazzjoni se jkompli jwassal għal telf fl-impjiegi fis-snin li ġejjin. Għal din ir-raġuni, hemm bżonn li programmi appropjati jkunu f’posthom, mhux biss biex jikkunsidraw il-kwistjoni ta’ taħriġ aħjar għall-ħaddiema tat-tessuti u ta’ l-ilbies imma wkoll biex inaqqsu l-impatt soċjo-ekonomiku fuq dawk ir-reġjuni fejn is-settur hu konċentrat. F’dan il-kuntest, hu rilevanti li jiġi nnutat li l-Kummissjoni riċentament adottat proposta[9] li Stati Membri għandhom jirriservaw ammont ta’ 1% tal-kontribuzzjoni annwali tal-Fond Strutturali għall-objettiv ta’ “Konverġenza” u 3% tal-kontribuzzjoni objettiva “Kompetittivà u impjieg reġjonali” biex tkopri kriżijiet lokali jew settorjali mhux previsti li għandhom x’jaqsmu mar-ristrutturar ekonomiku u soċjali, jew mall-konsegwenzi tal-ftuħ tal-kummerċ. Bħal setturi oħra fi kriżijiet mhux previsti jew settorjali, is-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies jista’ jkun kopert minn din ir-riserva ta’ probabilita’.

F’reġjuni dipendenti ħafna fuq l-attivitajiet tat-tessuti u ta’ l-ilbies, ir-rikużi imtella’ mill-iżviluppi preżenti jew prevedibbli jridu jkunu trattati b’manjiera integrata sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet sostenibbli. Waqt li l-awtoritajiet pubbliċi jridu jipprovdu kundizzjonijiet tal-qafas adegwati biex ikunu jistgħu jattiraw l-investiment, l-impjieg jista’ jiġi promoss u l-inizjattivi ta’ kompetittività, taħriġ u taħriġ mill-ġdid jiġu mkabbra, persuni lokali u persuni oħra li għandhom interess hemm bzożnn li joħorġu bi proposti konkreti u appropjati biex jirrispondu għall-bżonnijiet tar-reġjuni speċifiċi.

3.5. Kwistjonijiet tal-politika tal-Kummerċ

Minn aspett strateġiku, il-kompletar veloċi taż-Żona Pan-Euro Mediterranja huwa kruċjali għas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies ta’ l-UE, għax se jħalli lis-settur iżomm il-katina ta’ produzzjoni kollha viċin is-suq Ewropew, u jikkombina vantaġġi li jinvolvu spejjeż, kwalità u viċinanzi. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-progress hawnhekk kien bil-mod, partikolarment il-konklużjoni tal-ftehim tal-kummerċ ħieles (FTAs) fost il-pajjiżi kkonċernati, u l-Kummissjoni tikkunsidra li l-isforzi ulterjuri f’dan ir-rigward għandhom isiru mill-partijiet rilevanti.

Sabiex tgħaġġel l-implimentazzjoni tal-ġabra tal-pan-Euro-Mediterranja, ir-rappreżentanti ta’ l-industrija tat-tessuti fil-Grupp ta’ Livell Għoli jirrikmandaw interpretazzjoni flesibbli tal-bżonn tal-FTA bħala ftehim temporanju, iżda rrid ikun hemm grad suffiċjenti ta’ liberalizazzjoni fost il-pajjiżi kkonċernati għat-tessuti u l-ilbies. Il-Kummissjoni, skond il-konklużjonijiet tar-raba’ Konferenza Ministerjali Kummerċjali tal-Euro-Med, se teżamina din il-proposta tal-Grupp ta’ Livell Għoli flimkien ma’ l-imsieħba l-oħra tal-pan-Euro-Mediterranja. Madankollu il-Kummissjoni mhix favur l-approċċ settorjali u tikkunsidra li, flimkien mall-kundizzjonijiet preskritti mill-Grupp ta’ Livell Għoli, għandu għallinqas jinbeda FTA u jiġi applikat proviżorjament.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli jenfasizzaw ukoll il-bżonn li jittejjeb l-aċċess għas-swieq. Dan huwa għan tal-politika tal-Kummerċ tal-UE li ilu hemm ħafna fir-rigward tat-tessuti u ta’ l-ilbies. Il-Kummissjoni se tkompli tippromovi l-approċċ offensiv tagħha, b’ħarsa lejn il-prodotti tat-tessuti u ta’ l-ilbies fin-negozjati ta’ l-Aġenda ta’ l-Iżvilupp Doha, tfittex li tikseb kondizzjonijiet ta’ aċċess għas-swieq tal-pajjiżi terzi li huma kemm ġusti u komparabbli madwar id-dinja għal produtturi kbar tat-tessuti u ta’ l-ilbies. Il-Kummissjoni se tkompli titlob lil membri tal-WTO – bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi l-inqas żviluppati – biex inaqqsu d-dazji doganali tagħhom għall-inqas livell komuni possibbli u biex jeliminaw il-barrieri ta’ bla tariffi. Ladarba preferenzi ta’ tariffi qed jinqerdu, soluzzjonijiet alternattivi għall-ħsibijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li jiddependu ħafna fuq l-esportazzjoni tat-tessuti u ta’ l-ilbies, bħall-iżvilupp ta’ miżuri kooperattivi fuq in-naħa tal-provvisti, jistgħu jkunu żviluppati wkoll. Fil-kuntest tan-negozjati li jseħħu fuq bażi bilaterali, il-Kummissjoni se tkompli tinsisti għal kondizzjonijiet indaqs mall-pajjiżi/reġjuni konċernati. Fis-7 ta’ Lulju 2004 il-Kummissjoni adottat il-Kommunikazzjoni “Pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, kummerċ internazzjonali u żvilupp sostenibbli: il-funzjoni tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi tal-Komunità (GSB) għal perjodu ta’ għaxar snin mill-2006 sa 2015” [10]. Fost azzjonijiet ohra, tipproponi li jiffukaw fuq benefiċċji tal-GSP fil-pajjiżi l-aktar fil-bżonn, bħal LDCs u l-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw l-aktar vulnerabbli.

Is-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies huwa kkonċernat serjament ukoll dwar l-importazzjoni Ċiniża fl-UE. Il-Grupp ta’ Livell Għoli qiegħed jitlob li sistema ta’ osservazzjoni fuq l-importazzjoni Ċiniża tiġi stabbilita, li regolarment tiġbor data fuq il-kwantitajiet u unità ta’ prezzijiet medji fuq il-kategoriji tal-prodotti prinċipali, jeżaminaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tat-tessuti u ta’ l-ilbies fiċ-Ċina, u jevalwaw regolarment li ċ-Ċina tħares l-obbligazzjonijiet tagħha tal-WTO, b’mod partikolari il-kundizzjonijiet tagħha ta’ l-aċċess fis-suq. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi dawn il-ħsibijiet u tikkunsidra li tosserva l-importazzjoni b’dikjarazzjonijiet tad-dwana bħala soluzzjoni oħra effiċjenti li tista’ tiġi użata biex tipprovdi data fuq l-importazzjoni wara t-tmien tas-sistema tal-kwoti. Is-Servizzi tal-Kummissjoni qed jeżaminaw is-soluzzjonijiet differenti disponibbli f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni ħadet ukoll l-inizjattiva li tistabilixxi djalogu dirett lejn ir-riżultat, ma’ l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti, li jinkludu wkoll rappreżentanti ta’ l-industrija u ta’ persuni oħra li għandhom interess.

Finalment, dwar l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ, is-Servizzi tal-Kummissjoni jippjanaw li jagħmlu għad-dispożizzjoni qabel it-tmiem tal-2004 punti ta’ tmexxija li jkollhom proċeduri u kriterji li l-Kummissjoni qed taħseb li ssegwi, b’konformita mar-Regolamenti rilevanti adottati mill-Kunsill, għall-applikazzjoni ta’ klawsoli ta’ salvagwardji, partikolarment għall-klawsola ta’ salvagwardja stabbilita speċifikament għat-tessuti fil-Protokoll ta’ Adeżjoni fil-WTO taċ-Ċina. Barra dan, miżuri prattiċi li jiffaċilitaw l-użu tar-Regolamenti tal-barrieri tal-Kummerċ u l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ mis-setturi fejn l-SMEs jippredominaw se jkunu adottati qabel it-tmiem ta’ l-2004.

4. KONKLUżJONIJIET

Il-Grupp ta’ Livell Għoli għat-tessuti u l-ilbies lesta b’suċċess l-ewwel parti tax-xogħol tiegħu, laħħaq f’terminu perentorju veru strett il-konsensus fuq ir-rakkommandazzjonijiet f’numru sinifikanti ta’ oqsma ta’ importanza strateġika għall-futur ta’ l-industrija tat-tessuti u l-ilbies f’Unjoni Ewropea imkabbra. L-azzjonijiet previsti mill-Kummissjoni bħala tkomplija għal dawn ir-rakkommandazzjonijiet huma deskritti f’aktar dettall fid-Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff tal-Kummissjoni anness[11].

Huwa evidenti li t-teħid tal-bidliet strutturali sostanzjali neċessarji, jirrikjedi fl-ewwel post l-isforzi u l-impenn tal-persuni li għandhom interess, li jinkludu l-imsieħba soċjali, u mbagħad l-awtoritajiet pubbliċi fuq livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Fil-livell Ewropew, din il-Kommunikazzjoni turi li huwa possibbli li jittieħdu bżonnijiet settorjali speċifiċi in kunsiderazzjoni fl-implimentazzjoni tal-punti ta’ tmexxija tal-politiki orizzontali ta’ l-Unjoni Ewropea. Fl-oqsma kollha milquta mir-rakkommandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli, azzjonijiet ma jaqtgħux jindirizzaw diġà l-objettivi previsti., u azzjonijiet oħra bl-istess għanijiet huma pjanati. F’każijiet oħrajn il-probabilità ta’ l-inizjattivi proposti qirgħda tiġi kkunsidrata.

Huwa importanti li jiġi nnutat li l-azzjonijiet proposti mill-Grupp ta’ Livell Għoli u adottati mill-Kummissjoni jaqgħu fl-istrateġija deskritta fil-Komunikazzjoni fuq il- “Futur tas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea imkabbra” [12]. Il-Kummissjoni tibqa’ konvinta li s-soluzzjonijiet sostenibbli għar-rikużi strutturali li s-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies jiffaċċja rridu jiġu mlaħħqa bir-rinfurzar tal-vantaġġi kompettitivi ta’ l-industrija Ewropea u l-kundizzjonijiet ta’ kwadru appropjat.

L-azzjonijiet previsti fl-oqsma ta’ riċerka, edukazzjoni u taħriġ, u l-politika tal-kummerċ jilħqu r-rikużi tal-kompetittività li jiffaċċja s-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies. Madankollu, l-azzjonijiet fl-oqsma tar-riċerka, edukazzjoni, taħriġ u impjieg partikolarment, għandhom bżonn li jiġu kkumplementati b’għajnuna adegwata fuq il-livelli nazzjonali u reġjonali biex imexxu ‘l quddiem l-istess fatturi ta’ kompetittività. Għalhekk, ħafna inizjattivi f’uħud mill-Istati Membri joffru l-aħjar prattiċi ta’ l-implimentazzjoni settorjali tal-punti ta’ tmexxija tal-politika orizzontali, għax jiffukaw l-istrateġiji tagħhom fuq il-fatturi appropjati ta’ kompetittività settorjali waqt li jipprovdu għajnuna permezz ta’ l-istrumenti orizzontali f’posthom.

Fiż-żmien qasir għad-dispożizzjoni, il-Grupp ta’ Livell Għoli kien kapaċi jilħaq parti sostanzjali tal-kwistjonijiet rilevanti għall-kompetittività tas-settur tat-tessuti u ta’ l-ilbies Ewropej. Kwistjonijiet oħra, imma, jibbenifikaw minn diskussjoni ulterjuri, l-aktar, fuq innovazzjoni mhux-teknoloġika, aċċess għall-kooperazzjoni finanzjarja u industrijali fl-UE u ma’ imsieħba mhux fl-UE. F’uħud minn dawn l-oqsma, il-Kummissjoni madankollu se tipproponi inizjattivi addizzjonali. Per eżempju, il-Kummissjoni se teżamina il-possibilità ta’ kooperazzjoni industrijali aktar mill-qrib ma’ l-imsieħba tal-Mediterran u li tassoċċjahom ma’ inizjattivi mmirati biex itejbu l-kapaċitajiet, jippromovu l-innovazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-propjetà intelletwali, biex tirrealizza l-potenzjal kollu tas-suq pan-Euro Mediterranju u timbotta l-kompetittività ta’ l-industrija tat-tessuti u ta’ l-ilbies fiż-żona Euro-Mediterranja.

Kif ukoll, l-impatt ta’ l-eliminazzjoni tal-kwoti fis-settur wara Jannar 2005 se jkun jeħtieġ osservazzjoni aktar mill-qrib. Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni tirrikmanda li l-Grupp ta’ Livell Għoli jkompli l-eżerċizzju fix-“xerpa” u l-livelli ta’ gruppi ta’ ħidma fix-xhur li ġejjin, u waqt l-2005, bil-Grupp ta’ Livell Għoli nnifsu jiġi msejjaħ qabel it-tmiem ta’ l-2005.

[1] COM(2003) 649 finali ta’ 29.10.2003

[2] It-test sħiħ tar-Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli għat-tessuti u l-ilbies hu disponibbli fuq: http://europa.eu.int/comm/enterprise/textile/documents/hlg_report_30_06_04.pdf

[3] SEC(2004) 1240 of 13.10.2004

[4] ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2

[5] Xjenzi żghar, materjali multifunzjonali bbażati fuq it-taghrif, u produzzjoni ġdida ta’ proċessi u apparat

[6] COM(2004) 64 finali ta’ 11. 02. 2004

[7] http://europa.eu.int/comm/economy_finance/publications/riskcapital_en.htm

[8] http://europa.eu.int/comm/internal_market/en/finances/actionplan/index.htm

[9] Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jippreskrivi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, COM(2004) 492 finali ta’ 14.07.2004

[10] COM(2004) 461 final of 07.07.2004

[11] SEC(2004) 1240 of 13.10.2004

[12] Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.