Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0063 - 0068
Ftehim dwar l-isħubija tar-Repubblika Taljana għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntjieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU u R-RENJU TA' l-OLANDA, Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntjieri komuni tagħhom iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, minnhawni ‘l quddiem imsejjħa "il-Konvenzjoni ta' l-1990," kif ukoll ir-Repubblika Taljana, li ssieħbet fil-Konvenzjoni ta' l-1990 bi Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, minn naħa waħda, u r-REPUBBLIKA TALJANA, minn naħa l-oħra, Wara li kkunsidraw l-iffirmar li sar f'Bonn f'dan il-ħames u għoxrin jum ta' Ġunju fis-sena elf disa' mija wieħed u disgħin tal-Protokoll dwar l-Isħubija tal-Gvern tar-Repubblika Taljana fil-Ftehim Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntjieri komuni tagħhom, Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 140 tal-Konvenzjoni ta' l -1990, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Repubblika Taljana qiegħda tissieħeb mal-Konvenzjoni ta' l-1990. Artikolu 2 1. L-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 40(4) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika Taljana għandhom ikunu: uffiċjali tal-pulizija kriminali tal-Polizia di Stato u ta' l-Arma dei Carabinieri, u, fir-rigward tal-poteri tagħhom fir-rigward ta' l-iffalsifikar ta' flus, l-ittraffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, traffikar f'armi u splussivi, u t-trasportazzjoni illeċita ta' skart tossiku u perikoluż, uffiċjali tal-pulizija kriminali tal-Guardia di Finanza, kif ukoll uffiċjali tad-dwana, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fi ftehim bilaterali xierqa msemmija fl-Artikolu 40(6) tal-Konvenzjoni ta' l-1990, fir-rigward tal-poteri li jirrigwardaw l-ittraffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, traffikar fl-armi u fi splussivi, u t-trasport illeċitu ta' skart tossiku u perikoluż. 2. L-awtorità msemmija fl-Artikolu 40(5) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika Taljana għandha tkun id-Direzione Centrale della Polizia Criminale fil-Ministeru ta' l-Intern. Artikolu 3 1. L-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 41(7) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika Taljana għandhom ikunu: uffiċjali tal-pulizija kriminali tal-Polizia di Stato u ta' l-Arma dei Carabinieri, u, fir-rigward tal-poteri tagħhom fir-rigward ta' l-iffalsifikar ta' flus, l-ittraffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotrpoiċi, traffikar f'armi u splussivi, u t-trasportazzjoni illeċitu ta' skart tossiku u perikoluż, uffiċjali tal-pulizija kriminali tal-Guardia di Finanza, kif ukoll uffiċjali tad-dwana, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fi ftehim bilaterali xierqa msemmija fl-Artikolu 41(10) tal-Konvenzjoni ta' l-1990, fir-rigward tal-poteri li jirrigwardaw l-ittraffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, traffikar fl-armi u fi splussivi, u t-trasportazzjoni illeċita ta' skart tossiku u perikoluż. 2. Fil-ħin ta' l-iffirmar ta' dan il-ftehim, il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika Taljana għandhom jagħmlu dikjarazzjoni li tiddefinixxi, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 41(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni ta' l-1990, il-proċeduri ta' kif għandu jsir ġiri wara xi ħadd fit-territorji tagħhom. Artikolu 4 Il-Ministeru kompetenti msemmi fl-Artikolu 65(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika Taljana għandu jkun il-Ministeru tal-Ġustizzja: Artikolu 5 1. Dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għal ratifikazzjoni, aċċettanza jew approvazzjoni. L-istrumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depositati mal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha dwar dan. 2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, u l-iktar kmieni fil-jum ta' meta il-Konvenzjoni ta' l-1990 tidħol fis-seħħ. 3. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jinnotifika lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti dwar id-data tad-dħul fis-seħħ. Artikolu 6 1. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jittrasmetti lill-Gvern tar-Repubblika Taljana kopja ċertifikata tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fil-lingwa Olandiża, Franċiża u Ġermaniża. 2. It-test tal-Konvenzjoni ta' l-1990 abbozzat fil-lingwa Taljana huwa anness ma' dan il-Ftehim u għandu jkun awtentiku taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi oriġinali tal-Konvenzjoni ta' l-1990 miktuba fil-lingwa Olandiża, Franċiża, u Ġermaniża. Bħala xhieda ta' dan, is-sottoskritti li huma awtorizzati għal dan il-għan iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul f'Pariġi f'dan is-seba' u għoxrin jum ta' Novembru fis-sena elf disa' mija u disgħin f'oriġinal wieħed bil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, u Taljana, li minnhom il-ħames testi huma awtentiċi indaqs, u dan l-oriġinal għandu jibqa' depożitat fl-arkivji tal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jittrasmetti kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika Taljana +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ATT FINALI I. Fil-ħin ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-Isħubija tar-Repubblika Taljana għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntjieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, ir-Repubblka Taljana hija sottoskritta għall-Att Finali, għall-Minuti u għad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri u tas-Segretarji ta' l-Istat li ġew iffirmati fl-istess ħin mal-Konvenzjoni ta' l-1990. Ir-Repubblika Taljana hija sottoskritta għad-Dikjarazzjonijiet konġunti u ħadet nota tad-Dikjarazzjonijiet Unilaterali li jinsabu fih. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jittrasmetti lill-Gvern tar-Repubblika Taljana kopja ċertifikata ta' l-Att Finali, il-Minuti u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri u tas-Segretarji ta' l-Istat, li ġew iffirmati fl-istess ħin meta ġiet iffirmata l-Konvenzjoni ta' l-1990, bil-lingwa Olandiża, Franċiża, u Ġermaniża. It-testi ta' l-Att Finali, il-Minuti u d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri u tas-Segretarji ta' l-Istat li ġew iffirmati fl-istess ħin ta' meta ġiet iffirmata l-Konvenzjoni ta' l-1990, magħmula bil-lingwa Taljana, huma annessi ma' dan l-Att Finali u għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi miktuba bil-lingwa Olandiża, Franċiża, u Ġermaniża. II. Fil-ħin ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-Isħubija tar-Repubblika Taljana għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntjieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, il-Partijiet Kontraenti adottaw id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin: 1. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Sħubija L-Istati Firmatarji għandhom, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Adeżjoni, jinfurmaw lil xulxin dwar iċ-ċirkostanzi kollha li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-oqsma li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta' l-1990 u fuq id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija. Dan il-Ftehim ta' Sħubija m'għandux jiddaħħal fis-seħħ sakemm il-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1990 ikunu ġew sodisfatti fl-Istati Firmatarji u l-kontrolli fuq il-fruntjieri esterni jkunu effettivi. 2. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 Il-Partijiet Kontraenti jispeċifikaw li fil-ħin ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-Isħubija tar-Repubblika Taljana fil-Konvenzjoni ta' l-1990, l-arranġamenti komuni tal-viża msemmija fl-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 għandhom jittieħdu li jfissru l-arranġamenti komuni applikati mill-Partijiet Firmatarji tal-Konvenzjoni msemmija mid-19 ta' Ġunju 1990. 3. Dikjarazzjoni konġunta dwar ħarsien ta' informazzjoni Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw li l-Gvern tar-Repubblika Taljana jimpenja ruħu li jieħu l-passi kollha meħtieġa qabel ir-ratifikazzjoni tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni għall-Konvenzjoni ta' l-1990, sabiex jassigura li l-leġislazzjoni Spanjola tiġi supplimentata b'mod konformi mal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Ħarsien ta' Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Informazzjoni Personali tat-28 ta' Jannar 1981 u b'mod konformi mar-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 ta' l-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li tirregola l-użu ta' informazzjoni personali fis-settur tal-pulizija, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni bis-sħiħ tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 117 u 126 tal-Konvenzjoni ta' l-1990 u d-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' l-imsemmija Konvenzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' informazzjoni personali, bil-għan li jinkiseb livell ta' ħarsien li huwa kompatibbli mad-disposizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni ta' l-1990. Magħmul f'Pariġi f'dan is-sebgħa u għoxrin jum ta' Novembru fis-sena elf disa' mija u disgħin f'oriġinal wieħed bil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, u Taljana, li minnhom il-ħames testi huma awtentiċi indaqs, u dan l-oriġinal għandu jibqa' depożitat fl-arkivji tal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jittrasmetti kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika Taljana +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 2 U 3 TAL-FTEHIM DWAR L-ISĦUBIJA TAR-REPUBBLIKA TALJANA GĦALL-KONVENZJONI LI TIMPLIMENTA L-FTEHIM TA' SCHENGEN TA' L-14 TA' ĠUNJU 1985 Fil-ħin ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-Isħubija tar-Repubblika Taljana għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntjieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) ta' l-imsemmi Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-poteri li l-Guardi di Finanza hija mogħtija mil-liġi Taljana u li teżerċita fuq territorju Taljan. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI TAL-MINISTRI U TAS-SEGRETARJI TA' L-ISTAT Fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Novembru fis-sena elf disa' mija u disgħin, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' l-Ispanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda iffirmaw f'Pariġi il-ftehim dwar l-isħubija tar-Repubblika Taljana għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntjieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990. Huma nnutaw li r-rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika Taljana iddikjara l-appoġġ tiegħu għad-Dikjarazzjoni magħmula f'Schengen fis-19 ta' Ġunju 1990 mill-Ministri u mis-Segretarji ta' l-Istat li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda u għad-deċiżjoni ikkonfermata fl-istess data ma' l-iffirmar tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen. --------------------------------------------------