52004DC0636

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-kunsill - It-tressiq għall-fażijiet ta’ skjerament u ta’ utilizzazzjoni tal-programm Ewropew ta’ navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita /* KUMM/2004/0636 finali */


Brussel 06.10.2004

KUMM(2004)636 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

U L-KUNSILL

It-tressiq għall-fażijiet ta’ skjerament u ta’ utilizzazzjoni tal-programm Ewropew ta’ navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita

Introduzzjoni

Wara li ġie mgħarraf bil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2004[1], il-Kunsill adotta, fid-9 ta’ Marzu 2004, konklużjonijiet li fihom stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta, mil-lum sa’ l-aħħar tax-xahar t’Ottubru 2004, komunikazzjoni li a bażi tagħha ser ikun jista’ jieħu, minn issa sa l-aħħar tas-sena, id-deċiżjonijiet politiċi essenzjali għall-bidu tal-fażijiet ta’ wiri u ta’ tħaddim, inklużi l-pożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-somma totali massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunita Ewropea għal dawn il-fażijiet, u d-definizzjoni tas-servizzi. Mill-2002, il-programm jinsab fil-fażi ta’ żvilupp li ser jissokta bil-fażijiet ta’ skjerament (2006-2007) u ta’ utilizzazzjoni (mill-2008).

Erba’ kwistjonijiet għandhom jiġu riżolti qabel il-bidu tal-fażijiet ta’ skjerament u ta’ utilizzazzjoni.

- il-konferma ta’ involviment sostanzjali mis-settur privat fil-finanzjament ta’ dawn il-fażijiet ;

- id-definizzjoni tas-serviżżi offruti ;

- l-elaborazzjoni ta' l-istrutturi ta’ l-immaniġjar tas-sistema ;

- il-konklużżjoni, flimkien ma’ l-Istati Uniti, ta’ ftehim li l-għan tiegħu hu l-interoperabilità tas-sistemi ta’ l-Ewropa u ta’ l-Amerika.

L-aħħar żewġ kwistjonijiet huma għalhekk riżolti. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1321/2004 dwar l-istrutturi tat-tmexxija tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita u l-azzjoni konġunta 2004/552/PESK dwar l-aspetti ta’ utilizzazzjoni tas-sistema Ewropea ta’ navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita li jdgħajfu s-sigurtà ta’ l-Unjoni Ewropea, t-tnejn li huma ddatati t-12 ta’ Lulju 2004[2], li jwaqqfu l-istrutturi tal-qafas tas-sistema. Barra minhekk, l-interoperabilità totali tas-sistemi ta’ l-Ewropa u ta’ l-Amerika hija prevista espressament mill-ftehim iffirmat ma’ l-Istati Uniti fis-26 ta’ Ġunju 2004.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament privat, l-assoċjazzjoni Galileo, li bdiet taħdem fis-sajf tal-2003, ġiet mqabbda li tmexxi l-proċedura tas-selezzjoni ta’ konċessjonarju. L-ewwel fażi, msejjħa ta’ pre-selezzjoni, bdiet fi Frar tal-2004. Fl-aħħar ta' Awissu ta' 2004, tnejn mit-tliet konsorzji ta’ pre-selezzjoni reġgħu poġġew l-offerti dettaljati tagħhom fil-qafas tat-tieni fażi tal-proċedura. L-assoċjazzjoni vvalutat dawn l-offerti f’Settembru tal-2004 u pproduċiet rapport. Skond il-mandat tagħha, l-assoċjazzjoni se tagħżel il-kandidat għall-konċessjoni, liema proposta ser tkun mibgħuta għall-approvazzjoni lill-Kunsill ta’ l-amministrazzjoni tagħha.

Ir-rapport ta’ l-intrapriża komuni, flimkien ma’ din il-komunikazzjoni, bil-għan li jinkisbu d-direttivi politiċi neċessarji għall-finanzjament pubbliku tal-fażijiet li ġejjin tal-programm u għall-inkarigi tas-servizz pubbliku, b'mod partikolari d-definizzjoni tas-servizzi. A bażi ta’ dan, l-intrapriża komuni se tkun tista’ tibda l-aħħar fażi tat-tqegħid għall-konċessjoni tas-sistema, in-negozjati tal-kuntratt tal-konċessjoni li għandu jiġi ffirmat matul is-sena 2005. Din il-fażi se ssir b’kollaborazzjoni stretta ma’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza li, bħala awtorità li qed tikkonċedi, se tiffirma dan il-kuntratt u se tissorvelja l-eżekuzzjoni tiegħu skond d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) nru 1321/2004 hawn fuq imsemmi.

1. IL-FINANZJAMENT TAL-FAŻIJIET TA' SKJERAMENT U TA' UTILIZZAZZJONI

L-iżvilupp konsiderevoli tas-swieq li għandhom x'jaqsmu man-navigazzjoni bir-radju permezz tas-setellita wassal lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jagħtu preferenza għall-għażla ta' sħubjia pubblika privata, fil-forma ta' aġenzija, għall-fażijiet ta’ skjerament u ta' utilizzazzjoni tal-programm GALILEO. Jekk is-settur privat jiddikjara ruħu lest li jinvesti bi kbir fil-programm meta wieħed iqis il-perspettivi kummerċjali offruti, partiċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità xorta tibqa neċessarja sabiex ikun assigurat il-bilanċ finanzjarju tal-programm.

1.1. Perspettivi kummerċjali qawwija

Il-perspettivi eċċezzjonali ta’ żvilupp tas-swieq li għandhom x’jaqsmu man-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita ġew enfasizzati permezz tad-diversi studji[3] ordnati mill-Kummissjoni mill-1999 u li l-Kunsill ġie mgħarraf bihom. L-evoluzzjoni osservata matul dawn l-aħħar snin tikkonferma l-isplużjoni tas-swieq tal-prodotti u servizzi tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita. L-aktar stimi ottimisti wkoll inqabżu.

B’hekk, is-suq dinji tal-prodotti u servizzi li għandhom x’jaqsmu man-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita irdoppja bejn l-2002 u l-2003, billi għadda minn 10 biljuni sa 20 biljun Euro. Se jqarreb it-300 biljun Euro fil-bidu tal-2020, b’xi 3 miljuni ta’ receivers fl-użu. Dawn ir- receivers se jgħaqdu s-servizzi kollha offruti mis-sistemi GALILEO, EGNOS u GPS.

Applikazzjonijiet innovattivi huma poġġuti fuq is-suq kuljum. Il-prezz tar- receivers huwa dejjem nieżel. Illum il-ġurnata, jinsabu receivers għal anqas minn 150 Euro. Kif ġara f’dawn l-aħħar snin fil-każ tat-telefon ċellulari, it-tnaqqis fil-prezz iġib miegħu diffużjoni mgħaġġla tas-servizzi tan-navigazzjoni bir-radju fis-setturi kollha, li b’hekk jagħmel l-użu tagħhom banali daqs l-apparat elettroniku għall-pubbliku ġenerali kif inhu l-arloġġ, il-magna tar-ritratti, it-telefon ċellulari, eċċ. In-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita qed jippenetra s-segmenti kollha tas-soċjeta, li b'hekk qed tagħti lill-programm GALILEO dimensjoni li wieħed jista' jiddiskriviha bħala taċ-"ċittadin".

Mill-bidu tal-proġett GALILEO, il-Kunsill xtaq parteċipazzjoni qawwija mis-settur privat fil-programm. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Lulju 1999, stieden lill-Kummissjoni « sabiex toħloq kundizzjonijiet xierqa u realistiċi li jippermettu li jiġi żgurat finanzjament l-aktar mis-settur privat, fl-istruttura ta’ sħubija pubbliku-privat. »[4]. Sussegwentement, din il-pożizzjoni ġiet dejjem affermata mill-ġdid. B’mod aktar preċiż, fil-konklużjonijiet adottati minnu fis-26 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill qabel, għall-finanzjament tal-fażi ta’ utilizzazzjoni, «li jipprova jiggarantixxi tqassim ta’ massimu terz mill-baġit tal-Komunità u minimu ta’ żewġ terzi mis-settur privat ». Barra minn dan, f’dawn l-istess konklużjonijiet u f’dawk li adotta fid-9 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill ippreveda espliċitament għall-intervenzjoni ta’ fondi tal-Komunità għall-finanzjament tal-fażi ta’ utilizzazzjoni.

1.2. Is-sorsi ta’ finanzjament offruti lis-settur privat

Skond ir-rapport intermedjarju mwaqqaf mill-assoċjazzjoni Galileo, l-offerti ddepożitati mill-konsorzji pre-selezzjonati jikkonfermaw l-ipotesi dwar il-finanzjament tal-fażijiet ta’ skjerament u utilizzazzjoni, ġaladarba jikkorrispondu ma’ l-iskema prevista mill-Kunsill: kull wieħed mill-konsorzja qed jintrabtu li jiffinanzjaw iż-żewġ terzi tan-nefqa tal-fażi ta’ skjerament, valutata għal 2,1 biljun Euro, u qed jitolbu l-ħlas ta’ sussidju ta’ bilanċ fl-ewwel snin wara l-bidu ta’ l-utilizzazzjoni tas-sistema.

Fil-komunikazzjoni hawn fuq imsemmija tat-18 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni elenkat diversi sorsi potenzjali ta’ finanzjament tal-fażijiet ta’ skjerament u ta’ utilizzazzjoni offruti lis-settur privat.

Id-dħul ta’ flus marbut mal-bejgħ tas-servizzi jifformaw parti sostanzjali fil-pjanijiet ta' finanzjament ippreżentati mill-konsorzji pre-selezzjonati. Miġbur direttament mill-konċessjonarju, se jagħtuhom il-possibilità li jħallsu l-kapital investit u li jħallsu lura d-djun li jkunu għamlu. Għandu jkun imsemmi li kull wieħed mill-konsorzji jinsisti fuq l-importanza tad-dħul mistenni mill-bejgħ tas-Servizz Pubbliku Regolamentat (magħruf bħala PRS).

Id-dħul mid-drittijiet fuq il-proprjetà intellettwali huwa wkoll element ewlieni tal-pjanijiet ta’ finanzjament ppreżentati mill-konsorzji pre-selezzjonati. Kif kien il-każ għad-dħul marbut mal-bejgħ tas-servizzi, hu previst li dawn ser ikunu miġbura direttament mill-koncessjonarju li l-Awtorità ta' surveljanza se tattribwixxilhom, fil-qafas tal-kuntratt tal-konċessjoni, il-liċenzi li jippermettu l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-komponenti tas-sistema u għall-applikazzjonijiet tagħhom. L-intrapriża komuni Galileo elaborat, flimkien mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, avviċinament globali bil-għan, fis-sens strett tal-kelma, li tipproteġi legalment l-elementi prinċipali tas-sistema, b’mod partikolari dak li għandu x’jaqsam mat-trattament tas-sinjali. Dan l-avviċinament jagħti lok li jiġu inklużi l-klijenti kollha, hu x'inhu s-servizz użat. Dan hu magħżul direttament mill-kandidati għall-konċessjoni li jaraw fih sors importanti ta’ dħul u jagħmel inutli l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq ir- receivers ukoll prevista fil-komunikazzjoni hawn fuq imsemmija tat-18 ta’ Frar 2004 inutli.

Fl-aħħar nett, il-pjanijiet ta’ finanzjament ippreżentati mill-konsorzji pre-selezzjonati jipprevedu impenn importanti fil-qasam ta’ fondi adatti akkompanjati minn sostenn bankarju sod. Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, li jżomm kuntatti mill-qrib mal-kandidati diversi għall-konċessjoni, se jkollu rwol importanti fit-twaqqif finanzjarju grażżi għall-għotja ta’ self varji b’terminu twil ħafna akkumpanjat b’dewmien ta’ maħfra ta’ tul ta’ ħin adattat.

1.3. Il-finanzjament rikjest tal-Komunità

Is-sistema Ewropea tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita hija infrastruttura kbira pubblika li t-twaqqif tagħha tirrappreżenta bosta vantaġġi għall-Unjoni Ewropea. Tippermetti l-libertà mid-dipendenza fuq sistema barranija li jkollha l-monopolju quddiem numru li ta’ kuljum jiżdied ta’ sferi kruċjali ta’ applikazzjoni. Hi tassigura kontroll fuq it-teknoloġija rikjesta kif ukoll funżjonijiet tan-navigazzjoni u ta’ dating vitali għall-ekonomija. Sistema ċivili maħsuba għall-klijenti ċivili, twieġeb għal bżonnijiet li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-sistemi preżenti. Tidħol fil-kwadru tal-politika spazjali Ewropea kif inhu spjegat fil- White Paper ippreżentata mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Novembru 2003[5]. Dawk huma l-elementi li jiġġustifikaw l-intervenzjoni ta’ poteri pubbliċi fil-finanzjament tal-fażijiet ta’ skjerament u ta’ utilizzazzjoni tal-programm.

Il-parti tal-finanzjament pubbliku hu meħtieġ fl-iżvilupp ta’ dawn iż-żewġ fażijiet jagħlaq il-finanzjament ta’ oriġini privat. Jidher bħala r-riżultat, min-naħa waħda tad-dimensjoni u tal-kwalità tal-proġett maħsub mill-Kummissjoni Ewropea, u min-naħa l-oħra tad-dħul kummerċjali li t-tħaddim tas-sistema hu suxxettibbli li jipproduċi.

In-nefqa tal-fażi ta’ skjerament huwa stmat għal 2,1 biljun Euro. Kull wieħed mill-konsorzji pre-selezzjonati jintrabtu li jġorru ż-żewġ terzi tan-nefqa, li hu 1,4 biljun Euro, somma ta’ 700 miljun Euro jridu jitħallsu mill-baġit tal-Komunita għall-finanzjament tal-fażi.

Il-finanzjament tal-fażi ta’ tħaddim ser isir mis-settur privat. Madankollu, meta wieħed iqis, min-naħa waħda l-limitazzjonijiet li joħroġ mill-obbligi tas-servizz pubbliku mposti fit-tħaddim ta’ din l-infrastruttura kbira pubblika li s-sistema GALILEO tirrappreżenta, u min-naħa l-oħra taż-żmien li jrid igħaddi biex is-settur privat jiżviluppa bi sħiħ is-suq tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita u t-tqegħid fis-suq tas-servizzi tiegħu, hu neċessarju li tingħata parti mill-finanzjamenti pubbliċi eċċezzjonalment matul l-ewwel snin tal-fażi ta' utilizzazzjoni.

Sabiex jiġi ffinanzjat il-parti li tmiss lill-baġit tal-Komunita, il-Kummissjoni pproponiet, fl-14 ta’ Lulju 2004, Regolament tal-Parlament Ewropew i tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-fażijiet ta' skjerament u ta' tħaddim tal-programm Ewropew ta' navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita[6]. Din il-proposta tpoġġi l-programm GALILEO fuq strument ġuridiku speċifiku, koerenti mal-programm spazjali Ewropew tal-ġejjieni u aktar kapaċi li jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu waqt li jwieġeb bi sħiħ għat-tħassib ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Din taħseb għal intervenzjoni finanzjarja tal-Komunità Ewropea ta’ biljun Euro għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. 500 miljun Euro huma b'hekk allokati għall-finanzjament tal-fażi ta' skjerament, li għandha tibbenefika barra dan minn somma ta’ 200 miljun Euro għall-perspettivi finanzjarji preżenti għas-sena 2006, u 500 miljun Euro huma riżervati għall-finanzjament ta’ l-ewwel snin tal-fażi ta’ utilizzazzjoni. Dan l-aħħar ammont huwa wieħed ta’ indikazzjoni u se jiġi aġġustat, jekk ikun hemm bżonn, skond ir-riżultat tan-negozjati mall-kandidati għall-konċessjoni.

Il-ġestjoni u l-kontroll ta' l-użu tal-kontribuzzjoni Komunitarja pprovduta lill-programm GALILEO se jkunu assigurati mill-Awtorita Ewropea ta' Sorveljanza GNSS, skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill nru 1321/2004 hawn fuq imsemmi. Hu previst li l-Awtorità ta’ Sorveljanza għandha titwaqqaf fl-ewwel nofs tas-sena 2005. Mhux eskluż li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tkun tista’, jekk ikun hemm bżonn, tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-fażijiet ta’ skjerament u ta’ utilizzazzjoni tal-programm permezz ta’ kontribuzzjoni lill-Awtorita ta’ Sorveljanza.

Għandu jkun enfasizzat li l-parti tal-finanzjament pubbliku jista’ jitnaqqas skond id-dħul kummerċjali ġġenerat favur il-konċessjonarju mit-tħaddim tas-sistema. Klawżola fil-kuntratt tal-konċessjoni se titratta espliċitament il-modalitajiet ta’ din il-modulazzjoni.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ser tara li jiġi promoss l-użu tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita fl-inizzjattivi li hi qed jew ser tkun qed tieħu fl-oqsma l-aktar diversi, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mas-sejħiet għall-għajnuna, ta’ sigurta marittima, ta’ sajd u ta’ agrikoltura flimkien mas-sistema « Global Monitoring for Environment and Security (GMES) », ta’ l-interoperabbilità tas-sistemi ferrovjarji (ERTMS), tal-ġustizzja u ta’ l-affarijiet interni, eċċ.

1.4. Id-dħul minn pajjiżi terzi

It-tkabbir tal-kooperazzjoni internazzjonali hija kkonfermata. Bosta pajjiżi terzi qed juru ruħhom partikolarment mixtieqa li jipparteċipaw fil-programm GALILEO, inkluż il-pjan finanzjarju. Ftehim ta’ kooperazzjoni ġew ffirmati maċ-Ċina fit-30 t’Otturbru 2003 u ma’ l-Iżrael fit-13 ta’ Lulju 2004. Ukoll mal-Federazzjoni Russa, l-Indja u l-Ukrajna li magħhom diskussjonijiet dwar ftehim mixjin sew, u kuntatti tajba ġew msawwra mal-Korea t’Isfel, l-Awstralja, il-Messiku u l-Brażil. Barra minn dan, l-Isvizzera u n-Norveġja, Pajjiżi Membri ta’ l-Aġenzija Spazjali Ewropea, u l-Kanada, membru assoċjat, qed jeżaminaw il-possibilità li jipparteċipaw finanzjarjament fil-fażijiet ulterjuri tal-programm. Dħul ta’ fondi sinifikanti jista’ jasal mid-diversi pajjiżi terzi interessati.

Il-pajjiżi terzi assoċjati mal-programm GALILEO jirrappreżentaw opportunità tajba ta’ żvilupp tas-suq. Kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jiddisponi minn impriżi ta’ kapaċità teknika u kummerċjali kbira fl-oqsma ta’ l-ispazju u tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita, li tista’ tiddinamiżża l-industriji Ewropej. F’kull wieħed minn dawn il-pajjiżi, l-operaturi u l-utilizzaturi kollha jenfasizzaw il-bżonn ta’ żvilupp ta’ sistema ċivili ta’ navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita maħsuba speċifikament biex twieġeb għall-bżonnijiet tagħhom permezz ta’ ħames servizzi differenti u li tiddisponi mill-funzjonijiet indispensabbli għall-iżvilupp fuq skala kbira ta’ din it-teknoloġija ġdida: l-intergrità, il-garanzija tas-servizz u l-konnessjoni mat-telekomunikazzjoni. Bħala konsegwenza, huma japprezzaw in-natura differenti tas-sistema GALILEO meta mqabbla ma dik tas-sistema GPS Amerikana u juru l-interess kollu fi ftehim bilaterali li jkopri l-oqsma kollha ta’ kooperazzjoni u li jippermetti s-sehem fil-futur ta’ l-aspetti differenti ta’ teknoloġija bi prospetti hekk rikki.

Miftuħ għall-kooperazzjoni wiesgħa ħafna ma’ pajjiżi terzi, il-programm GALILEO tagħti lil dawn ta’ l-aħħar l-opportunità li jipparteċipaw fil-kostruzzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ infrastruttura strateġika. B’hekk, jipparteċipa b’mod sinifikattiv fid-dimensjoni esterna tal-politika tal-Komunita Ewropea. Id-diversità u l-wesgħa ta’ metodi ta’ parteċipazzjoni previsti, li jikkonċernaw il-konċessjoni, il-programm ta’ riċerka, il-kuntratti li għaddew mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-aspetti regolamentari, il-parteċipazzjoni fl-impriża komuni kif ukoll is-sħubija ma' l-Awtorita ta' Sorveljanza futura, jikkostitwixxi vantaġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali.

Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi tippermetti wkoll l-assigrazzjoni ta’ sostenn minn dawn il-pajjiżi fi ħdan l-awtoritiajiet internazzjonali risponsabbli mill-attribuzzjoniji tal-frekwenzi jew mid-definizzjoni tan-normi. Tiggarantixxi, ukoll, li s-servizzi offruti mit-tħaddim tas-sistema se jkunu kkummerċjalizzati bla l-ebda xkiel intern għall-pajjiżi kkonċernati.

2. L-EŻIĠENZI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAS-SERVIZZI OFFRUTI

It-tħaddim tas-sistema GALILEO għandha toffri servizzi differenti li għandhom karatteristiċi speċifiċi għall-aħħar u tiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà.

2.1. Is-servizzi offruti

Is-servizzi offruti mit-tħaddim tas-sistema GALILEO ġew ippreżentati fid-dettall fl-Anness 1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Settembru 2002[7]. Id-definizzjoni tagħhom kienet is-suġġett tad-dokument « High-Level Definition” elaborata mill-2002 u minn dak iż-żmien aġġornata kontinwament flimkien mal-gruppi differenti ta’ utilizzaturi. A bażi ta’ dan, fil-konklużżjonijiet tiegħu tas-6 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill indika li s-sejħiet għall-offerti mnieda fl-istruttura tal-programm GALILEO, b’mod partikolari dak li għandu x’jaqsam mal-konċessjoni, ser tkun magħmula minn ħames servizzi: « servizz miftuħ » ; « servizz kummerċjali » ; « servizz ta’ salvagwardja tal-ħajja » ; « servizz pubbliku regolamentat » (magħruf bħala PRS) ; l-għajnuna għas-servizz ta’ riċerka u ta’ salvataġġ tas-sistema COSPAS-SARSAT jew ta’ systemi rilevanti oħra.

L-offerti li a bażi tagħhom qed ikomplu bħalissa d-diskussjonijiet mal-konsorzji pre-selezzjonati huma konformi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u kull wieħed minnhom jipproponi l-ħames servizzi elenkati hawn fuq.

La qed nitkellmu b’mod aktar preċis dwar is-Servizz Pubbliku Regolamentat (PRS), huwa importanti li wieħed ifakkar li dan huwa wieħed mill-aspetti ewlenin tal-programm. Dan għandu jippermetti lill-awtoritajiet sabiex jiddisponu minn servizz protett li joffri kapaċitajiet għolja. Bosta ministeri pparteċipaw fid-definizzjoni teknika ta’ dan is-servizz u kkonfermaw il-bżonn tat-twaqqif tiegħu. Dan hu partikolament il-każ għas-servizzi kompetenti nkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri jew mis-sigurtà interna, li qed jiġġieldu l-aktar kontra l-kriminalità, il-kutrabandu, l-immigrazzjoni llegali jew it-terroriżmu, u għat-timijiet inkarigati mill-protezzjoni ċivili. Pero, l-użu tas-Servizz Pubbliku Regolamentat se jibqa fakultattiv. L-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet tagħhom se jkunu liberi li jirreferu għaliha jew le. Fil-proġetti tagħhom tal-pjanijiet ta’ negozju li qed jelaboraw, il-kandidati għall-aġenzija li ntgħażlu minn qabel jikkonfermaw l-eżistenza ta’ domanda qawwija għal dan is-servizz min-naħa ta’ bosta Pajjiżi Membri u jinsistu fuq l-importanza tad-dħul li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-ħidma tagħhom. In-nefqiet mill-użu tas-Servizz Pubbliku Regolamentat se jkunu mħallsa mill-utilizzaturi biss, waqt li jibqgħu raġonevoli fil-ħsieb ta’ amministrazzjoni pubblika tajba.

Barra minn dan, in-nefqiet ġġenerati mill-inklużjoni tas-Servizz Pubbliku Regolamentat fil-pjanta tas-sistema tirrappreżenta persentaġġ żgħir ħafna mill-infrastruttura kollha. Fil-fatt, dan is-servizz m’għandux ħlief inċidenza żgħira fuq id-definizzjoni tal-parametri prinċipali tas-satelliti li huma l-piż, is-saħħa u l-volum tat-tagħmir. L-impatt fuq in-nefqa tas-segment ta’ l-art huwa negliġibbli.

Barra minn dan, l-isforzi ta’ riċerka li saru wara sentejn u d-diskussjonijiet magħmula ma’ l-Istati Uniti ppermettew li jiġi determinat bl-eżatt il-pjan ta’ frekwenzi assoċjati mal-ħames servizzi offruti. Il-ftehim iffirmat ma’ l-Istati Uniti fis-26 ta’ Ġunju 2004 jneħħi l-aħħar ostakli ta’ natura politika għall-approvazzjoni ta’ dan il-pjan.

Fl-aħħarnett dwar l-EGNOS, il-Kunsill irrikonoxxa, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, « li l-vantaġġ ta’ inklużjoni eventwali tal-ġestjoni ta’ l-EGNOS fil-kuntratt ġejjieni tal- konċessjoni tal-ġestjoni tal-GALILEO għandu jiġi vvalutat flimkien mal-konċessjonarji potenzjali tal-GALILEO ». L-assoċjazzjoni Galileo, b’hekk, inkludiet EGNOS fid-diskussjonijiet li qed tmexxi mal- konsorzji pre-selezzjonati, li ddikjaraw ruħhom lesti li jinkarigaw ruħhom bit-tmexxija ta’ l-EGNOS fil-qafas tal-konċessjoni tal-GALILEO. Dan il-punt se jkun is-suġġett ta’ proposta mill-Kummissjoni a bażi tar-riżultati tan-negozjati mmexxija mal-kandidati pre-selezzjonati, mir-riżultati tad-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri nkarigati mill-kontroll ta' l-avjazzjoni ċivili, u mill-karatteristiċi tal-pjan Ewropew tan-navigazzjoni li qed jiġi eżaminat.

2.2. Ir-rispett tar-raġunijiet ta’ sigurtà

Kif il-Kunsill enfasizza ħafna drabi, is-sistema GALILEO tikkostitwixxi infrastruttura sensittiva li l-użu tagħha għandha tkun is-suġġett ta’ miżuri partikolari ta’ protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tar-resistenza. Jeħtieġ li wieħed jilqa’ għal żewġ perikli potenzjali : min-naħa waħda, wieħed għandu jipproteġi s-sistema kontra attakki għall-ħidma tagħha, premeditat jew le ; min-naħa l-oħra, hemm bżonn li jitwaqqaf l-użu tiegħu għal finijiet li huma kontra l-interessi ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha.

Ir-Regolament (KE) nru 1321/2004 u l-azzjoni konġunta 2004/552/PESK hawn fuq imsemmija, ddatata t-12 ta’ Lulju 2004, huma ż-żewġ testi li fuqhom se tkun ibbażata r-resistenza u s-sigurtà tas-sistema GALILEO fil-fażijiet ta’ wiri u ta’ tħaddim : ir-Regolament li jwaqqaf l-Awtorita ta’ Sorveljanza, li fuqha jaqgħu l-kompetenzi kollha « tekniċi » dwar is-sigurtà u s-sigurezza tas-sistema ; l-azzjoni konġunta li titratta dwar l-attakki kontra l-integrità tagħha jew il-funzjonament tagħha, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’ kriżi. Il-Kumitat ta’ sigurtà u ta’ sigurezza tas-sistema mwaqqfa taħt l-Awtorità ta’ Sorveljanza u kompost minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri se tieħu mill-Kunsill x-xogħol ta’ sigurtà (GSB).

L-intrapriża komuni ggarantiet lilha nnifisha li l-konsorzji pre-selezzjonati offrew il-garanziji kollha fil-qasam tas-sigurtà u s-sigurezza. It-timijiet li se jmexxu s-sistema se jikkonsistu f'persuni li jistgħu jaraw dokumenti u proċeduri kklassifikati. Kull wieħed mill-konsorzji inkluda fl-offerti tiegħu ir-rispett għall-miżuri ta’ sigurtà elaborati mill-Kunsill attwali għas-sigurtà u, fil-ġejjieni, mill-Awtorita ta’ Sorveljanza. L-assoċjazzjoni integrat ukoll il-possibilita li tara l-Kunsill jimponi modifika tal-kwalità tas-sinjali f’każ ta’ kriżi f’reġjun tad-dinja.

Konklużjonijiet

L-assożjazzjoni Galileo, taħt l-inkarigu tagħha, wasslet fi tmiem pożittiv il-proċedura ta’ selezzjoni tal-konċessjonarji futuri. Jidher li l-kondizzjonijiet li ddeterminaw il-ftuħ tal-programm GALILEO huma sodisfatti. Huma notevolment kkonfermati:

- l-aspetti strateġiċi ta' infrastruttura li timmira li tiggarantixxi l-indipendenza ta’ l-Unjoni Ewropea waqt li tassigura l-kumplimentarjetà mas-sistema Amerikana GPS ;

- id-definizzjonijiet tekniċi ta’ sistema li tagħti lill-Unjoni Ewropea l-kapaċità fit-teknoloġija tan-Navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita ;

- il-vijabbilità kummerċjali tat-tħaddim tas-sistema grazzi għal perċezzjoni ta’ dħul importanti ;

- il-kumplimentarjetà tal-ħames servizzi previsti mill-programm, maħsuba biex iwieġbu għall-bżonnijiet tal-klijenti ċivili kollha.

- l-opportunita ta’ intergrazzjoni ta’ l-EGNOS, prekursur tas-sistema Ewropea globali tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita, fl-avviċinament segwit, inkluż fl-iskema tal-konċessjoni ;

- id-dħul finanzjarju sinifikanti min-naħa tas-settur privat ;

- fl-aħħarnett, id-dimensjoni nternazzjonali tal-proġett u l-volontà li qegħda dejjem tikber tal-pajjiżi terzi li jipparteċipaw b’mod attiv u finanzjarju fil-programm.

Il-kundizzjonijiet l-oħra definiti mill-Kunsill biex wieħed jgħaddi għall-fażijiet li jmiss tal-programm, li jimmiraw rispettivament għall-iskjerament u l-utilizzazzjoni tas-sistema, huma wkoll sodisfatti:

- il-konklużjoni ma’ l-Istati Uniti, ta’ ftehim li l-għan tiegħu hu l-interoperabilità tas-sistemi Ewropej u Amerikani ffirmati fis-26 ta’ Ġunju 2004;

- id-definizzjoni ta’ l-istrutturi ta’ l-immaniġġjar tal-futur tas-sistema, Awtorità ta’ Sorveljanza u dispożittivi ta’ sigurtà, bl-adozzjoni mill-Kunsill taż-żewġ testi bid-data tat-12 ta’ Lulju 2004 ;

Il-kundizzjonijiet kollha huma minn issa ‘l quddiem miġbura sabiex il-Kunsill jikkonferma :

- il-passaġġ irrevokabbli għall-fażijiet ta’ wiri u ta’ tħaddim tal-programm ;

- il-karatteristiċi essenzjali tas-sistema, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi ;

- t-tqegħid ta' poteri pubbliċi kemm għall-finanzjament tal-fażijiet ta' skjerament u ta’ utilizzazzjoni kif ukoll għall-kontroll tas-sistema.

L-għarfien ta’ dawn l-elementi huwa indispensabbli sabiex tippermetti :

- lill-assoċjazzjoni sabiex tibda n-negozjati tal-kuntratt tal-konċessjoni li se jkun iffirmat mill-Awtorità ta’ Sorveljanza matul is-sena 2005 , u

- lill-atturi privati li jikkonfermaw l-offerti tagħhom u l-impenji finanzjarji tagħhom.

Il-Kummissjoni se tkompli tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bill-progress tal-programm. Il-Kunsill ta’ Sorveljanza ta’ l-assoċjazzjoni, min-naħa tiegħu, se jkompli jsegwi l-proċeduri tat-tqegħid għall-konċessjoni. Ir-riżultati ta’ din il-proċedura se jkunu ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi ftehim ma’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza, li se tieħu f’idejha mill-bidu tas-sena 2005 ix-xogħol essenzjali għall-implimentazzjoni tal-fażijiet ta’ skjerament u ta’ utilizzazzjoni.\

[1] KUMM(2004)112 finali

[2] U L 246 ta’ l-20.7.2004, paġni 1 u 30.

[3] mod partikolari l-istudji GALA, Geminus, Pricewaterhouse Coopers u Galilei.

[4] ĠU C 221 tat-3.8.1999, paġna 1.

[5] KUMM(2003)673.

[6] KUMM(2004)477 finali

[7] KUMM(2004)518 finali